ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2019/C 264/01 |
||
|
Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku |
|
2019/C 264/02 BERS/2019/15 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2019/C 264/03 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9485 — NAEV/Siemens/KoMiPo/Stavro Vind) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2019/C 264/04 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9468 — Centerbridge/Solidus) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2019/C 264/05 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9437 — Würth Group/GES) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2019/C 264/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9436 — ICG/Predica/OCEA Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2019/C 264/07 |
|
Rettifika |
|
2019/C 264/08 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
6.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-5 ta’ Awwissu 2019
(2019/C 264/01)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1182 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
118,61 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4658 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,91880 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,7603 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0893 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
136,30 |
NOK |
Krona Norveġiża |
9,9720 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,776 |
HUF |
Forint Ungeriż |
326,99 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3142 |
RON |
Leu Rumen |
4,7325 |
TRY |
Lira Turka |
6,1990 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6520 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4775 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7638 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7138 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5453 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 359,84 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,6794 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8705 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,3805 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 006,70 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6724 |
PHP |
Peso Filippin |
58,191 |
RUB |
Rouble Russu |
72,6588 |
THB |
Baht Tajlandiż |
34,435 |
BRL |
Real Brażiljan |
4,3805 |
MXN |
Peso Messikan |
21,8221 |
INR |
Rupi Indjan |
79,1529 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
6.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/2 |
DEĊIŻJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tat-28 ta' Ġunju 2019
dwar id-differiment ta’ ċerti rapporti dwar azzjonijiet u miżuri meħuda skont ir-Rakkomandazzjoni BERS/2014/1 u r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
(BERS/2019/15)
(2019/C 264/02)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2)(f) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-Taqsimiet 2.3.1 u 2.3.2 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2014/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2), id-destinatarji ta’ dik ir-Rakkomandazzjoni huma mitluba jirrapportaw lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li ħadu d-destinatarji biex jikkonformaw mar-Rakkomandazzjoni, jew biex jiġġustifikaw b’mod adegwat kwalunkwe nuqqas ta’ azzjoni. L-ewwel rapport minn kull destinatarju kellu jintbagħat sat-30 ta’ Ġunju 2016. Il-ġabra tal-ewwel rapporti rċevuti ffurmaw il-bażi tal-ewwel valutazzjoni ta’ konformità mill-BERS dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni BERS/2014/1. Il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni ġew approvati mill-Bord Ġenerali tal-BERS fl-1 ta’ Frar 2019 u r-Rapport ta’ Konformità fil-Qosor, li jipprovdi valutazzjoni tal-livell ta’ implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni BERS/2014/1, mid-destinatarji tagħha, ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BERS f’Mejju 2019. |
(2) |
Fit-Taqsima 2.3.3 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2014/1, id-destinatarji huma mitluba jibagħtu rapporti li jispjegaw il-miżuri li huma ħadu biex jikkonformaw mar-Rakkomandazzjoni kull tliet snin u, għalhekk, it-tieni rapport minn kull destinatarju għandu jintbagħat lill-BERS, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2019. Madankollu, sabiex jingħata żmien biżżejjed lil dawk id-destinatarji biex jindirizzaw, fejn applikabbli, is-sejbiet tal-ewwel valutazzjoni tal-konformità dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni BERS/2014/1, id-data għas-sottomissjoni tat-tieni rapport għandha tiġi ddifferita b’sena. |
(3) |
Fit-Taqsima 2.3.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (3), l-awtoritajiet relevanti huma mitluba jirrapportaw kull sentejn lill-BERS u lill-Kunsill dwar l-azzjonijiet li jieħdu b’risposta għal dik ir-Rakkomandazzjoni, jew biex jiġġustifikaw b’mod adegwat kwalunkwe nuqqas ta’ azzjoni. L-ewwel rapport minn kull awtorità relevanti kellu jintbagħat sat-30 ta’ Ġunju 2017, u, għalhekk, it-tieni rapport minn kull waħda minnhom għandu jintbagħat lill-BERS u lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2019. |
(4) |
Wara s-sottomissjoni minn kull awtorità relevanti tal-ewwel rapport tagħha dwar l-azzjonijiet meħuda b’risposta għar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-valutazzjoni tal-konformità dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni għadha għaddejja. Għalhekk, id-data għas-sottomissjoni tat-tieni rapport għandha tiġi ddifferita b'sena. |
(5) |
Din id-Deċizjoni hija intiża biss biex tiddifferixxi, b’sena, id-data tat-30 ta’ Ġunju 2019 għas-sottomissjoni mid-destinatarji u l-awtoritajiet relevanti, kif applikabbli, tat-tieni rapporti tagħhom dwar l-azzjonijiet u l-miżuri meħuda b’risposta għar-Rakkomandazzjoni BERS/2014/1 u r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, rispettivament, jew ġustifikazzjoni adegwata ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ azzjoni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Differiment ta’ ċerti skadenzi għas-sottomissjoni ta’ rapporti dwar azzjonijiet u miżuri meħuda
1. Id-data tat-30 ta’ Ġunju 2019 għas-sottomissjoni minn kull destinatarju tar-Rakkomandazjoni BERS/2014/1 tat-tieni rapport tagħhom li jispjega l-miżuri li ħadu biex biex jikkonformaw ma’ dik ir-Rakkomandazzjoni, jew biex jiġġustifikaw b’mod adegwat kwalunkwe nuqqas ta’ azzjoni, għandha tiġi ddifferita b’sena, sat-30 ta’ Ġunju 2020.
Xejn fil-paragrafu 1 m’għandu jaffettwa d-data għas-sottomissjoni tat-tielet rapport u dawk sussegwenti skont id-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni BERS/2014/1.
2. Id-data tat-30 ta’ Ġunju 2019 għas-sottomissjoni minn kull awtorità relevanti tat-tieni rapport tagħhom dwar l-azzjonijiet meħuda b’risposta għar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jew biex jiġġustifikaw b’mod adegwat kwalunkwe nuqqas ta’ azzjoni, għandha tiġi ddifferita b’sena, sat-30 ta’ Ġunju 2020.
Xejn fil-paragrafu 2 m’għandu jaffettwa d-data għas-sottomissjoni tat-tielet rapport u dawk sussegwenti skont id-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2019.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-28 ta' Ġunju 2019.
Kap tas-Segretarjat tal-BERS,
f'isem il-Bord Ġenerali tal-BERS
Francesco MAZZAFERRO
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
(2) Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tat-18 ta' Ġunju 2014 dwar gwida għall-iffissar tar-rati tar-riżerva kontroċiklika (ĠU C 293, 2.9.2014, p. 1).
(3) Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 9).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
6.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9485 — NAEV/Siemens/KoMiPo/Stavro Vind)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 264/03)
1.
Fit-30 ta’ Lulju 2019 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
NAEV SOLVENTUS (“NAEV”), ikkontrollata minn NAEV Infrastructure Funds (tal-Ġermanja), |
— |
Siemens AG (“Siemens”), ikkontrollata minn Siemens Group (tal-Ġermanja), |
— |
Korea Midland Power Co. (“KoMiPo”), ikkontrollata mill-Korea Electric Power Corporation (“KEPCO”) (tal-Korea), |
— |
Stavro Vind Aktiebolag (“Stavro Vind”, tal-Iżvezja), bħalissa ikkontrollata biss minn NAEV. |
NAEV, Siemens u KoMiPo jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Stavro Vind kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
NAEV tipprovdi servizzi fir-rigward ta’ provvedimenti għall-professjoni medika fil-Ġermanja. |
— |
Siemens hija attiva fl-oqsma kummerċjali tal-elettrifikazzjoni, l-awtomazzjoni u d-diġitilizzazzjoni. Permezz tal-unità ta’ Siemens Gamesa Renewable Energy, Siemens toffri wkoll soluzzjonijiet fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, b’mod partikulari fit-turbini tar-riħ. |
— |
KEPCO hija l-akbar fornitur tal-elettriċità fil-Korea t’Isfel u hija responsabbli għall-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriċità u l-iżvilupp ta’ proġetti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, inklużi dawk fis-setturi tan-nukleari, tar-riħ u tal-faħam. |
— |
Stavro Vind kienet twaqqfet għall-ippjanar, il-kostruzzjoni, l-iffinanzjar u t-tħaddim taż-żewġ siti ta’ eoliċi fuq l-art fi Blackfjället i fi Blodrotberget fl-Isvezja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż
4.
Il-Kummissjoni tistieden terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti possibbli tagħhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9485 — NAEV/Siemens/KoMiPo/Stavro Vind
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
6.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9468 — Centerbridge/Solidus)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 264/04)
1.
Fis-26 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Centerbridge Partners, L.P. (l-Istati Uniti tal-Amerika, “Centerbridge”), |
— |
Solidus Solutions (in-Netherlands, “Solidus”) |
Centerbridge takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Solidus kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma u ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Centerbridge hija ditta ta’ ġestjoni tal-investiment privat bl-uffiċċji fi New York u Londra. |
— |
Solidus tipproduċi soluzzjonijiet tal-imballaġġ minn kartun solidu għall-industriji tal-frott u l-ħaxix, tal-ħut, u tal-laħam, u toffri wkoll soluzzjonijiet tal-imballaġġ għall-provvisti tal-uffiċċju u imballaġġ ta’ lussu. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9468 — Centerbridge/Solidus
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
6.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/7 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9437 — Würth Group/GES)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 264/05)
1.
Fid-29 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Fega & Schmitt Elektrogroßhandel GmbH (il-Ġermanja), tappartjeni għall-grupp Adolf Würth GmbH & Co. KG (“Würth Group”, il-Ġermanja); u |
— |
Grupo Electro Stocks, S.L.U. (“GES”, Spanja), ikkontrollata minn APAX Edison Holdco, S.à.r.l. (il-Lussemburgu). |
Würth Group jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ GES kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Würth Group: distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti u sistemi manufatturati minn terzi persuni prinċiplament għall-utenti finali professjonali fil-kummerċ u l-industrija, inklużi l-installazzjoni elettrika, l-awtomazzjoni industrijali, cables u wires, għodda, teknoloġija tad-data u tan-networks, dwal u illuminazzjoni, apparati tad-dar, u prodotti multimedia kif ukoll teknoloġija tat-tisħin tad-djar bl-elettriku u l-ġenerezzjoni tal-enerġija riġenerattiva.
— GES: distribuzzjoni fi Spanja ta’ materjali elettriċi u tal-fluwidu prinċipalment lil professjonisti oħra fis-settur tal-kostruzzjoni.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti possibbli tagħhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9437 — Würth Group/GES
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
6.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9436 — ICG/Predica/OCEA Group)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 264/06)
1.
Fil-31 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Intermediate Capital Group plc (“ICG”, ir-Renju Unit), |
— |
Prévoyance Dialogue du Crédit Agricole S.A. (“Predica”, Franza), li tappartjeni għall-Crédit Agricole Group, |
— |
Groupe OCEA u s-sussidjarja OCEA Smart Building li hija proprjetà kollha kemm hi tiegħu (flimkien il-“OCEA Group”) (Franza), ikkontrollati minn InfraVia III Invest S.A. |
ICG u Predica jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Grupp OCEA kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— ICG: ibbażata fir-Renju Unit, b’ġestjoni tal-assi, attiva fl-istrutturar u l-provvediment ta’ finanzjament intermedju, kreditu ingranat u ekwità fl-Ewropa, fl-Asja Paċifiku u l-Istati Uniti,
— Predica: kumpanija Franċiża tal-assikurazzjoni tal-ħajja u tas-saħħa li tappartjeni għall-Crédit Agricole Group li toffri firxa wiesgħa ta servizzi relatati mal-banek, l-aktar fi Franza,
— il-Grupp OCEA: grupp Franċiż li huwa prinċipalment attiv fis-settur għal soluzzjonijiet ta’ ġestjoni tal-fluwidi u l-enerġija għal djar soċjali u kondominji. Il-Grupp OCEA jaħdem esklussivament fi Franza.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti possibbli tagħhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9436 — ICG/Predica/OCEA Group
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
6.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/9 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2019/C 264/07)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Fiefs Vendéens”
Numru ta’ referenza: PDO-FR-A0733-AM01
Data tal-komunikazzjoni: 12.6.2019
DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA
1. Żona ġeografika
Deskrizzjoni u raġunijiet
Fil-punt 1 tal-kapitolu I(IV) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-paragrafu dwar iż-żona ġeografika huwa emendat kif ġej: “Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet tad-Dipartiment ta’ la Vendée elenkati hawn taħt, kif approvat mill-Institut national de l’origine et de la qualité (Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità) waqt il-laqgħa tal-kumitat nazzjonali kompetenti tal-10 ta’ Frar 2011: Auchay-sur-Vendée għat-territorju biss tal-muniċipalità delegata ta’ Auzay, Brem-sur-Mer, Bretignolles-sur-Mer, Le Champ-Saint-Père, Chantonnay, Château-Guibert, La Couture, L’Île-d’Olonne, Longèves, Mareuil-sur-Lay-Dissais, Olonne-sur-Mer, Pissotte, Le Poiré-sur-Velluire, Rives de l’Yon, Rosnay, Le Tablier, Vairé, Vix.”
Din l-emenda hija dovuta għall-fatt li ċerti muniċipalitajiet ingħaqdu flimkien
Id-Dokument Uniku ġie emendat skont din l-emenda.
2. Iż-żona ġeografika DĠA Mareuil
Deskrizzjoni u raġunijiet
Fil-punt 2 tal-kapitolu I(IV) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-muniċipalitajiet għad-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Mareuil huma sostitwiti minn: ““Mareuil”: Le Champ-Saint-Père, Château-Guibert, La Couture, Mareuil-sur-Lay-Dissais, Rives de l’Yon, Rosnay, Le Tablier.”
Din l-emenda hija dovuta għall-fatt li ċerti muniċipalitajiet ingħaqdu flimkien
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
3. Iż-żona ġeografika DĠA Vix
Deskrizzjoni u raġunijiet
Fil-punt 2 tal-kapitolu I(IV) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-muniċipalitajiet għad-denominazzjoni ġeografika addizzjonali Vix huma sostitwiti minn: ““Vix”: Auchay-sur-Vendée għat-territorju biss tal-muniċipalità delegata ta’ Auzay, Longèves, Le Poiré-sur-Velluire, Vix.”
Din l-emenda hija dovuta għall-fatt li ċerti muniċipalitajiet ingħaqdu flimkien
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
4. Il-varjetajiet tal-għeneb
Deskrizzjoni u raġunijiet
Il-punt 1 tal-Kapitolu I(V) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa sostitwit minn
“L-inbejjed huma prodotti mill-varjetajiet li ġejjin:
Inbejjed bojod
“Brem”
varjetà prinċipali: chenin B,
varjetà komplementari: chardonnay B,
varjetà addizzjonali: grolleau gris G.
“Chantonnay”, “Mareuil”, “Pissotte”
varjetà prinċipali: chenin B,
varjetà komplementari: chardonnay B.
“Vix”
varjetà prinċipali: chenin B,
varjetà komplementari: chardonnay B,
varjetà addizzjonali: sauvignon B.
Inbejjed ħomor
“Brem”, “Pissotte”,
varjetà prinċipali: pinot noir N,
varjetà komplementari: négrette N,
varjetajiet addizzjonali: cabernet-sauvignon N, gamay N, cabernet franc N,
“Chantonnay”, “Mareuil”, “Vix”
varjetà prinċipali cabernet franc N,
varjetà komplementari: négrette N,
varjetajiet addizzjonali: pinot noir N, cabernet-sauvignon N, gamay N
Inbejjed rożè:
“Brem”
varjetà prinċipali: pinot noir N,
varjetà komplementari: gamay N,
varjetajiet addizzjonali: cabernet franc N, cabernet-sauvignon N, grolleau gris G, négrette N.
“Chantonnay”,
varjetà prinċipali: pinot noir N,
varjetà komplementari: gamay N,
varjetajiet addizzjonali: cabernet franc N, cabernet-sauvignon N, négrette N.
“Mareuil”, “Vix”, “Pissotte”
varjetà prinċipali: gamay N,
varjetà komplementari: pinot noir N.
varjetajiet addizzjonali: cabernet franc N, cabernet-sauvignon N, négrette N,”
Din l-emenda saret biex jiġu ssimplifikati r-regoli tat-taħlit għad-diversi DĠA filwaqt li nżammet koerenza fid-denominazzjoni.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
5. Proporzjon tal-azjenda
Deskrizzjoni u raġunijiet
Il-punt 2 tal-Kapitolu I(V) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa sostitwit minn:
“Il-konformità tal-varjetajiet tal-għeneb hija evalwata, għall-kulur inkwistjoni, fuq l-irqajja’ ta’ art kollha tal-azjenda li tipproduċi l-inbid tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.
Inbejjed bojod
“Brem”, “Vix”, “Chantonnay”, “Mareuil”, “Pissotte”
Il-proporzjon tal-varjetà prinċipali għandu jkun 60 % jew aktar;
Il-proporzjon tal-varjetà komplementari għandu jkun 10 % jew aktar
Inbejjed ħomor u rożè
“Brem”, “Pissotte”, “Chantonnay”, “Mareuil”, “Vix”
Il-proporzjon tal-varjetà prinċipali għandu jkun 50 % jew aktar
Il-proporzjon tal-varjetà komplementari għandu jkun 10 % jew aktar”
Din l-emenda saret biex jiġu ssimplifikati r-regoli tat-taħlit tal-varjetajiet għad-diversi DĠA filwaqt li nżammet koerenza fid-denominazzjoni.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
6. It-tħabbir tal-ħsad
Deskrizzjoni u raġunijiet
Fil-punt 1 tal-Kapitolu I(VII) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, is-sentenza “Id-data tal-bidu tal-ħsad tiġi stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu D. 645-6 tal-Kodiċi rurali u tas-sajd marittimu.” tneħħiet.
It-tneħħija tat-tħabbir tal-ħsad qed issir f’kuntest fejn il-monitoraġġ analitiku tal-maturità huwa suffiċjenti u mmaniġġjat tajjeb. Għaldaqstant m’għadux meħtieġ li jkun hemm data tal-bidu tal-ħsad.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
7. Kontenut minimu ta’ zokkor
Deskrizzjoni u raġunijiet
Fil-punt 2 tal-Kapitolu I(VII) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iċ-ċifra tal-kontenut minimu ta’ zokkor tal-inbejjed bojod hija sostitwita b’170. Iċ-ċifra tal-kontenut minimu ta’ zokkor tal-inbejjed ħomor hija sostitwita b’190.
Il-kontenut minimu ta’ zokkor ġie miżjud, biex l-għeneb jimmatura aħjar
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
8. Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum
Deskrizzjoni u raġunijiet
Fil-punt 2 tal-Kapitolu I(VII) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iċ-ċifra tal-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed bojod hija sostitwita b’10,5. Iċ-ċifra tal-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed ħomor hija sostitwita bi 11.
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum żdiedet skont iż-żieda fil-kontenut minimu ta’ zokkor fl-għeneb.
Id-Dokument Uniku ġie emendat skont din l-emenda.
9. Bidu tal-produzzjoni tad-dwieli żgħar
Deskrizzjoni u raġunijiet
Fl-ewwel inċiż tal-punt 2 tal-Kapitolu I(VIII), tneħħiet il-kelma “stabbilit”.
Din l-emenda saret għal aktar koerenza fit-test.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
10. Taħlit tal-varjetajiet
Deskrizzjoni u raġunijiet
Il-punt 1(b) tal-Kapitolu I(IX) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Fiefs vendéens”, approvata bid-Digriet tad-9 ta’ Settembru 2011 imsemmi aktar ’il fuq, huwa sostitwit minn:
“Inbejjed bojod
L-inbejjed huma ġejjin mit-taħlit ta’ għeneb jew ta’ nbejjed fl-istess proporzjonijiet bħal dawk previsti għall-varjetajiet tal-għeneb.
Inbejjed rożè u ħomor
L-inbejjed huma ġejjin mit-taħlit ta’ għeneb jew ta’ nbejjed li mill-inqas 40 % minnhom tkun il-varjetà prinċipali u mill-inqas 10 % minnhom tkun il-varjetà komplementari.”
Din l-emenda saret għall-koerenza wara s-simplifikazzjoni tar-regoli dwar il-varjetajiet tal-għeneb.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
11. L-aċidità volatili
Deskrizzjoni u raġunijiet
Fil-punt 1(d) tal-Kapitolu I(IX) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Fiefs vendéens”, approvata bid-Digriet tad-9 ta’ Settembru 2011 imsemmi aktar ’il fuq, is-sentenza “Wara l-fermentazzjoni l-inbejjed:” hija sostitwita minn “Fil-mument tal-ippakkjar, l-inbejjed ikollhom:”. Iċ-ċifra tal-kontenut massimu ta’ aċidità volatili tal-inbejjed bojod u rożè hija sostitwita b’14,3. Iċ-ċifra tal-kontenut massimu ta’ aċidità volatili tal-inbejjed ħomor hija sostitwita b’16,3.
Il-valuri massimi ta’ aċidità volatili ġew mibdula peress li kienu meqjusa baxxi wisq.
Id-Dokument Uniku ġie emendat skont din l-emenda.
12. Il-faħam għall-użu enoloġiku
Deskrizzjoni u raġunijiet
Fil-punt 1(e) tal-Kapitolu 1(IX) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, is-sentenza “- Għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè, l-użu tal-faħam enoloġiku, waħdu jew imħallat f’taħlitiet, huwa pprojbit” ġiet sostitwita minn “Għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè, l-użu tal-faħam enoloġiku huwa awtorizzat għall-most u għall-inbejjed ġodda li jkunu għadhom qegħdin jiffermentaw sal-limitu ta’ 15 % tal-volum tal-inbejjed rożè prodotti mill-produttur tal-inbid ikkonċernat għall-ħsad inkwistjoni u f’doża massima ta’ 60 gramma għal kull ettolitru.”
Il-possibbiltà li jintuża faħam enoloġiku biex jiġu rranġati ċerti difetti fl-inbid.
Id-Dokument Uniku ġie emendat skont din l-emenda.
13. Il-moviment bejn il-magazzinieri awtorizzati
Deskrizzjoni u raġunijiet
Il-punt 4(b) tal-Kapitolu I(IX) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tħassar.
Dan kien dispożizzjoni li tipprojbixxi l-moviment tal-inbejjed bejn il-magazzinieri awtorizzati qabel ċerta data.
Meta saret l-emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie nnutat li din id-dispożizzjoni ma kinitx iġġustifikata mil-lat tekniku, u għalhekk tħassret.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
14. Rabta mal-oriġini
Deskrizzjoni u raġunijiet
Fil-punt 1(a) tal-Kapitolu I(X) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, in-numru 19 ġie sostitwit bin-numru 18.
Din l-emenda hija aġġornament tan-numru ta’ muniċipalitajiet wara li ċerti muniċipalitajiet ingħaqdu flimkien.
Id-Dokument Uniku ġie emendat skont din l-emenda.
15. Miżuri tranżitorji
Deskrizzjoni u raġunijiet
Fil-punt 2(a) tal-Kapitolu I(XI) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-paragrafi
“Mill-ħsad tal-2011 u sal-ħsad tal-2015 inkluż:
Inbejjed bojod
“Brem”, “Pissotte”, “Mareuil”, “Vix”
Il-proporzjon tal-varjetà tal-għeneb prinċipali għandu jkun 50 % jew aktar.
Inbejjed ħomor u rożè
“Brem”, “Pissotte”, “Mareuil”, “Vix”
Il-proporzjon tal-varjetajiet tal-għeneb prinċipali għandu jkun 50 % jew aktar.
Inbejjed rożè
“Brem”
Il-proporzjon tal-varjetajiet tal-għeneb prinċipali għandu jkun 80 % jew aktar;
Il-proporzjon tal-varjetà pinot noir N għandu jkun 30 % jew aktar;
Il-proporzjon tal-varjetà gamay N għandu jkun 10 % jew aktar.
“Mareuil”, “Pissotte”, “Vix”
Il-proporzjon tal-varjetajiet tal-għeneb prinċipali għandu jkun 80 % jew aktar;
Il-proporzjon tal-varjetà gamay N għandu jkun 30 % jew aktar;
Il-proporzjon tal-varjetà pinot noir N għandu jkun 15 % jew aktar.”
huma mħassra.
Fit-tieni inċiż, għad-denominazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali Brem u Pissote, is-sentenzi “Il-proporzjon tal-varjetajiet tal-għeneb prinċipali għandu jkun 80 % jew aktar” u “Il-proporzjon tal-varjetà cabernet franc N għandu jkun 10 % jew aktar; Il-proporzjon tal-varjetà négrette N għandu jkun 5 % jew aktar”, huma mħassra.
Fit-tieni inċiż, għad-denominazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali Mareuil u Vix, is-sentenzi “Il-proporzjon tal-varjetajiet tal-għeneb prinċipali għandu jkun 80 % jew aktar” u “Il-proporzjon tal-varjetà pinot noir N għandu jkun 10 % jew aktar; Il-proporzjon tal-varjetà négrette N għandu jkun 5 % jew aktar”, huma mħassra.
Dan it-tħassir jikkorrispondi għal miżuri tranżitorji li issa skadew.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
16. Miżura tranżitorja
Deskrizzjoni u raġunijiet
Fil-punt 3 tal-Kapitolu I(XI) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie miżjud il-paragrafu li ġej: “b — L-irqajja’ tal-vinji stabbiliti fid-data tal-approvazzjoni ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li għandhom spazju ta’ aktar minn 1,8 metru iżda mhux aktar minn 2,20 metru bejn ir-ringieli, għandhom igawdu mid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata għall-ħsad tagħhom sakemm jinqalgħu u sa mhux aktar tard mill-ħsad tal-2021 inkluż, soġġett għall-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.”
Din l-emenda tippermetti adattament tal-vinji b’miżura ta’ inqas minn tliet snin.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
17. Tikkettar
Deskrizzjoni u raġunijiet
Fil-punt 2 tal-Kapitolu I(XII) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie miżjud il-paragrafu li ġej: “d) - L-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata “Fiefs Vendéens” jistgħu jispeċifikaw fit-tikketti tagħhom l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, jekk: tkun post irreġistrat; dan il-post ikun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad; l-isem tal-post irreġistrat għandu jissemma immedjatament taħt l-isem tad-denominazzjoni, ikun stampat b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx ogħla u usa’ min-nofs id-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta.”.
Id-Dokument Uniku ġie emendat skont din l-emenda.
18. Tikkettar
Deskrizzjoni u raġunijiet
Il-paragrafu (e) fil-punt 2 tal-Kapitolu I(XII) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tħassar.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
19. Obbligi ta’ dikjarazzjoni
Deskrizzjoni u raġunijiet
Il-punt 1 tal-Kapitolu II(I) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa sostitwit minn “Kull operatur għandu jiddikjara dawk l-irqajja’ ta’ art li se jieqaf jipproduċi d-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata fihom lill-korp tal-ħarsien u tal-ġestjoni u lill-korp ta’ kontroll qabel il-31 ta’ Mejju ta’ qabel il-ħsad.”.
Fil-punt 3 tal-Kapitolu II(I) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-kliem “u lill-korp tal-ħarsien u tal-ġestjoni” huwa miżjud wara “awtorizzat”.
Fil-punt 4 tal-Kapitolu II(I) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-kliem “u lill-korp tal-ħarsien u tal-ġestjoni” huwa miżjud wara “awtorizzat”.
Fil-punt 5 tal-Kapitolu II(I) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-kliem “korp tal-ħarsien u tal-ġestjoni” huwa miżjud wara “jiddikjara dan”.
Dawn l-emendi saru biex il-produtturi jgħaddu l-informazzjoni tagħhom lill-korp ta’ ġestjoni wkoll.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
20. Punti ewlenin li jridu jiġu kkontrollati
Deskrizzjoni u raġunijiet
Fil-punt A1 tal-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-kliem “(skeda CVR aġġornata)” huwa mħassar.
Fil-punt A2 tal-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-kliem “(skeda CVR aġġornata, dikjarazzjoni, reġistru)” huwa mħassar.
Fil-punt A3 tal-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-kliem “(dikjarazzjoni ta’ identifikazzjoni)” huwa mħassar.
Fil-punt B1 tal-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-kliem “(eżami viżiv, għadd tan-numru ta’ għenieqed u stima tal-piż skont tabella indikattiva maħluqa għal dan il-għan)” huwa mħassar.
Fil-punt B2 tal-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-kliem “data tal-ħsad, fuq is-sit (reġistri tal-kantina) u (kampjuni ta’ 200 għenba u kejl bir-rifrattometrija)” huwa mħassar.
Fil-punt B3 tal-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-kliem “Kontroll tad-dokumenti (reġistri tal-kantina) u (eżami viżiv)” huwa mħassar.
Fil-punt B4 tal-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-kliem “(dikjarazzjonijiet, reġistri, derogi eventwali) u kontroll fuq il-post” huwa mħassar.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet
Fiefs Vendéens
2. Stat Membru
Franza
3. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
4. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
1. |
Inbid |
5. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Inbejjed bojod u rożè
L-inbejjed huma nbejjed bojod, rożè u ħomor mhux frizzanti.
L-inbejjed għandhom il-karatteristiċi analitiċi li ġejjin:
— |
Qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum: inbejjed bojod 10 %, inbejjed rożè 10,5 %, inbejjed ħomor 10,5 % |
— |
Qawwa alkoħolika totali massima skont il-volum wara l-arrikkiment: inbejjed bojod 12 %, inbejjed rożè 12 %, inbejjed ħomor 12,5 % |
— |
Kontenut ta’ aċidità volatili massima: inbejjed bojod 11-il milliekwivalenti għal kull litru, inbejjed rożè 11-il milliekwivalenti għal kull litru, inbejjed ħomor 13-il milliekwivalenti għal kull litru |
— |
Kontenut massimu ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju): inbejjed bojod 3 grammi għal kull litru, inbejjed rożè 3 grammi għal kull litru, inbejjed ħomor 2,5 grammi għal kull litru |
— |
Kontenut massimu ta’ aċidu maliku: 0,4 grammi għal kull litru jew inqas għall-inbejjed ħomor. |
Il-kontenut ta’ aċidità totali, ta’ diossidu tal-kubrit totali u l-qawwa alkoħolika attwali totali huwa konformi mar-regoli stabbiliti mir-regolamenti Komunitarji. L-inbejjed bojod għandhom bilanċ iddominat mill-freskezza. Huma raffinati u delikati, u ġeneralment ikollhom mineralità tajba u joffru firxa wiesgħa ta’ togħmiet ta’ fjuri u frott.
L-inbejjed rożè għandhom kulur li jvarja minn roża ċar għal roża lewn is-salamun. Dawn huma kemxejnaċidużi, friski u b’togħma qawwija u ta’ frott.
L-inbejjed ħomor jiddistingwu ruħhom mill-aromi qawwija ta’ frott, xi drabi akkumpanjati minn togħmiet ta’ ħwawar ħelwin, ta’ ġilda jew ta’ likorizja.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% ta’ volum) |
|
Qawwa alkoħolika attwali minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
14,3 |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbejjed ħomor
L-inbejjed għandhom il-karatteristiċi analitiċi li ġejjin:
— |
Qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum: 11 % |
— |
Kontenut massimu ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju): 2,5 grammi għal kull litru |
— |
Kontenut massimu ta’ aċidu maliku: 0,4 Ċg/litru jew inqas għall-inbejjed ħomor. |
Il-kontenut ta’ aċidità totali, ta’ diossidu tal-kubrit totali u l-qawwa alkoħolika attwali totali huwa konformi mar-regoli stabbiliti mir-regolamenti Ewropej.
L-inbejjed ħomor jiddistingwu ruħhom mill-aromi qawwija ta’ frott, xi drabi akkumpanjati minn togħmiet ta’ ħwawar ħelwin, ta’ ġilda jew ta’ likorizja.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% ta’ volum) |
|
Qawwa alkoħolika attwali minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
16,3 |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
6. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
L-użu tal-faħam għal skopijiet enoloġiċi għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè huwa pprojbit, kemm jekk waħdu jew imħallat fi preparazzjonijiet.
It-tekniki ta’ arrikkiment imnaqqas huma awtorizzati għall-inbejjed ħomor, u r-rata massima ta’ konċentrazzjoni parzjali meta mqabbla mal-volumi użati hija stabbilita għal 10 %.
Wara l-arrikkiment, l-inbejjed ma għandhomx jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum li ġejja: inbejjed bojod 12 %, inbejjed rożè 12 %, inbejjed ħomor 12,5 %.
Minbarra d-dispożizzjonijiet preżentati hawn fuq, l-inbejjed għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-regolamenti Komunitarji kif ukoll fil-Kodiċi rurali u tas-sajd marittimu f’dak li għandu x’qasam mal-prattiki enoloġiċi użati.
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 5 000 pjanta għal kull ettaru.
Id-distanza bejn ir-ringieli m’għandhiex tkun aktar minn 1,8 metru u d-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela għandha tkun bejn 0,9 metru u 1,3 metru.
Il-vinji jinżabru b’massimu ta’ għaxar rimjiet għal kull pjanta:
— |
jew biż-żabra tat-tip Guyot sempliċi jew doppja, |
— |
jew b’żabra bi friegħi qosra b’massimu ta’ ħames friegħi għal kull pjanta. |
Iż-żabra ssir qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena tal-ħsad.
Faħam
Restrizzjoni għall-produzzjoni
Għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè, l-użu tal-faħam enoloġiku huwa awtorizzat għall-most u għall-inbejjed ġodda li jkunu għadhom qegħdin jiffermentaw sal-limitu ta’ 15 % tal-volum tal-inbejjed rożè prodotti mill-produttur tal-inbid ikkonċernat għall-ħsad inkwistjoni u f’doża massima ta’ 60 gramma għal kull ettolitru.
b. Rendimenti massimi
Inbejjed bojod u rożè
66 ettolitru għal kull ettaru
Inbejjed ħomor
62 ettolitru għal kull ettaru
7. Iż-żona ġeografika demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet tad-Dipartiment ta’ la Vendée elenkati hawn taħt, kif approvat mill-Institut national de l’origine et de la qualité (Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità) waqt il-laqgħa tal-kumitat nazzjonali kompetenti tal-10 ta’ Frar 2011: Auchay-sur-Vendée għat-territorju biss tal-muniċipalità delegata ta’ Auzay, Brem-sur-Mer, Bretignolles-sur-Mer, Le Champ-Saint-Père, Chantonnay, Château-Guibert, La Couture, L’Île-d’Olonne, Longèves, Mareuil-sur-Lay-Dissais, Olonne-sur-Mer, Pissotte, Le Poiré-sur-Velluire, Rives de l’Yon, Rosnay, Le Tablier, Vairé, Vix.
8. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
|
Chenin B |
|
Négrette N |
|
Cabernet franc N |
|
Chardonnay B |
|
Pinot noir N |
9. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Iż-żona ġeografika tinsab bejn il-masġar ta’ Vendée fit-Tramuntana u l-pjanura taċ-ċereali ta’ Luçon fin-Nofsinhar. Il-fruntiera tal-Massif Armoricain testendi mill-Punent għal-Lvant, minn Les Sables-d’Olonne fuq il-kosta tal-Atlantiku sa Fontenay-le-Comte. Il-vinji jinsabu fiż-żoni fejn din il-fruntiera hija maqsuma min-netwerk ta’ xmajjar strutturat, fuq għoljiet ta’ bejn 3 % u 5 % u orjentati prinċipalment lejn in-Nofsinhar/il-Lbiċ. Wieħed isib, waħda wara l-oħra, l-unitajiet ġeografiċi ta’ “Brem” fil-viċinanzi tal-bwar ta’ Olonne, “Mareuil” u “Chantonnay” tul il-widien ta’ Lay u tal-Yon, “Vix” u “Pissotte” fuq l-għoljiet tax-xmara Vendée. Din iż-żona ġeografika hija magħmula mit-territorju ta’ 18-il muniċipalità tan-Nofsinhar tad-dipartiment ta’ la Vendée.
Mill-aspett ġeoloġiku, iż-żona ġeografika hija relattivament omoġenja u tinsab fuq ix-xifer tal-pjattaforma Armorikana kristallina li jmiss mal-formazzjonijiet Ġurassiċi tal-ġir. Is-substrat ġeoloġiku huwa magħmul l-aktar minn skisti u rijoliti, xi drabi minn gness u amfiboliti, jew saħansitra minn ġebla tal-ġir għad-denominazzjoni ġeografika “Vix”. Madankollu, dan il-ġebel tal-ġir spiss huwa miksi b’depożiti ta’ ramel u żrar fluvjali tal-era Terzjarja. Għaldaqstant, l-irqajja’ ta’ art speċifikament demarkati għall-ħsad tal-għeneb ġeneralment ikollhom ħamrija kannella aċiduża bi proporzjon għoli ta’ biċċiet imdaqqsin. Din il-ħamrija hija kompletament differenti mill-ħamrija ġulġliena xaħxija u fonda tal-imsaġar fit-Tramuntana u mill-ħamrija taflija fertili tal-pjanura tan-Nofsinhar. Il-klima tan-Nofsinhar ta’ la Vendée, moderata u oċeanika, hija ferm iktar sħuna minn dik tal-masġar li jinsab aktar lejn it-Tramuntana. B’mod speċjali tinżel inqas xita u hija aktar xemxija, b’nuqqas ta’ xita matul is-sajf (ir-reġjuni ta’ Olonne u ta’ La Rochelle huma l-aktar xemxija tal-kosta tal-Atlantiku, b’medja ta’ 1 430 siegħa xemx fuq sitt xhur minn Ġunju sa Settembru). It-temperatura medja annwali tvarja bejn 12 °C u 12,5 °C, b’meded termali akbar mill-Punent għal-Lvant, aktar ma tiżdied l-altitudni u tgħib l-influwenza tal-baħar.
Deskrizzjoni tal-fatturi umani rilevanti għar-rabta
Bosta dokumenti li jsemmu d-dieċmi fuq il-prodott tal-vinji mħallsa lill-abbaziji u lill-monasteri tar-reġjun, jixhdu l-iżvilupp tal-vitikultura fil-Vendée fil-Medju Evu. Sa mill-ħdax-il seklu ġie stabbilit kummerċ attiv lejn l-Olanda tal-inbejjed tad-denominazzjoni ġeografika “Brem”. Mit-tnax-il seklu sal-ħmistax-il seklu, l-inbejjed tad-denominazzjoni ġeografika “Mareuil” kienu jiġu ttrasportati bil-barkuni sal-portijiet ta’ Saint-Benoist u ta’ Moricq-sur-le-Lay, u mbagħad kienu jgħaddu minn La Rochelle fejn kienu jintbagħtu lejn l-Ingilterra.
Kien biss mill-kitbiet ta’ Rabelais, li għex f’Fontenay-le-Comte u f’Maillezais mill-1520 sal-1528, li saru magħrufa l-varjetajiet użati dak iż-żmien. Fis-sittax u fis-sbatax-il seklu, il-varjetà bajda l-aktar ikkultivata kienet diġà ix-chenin B (“Franc Blanc” għall-“Brem”, “Blanc d’Aunis” għall-“Vix”), filwaqt li l-varjetajiet tal-inbejjed rożè u ħomor kienu ddominati mill-pinot noir N u b’mod partikolari min-négrette N (imsejħa “Pinot Rosé” jew “Bourgogne” għall-“Brem”, “Ragoûtant” għall-“Mareuil” u “Chantonnay”, “Folle Noire” għall-“Vix”). Il-varjetà cabernet franc N iddaħħlet fit-tmintax-il seklu.
Il-vitikultura ta’ la Vendée żdiedet ferm fis-seklu dsatax u kienet mifruxa fuq 18 000 ettari fl-1880. Wara l-attakk tal-Phylloxera, il-produtturi tan-Nofsinhar ta’ la Vendée bdew jispeċjalizzaw u rriabilitaw il-vinji tagħhom fuq l-għoljiet l-aktar esposti, bi pjanti mlaqqma mill-varjetajiet tal-għeneb tradizzjonali, li magħhom ġew miżjuda l-aktar il-varjetajiet gamay N, chardonnay B, cabernet-sauvignon N u l-varjetajiet sauvignon blanc B (“Vix”), grolleau gris G (“Brem”) skont iż-żoni.
Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-produtturi fittxew li jgħaqqdu l-ħames poli storiċi ta’ produzzjoni. Fl-1953 inħolqot it-tikketta “Anciens Fiefs du Cardinal”, b’referenza għal Richelieu, li nħatar bħala isqof ta’ Luçon fl-1608 u li kien promotur kbir tal-inbejjed tad-denominazzjoni ġeografika “Mareuil”. Ir-regoli ta’ produzzjoni ġew standardizzati u msaħħa biex titjieb il-kwalità, filwaqt li jiġu rrispettati l-karatteristiċi lokali tat-taħlit tal-varjetajiet. Il-“Vins des Fiefs Vendéens” ġew rikonoxxuti bħala denominazzjoni ta’ oriġini sempliċi fl-1965, imbagħad bħala vins de pays (inbejjed lokali) fl-1974 u bħala appellation d’origine vin délimité de qualité supérieure (denominazzjoni ta’ oriġini nbid demarkat ta’ kwalità superjuri) fl-1984. Il-proċess ta’ rikonoxximent bħala denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata beda fl-1991.
Fl-2009, il-vinji kienu jkopru 480 ettaru maħduma minn madwar 40 produttur tal-inbid, għal produzzjoni annwali medja ta’ 27 000 ettolitru, li 45 % minnhom kienu nbejjed rożè, 40 % inbejjed ħomor u 15 % inbejjed bojod. L-inbejjed bojod għandhom bilanċ iddominat mill-freskezza. Huma raffinati u delikati, u ġeneralment ikollhom mineralità tajba u joffru firxa wiesgħa ta’ togħmiet ta’ fjuri u frott.
L-inbejjed rożè għandhom kulur li jvarja minn roża ċar għal roża lewn is-salamun. Dawn huma kemxejn aċidużi, friski u b’togħma qawwija u ta’ frott.
L-inbejjed ħomor jiddistingwu ruħhom mill-aromi qawwija ta’ frott, xi drabi akkumpanjati minn togħmiet ta’ ħwawar ħelwin, ta’ ġilda jew ta’ likorizja. Id-denominazzjonijiet ġeografiċi “Brem” u “Pissotte” għandhom lewn ir-rubini jew il-granata u b’togħma qawwija u fina, filwaqt li l-inbejjed “Mareuil”, “Chantonnay” u “Vix” jistgħu jkollhom aktar kulur u joffru togħma aktar strutturata. It-tendenza tal-klima tan-Nofsinhar ta’ la Vendée, bit-temp spiss xemxi tagħha flimkien mal-preżenza ta’ għoljiet b’ħamrija ċagħqija u baxxa ta’ oriġini ġeneralment skistuża jew rijolitika, ħolqu vitikultura fiż-żona ġeografika bi tradizzjoni twila ta’ produzzjoni ta’ nbejjed prinċipalment rożè u ħomor, li jirrappreżentaw medja ta’ 85 % tal-produzzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.
Il-pożizzjoni ġeografika tal-vinji, bejn Val de Loire u l-Lbiċ hija espressa wkoll fil-varjetajiet tal-għeneb użati minn ġenerazzjoni għal oħra. Għalhekk, il-vinji jinkludu varjetajiet oriġinali li jgħaqqdu l-influwenzi tal-Loire (chenin, cabernet franc, grolleau gris), dawk kontinentali (pinot noir, gamay) u dawk tal-Lbiċ (négrette, cabernet-sauvignon). Fi kwalunkwe każ, il-varjetà chenin B tiddomina fl-inbejjed bojod, il-varjetajiet pinot noir N u gamay N huma l-varjetajiet ewlenin tal-inbejjed rożè, filwaqt li l-varjetajiet pinot noir N, cabernet franc N u négrette N jifformaw il-bażi tal-inbejjed ħomor, u joħolqu l-karatteristiċi tipiċi tal-prodotti.
Madankollu, l-istorja unika ta’ kull denominazzjoni ġeografika tfakkarna li r-rotot kummerċjali differenti ilhom ħafna fis-seħħ. B’hekk, l-inbejjed tad-denominazzjoni ġeografika “Brem” kienu jgħaddu mill-port ta’ Saint-Martin-de-Brem, dawk ta’ “Mareuil” u ta’ “Chantonnay” mill-wied tal-Lay, dawk ta’ “Vix” u “Pissotte” mill-estwarju tax-xmara la Vendée. Minħabba l-varjazzjonijiet tal-fatturi naturali (il-ħamrija u l-klima), il-produtturi kkonċentraw lokalment u maż-żmien, fuq strateġiji ta’ varjetajiet ta’ dwieli u drawwiet ta’ taħlit tal-varjetajiet differenti, li jirriżultaw fi sfumaturi fit-togħma tal-inbejjed u jgħinu fir-rikkezza tal-inbejjed tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata. It-taħlit tal-inbejjed tal-ħames unitajiet ġeografiċi qatt ma ġie pprattika u għadu mhux mixtieq.
Mill-1985 ’l hawn, il-fama tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Fiefs vendéens” kibret ħafna u l-volumi mibjugħin kważi rduppjaw. L-oriġinalità, il-freskezza u l-aromi ta’ frott tal-inbejjed huma apprezzati ħafna mit-turisti li jżuru l-kosta ta’ la Vendée. Id-diversità tagħhom tippermetti li, fi kwalunkwe ċirkustanza, jiġu assoċjati mal-gastronomija reġjonali.
10. Kundizzjonijiet essenzjali oħra (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)
Tikkettar
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Mal-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata tista’ tiġi miżjuda waħda mid-denominazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali li ġejjin:
— |
“Brem”; |
— |
“Chantonnay”; |
— |
“Mareuil”; |
— |
“Pissotte”; |
— |
“Vix” |
għall-inbejjed li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ produzzjoni stabbiliti għal kull waħda minn dawn id-denominazzjonijiet fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jkun ikkompletat bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Val de Loire” skont ir-regoli stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Kwalunkwe dettall mhux obbligatorju għandu jinkiteb fuq it-tikketti b’karattri li m’għandhomx ikunu ogħla, usa’ jew eħxen aktar mid-doppju tad-daqs tal-ittri li jifformaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.
Tikkettar
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Id-daqs tal-ittri tad-denominazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali “Brem”, “Chantonnay”, “Mareuil”, “Pissotte”, “Vix” għandu jkun tal-istess għoli, wisa’ u ħxuna jew iżgħar minn dak tal-ittri li jifformaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.
L-ittri tad-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Val de Loire” għandhom ikunu iżgħar jew mhux aktar minn żewġ terzi l-għoli, il-wisa’ u l-ħxuna tal-ittri li jifformaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.
Kull indikazzjoni tal-isem tal-varjetà tal-għeneb hija pprojbita fuq it-tikketti li juru d-dettalji obbligatorji kollha.
L-inbejjed jistgħu jiġu ppreżentati bl-indikazzjoni tal-annata jekk l-għeneb użat għall-produzzjoni tagħhom ikun l-uniku għeneb tas-sena partikolari.
It-tikketta tal-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata “Fiefs Vendéens” tista’ tispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, jekk: tkun post irreġistrat; dan il-post ikun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad; l-isem tal-post irreġistrat għandu jissemma immedjatament taħt l-isem tad-denominazzjoni, ikun stampat b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx ogħla u usa’ min-nofs id-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-b8ebb03b-ef0d-44f7-9695-fac9f1495b9e
Rettifika
6.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/21 |
Rettifika għar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) — Lista ta’ Stati Membri li ddeċidew dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-PNR għal titjiriet ġewwa l-UE kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilldwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja
(Jekk Stat Membru jiddeċiedi li japplika din id-Direttiva għal titjiriet ġewwa l-UE, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miktub. Stat Membru jista’ jagħti jew jirrevoka tali notifika fi kwalunkwe mument. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik in-notifika u kwalunkwe revoka tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 196 tat-8 ta’ Ġunju 2018 )
(2019/C 264/08)
F’paġna 29,
L-Istati Membri li ġejjin li nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-PNR fit-titjiriet ġewwa l-UE huma miżjuda:
— |
iċ-Ċekja; |
— |
in-Netherlands; |
— |
il-Finlandja. |