ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 255

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
29 ta' Lulju 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

CDJ

2019/C 255/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

CDJ

2019/C 255/02

Kawżi magħquda C-391/16, C-77/17 u C-78/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Mejju 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud, Conseil du Contentieux des Étrangers — ir-Repubblika Ċeka, il-Belġju) — M vs Ministerstvo vnitra (C-391/16), X (C-77/17), X (C-78/17) vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Politika tal-ażil — Protezzjoni internazzjonali — Direttiva 2011/95/UE — Status ta’ refuġjat — Artikolu 14(4) sa (6) — Rifjut ta’ għoti jew revoka tal-istatus ta’ refuġjat fil-każ ta’ perikolu għas-sigurtà jew għall-komunità tal-Istat Membru ospitanti — Validità — Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 78(1) TFUE — Artikolu 6(3) TUE — Konvenzjoni ta’ Genève)

2

2019/C 255/03

Kawża C-235/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Mejju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 63 TFUE — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Dritt għall-proprjetà — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tneħħi, ex lege mingħajr ma tipprevedi kumpens, id-drittijiet ta’ użufrutt fuq artijiet agrikoli u forestali preċedentement ikkostitwiti favur persuni ġuridiċi jew persuni fiżiċi li ma jistgħux jiġġustifikaw rabta parentali mill-qrib mal-proprjetarju tal-art)

3

2019/C 255/04

Kawża C-341/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Sezzjoni Garanzija, Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) — Spejjeż esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea — Spejjeż sostnuti mir-Repubblika Ellenika — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Regolament (KE) Nru 796/2004 — Skema ta’ għajnuna għas-superfiċji — Kunċett ta’ mergħat permanenti — Korrezzjonijiet finanzjarji fissi — Tnaqqis ta’ korrezzjoni preċedenti)

3

2019/C 255/05

Kawża C-509/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Antwerpen — il-Belġju) — Christa Plessers vs PREFACO NV, Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasferiment ta’ impriżi — Direttiva 2001/23/KE — Artikoli 3 sa 5 — Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema — Eċċezzjonijiet — Proċedura ta’ insolvenza — Proċedura ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja permezz ta’ trasferiment taħt l-awtorità tal-ġustizzja — Salvagwardja totali jew parzjali tal-impriża — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza liċ ċessjonarju jżomm, wara t-trasferiment, il-ħaddiema tal-għażla tiegħu)

4

2019/C 255/06

Kawża C-653/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 — VM Vermögens-Management GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), DAT Vermögensmanagement GmbH (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Regolament (UE) 2015/2424 — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali Vermögensmanufaktur — Dikjarazzjoni ta’ invalidità — Dritt għal smigħ xieraq — Eżami ex officio tal-fatti — Retroattività — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Motivazzjoni tas-sentenzi)

5

2019/C 255/07

Kawża C-677/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep — il-Pajjiżi l-Baxxi) — M. Çoban vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Protokoll Addizzjonali — Artikolu 59 — Deċiżjoni Nru 3/80 — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Tneħħija tal-klawżoli ta’ residenza — Artikolu 6 — Benefiċċju tal-invalidità — Tneħħija — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Benefiċċji speċjali fi flus ta’ natura mhux kontributorja — Kundizzjoni ta’ residenza — Direttiva 2003/109/KE — Status ta’ residenti għal żmien twil)

6

2019/C 255/08

Kawża C-689/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht München I — Il-Ġermanja) — Conti 11. Container Schiffahrts-GmbH & Co. KG MS MSC Flaminia vs Land Niedersachsen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Trasferiment ta’ skart — Regolament (KE) Nru 1013/2006 — Skart suġġett għall-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel — Trasferimenti fl-Unjoni Ewropea — Artikolu 1(3)(b) — Esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni — Skart iġġenerat abbord bastimenti — Skart abbord bastiment b’konsegwenza ta’ avarija)

6

2019/C 255/09

Kawża C-706/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — il-Litwanja) — AB Achema, AB Orlen Lietuva, AB Lifosa vs Valstybinė kainų ir energetikos kontrolės komisija (VKEKK) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat — Miżuri intiżi biex jikkumpensaw lill-fornituri ta’ servizzi ta’ interess pubbliku fis-settur tal-elettriku — Kunċett ta’ għajnuna li tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri u twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni — Kunċett ta’vantaġġ selettiv — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Kumpens ta’ spejjeż inerenti għall-implimentazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku)

7

2019/C 255/10

Kawża C-52/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Norderstedt — il-Ġermanja) — Christian Fülla vs Toolport GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 1999/44/KE — Nuqqas ta’ konformità tal-oġġett ikkunsinnat — Artikolu 3 — Dritt tal-konsumatur li l-oġġett jinġieb f’konformità mingħajr ħlas, fi żmien raġonevoli u mingħajr inkonvenjent sinjifikattiv — Determinazzjoni tal-post fejn il-konsumatur huwa meħtieġ iqiegħed l-oġġett mixtri abbażi ta’ kuntratt mill-bogħod għad-dispożizzjoni tal-bejjiegħ, sabiex dan l-oġġett jinġieb f’konformità — Kunċett ta’ oġġett miġjub f’konformità mingħajr ħlas — Dritt tal-konsumatur li jħassar il-kuntratt)

8

2019/C 255/11

Kawża C-55/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Nacional — Spanja) — Federación de Servicios de Comisiones Obreras (CCOO) vs Deutsche Bank SAE (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Direttiva 2003/88/KE — Artikoli 3 u 5 — Mistrieħ ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa — Artikolu 6 — Ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa — Direttiva 89/391/KEE — Sigurtà u saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol — Obbligu li tiġi stabbilita sistema li tkejjel it-tul ta’ ħin tax-xogħol ta’ kuljum maħdum minn kull ħaddiem)

9

2019/C 255/12

Kawża C-132/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Sabine Tuerck (Appell — Servizz pubbliku — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba fil-kuntest ta’ skema tal-pensjoni nazzjonali lejn l-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Tnaqqis tal-apprezzament li seħħ bejn id-data tal-applikazzjoni għal trasferiment u dik tat-trasferiment effettiv)

10

2019/C 255/13

Kawża C-138/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Skatteministeriet vs Estron A/S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Konnetturi għal apparat tas-smigħ — Partijiet u aċċessorji — Nomenklatura Magħquda — Subintestaturi 85444290, 90214000 u 90219010)

11

2019/C 255/14

Kawża C-170/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 — CJ vs Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (Appell — Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard — Kuntratt għal żmien determinat — Xoljiment tal-kuntratt — Eżekuzzjoni ta’ sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea — Awtorità ta’ res judicata minn sentenza ta’ annullament — Limiti)

11

2019/C 255/15

Kawża C-204/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Mejju 2019 — Asociación de la pesca y acuicultura del entorno de Doñana y del Bajo Guadalquívir (Pebagua) vs Il-Kummissjoni (Appell — Ambjent — Prevenzjoni u ġestjoni tal-introduzzjoni u tat-tixrid tal-ispeċijiet eżotiċi invażivi — Regolament (UE) Nru 1143/2014 — Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 — Adozzjoni ta’ lista tal-ispeċijiet eżotiċi invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni — Inklużjoni tal-ispeċi Procambarus clarkii)

12

2019/C 255/16

Kawża C-226/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Krohn & Schröder GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni Doganali — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Artikolu 212a — Proċeduri ta’ importazzjoni — Dejn doganali — Eżenzjoni — Dumping — Sussidji — Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u tal-komponenti ewlenin tagħhom (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina — Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u Nru 1239/2013 li jimponu dazju antidumping u dazju kumpensatorju — Eżenzjonijiet)

13

2019/C 255/17

Kawża C-235/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — il-Polonja) — Vega International Car Transport and Logistic — Trading GmbH vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 135(1)(b) — Provvista ta’ merkanzija — Eżenzjonijiet għal attivitajiet oħra — Għoti u negozjar ta’ kreditu — Kards tal-karburant)

14

2019/C 255/18

Kawża C-306/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský soud v Ostravě — pobočka v Olomouci — ir-Repubblika Ċeka) — KORADO, a.s./Generální ředitelství cel (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Partijiet tal-azzar iwweldjati — Radjaturi għal tisħin ċentrali, mhux imsaħħnin bl-elettriku — Intestaturi 7307 u 7322 — Kunċett ta’ partijiet ta’ radjaturi u ta’ tagħmir ta’ tubi u pajpijiet — Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/23 — Validità)

14

2019/C 255/19

Kawża C-795/18: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2018 minn FCA US LLC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt) fit-18 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-109/17 — FCA US vs EUIPO — Busbridge

15

2019/C 255/20

Kawża C-805/18 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2018 minn Saga Furs Oyj mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-12 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-313/18 — Saga Furs vs EUIPO — Support Design

15

2019/C 255/21

Kawża C-816/18 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 minn OY mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-16 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-605/16, OY vs Il-Kummissjoni

16

2019/C 255/22

Kawża C-820/18 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2018 minn Linak A/S mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-18 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-368/17 — Linak vs EUIPO — ChangZhou Kaidi Electrical

16

2019/C 255/23

Kawża C-821/18 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2018 minn Linak A/S mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-18 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-367/17 — Linak vs EUIPO — ChangZhou Kaidi Electrical

17

2019/C 255/24

Kawża C-822/18 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2018 minn Aldo Supermarkets mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-25 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-359/17, Aldo Supermarkets vs EUIPO — Aldi Einkauf

17

2019/C 255/25

Kawża C-310/19 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 minn Boudewijn Schokker mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-8 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-817/17, Schokker vs EASA

17

2019/C 255/26

Kawża C-324/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fid-19 ta’ April 2019 — eurocylinder systems AG vs Hauptzollamt Hamburg

18

2019/C 255/27

Kawża C-331/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-23 ta’ April 2019 — X vs Staatssecretaris van Financiën

19

2019/C 255/28

Kawża C-339/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fil-25 ta’ April 2019 — SC Romenergo SA, Aris Capital SA vs Autoritatea de Supraveghere Financiară

19

2019/C 255/29

Kawża C-341/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-30 ta’April 2019 — MH Müller Handels GmbH vs MJ

20

2019/C 255/30

Kawża C-345/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ April 2019 — EUflight.de GmbH vs Eurowings GmbH

21

2019/C 255/31

Kawża C-353/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Köln (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Mejju 2019 — Interseroh Dienstleistungs GmbH vs Land Nordrhein-Westfalen

22

2019/C 255/32

Kawża C-366/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fit-8 ta’ Mejju 2019 — BOSOLAR EOOD vs CHEZ ELEKTRO BULGARIA AD

23

2019/C 255/33

Kawża C-385/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-International Protection Appeals Tribunal (l-Irlanda) fis-16 ta’ Mejju 2019 — Ms R.A.T., Mr D.S. vs Minister for Justice and Equality

25

2019/C 255/34

Kawża C-400/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

25

2019/C 255/35

Kawża C-402/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour du travail de Liège (il-Belġju) fl-24 ta’ Mejju 2019 — LM vs Centre public d’action sociale de Seraing

26

2019/C 255/36

Kawża C-410/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (Ir-Renju Unit) fis-27 ta’ Mejju 2019 — The Software Incubator Ltd vs Computer Associates (UK) Ltd

27

2019/C 255/37

Kawża C-440/19 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2019 minn Pometon SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fit-28 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-433/16, Pometon vs Il-Kummissjoni

28

 

GCEU

2019/C 255/38

Kawża T-433/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2019 — Bank Saderat vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi — Restrizzjoni fil-qasam tad-dħul f’territorji tal-Istati Membri — Riżarċiment tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti wara l-inklużjoni u ż-żamma ta’ ismu fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi inkwistjoni — Ksur suffiċjentement serju ta’ liġi li tikkonferixxi drittijiet lil individwi)

30

2019/C 255/39

Kawża T-399/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Dalli vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Investigazzjoni tal-OLAF — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Dannu morali — Rabta kawżali)

31

2019/C 255/40

Kawża T-539/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja (Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehim ta’ Self Al Thawra Nru 16405 — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim — Rimbors tas-somom antiċipati — Interessi moratorji — Proċedura fil-kontumaċja)

31

2019/C 255/41

Kawża T-540/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja (Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehim ta’ Self Electricity Distribution Project Nru 20948 — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim — Rimbors tas-somom antiċipati — Interessi moratorji — Proċedura fil-kontumaċja)

32

2019/C 255/42

Kawża T-541/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja (Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehim ta’ Self Electricity Transmission Project Nru 20868 — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim — Rimbors tas-somom antiċipati — Interessi moratorji — Proċedura fil-kontumaċja)

33

2019/C 255/43

Kawża T-614/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Bonnafous vs EACEA (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Tkeċċija fit-tmiem il-perijodu ta’ prova — Kundizzjonijiet normali ta’ perijodu ta’ prova — Fastidju psikoloġiku — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Dmir ta’ premura — Drittijiet tad-difiża — Dritt ta’ smigħ — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Użu ħażin ta’ setgħa — Responsabbiltà)

34

2019/C 255/44

Kawża T-616/17 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2019 — Siragusa vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Tluq mis-servizz — Talba għall-irtirar — Modifika tad-dispożizzjonijiet statutorji wara li tkun saret it-talba — Irtirar ta’ deċiżjoni preċedenti — Responsabbiltà)

34

2019/C 255/45

Kawża T-43/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Rietze vs EUIPO — Volkswagen (Vettura VW Bus T 5) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta l-vettura VW Bus T 5 — Disinn Komunitarju preċedenti — Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Karattru individwali — Utent avżat — Impressjoni glabali differenti — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

35

2019/C 255/46

Kawża T-191/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Rietze vs EUIPO — Volkswagen (Vettura VW Caddy Maxi) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta l-vettura VW Caddy Maxi — Disinn Komunitarju preċedenti — Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Karattru individwali — Utent avżat — Impressjoni glabali differenti — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Oneru tal-prova fuq l-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Rekwiżiti marbuta mar-riproduzzjoni tad-disinn preċedenti)

36

2019/C 255/47

Kawża T-192/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Rietze vs EUIPO — Volkswagen (Vettura VW Caddy) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta l-vettura VW Caddy — Disinn Komunitarju preċedenti — Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Karattru individwali — Utent avżat — Impressjoni glabali differenti — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Oneru tal-prova fuq l-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Rekwiżiti marbuta mar-riproduzzjoni tad-disinn preċedenti)

37

2019/C 255/48

Kawża T-209/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Porsche vs EUIPO — Autec (Vetturi bil-mutur) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta vettura bil-mutur — Disinn Komunitarju preċedenti — Raġuni għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

37

2019/C 255/49

Kawża T-210/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Porsche vs EUIPO — Autec (Karozzi) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikajrazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta karozza — Disinn Komunitarju preċedenti — Raġuni għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

38

2019/C 255/50

Kawża T-220/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Torrefazione Caffè Michele Battista vs EUIPO — Battista Nino Caffè (Battistino) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva Battistino — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti BATTISTA — Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali — Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 57(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

39

2019/C 255/51

Kawża T-221/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Torrefazione Caffè Michele Battista vs EUIPO — Battista Nino Caffè (BATTISTINO) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali BATTISTINO — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti BATTISTA — Dikjarazzjoni ta’ invalidità — Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 57(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

40

2019/C 255/52

Kawża T-229/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2019 — Biolatte vs EUIPO (Biolatte) (Trade mak tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Biolatte — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

41

2019/C 255/53

Kawża T-272/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2019 — EBM Technologies vs EUIPO (MobiPACS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MobiPACS — Raġuni assolut għal rifjut — Slogan — Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

41

2019/C 255/54

Kawża T-273/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2019 — Bernaldo de Quirós vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Skema dixxiplinari — Atti li jmorru kontra d-dinjità tal-funzjoni — Investigazzjoni amministrattiva — Mandat fdat lill-IDOC — Prinċipju ta’ imparzjalità — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Drittijiet tad-difiża — Proċedura dixxiplinari — Prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali — Sanzjoni dixxiplinari ta’ ċanfira — Proporzjonalità — Danni morali)

42

2019/C 255/55

Kawża T-538/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2019 — Dickmanns vs EUIPO (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien determinat li jinkludi klawżola ta’ xoljiment — Klawżola li ttemm il-kuntratt fl-ipoteżi fejn l-isem tal-membru tal-persunal ma huwiex inkluż fil-lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni — Att purament konfermattiv — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Inammissibbiltà)

43

2019/C 255/56

Kawża T-702/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — Durand et vs Il-Parlament (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u għal annullament — Politika agrikola — Regolament (KE) Nru 1/2005 — Benesseri tal-annimali — Talba tal-membri tal-Parlament Ewropew biex titwaqqaf kummissjoni ta’ investigazzjoni — Teħid ta’ pożizzjoni tal-Parlament — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att informattiv — Inammissibbiltà)

43

2019/C 255/57

Kawża T-171/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2019 — Hebberecht vs SEAE (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Proċedura dixxiplinari — Sospensjoni — Ammonti miżmuma mir-remunerazzjoni — Ksur tar-rekwiżiti formali — Inammissibbiltà manifesta)

44

2019/C 255/58

Kawża T-319/19: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2019 — Gollnisch vs Il-Parlament

45

2019/C 255/59

Kawża T-327/19: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2019 — Mubarak vs Il-Kunsill

46

2019/C 255/60

Kawża T-334/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2019 — Google u Alphabet vs Il-Kummissjoni

46

2019/C 255/61

Kawża T-336/19: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2019 — BZ vs Il-Kummissjoni

48

2019/C 255/62

Kawża T-341/19: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2019 — Martínez Albainox vs EUIPO — Taser International (TASER)

49

2019/C 255/63

Kawża T-342/19: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2019 — Martínez Albainox vs EUIPO — Taser International (TASER)

50

2019/C 255/64

Kawża T-349/19: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2019 — Decathlon vs EUIPO — Athlon Custom Sportswear (athlon custom sportswear)

51

2019/C 255/65

Kawża T-350/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2019 — Bontempi et vs EUIPO — Sand Cph (WhiteSand)

52

2019/C 255/66

Kawża T-352/19: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Gamma-A vs EUIPO — Piejūra (Imballaġġ għal oġġetti tal-ikel u x-xorb)

53

2019/C 255/67

Kawża T-353/19: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Gamma-A vs EUIPO — Piejūra (Imballaġġ għal oġġetti tal-ikel u x-xorb)

54

2019/C 255/68

Kawża T-354/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2019 — Palacio Domecq vs EUIPO — Domecq Bodega Las Copas (PALACIO DOMECQ 1778)

55

2019/C 255/69

Kawża T-355/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2019 — CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

56


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

CDJ

29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 255/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 246, 22.7.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 238, 15.7.2019

ĠU C 230, 8.7.2019

ĠU C 220, 1.7.2019

ĠU C 213, 24.6.2019

ĠU C 206, 17.6.2019

ĠU C 187, 3.6.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

CDJ

29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Mejju 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud, Conseil du Contentieux des Étrangers — ir-Repubblika Ċeka, il-Belġju) — M vs Ministerstvo vnitra (C-391/16), X (C-77/17), X (C-78/17) vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

(Kawżi magħquda C-391/16, C-77/17 u C-78/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Politika tal-ażil - Protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2011/95/UE - Status ta’ refuġjat - Artikolu 14(4) sa (6) - Rifjut ta’ għoti jew revoka tal-istatus ta’ refuġjat fil-każ ta’ perikolu għas-sigurtà jew għall-komunità tal-Istat Membru ospitanti - Validità - Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 78(1) TFUE - Artikolu 6(3) TUE - Konvenzjoni ta’ Genève)

(2019/C 255/02)

Lingwi tal-kawża: iċ-Ċek u l-Franċiż

Qrati tar-rinviju

Nejvyšší správní soud, Conseil du Contentieux des Étrangers

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M (C-391/16), X (C-77/17), X (C-78/17)

Konvenuti: Ministerstvo vnitra (C-391/16), Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides (C-77/17), X (C-78/17)

Dispożittiv

L-eżami tal-Artikolu 14(4) sa (6) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, ma wera ebda punt ta’ natura li jaffettwa l-validità ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fid-dawl tal-Artikolu 78(1) TFUE u tal-Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 350, 26.9.2016.

ĠU C 144, 8.5.2017.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Mejju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-235/17) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 63 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għall-proprjetà - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tneħħi, ex lege mingħajr ma tipprevedi kumpens, id-drittijiet ta’ użufrutt fuq artijiet agrikoli u forestali preċedentement ikkostitwiti favur persuni ġuridiċi jew persuni fiżiċi li ma jistgħux jiġġustifikaw rabta parentali mill-qrib mal-proprjetarju tal-art)

(2019/C 255/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Malferrari u L. Havas, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija (rappreżentant: M.Z. Fehér, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi adottat l-Artikolu 108(1) tal-mező- és erdőgazdasági földek forgalmáról szóló 2013. évi CXXII. törvénnyel összefüggő egyes rendelkezésekről és átmeneti szabályokról szóló 2013. évi CCXII. törvény (il-Liġi Nru CCXII tal-2013, li Tinkludi Diversi Dispożizzjonijiet u Miżuri Tranżitorji dwar il-Liġi tal-2013 dwar l-Artijiet Agrikoli dwar il-Bejgħ ta’ Artijiet Agrikoli u Forestali), u billi neħħiet, b’hekk, ex lege, id-drittijiet ta’ użufrutt fuq l-artijiet agrikoli li jinsabu fl-Ungerija li jżommu direttament jew indirettament ċittadini ta’ Stati Membri oħra, l-Ungerija naqset mill-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikolu 63 TFUE u tal-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2)

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 412, 4.12.2017.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-341/17 P) (1)

(Appell - Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Sezzjoni “Garanzija”, Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) - Spejjeż esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea - Spejjeż sostnuti mir-Repubblika Ellenika - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Regolament (KE) Nru 796/2004 - Skema ta’ għajnuna għas-superfiċji - Kunċett ta’ “mergħat permanenti” - Korrezzjonijiet finanzjarji fissi - Tnaqqis ta’ korrezzjoni preċedenti)

(2019/C 255/04)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, A. Vasilopoulou u E. Leftheriotou,)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Sauka,)

Intervenjent insostenn tal-appellanti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. A. Sampol Pucurull, aġent)

Dispożittiv

1)

Il-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-30 ta’ Marzu 2017, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (T 112/15, EU:T:2017:239), huma annullati sa fejn, minn naħa, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-Repubblika Ellenika billi llimitat l-eżami tagħha għall-korrezzjoni għas-sena ta’ applikazzjoni 2008 imputata lis-sena finanzjarja 2009 fir-rigward tal-korrezzjoni finanzjarja ta’ 5 % applikata għall-għajnuna tat-tieni pilastru tal-politika agrikola komuni (PAK), iddedikat għall-iżvilupp rurali u billi ma eżaminatx il-korrezzjoni għas-sena ta’ applikazzjoni 2008 imputata lis-sena finanzjarja 2010 fl-ammont ta’ EUR 5 496 524,54 inkonnessjoni mal-korrezzjoni finanzjarja ta’ 5 % applikata għall-għajnuna tat-tieni pilastru tal-PAK, iddedikat għall-iżvilupp rurali u, min-naħa l-oħra, iddeċidiet fuq l-ispejjeż.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/950/UE tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont it-Sezzjoni tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn din tikkonċerna t-teħid inkunsiderazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/214/UE tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 2013 dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), fil-kalkolu tal-ammont tal-korrezzjoni ta’ EUR 5 496 524,54, tat-tnaqqis ta’ EUR 270 175,45 u tal-effett finanzjarju ta’ EUR 5 226 349,09, inkonnessjoni mal-ispejjeż imwettqa mir-Repubblika Ellenika fis-settur tal-iżvilupp rurali FAEŻR Axe 2 (2007-2013, miżuri marbuta mas-superfiċji) u imposti fir-rigward tas-sena finanzjarja 2010, minħabba n-nuqqasijiet li jikkonċernaw is-SIPA u l-kontrolli fuq il-post (it-tieni pilastru, sena ta’ applikazzjoni 2008).

4)

Ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-proċedura tal-ewwel istanza u tal-appell.

5)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż proprji tiegħu.


(1)  ĠU C 249, 31.7.2017


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Antwerpen — il-Belġju) — Christa Plessers vs PREFACO NV, Belgische Staat

(Kawża C-509/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasferiment ta’ impriżi - Direttiva 2001/23/KE - Artikoli 3 sa 5 - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema - Eċċezzjonijiet - Proċedura ta’ insolvenza - Proċedura ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja permezz ta’ trasferiment taħt l-awtorità tal-ġustizzja - Salvagwardja totali jew parzjali tal-impriża - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza liċ ċessjonarju jżomm, wara t-trasferiment, il-ħaddiema tal-għażla tiegħu)

(2019/C 255/05)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidshof te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Christa Plessers

Konvenuti: PREFACO NV, Belgische Staat

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, b’mod partikolari l-Artikoli 3 sa 5 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriża li jkun sar fil-kuntest ta’ proċedura ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja permezz ta’ trasferiment taħt l-awtorità tal-ġustizzja applikata bl-għan taż-żamma taċ-ċedent kollu jew ta’ parti minnu jew tal-attivitajiet tiegħu, tipprevedi, għaċ-ċessjonarju, id-dritt li jagħżel il-ħaddiema li jixtieq iżomm.


(1)  ĠU C 374, 06.11.2017.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 — VM Vermögens-Management GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), DAT Vermögensmanagement GmbH

(Kawża C-653/17 P) (1)

(Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regolament (UE) 2015/2424 - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali Vermögensmanufaktur - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Dritt għal smigħ xieraq - Eżami ex officio tal-fatti - Retroattività - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Motivazzjoni tas-sentenzi)

(2019/C 255/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: VM Vermögens-Management GmbH (rappreżentanti: T. Dolde u P. Homann, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent), DAT Vermögensmanagement GmbH

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

VM Vermögens-Management GmbH għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 94, 12.3.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep — il-Pajjiżi l-Baxxi) — M. Çoban vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

(Kawża C-677/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Protokoll Addizzjonali - Artikolu 59 - Deċiżjoni Nru 3/80 - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Tneħħija tal-klawżoli ta’ residenza - Artikolu 6 - Benefiċċju tal-invalidità - Tneħħija - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Benefiċċji speċjali fi flus ta’ natura mhux kontributorja - Kundizzjoni ta’ residenza - Direttiva 2003/109/KE - Status ta’ residenti għal żmien twil)

(2019/C 255/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M. Çoban

Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 3/80 tad-19 ta’ Settembru 1980 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħaddiema Torok u għall-membri tal-familja tagħhom, moqri flimkien mal-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali, iffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970 fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72 tad-19 ta’ Diċembru 1972, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tneħħi benefiċċju supplimentari lil ċittadin Tork li jirritorna fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu u li għandu, fid-data tat-tluq tiegħu mill-Istat Membru ospitanti, l-istatus ta’ residenti għal żmien twil, fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul.


(1)  ĠU C 94, 12.3.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht München I — Il-Ġermanja) — Conti 11. Container Schiffahrts-GmbH & Co. KG MS “MSC Flaminia” vs Land Niedersachsen

(Kawża C-689/17) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Trasferiment ta’ skart - Regolament (KE) Nru 1013/2006 - Skart suġġett għall-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel - Trasferimenti fl-Unjoni Ewropea - Artikolu 1(3)(b) - Esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni - Skart iġġenerat abbord bastimenti - Skart abbord bastiment b’konsegwenza ta’ avarija”)

(2019/C 255/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht München I

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Conti 11. Container Schiffahrts-GmbH & Co. KG MS “MSC Flaminia”

Konvenuta: Land Niedersachsen

Dispożittiv

L-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart, għandu jiġi interpretat fis-sens li residwi, fil-forma ta’ skart ta’ metall u ta’ ilma għat-tifi tan-nar imħallat bil-ħama u residwi ta’ tagħbija, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dovuti għal avarija abbord bastiment, għandhom jitqiesu bħala skart iġġenerat abbord bastimenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u li, għaldaqstant, huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament sakemm jinħattu sabiex jiġu rkuprati jew sabiex jintremew.


(1)  ĠU C 94, 12.03.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — il-Litwanja) — AB “Achema”, AB “Orlen Lietuva”, AB “Lifosa” vs Valstybinė kainų ir energetikos kontrolės komisija (VKEKK)

(Kawża C-706/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ “għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat” - Miżuri intiżi biex jikkumpensaw lill-fornituri ta’ servizzi ta’ interess pubbliku fis-settur tal-elettriku - Kunċett ta’ “għajnuna li tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri” u “twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni” - Kunċett ta’“vantaġġ selettiv” - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Kumpens ta’ spejjeż inerenti għall-implimentazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku)

(2019/C 255/09)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AB “Achema”, AB “Orlen Lietuva”, AB “Lifosa”

Konvenuta: Valstybinė kainų ir energetikos kontrolės komisija (VKEKK)

fil-preżenza ta’: Lietuvos Respublikos energetikos ministerija, UAB “Baltpool”

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fondi maħsuba biex jiffinanzjaw skema ta’ servizzi ta’ interess pubbliku, bħas-servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku, jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-operaturi ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni jibbenefikaw minn fondi intiżi biex jiffinanzjaw is-servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku sabiex jikkumpensaw għat-telf imġarrab minħabba l-obbligu li jixtru l-elettriku mingħand ċerti produtturi tal-elettriku bi prezz fiss u li jibbilanċjawh, dan il-kumpens jikkostitwixxi vantaġġ, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, mogħti lill-produtturi tal-elettriku.

3)

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, fondi, bħall-fondi intiżi għal ċerti fornituri ta’ servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku, għandhom jitqiesu li jagħtu lil dawn vantaġġ selettiv, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn Stati Membri.

4)

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li intervent mill-Istat, bħall-iskema tas-servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku, ma għandux jitqies bħala kumpens li jirrappreżenta l-korrispettiv ta’ servizzi pprovduti mill-impriżi benefiċjarji sabiex iwettqu obbligi ta’ servizz pubbliku, fis-sens tas-sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg (C-280/00, EU:C:2003:415) sakemm il-qorti tar-rinviju ma tikkonstatax li wieħed jew l-ieħor mis-servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku jissodisfa effettivament l-erba’ kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 88 sa 93 ta’ din is-sentenza.

5)

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li intervent tal-Istat, bħall-iskema tas-servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku, għandu jitqies li joħloq distorsjoni jew li jista’ joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.


(1)  ĠU C 94, 12.03.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Norderstedt — il-Ġermanja) — Christian Fülla vs Toolport GmbH

(Kawża C-52/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 1999/44/KE - Nuqqas ta’ konformità tal-oġġett ikkunsinnat - Artikolu 3 - Dritt tal-konsumatur li l-oġġett jinġieb f’konformità mingħajr ħlas, fi żmien raġonevoli u mingħajr inkonvenjent sinjifikattiv - Determinazzjoni tal-post fejn il-konsumatur huwa meħtieġ iqiegħed l-oġġett mixtri abbażi ta’ kuntratt mill-bogħod għad-dispożizzjoni tal-bejjiegħ, sabiex dan l-oġġett jinġieb f’konformità - Kunċett ta’ oġġett miġjub f’konformità “mingħajr ħlas” - Dritt tal-konsumatur li jħassar il-kuntratt)

(2019/C 255/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Norderstedt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christian Fülla

Konvenuta: Toolport GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri għadhom kompetenti sabiex jistabbilixxu l-post fejn il-konsumatur huwa meħtieġ iqiegħed oġġett mixtri abbażi ta’ kuntratt mill-bogħod għad-dispożizzjoni tal-bejjiegħ, sabiex jinġieb f’konformità b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Dan il-post għandu jkun adegwat sabiex jiġi żgurat li l-oġġett jinġieb f’konformità mingħajr ħlas, fi żmien raġonevoli u mingħajr inkonvenjent sinjifikattiv għall-konsumatur, fid-dawl tan-natura tal-oġġett u tal-użu mixtieq mill-konsumatur. F’dan ir-rigward, il-qorti nazzjonali għandha tagħti interpretazzjoni konformi mad-Direttiva 1999/44, inkluż, jekk ikun il-każ, billi tibdel ġurisprudenza stabbilita jekk din tkun ibbażata fuq interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali li tkun inkompatibbli mal-għanijiet ta’ din id-direttiva.

2)

L-Artikolu 3(2) sa (4) tad-Direttiva 1999/44 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt tal-konsumatur li oġġett, mixtri abbażi ta’ kuntratt mill-bogħod, jinġieb f’konformità “mingħajr ħlas”, ma jkoprix l-obbligu tal-bejjiegħ li jħallas bil-quddiem l-ispejjeż tat-trasport ta’ dan l-oġġett, sabiex jinġieb f’konformità, lejn is-sede kummerċjali ta’ dan il-bejjiegħ, sakemm il-fatt li dan il-konsumatur iħallas bil-quddiem dawn l-ispejjeż ma jkunx jikkostitwixxi piż ta’ natura li jiddiswadih milli jinvoka d-drittijiet tiegħu, punt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.

3)

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 3(3) u tat-tieni inċiż tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 1999/44 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-konsumatur li jkun informa lill-bejjiegħ dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-oġġett mixtri abbażi ta’ kuntratt mill-bogħod li t-trasport tiegħu lejn is-sede kummerċjali tal-bejjiegħ jista’ jippreżenta inkonvenjent sinjifikattiv għall-konsumatur u li jkun qiegħed dan l-oġġett għad-dispożizzjoni tal-bejjiegħ fir-residenza tiegħu sabiex jinġieb f’konformità, għandu dritt għat-tħassir tal-kuntratt minħabba nuqqas ta’ rimedju fi żmien raġonevoli fil-każ li l-bejjiegħ ma jkun ħa ebda miżura adegwata sabiex iġib l-imsemmi oġġett f’konformità, inkluż il-miżura li jinforma lill-konsumatur dwar il-post fejn dan l-istess oġġett għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu sabiex jinġieb f’konformità. F’dan id-dawl, il-qorti nazzjonali għandha, permezz ta’ interpretazzjoni konformi mad-Direttiva 1999/44, tiżgura d-dritt ta’ dan il-konsumatur għat-tħassir tal-kuntratt.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Nacional — Spanja) — Federación de Servicios de Comisiones Obreras (CCOO) vs Deutsche Bank SAE

(Kawża C-55/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/88/KE - Artikoli 3 u 5 - Mistrieħ ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa - Artikolu 6 - Ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa - Direttiva 89/391/KEE - Sigurtà u saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol - Obbligu li tiġi stabbilita sistema li tkejjel it-tul ta’ ħin tax-xogħol ta’ kuljum maħdum minn kull ħaddiem)

(2019/C 255/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Federación de Servicios de Comisiones Obreras (CCOO)

Konvenuti: Deutsche Bank SAE

fil-preżenza ta’: Federación Estatal de Servicios de la Unión General de Trabajadores (FES-UGT), Confederación General del Trabajo (CGT), Confederación Solidaridad de Trabajadores Vascos (ELA), Confederación Intersindical Galega (CIG)

Dispożittiv

L-Artikoli 3, 5, u 6 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, moqrija fi-dawl tal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 4(1), tal-Artikolu 11(3) u tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, skont l-interpretazzjoni mogħtija lilha mill-ġurisprudenza nazzjonali, ma timponix fuq il-persuni li jimpjegaw l-obbligu li jistabbilixxu sistema li tippermetti l-kejl tat-tul tal-ħin tax-xogħol ta’ kuljum maħdum minn kull ħaddiem.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Sabine Tuerck

(Kawża C-132/18 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba fil-kuntest ta’ skema tal-pensjoni nazzjonali lejn l-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Tnaqqis tal-apprezzament li seħħ bejn id-data tal-applikazzjoni għal trasferiment u dik tat-trasferiment effettiv)

(2019/C 255/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, B. Mongin u L. Radu Bouyon, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Sabine Tuerck (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avocats)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Skatteministeriet vs Estron A/S

(Kawża C-138/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Konnetturi għal apparat tas-smigħ - Partijiet u aċċessorji - Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi 85444290, 90214000 u 90219010)

(2019/C 255/13)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skatteministeriet

Konvenuta: Estron A/S

Dispożittiv

1)

In-Nota 2(a) tal-Kapitolu 90 tan-Nomenklatura Magħquda fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 tad-19 ta’ Settembru 2008, moqri flimkien mar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-espressjoni “[b]ċejjeċ u aċċessorji li huma oġġetti nklużi f’xi waħda mill-intestaturi ta’ dan il-Kapitolu jew tal-Kapitolu 84, 85 jew 91”, li hija tinkludi, tirreferi biss għall-kodiċi b’erba’ ċifri ta’ dawn il-kapitoli.

2)

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq il-klassifikazzjoni tariffarja tal-konnetturi għall-apparat tas-smigħ inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-dawl tal-elementi pprovduti mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-risposta għad-domandi li għamlitilha l-qorti tar-rinviju.

3)

In-Nota 1(m) tat-Taqsima XVI tan-Nomenklatura Magħquda fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1031/2008, għandha tiġi interpretata fis-sens li jekk merkanzija taqa’ taħt il-Kapitolu 90 tan-NM, hija ma tistax taqa’ wkoll taħt il-Kapitoli 84 u 85 tagħha.


(1)  ĠU C 166, 14.05.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 — CJ vs Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

(Kawża C-170/18 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard - Kuntratt għal żmien determinat - Xoljiment tal-kuntratt - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea - Awtorità ta’ res judicata minn sentenza ta’ annullament - Limiti)

(2019/C 255/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: CJ (rappreżentant: V. Kolias, dikogoros)

Parti oħra fil-proċedura: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (rappreżentanti: J. Mannheim u A. Daume, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

CJ huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 301, 27.8.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Mejju 2019 — Asociación de la pesca y acuicultura del entorno de Doñana y del Bajo Guadalquívir (Pebagua) vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-204/18 P) (1)

(Appell - Ambjent - Prevenzjoni u ġestjoni tal-introduzzjoni u tat-tixrid tal-ispeċijiet eżotiċi invażivi - Regolament (UE) Nru 1143/2014 - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 - Adozzjoni ta’ lista tal-ispeċijiet eżotiċi invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni - Inklużjoni tal-ispeċi Procambarus clarkii)

(2019/C 255/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Asociación de la pesca y acuicultura del entorno de Doñana y del Bajo Guadalquívir (Pebagua) (rappreżentant: A. Uceda Sosa, abogado)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková u C. Hermes, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

L-Asociación de la pesca y acuicultura del entorno de Doñana y del Bajo Guadalquivir (Pebagua) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 268, 30.7.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Krohn & Schröder GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen

(Kawża C-226/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni Doganali - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 212a - Proċeduri ta’ importazzjoni - Dejn doganali - Eżenzjoni - Dumping - Sussidji - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u tal-komponenti ewlenin tagħhom (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u Nru 1239/2013 li jimponu dazju antidumping u dazju kumpensatorju - Eżenzjonijiet)

(2019/C 255/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Krohn & Schröder GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Hafen

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 212a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-eżenzjonijiet mid-dazji antidumping u mid-dazji kumpensatorji previsti, rispettivament, fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill Nru 1238/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2)

L-Artikolu 212a tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta japplika għal dejn doganali li tnissel skont l-Artikolu 204(1) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat, minħabba li nqabeż it-terminu stabbilit fl-Artikolu 49(1) ta’ dan ir-regolament, il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1238/2013 u fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1239/2013 ma hijiex issodisfatta meta l-kumpannija affiljata ma’ dik elenkata fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707 tal-4 Diċembru 2013 li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedimenti ta’ antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perijodu ta’ applikazzjoni ta’ miżuri definittivi, li mmanifatturat, bagħtet u ffatturat il-merkanzija kkonċernata, ma aġixxietx bħala importatur ta’ din il-merkanzija u ma rrilaxxathomx għaċ-ċirkulazzjoni libera, minkejja li kienet biħsiebha tagħmel hekk u li hija effettivament irċeviet il-kunsinna ta’ din il-merkanzija.


(1)  ĠU C 268, 30.7.2018..


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — il-Polonja) — Vega International Car Transport and Logistic — Trading GmbH vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

(Kawża C-235/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 135(1)(b) - Provvista ta’ merkanzija - Eżenzjonijiet għal attivitajiet oħra - Għoti u negozjar ta’ kreditu - Kards tal-karburant)

(2019/C 255/17)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vega International Car Transport and Logistic — Trading GmbH

Konvenuta: Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

Dispożittiv

L-Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ kards tal-karburant minn kumpannija omm lis-sussidjarji tagħha, li jippermetti lil dawn tal-aħħar jimlew bil-karburant vetturi li huma jittrasportaw, jista’ jiġi kklassifikat bħala servizz ta’ għoti ta’ kreditu li huwa eżentat mit-taxxa fuq il-valur miżjud fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský soud v Ostravě — pobočka v Olomouci — ir-Repubblika Ċeka) — KORADO, a.s./Generální ředitelství cel

(Kawża C-306/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Partijiet tal-azzar iwweldjati - Radjaturi għal tisħin ċentrali, mhux imsaħħnin bl-elettriku - Intestaturi 7307 u 7322 - Kunċett ta’ “partijiet” ta’ radjaturi u ta’ “tagħmir ta’ tubi u pajpijiet” - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/23 - Validità)

(2019/C 255/18)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Ostravě — pobočka v Olomouci

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KORADO, a.s.

Konvenuta: Generální ředitelství cel

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta’ Ottubru 2014, għandha tiġi interpretata fis-sens li partijiet tal-azzar iwweldjati bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom jiġu kklassifikati, bla ħsara għall-verifika mill-qorti tar-rinviju tal-informazzjoni fattwali kollha quddiemha, fl-intestatura 7307 tan-Nomenklatura Magħquda, bħala “tagħmir ta’ tubi u pajpijiet”.


(1)  ĠU C 240, 9.7.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/15


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2018 minn FCA US LLC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt) fit-18 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-109/17 — FCA US vs EUIPO — Busbridge

(Kawża C-795/18)

(2019/C 255/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: FCA US LLC (rappreżentant: C. Morcom QC)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tal-20 ta’ Ġunju 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) iddeċidiet li l-appell kien ammissibbli.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/15


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2018 minn Saga Furs Oyj mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-12 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-313/18 — Saga Furs vs EUIPO — Support Design

(Kawża C-805/18 P)

(2019/C 255/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Saga Furs Oyj (rappreżentanti: J. Kaulo, luvan saanut oikeudenkäyntiavustaja)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Support Design AB

Permezz ta’ digriet tat-12 ta’ Ġunju 2019 il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/16


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 minn OY mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-16 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-605/16, OY vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-816/18 P)

(2019/C 255/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: OY (rappreżentanti: S. Rodrigues u N. Flandin, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-12 ta’ Ġunju 2019 il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/16


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2018 minn Linak A/S mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-18 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-368/17 — Linak vs EUIPO — ChangZhou Kaidi Electrical

(Kawża C-820/18 P)

(2019/C 255/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Linak A/S (rappreżentanti: V. von Bomhard, Rechtsanwältin, u J. Fuhrmann, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tad-19 ta’ Ġunju 2019 il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) ddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/17


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2018 minn Linak A/S mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-18 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-367/17 — Linak vs EUIPO — ChangZhou Kaidi Electrical

(Kawża C-821/18 P)

(2019/C 255/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Linak A/S (rappreżentanti: V. von Bomhard, Rechtsanwältin, u J. Fuhrmann, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tad-19 ta’ Ġunju 2019 il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) ddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/17


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2018 minn Aldo Supermarkets mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-25 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-359/17, Aldo Supermarkets vs EUIPO — Aldi Einkauf

(Kawża C-822/18 P)

(2019/C 255/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Aldo Supermarkets (rappreżentant: M. Thewes, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG

Permezz ta’ digriet tal-4 ta’ Ġunju 2019 il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/17


Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 minn Boudewijn Schokker mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-8 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-817/17, Schokker vs EASA

(Kawża C-310/19 P)

(2019/C 255/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Boudewijn Schokker (rappreżentanti: T. Martin, S. Orlandi, avocats)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tat-8 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-817/17, Schokker vs EASA;

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali,

tirriżerva d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali, fl-ewwel lok, wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet ir-rikors għal raġuni li qajmet ex officio u li kklassifikat b’mod żbaljat bħala “manifesta”. B’hekk il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha u d-drittijiet tad-difiża tal-appellant.

L-appellant isostni, fit-tieni lok, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li ma kienx rilevanti li tistħarreġ ir-raġunijiet għall-irtirar tal-offerta ta’ impjieg kontenzjuża għaliex offerta ta’ impjieg tista’ fi kwalunkwe każ tiġi rtirata f’kull ħin u mingħajr ebda kundizzjoni.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fid-19 ta’ April 2019 — eurocylinder systems AG vs Hauptzollamt Hamburg

(Kawża C-324/19)

(2019/C 255/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: eurocylinder systems AG

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg

Domanda preliminari

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 926/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (1) huwa validu?


(1)  ĠU 2009, L 262, p. 19.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-23 ta’ April 2019 — X vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-331/19)

(2019/C 255/27)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenut: X

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ prodotti tal-ikel iddestinati għall-konsum mill-bniedem, użat fil-punt 1 tal-Anness III tad-Direttiva tal-VAT tal-2006 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi għal kull sustanza jew prodott, sew jekk ipproċessat, parzjalment ipproċessat jew mhux ipproċessat, intiż sabiex, jew raġonevolment mistenni li, jittiekel mill-bniedem, konformement mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 (2) tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel?

Jekk din id-domanda tingħata risposta fin-negattiv, kif għandu jiġi interpretat dan il-kunċett?

2)

Jekk prodotti li jistgħu jittieklu jew li jistgħu jinxtorbu ma jistgħux jitqiesu bħala prodotti tal-ikel iddestinati għall-konsum mill-bniedem, abbażi ta’ liema kriterji għandu jiġi evalwat jekk dawn il-prodotti jistgħux jitqiesu bħala prodotti li normalment huma intiżi sabiex jissupplimentaw jew jissostitwixxu prodotti tal-ikel?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).

(2)  Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463, rettifiki fil-ĠU 2016, L 227, p. 5, u fil-ĠU 2014, L 327, p. 9).


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fil-25 ta’ April 2019 — SC Romenergo SA, Aris Capital SA vs Autoritatea de Supraveghere Financiară

(Kawża C-339/19)

(2019/C 255/28)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casație și Justiție

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Romenergo SA, Aris Capital SA

Konvenuta: Autoritatea de Supraveghere Financiară

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 63 et seq. TFUE flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2004/25/KE u tal-Artikolu 87 tad-Direttiva 2001/34/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-qafas leġiżlattiv nazzjonali (f’dan il-każ id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(3)(j) tar-Regolament CNVM Nru 1/2006) li jistabbilixxi preżunzjoni legali ta’ prattiki miftiehma għal dak li jirrigwarda ishma f’kumpanniji li l-ishma tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat u li huma assimilati ma’ fondi ta’ investiment alternattivi (imsejħa kumpanniji ta’ investiment finanzjarju — KIF) fir-rigward ta’:

1.

persuni li kienu wettqu jew qed iwettqu tranżazzjonijiet ekonomiċi flimkien, kemm jekk relatati mas-swieq finanzjarji jew le, u

2.

persuni li fil-kuntest tat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ekonomiċi jagħmlu użu minn riżorsi finanzjarji mill-istess sors jew li ġejjin minn entitajiet differenti li huma persuni implikati?


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-30 ta’April 2019 — MH Müller Handels GmbH vs MJ

(Kawża C-341/19)

(2019/C 255/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MH Müller Handels GmbH

Konvenuta: MJ

Domandi preliminari

1)

Inugwaljanza fit-trattament indiretta bbażata fuq ir-reliġjon fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/78/KE (1) u li tirriżulta minn regola interna ta’ impriża privata tista’ tkun iġġustifikata biss jekk tipprojbixxi l-ilbies ta’ kwalunkwe sinjal viżibbli ta’ twemmin reliġjuż, politiku jew filosofiku u mhux biss l-ilbies ta’ sinjali prominenti u ta’ daqs kbir?

2)

Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv:

(a)

L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/78/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li d-drittijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 10 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni waqt l-eżami tal-ġustifikabbiltà tal-inugwaljanza fit-trattament indiretta kkonstatata, ibbażata fuq ir-reliġjon, u li tirriżulta minn regola interna ta’ impriża privata li tipprojbixxi l-ilbies ta’ kwalunkwe sinjal ta’ twemmin reliġjuż, politiku jew filosofiku li huwa prominenti u ta’ daqs kbir?

(b)

L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/78/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regoli nazzjonali ta’ livell kostituzzjonali li jipproteġu l-libertà tar-reliġjon jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, bħala dispożizzjonijiet iktar favorevoli fis-sens tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2000/78/KE, waqt l-eżami tal-ġustifikabbiltà tal-inugwaljanza fit-trattament indiretta kkonstatata, ibbażata fuq ir-reliġjon, u li tirriżulta minn regola interna ta’ impriża privata li tipprojbixxi l-ilbies ta’ kwalunkwe sinjal ta’ twemmin reliġjuż, politiku jew filosofiku li huwa prominenti u ta’ daqs kbir?

3)

Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-punti (a) u (b) tat-tieni domanda tkun fin-negattiv:

 

Fl-eżami ta’ istruzzjoni bbażata fuq regola interna ta’ impriża privata li tipprojbixxi l-ilbies ta’ kwalunkwe sinjal ta’ twemmin reliġjuż, politiku jew filosofiku, li huwa prominenti u ta’ daqs kbir, ir-regoli nazzjonali ta’ livell kostituzzjonali li jipproteġu l-libertà tar-reliġjon għandhom jibqgħu mhux applikati skont id-dritt primarju tal-Unjoni u dan anki jekk id-dritt primarju tal-Unjoni, bħall-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jirrikonoxxi l-leġiżlazzjonijiet u l-prattiċi nazzjonali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79)


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ April 2019 — EUflight.de GmbH vs Eurowings GmbH

(Kawża C-345/19)

(2019/C 255/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EUflight.de GmbH

Konvenuta: Eurowings GmbH

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4, 5, 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-passiġġieri li jkunu ttrasportati, permezz tat-titjira rriżervata, lejn id-destinazzjoni finali tagħhom siegħa qabel il-ħin ta’ tluq inizjalment skedat għandhom dritt għal kumpens fuq il-bażi ta’ applikazzjoni b’analoġija tal-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament?

2)

Dan il-kumpens jista’ jitnaqqas skont l-Artikolu 7(2) tal-imsemmi regolament, fid-dawl tad-distanza tat-titjira, jekk il-ħin tal-wasla jkollu ħin antiċipat ikbar mid-dewmien tal-wasla msemmi f’din id-dispożizzjoni u jkun ukoll jippreċedi l-ħin tal-wasla inizjalment skedat?

3)

Il-possibbiltà li jitnaqqas il-kumpens hija eskluża jekk il-ħin tat-tluq tat-titjira jkun antiċipat meta mqabbel mal-ħin tat-tluq inizjalment skedat b’tul li jikkorrispondi għal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 7(2) għad-dewmien (jiġifieri ta’ iktar minn sagħtejn, tliet sigħat jew erba’ sigħat)?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Köln (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Mejju 2019 — Interseroh Dienstleistungs GmbH vs Land Nordrhein-Westfalen

(Kawża C-353/19)

(2019/C 255/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Köln (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Interseroh Dienstleistungs GmbH

Konvenut: Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja)

Domandi preliminari

1.

(a)

Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (1), b’mod partikolari l-Anness III tiegħu, moqri flimkien mat-taqsima B 30 20 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-paragrafi li jidhru f’din it-taqsima jikkorrispondu għal diversi taqsimiet individwali fis-sens tar-Regolament Nru 1013/2006?

(b)

Fil-każ li l-parti (a) tal-ewwel domanda għandha tingħata risposta negattiva:

 

It-taqsima B 3020 tinkludi taħlit ta’ skart ta’ karti u kartun li jinkludi, minbarra ppakkjar ħafif tal-karti u tal-kartun, ippakkjar għal likwidi tal-kartun laminat, bħall-iskart inkwistjoni fil-kawża prinċipali?

2.

Fil-każ li l-parti (b) tal-ewwel domanda għandha tingħata risposta affermattiva:

(a)

It-taqsima B 30 20, b’mod partikolari r-raba’ paragrafu tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-iskart ikkonċernat ma għandu jinkludi ebda materjal barrani, jiġifieri li skart ma jistax jiġi kklassifikat taħt din it-taqsima jekk jinkludi materjal ieħor li ma jkunx skart u ruttam ta’ karti jew kartun (materjal barrani), indipendentement mill-kwantità u mill-perikolu tiegħu?

(b)

Fil-każ li l-parti (a) tat-tieni domanda għandha tingħata risposta negattiva:

 

Il-preżenza ta’ materjal barrani fi skart tista’ tipprekludi, minħabba, b’mod partikolari, il-kwantità ta’ dan il-materjal, li dan l-iskart ikun jaqa’ taħt it-taqsima B 30 20, b’mod partikolari r-raba’ paragrafu tagħha, anki meta l-kundizzjonijiet tar-rekwiżit ġenerali ta’ informazzjoni tal-Anness III tar-Regolament Nru 1013/2006 ma jkunux issodisfatti, jiġifieri dan l-iskart ikun ikkontaminat b’materjal ieħor sa punt li ma jiżdidux ir-riskji assoċjati ma’ dan l-iskart b’mod suffiċjenti li jkun xieraq li dan jiġi ssuġġettat għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel, fid-dawl tal-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE (3), u sa punt li ma jimpedixxix l-irkupru ta’ dan l-iskart b’mod ambjentalment san?

3.

Fil-każ li għall-parti (b) tal-ewwel domanda għandha tingħata risposta negattiva:

(a)

Il-punt 3(g) tal-Anness IIIA tar-Regolament Nru 1013/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taħlit ta’ skart ikkonċernat ma għandu jinkludi ebda materjal barrani, jiġifieri li taħlit ta’ skart ma jistax jaqa’ taħt dan il-punt jekk jinkludi skart ieħor li ma jkunx l-iskart elenkat fl-ewwel tliet paragrafi tat-taqsima B 30 20 (materjal barrani), indipendentement mill-kwantità u mill-perikolu tiegħu?

(b)

Fil-każ li għall-parti (a) tat-tielet domanda għandha tingħata risposta negattiva:

 

Il-materjal barrani li l-preżenza tiegħu ma teskludix fi kwalunkwe każ l-inklużjoni taħt il-punt 3(g) tal-Anness IIIA tar-Regolament Nru 1013/2006 jinkludi wkoll skart li, ikkunsidrat separatament, jaqa’ taħt ir-raba’ paragrafu tat-taqsima B 3020 ?


(1)  ĠU 2006, L 190, p. 1.

(2)  Konvenzjoni ta’ Basel tat-22 ta’ Marzu 1989 dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart perikoluż u r-rimi tiegħu.

(3)  Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU 2008, L 312, p. 3).


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fit-8 ta’ Mejju 2019 — “BOSOLAR” EOOD vs “CHEZ ELEKTRO BULGARIA” AD

(Kawża C-366/19)

(2019/C 255/32)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“BOSOLAR” EOOD

Konvenuta:“CHEZ ELEKTRO BULGARIA” AD

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jirregola d-dritt għal-libertà ta’ intrapriża fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-eżistenza ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 18 tal-Prehodni i zaklyuchitelni razporedbi na Zakona za izmenenie i dopalnenie na zakona za energetikata (id-Dispożizzjonijiet Tranżitorji u Finali tal-Liġi li Temenda u li Tissupplimenta l-Liġi dwar l-Enerġija, iktar ’il quddiem il-“PZR ZIDZE”), li tipprevedi li, minkejja l-fatt li jkun ġie konkluż kuntratt u minkejja r-relazzjoni kuntrattwali eżistenti, li huma rregolati mid-dispożizzjonijiet speċjali tal-liġi applikabbli, wieħed mill-elementi essenzjali tal-kuntratt (il-prezz) jista’ jiġi emendat permezz ta’ att leġiżlattiv favur waħda mill-partijiet kontraenti?

2.

Il-prinċipju ta’ ċertezza legali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-organizzazzjoni mill-ġdid ta’ relazzjonijiet legali li jkunu diġà stabbiliti fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet speċjali bejn individwi privati jew bejn l-Istat u individwu privat f’sitwazzjoni fejn din l-organizzazzjoni mill-ġdid tippreġudika l-aspettattivi leġittimi tal-individwi privati u taffettwa d-drittijiet diġà miksuba minnhom?

3.

Fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Settembru 2009, Plantanol (C-201/08, EU:C:2009:539), il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, bħala prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lil Stat Membru jibdel, mingħajr garanziji suffiċjenti f’termini ta’ prevedibbiltà, il-qafas legali applikabbli għall-produzzjoni tal-enerġija elettrika minn sorsi rinnovabbli billi jħassar qabel iż-żmien previst il-miżuri leġiżlattivi eżistenti intiżi li jinċentivaw il-produzzjoni tal-enerġija elettrika minn sorsi rinnovabbli u li huma marbuta ma’ kuntratti konklużi għal perijodu twil ta’ żmien dwar ix-xiri tal-enerġija elettrika, bi ksur tal-kundizzjonijiet li fihom individwi privati għamlu investimenti fil-produzzjoni tal-enerġija elettrika minn sorsi rinnovabbli u kkonkludew kuntratti għal perijodu twil ta’ żmien dwar ix-xiri tal-enerġija elettrika minn fornituri tal-enerġija elettrika rregolati mill-Istat?

4.

L-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (1), ikkunsidrati fid-dawl tal-premessi 8 u 14 tal-preambolu tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jobbligaw lill-Istati Membri jiżguraw, permezz ta’ miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva, ċertezza legali għall-investituri fis-settur tal-produzzjoni tal-enerġija elettrika minn sorsi rinnovabbli, b’mod partikolari mill-enerġija solari?

Fil-każ li din id-domanda tingħata risposta fl-affermattiv: L-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2009/28, ikkunsidrati flimkien mal-premessi 8 u 14 tagħha, jippermettu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 18 tal-PZR ZIDZE, li tibdel b’mod sinjifikattiv il-kundizzjonijiet preferenzjali għax-xiri tal-enerġija elettrika minn sorsi rinnovabbli anki għal kuntratti diġà konklużi għal perijodu twil ta’ żmien dwar ix-xiri tal-enerġija elettrika minn tali sorsi konformement mal-miżuri nazzjonali inizjalment adottati għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva?

5.

Kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ “Stat Membru” għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-livell nazzjonali? B’mod partikolari, fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 1990, Foster et vs British Gas plc (C-188/89, EU:C:1990:313) u fid-dawl tal-ġurisprudenza sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja li ssegwi din is-sentenza, dan il-kunċett jinkludi l-fornitur ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (il-provvista tal-elettriku), bħalma hija l-kumpannija konvenuta fil-kawża prinċipali, li jkun inkarigat jipprovdi dan is-servizz taħt kundizzjonijiet irregolati b’dispożizzjonijiet legali permezz ta’ att ta’ awtorità tal-Istat u taħt is-sorveljanza ta’ din l-awtorità?


(1)  Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU 2009, L 140, p. 16).


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-International Protection Appeals Tribunal (l-Irlanda) fis-16 ta’ Mejju 2019 — Ms R.A.T., Mr D.S. vs Minister for Justice and Equality

(Kawża C-385/19)

(2019/C 255/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

International Protection Appeals Tribunal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: R.A.T. u D.S.

Konvenut: Minister for Justice and Equality

Domandi preliminari

1)

Huma previsti kategoriji separati ta’ “applikant” fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2013/33/UE (1)?

2)

Liema tip ta’ aġir jammonta għal dewmien attribwibbli lill-applikant fis-sens tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2013/33/UE?


(1)  Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta ‘Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 96).


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/25


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-400/19)

(2019/C 255/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos, A. Lewis u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li billi llimitat l-iffissar tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-prodotti agrikoli u tal-ikel, b’mod partikolari fid-dawl tal-Artikolu 3(2)(u) tal-mezőgazdasági és élelmiszeripari termékek vonatkozásában a beszállítókkal szemben alkalmazott tisztességtelen forgalmazói magatartás tilalmáról szóló, 2009. évi XCV. Törvény (il-Liġi XCV tal-2009 li tipprojbixxi prattiki kummerċjali żleali minn fornituri fir-rigward ta’ prodotti agrikoli u tal-ikel), l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u taħt ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (1).

tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Liġi XCV tal-2009 li tipprojbixxi prattiki kummerċjali żleali minn fornituri fir-rigward ta’ prodotti agrikoli u tal-ikel (iktar ’il quddiem it-“Tfmtv”) introduċiet dispożizzjonijiet speċifiċi għas-settur b’rabta mal-iffissar tal-prezzijiet bl-imnut tal-prodotti inkwistjoni.

Il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 3(2)(u) tat-Tfmtv ma jagħmilx riferiment għall-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli u tal-ikel iżda biss għall-modalitajiet ta’ bejgħ tagħhom, fejn għalhekk għandha titqies bħala dispożizzjoni li tirreferi għal modalitajiet ta’ bejgħ fis-sens tas-sentenza Keck u Mithouard (ara s-sentenza tal-24 ta’ Novembru 1993, Keck u Mithouard, Kawżi magħquda C-267/91 u C-268/91, EU:C:1993:905). Fl-analiżi tal-effetti ta’ din il-miżura, jista’ jiġi kkonstatat li din hija miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq il-kummerċ bejn Stati Membri fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE.

Fil-fehma tal-Kummissjoni, fil-verità l-Artikolu 3(2)(u) tat-Tfmtv ma jaffettwax bl-istess mod il-bejgħ ta’ prodotti nazzjonali u importati, u la huwa miżura adegwata u lanqas proporzjonali fir-rigward ta’ kwalunkwe għan leġittimu marbut magħha.


(1)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU 2013, L 347, p. 671 u r-rettifiki fil-ĠU 2014, L 189, p. 261 u fil-ĠU 2016, L 130, p. 8).


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour du travail de Liège (il-Belġju) fl-24 ta’ Mejju 2019 — LM vs Centre public d’action sociale de Seraing

(Kawża C-402/19)

(2019/C 255/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LM

Konvenut: Centre public d’action sociale de Seraing

Domandi preliminari

Il-punt 1 tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 57(2) tal-Liġi Belġjana tat-8 ta’ Lulju 1976 bażika taċ-ċentri pubbliċi ta’ azzjoni soċjali, imur kontra l-Artikoli 5 u 13 tad-Direttiva 2008/115/KE (1), moqrija fid-dawl tal-Artikoli 19(2), u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-Artikolu 14(1)(b) ta’ din id-direttiva u tal-Artikoli 7 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif interpretati mis-sentenza Abdida tat-18 ta’ Diċembru 2014 tal-Qorti tal-Ġustizzja (C-562/13):

l-ewwel nett, sa fejn dan iwassal sabiex barrani li huwa ċittadin ta’ Stat terz u li jkun qiegħed jirrisjedi illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru jiġi mċaħħad mit-teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż, sa fejn huwa possibbli, tal-bżonnijiet bażiċi tiegħu matul l-eżerċizzju tar-rikors għal annullament u sospensjoni li jkun ippreżenta, f’ismu personali u bħala rappreżentant tal-wild tiegħu li f’dak iż-żmien ikun għadu minuri, kontra deċiżjoni li tkun ordnatilhom li jitilqu mit-territorju ta’ Stat Membru,

filwaqt li, it-tieni nett, minn naħa, l-imsemmi wild li llum huwa maġġuri huwa milqut minn marda serja li l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni tista’ tesponi għal riskju serju ta’ deterjorament serju u irreversibbli tal-istat ta’ saħħa tiegħu u li, min-naħa l-oħra, il-preżenza ta’ dan il-ġenitur mal-wild maġġuri tiegħu titqies indispensabbli mill-korp mediku minħabba l-vulnerabbiltà tiegħu li tirriżulta mill-istat ta’ saħħa tiegħu (attakki rikorrenti taċ-ċelluli “sickle” reċidivi u neċessità ta’ intervent kirurġiku sabiex tiġi evitata l-paraliżi)?


(1)  Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU 2008, L 348, p. 98).


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (Ir-Renju Unit) fis-27 ta’ Mejju 2019 — The Software Incubator Ltd vs Computer Associates (UK) Ltd

(Kawża C-410/19)

(2019/C 255/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Software Incubator Ltd

Konvenuta: Computer Associates (UK) Ltd

Domandi preliminari

1)

Fejn kopja ta’ softwer tal-kompjuter hija fornita lill-klijenti ta’ prinċipal b’mod elettroniku, u mhux permezz ta’ kwalunkwe medju tanġibbli, din tikkostitwixxi “merkanzija” skont it-tifsira ta’ dik il-kelma kif tidher fid-definizzjoni ta’ aġent kummerċjali fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva”)?

2)

Fejn softwer tal-kompjuter huwa fornit lill-klijenti ta’ prinċipal permezz ta’ għotja lill-klijent ta’ liċenzja permanenti għall-użu ta’ kopja ta’ softwer tal-kompjuter, dan jikkostitwixxi “bejgħ ta’ merkanzija” skont it-tifsira ta’ dak it-terminu kif jidher fid-definizzjoni ta’ aġent kummerċjali fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/28


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2019 minn Pometon SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fit-28 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-433/16, Pometon vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-440/19 P)

(2019/C 255/37)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Pometon SpA (rappreżentanti: E. Fabrizi, V. Veneziano, A. Molinaro, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

prinċipalment, tannulla s-sentenza appellata inkwantu ċaħdet il-motivi tar-rikors intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament:

tannulla s-sentenza appellata inkwantu l-Qorti Ġenerali eskludiet b’mod inġust l-interruzzjoni tal-allegata parteċipazzjoni ta’ Pometon fl-akkordju kontenzjuż bejn it-18 ta’ Novembru 2005 u l-20 ta’ Marzu 2007 u konsegwentement, tnaqqas, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, is-sanzjoni pekunjarja imposta fuq Pometon;

tnaqqas, fi kwalunkwe każ, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, is-sanzjoni pekunjarja imposta fuq Pometon, minħabba li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha mġarrba mill-appellanti fil-kuntest ta’ din il-kawża u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tqajjem erba’ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-prinċipji fundamentali li fuqhom huwa bbażat l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza u l-prinċipju ta’ imparzjalità tal-proċedura, peress li naqset milli tikkonstata l-ksur, minn naħa tal-Kummissjoni, tal-imsemmija prinċipji fundamentali.

2.

It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji fil-qasam tal-oneru tal-prova u naqset milli tapplika l-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza meta kkonfermat il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li Pometon ipparteċipat fl-allegat akkordju; barra minn hekk, hija pprovdiet motivazzjoni kontradittorja u/jew insuffiċjenti f’dan ir-rigward. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-appellanti kienet kolpevoli abbażi ta’ suppożizzjonijiet u ta’ “probabbilitajiet”, filwaqt li rreferiet b’mod pjuttost ġenerali għad-dokumenti li fuqhom kienu bbażati dawn il-preżunzjonijiet.

3.

It-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-prinċipji fil-qasam tal-oneru tal-prova u naqset milli tapplika l-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza billi ddikjarat li l-Kummissjoni kienet ipprovat b’mod suffiċjenti fid-dritt, li Pometon ma kinitx interrompiet il-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur għal perijodu ta’ madwar xahar, mit-18 ta’ Novembru 2005 sal-20 ta’ Marzu 2007, minkejja li għal dan il-perijodu, hija ma kellhiex provi ta’ kuntatti kollużivi; f’dan ir-rigward hija pprovdiet motivazzjoni kontradittorja u/jew insuffiċjenti.

4.

Ir-raba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-kuntest tal-iffissar tal-ammont tal-multa imposta fuq Pometon u pprovdiet motivazzjoni kontradittorju u/jew insuffiċjenti f’dan ir-rigward. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali kkalkolat mill-ġdid l-ammont tas-sanzjoni imposta fuq l-appellanti billi ddeterminat perċentwali ta’ tnaqqis tal-ammont bażiku tas-sanzjoni li ma huwiex koerenti mal-perċentwali ta’ tnaqqis mogħti mill-Kummissjoni lill-partijiet fit-tranżazjoni; il-Qorti Ġenerali ma pprovdiet ebda ġustifikazzjoni oġġettiva għal tali trattament.


GCEU

29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2019 — Bank Saderat vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-433/15) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontra l-Iran - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjoni fil-qasam tad-dħul f’territorji tal-Istati Membri - Riżarċiment tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti wara l-inklużjoni u ż-żamma ta’ ismu fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi inkwistjoni - Ksur suffiċjentement serju ta’ liġi li tikkonferixxi drittijiet lil individwi”)

(2019/C 255/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bank Saderat plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Jeffrey, S. Ashley, A. Irvine, solicitors, M. Demetriou, QC, u R. Blakeley, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Bishop u N. Rouam, sussegwentement minn M. Bishop u H. Marcos Fraile, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Konstantinidis u D. Gauci, sussegwentement M. Konstantinidis, A. Tizzano u C. Zadra, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għar-riżarċiment tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba l-inklużjoni ta’ ismu fil-lista ta’ perusni u entitajiet elenkati inkluża fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 tad-19 ta’ April 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2007, L 103, p. 1), ir- Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU 2010, L 281, p. 1), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU 2012, L 88, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bank Saderat plc għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Dalli vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-399/17) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Investigazzjoni tal-OLAF - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Dannu morali - Rabta kawżali”)

(2019/C 255/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: John Dalli (San Ġiljan, Malta) (rappreżentanti: L. Levi u S. Rodrigues, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba aġir allegatament illegali tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), marbut mat-tmiem tal-funzjonijiet tiegħu bħala Membru tal-Kummissjoni fis-16 ta’ Ottubru 2012.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

John Dalli għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 277, 21.8.2017.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-539/17) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ Self ‘Al Thawra’ Nru 16405 - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”)

(2019/C 255/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment P. Chamberlain, T. Gilliams, F. Oxangoiti Briones u J. Shirran, sussegwentement F. Oxangoiti Briones, J. Klein u J. Shirran, aġenti, assistiti minn D. Arts, avukat, u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Atikolu 272 TFUE u intiża sabiex ir-Repubblika Għarbija Sirjana tiġi kkundannata tirrimborsa s-somom dovuti fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Self “Al Thawra” Nru 16405, flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata tirrimborsa lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), is-somom ta’ EUR 404 792,06, ta’ 954 331,07 lira sterlina (GBP), ta’ 29 130 433,00 jen (JPY) u ta’ 1 498 184,58 dollaru american (USD)

2)

Għandhom jitħallsu interessi moratorji fuq l-imsemmija somom, bir-rata ta’ 4.52 %, fuq l-ammonti prinċipali u fuq l-interessi kuntrattwali, mid-9 ta’ Awwissu 2017 sad-data tal-ħlas.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 369, 30.10.2017.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-540/17) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ Self ‘Electricity Distribution Project’ Nru 20948 - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”)

(2019/C 255/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment P. Chamberlain, T. Gilliams, F. Oxangoiti Briones u J. Shirran, sussegwentement F. Oxangoiti Briones, J. Klein u J. Shirran, aġenti, assistiti minn D. Arts, avukat, u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Atikolu 272 TFUE u intiża sabiex ir-Repubblika Għarbija Sirjana tiġi kkundannata tirrimborsa s-somom dovuti fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Self “Electricity Distribution Project” Nru 20948, flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata tirrimborsa lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), is-somma ta’ EUR 52 657 141,77.

2)

Għandhom jitħallsu interessi moratorji fuq l-ammonti prinċipali u fuq l-interessi kuntrattwali, ikkalkolati skont il-metodu previst mill-Artikolu 3(2) tal-Ftehim ta’ Self “Electricity Distribution Project” Nru 20948, konkluż bejn il-BEI u r-Repubblika Għarbija Sirjana fil-5 ta’ Frar 2001 u emendat permezz ta’ ittri tat-3 ta’ Ottubru 2003, 28 ta’ Frar 2006, 9 ta’ Mejju u 8 ta’ Ottubru 2007, mid-9 ta’ Awwissu 2017 sad-data tal-ħlas.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 369, 30.10.2017.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-541/17) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ Self ‘Electricity Transmission Project’ Nru 20868 - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”)

(2019/C 255/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment P. Chamberlain, T. Gilliams, F. Oxangoiti Briones u J. Shirran, sussegwentement F. Oxangoiti Briones, J. Klein u J. Shirran, aġenti, assistiti minn D. Arts, avukat, u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Atikolu 272 TFUE u intiża sabiex ir-Repubblika Għarbija Sirjana tiġi kkundannata tirrimborsa s-somom dovuti fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Self “Electricity Transmission Project” Nru 20868, flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata tirrimborsa lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), is-somom ta’ EUR 38 934 400,51 u ta’ 3 383 971,66 frank Svizzeru (CHF).

2)

Għandhom jitħallsu interessi moratorji fuq l-imsemmija somom, ikkalkolati skont il-metodu previst mill-Artikolu 3(2) tal-Ftehim ta’ Self “Electricity Transmission Project” Nru 20868, konkluż bejn il-BEI u r-Repubblika Għarbija Sirjana fl-14 ta’ Diċembru 2000 u emendat fl-20 ta’ Diċembru 2004, fuq l-ammonti prinċipali u fuq l-interessi kuntrattwali, mid-9 ta’ Awwissu 2017 sad-data tal-ħlas.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 369, 30.10.2017.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Bonnafous vs EACEA

(Kawża T-614/17) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Tkeċċija fit-tmiem il-perijodu ta’ prova - Kundizzjonijiet normali ta’ perijodu ta’ prova - Fastidju psikoloġiku - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ premura - Drittijiet tad-difiża - Dritt ta’ smigħ - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ setgħa - Responsabbiltà”)

(2019/C 255/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Laurence Bonnafous (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (rappreżentanti: H. Monet u V. Kasparian, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tal-14 ta’ Novembru 2016 kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent tat-2 ta’ Ġunju 2017 meħudin mill-EACEA u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu li r-rikorrent allegatament iġġarrab wara dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laurence bonnafous huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 374, 6.11.2017.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2019 — Siragusa vs Il-Kunsill

(Kawża T-616/17 RENV) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Tluq mis-servizz - Talba għall-irtirar - Modifika tad-dispożizzjonijiet statutorji wara li tkun saret it-talba - Irtirar ta’ deċiżjoni preċedenti - Responsabbiltà”)

(2019/C 255/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Sergio Siragusa (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill Ewropew (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u M. Veiga, sussegwentement M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment M. Rantala u Í. Ní Riagáin Düro, sussegwentement I. Lázaro Betancor u C. González Argüelles, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Novembru 2014 dwar l-irtirar tad-deċiżjoni preċedenti tal-Kunsill li tivvalida t-talba tar-rikorrenti għall-irtirar antiċipat tal-11 ta’ Lulju 2013 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu finanzjarju u morali li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2014 dwar l-irtirar tad-deċiżjoni preċedenti tal-Kunsill li tivvalida t-talba għall-irtirar antiċipat tal-11 ta’ Lulju 2013 ta’ Sergio Siragusa hija annullata.

2)

Il-Kunsill huwa kkundannat iħallas lil Sergio Siragusa s-somma ta’ EUR 5 000, flimkien ma’ interessi moratorji, b’effett mid-data ta’ din is-sentenza u sa ħlas komplet, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament, flimkien ma’ żewġ punti perċentwali.

3)

Il-kumplament tat-talba kumpensatorja huwa miċħud.


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-124/16 u ttrasferita lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Rietze vs EUIPO — Volkswagen (Vettura VW Bus T 5)

(Kawża T-43/18) (1)

(Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta l-vettura VW Bus T 5 - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Karattru individwali - Utent avżat - Impressjoni glabali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

(2019/C 255/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rietze GmbH & Co. KG (Altdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Klawitter, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2017 (Każ R 1204/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Rietze u Wolkswagen.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rietze GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 104, 19.3.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Rietze vs EUIPO — Volkswagen (Vettura VW Caddy Maxi)

(Kawża T-191/18) (1)

(Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta l-vettura VW Caddy Maxi - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Karattru individwali - Utent avżat - Impressjoni glabali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Oneru tal-prova fuq l-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Rekwiżiti marbuta mar-riproduzzjoni tad-disinn preċedenti)

(2019/C 255/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rietze GmbH & Co. KG (Altdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Klawitter, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2018 (Każ R 1203/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Rietze u Wolkswagen.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rietze GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Rietze vs EUIPO — Volkswagen (Vettura VW Caddy)

(Kawża T-192/18) (1)

(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta l-vettura VW Caddy - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Karattru individwali - Utent avżat - Impressjoni glabali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Oneru tal-prova fuq l-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Rekwiżiti marbuta mar-riproduzzjoni tad-disinn preċedenti)

(2019/C 255/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rietze GmbH & Co. KG (Altdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Klawitter, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2018 (Każ R 1244/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Rietze u Wolkswagen.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rietze GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Porsche vs EUIPO — Autec (Vetturi bil-mutur)

(Kawża T-209/18) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta vettura bil-mutur - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2019/C 255/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Klawitter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Autec AG (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Jannar 2018 (Każ R 945/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Autec AG u Dr.Ing. h.c. F. Porsche AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 166, 14.5.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Porsche vs EUIPO — Autec (Karozzi)

(Kawża T-210/18) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikajrazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta karozza - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2019/C 255/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Klawitter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Autec AG (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Jannar 2018 (Każ R 941/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Autec AG u Dr.Ing. h.c. F. Porsche AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 166, 14.5.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Torrefazione Caffè Michele Battista vs EUIPO — Battista Nino Caffè (Battistino)

(Kawża T-220/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva Battistino - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti BATTISTA - Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 57(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2019/C 255/50)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Torrefazione Caffè Michele Battista Srl (Triggiano, l-Italja) (rappreżentanti: V. Franchini, F. Paesan u R. Bia, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Battista Nino Caffè Srl (Triggiano, l-Italja) (rappreżentant: D. Russo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2018 (Każ R 400/2017-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Battista Nino Caffè u Torrefazione Caffè Michele Battista.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Jannar 2018 (Każ R 400/2017-5) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO u Battista Nino Caffè Srl huma kkundannati għall-ispejjeż imġarrba matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Torrefazione Caffè Michele Battista vs EUIPO — Battista Nino Caffè (BATTISTINO)

(Kawża T-221/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali BATTISTINO - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti BATTISTA - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 57(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2019/C 255/51)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Torrefazione Caffè Michele Battista Srl (Triggiano, l-Italja) (rappreżentanti: V. Franchini, F. Paesan u R. Bia, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Battista Nino Caffè Srl (Triggiano, l-Italja) (rappreżentant: D. Russo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2018 (Każ R 402/2017-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Battista Nino Caffè u Torrefazione Caffè Michele Battista.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Jannar 2018 (Każ R 402/2017-5) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO u Battista Nino Caffè Srl huma kkundannati għall-ispejjeż imġarrba matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2019 — Biolatte vs EUIPO (Biolatte)

(Kawża T-229/18) (1)

(“Trade mak tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Biolatte - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 255/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Biolatte Oy (Turku, il-Finlandja) (rappreżentant: J. Ikonen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2018 (Każ R 351/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Biolatte bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Biolatte Oy hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2019 — EBM Technologies vs EUIPO (MobiPACS)

(Kawża T-272/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MobiPACS - Raġuni assolut għal rifjut - Slogan - Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 255/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: EBM Technologies, Inc. (Taipei, Tajwan) (rappreżentanti: J. Liesegang, M. Jost u N. Lang, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: K. Markakis, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Frar 2018 (Każ R 2145/2017-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MobiPACS bħal trade mark tal-Unjoni Ewropea

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Frar 2018 (Każ R 2145/2017-2) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 221, 25.6.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2019 — Bernaldo de Quirós vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-273/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Skema dixxiplinari - Atti li jmorru kontra d-dinjità tal-funzjoni - Investigazzjoni amministrattiva - Mandat fdat lill-IDOC - Prinċipju ta’ imparzjalità - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Drittijiet tad-difiża - Proċedura dixxiplinari - Prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali - Sanzjoni dixxiplinari ta’ ċanfira - Proporzjonalità - Danni morali”)

(2019/C 255/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Belén Bernaldo de Quirós (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid, B. Mongin u R. Striani, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għal annullament tad-Deċiżjoni tas-6 ta’ Lulju 2017 tal-Kummissjoni li timponi s-sanzjoni ta’ ċanfira fuq ir-rikorrenti b’applikazzjoni tal-Artikolu 9(1)(b) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u, safejn ikun meħtieġ, tad-Deċiżjoni tat-31 ta’ Jannar 2018 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra l-imsemmija deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, għar-riżarċiment tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Belén Bernaldo de Quirós hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 240, 9.7.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2019 — Dickmanns vs EUIPO

(Kawża T-538/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat li jinkludi klawżola ta’ xoljiment - Klawżola li ttemm il-kuntratt fl-ipoteżi fejn l-isem tal-membru tal-persunal ma huwiex inkluż fil-lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni - Att purament konfermattiv - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Inammissibbiltà”)

(2019/C 255/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sigrid Dickmanns (Gran Alacant, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, aġent, assistita minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Diċembru 2017, u “skont il-bżonn” tad-deċiżjonijiet tat-28 ta’ Novembru 2013 u tal-4 ta’ Ġunju 2014, tal-EUIPO li jtemmu l-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti fit-30 ta’ Ġunju 2018 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrenti kienet allegatament issubixxiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Sigrid Dickmanns hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-EUIPO.


(1)  ĠU C 399, 5.11.2018.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — Durand et vs Il-Parlament

(Kawża T-702/18) (1)

(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u għal annullament - Politika agrikola - Regolament (KE) Nru 1/2005 - Benesseri tal-annimali - Talba tal-membri tal-Parlament Ewropew biex titwaqqaf kummissjoni ta’ investigazzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni tal-Parlament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att informattiv - Inammissibbiltà”)

(2019/C 255/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pascal Durand (Pariġi, Franza), u seba’ rikorrenti oħra li isimhom jidher fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: O. Brouwer u E. Raedts, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u S. Alonso de León, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Parlament, b’deċiżjoni tal-konferenza tal-Presidenti tal-Parlament, astjena illegalment milli jiddeċiedi fuq talba tas-17 ta’ Lulju 2018 intiża sabiex titwaqqaf kummissjoni ta’ investigazzjoni u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-President tal-Parlament tal-21 ta’ Settembru 2018.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Pascal Durand u r-rikorrenti oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 65, 18.2.2019.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2019 — Hebberecht vs SEAE

(Kawża T-171/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura dixxiplinari - Sospensjoni - Ammonti miżmuma mir-remunerazzjoni - Ksur tar-rekwiżiti formali - Inammissibbiltà manifesta”)

(2019/C 255/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Chantal Hebberecht (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: K. Bicard, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spac, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE kkomunikata lir-rikorrenti fl-20 ta’ Settembru 2018 u li tiċħad l-ilment tagħha intiż kontra d-deċiżjoni tas-SEAE li tissospendi l-funzjonijiet tagħha u li żżomm ammonti mis-salarju mensili tagħha u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Chantal Hebberecht għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 172, 20.5.2019.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/45


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2019 — Gollnisch vs Il-Parlament

(Kawża T-319/19)

(2019/C 255/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bruno Gollnisch (Villiers-le-Mahieu, Franza) (rappreżentant: B. Bonnefoy-Claudet, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2018, flimkien mad-deċiżjoni tas-26 ta’ Marzu 2019 tal-President tal-Parlament Ewropew li tiċħad l-appell intern ippreżentat quddiemu kontra din id-deċiżjoni;

tiddikjara invalidi l-atti, l-emendi, in-notifiki, id-deċiżjonijiet u l-imposti kollha adottati b’konsegwenza ta’ din id-deċiżjoni;

tagħti lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 6 500 fir-rigward tal-ispejjeż sostnuti għall-preparazzjoni ta’ dan ir-rikors;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 27 tal-Istatut tal-Membri. Din id-dispożizzjoni timpedixxi lill-Bureau jippreġudika d-drittijiet miksuba jew fil-proċess li jinkisbu mill-parlamentari.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 76(3) tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri. Skont ir-rikorrent, l-Artikolu 27 iċċitat iktar ’il fuq tal-Istatut tal-Membri għandu l-effett li jiggarantixxi d-dispożizzjonijiet kollha tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri relatati mal-fond ta’ pensjoni, filwaqt li jimpedixxi kull bidla fir-rigward tal-formulazzjoni tagħhom.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 223(2) TUE u fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Bureau, inkwantu l-Bureau stabbilixxa taxxa fuq il-ħlas tal-pensjonijiet tal-ex membri li huwa ma kellux id-dritt jistabbilixxi, peress li kull deċiżjoni fil-qasam tat-tassazzjoni tal-parlamentari taqa’ taħt il-kompetenza tal-Kunsill.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi. L-att ikkontestat ittieħed bi ksur ta’ impenji u ta’ testi li jikkostitwixxu assigurazzjonijiet u garanziji affidabbli li mhux ser isiru iktar bidliet għall-iskema tal-fond ta’ pensjoni volontarja.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-Parlament, l-uniku responsabbli għas-sitwazzjoni finanzjarja maħluqa, adotta miżuri insuffiċjenti u inġusti taħt l-iskuża li jsolviha.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza. Id-deċiżjoni kkontestata toħloq inugwaljanza fit-trattament bejn il-membri li jħallsu kontribuzzjonijiet u l-membri li ma jħallsux kontribuzzjonijiet, kif ukoll bejn il-membri diġà rtirati u dawk li ma humiex.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/46


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2019 — Mubarak vs Il-Kunsill

(Kawża T-327/19)

(2019/C 255/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mohamed Hosni Elsayed Mubarak (il-Kajr, l-Eġittu) (rappreżentanti: B. Kennelly QC, J. Pobjoy, Barrister, G. Martin, C. Enderby Smith u F. Holmey, Solicitors)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/468 tal-21 ta’ Marzu 2019 (1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/459 tal-21 ta’ Marzu 2019 (2), sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrent; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-konvenut naqas milli jivverifika li l-awtoritajiet Eġizzjani rrispettaw id-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea tar-rikorrent taħt, b’mod partikolari, l-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-proċedura u tal-investigazzjonijiet li fuqhom il-konvenut ibbaża ruħu.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-konvenut wettaq żbalji ta’ evalwazzjoni meta qies li l-kriterju għall-inklużjoni tar-rikorrent li jinsab fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK (3) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011, tal-21 ta’ Marzu 2011 (4), kien issodisfatt.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/468 tal-21 ta’ Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 80, 22.3.2019, p. 40).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/459 tal-21 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 80, 22.3.2019, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK tal-21 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 63).

(4)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 tal-21 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 4, rettifika fil-ĠU L 294, 10.10.2014, p. 54).


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/46


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2019 — Google u Alphabet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-334/19)

(2019/C 255/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Google LLC (Mountain View, California, l-Istati Uniti), Alphabet, Inc. (Mountain View) (rappreżentanti: C. Jeffs, lawyer, J. Staples, Solicitor, D. Beard, QC u J. Williams, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla (parzjalment jew kollha kemm hi) id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2019 fil-Każ COMP/AT.40411 — Google Search (AdSense);

konsegwentement, jew sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali; u

f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors ifittex l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2019 dwar proedura taħt l-Artikolu 102 TFUE u taħt l-Artikolu 54 tat-Trattat ŻEE (AT.40411 — Google Search (AdSense)). Ir-rikorrenti qed jitolbu l-annullament tat-tliet konstatazzjonijiet ta’ ksur, il-kostatazzjoni li dawn jammontaw għal ksur wieħed kontinwat, u l-impożizzjoni ta’ multa.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tiżbalja fl-evalwazzjoni tad-definizzjoni tas-suq u b’hekk tad-dominanza, B’mod partikolari, id-deċiżjoni kkontestata tiżbalja meta tikkonkludi li:

riklami ta’ tfittxija u riklami mhux ta’ tfittxija ma jikkompetux;

riklami mibjugħa direttament u riklami intermedjati ma jikkompetux.

2.

It-tieni motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tiżbalja meta tikkonstata li l-hekk imsejħa klawżola ta’ esklużività ta’ Google (“Site-Exclusivity Clause”) kienet abbużiva. Id-deċiżjoni kkontestata:

tikklassifika b’mod żbaljat il-klawżola ta’ esklużività bħala obbligu ta’ provvista esklużiva;

tiżbalja meta tikkonstata li d-deċiżjoni ma kellhiex tanalizza jekk il- klawżola ta’ esklużività kinitx probabbilment ser toħloq effetti antikompetittivi;

tonqos milli turi li l-klawżola ta’ esklużività, minkejja li kklassifikata, kienet sejra probabbilment tirrestrinġi l-kompetizzjoni.

3.

It-tielet motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tiżbalja meta tikkonstata li l-klawżola ta’ pjazzament prinċipali u minimu tar-riklami ta’ Google (“Placement Clause”) kienet abbużiva. Id-deċiżjoni kkontestata:

tikklassifika b’mod żbaljat il-klawżola ta’ pjazzament prinċipali u minimu;

tonqos milli turi li l-klawżola ta’ pjazzament prinċipali u minimu kienet probabbilment sejra tirrestrinġi l-kompetizzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tiżbalja meta tikkonstata li l-klawżola ta’ awtorizzazzjoni ta’ riklami ekwivalenti ta’ Google (“Modification Clause”) kienet abbużiva. Id-deċiżjoni kkontestata:

ma turix li l-klawżola ta’ awtorizzazzjoni ta’ riklami ekwivalenti kienet probabbilment sejra tirrestrinġi l-kompetizzjoni;

sussidjarjament tinjora bi żball li l-klawżola ta’ awtorizzazzjoni ta’ riklami ekwivalenti kienet oġġettivament iġġustifikata għaliex kienet tipproteġi l-utenti tas-siti internet, il-pubblikaturi, il-pubbliċitarji, u Google, u/jew kull effett ta’ telf kien inqas mill-vantaġġi tal-klawżola.

5.

Il-ħames motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tiżbalja meta timponi multa u meta tikkalkola dik il-multa. Id-deċiżjoni kkontestata:

tonqos milli tieħu inkunsiderazzjoni n-nuqqas ta’ rieda jew negliġenza ta’ Google u li l-Kummissjoni għażlet il-każ għall-impenji;

sussidjarjament tiżbalja fil-kalkolu tal-multa;

barra minn hekk jew sussidjarjament, hija ma tosservax il-prinċipju ta’ proporzjonalità.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/48


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2019 — BZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-336/19)

(2019/C 255/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BZ (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta’ Lulju 2018 li għandha bħala suġġett t-tkeċċija tar-rikorrenti wara rapport dwar il-perijodu ta’ prova antiċipat;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti l-kumpensi separati sussegwenti:

EUR 5 000 fir-rigward tad-dannu morali kkawżat permezz tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija;

EUR 5 000 fir-rigward tad-dannu għar-reputazzjoni kkawżat permezz tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija;

EUR 10 000 fir-rigward tad-dannu materjali kkawżat permezz tal-effetti ħżiena fuq l-istat ta’ saħħa tar-rikorrenti wara t-tkeċċija tagħha.

EUR 58 900 fir-rigward tad-dannu materjali relatat mat-telf ta’ dħul konsegwenti għat-tkeċċija illegali tagħha;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-istanza, b’applikazzjoni tal-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-garanziji proċedurali fil-qasam ta’ investigazzjonijiet amministrattivi u dixxiplinari, fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u fuq ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 84(1) u (3) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, tad-drittijiet relatati mal-perijodu ta’ prova u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni konsegwenti tal-amministrazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 84(2) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq talba għal kumpens speċjali sussegwentement għall-irregolaritajiet iċċitati iktar ’il fuq.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/49


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2019 — Martínez Albainox vs EUIPO — Taser International (TASER)

(Kawża T-341/19)

(2019/C 255/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Martínez Albainox, SL (Albacete, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Taser International, Inc. (Scottsdale, Arizona, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “TASER” fil-kuluri iswed, isfar u aħmar — Trade mark tal-Unjoni Nru 12 817 052

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1577/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata li espressament tiddikjara l-validità tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Nru 12 817 052“TASER” għall-prodotti kollha rreġistrati taħt il-klassi 8;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, Taser International, Inc., għall-ispejjeż tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi dawk marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/50


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2019 — Martínez Albainox vs EUIPO — Taser International (TASER)

(Kawża T-342/19)

(2019/C 255/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Martínez Albainox, SL (Albacete, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Taser International, Inc. (Scottsdale, Arizona, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “TASER” bil-kuluri iswed, isfar u aħmar — Trade mark tal-Unjoni Nru 11 710 134

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1576/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata li espressament tiddikjara l-validità tar-trade mark figurattiva tal-Unjoni Nru 11 710 134“TASER” (fig.) għall-prodotti kollha rreġistrati taħt il-klassijiet 18 u 25;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, Taser International, Inc., għall-ispejjeż tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi dawk marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/51


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2019 — Decathlon vs EUIPO — Athlon Custom Sportswear (athlon custom sportswear)

(Kawża T-349/19)

(2019/C 255/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Decathlon (Villeneuve-d’Ascq, Franza) (rappreżentanti: A. Cléry u C. Devernay, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Athlon Custom Sportswear P.C. (Kallithea, il-Greċja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva athlon custom sportswear — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 162 596

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1724/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tagħtiha t-talbiet tagħha

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonferma d-deċiżjoni ta’ oppożizzjoni tas-6 ta’ Lulju 2018 fil-Każ Nru B 002879164;

tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark athlon custom sportswear Nru 016162596;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/52


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2019 — Bontempi et vs EUIPO — Sand Cph (WhiteSand)

(Kawża T-350/19)

(2019/C 255/65)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Emanuela Bontempi (Montemarciano, l-Italja) u 6 oħra (rappreżentanti: S. Rizzo u O. Musco, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sand Cph A/S (Kopenħagen, id-Danimarka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea WhiteSand — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 416 596

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2019 fil-Każ R 1913/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/53


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Gamma-A vs EUIPO — Piejūra (Imballaġġ għal oġġetti tal-ikel u x-xorb)

(Kawża T-352/19)

(2019/C 255/66)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Gamma-A SIA (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: M. Liguts, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Piejūra SIA (Nīcas novads, il-Latvja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 2022 772-0001 (Imballaġġ għal oġġetti tal-ikel u x-xorb)

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 2516/2017-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara d-disinn validu;

tikkundanna lill-EUIPO u lir-rikorrenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/54


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Gamma-A vs EUIPO — Piejūra (Imballaġġ għal oġġetti tal-ikel u x-xorb)

(Kawża T-353/19)

(2019/C 255/67)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gamma-A SIA (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: M. Liguts, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Piejūra SIA (Nīcas novads, il-Latvja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 1819 558-0002 (Imballaġġ għal oġġetti tal-ikel u x-xorb)

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 2543/2017-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara d-disinn validu;

tikkundanna lill-EUIPO u lir-rikorrenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/55


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2019 — Palacio Domecq vs EUIPO — Domecq Bodega Las Copas (PALACIO DOMECQ 1778)

(Kawża T-354/19)

(2019/C 255/68)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Palacio Domecq, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Otero Iglesias, abogada)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Domecq Bodega Las Copas, SL (Jerez de la Frontera, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PALACIO DOMECQ 1778 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 499 506

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 867/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors u tirriforma d-dećiżjoni kkontestata fis-sens li jintlaqa’ kompletament ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-dećiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO, jiġi miċħud totalment ir-rikors inċidentali ippreżentat mill-opponent u li l-oppożizzjoni tal-intervenjenti tkun konsegwentement miċħuda;

sussidjarjament, jekk ikun il-każ, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat il-kawża lill-Bord tal-Appell tal-EUIPO sabiex dan jagħti deċiżjoni ġdida;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż sostnuti minn Palacio Domecq, SL fil-kuntest tal-proċeduri ta’ oppożizzjoni u ta’ appell quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll tal-Artikolu 25(5) tar-Regolament Delegat.


29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/56


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2019 — CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża T-355/19)

(2019/C 255/69)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CE (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-Deċiżjoni tas-16 ta’ April 2019 u sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tas-16 ta’ Mejju 2019;

tordna l-kumpens għad-dannu materjali li jammonta għas-somma ta’ EUR 19 200 (mingħajr VAT) u l-kumpens għad-dannu morali, stmat għas-somma ta’ EUR 83 208,24.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ proċedura u ksur tal-Artikoli 47 u 49 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra u tal-Artikoli 23 u 24 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-projbizzjoni ta’ kull tip ta’ fastidju psikoloġiku.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-ineżattezza sostanzjali u fuq l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni.