ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 263

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
5 ta' Awwissu 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 263/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

2019/C 263/02

Metodu ta’ ħatra ta’ Mħallef li jissostitwixxi lil Imħallef impedit

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 263/03

Kawża C-38/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budai Központi Kerületi Bíróság — l-Ungerija) — GT vs HS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Artikolu 3(1) — Artikolu 4(2) — Artikolu 6(1) — Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija — Komunikazzjoni lill-konsumatur tar-rata tal-kambju applikabbli għas-somma mqiegħda għad-dispożizzjoni fil-munita nazzjonali wara l-konklużjoni tal-kuntratt)

3

2019/C 263/04

Kawża C-628/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy — il-Polonja) — Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów vs Orange Polska S.A. (Domanda preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fir-rigward tal-konsumaturi — Kunċett ta’ prattika kummerċjali aggressiva — Obbligu tal-konsumatur li jieħu deċiżjoni kummerċjali finali fil-preżenza tal-messaġġier li jagħtih il-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt)

4

2019/C 263/05

Kawża C-634/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Oldenburg — il-Ġermanja) — ReFood GmbH & Co. KG vs Landwirtschaftskammer Niedersachsen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Vjeġġi ta’ skart ġewwa l-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 1013/2006 — Artikolu 1(3)(d) — Kamp ta’ applikazzjoni — Regolament (KE) Nru 1069/2009 — Vjeġġi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali)

5

2019/C 263/06

Kawża C-646/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Brindisi — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Gianluca Moro (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Direttiva 2012/13/UE — Dritt għal informazzjoni fi proċeduri kriminali — Artikolu 6(4) — Dritt li wieħed jiġi informat bl-akkuża mressqa kontrih — Informazzjoni dwar kull emenda fl-informazzjoni pprovduta meta dan ikun neċessarju sabiex tiġi ggarantita n-natura xierqa tal-proċedura — Emenda tal-kwalifika ġuridika tal-fatti li huma s-suġġett tal-akkuża — Impossibbiltà għall-persuna akkużata li titlob, matul il-proċedura orali, l-applikazzjoni tal-piena nnegozjata prevista mid-dritt nazzjonali — Differenza f’każ ta’ emenda tal-fatti li fuqhom hija bbażata l-akkuża)

6

2019/C 263/07

Kawża C-658/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim — il-Polonja) — Kawża mressqa minn WB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (UE) Nru 650/2012 — Artikolu 3(1)(g) u (i) — Kunċett ta’ deċiżjoni fil-qasam tas-suċċessjoni — Kunċett ta’ strument awtentiku fil-qasam tas-suċċessjoni — Klassifikazzjoni ġuridika ta’ ċertifikat ta’ eredità nazzjonali — Artikolu 3(2) — Kunċett ta’ qorti — Assenza ta’ notifika lill-Kummissjoni Ewropea, mill-Istat Membru, ta’ nutara bħala awtoritajiet mhux ġudizzjarji li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji bħala qrati)

6

2019/C 263/08

Kawża C-664/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Areios Pagos — il-Greċja) — Ellinika Nafpigeia AE vs Panagiotis Anagnostopoulos et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2001/23/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Trasferiment ta’ parti minn impriża — Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema — Kunċett ta’ trasferiment — Kunċett ta’ entità ekonomika — Trasferiment ta’ parti mill-attività ekonomika ta’ kumpannija omm lil sussidjarja li għadha kemm ġiet stabbilita — Identità — Awtonomija — Tkomplija ta’ attività ekonomika — Kriterju ta’ stabbiltà tat-tkomplija ta’ attività ekonomika — Użu ta’ fatturi ta’ produzzjoni ta’ terzi — Intenzjoni li l-entità ttrasferita tiġi llikwidata)

7

2019/C 263/09

Kawża C-705/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Svea hovrätt — L-Isvezja) — Patent-och registreringsverket vs Mats Hansson (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade marks — Direttiva 2008/95/KE — Artikolu 4(1)(b) — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Impressjoni globali — Trade mark preċedenti rreġistrata b’dikjarazzjoni ta’ rinunzja (disclaimer) — Effetti ta’ tali rinunzja fuq il-portata tal-protezzjoni tat-trade mark preċedenti)

8

2019/C 263/10

Kawża C-720/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Mohammed Bilali vs Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Politika tal-ażil — Protezzjoni sussidjarja — Direttiva 2011/95/UE — Artikolu 19 — Revoka tal-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja — Żball tal-amministrazzjoni li jikkonċerna liċ-ċirkustanzi ta’ fatt)

9

2019/C 263/11

Kawża C-22/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Darmstadt — il-Ġermanja) — TopFit e.V., Daniele Biffi vs Deutscher Leichtathletikverband e.V. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikoli 18, 21 u 165 TFUE — Regolament ta’ assoċjazzjoni sportiva — Parteċipazzjoni f’kampjonat nazzjonali ta’ Stat Membru minn atleta dilettant ta’ nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor — Trattament differenti minħabba n-nazzjonalità — Restrizzjoni għall-moviment liberu)

10

2019/C 263/12

Kawża C-33/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Liège — il-Belġju) — V vs Institut national d’assurances sociales pour travailleurs indépendants (Inasti), Securex Integrity ASBL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Artikolu 87(8) — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 14ċ(b) — Ħaddiem li jeżerċita attività bħala persuna impjegata u attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stati Membri differenti — Derogi għall-prinċipju ta’ uniċità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli — Affiljazzjoni doppja — Tressiq ta’ talba bil-għan tal-issuġġettar għal-leġiżlazzjoni applikabbli bis-saħħa tar-Regolament Nru 883/2004)

10

2019/C 263/13

Kawża C-43/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — il-Belġju) — Compagnie d’entreprises CFE SA vs Région de Bruxelles-Capitale (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2001/42/KE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent — Digriet — Għażla ta’ żona speċjali ta’ konservazzjoni skont id-Direttiva 92/43/KEE — Stabbiliment tal-għanijiet ta’ konservazzjoni u ta’ ċerti miżuri ta’ prevenzjoni — Kunċett ta’ pjanijiet u programmi — Obbligu ta’ twettiq ta’ evalwazzjoni ambjentali)

11

2019/C 263/14

Kawża C-58/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Justice de Paix du canton de Visé — il-Belġju) — Michel Schyns vs Belfius Banque SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 2008/48/KE — Obbligi prekuntrattwali — Artikolu 5(6) — Obbligu tal-kreditur li jfittex it-tip u l-ammont tal-kreditu l-iktar adattati — Artikolu 8(1) — Obbligu għall-kreditur li jastjeni milli jikkonkludi l-kuntratt ta’ self f’każ ta’ dubji dwar is-solvenza tal-konsumatur — Obbligu għall-kreditur li jevalwa l-opportunità tal-kreditu)

12

2019/C 263/15

Kawża C-142/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles — Il-Belġju) — Skype Communications Sàrl vs Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/21/KE — Artikolu 2(c) — Kunċett ta’ servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Trażmissjoni ta’ sinjali — Servizz ta’ Voice over Internet Protocol (VoIP) lejn numri tat-telefon fissi jew mobbli — Servizz SkypeOut)

13

2019/C 263/16

Kawża C-185/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Oro Efectivo SL vs Diputación Foral de Bizkaia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 401 — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Akkwist minn impriżi, mingħand individwi, ta’ muniti tad-deheb u metalli prezzjużi intiżi għall-bejgħ mill-ġdid — Taxxa fuq it-trasferimenti tal-assi)

13

2019/C 263/17

Kawża C-193/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — il-Ġermanja) — Google LLC vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/21/KE — Artikolu 2(c) — Kunċett ta’ servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Trażmissjoni ta’ sinjali — Servizz ta’ posta elettronika fuq l-internet — Servizz Gmail)

14

2019/C 263/18

Kawża C-223/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Deichmann SE vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Munich, SL (Appell — Trademark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Proċedimenti ta’ revoka — Trademark figurattiva li tirrappreżenta salib fuq il-ġenb ta’ żarbun tal-isport — Ċaħda tat-talba għal revoka)

15

2019/C 263/19

Kawża C-264/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof — il-Belġju) — P. M., N. G.d.M., P. V.d.S. vs Ministerraad (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2014/24/UE — Artikolu 10(c) u (d)(i), (ii) u (v) — Validità — Kamp ta’ applikazzjoni — Esklużjoni tas-servizzi ta’ arbitraġġ u ta’ konċiljazzjoni u ta’ ċerti servizzi legali — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ sussidjarjetà — Artikoli 49 u 56 TFUE)

16

2019/C 263/20

Kawża C-317/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Faro — il-Portugall) — Cátia Correia Moreira vs Município de Portimão (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2001/23/KE — Trasferimenti ta’ impriżi — Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema — Kunċett ta’ ħaddiem — Modifika sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għad-detriment tal-ħaddiem)

16

2019/C 263/21

Kawża C-321/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — il-Belġju) — Terre wallonne ASBL vs Région wallonne (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2001/42/KE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent — Digriet — Stabbiliment tal-għanijiet ta’ konservazzjoni għan-netwerk Natura 2000, skont id-Direttiva 92/43/KEE — Kunċett ta’ pjanijiet u programmi — Obbligu li ssir evalwazzjoni ambjentali)

17

2019/C 263/22

Kawża C-361/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szekszárdi Járásbíróság — l-Ungerija) — Ágnes Weil vs Géza Gulácsi (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Artikolu 66 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Materji ċivili u kummerċjali — Artikolu 1(1) u (2)(a) — Materji esklużi — Effetti matrimonjali — Artikolu 54 — Talba għall-ħruġ taċ-ċertifikat li jiċċertifika li d-deċiżjoni mogħtija mill-qorti ta’ oriġini hija eżekuttiva — Deċiżjoni ġudizzjarja dwar dejn li jirriżulta mill-ħall tad-drittijiet ta’ proprjetà li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ sħubija de facto)

18

2019/C 263/23

Kawża C-420/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof ’s-Hertogenbosch — il-Pajjiżi l-Baxxi) — IO vs Inspecteur van de rijksbelastingdienst (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 9 u 10 — Persuna taxxabbli — Attività ekonomika eżerċitata b’mod indipendenti — Kunċett — Attività ta’ membru tal-bord ta’ sorveljanza ta’ fondazzjoni)

19

2019/C 263/24

Kawża C-503/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Inge Barnett vs Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjal — Pensjoni tal-irtirar — Irtirar antiċipat mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni — Regolamenti tal-persunal tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 9(2) tal-Anness VIII — Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni — Interess tas-servizz — Deċiżjoni adottata b’eżekuzzjoni ta’ sentenza tat-Tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 266 TFUE — Res judicata)

20

2019/C 263/25

Kawża C-505/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Copebi SCA vs Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni 2009/402/KE — Pjanijiet ta’ kontinġenza fis-settur tal-frott u l-ħaxix implimentati mir-Repubblika Franċiża — Konstatazzjoni tal-inkompatibbiltà tal-għajnuna — Ordni ta’ rkupru — Kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni — Kumitati ekonomiċi agrikoli)

20

2019/C 263/26

Kawżi magħquda C-508/18 u C-82/19 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Mejju 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court, High Court (l-Irlanda) — l-Irlanda) — Eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra OG (C-508/18), PI (C-82/19 PPU) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Mandat ta’ arrest Ewropew — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Artikolu 6(1) — Kunċett ta’ awtorità ġudizzjarja emittenti — Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Uffiċċju tal-prosekuzzjoni ta’ Stat Membru — Status — Eżistenza ta’ rabta ta’ subordinazzjoni fir-rigward ta’ korp tal-poter eżekuttiv — Setgħat ta’ struzzjoni individwali tal-Ministru għall-Ġustizzja — Assenza ta’ garanzija ta’ indipendenza)

21

2019/C 263/27

Kawża C-509/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court — l-Irlanda) — Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra PF (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Mandat ta’ arrest Ewropew — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Artikolu 6(1) — Kunċett ta’ awtorità ġudizzjarja emittenti — Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Prosekutur Ġenerali ta’ Stat Membru — Status — Garanzija ta’ indipendenza)

22

2019/C 263/28

Kawża C-10/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fit-3 ta’ Jannar 2019 — Wilo Salmson France SAS vs Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București — Administrația Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenți

23

2019/C 263/29

Kawża C-142/19: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2019 minn Dovgan GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-830/16 — Monolith Frost GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

23

2019/C 263/30

Kawża C-267/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Trgovački sud u Zagrebu (il-Kroazja) fit-28 ta’ Marzu 2019 — PARKING d.o.o. vs SAWAL d.o.o.

25

2019/C 263/31

Kawża C-307/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Visoki trgovački sud Republike Hrvatske (il-Kroazja) fil-11 ta’ April 2019 — Obala i lučice d.o.o. vs NLB Leasing d.o.o.

25

2019/C 263/32

Kawża C-308/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fil-15 ta’ April 2019 — Consiliul Concurenței vs Whiteland Import Export SRL

28

2019/C 263/33

Kawża C-309/19 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 mill-Asociación de fabricantes de morcilla de Burgos mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-14 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-709/18, Asociación de fabricantes de morcilla de Burgos vs Il-Kummissjoni

28

2019/C 263/34

Kawża C-323/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Trgovački sud u Zagrebu (il-Kroazja) fit-18 ta’ April 2019 — Interplastics s.r.o. vs Letifico d.o.o.

29

2019/C 263/35

Kawża C-344/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fit-2 ta’ Mejju 2019 — D. J. vs Radiotelevizija Slovenija

30

2019/C 263/36

Kawża C-346/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Mejju 2019 — Bundeszentralamt für Steuern vs Y-GmbH

31

2019/C 263/37

Kawża C-367/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil (is-Slovenja) fit-8 ta’ Mejju 2019 — Ministrstvo za notranje zadeve vs Tax-Fin-Lex d.o.o.

32

2019/C 263/38

Kawża C-420/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fid-29 ta’ Mejju 2019 — Maksu- ja Tolliamet vs Heavyinstall OÜ

32

2019/C 263/39

Kawża C-453/19 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2019 minn Deutsche Lufthansa AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fit-12 ta’ April 2019 fil-Kawża T-492/15, Deutsche Lufthansa AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

33

2019/C 263/40

Kawża C-458/19 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2019 minn ClientEarth mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-4 ta’ April 2019 fil-Kawża T-108/17, ClientEarth vs Il-Kummissjoni

35

2019/C 263/41

Kawża C-466/19 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 minn Qualcomm, Inc., Qualcomm Europe, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-9 ta’ April 2019 fil-Kawża T-371/17, Qualcomm and Qualcomm Europe vs Il-Kummissjoni

36

 

Il-Qorti Ġenerali

2019/C 263/42

Kawża T-478/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2019 — Frank vs Il-Kummissjoni (Riċerka u żvilupp teknoloġiku — Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) — Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-Programm ta’ Ħidma ERC għas-sena 2016 — Deċiżjoni tal-ERCEA li tiċħad talba għal sussidju bħala ineliġibbli — Rikors amministrattiv quddiem il-Kummissjoni — Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda — Inammissibbiltà parzjali — Deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

38

2019/C 263/43

Kawża T-167/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — RV vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal — Għoti ta’ leave fl-interess tas-servizz — Irtirar awtomatiku — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà parzjali — Kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi — Tqajjim ex officio — Interpretazzjoni letterali, kuntestwali u teleoloġika)

39

2019/C 263/44

Kawża T-248/17 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — CC vs Il-Parlament (Responsabbiltà — Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Kompetizzjoni ġenerali EUR/A/151/98 — Żbalji mwettqa mill-Parlament Ewropew fil-ġestjoni tal-lista ta’ riżerva — Dannu materjali)

40

2019/C 263/45

Kawża T-462/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2019 — TO vs AEA (Servizz Pubbliku — Aġenti kuntrattwali — Kuntratt għal żmien ddeterminat — Tkeċċija matul leave tal-mard — Artikolu 16 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Artikolu 48(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Artikolu 26 tal-Istatut — Ipproċessar ta’ data ta’ natura personali — Artikolu 84 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Fastidju morali)

40

2019/C 263/46

Kawża T-583/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — EOS Deutscher Inkasso-Dienst vs EUIPO — IOS Finance EFC (IOS FINANCE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva IOS FINANCE — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti EOS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

41

2019/C 263/47

Kawża T-74/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Visi/one vs EUIPO — EasyFix (Tabelli li jiddendlu għall-karozzi) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tabelli li jiddendlu għall-karozzi — Disinn preċedenti — Prova tal-iżvelar — Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Raġuni għall-invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Utent avżat — Grad ta’ libertà tad-disinjatur — Assenza ta’ impressjoni globali differenti — Artikoli 6 u 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002)

42

2019/C 263/48

Kawża T-75/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — MPM-Quality vs EUIPO — Elton Hodinářská (MANUFACTURE PRIM 1949) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva MANUFACTURE PRIM 1949 — Użu ġenwin tat-trade mark — Obbligu ta’ motivazzjoni)

43

2019/C 263/49

Kawża T-138/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2019 — De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Eks Uffiċjali — Investigazzjoni tal-OLAF — Kawża Eurostat — Trażmissjoni lil awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali ta’ informazzjoni relattiva għal fatti li jistgħu jkunu suġġetti għal proċeduri kriminali — Assenza ta’ informazzjoni preċedenti dwar l-uffiċjali potenzjalment ikkonċernati — Danni allegatament subiti minħabba l-aġir tal-OLAF u tal-Kummissjoni matul il-proċedura — Dannu morali, fiżiku u materjali — Rabta ta’ kawżalità)

44

2019/C 263/50

Kawża T-291/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — Biedermann Technologies vs EUIPO (Compliant Constructs) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Compliant Constructs — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

44

2019/C 263/51

Kawża T-346/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — Advance Magazine Publishers vs EUIPO — Enovation Brands (VOGUE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali VOGUE — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VOGA — Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva — Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li sar l-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625) — Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95)

45

2019/C 263/52

Kawża T-357/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Luz Saúde vs EUIPO — Clínica La Luz (HOSPITAL DA LUZ) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva HOSPITAL DA LUZ — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti clínica LALUZ — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

46

2019/C 263/53

Kawża T-392/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Innocenti vs EUIPO — Gemelli (Innocenti) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Innocenti — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti INNOCENTI — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

47

2019/C 263/54

Kawża T-398/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Pielczyk vs EUIPO — Thalgo TCH (DERMÆPIL SUGAR EPIL SYSTEM) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea DERMÆPIL sugar epil system — Trade mark figurattiva preċedenti dermépil — Raġuni relattiva għal rifjut — Użu ġenwin tat-trade mark — Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 64 (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament 2017/1001) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tal-imsemmi regolament (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001) — Tqabbil tal-prodotti)

47

2019/C 263/55

Kawża T-449/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Ortlieb Sportartikel vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ Poligonu ottagonali) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta poligonu ottagonali — Raġuni assolut għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

48

2019/C 263/56

Kawża T-151/18: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2019 — VK vs Il-Kunsill

49

2019/C 263/57

Kawża T-317/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2019 — AMVAC Netherlands vs Il-Kummisjsoni

50

2019/C 263/58

Kawża T-338/19: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2019 — UE vs Il-Kummissjoni

50

2019/C 263/59

Kawża T-345/19: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Santini vs Il-Parlament

51

2019/C 263/60

Kawża T-346/19: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Ceravolo vs Il-Parlament

53

2019/C 263/61

Kawża T-347/19: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Falqui vs Il-Parlament

54

2019/C 263/62

Kawża T-348/19: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Poggiolini vs Il-Parlament

56

2019/C 263/63

Kawża T-351/19: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2019 — Ċipru vs EUIPO — Filotas Bellas & Yios (Halloumi Vermion grill cheese M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927)

56

2019/C 263/64

Kawża T-357/19: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2019 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

57

2019/C 263/65

Kawża T-359/19: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2019 — Daimler vs Il-Kummissjoni

58

2019/C 263/66

Kawża T-360/19: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2019 — Jalkh vs Il-Parlament

60

2019/C 263/67

Kawża T-361/19: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2019 — CF vs Il-Parlament

61

2019/C 263/68

Kawża T-363/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2019 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

62

2019/C 263/69

Kawża T-364/19: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2019 — Moretti vs Il-Parlament

64

2019/C 263/70

Kawża T-365/19: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2019 — Capraro vs Il-Parlament

65

2019/C 263/71

Kawża T-366/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Sboarina vs Il-Parlament

66

2019/C 263/72

Kawża T-370/19: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2019 — Spanja vs Il-Kummissjoni

67

2019/C 263/73

Kawża T-371/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Itinerant Show Room vs EUIPO — Forest (FAKE DUCK)

68

2019/C 263/74

Kawża T-372/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2019 — Cellai vs Il-Parlament

69

2019/C 263/75

Kawża T-373/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’Ġunju 2019 — Gatti vs Il-Parlamemt

70

2019/C 263/76

Kawża T-374/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2019 — Wuhrer vs Il-Parlament

71

2019/C 263/77

Kawża T-376/19: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2019 — El Corte Inglés vs EUIPO — Big Bang (LTC latiendaencasa.es BIG BANG DAY)

72


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 263/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 255, 29.7.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 246, 22.7.2019

ĠU C 238, 15.7.2019

ĠU C 230, 8.7.2019

ĠU C 220, 1.7.2019

ĠU C 213, 24.6.2019

ĠU C 206, 17.6.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/2


Metodu ta’ ħatra ta’ Mħallef li jissostitwixxi lil Imħallef impedit

(2019/C 263/02)

1.

Fl-10 ta’ Lulju 2019, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, mis-27 ta’ Settembru 2019, fil-każijiet ta’ impediment imsemmija rispettivament fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(2), u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-President tal-Qorti Ġenerali għandu jissostitwixxi lill-Imħallef impedit.

2.

Jekk il-President tal-Qorti Ġenerali jkun impedit, dan għandu jaħtar lill-Viċi President tal-Qorti Ġenerali biex jissostitwixxih, konformement mal-Artikolu 11(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

3.

Jekk il-Viċi President tal-Qorti Ġenerali jkun impedit, il-President tal-Qorti Ġenerali għandu jaħtar lill-Imħallef li għandu jissostitwixxih skont l-ordni stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura, bl-eċċezzjoni tal-Presidenti ta’ Awla.

4.

Jekk l-imħallef maħtur konformement mal-paragrafu 3 jkun impedit u l-kawża li fiha jiġi ddikjarat l-impediment tkun kawża tas-servizz pubbliku, kif iddefinit fid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2019 dwar il-kriterji ta’ attribuzzjoni tal-kawżi lill-awli [ĠU 2019, C 246, p. 2], jew kawża relattiva għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali msemmija fir-raba’ titolu tar-Regoli tal-Proċedura, il-President tal-Qorti Ġenerali għandu jaħtar, skont l-ordni stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura, lil Imħallef assenjat lil Awla inkarigata mill-istess tip ta’ kawżi bħal dik li jappartjeni għaliha l-Imħallef impedit biex jissostitwixxi lil dan tal-aħħar.

5.

Sabiex jiġi żgurat tqassim ekwilibrat tal-volum ta’ xogħol, il-President tal-Qorti Ġenerali jista’ jidderoga mill-ordni stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura, kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 ta’ din id-deċiżjoni.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budai Központi Kerületi Bíróság — l-Ungerija) — GT vs HS

(Kawża C-38/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 3(1) - Artikolu 4(2) - Artikolu 6(1) - Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija - Komunikazzjoni lill-konsumatur tar-rata tal-kambju applikabbli għas-somma mqiegħda għad-dispożizzjoni fil-munita nazzjonali wara l-konklużjoni tal-kuntratt)

(2019/C 263/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budai Központi Kerületi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GT

Konvenuta: HS

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1), l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, kif interpretata mill-qorti suprema ta’ dan l-Istat Membru, li bis-saħħa tagħha kuntratt ta’ self f’munita barranija li, għalkemm jispeċifika s-somma espressa fil-munita nazzjonali li tikkorrispondi għall-applikazzjoni għal finanzjament tal-konsumatur, ma jindikax ir-rata tal-kambju applikabbli għal din is-somma sabiex jiġi ddeterminat l-ammont finali tas-self f’munita barranija, filwaqt li, f’waħda mill-klawżoli tiegħu, jistipula li din ir-rata għandha tiġi ddeterminata mill-persuna li ssellef wara l-konklużjoni tal-kuntratt f’dokument separat, ma jsirx null,

meta din il-klawżola tkun ġiet redatta b’mod ċar u li jinftiehem skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13, sa fejn il-mekkaniżmu għall-kalkolu tal-ammont totali mogħti b’self kif ukoll ir-rata tal-kambju applikabbli jkunu stabbiliti b’mod trasparenti sabiex konsumatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat, ikun jista’ jevalwa, abbażi ta’ kriterji preċiżi u li jinftiehmu, il-konsegwenzi ekonomiċi li jikkonċernawh li joħorġu mill-kuntratt, inkluża, b’mod partikolari, l-ispiża totali tas-self tiegħu, jew, jekk ikun jidher li l-klawżola inkwistjoni ma tkunx ġiet redatta b’mod ċar u li jinftiehem,

meta l-imsemmija klawżola ma tkunx inġusta fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva jew, jekk din tkun inġusta, il-kuntratt ikkonċernat ikun jista’ jkompli jeżisti mingħajrha skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13.


(1)  ĠU C 178, 6.6.2017.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy — il-Polonja) — Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów vs Orange Polska S.A.

(Kawża C-628/17) (1)

(Domanda preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fir-rigward tal-konsumaturi - Kunċett ta’ “prattika kummerċjali aggressiva” - Obbligu tal-konsumatur li jieħu deċiżjoni kummerċjali finali fil-preżenza tal-messaġġier li jagħtih il-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt)

(2019/C 263/04)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów

Konvenuta: Orange Polska S.A.

Dispożittiv

L-Artikolu 2(j) u l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-applikazzjoni minn negozjant ta’ metodu ta’ konklużjoni jew ta’ emendar ta’ kuntratti għall-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fil-kuntest tiegħu l-konsumatur għandu jieħu d-deċiżjoni kummerċjali finali fil-preżenza ta’ messaġġier, li jagħtih il-mudell tal-kuntratt, mingħajr ma dan ikun jista’ jaqra liberament il-kontenut ta’ dan tal-aħħar fil-preżenza ta’ dan il-messaġġier,

ma tikkostitwixxix prattika kummerċjali aggressiva fiċ-ċirkustanzi kollha;

ma tikkostitwixxix prattika kummerċjali aggressiva, bl-eżerċizzju ta’ influwenza mhux xierqa, minħabba biss l-assenza ta’ komunikazzjoni individwali u minn qabel lill-konsumatur, b’mod partikolari permezz ta’ posta elettronika jew fl-indirizz tad-dar tiegħu, tal-mudelli ta’ kuntratti kollha, meta l-konsumatur kellu l-opportunità, qabel iż-żjara tal-messaġġier, li jiffamiljarizza ruħu mal-kontenut tagħhom; u

tikkostitwixxi prattika kummerċjali aggressiva, billi teżerċita influwenza mhux xierqa, b’mod partikolari meta n-negozjant jew il-messaġġier tiegħu jkunu wettqu aġir żleali li jkollu l-effett li jitfa’ pressjoni fuq il-konsumatur b’tali mod li l-libertà tal-għażla tiegħu tinbidel b’mod sinjifikattiv, bħalma huwa l-aġir li jiskomoda lill-konsumatur jew jiddisturba r-riflessjoni tiegħu dwar id-deċiżjoni kummerċjali li għandha tittieħed.


(1)  ĠU C 104, 19.3.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Oldenburg — il-Ġermanja) — ReFood GmbH & Co. KG vs Landwirtschaftskammer Niedersachsen

(Kawża C-634/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Vjeġġi ta’ skart ġewwa l-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1013/2006 - Artikolu 1(3)(d) - Kamp ta’ applikazzjoni - Regolament (KE) Nru 1069/2009 - Vjeġġi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali)

(2019/C 263/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Oldenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ReFood GmbH & Co. KG

Konvenuta: Landwirtschaftskammer Niedersachsen

Dispożittiv

L-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart għandu jiġi interpretat fis-sens li l-vjeġġi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1013/2006, ħlief fil-każ fejn ir-Regolament Nru 1069/2009 jipprevedi espressament l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1013/2006.


(1)  ĠU C 52, 12.2.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Brindisi — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Gianluca Moro

(Kawża C-646/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2012/13/UE - Dritt għal informazzjoni fi proċeduri kriminali - Artikolu 6(4) - Dritt li wieħed jiġi informat bl-akkuża mressqa kontrih - Informazzjoni dwar kull emenda fl-informazzjoni pprovduta meta dan ikun neċessarju sabiex tiġi ggarantita n-natura xierqa tal-proċedura - Emenda tal-kwalifika ġuridika tal-fatti li huma s-suġġett tal-akkuża - Impossibbiltà għall-persuna akkużata li titlob, matul il-proċedura orali, l-applikazzjoni tal-piena nnegozjata prevista mid-dritt nazzjonali - Differenza f’każ ta’ emenda tal-fatti li fuqhom hija bbażata l-akkuża)

(2019/C 263/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Brindisi

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Gianluca Moro

Dispożittiv

L-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali u l-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha l-persuna akkużata tista’ titlob, matul il-proċedura orali, l-applikazzjoni ta’ piena nnegozjata fil-każ ta’ emenda tal-fatti li fuqhom hija bbażata l-akkuża, u mhux fil-każ ta’ emenda tal-kwalifika ġuridika tal-fatti li huma s-suġġett tal-akkuża.


(1)  ĠU C 52, 12.02.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim — il-Polonja) — Kawża mressqa minn WB

(Kawża C-658/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 650/2012 - Artikolu 3(1)(g) u (i) - Kunċett ta’ “deċiżjoni” fil-qasam tas-suċċessjoni - Kunċett ta’ “strument awtentiku” fil-qasam tas-suċċessjoni - Klassifikazzjoni ġuridika ta’ ċertifikat ta’ eredità nazzjonali - Artikolu 3(2) - Kunċett ta’ “qorti” - Assenza ta’ notifika lill-Kummissjoni Ewropea, mill-Istat Membru, ta’ nutara bħala awtoritajiet mhux ġudizzjarji li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji bħala qrati)

(2019/C 263/07)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim

Partijiet fil-kawża prinċipali

WB

fil-preżenza ta’: Przemysława Bac, li qiegħda taġixxi bħala nutar

Dispożittiv

1.

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas ta’ notifika minn Stat Membru tal-eżerċizzju minn nutara ta’ funzjonijiet ġudizzjarji, previst f’din id-dispożizzjoni, ma huwiex determinanti għall-klassifikazzjoni ta’ tali nutara bħala “qorti”.

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li nutar li jfassal att dwar l-applikazzjoni konġunta tal-partijiet kollha fil-proċedura notarili, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jikkostitwixxix “qorti” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u, konsegwentement, l-Artikolu 3(1)(g) ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat li jfisser li tali att ma jikkostitwixxix “deċiżjoni” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

L-Artikolu 3(1)(i) tar-Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċertifikat ta’ eredità, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, imfassal min-nutar fuq talba konkordanti tal-partijiet kollha fil-proċedura notarili, jikkostitwixxi “strument awtentiku” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li l-għoti tiegħu jista’ jsir flimkien mal-formola prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(1) ta’ dan ir-regolament, li tikkorrispondi għal dik prevista fl-Anness 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1329/2014 tad-9 ta’ Diċembru 2014 li jistabbilixxi l-Formoli msemmija fir-Regolament Nru 650/2012.


(1)  ĠU C 134, 16.04.2018


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Areios Pagos — il-Greċja) — Ellinika Nafpigeia AE vs Panagiotis Anagnostopoulos et

(Kawża C-664/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2001/23/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Trasferiment ta’ parti minn impriża - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema - Kunċett ta’ “trasferiment” - Kunċett ta’ “entità ekonomika” - Trasferiment ta’ parti mill-attività ekonomika ta’ kumpannija omm lil sussidjarja li għadha kemm ġiet stabbilita - Identità - Awtonomija - Tkomplija ta’ attività ekonomika - Kriterju ta’ stabbiltà tat-tkomplija ta’ attività ekonomika - Użu ta’ fatturi ta’ produzzjoni ta’ terzi - Intenzjoni li l-entità ttrasferita tiġi llikwidata)

(2019/C 263/08)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Areios Pagos

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ellinika Nafpigeia AE

Konvenuti: Panagiotis Anagnostopoulos et

fil-preżenza ta’: Syllogos Ergazomenon Nafpigeion Skaramagka, I TRIAINA, Panellinia Omospondia Ergatoÿpallilon Metallou (POEM), Geniki Synomospondia Ergaton Ellados (GSEE)

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, b’mod partikolari l-Artikolu 1(1)(a) u (b) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tapplika għat-trasferiment ta’ unità ta’ produzzjoni meta, minn naħa, iċ-ċedent, iċ-ċessjonarju jew dawn iż-żewġ persuni flimkien jaġixxu bil-għan li l-attività ekonomika eżerċitata miċ-ċedent titkompla miċ-ċessjonarju, iżda wkoll bil-għan tat-tmiem tal-eżistenza taċ-ċessjonarju nnifsu, fil-kuntest ta’ likwidazzjoni, u, min-naħa l-oħra, l-unità inkwistjoni, li ma jkollhiex il-kapaċità li tilħaq l-għan ekonomiku tagħha mingħajr ma tuża fatturi ta’ produzzjoni minn terzi, ma tkunx kompletament awtonoma, bil-kundizzjoni, li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju, minn naħa, li l-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jimponi fuq iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju l-obbligu li ma jipprovawx jibbenefikaw b’mod frawdolenti u abbużiv mill-vantaġġi li jistgħu jnisslu mid-Direttiva 2001/23 jiġi osservat, u, min-naħa l-oħra, li l-unità ta’ produzzjoni kkonċernata jkollha garanziji suffiċjenti li jiżgurawlha l-aċċess għall-fatturi ta’ produzzjoni ta’ terz sabiex ma tkunx tiddependi fuq l-għażliet ekonomiċi magħmula b’mod unilaterali minn dan tal-aħħar.


(1)  ĠU C 32, 29.1.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Svea hovrätt — L-Isvezja) — Patent-och registreringsverket vs Mats Hansson

(Kawża C-705/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 4(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Impressjoni globali - Trade mark preċedenti rreġistrata b’dikjarazzjoni ta’ rinunzja (disclaimer) - Effetti ta’ tali rinunzja fuq il-portata tal-protezzjoni tat-trade mark preċedenti)

(2019/C 263/09)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Svea hovrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Patent-och registreringsverket

Konvenut: Mats Hansson

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal dikjarazzjoni ta’ rinunzja li jkollha l-effett li teskludi element ta’ trade mark kumplessa, ikkonċernat minn din id-dikjarazzjoni, mill-analiżi globali tal-fatturi rilevanti biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jew li tagħti lil tali element, mill-bidu u b’mod permanenti, importanza limitata f’din l-analiżi.


(1)  ĠU C 83, 05.03.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Mohammed Bilali vs Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

(Kawża C-720/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Politika tal-ażil - Protezzjoni sussidjarja - Direttiva 2011/95/UE - Artikolu 19 - Revoka tal-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja - Żball tal-amministrazzjoni li jikkonċerna liċ-ċirkustanzi ta’ fatt)

(2019/C 263/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mohammed Bilali

Konvenut: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

Dispożittiv

L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, moqri flimkien mal-Artikolu 16 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru għandu jirrevoka l-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja meta jkun ngħata dan l-istatus mingħajr ma l-kundizzjonijiet għal dan l-għoti jkunu ssodisfatti, abbażi ta’ fatti li sussegwentement ġew irrivelati li huma żbaljati, u għalkemm il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi kkritikata li qiegħda tqarraq b’dak l-Istat Membru f’dik l-okkażjoni.


(1)  ĠU C 104, 19.3.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Darmstadt — il-Ġermanja) — TopFit e.V., Daniele Biffi vs Deutscher Leichtathletikverband e.V.

(Kawża C-22/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikoli 18, 21 u 165 TFUE - Regolament ta’ assoċjazzjoni sportiva - Parteċipazzjoni f’kampjonat nazzjonali ta’ Stat Membru minn atleta dilettant ta’ nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor - Trattament differenti minħabba n-nazzjonalità - Restrizzjoni għall-moviment liberu)

(2019/C 263/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Darmstadt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TopFit e.V., Daniele Biffi

Konvenuta: Deutscher Leichtathletikverband e.V.

Dispożittiv

L-Artikoli 18, 21 u 165 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regoli ta’ assoċjazzjoni sportiva nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħhom ċittadin tal-Unjoni Ewropea, ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, li ilu jirrisjedi għal diversi snin fuq it-territorju tal-Istat Membru fejn hija stabbilita din l-assoċjazzjoni fejn huwa jipprattika l-ġiri bħala dilettant fil-kategorija senior, ma jistax jipparteċipa għall-kampjonati nazzjonali f’dawn id-dixxiplini bl-istess mod bħaċ-ċittadini nazzjonali jew li jista’ jipparteċipa f’dawn il-kampjonati biss “barra mill-klassifikazzjoni” jew “mingħajr klassifikazzjoni”, mingħajr ma jkollu aċċess għall-finali u mingħajr ma jkun jista’ jikseb it-titolu ta’ rebbieħ nazzjonali, sakemm dawn ir-regoli ma jkunux iġġustifikati minn kunsiderazzjonijiet oġġettivi u proporzjonati għall-għan leġittimament imfittex, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 123, 09.04.2018


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Liège — il-Belġju) — V vs Institut national d’assurances sociales pour travailleurs indépendants (Inasti), Securex Integrity ASBL

(Kawża C-33/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali - Ħaddiema migranti - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Artikolu 87(8) - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 14ċ(b) - Ħaddiem li jeżerċita attività bħala persuna impjegata u attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stati Membri differenti - Derogi għall-prinċipju ta’ uniċità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli - Affiljazzjoni doppja - Tressiq ta’ talba bil-għan tal-issuġġettar għal-leġiżlazzjoni applikabbli bis-saħħa tar-Regolament Nru 883/2004)

(2019/C 263/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: V

Konvenuti: Institut national d’assurances sociales pour travailleurs indépendants, Securex Integrity ASBL

Dispożittiv

L-Artikolu 87(8) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li, fid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004, kienet teżerċita attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru u attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor, peress li kienet għaldaqstant suġġetta simultanjament għal-leġiżlazzjonijiet applikabbli fil-qasam tas-sigurtà soċjali ta’ dawn iż-żewġ Stati Membri, ma kellhiex, sabiex tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni applikabbli skont ir-Regolament Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 988/2009, tressaq talba espressa f’dan is-sens.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — il-Belġju) — Compagnie d’entreprises CFE SA vs Région de Bruxelles-Capitale

(Kawża C-43/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Digriet - Għażla ta’ żona speċjali ta’ konservazzjoni skont id-Direttiva 92/43/KEE - Stabbiliment tal-għanijiet ta’ konservazzjoni u ta’ ċerti miżuri ta’ prevenzjoni - Kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” - Obbligu ta’ twettiq ta’ evalwazzjoni ambjentali)

(2019/C 263/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Compagnie d’entreprises CFE SA

Konvenut: Région de Bruxelles-Capitale

Dispożittiv

L-Artikolu 3(2) u (4) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent għandu jiġi interpretat fis-sens li, mingħajr ħsara għall-verifiki li l-qorti tar-rinviju għandha tagħmel, digriet, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu Stat Membru jagħżel żona speċjali ta’ konservazzjoni (ŻSK) u jistabbilixxi għanijiet ta’ konservazzjoni u ċerti miżuri ta’ prevenzjoni, ma huwiex inkluż fil-“pjanijiet u programmi” li għalihom evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent hija obbligatorja.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Justice de Paix du canton de Visé — il-Belġju) — Michel Schyns vs Belfius Banque SA

(Kawża C-58/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2008/48/KE - Obbligi prekuntrattwali - Artikolu 5(6) - Obbligu tal-kreditur li jfittex it-tip u l-ammont tal-kreditu l-iktar adattati - Artikolu 8(1) - Obbligu għall-kreditur li jastjeni milli jikkonkludi l-kuntratt ta’ self f’każ ta’ dubji dwar is-solvenza tal-konsumatur - Obbligu għall-kreditur li jevalwa l-opportunità tal-kreditu)

(2019/C 263/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Justice de Paix du canton de Visé

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Michel Schyns

Konvenut: Belfius Banque SA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq il-kredituri jew l-intermedjarji tal-kreditu li jfittxu, fil-qafas tal-kuntratti ta’ kreditu li s-soltu joffru, it-tip u l-ammont ta’ kreditu li huwa l-iktar adattat, inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt u tal-għan tal-kreditu.

2)

L-Artikolu 5(6) u l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/48 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teħtieġ li l-kreditur jastjeni milli jikkonkludi l-ftehim ta’ kreditu jekk ma jkunx jista’ jevalwa b’mod raġonevoli, fi tmiem il-verifika tas-solvibbiltà tal-konsumatur, li dan tal-aħħar għandu jkun jista’ josserva l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt propost.


(1)  ĠU C 166, 14.5.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles — Il-Belġju) — Skype Communications Sàrl vs Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)

(Kawża C-142/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/21/KE - Artikolu 2(c) - Kunċett ta’ “servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” - Trażmissjoni ta’ sinjali - Servizz ta’ Voice over Internet Protocol (VoIP) lejn numri tat-telefon fissi jew mobbli - Servizz SkypeOut)

(2019/C 263/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skype Communications Sàrl

Konvenut: Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)

Dispożittiv

L-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-provvista, mill-pubblikatur ta’ softwer, ta’ funzjonalità li toffri servizz “Voice over Internet Protocol” (VoIP), li jippermetti lill-utent iċempel numru fiss jew mobbli minn pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni permezz tal-Public Switched Telephone Network (PSTN) ta’ Stat Membru minn terminal, jikkostitwixxi “servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, hekk kif il-provvista ta’ dak is-servizz, minn naħa, tagħti lok għar-remunerazzjoni tal-pubblikatur u, min-naħa l-oħra, tinvolvi l-konklużjoni minn dan tal-aħħar ta’ ftehimiet mal-fornituri ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni debitament awtorizzati sabiex jittrażmettu u jitterminaw telefonati lejn il-PSTN.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Oro Efectivo SL vs Diputación Foral de Bizkaia

(Kawża C-185/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 401 - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Akkwist minn impriżi, mingħand individwi, ta’ muniti tad-deheb u metalli prezzjużi intiżi għall-bejgħ mill-ġdid - Taxxa fuq it-trasferimenti tal-assi)

(2019/C 263/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Oro Efectivo SL

Konvenut: Diputación Foral de Bizkaia

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta t-trasferimenti tal-assi għal taxxa indiretta, distinta mill-VAT, l-akkwist minn impriża, mingħand individwi, ta’ oġġetti ta’ kontenut għoli ta’ deheb jew ta’ metall prezzjuż, fejn dawn l-oġġetti huma intiżi għall-attività ekonomika ta’ din l-impriża, li, għall-finijiet tal-ipproċessar tagħhom u għall-introduzzjoni mill-ġdid tagħhom fil-kummerċ, tbigħhom mill-ġdid lil impriżi speċjalizzati fil-manifattura ta’ ingotti jew prodotti oħra ta’ metall prezzjuż.


(1)  ĠU C 182, 28.5.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — il-Ġermanja) — Google LLC vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-193/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/21/KE - Artikolu 2(c) - Kunċett ta’ “servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” - Trażmissjoni ta’ sinjali - Servizz ta’ posta elettronika fuq l-internet - Servizz Gmail)

(2019/C 263/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Google LLC

Konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Dispożittiv

L-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz ta’ posta elettronika fuq l-Internet li ma jinkludix aċċess għall-Internet, bħas-servizz Gmail ipprovdut minn Google, ma jikkonsistix kollu kemm hu jew fil-parti l-kbira tiegħu, fit-trażmissjoni ta’ sinjali fuq netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u għaldaqstant ma jikkostitwixxix “servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 211, 18.06.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Deichmann SE vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Munich, SL

(Kawża C-223/18 P) (1)

(Appell - Trademark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Proċedimenti ta’ revoka - Trademark figurattiva li tirrappreżenta salib fuq il-ġenb ta’ żarbun tal-isport - Ċaħda tat-talba għal revoka)

(2019/C 263/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Deichmann SE (rappreżentant: C. Onken, Rechtsanwältin)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: D. Gája, agent), Munich, SL (rappreżentant: J. Güell Serra u M. del Mar Guix Vilanova, abogados)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Deichmann SE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 249, 16.07.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof — il-Belġju) — P. M., N. G.d.M., P. V.d.S. vs Ministerraad

(Kawża C-264/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 10(c) u (d)(i), (ii) u (v) - Validità - Kamp ta’ applikazzjoni - Esklużjoni tas-servizzi ta’ arbitraġġ u ta’ konċiljazzjoni u ta’ ċerti servizzi legali - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ sussidjarjetà - Artikoli 49 u 56 TFUE)

(2019/C 263/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiz

Qorti tar-rinviju

Grondwettelijk Hof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: P. M., N. G.d.M., P. V.d.S.

Konvenut: Ministerraad

Dispożittiv

L-eżami tal-kwistjoni ma żvela l-ebda fattur ta’ tali tip li jaffettwa l-validità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(c) u (d)(i), (ii) u (v) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku [l-għoti tal-kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, fid-dawl tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u tas-sussidjarjetà kif ukoll tal-Artikoli 49 u 56 TFUE.


(1)  ĠU C 276, 6.8.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Faro — il-Portugall) — Cátia Correia Moreira vs Município de Portimão

(Kawża C-317/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/23/KE - Trasferimenti ta’ impriżi - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema - Kunċett ta’ “ħaddiem” - Modifika sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għad-detriment tal-ħaddiem)

(2019/C 263/20)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca de Faro

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cátia Correia Moreira

Konvenuta: Município de Portimão

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1)(d) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li persuna li kkonkludiet, flimkien mal-persuna li tagħmel it-trasferiment, kuntratt ta’ provvista ta’ servizz, fis-sens tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tista’ titqies bħala “ħaddiem” u għalhekk tibbenefika mill-protezzjoni mogħtija minn din id-direttiva, bil-kundizzjoni, madankollu, li hija tkun protetta bħala ħaddiem permezz ta’ din il-leġiżlazzjoni u li tibbenefika minn kuntratt ta’ xogħol fid-data tat-trasferiment, li hija ħaġa li l-qorti tar-rinviju għandha tivverifika.

2)

Id-Direttiva 2001/23, moqrija flimkien mal-Artikolu 4(2) TUE, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, fil-każ ta’ trasferiment, fis-sens ta’ din id-direttiva, u fejn il-persuna li lilha jsir it-trasferiment tkun awtorità muniċipali, il-ħaddiema kkonċernati għandhom, minn naħa, ikunu suġġetti għal proċedura ta’ kompetizzjoni pubblika u, min-naħa l-oħra, isiru suġġetti għal rabta ġdida mal-persuna li lilha jsir it-trasferiment.


(1)  ĠU C 268, 30.7.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — il-Belġju) — Terre wallonne ASBL vs Région wallonne

(Kawża C-321/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Digriet - Stabbiliment tal-għanijiet ta’ konservazzjoni għan-netwerk Natura 2000, skont id-Direttiva 92/43/KEE - Kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” - Obbligu li ssir evalwazzjoni ambjentali)

(2019/C 263/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Terre wallonne ASBL

Konvenut: Région wallonne

Dispożittiv

L-Artikolu 3(2) u (4) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent għandu jiġi interpretat fis-sens li digriet, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu korp ta’ Stat Membru jistabbilixxi, fil-livell reġjonali għan-netwerk Natura 2000 tiegħu, għanijiet ta’ konservazzjoni li għandhom valur indikattiv, filwaqt li l-għanijiet ta’ konservazzjoni fil-livell ta’ siti għandhom valur regolatorju, ma jinsabx fost il-“pjanijiet u programmi”, fis-sens ta’ din id-direttiva, li għalihom huwa obbligatorju li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.


(1)  ĠU C 259, 23.7.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szekszárdi Járásbíróság — l-Ungerija) — Ágnes Weil vs Géza Gulácsi

(Kawża C-361/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 66 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Materji ċivili u kummerċjali - Artikolu 1(1) u (2)(a) - Materji esklużi - Effetti matrimonjali - Artikolu 54 - Talba għall-ħruġ taċ-ċertifikat li jiċċertifika li d-deċiżjoni mogħtija mill-qorti ta’ oriġini hija eżekuttiva - Deċiżjoni ġudizzjarja dwar dejn li jirriżulta mill-ħall tad-drittijiet ta’ proprjetà li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ sħubija de facto)

(2019/C 263/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szekszárdi Járásbíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ágnes Weil

Konvenut: Géza Gulácsi

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 54 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti ta’ Stat Membru adita b’talba għal ħruġ ta’ ċertifikat li jiċċertifika li deċiżjoni mogħtija mill-qorti ta’ oriġini hija eżekuttiva għandha, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li fiha l-qorti li tat id-deċiżjoni li għandha tiġi eżegwita ma ddeċidietx, fl-adozzjoni tagħha, dwar l-applikabbiltà ta’ dan ir-regolament, tivverifika jekk it-tilwima taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament.

2)

L-Artikolu 1(1) u (2)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha bħala suġġett talba għall-ħall tad-drittijiet tal-proprjetà li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ sħubija de facto taqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali”, fis-sens ta’ dan il-paragrafu (1), u tidħol, għaldaqstant, fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ dan ir-regolament


(1)  ĠU C 311, 3.9.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof ’s-Hertogenbosch — il-Pajjiżi l-Baxxi) — IO vs Inspecteur van de rijksbelastingdienst

(Kawża C-420/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9 u 10 - Persuna taxxabbli - Attività ekonomika eżerċitata b’“mod indipendenti” - Kunċett - Attività ta’ membru tal-bord ta’ sorveljanza ta’ fondazzjoni)

(2019/C 263/23)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof ’s-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IO

Konvenut: Inspecteur van de rijksbelastingdienst

Dispożittiv

L-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jeżerċitax attività ekonomika b’mod indipendenti membru tal-bord ta’ sorveljanza ta’ fondazzjoni, bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li, minkejja li ma huwa marbut bl-ebda rabta ta’ subordinazzjoni ġerarkika mal-korp ta’ direzzjoni ta’ din il-fondazzjoni u lanqas ma huwa marbut b’tali rabta mal-bord ta’ sorveljanza tal-imsemmija fondazzjoni f’dak li jirrigwarda l-eżerċizzju tal-attività tiegħu ta’ membru ta’ dan il-bord, la jaġixxi f’ismu u lanqas taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu, iżda jaġixxi f’isem u taħt ir-responsabbiltà ta’ dan l-istess bord u lanqas ma jġorr ir-riskju ekonomiku li jirriżulta mill-attività tiegħu, peress li huwa jirċievi remunerazzjoni fissa, li la tiddependi mill-parteċipazzjoni tiegħu għal-laqgħat u lanqas mis-sigħat ta’ xogħol li huwa effettivament ikun wettaq.


(1)  ĠU C 319, 10.9.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Inge Barnett vs Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(Kawża C-503/18 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjal - Pensjoni tal-irtirar - Irtirar antiċipat mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni - Regolamenti tal-persunal tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 9(2) tal-Anness VIII - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni - Interess tas-servizz - Deċiżjoni adottata b’eżekuzzjoni ta’ sentenza tat-Tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 266 TFUE - Res judicata)

(2019/C 263/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Inge Barnett (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, A. Carvajal u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer, abogado, F.-M. Hislaire, avocat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Inge Barnett hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk esposti mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE).


(1)  ĠU C 381, 22.10.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Copebi SCA vs Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

(Kawża C-505/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni 2009/402/KE - Pjanijiet ta’ kontinġenza fis-settur tal-frott u l-ħaxix implimentati mir-Repubblika Franċiża - Konstatazzjoni tal-inkompatibbiltà tal-għajnuna - Ordni ta’ rkupru - Kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni - Kumitati ekonomiċi agrikoli)

(2019/C 263/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Copebi SCA

Konvenut: Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

fil-preżenza ta’: Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/402/KE tat-28 ta’ Jannar 2009 dwar il- pjanijiet ta’ kontinġenza fis-settur tal-frott u l-ħaxix implimentati minn Franza għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri l-għajnuna mħallsa mill-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes et de l’horticulture (Oniflhor) lill-comité économique bigarreau industrie (CEBI) u attribwita lill-produtturi ta’ ċirasa bigarreau għal finijiet industrijali mill-gruppi ta’ produtturi membri ta’ dan il-kumitat minkejja li, minn naħa, dan il-kumitat ma jirriżultax fost it-tmien kumitati ekonomiċi agrikoli msemmija f’din id-deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, din l-għajnuna, kuntrarjament għall-mekkaniżmu ta’ finanzjament deskritt fl-imsemmija deċiżjoni, kienet iffinanzjata biss permezz ta’ sussidji tal-Oniflhor u mhux, ukoll, permezz tal-kontribuzzjonijiet volontarji tal-produtturi.


(1)  ĠU C 364, 8.10.2018


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Mejju 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court, High Court (l-Irlanda) — l-Irlanda) — Eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra OG (C-508/18), PI (C-82/19 PPU)

(Kawżi magħquda C-508/18 u C-82/19 PPU) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 6(1) - Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti” - Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Uffiċċju tal-prosekuzzjoni ta’ Stat Membru - Status - Eżistenza ta’ rabta ta’ subordinazzjoni fir-rigward ta’ korp tal-poter eżekuttiv - Setgħat ta’ struzzjoni individwali tal-Ministru għall-Ġustizzja - Assenza ta’ garanzija ta’ indipendenza)

(2019/C 263/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qrati tar-rinviju

Supreme Court, High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

OG (C-508/18), PI (C-82/19 PPU)

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi C-508/18 u C-82/19 PPU huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Il-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti”, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat bħala li ma jirreferix għall-Uffiċċji tal-Prosekutur ta’ Stat Membru li huma esposti għar-riskju li, b’mod dirett jew indirett, jiġu suġġetti għal ordnijiet jew għal struzzjonijiet individwali min-naħa tal-poter eżekuttiv, bħalma huwa Ministru għall-Ġustizzja, fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.


(1)  ĠU C 364, 08.10.2018.

ĠU C 122, 01.04.2019.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court — l-Irlanda) — Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra PF

(Kawża C-509/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 6(1) - Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti” - Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Prosekutur Ġenerali ta’ Stat Membru - Status - Garanzija ta’ indipendenza)

(2019/C 263/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Parti fil-kawża prinċipali

PF

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti”, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat bħala li jirreferi għall-Prosekutur Ġenerali ta’ Stat Membru li, filwaqt li strutturalment indipendenti mill-ġudikatura, huwa kompetenti sabiex jeżerċita l-prosekuzzjoni kriminali u li l-istatus tiegħu f’dak l-Istat Membru jagħtih garanzija ta’ indipendenza mill-poter eżekuttiv fil-kuntest tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew.


(1)  ĠU C 364, 08.10.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fit-3 ta’ Jannar 2019 — Wilo Salmson France SAS vs Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București — Administrația Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenți

(Kawża C-10/19)

(2019/C 263/28)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wilo Salmson France SAS

Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București — Administrația Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenți

B’digriet tal-5 ta’ Ġunju 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) iddikjarat it-talba għal deċiżjoni preliminari manifestament inammissibbli.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/23


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2019 minn Dovgan GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-830/16 — Monolith Frost GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-142/19)

(2019/C 263/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Dovgan GmbH (rappreżentant: C. Rohnke, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Monolith Frost GmbH

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018 (Kawża T-830/16); u

għaldaqstant: tiċħad ir-rikors.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka aggravji bbażati fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll fuq żnaturament tal-provi.

1.

Żnaturament tal-provi

L-appellanti ssostni, bil-kontra ta’ dak li tafferma l-Qorti Ġenerali fil-punt 55 tas-sentenza appellata, li l-Amtsgericht Köln (il-Qorti Distrettwali ta’ Köln, il-Ġermanja) ma stabbilixxietx li parti kunsiderevoli tal-popolazzjoni Ġermaniża titkellem bir-Russu.

L-appellanti ssostni, bil-kontra ta’ dak li tafferma l-Qorti Ġenerali fil-punt 64 tas-sentenza appellata, li l-Bord tal-Appell tal-EUIPO effettivament ikkontesta d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO, skont liema l-kelma “пломбир” [plombir] kienet tintuża, fi żmien dik li kienet l-Unjoni Sovjetika, sabiex tindika tip ta’ ġelat.

2.

Ksur tal-Artikolu 85(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali

Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 85(3) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, għaliex ma ħaditx inkunsiderazzjoni, b’mod żbaljat, id-deċiżjoni tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja) tas-6 ta’ Lulju 2017, li l-intervenjenti kienet issottomettiet. Il-fatt li din il-prova ġiet prodotta biss fil-fażi orali tal-proċedura kien iġġustifikat, fil-fehma tagħha, fid-dawl tad-data tad-deċiżjoni. Barra minn hekk, skont l-appellanti, din kienet prova kuntrarja fis-sens tal-Artikolu 92(7) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

3.

Ksur tal-Artikolu 85(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali

L-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta bbażat ruħha, fil-punt 69, fuq l-annessi K 16 u K 17 prodotti minn Monolith Frost GmbH. Fil-fehma tagħha, dawn l-annessi kienu fil-fatti ġew ippreżentati b’mod tardiv u, skont l-Artikolu 85(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ma kellhomx jibqgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni.

4.

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali, fis-sentenza appellata, ma pprovdietx motivazzjoni suffiċjenti għall-affermazzjoni li parti kunsiderevoli taċ-ċittadini fl-Istati Baltiċi kienet taf it-tifsira tal-kelma Russa “пломбир”. Hija tqis, b’mod partikolari, li xejn ma jippermetti l-konklużjoni li din il-kelma taqa’ taħt il-vokabularju bażiku u li tinftiehem minn persuni li r-Russu ma huwiex il-lingwa materna tagħhom.

L-appellanti ssostni wkoll li l-Qorti Ġenerali, fis-sentenza appellata (b’mod partikolari, fil-punti 64 u 65), ma tatx motivazzjoni suffiċjenti għalfejn il-kelma “пломбир” ma setgħetx tindika isem ta’ fantażija jew trade mark ta’ prodott fi żmien dik li kienet l-Unjoni Sovjetika.

Fl-aħħar nett, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli ma tatx raġunijiet, fis-sentenza tagħha (il-punt 66), għalfejn is-sempliċi riferiment ta’ isem fi standard GOST kellu neċessarjament iwassal għall-konklużjoni li kien “kelma komuni” u għalfejn dan l-istandard kellu jkun magħruf mill-pubbliku fl-Unjoni Ewropea.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Trgovački sud u Zagrebu (il-Kroazja) fit-28 ta’ Marzu 2019 — PARKING d.o.o. vs SAWAL d.o.o.

(Kawża C-267/19)

(2019/C 263/30)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Trgovački sud u Zagrebu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PARKING d.o.o.

Konvenuta: SAWAL d.o.o.

Domandi preliminari

1)

Dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-Artikolu 1 tal-Ovršni zakon (il-Liġi dwar l-eżekuzzjoni forzata, ippubblikata fin-Narodne novine Nri 112/12, 25/13, 93/14, 55/16 u 73/17), li tagħti s-setgħa lin-nutara sabiex jipproċedu bl-irkupru forzat ta’ djun abbażi ta’ dokument awtentiku billi tinħareġ ordni ta’ infurzar, bħala titolu eżekuttiv, mingħajr kunsens espliċitu tal-persuna ġuridika debitriċi stabbilita fir-Repubblika tal-Kroazja, hija konformi mal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mal-Artikolu 18 TFUE, fid-dawl tas-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi C-484/15 u C-551/15?

2)

L-interpretazzjoni mogħtija fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Marzu 2017, Zulfikarpašić (C-484/15, EU:C:2017:199), u Pula Parking (C-551/15, EU:C:2017:193), tista’ tiġi applikata għall-Kawża Povrv-1614/2018 esposta iktar ’il fuq, li din il-qorti hija adita biha, u, b’mod iktar partikolari, ir-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-Kroazja, in-nutara, li jaġixxu fil-qafas tal-kompetenzi li huma mogħtija lilhom bid-dritt nazzjonali fil-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni forzata abbażi ta’ “dokument awtentiku”, li fihom il-konvenuti fil-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni huma persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea, ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “qorti” fis-sens tal-imsemmi regolament?


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Visoki trgovački sud Republike Hrvatske (il-Kroazja) fil-11 ta’ April 2019 — Obala i lučice d.o.o. vs NLB Leasing d.o.o.

(Kawża C-307/19)

(2019/C 263/31)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Visoki trgovački sud Republike Hrvatske

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Obala i lučice d.o.o.

Konvenuta: NLB Leasing d.o.o.

Domandi preliminari

1)

In-nutara huma awtorizzati jwettqu n-notifika ta’ dokumenti b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, meta huma jinnotifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom f’kawżi li fir-rigward tagħhom ma japplikax ir-Regolament Nru 1215/2012 (2), b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li, fil-Kroazja, in-nutara, meta huma jaġixxu fil-kuntest tas-setgħat mogħtija lilhom mid-dritt nazzjonali fil-proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata abbażi ta’ “dokument awtentiku”, ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “qorti” fis-sens tar-Regolament Nru 1215/2012? Fi kliem ieħor, peress li n-nutara ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “qorti” imsemmi fir-Regolament Nru 1215/2012, huma jistgħu, meta jaġixxu fil-kuntest tas-setgħat mogħtija lilhom mid-dritt nazzjonali fil-proċeduri ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ “dokument awtentiku”, japplikaw ir-regoli relatati man-notifika ta’ dokumenti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1393/2007?

2)

L-ipparkjar fit-triq u fit-toroq prinċipali pubbliċi, meta d-dritt għall-ġbir tal-ħlas huwa previst fiż-Zakon o sigurnosti prometa na cestama (il-Liġi dwar is-Sigurtà fit-Toroq) u fir-regoli dwar it-twettiq tal-attivitajiet muniċipali bħala attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi stess, jista’ jitqies bħala kwistjoni ċivili fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 1215/2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (riformulazzjoni), li jirregola l-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati kif ukoll ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li, meta tiġi kkonstatata l-preżenza ta’ vettura mingħajr biljett tal-ipparkjar jew b’biljett tal-ipparkjar invalidu, din il-vettura tkun immedjatament suġġetta għall-obbligu ta’ ħlas ta’ biljett ta’ ġurnata, daqs li kieku din kienet ipparkjata l-ġurnata kollha, irrispettivament mit-tul ta’ ħin eżatt tal-użu tal-post tal-ipparkjar, b’mod li dan il-ġbir tal-ħlas tal-biljett ta’ ġurnata huwa ta’ natura sanzjonatorja, filwaqt li għandu jiġi ppreċiżat li f’ċerti Stati Membri, dan l-ipparkjar jitqies bħala kontravvenzjoni tat-traffiku?

3)

Fil-proċeduri ġudizzjarji msemmija iktar ’il fuq relatati mal-ipparkjar fit-triq u fit-toroq prinċipali pubbliċi, meta d-dritt għall-ġbir tal-ħlas huwa previst fil-Liġi dwar is-Sigurtà fit-Toroq u fir-regoli dwar it-twettiq tal-attivitajiet muniċipali bħala attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi stess, il-qrati jistgħu jwettqu n-notifika ta’ dokument lill-konvenuti fi Stat Membru ieħor b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali?

Fil-każ li, abbażi tad-domandi magħmula iktar ’il fuq, jiġi deċiż li dan it-tip ta’ pparkjar huwa kwistjoni ċivili, id-domandi sussegwenti jsiru b’mod sussidjarju:

4)

F’dan il-każ, tapplika l-preżunzjoni ta’ konklużjoni ta’ kuntratt permezz tal-imsemmi pparkjar fit-triq f’post identifikat permezz ta’ sinjali orizzontali u/jew vertikali, jiġifieri, huwa meqjus li permezz tal-ipparkjar kuntratt huwa konkluż u li jekk il-prezz ma jitħallasx skont it-tariffa fis-siegħa tal-ipparkjar, il-biljett ta’ ġurnata jkun dovut. Għaldaqstant, tqum id-domanda dwar jekk din il-preżunzjoni ta’ konklużjoni ta’ kuntratt permezz ta’ dan l-ipparkjar u l-kunsens għall-ħlas tal-prezz tal-biljett ta’ ġurnata meta l-biljett ma jinxtarax skont it-tariffa fis-siegħa tal-ipparkjar jew meta jiskadi t-tul ta’ ħin tal-biljett mixtri jmorrux kontra d-dispożizzjonijiet fundamentali fil-qasam ta’ provvista ta’ servizzi previsti fl-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fid-dispożizzjonijiet l-oħra tal-acquis tal-Unjoni Ewropea.

5)

F’dan il-każ l-ipparkjar kien sar f’Zadar u, għaldaqstant, teżisti rabta bejn dan il-kuntratt u l-qrati Kroati, iżda dan l-ipparkjar huwa “servizz” skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012, peress li l-kunċett ta’ servizz jimplika li l-parti li tipprovdih twettaq attività speċifika, jiġifieri, li hija twettaq din l-attività speċifika inkambju għal ħlas u, għaldaqstant, tqum id-domanda dwar jekk l-attività mwettqa mir-rikorrenti hijiex biżżejjed sabiex titqies bħala servizz? Fil-każ ta’ assenza ta’ ġurisdizzjoni speċjali tal-qrati Kroati bis-saħħa tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012, il-qorti tad-domiċilju tal-konvenuta jkollha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża.

6)

L-ipparkjar fit-triq u fit-toroq prinċipali pubbliċi, meta d-dritt għall-ġbir tal-ħlas huwa stabbilit permezz tal-Liġi dwar is-Sigurtà fit-Toroq u tar-regoli dwar it-twettiq tal-attivitajiet muniċipali bħala attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi u l-ġbir tal-ħlas isir biss matul perijodu speċifiku tal-ġurnata, jista’ jitqies bħala kuntratt ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli abbażi tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012?

7)

Jekk f’dan il-każ ma tistax tiġi applikata l-preżunzjoni msemmija iktar ’il fuq li dan l-ipparkjar wassal għall-konklużjoni ta’ kuntratt (ir-raba’ domanda preliminari), dan it-tip ta’ pparkjar, li fir-rigward tiegħu l-kompetenza fil-qasam tal-ġbir tal-ħlas għall-ipparkjar tirriżulta mil-Liġi dwar is-Sigurtà fit-Toroq u li tipprevedi l-ħlas ta’ biljett ta’ ġurnata jekk il-biljett ma jitħallasx minn qabel għal kull siegħa ta’ użu tal-post tal-ipparkjar jew jekk it-tul ta’ ħin li għalih il-biljett tħallas ikun skada, jista’ jitqies bħala delitt jew kważi delitt fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012?

8)

F’dan il-każ, l-ipparkjar seħħ qabel id-data ta’ adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, preċiżament fit-30 ta’ Ġunju 2012 fis-1.02 ta’ waranofsinhar. Għaldaqstant, qiegħed jiġi mistoqsi jekk ir-regolamenti relatati mal-liġi applikabbli, jiġifieri r-Regolament Nru 593/2008 (3) jew ir-Regolament Nru 864/2007 (4), humiex applikabbli f’dan il-każ, fid-dawl tal-validità ratione temporis ta’ dawn ir-regolamenti?

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dritt sostantiv issir id-domanda sussegwenti:

9)

Il-preżunzjoni ta’ konklużjoni ta’ kuntratt permezz ta’ dan l-ipparkjar u tal-kunsens għall-ħlas tal-prezz tal-biljett ta’ ġurnata meta l-biljett ma jinxtarax skont it-tariffa fis-siegħa tal-ipparkjar jew meta jiskadi t-tul ta’ ħin tal-biljett mixtri jmorru kontra d-dispożizzjonijiet fundamentali fil-qasam ta’ provvista ta’ servizzi stabbiliti fl-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fid-dispożizzjonijiet l-oħra tal-acquis tal-Unjoni Ewropea, irrispettivament minn jekk il-proprjetarju tal-vettura huwiex persuna fiżika jew ġuridika? Fi kliem ieħor, fir-rigward tad-determinazzjoni tad-dritt sostantiv, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 593/2008 jistgħu japplikaw f’dan il-każ (meta jiġi osservat li l-proċess preżenti ma jinkludi ebda prova li l-partijiet qablu dwar il-liġi applikabbli)?

jekk jitqies li jeżisti kuntratt, f’dan il-każ ikun kuntratt ta’ servizzi, jiġifieri, dan il-kuntratt ta’ pparkjar jista’ jitqies bħala servizz fis-sens tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 593/2008?

sussidjarjament, dan l-ipparkjar jista’ jitqies bħala kuntratt ta’ kiri skont l-Artikolu 4(1)(ċ) tar-Regolament Nru 593/2008?

sussidjarjament, jekk fir-rigward ta’ dan l-ipparkjar japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 593/2008, tqum id-domanda dwar liema hija f’dan il-każ il-provvista karatteristika, fid-dawl tal-fatt li r-rikorrenti, essenzjalment, timmarka biss il-wiċċ tat-triq għall-finijiet tal-ipparkjar u tiġbor il-ħlas għall-ipparkjar, filwaqt li l-konvenuta tipparkja u tħallas il-parking. Fil-fatt, jekk jitqies li l-provvista karatteristika hija dik tar-rikorrenti, id-dritt Kroat ikun japplika, iżda jekk il-provvista karatteristika kienet dik tal-konvenuta, huwa d-dritt Sloven li jkun japplika. Madankollu, peress li d-dritt għall-ġbir tal-ħlas għall-ipparkjar huwa rregolat f’dan il-każ mid-dritt Kroat li miegħu l-kuntratt inkwistjoni għandu, għaldaqstant, rabtiet iktar stretti, jistgħu, minkejja dan, japplikaw ukoll f’din il-kawża d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4[(3)] tar-Regolament Nru 593/2008?

jekk jitqies li jeżisti obbligu mhux kuntrattwali fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 864/2007, dan l-obbligu mhux kuntrattwali jista’ jitqies bħala dannu, b’mod li l-liġi applikabbli tkun iddeterminata abbażi tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 864/2007?

sussidjarjament, dan it-tip ta’ pparkjar jista’ jitqies bħala arrikkiment indebitu, b’mod li l-liġi applikabbli tkun iddeterminata abbażi tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 854/2007?

sussidjarjament, dan it-tip ta’ pparkjar jista’ jitqies bħala negotiorum gestio, b’mod li l-liġi applikabbli tkun iddeterminata abbażi tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 864/2007?

sussidjarjament, dan it-tip ta’ pparkjar jista’ jitqies bħala responsabbiltà min-naħa tal-konvenuta għal culpa in contrahendo, b’mod li l-liġi applikabbli tkun iddeterminata abbażi tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 864/2007?


(1)  Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU 2007, L 324, p. 79, rettifika fil-ĠU 2015, L 68, p. 91).

(2)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1).

(3)  Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU 2008, L 177, p. 6, rettifika fil-ĠU 2009, L 309, p. 87).

(4)  Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠU 2007, L 199, p. 40).


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fil-15 ta’ April 2019 — Consiliul Concurenței vs Whiteland Import Export SRL

(Kawża C-308/19)

(2019/C 263/32)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casație și Justiție

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Consiliul Concurenței (il-Kunsill tal-kompetizzjoni, ir-Rumanija)

Konvenuta: Whiteland Import Export SRL

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 101 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimponu fuq l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri, li jagħtu, lir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-preskrizzjoni tad-dritt tal-Kunsill tal-kompetizzjoni li jimponi sanzjonijiet amministrattivi, interpretazzjoni konformi mal-leġiżlazzjoni li tinsab fl-Artikolu 25(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1) u li jipprekludu li r-regoli tad-dritt nazzjonali jiġu interpretati fis-sens li b’att li jinterrompi l-preskrizzjoni wieħed għandu jifhem biss l-att formali ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni dwar prattika antikompetittiva, mingħajr ma l-azzjonijiet ulterjuri mwettqa għall-finijiet tat-tkomplija ta’ din il-prattika jaqgħu fl-istess kategorija tal-atti li jinterrompu l-preskrizzjoni?


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/28


Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 mill-Asociación de fabricantes de morcilla de Burgos mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-14 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-709/18, Asociación de fabricantes de morcilla de Burgos vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-309/19 P)

(2019/C 263/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Asociación de fabricantes de morcilla de Burgos (rappreżentanti: J. J. Azcárate Olano u E. Almarza Nantes, abogados)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla kompletament id-digriet appellat u, għaldaqstant, tiddikjara ammissibbli r-rikors għal annullament ippreżentat minn din il-parti bis-saħħa tal-Artikolu 263 TFUE kontra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1214 tad-29 ta’ Awwissu 2018 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti “Morcilla de Burgos” (IĠP) (1); sabiex, sussegwentement, wara eżami tal-mertu tal-kawża, tingħata sentenza li permezz tagħha l-imsemmi Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1214 tad-29 ta’ Awwissu 2018 jiġi ddikjarat null u bla effett, tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-aggravju huwa bbażat fuq l-irregolarità tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, li tippreġudika l-interessi ta’ din l-appellanti, li tirriżulta minn żball ta’ liġi, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 73(1) et seq tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u tal-ġurisprudenza li tiżviluppah, skont il-bażijiet legali sussegwenti:

id-digriet appellat essenzjalemnt jafferma, b’mod żbaljat, li t-talba kien fiha “biss firem skannjati” tar-rappreżentati tal-appellanti, meta, fir-realtà, din kien fiha firem elettroniċi kkwalifikati, b’ċertifikat ikkwalifikat ACA, li għandhom effett ġuridiku ekwivalenti għal dak ta’ firma bl-idejn.

dawn il-firem elettroniċi kkwalifikati huma rrikonoxxuti u protetti mir-Regolament eIDAS, Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 (2).

il-firem elettroniċi kkwalifikati, b’ċertifikati kkwalifikati ACA, josservaw kompletament l-essenza u l-bażi tal-Artikolu 73(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali: “bil-għan ta’ ċertezza legali, tiġi ggarantita l-awtentiċità ta’ dan l-att proċedurali u jiġi eskluż ir-riskju li dan ma jkunx, fir-realtà, xogħol ta’ awtur awtorizzat għal dan il-għan”, hekk kif jindika d-digriet appellat.

l-Artikolu 73(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tħassar permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, tal-11 ta’ Lulju 2018, fejn din l-emenda daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2018 (jumejn wara t-tressiq tat-talba), filwaqt li l-applikazzjoni tar-regola l-iktar favorevoli tikkostitwixxi prinċipju fundamentali u universali fid-dritt ta’ sanzjoni tal-ordinamenti ġuridiċi tal-Punent.

il-ġurisprudenza invokata fid-digriet appellat, sabiex tiġi ġġustifikata l-inammissibbiltà tar-rikors ippreżentat minn din il-parti, tirrigwarda prinċipalment il-firem skannjati. Madankollu, il-każ inkwistjoni f’din il-kawża (talba b’firma elettronika kkwalifikata, b’ċertifikat ACA) ma ġiex deċiż mill-qrati tal-Unjoni.

ir-regoli għandhom jiġu interpretati b’rabta mar-realtà soċjali taż-żmien li fih għandhom jiġu applikati, filwaqt li għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-essenza u għall-għan tagħhom.


(1)  ĠU 2018, L 224, p. 3.

(2)  Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU 2014, L 257, p. 73).


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Trgovački sud u Zagrebu (il-Kroazja) fit-18 ta’ April 2019 — Interplastics s.r.o. vs Letifico d.o.o.

(Kawża C-323/19)

(2019/C 263/34)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Trgovački sud u Zagrebu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorreni: Interplastics s.r.o.

Konvenuta: Letifico d.o.o.

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, jiġifieri l-Artikolu 1 tal-Ovršni zakon (il-Liġi dwar l-Eżekuzzjoni Forzata) (Narodne novine, br. 112/12, 25/13, 93/14, 55/16 u 73/17), li tawtorizza lin-nutara li jwettqu l-irkupru forzat ta’ dejn abbażi ta’ dokument awtentiku billi joħorġu mandat ta’ eżekuzzjoni, bħala titolu eżeuttiv, mingħajr il-kunsens speċifiku tal-persuna ġuridika debitriċi stabbilita fil-Kroazja, hija konformi mal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali kif ukoll mal-Artikolu 18 tat-[Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea], fid-dawl tas-sentenzi [tad-9 ta’ Marzu 2017, Zulfikarpašić (C-484/15, EU:C:2017:199)] u [tad-9 ta’ Marzu 2017, Pula Parking (C-551/15, EU:C:2017:193)]?

2)

L-interpretazzjoni mogħtija fis-sentenzi [ċċitati iktar ’il fuq] tal-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiġi applikata għall-Kawża [Povrv-752/19], esposta preċedentement, u, iktar preċiżament, ir-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-Kroazja, in-nutura, li jaġixxu fil-kuntest ta’ kompetenzi mogħtija lilhom mid-dritt nazzjonali fil-proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata abbażi ta’ “dokument awtentiku” li [fihom] il-partijiet li jfittxu l-eżekuzzjoni huma persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “qorti” fis-sens ta’ dan ir-regolament?


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fit-2 ta’ Mejju 2019 — D. J. vs Radiotelevizija Slovenija

(Kawża C-344/19)

(2019/C 263/35)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: D. J.

Konvenuta: Radiotelevizija Slovenija

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża inkwistjoni għandu jitqies bħala ħin tax-xogħol il-perijodu ta’ stand-by li matulu l-ħaddiem li jaħdem f’ċentru ta’ trażmissjoni tat-televiżjoni, meta jkun liberu (peress li l-preżenza fiżika tiegħu fuq il-post tax-xogħol ma tkunx neċessarja), għandu jkun jista’ jiġi kkuntattjat permezz tat-telefon u jirritorna fuq il-post tax-xogħol, fil-każ ta’ bżonn, fi żmien siegħa?

2)

Il-fatt li l-ħaddiem jirrisjedi f’residenza li tinsab fil-post fejn huwa jwettaq xogħlu (ċentru ta’ trażmissjoni tat-televiżjoni) peress li l-karatteristiċi ġeografiċi tal-post jirrendu impossibbli (jew iktar diffiċli) li huwa jirritorna kuljum ix-xogħol (“fil-wied”) għandu effett fuq id-definizzjoni tal-istand-by fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża?

3)

Ir-risposta għad-domandi preċedenti hija differenti jekk il-post involut ikun wieħed fejn il-possibbiltajiet li jiġu eżerċitati attivitajiet rikreattivi jkunu limitati minħabba l-karatteristiċi ġeografiċi tal-imsemmi post u jekk il-ħaddiem ikun iktar limitat fil-ġestjoni ta’ ħinu u sabiex isegwi l-interessi proprji tiegħu (milli kieku jkun joqgħod f’daru)?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Mejju 2019 — Bundeszentralamt für Steuern vs Y-GmbH

(Kawża C-346/19)

(2019/C 263/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundeszentralamt für Steuern

Konvenuta: Y-GmbH

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 8(2)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1), prevista fid-Direttiva 2006/112/EC (2), għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor, li jipprovdi li l-applikazzjoni għal rifużjoni għandha tinkludi fost l-oħrajn, għal kull Stat Membru ta’ rifjużjoni u għal kull fattura, in-numru tal-fattura, għandu jiġi interpretat fis-sens li n-numru ta’ referenza tal-fattura, indikat bħala kriterju ta’ klassifikazzjoni supplimentari, flimkien man-numru ta’ fattura, huwa wkoll suffiċjenti?

2)

Fil-każ li r-risposta li tingħata għad-domanda preċedenti tkun fin-negattiv: applikazzjoni għal rifużjoni, li tindika n-numru ta’ referenza ta’ fattura minflok in-numru tal-fattura, għandha titqies li hija formalment kompluta u ppreżentata fit-terminu previst għall-finijiet tat-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/9?

3)

Fir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-persuna taxxabbli li ma hijiex stabbilita fl-Istat Membru ta’ rifużjoni setgħet raġonevolement tippreżupponi li, minn perspettiva ta’ applikant avżat, u minħabba l-istruttura tal-portal elettroniku fl-Istat Membru ta’ residenza, huwa biżżejjed, sabiex l-applikazzjoni tkun korretta u, fi kwalunkwe każ, sabiex tkun formalment kompluta u ppreżentata fit-terminu previst, li jiġi indikat kodiċi ieħor għajr in-numru tal-fattura sabiex tiġi identifikata l-fattura li hija s-suġġett tal-applikazzjoni?


(1)  ĠU 2008, L 44, p. 23.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60)


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil (is-Slovenja) fit-8 ta’ Mejju 2019 — Ministrstvo za notranje zadeve vs Tax-Fin-Lex d.o.o.

(Kawża C-367/19)

(2019/C 263/37)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministrstvo za notranje zadeve

Konvenuta: Tax-Fin-Lex d.o.o.

Domandi preliminari

1)

Ikun hemm “kuntratt b’titolu oneruż”, bħala element ta’ kuntratt pubbliku fis-sens tal-punt 5 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24 (1) meta l-awtorità kontraenti ma hija meħtieġa tipprovdi ebda korrispettiv iżda, bl-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku, l-operatur ekonomiku jikseb aċċess għal suq ġdid u referenzi?

2)

Huwa possibbli jew neċessarju li l-punt 5 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24 jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi bażi legali għal ċaħda ta’ offerta bi prezz ta’ EUR 0.00?


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 64, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68).


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fid-29 ta’ Mejju 2019 — Maksu- ja Tolliamet vs Heavyinstall OÜ

(Kawża C-420/19)

(2019/C 263/38)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Riigikohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Maksu- ja Tolliamet

Parti oħra fil-proċedura: Heavyinstall OÜ

Domanda preliminari

L-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti ta’ Stat Membru li rċeviet it-talba għal miżuri ta’ prekawzjoni tkun, meta tagħti deċiżjoni dwar din it-talba konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha (li l-qorti rikjesta tista’ tagħmel konformement mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 16), marbuta bil-perspettiva tal-qorti tal-Istat tal-istabbiliment tal-applikant fir-rigward tan-neċessità u tal-possibbiltà ta’ miżuri ta’ prekawzjoni meta dokument li jinkludi din il-perspettiva jkun tressaq quddiem il-qorti (l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16[(1)], li tindika li dan id-dokument ma għandu jkun suġġett għal ebda att ta’ rikonoxximent, ta’ suppliment jew ta’ sostituzzjoni fl-Istat Membru rikjest)?


(1)  ĠU 2010, L 84, p. 1.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/33


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2019 minn Deutsche Lufthansa AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fit-12 ta’ April 2019 fil-Kawża T-492/15, Deutsche Lufthansa AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-453/19 P)

(2019/C 263/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Deutsche Lufthansa AG (rappreżentant: A. Martin-Ehlers, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Land Rheinland-Pfalz, Ryanair DAC

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li r-rikors kien ammissibbli u fondat, sa fejn l-appellanti kkontestat il-miżura Nru 12 (ħlas fir-riżerva ta’ kapital tal-FFHG (1)), minħabba li b’din il-miżura kienet iffinanzjat għajnuna operatorja favur il-FFHG;

minbarra dan, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2019 fil-Kawża T-492/15;

tilqa’ t-talba tal-ewwel istanza u tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża tal-Kummissjoni SA.21121 tal-1 ta’ Ottubru 2014 (2) (bl-eċċezzjoni tal-miżura Nru 12, sa fejn intużat għall-ħlas ta’ għajnuna operatorja għall-funzjonament favur il-FFHG);

sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka essenzjalment l-aggravji li ġejjin:

Għajnuna individwali li hija s-suġġett ta’ proċedura ta’ investigazzjoni:

L-appellanti ssostni li hija kienet diġà individwalment ikkonċernata abbażi tas-sentenza COFAZ (3) u għalhekk għandha locus standi. Dan huwa bbażat fuq il-fatt li punti ta’ fatt essenzjali u vantaġġi supplimentari ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni, minkejja li kienet ġet informata b’dawn il-miżuri mill-appellanti. Skont l-appellanti, il-Kummissjoni kienet għalhekk kisret id-drittijiet proċedurali tagħha.

Jekk l-hekk imsejħa ġurisprudenza Mory (4) hija intiża li tapplika, għalhekk sussidjarjament kellha tapplika l-ewwel alternattiva. L-appellanti tqis, fid-dawl tal-ksur tad-drittijiet proċedurali tagħha, li ma jistax jitqies li l-Kummissjoni implimentat proċedura ta’ investigazzjoni regolari. F’dan il-każ ukoll, l-appellanti kienet individwalment ikkonċernata u għalhekk għandha locus standi.

Sussidjarjament l-appellanti ssostni li r-rikors għandu jitqies bħala ammissibbli f’każ ta’ applikazzjoni tat-tieni alternattiva tal-hekk imsejħa ġurisprudenza Mory, li tipprovdi li din l-appellanti għandha tipproduċi l-prova li l-pożizzjoni tagħha fis-suq hija affettwata b’mod sinjifikattiv. Fil-fehma tagħha, f’dan il-każ hemm inverżjoni tal-oneru tal-prova, u tal-inqas tnaqqis tal-oneru tal-prova favur l-appellanti, peress li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni, b’mod arbitrarju, il-punti fattwali kunsiderevoli li kienet taf dwarhom. B’mod unikament sussidjarju, għandu jiġi kkonstatat, skont l-appellanti, li din effettivament uriet li l-pożizzjoni tagħha fis-suq kienet ġiet affettwata b’mod sinjifikattiv. L-evalwazzjoni ġuridika differenti tal-Qorti Ġenerali ma tiħux inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u hija bbażata fuq analiżi legalment żbaljata tas-suq rilevanti. F’dan ir-rigward, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali żnaturat u rreduċiet il-fatti tal-appellanti u tal-Kummissjoni, emendat il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata u kisret ir-regoli tal-oneru tal-prova.

Skemi ta’ għajnuna:

Fil-kuntest ukoll tal-iskemi ta’ għajnuna, l-appellanti tqis li r-rikors kellu jitqies bħala ammissibbli abbażi tas-sentenza Montessori (5).

Għajnuna individwali li ma kinitx is-suġġett ta’ investigazzjoni:

Fir-rigward tal-għajnuna individwali li ma kinitx is-suġġett ta’ investigazzjoni, l-appellanti tqis li r-rikors kellu fi kwalunkwe każ jitqies bħala ammissibbli skont l-ewwel alternattiva tal-ġurisprudenza Mory, minħabba li l-Kummissjoni ma fetħitx f’dan ir-rigward proċedura ta’ investigazzjoni approfondita.


(1)  Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH (iktar ’il quddiem il-FFHG).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/789 tal-1 ta’ Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21121 (C29/08) (l-eks NN 54/07) implimentata mill-Ġermanja dwar il-finanzjament tal-ajruport ta' Frankfurt Hahn u r-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-ajruport u Ryanair (ĠU 2016, L 134, p. 46).

(3)  Sentenza tat-12 ta’ Lulju 1990, Société CdF Chimie azote et fertilisants SA u Société chimique de la Grande Paroisse (SCGP) SA vs Il-Kummissjoni (C-164/84, ECLI:EU:C:1990:301).

(4)  Sentenza tas-17 ta’ Settembru 2015, Mory SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea (C-33/14 P, ECLI:EU:C:2015:609).

(5)  Sentenza tas-6 ta’ Novembru 2018, Scuola Elementare Maria Mntessori Srl et (C-622/16 P sa C-624/16 P, ECLI:EU:C:2018:873).


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/35


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2019 minn ClientEarth mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-4 ta’ April 2019 fil-Kawża T-108/17, ClientEarth vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-458/19 P)

(2019/C 263/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ClientEarth (rappreżentant: A. Jones, barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-108/17;

tibgħat il-kawża lill-Qorti Ġenerali, jew, sussidjarjament,

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-108/17 u

tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża u, fi kwalunkwe każ,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mill-intervenjenti, fl-ewwel istanza u fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: Żball ta’ liġi meta ddikjarat li r-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali “jista’ jirrigwarda biss il-legalità tad-deċiżjoni dwar it-talba għal eżami mill-ġdid intern u mhux in-natura suffiċjenti jew le tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni” u li “l-motivi u l-argumenti mqajma quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kuntest ta’ rikors intiż għall-annullament ta’ deċiżjoni li tiċħad talba għal eżami mill-ġdid intern jistgħu jiġu kkunsidrati li huma ammissibbli biss sa fejn dawn il-motivi u dawn l-argumenti jkunu diġà ġew ippreżentati mir-rikorrent fit-talba għal eżami mill-ġdid intern” u meta fid-dawl ta’ dawn il-premessi ċaħdet ir-rikors għal annullament tal-appellanti bħala inammissibbli.

It-tieni aggravju: Żball ta’ liġi meta rrikjediet livell għoli wisq ta’ grad ta’ prova ta’ Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi (NGOs) li jaġixxu abbażi tal-Artikoli 10 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (1).

It-tielet aggravju: Żball ta’ liġi meta ddeċidiet li t-tnaqqis fl-ammont ta’ SVHC (2) verġni prodotta jew użata minflok l-użu ta’ verżjoni rriċiklata tas-SVHC tista’ tikkostitwixxi funzjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (3) u l-bażi ta’ analiżi utli ta’ alternattiva.

Ir-raba’ aggravju: Żball ta’ liġi meta interpretat l-evalwazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 60(7) tar-Regolament (KE) Nru 19047/2006 bħala li tirirgwarda biss il-forma u ma rrikjedietx li tivverifika jekk l-informazzjoni pprovduta b’applikazzjoni fil-fatt issodisfatx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 62 u tal-Anness I.

Il-ħames aggravju: Żball ta’ liġi meta interpretat l-Artikolu 60(4) bħala li jippermetti li tikkonkludi fuq il-bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji mingħajr ma jkollha informazzjoni dwar ir-riskju li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness I.

Is-sitt aggravju: Żball ta’ liġi meta ddeċidiet li “fid-dawl tal-Artikolu 60(2) u tal-Artikolu 62(4)(d) tar-Regolament Nru 1907/2006, għandu jiġi konkluż li hija biss id-data li tirrigwarda l-proprjetajiet intrinsiċi ta’ sustanza li ġiet inkluża fl-Anness IV tar-Regolament Nru 1907/2006 li hija rilevanti għall-istima tar-riskji, imsemmija fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 60(4) tar-Regolament Nru 1907/2006.”

Is-seba’ aggravju: Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-prinċipju ta’ prekawzjoni.


(1)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13).

(2)  Substance of very high concern, sustanza sustanza ta’ tħassib serju ħafna.

(3)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU 2011, L 44, p. 2, rettifika fil-ĠU 2011, L 49, p. 52).


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/36


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 minn Qualcomm, Inc., Qualcomm Europe, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-9 ta’ April 2019 fil-Kawża T-371/17, Qualcomm and Qualcomm Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-466/19 P)

(2019/C 263/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Qualcomm, Inc., Qualcomm Europe, Inc. (rappreżentanti: M. Pinto de Lemos Fermiano Rato, advogado, M. Davilla, dikigoros)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 2258 finali tal-31 ta’ Marzu 2017 dwar il-proċedura skont l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) fil-Każ AT.39711 — Qualcomm (Predation) (id-“Deċiżjoni”);

alternattivament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni konformement mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-appellanti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali naqset milli tindirizza l-argumenti mqajjma mir-rikorrent.

It-tieni aggravju: il-konklużjoni li d-deċiżjoni kienet immotivata adegwatament hija bbażata fuq żbalji manifesti ta’ fatt u ta’ dritt u hija milquta minn nuqqas ta’ motivazzjoni.

It-tielet aggravju: il-konklużjoni li l-informazzjoni rikjesta mid-deċiżjoni kienet neċessarja hija bbażata fuq żbalji manifesti ta’ fatt u ta’ dritt, żnaturament tal-provi, nuqqas ta’ motivazzjoni, u nuqqas li jiġu evalwati il-provi rilevanti kollha.

Ir-raba’ aggravju: il-konklużjoni li l-informazzjoni rikjesta mid-deċiżjoni kienet proporzjonata hija bbażata fuq żbalji manifesti ta’ fatt, żnaturament tal-provi, u nuqqas ta’ motivazzjoni.

Il-ħames aggravju: il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat ir-regoli dwar l-oneru tal-prova inkkonessjoni mal-allegat ksur tal-Artikolu 102 TFEU.

Is-sitt aggravju: il-Qorti Ġenerali waslet għal konklużjonijiet li jiksru id-dritt li tiġi evitata l-awtoinkriminazzjoni.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


Il-Qorti Ġenerali

5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2019 — Frank vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-478/16) (1)

(“Riċerka u żvilupp teknoloġiku - Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) - Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-Programm ta’ Ħidma ERC għas-sena 2016 - Deċiżjoni tal-ERCEA li tiċħad talba għal sussidju bħala ineliġibbli - Rikors amministrattiv quddiem il-Kummissjoni - Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda - Inammissibbiltà parzjali - Deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

(2019/C 263/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Regine Frank (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Conrad, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, L. Mantl u B. Conte, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2016 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2016 li jiċħdu rispettivament b’mod impliċitu u espliċitu l-azzjoni amministrattiva ppreżentata mir-rikorrenti, konformement mal-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 235).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 475, 19.12.2016.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — RV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-167/17) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal - Għoti ta’ leave fl-interess tas-servizz - Irtirar awtomatiku - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà parzjali - Kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi - Tqajjim ex officio - Interpretazzjoni letterali, kuntestwali u teleoloġika”)

(2019/C 263/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: RV (rappreżentanti: inizjalment minn J.-N. Louis u N. de Montigny, sussegwentement minn J.-N. Louis,)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u D. Martin, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn J. Steele u D. Nessaf, sussegwentement minn J. Steele u M. Rantala, u finalment minn J. Steele u C. González Argüelles, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2016 li tqiegħed lir-rikorrent fuq leave fl-interess tas-servizz skont l-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u, simultanjament, fuq irtirar awtomatiku skont il-ħames paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Diċembru 2016 li permezz tagħha RV tqiegħed fuq leave fl-interess tas-servizz u, simultanjament, fuq irtirar awtomatiku, hija annullata.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn RV, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

4)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 144, 8.5.2017.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — CC vs Il-Parlament

(Kawża T-248/17 RENV) (1)

(“Responsabbiltà - Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali EUR/A/151/98 - Żbalji mwettqa mill-Parlament Ewropew fil-ġestjoni tal-lista ta’ riżerva - Dannu materjali”)

(2019/C 263/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CC (rappreżentanti: G. Maximini u C. Hölzer, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u E. Despotopoulou, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża li tikseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament iġġarrab minħabba żbalji differenti mwettqa mill-Parlament fil-ġestjoni tal-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EUR/A/151/98.

Dispożittiv

1)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil CC is-somma ta’ EUR 6 000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 133, 5.5.2012 (kawża inizjalment irreġistrata mat-Tribunal għas-Servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-9/12 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2019 — TO vs AEA

(Kawża T-462/17) (1)

(“Servizz Pubbliku - Aġenti kuntrattwali - Kuntratt għal żmien ddeterminat - Tkeċċija matul leave tal-mard - Artikolu 16 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikolu 48(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikolu 26 tal-Istatut - Ipproċessar ta’ data ta’ natura personali - Artikolu 84 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Fastidju morali”)

(2019/C 263/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: TO (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (rappreżentanti: O. Cornu, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn D. Nessaf u J. Van Pottelberge, sussegwentement minn J. Van Pottelberge u J. Steele, aġenti) u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża minn naħa, għall-annullament, fl-ewwel lok, tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2016 li biha d-direttur eżekuttiv tal-AEA irrexxinda r-reklutaġġ tar-rikorrenti bħala aġent kuntrattwali u, fit-tieni lok, tad-deċiżjoni tal-20 ta’ April 2017, li biha l-imsemmi direttur ċaħad l-ilment tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2016 u, min-naħa l-oħra, għar-riżarċiment tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2016, li biha d-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (AEA) irrexxinda r-reklutaġġ ta’ TO bħala aġent kuntrattwali, hija annullata.

2)

L-AEE hija kkundannata tħallas lil TO ammont li jekwivali għal xahar ta’ remunerazzjoni fuq il-bażi ta’ preavviż u għal terz tas-salarju bażiku mensili tal-perijodu ta’ prova mwettaq mir-rikorrenti, li minnu għandha jitnaqqas il-kumpens tat-tkeċċija li hija diġà rċeviet.

3)

L-AEA hija kkundannata tħallas lil TO l-ammont ta’ EUR 6 000.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

L-AEA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn TO.

6)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — EOS Deutscher Inkasso-Dienst vs EUIPO — IOS Finance EFC (IOS FINANCE)

(Kawża T-583/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva IOS FINANCE - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti EOS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2019/C 263/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EOS Deutscher Inkasso-Dienst GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Sorg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: IOS Finance EFC, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 2262/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn EOS Deutscher Inkasso-Dienst u IOS Finance EFC.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

EOS Deutscher Inkasso-Dienst GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 338, 9.10.2017.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Visi/one vs EUIPO — EasyFix (Tabelli li jiddendlu għall-karozzi)

(Kawża T-74/18) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tabelli li jiddendlu għall-karozzi - Disinn preċedenti - Prova tal-iżvelar - Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Raġuni għall-invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Utent avżat - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Artikoli 6 u 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002”)

(2019/C 263/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Visi/one GmbH (Remscheid, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Bourree u M. Bartz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Hanne u D. Walicka, agents)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: EasyFix GmbH (Vjenna, l-Awstrija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1424/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn EasyFix u Visi/one.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Visi/one GmbH u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — MPM-Quality vs EUIPO — Elton Hodinářská (MANUFACTURE PRIM 1949)

(Kawża T-75/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva MANUFACTURE PRIM 1949 - Użu ġenwin tat-trade mark - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2019/C 263/48)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: MPM-Quality v.o.s. (Frýdek-Místek, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Kyjovský, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elton Hodinářská a.s. (Nové Město nad Metují, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Matoušek, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 556/2017-4) dwar proċedimenti ta’ revoka bejn MPM-QUALITY u ELTON hodinářská.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

MPM-QUALITY v.o.s. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

ELTON hodinářská, a.s. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 122, 26.3.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2019 — De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-138/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Eks Uffiċjali - Investigazzjoni tal-OLAF - Kawża ‘Eurostat’ - Trażmissjoni lil awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali ta’ informazzjoni relattiva għal fatti li jistgħu jkunu suġġetti għal proċeduri kriminali - Assenza ta’ informazzjoni preċedenti dwar l-uffiċjali potenzjalment ikkonċernati - Danni allegatament subiti minħabba l-aġir tal-OLAF u tal-Kummissjoni matul il-proċedura - Dannu morali, fiżiku u materjali - Rabta ta’ kawżalità”)

(2019/C 263/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Fernando De Esteban Alonso (Saint-Martin-de-Seignanx, Franza) (rappreżentant: C. Huglo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Striani u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża biex jinkiseb kumpens għad-danni morali, fiżiċi u materjali allegatament subiti mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil Fernando De Esteban Alonso s-somma ta’ EUR 62 000 bħala kumpens għad-dannu morali subit minnu.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk subiti minn F. De Esteban Alonso.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — Biedermann Technologies vs EUIPO (Compliant Constructs)

(Kawża T-291/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Compliant Constructs - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 263/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Biedermann Technologies GmbH & Co. KG (Donaueschingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Jacob, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek u M. Fischer, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Marzu 2018 (Każ R 1626/2017-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Compliant Constructs bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożttiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Biedermann Technologies GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — Advance Magazine Publishers vs EUIPO — Enovation Brands (VOGUE)

(Kawża T-346/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali VOGUE - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VOGA - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva - Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li sar l-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625) - Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95”)

(2019/C 263/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Alkin, barrister u N. Hine, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Enovation Brands, Inc. (Aventura, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2018 (Każ R 259/2017-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Enovation Brands u Advance Magazine Publishers.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-27 ta’ Marzu 2018 (Każ R 259/2017-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Advance Magazine Publishers, Inc.

3)

Enovation Brands, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 268, 30.7.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Luz Saúde vs EUIPO — Clínica La Luz (HOSPITAL DA LUZ)

(Kawża T-357/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva HOSPITAL DA LUZ - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti clínica LALUZ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 263/52)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Luz Saúde, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Gentil Anastácio, P. Guerra e Andrade, M. Barros Silva u G. Moreira Rato, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u I. Ribeiro da Cunha u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Clínica La Luz, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ April 2018 (Każ R 2084/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Clínica La Luz u Luz Saúde.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Luz Saúde, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 268, 30.7.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Innocenti vs EUIPO — Gemelli (Innocenti)

(Kawża T-392/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Innocenti - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti INNOCENTI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 263/53)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Innocenti SA (Lugano, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Ferretti, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Filippo Gemelli (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment C. Renna, sussegwentement F. Canu, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ April 2018 (Każ R 2336/2010-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn F. Gemelli u Innocenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Innocenti SA hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn F. Gemelli.


(1)  ĠU C 285, 13.8.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Pielczyk vs EUIPO — Thalgo TCH (DERMÆPIL SUGAR EPIL SYSTEM)

(Kawża T-398/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea DERMÆPIL sugar epil system - Trade mark figurattiva preċedenti dermépil - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 64 (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament 2017/1001) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tal-imsemmi regolament (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001) - Tqabbil tal-prodotti”)

(2019/C 263/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Radoslaw Pielczyk (Klijndijk, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: K. Kielar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u K. Kompari, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Thalgo TCH (Roquebrune-sur-Argens, Franza) (rappreżentant: C. Bercial Arias, avukat)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ April 2018 (Każijiet magħquda R 979/2017-4 u R 1070/2017-4), dwar procedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Thalgo TCH u M. Pielczyk.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Radoslaw Pielczyk huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 285,13.8.2018.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Ortlieb Sportartikel vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ Poligonu ottagonali)

(Kawża T-449/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta poligonu ottagonali - Raġuni assolut għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 263/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ortlieb Sportartikel GmbH (Heilsbronn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Wulff u K. Schmidt-Hern, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ April 2018 (Każ R 1634/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta poligonu ottagonali bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ortlieb Sportartikel GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 311,3.9.2019.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/49


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2019 — VK vs Il-Kunsill

(Kawża T-151/18)

(2019/C 263/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: VK (rappreżentant: K. Lara, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/141 tad-29 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija ĠU 2018, L 25, p. 38) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/135 tat-28 ta’ Jannar 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2019, L 25, p. 23) sa fejn dawn id-deċiżjoni jikkonċernaw lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 31, 46 u 55 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni. F’dan ir-rigward r-rikorrent isostni li skont dawn id-dispożizzjonijiet, miżura ta’ prekawzjoni ta’ ffriżar u konfiska trid tkun ibbażata jew fuq deċiżjoni tal-Istat li jagħmel it-talba għaliha, jew fuq espożizzjoni tal-fatti rilevanti minn dan l-istess Stat li jagħmel it-talba għaliha b’deskrizzjoni tal-miżuri mitluba. Isa, skontu, il-miżuri restrittivi ġew ordnati u estiżi mingħajr espożizzjoni, anki qasira, tal-fatt allegati. Barra minn hekk it-Tuneżija ma titlobx li jibqgħu l-miżuri restrittivi kkontestati.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Kunsill meta qies li ma kienx marbut li jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi prodotti mir-rikorrent u l-argumenti magħmula minnu, lanqas li jagħmel verifiki supplimentari mal-awtoritajiet Tuneżini, filwaqt li l-imsemmija elementi u argumenti kienu tali li jqajmu mistoqsijiet leġittimi dwar l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter imwettaq mill-Kunsill, peress li allegtament huwa kompliċi tal-awtoritajiet Tuneżini li l-iskop uniku tagħhom huwa li jiġġustifikaw il-konfiska inġusta u illegali tal-proprjetà tar-rikorrent mingħajr ma dan kien seta’ jiddefendi ruħu u mingħajr il-possibbiltà ta’ rimedju.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/50


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2019 — AMVAC Netherlands vs Il-Kummisjsoni

(Kawża T-317/19)

(2019/C 263/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AMVAC Netherlands BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Mereu, M. Grunchard u S. Englebert, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/344 tat-28 ta’ Frar 2019; (1)

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat ġie adottat wara żball manifest ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat huwa riżultat ta’ proċedura li matulha d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti ma ġewx irrispettati.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/344 tat-28 ta’ Frar 2019 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva ethoprophos, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2019 L 62, p. 7).


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/50


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2019 — UE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-338/19)

(2019/C 263/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: UE (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Awwissu 2018 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti intiża għar-rikonoxximent ta’ marda kkaġunata mix-xogħol;

jekk ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2019 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-5 ta’ Novembru 2018;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ interpretazzjoni tan-natura raġonevoli tat-terminu li fih tressqet it-talba għal rikonoxximent ta’ marda kkaġunata mix-xogħol.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-obbligu ta’ motivazzjoni.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/51


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Santini vs Il-Parlament

(Kawża T-345/19)

(2019/C 263/59)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Giacomo Santini (Trento, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li rriproduċiet id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, f’kull każ,

tannulla d-determinazzjoni ġdida u l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew:

konsegwentement, tgħid u tiddikjara li r-rikorrent għandu d-dritt li jżomm l-allokazzjoni għall-ħajja inkwistjoni sal-ammonti miksuba u li ser jinkisbu abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom kollha miżmuma indebitament flimkien mal-evalwazzjoni monetarja ġdida u l-interessi legali mid-data tat-tnaqqis f’ras il-għajn, kif ukoll

tikkundanna lill-Parlament Ewropew biex jeżegwixxi s-sentenza għal intervent u biex immedjatament jistabbilixxi mill-ġdid u b’mod sħiħ l-allokazzjoni għall-ħajja fil-portata inizjali kollha tagħha, kif ukoll biex jikkumpensa d-danni kollha eventwali li jagħtu dritt għal kumpens lir-rikorrent.

f’kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat flimkien mal-VAT, drittijiet, taxxi u spejjeż fil-forma ta’ somma f’daqqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tar-riżerva ta’ kompetenza tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Parlament Ewropew.

Ir-rikorrent jinvoka n-natura illegali tal-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja Ewropea sa fejn twettaq unilateralment u b’mod retroattiv u permanenti abbażi ta’ applikazzjoni awtomatika ddikjarata (ineżistenti) tad-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Kamra tad-Deputati (l-Italja), fl-assenza ta’ deliberazzjoni preċedenti fuq dan il-punt mill-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Parlament Ewropew, li minflok tgawdi mill-kompetenza sħiħa f’dan ir-rigward (skont l-Artikolu 25 tar-Regoli Interni tal-Parlament Ewropew).

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-Regoli Interni tal-Parlament Ewropew.

Ir-rikorrent jinvoka n-natura illegali tal-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja Ewropea sa fejn jikser l-Artikolu 1 tal-Anness III tal-leġiżlazzjoni dwar in-nefqa u l-kumpens tal-membri tal-Parlament Ewropew fis-seħħ qabel l-2009. Fil-mument meta jintemm il-mandat tal-membru tal-Parlament Ewropew, is-sitwazzjoni tiegħu fir-rigward tas-sigurtà soċjali tittieħed definittivament skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-mument għad-deputati nazzjonali Taljani. Emendi eventwali ta’ dawn il-kundizzjonijiet, deċiżi snin wara, ma jistgħux ikollhom impatt retroattiv fuq sitwazzjoni li tkun iddefinita u likwidata mill-Parlament Ewropew skont il-kundizzjonijiet fis-seħħ fil-mument tal-kisba tad-dritt, peress li wara dan iż-żmien, il-Kamra tad-Deputati (l-Italja) ma jkollhiex iktar awtorità f’dan ir-rigward.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 28 tal-Istatut tad-deputati.

Ir-rikorrent jinvoka n-natura illegali tal-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja Ewropea sa fejn jikser l-Artikolu 28 tal-Istatut tad-deputati Ewropej u l-Artikoli 75 u 76 tal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, li jistabbilixxu li d-drittijiet miksuba qabel id-dħul fis-seħħ tal-Istatut il-ġdid jibqgħu kweżiti u jiġu onorati taħt il-kundizzjonijiet previsti meta nkisbu. Skont ir-rikorrent, ma tistax issir deroga minn dawn il-klawżoli ta’ salvagwardja, u wisq inqas permezz ta’ sempliċi deliberazzjoni tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati (l-Italja) ta’ natura retroattiva u permanenti, mingħajr ma jinkisru dawn il-klawżoli kif ukoll l-aspettattivi leġittimi li l-persuni interessati fiż-żamma mingħajr deterjorament tal-allokazzjoni tal-ħajja u tal-ammont tagħha, saħansitra retroattivament u permezz tal-applikazzjoni ta’ sistema ta’ kalkolu differenti introdotta b’mod arbitrarju b’effett retroattiv.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq in-natura ta’ sanzjoni tal-miżura ta’ tnaqqis u fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ legalità, ta’ non-retroattività u ta’ nondiskriminazzjoni.

Ir-rikorrent jinvoka n-natura illegali tal-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja sa fejn dan għandu natura ta’ sanzjoni u huwa diskriminatorju fir-rigward ta’ kategorija waħda ta’ persuni (eks membri parlamentari Taljani) u jirrappreżenta miżura purament simbolika ta’ natura politika mhux assoċjata mal-għan li jitnaqqas l-infiq; sa fejn il-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni tal-ħajja mwettaq retroattivament skont metodi differenti u b’effetti permanenti jagħti lok għal differenza mhux iġġustifikata fit-trattament meta mqabbel mal-eks membri tal-Parlament Ewropew tal-Istati Membri l-oħra, kif ukoll mal-membri tal-Parlament Ewropew eletti wara l-2009 u maċ-ċittadini l-oħra kollha b’mod ġenerali, li ma jbatu ebda miżura ta’ tnaqqis ta’ dan it-tip.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Skont ir-rikorrent, l-allokazzjoni tal-ħajja hija benefiċċju ekonomiku li sar jifforma parti mill-patrimonju individwali tal-membri parlamentari li jirċivuh jew li kisbu d-dritt li jirċivuh fil-futur. It-tnaqqis improvviż tiegħu, fuq kollox jekk jirriżulta minn kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni mwettaq b’mod retroattiv permezz ta’ kriterji ta’ ħlas differenti ffissati unilateralment u arbitrarjament mill-Kamra tad-Deputati (l-Italja) — effettivament huwa ekwivalenti għal taxxa fuq il-patrimonju individwali tad-deputati li, bħala tali, tista’ biss tiġi stabbilita permezz ta’ liġi u li, f’kull każ, kellha tkun iġġustifikata minn interess pubbliku speċifiku, li f’dan il-każ ma ġiex invokat u lanqas jidher li jeżisti, fid-dawl tal-fatt li din id-determinazzjoni mill-ġdid tal-allokazzjoni tal-ħajja ma ser twassal għal ebda tnaqqis konkret fl-infiq.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji tal-aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tad-drittijiet kweżiti.

Ir-rikorrent jinvoka l-illegalità minħabba ksur manifest tal-prinċipji ta’ ċertezza tal-liġi u tar-relazzjonijiet legali kif ukoll tal-aspettattivi leġittimi u tal-protezzjoni tad-drittijiet kweżiti. Fil-fehma tiegħu, il-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni tal-ħajja jopera retrospettivament, billi jimponi b’mod retrospettiv metodoloġija differenti għad-determinazzjoni tal-benefiċċju, liema kalkolu jwassal għal tnaqqis ta’ daqs konsegwenti (f’dan il-każ 50 % inqas), definittiv u permanenti, meta l-benefiċjarju ilu li kiseb id-dritt għalih ferm qabel l-adozzjoni tad-deliberazzjoni msemmija. B’dan il-mod, kien hemm ksur radikali tal-aspettativi leġittimi tal-benefiċjarji dwar l-effettività u dwar l-istabbilità ratione temporis tal-allokazzjoni tal-ħajja fin-nuqqas ta’ kull raġuni xierqa biex tiġġustifika effett daqstant radikali u permanenti fuq sitwazzjonijiet li diġà seħħew u ġew konklużi ħafna żmien ilu.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ raġjonevolezza, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ solidarjetà.

Ir-rikorrent jinvoka l-illegalità tal-intervent sa fejn dan ġie adottat mingħajr motivazzjoni għar-raġunijiet u għall-għan tiegħu, u jeċċedi l-limiti ta’ eċċezzjonalità u ta’ konformità, u jwassal għal kuntrast manifest mal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ raġjonevolezza.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq motivi oħrajn ta’ ksur tal-prinċipji ta’ raġjonevolezza, ta’ proporzjonalità, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ solidarjetà.

Ir-rikorrent jinvoka l-illegalità tal-intervent inkwistjoni sa fejn jikser il-prinċipji ta’ raġjonevolezza, ta’ proporzjonalità, ta’ solidarjetà, ta’ ugwaljanza fit-trattament, peress li: 1) jimponi retroattivament is-sistema tal-kontribuzzjonijiet fuq persuni li kisbu l-allowance ferm qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Kamra tad-Deputati (l-Italja), jekk mhux saħansitra ferm qabel ma daħlet fis-seħħ is-sistema tal-kontribuzzjonijiet bl-hekk imsejħa Riforma Dini (1996); 2) jemenda l-istatus legali tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-eks deputat mingħajr, madankollu, ma jsemmi xejn dwar it-taxxi diretti mħallsa lill-Kamra bħala taxxa ta’ sostituzzjoni; 3) jimponi l-applikazzjoni retroattiva ta’ sistema ta’ kontribuzzjonijiet li madankollu ma għandha xejn ta’ natura kontributtiva la fil-metodu u lanqas fl-iskop; 4) japplika b’mod irrazzjonali u żbaljat il-koeffiċjenti ta’ trasformazzjoni u tal-kriterji tal-kalkolu tal-probabbiltajiet, billi jorbothom mal-passat diġà magħruf minflok milli mal-futur; 5) jinjora r-rieda ċara li jkun hemm parità fil-benefiċċji tal-allokazzjoni tal-ħajja mal-benefiċċji ta’ sigurtà soċjali tal-ħaddiema pubbliċi, meta fir-realtà, dawn huma ħlasijiet ta’ natura differenti.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/53


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Ceravolo vs Il-Parlament

(Kawża T-346/19)

(2019/C 263/60)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Domenico Ceravolo (Noventa Padovana, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

suġġett għall-verifika ta’ illegalità — minħabba ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, tal-prinċipju ta’ protezzjoni tad-drittijiet kweżiti, ta’ raġjonevolezza, ta’ proporzjonalità, ta’ legalità tal-Artikoli 6 u 14 KEDB u tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali 1 tal-KEDB, kif ukoll tal-Artikoli 27 u 28 tal-Istatut tal-Membri Parlamentari Ewropej, tal-Artikoli 75-76 tal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu — tannulla l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li rriproduċiet id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, f’kull każ, tannulla d-determinazzjoni ġdida u l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew:

konsegwentement, tgħid u tiddikjara li r-rikorrent għandu d-dritt li jżomm l-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew sal-ammonti miksuba u li ser jinkisbu abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom kollha miżmuma indebitament flimkien mal-evalwazzjoni monetarja ġdida u l-interessi legali mid-data tat-tnaqqis f’ras il-għajn, kif ukoll tikkundanna lill-Parlament Ewropew biex jeżegwixxi s-sentenza għal intervent u biex immedjatament jistabbilixxi mill-ġdid u b’mod sħiħ l-allokazzjoni għall-ħajja fil-portata inizjali kollha tagħha, kif ukoll biex jikkumpensa d-danni kollha eventwali li jagħtu dritt għal kumpens lir-rikorrent.

f’kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat flimkien mal-VAT, drittijiet, taxxi u spejjeż fil-forma ta’ somma f’daqqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-345/19, Santini vs Il-Parlament.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/54


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Falqui vs Il-Parlament

(Kawża T-347/19)

(2019/C 263/61)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Enrico Falqui (Firenze, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sorrentino u A. Sandulli, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla n-nota kkontestata u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom imnaqqsa indebitament pendente lite.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra n-nota Nru D (2019) 14406 tal-11 ta’ April 2019 tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, dwar id-determinazzjoni mill-ġdid tal-pensjoni li għandu jibbenefika minnha r-rikorrent fil-kwalità tiegħu bħala eks membru tal-Parlament Ewropew.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

F’dan ir-rigward, jiġi osservat li, peress li, skont l-Artikolu 75(2) tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, “jibqgħu fis-seħħ” id-drittijiet għall-pensjoni tal-età miksuba qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Istatut, ir-referenza preċedenti għal-leġiżlazzjoni nazzjonali prevista mill-hekk imsejħa leġiżlazzjoni SID għandha titqies bħala rinviju materjali (jew referenzi inċidentali) (għal-leġiżlazzjoni fis-seħħ dak iż-żmien),sa fejn id-drittijiet għall-pensjoni miksuba mill-eks membri tal-Parlament Ewropew f’data qabel id-dħul fis-seħħ tal-Istatut ma jistgħux jinbidlu abbażi ta’ leġiżlazzjonijiet sussegwenti.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq in-nuqqas, min-naħa tal-Parlament Ewropew, li ma japplikax leġiżlazzjoni nazzjonali invalida.

F’dan ir-rigward, jiġi osservat li l-leġiżlazzjoni introdotta mid-deliberazzjoni tal-Ufficio di presidenza della Camera dei deputati italiana (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati Taljana) Nru 14/2018 hija — fil-konfront tas-sistema legali Taljana stess — invalida.

Fil-fatt, il-Kamra ddeċidiet li tikkalkola mill-ġdid l-allokazzjoni tal-ħajja li jibbenefikaw minnha l-eks deputati billi applikat l-hekk imsejħa sistema kontributorja anki għall-parti tal-allokazzjoni miksuba matul il-perijodi qabel l-2012, li, għall-impjegati pubbliċi u privati kollha, titħallas skont is-sistema pro rata, u saħansitra għall-perijodi qabel l-1996, li għall-impjegati pubbliċi u privati kollha titħallas skont is-sistema ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa. Biex tapplika b’mod retroattivi s-sistema kontributorja anki fir-rigward ta’ perijodi li fihom din ma kinitx teżisti fl-Italja — din adottat sistema ta’ kalkolu ppreġudikata, irrazzjonali u nieqsa minn bażi attwarjali.

Ir-riforma inkwistjoni hija wkoll illeġittima sa fejn is-suġġett tal-allokazzjonijiet tal-ħajja tal-membri parlamentari għandu jkun irregolat, għall-inqas f’dak li jikkonċerna l-aspetti fundamentali tiegħu, permezz ta’ liġi u mhux permezz ta’ regolament intern (Artikolu 69 tal-Kostituzzjoni).

Barra minn hekk, din tikser l-aspettattivi leġittimi tal-eks deputati fl-istabbilità tal-pensjoni tagħhom, liema ħaġa tmur kontra l-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, li tikkostitwixxi prinċipju ġenerali anki tas-sistema legali Taljana.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-applikazzjoni illeġittima, min-naħa tal-Parlament Ewropew, ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tikser il-prinċipji fundamentali tas-sistema legali tal-Unjoni u, in primis, il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Ksur tal-prinċipju ta’ supremazija tal-liġi tal-Unjoni.

F’dan ir-rigward, jiġi osservat li r-riforma tal-allokazzjonijiet tal-ħajja tal-eks deputati Taljani kkalkolat mill-ġdid l-ammont ta’ dawn tal-aħħar ex post b’mod għal kollox imprevedibbli, f’daqqa u mingħajr klawżoli ta’ salvagwardja xierqa, u għalhekk tikser b’mod serju ħafna l-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi li jinsab fost il-prinċipji fundamentali tas-sistema legali Ewropea.

Għal din ir-raġuni, ir-riforma msemmija ma setgħetx tiġi trasposta min-naħa tal-Parlament Ewropew: fil-fatt, skont il-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn is-sistemi legali, it-traspożizzjoni ta’ regoli minn sistema legali għal oħra, b’riżultat ta’ referenza (kemm jekk referenza għal-liġi kif teżisti fis-sistema legali sors inklużi l-emendi (rinvio mobile) jew għall-att kif traspost fil-liġi interna (rinvio recettizio)), issib limitu kuntrarju preċiż: ir-rinviju ma jistax jopera meta r-regola tas-sistema legali tal-oriġini tkun f’kuntrast mal-prinċipji fundamentali tas-sistema legali tad-destinazzjoni. Barra minn hekk, minħabba s-supremazija tal-liġi Ewropea — li tikkostitwixxi prinċipju fundamentali tal-Unjoni — jekk leġiżlazzjoni nazzjonali tkun tikser dispożizzjoni tal-liġi Ewropea, din ma għandhiex tiġi applikata, sabiex tiġi żgurata protezzjoni uniformi taċ-ċittadini min-naħa tal-liġi Ewropea fuq it-territorju kollu tal-Unjoni.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/56


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Poggiolini vs Il-Parlament

(Kawża T-348/19)

(2019/C 263/62)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Danilo Poggiolini (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sorrentino u A. Sandulli, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla n-nota kkontestata u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom imnaqqsa indebitament pendente lite.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra n-nota Nru D(2019) 14435 tal-11 ta’ April 2019 tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, dwar id-determinazzjoni tal-pensjoni li għandu jibbenefika minnha r-rikorrent fil-kwalità tiegħu bħala eks membru tal-Parlament Ewropew.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk li huma invokati fil-Kawża T-347/19, Falqui vs Il-Parlament Ewropew.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/56


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2019 — Ċipru vs EUIPO — Filotas Bellas & Yios (Halloumi Vermion grill cheese M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927)

(Kawża T-351/19)

(2019/C 263/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, S. Baran, Barrister u V. Marsland, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Filotas Bellas & Yios AE (Alexandreia Imathias, il-Greċja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Halloumi χαλλούμι Vermion grill cheese M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 172 276

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedura ta’ annullament

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ April 2019 fil-Każ R 2297/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tagħha u tħallas dawk tar-rikorrenti għal annullament.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/57


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2019 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-357/19)

(2019/C 263/64)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili, avvocato dello Stato, u G. Palmieri, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019) 2652 finali tat-3 ta’ April 2019, innotifikata fl-4 ta’ April 2019, li tapprova il-“Proġett nazzjonali kbir Banda Ultra Larga (broadband b’veloċità għolja ħafna) — żoni bojod” (GP BUL) għal spiża eliġibbli ta’ EUR 941 022 670, sa fejn din teskludi mill-kontribuzzjoni tal-FEŻR l-ispejjeż sostnuti mill-benefiċċjaru rappreżentanti VAT, u tiddikajara li għall-kuntrarju, dawn l-ispejjeż għandhom ikunu inklużi fil-kontribuzzjoni u finalment li tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

Permezz tal-ewwel motiv, hija tallega ksur tal-Artikolu 69(3)(c) tar-Regolament Nru 1303/2013 peress li l-ebda waħda mit-tliet raġunijiet għal esklużjoni tal-ispejjeż tal-VAT ma tikkorrispondi mal-każ li fih huwa possibbli li tiġi rkuprata l-VAT skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali f’dan il-qasam.

2.

Permezz tat-tieni motiv, hija tallega ksur tal-leġiżlazzjoni marbuta mal-persuna suġġetta għall-VAT (Artikoli 9 u 13 tad-Direttiva 2006/112/CE) u mal-korp li jintaxxa fil-qasam tal-VAT (Artikoli 206 u 250 tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq); hija tilmenta wkoll dwar ksur tal-kostituzzjonijiet nazzjonali u tal-istruttura fundamentali tal-Istati Membri (Artikolu 4(2) TUE); tal-Artikolu 69(3)(c) tar-Regolament Nru 1303/2013. F’dan ir-rigward huwa ddikajarat li huwa illegali li jitqies li l-VAT imħallsa fuq l-input mill-MiSE (Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku) bħala benefiċċjarju tal-kontribuzzjoni tal-FEDER tista’ tiġi rkuprata peress li ministeru ieħor (dak tal-Finanzi) ġabar dawn is-somom abbażi ta’ dan id-dħul fiskali.

3.

Permezz tat-tielet motiv, hija tallega ksur tal-Artikoli 9, 11, 13 u 28 tad-Direttiva 2006/112/KE. Skont ir-rikorrenti, il-fatt li Infratel hija kumpannija in house tal-MiSE (Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku) ma jeskludix il-fatt li l-provvista minn dan tal-aħħar ta’ beni u ta’ servizzi huma ffatturati bil-VAT.

4.

Permezz tar-raba’ motiv, hija tallega ksur tal-Artikoli 61(8) u 69(3)(c) tar-Regolament Nru 1303/2013. Ir-rikorrenti ssostni li l-proġett inkwistjoni ġie kkofinanzjat mill-FEŻR bħala għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant, dan tal-aħħar ma jistax jitqies bħala proġett li jiġġenera dħul.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/58


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2019 — Daimler vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-359/19)

(2019/C 263/65)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Daimler AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Wimmer, C. Arhold u G. Ollinger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 2359, tat-3 ta’ April 2019, adottata skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u b’mod partikolari skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5) tiegħu (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), sa fejn hija tispeċifika, fl-Artikolu 1(1) tagħha, moqri flimkien mal-kolonni D u I tat-Tabella 1 u tat-Tabella 2 tal-Anness I, l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u t-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ CO2 miksuba għall-innovazzjonijiet ekoloġiċi, u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (2) u tal-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/158 (3)

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti tallega li l-konvenuta kisret id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u tal-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/158 sa fejn, matul il-verifika ad hoc tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2, hija eskludiet il-metodu ta’ prova approvat, billi applikat fattur ta’ Willans żbaljat.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, tal-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/158 u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011

Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, tal-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/158 u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 billi eskludiet, fil-kuntest tal-metodu ta’ prova applikat minnha għall-finijiet tal-verifika ad hoc, il-prekundizzjonament speċifiku neċessarju.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011

Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret l-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 billi ordnat li l-innovazzjoni ekoloġika ma kellhiex tittieħed inkunsiderazzjoni għas-sena preċedenti, is-sena 2017, minkejja li l-imsemmija dispożizzjoni tawtorizza espressament biss deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni inkwistjoni għas-sena sussegwenti.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ

Fil-kuntest tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti tallega li l-konvenuta kisret id-dritt għal smigħ tagħha kif jeżiġi l-prinċipju ġenerali tar-rispett tad-drittijiet ta’ difiża kif ukoll l-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Fil-kuntest tal-ħames motiv, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex motivata konformement mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u mal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Hija tiddikjara li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-konvenuta tillimita ruħha li, f’termini astratti, tirreferi għal diverġenzi fil-metodu ta’ prova, mingħajr ma tindirizza l-kwistjoni determinanti dwar jekk u sa fejn il-metodu ta’ prova jeżiġix prekundizzjonament speċifiku u jekk il-konvenuta awtorizzatx tali metodu ta’ prova bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/158.


(1)  Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO 2 minn vetturi ħfief (ĠU 2009, L 140, p. 1, rettifika fil-ĠU 2017, L 336, p. 60)

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO 2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 194, p. 19)

(3)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/158 tat-30 ta’ Jannar 2015 dwar l-approvazzjoni ta’ żewġ alternaturi ta’ effiċjenza għolja Robert Bosch GmbH bħala t-teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO 2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2015, L 26, p. 31)


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/60


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2019 — Jalkh vs Il-Parlament

(Kawża T-360/19)

(2019/C 263/66)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-François Jalkh (Gretz-Armainvilliers, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 dwar il-proposta ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) f’dak li jikkonċerna l-kooperazzjoni mal-Prosekutur Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF (COM(2018)0338 — C8-0214/2018 — 2018J0170(COD);

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn ir-riżoluzzjoni kkontestata tippermetti lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li jkollu aċċess għal informazzjoni personali, li huwa f’kontradizzjoni mad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, sa fejn ir-riżoluzzjoni kkontestata tippermetti lill-OLAF li jdur mal-immunità parlamentari tal-Membri.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew u tal-Artikolu 4 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew. Ir-rikorrent isostni li r-riżoluzzjoni kkontestata tippermetti lill-OLAF, minn naħa, li jdur mal-immunità parlamentari tal-Membri u, min-naħa l–oħra, li jkollu aċċess għal dokumenti li ma humiex dokumenti tal-Parlament Ewropew.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, sa fejn ir-riżoluzzjoni kkontestata tikser id-drittijiet tad-difiża tal-Membri.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/61


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2019 — CF vs Il-Parlament

(Kawża T-361/19)

(2019/C 263/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CF (rappreżentant: A. Daoût, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati;

tordna l-kumpens għad-dannu finanzjarju u morali kkawżat bid-deċiżjonijiet ikkontestati, jew tagħti lir-rikorrenti s-somma provviżorja ta’ EUR 50 000;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors intiż għall-annullament taż-żewġ deċiżjonijiet tal-President tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 li jiddikjaraw lir-rikorrenti ħatja ta’ fastidju morali kontra l-ex assistenta parlamentari tagħha akkreditata u li jagħtuha sanzjoni ta’ ċanfira, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-definizzjoni legali ta’ fastidju li tinsab fl-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, minħabba li l-President tal-Parlament Ewropew ma ħax inkunsiderazzjoni elementi li jikkostitwixxu l-kunċett ta’ fastidju morali stabbiliti mil-liġi u mill-ġurisprudenza.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tal-att ikkontestat. Ir-rikorrenti ssostni li l-President tal-Parlament Ewropew jimmotiva l-ewwel deċiżjoni tiegħu billi jibbaża lilu nnifsu fuq ir-rapport tal-kumitat konsultattiv, li fih ċertu nuqqasijiet, u li t-tieni deċiżjoni tiegħu ma tissodisfax il-kriterji stabbiliti mill-Artikolu 166 tar-Regoli Interni tal-Parlament Ewropew.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u tad-drittijiet tad-difiża. Skont ir-rikorrenti, l-amministrazzjoni marret kontra d-dmir tagħha ta’ premura, il-prinċipju ta’ terminu raġonevoli, ir-regoli ta’ kunfidenzjalità tal-investigazzjoni, id-drittijiet tad-difiża, il-preżunzjoni ta’ innoċenza u d-dritt ta’ aċċess għall-fajl dixxiplinari.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u fuq in-nuqqas ta’ retroattività tar-regoli koerċitivi, inkwantu l-President tal-Parlament Ewropew u l-kumitat konsultattiv applikaw leġiżlazzjoni koerċittiva għal fatti li jippreċedu l-adozzjoni tagħha.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti titlob kumpens għad-danni morali u finanzjarji. Hija ssostni li l-mod kif tmexxiet l-investigazzjoni kellha bħala konsegwenza li tħammeġ ir-reputazzjoni tagħha u li ttelfilha l-possibbiltà li tippreżenta ruħha għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/62


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2019 — Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-363/19)

(2019/C 263/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Brandon, aġent, P. Baker QC u T. Johnston, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2019) 2526 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit fir-rigward ta’ CFC Group Financing Exemption;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni: identifikazzjoni tas-sistema ta’ referenza ż-żbaljata.

Ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni wettqet żball meta sostniet li r-regoli dwar il-Controlled Foreign Company (il-kumpannija barranija kkontrollata) (iktar ’il quddiem iċ-“CFC”) jipprovdu l-qafas adattat għal evalwazzjoni tal-paragunabbiltà (Premessa 107 tal-preambolu tad-deċiżjoni kkontestata).

Ir-Renju Unit jopera sistema ta’ taxxa fuq il-kumpanniji (Corporation Tax, iktar ’il quddiem “CT”) li hija fil-parti l-kbira territorjali: ġeneralment, huwa taxxabbli biss dħul derivanti mir-Renju Unit. B’hekk, il-punt tat-tluq rilevanti huwa li ebda taxxa ma hija dovuta fir-rigward ta’ dħul minn sussidjarji barranin. Il-leġiżlazzjoni CFC tiddevja minn din il-pożizzjoni u tistabbilixxi numru ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali li fihom tista’ tkun taxxa skont iċ-CFC. Għalhekk, is-sistema ta’ riferenza adattata, hija l-qafas CT b’mod sħiħ. Ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni wettqet żball meta għażlet qafas ta’ riferenza artifiċjalment dejjaq.

2.

It-tieni motiv, li jallega li l-eżenzjonijiet li jinsabu fil-Kapitolu 9 tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 (l-Att tal-2010 dwar it-Taxxa (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet oħra)) ma humiex derogi.

L-għan tar-regoli CFC huwa li tiġi imposta taxxa CFC biss fir-rigward ta’ dawk l-arranġamenti li huma ta’ riskju għoli ta’ abbuż/diverżjoni artifiċjali. Ir-Renju Unit għażel teknika leġiżlattiva li biha dan: (i) beda b’definizzjoni wiesgħa u inklużiva ta’ CFC, u (ii) eskluda l-maġġoranza kbira ta’ dħul idderivat minn CFC, sabiex jidentifika biss il-kategorija dejqa ta’ dħul li jirrappreżenta riskju ta’ abbuż/diverżjoni artifiċjali. Il-Kapitoli 5 u 9 tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 joperaw flimkien biex jiġu identifikati dawk l-arranġamenti li jirrappreżentaw riskju għoli ta’ abbuż/diverżjoni artifiċjali.

Ir-rikorrent iżid li l-Kummissjoni wettqet żball manifest meta qieset li l-imsemmija eżenzjonijiet tal-Kapitolu 9 huma deroga, għaliex iffokat fuq it-teknika leġiżlattiva użata, u mhux fuq l-għanijiet sottostanti tal-miżura.

Fil-fehma tar-rikorrent, il-Kummissjoni qieset ukoll — b’mod żbaljat — li ma kien hem ebda distinzjoni rilevanti bejn Qualifying Loan Relationships (relazzjonijiet ta’ self li jikkwalifikaw, “QLR”) u relazzjonijiet ta’ self li ma jikkwalifikawx (non-QLR). Il-Gvern tar-Renju Unit biss huwa f’pożizzjoni tajba biex jiddetermina liema tipi ta’ arranġamenti jippreżentaw riskju għoli ta’ abbuż/diverżjoni artifiċjali. Huwa allegat li l-Kummissjoni:

a.

wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tagħti lill-Gvern tar-Renju Unit marġni diskrezzjonali xieraq fl-evalwazzjoni tal-kwistjoni; u

b.

wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni tagħha tal-arranġamenti inkwistjoni.

3.

It-tielet motiv, li jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tas-selettività.

Il-Kummissjoni wettqet żball meta ddeċidiet li r-Renju Unit kellu jibbaża ruħu biss fuq eżami ta’ “significant people functions” (funzjonijiet ta’ persuni sinifikanti. SPF), minflok milli fuq l-imsemmija Kapitoli 5 u 9 li joperaw flimkien. Din żbaljat ukoll meta ċaħdet l-evalwazzjoni li approċċ ibbażat fuq SPF biss kien ugwalment kumpless li jsir daqs approċċ ibbażat fuq investiment ta’ capital m ir-Renju Unit.

Ir-rikorrent isostni wkoll li l-Kummissjoni żbaljat ukoll meta ċaħdet il-pożizzjoni tar-Renju Unit li l-eżenzjonijiet tal-imsemmi Kapitolu 9 kienu risposta xierqa, proporzjonata u amministrattivament funzjonali għas-sentenza tal-Awla Manja fil-Kawża Cadbury Schweppes plc u Cadbury Schweppes Overseas Ltd. vs Commissioners of Inland Revenue, (Kawża C-196/04, EU:C:2006:544).

4.

Ir-raba’ motiv, li jallega li ma hem ebda impatt fuq il-kummerċ intra-Komunitarju.

Finalment, ir-rikorrent jargumenta li l-Kummissjoni żbaljat meta qieset li l-imsemmija eċċezzjonijiet tal-Kapitolu 9 kienu jagħtu “vantaġġ” lil kull kumpannija b’mod li jkollu impatt fuq il-kummerċ intra-Komunitarju. Minflok, fil-fehma tar-rikorrent, dawn jipprovdu mekkaniżmu li bih tiġi imposta taxxa CFC fuq kumpanniji stabbiliti fir-Renju Unit f’numru żgħir ta’ każijiet. Fiż-żmien rilevanti (2013) ma kien hemm ebda obbligu intra-Komunitarju li jiġu impost taxxi fuq dħul ta’ CFC, u l-Kummissjoni ma rnexxilhiex tipprova li l-imsemmija eċċezzjonijiet tal-Kapitolu 9 jipprovdu xi tip ta’ vantaġġ, meta mqabbel mal-obbligi impost fi Stati Membri oħra, li jaffettwa l-kummerċ intra-Komunitarju.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/64


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2019 — Moretti vs Il-Parlament

(Kawża T-364/19)

(2019/C 263/69)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Moretti (Nembro, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li rriproduċiet id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, f’kull każ,

tannulla d-determinazzjoni ġdida u l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew:

konsegwentement, tgħid u tiddikjara li r-rikorrent għandu d-dritt li jżomm l-allokazzjoni għall-ħajja inkwistjoni sal-ammonti miksuba u li ser jinkisbu abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom kollha miżmuma indebitament flimkien mal-evalwazzjoni monetarja ġdida u l-interessi legali mid-data tat-tnaqqis f’ras il-għajn, kif ukoll

tikkundanna lill-Parlament Ewropew biex jeżegwixxi s-sentenza għal intervent u biex immedjatament jistabbilixxi mill-ġdid u b’mod sħiħ l-allokazzjoni għall-ħajja fil-portata inizjali kollha tagħha, kif ukoll biex jikkumpensa d-danni kollha eventwali li jagħtu dritt għal kumpens lir-rikorrent.

f’kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat flimkien mal-VAT, drittijiet, taxxi u spejjeż fil-forma ta’ somma f’daqqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-345/19, Santini vs Il-Parlament.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/65


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2019 — Capraro vs Il-Parlament

(Kawża T-365/19)

(2019/C 263/70)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Patrizia Capraro (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li rriproduċiet id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, f’kull każ,

tannulla d-determinazzjoni ġdida u l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew:

konsegwentement, tgħid u tiddikjara li r-rikorrenti għandha d-dritt li żżomm l-allokazzjoni għall-ħajja inkwistjoni sal-ammonti miksuba u li ser jinkisbu abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallasha s-somom kollha miżmuma indebitament flimkien mal-evalwazzjoni monetarja ġdida u l-interessi legali mid-data tat-tnaqqis f’ras il-għajn, kif ukoll

tikkundanna lill-Parlament Ewropew biex jeżegwixxi s-sentenza għal intervent u biex immedjatament jistabbilixxi mill-ġdid u b’mod sħiħ l-allokazzjoni għall-ħajja fil-portata inizjali kollha tagħha, kif ukoll biex jikkumpensa d-danni kollha eventwali li jagħtu dritt għal kumpens lir-rikorrenti.

f’kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat flimkien mal-VAT, drittijiet, taxxi u spejjeż fil-forma ta’ somma f’daqqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-345/19, Santini vs Il-Parlament.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/66


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Sboarina vs Il-Parlament

(Kawża T-366/19)

(2019/C 263/71)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Gabriele Sboarina (Verona, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li rriproduċiet id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, f’kull każ,

tannulla d-determinazzjoni ġdida u l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew:

konsegwentement, tgħid u tiddikjara li r-rikorrent għandu d-dritt li jżomm l-allokazzjoni għall-ħajja inkwistjoni sal-ammonti miksuba u li ser jinkisbu abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom kollha miżmuma indebitament flimkien mal-evalwazzjoni monetarja ġdida u l-interessi legali mid-data tat-tnaqqis f’ras il-għajn, kif ukoll

tikkundanna lill-Parlament Ewropew biex jeżegwixxi s-sentenza għal intervent u biex immedjatament jistabbilixxi mill-ġdid u b’mod sħiħ l-allokazzjoni għall-ħajja fil-portata inizjali kollha tagħha, kif ukoll biex jikkumpensa d-danni kollha eventwali li jagħtu dritt għal kumpens lir-rikorrent.

f’kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat flimkien mal-VAT, drittijiet, taxxi u spejjeż fil-forma ta’ somma f’daqqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-345/19, Santini vs Il-Parlament.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/67


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2019 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-370/19)

(2019/C 263/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. García-Valdecasas Dorrego, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Marzu 2019.

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors odjern huwa dirett kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2019 dwar il-parteċipazzjoni tal-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tal-Kosovo fil-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (1).

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (2), sa fejn dan l-artikolu jipprovdi li huma biss il-bord tar-regolaturi, il-gruppi ta’ ħidma u l-bord maniġerjali li huma miftuħin għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji ta’ pajjiżi terzi.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1971, sa fejn ma jeżisti l-ebda ftehim mal-awtorità regolatorja tal-Kosovo għall-finijiet tal-parteċipazzjoni fil-BEREC.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1971, sa fejn il-Kommissjoni Ewropea żvijjat mill-proċedura stabbilita għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji ta’ pajjiżi terzi fil-BEREC. Barra minn hekk, dan kollu wassal għall-adozzjoni ta’ att ġuridiku li m’għandu l-ebda bażi legali li joħloq obbligi fil-konfront ta’ terzi, meta l-Kummissjoni ma ingħatatx il-kompetenzi speċifiċi sabiex tagħmel dan.


(1)  ĠU 2019, C 115, p. 26.

(2)  JO 2018, L 321, p. 1.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/68


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Itinerant Show Room vs EUIPO — Forest (FAKE DUCK)

(Kawża T-371/19)

(2019/C 263/73)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Itinerant Show Room Srl (San Giorgio in Bosco, l-Italja) (rappreżentanti: A. Visentin, M. Cartella u B. Cartella, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Forest Srl (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva FAKE DUCK — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 912 496

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2019 fil-Każ R 1117/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

fuq il-bażi tal-motivi invokati, tilqa’ r-rikors bħala fondat u għalhekk:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO tilqa’ l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 015912496 anki fir-rigward tal-klassijiet 18 u 25;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Assenza ta’ evalwazzjoni tal-modalitajiet konkreti tal-akkwist tal-prodotti.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/69


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2019 — Cellai vs Il-Parlament

(Kawża T-372/19)

(2019/C 263/74)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Marco Cellai (Firenze, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li rriproduċiet id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, f’kull każ,

tannulla d-determinazzjoni ġdida u l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew:

konsegwentement, tgħid u tiddikjara li r-rikorrent għandu d-dritt li jżomm l-allokazzjoni għall-ħajja inkwistjoni sal-ammonti miksuba u li ser jinkisbu abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom kollha miżmuma indebitament flimkien mal-evalwazzjoni monetarja ġdida u l-interessi legali mid-data tat-tnaqqis f’ras il-għajn, kif ukoll

tikkundanna lill-Parlament Ewropew biex jeżegwixxi s-sentenza għal intervent u biex immedjatament jistabbilixxi mill-ġdid u b’mod sħiħ l-allokazzjoni għall-ħajja fil-portata inizjali kollha tagħha, kif ukoll biex jikkumpensa d-danni kollha eventwali li jagħtu dritt għal kumpens lir-rikorrent.

f’kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat flimkien mal-VAT, drittijiet, taxxi u spejjeż fil-forma ta’ somma f’daqqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-345/19, Santini vs Il-Parlament.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/70


Rikors ippreżentat fl-20 ta’Ġunju 2019 — Gatti vs Il-Parlamemt

(Kawża T-373/19)

(2019/C 263/75)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Natalino Gatti (Nonantola, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li rriproduċiet id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, f’kull każ,

tannulla d-determinazzjoni ġdida u l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew;

konsegwentement, tgħid u tiddikjara li r-rikorrent għandu d-dritt li jżomm l-allokazzjoni għall-ħajja inkwistjoni sal-ammonti miksuba u li ser jinkisbu abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati (l-Italja) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat (l-Italja), u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom kollha miżmuma indebitament flimkien mal-evalwazzjoni monetarja ġdida u l-interessi legali mid-data tat-tnaqqis f’ras il-għajn, u

tikkundanna lill-Parlament Ewropew biex jeżegwixxi s-sentenza għal intervent u biex immedjatament jistabbilixxi mill-ġdid u b’mod sħiħ l-allokazzjoni għall-ħajja fil-portata inizjali kollha tagħha, kif ukoll biex jikkumpensa d-danni kollha eventwali li jagħtu dritt għal kumpens lir-rikorrent.

f’kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat flimkien mal-VAT, drittijiet, taxxi u spejjeż fil-forma ta’ somma f’daqqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-345/19, Santini vs Il-Parlament.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/71


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2019 — Wuhrer vs Il-Parlament

(Kawża T-374/19)

(2019/C 263/76)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Lina Wuhrer (Brescia, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li rriproduċiet id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, f’kull każ,

tannulla d-determinazzjoni ġdida u l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew:

konsegwentement, tgħid u tiddikjara li r-rikorrenti għandha d-dritt li żżomm l-allokazzjoni għall-ħajja inkwistjoni sal-ammonti miksuba u li ser jinkisbu abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallasha s-somom kollha miżmuma indebitament flimkien mal-evalwazzjoni monetarja ġdida u l-interessi legali mid-data tat-tnaqqis f’ras il-għajn, kif ukoll

tikkundanna lill-Parlament Ewropew biex jeżegwixxi s-sentenza għal intervent u biex immedjatament jistabbilixxi mill-ġdid u b’mod sħiħ l-allokazzjoni għall-ħajja fil-portata inizjali kollha tagħha, kif ukoll biex jikkumpensa d-danni kollha eventwali li jagħtu dritt għal kumpens lir-rikorrenti.

f’kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat flimkien mal-VAT, drittijiet, taxxi u spejjeż fil-forma ta’ somma f’daqqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-345/19, Santini vs Il-Parlament.


5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/72


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2019 — El Corte Inglés vs EUIPO — Big Bang (LTC latiendaencasa.es BIG BANG DAY)

(Kawża T-376/19)

(2019/C 263/77)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J.L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Big Bang, trgovina in storitve, d.o.o. (Ljubljana, is-Slovenja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva LTC latiendaencasa.es BIG BANG DAY — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 879 323

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2019 fil-Każ R 1684/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors għal annullament u, bis-saħħa tiegħu, tistabbilixxi l-motivi għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata li tiċħad ir-rikors tar-rikorrenti u tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni (oppożizzjoni B 2 840 414) li tiċħad it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 879 323 biss għall-prodotti u s-servizzi tal-klassijiet li għalihom tressqet l-oppożizzjoni (7, 9, 11, 16, 35 u 42) bl-eċċezzjoni tal-prodotti li ġejjin, li jinsabu fil-klassi 7 li fir-rigward tagħhom din ma ġietx miċħuda: “komponenti li jigganċjaw il-magni u għat-trażmissjoni (minbarra għal vetturi fuq l-art), apparat agrikolu li ma jitħaddimx bl-idejn; inkubaturi għall-bajd, magni tal-bejgħ awtomatiċi”; u;

tikkundanna lill-parti jew partijiet kuntrarji li jopponu dan ir-rikors għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.