ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 251

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
26 ta' Lulju 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 251/01

Rata tal-kambju tal-euro

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 251/02

Is-sejħa għall-applikazzjonijiet tal-2019 għall-Premju Altiero Spinelli għall-Komunikazzjoni

2

2019/C 251/03

Riżultati tas-sejħa għall-proposti — skema ta’ għajnuna finanzjarja EIBURS tal-Istitut tal-BEI

3

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 251/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9367 — Mirova/Predica/Indigo) ( 1 )

4

2019/C 251/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9330 — Denso/Hirose) ( 1 )

6

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 251/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ speċifikazzjoni għal isem fis-settur tal-inbid li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

7


 

Rettifika

2019/C 251/07

Rettifika tal-Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel ( ĠU C 132, 13.4.2018 )

14


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-25 ta’ Lulju 2019

(2019/C 251/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1115

JPY

Yen Ġappuniż

120,15

DKK

Krona Daniża

7,4648

GBP

Lira Sterlina

0,88963

SEK

Krona Żvediża

10,4947

CHF

Frank Żvizzeru

1,0989

ISK

Krona Iżlandiża

135,90

NOK

Krona Norveġiża

9,6058

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,519

HUF

Forint Ungeriż

325,21

PLN

Zloty Pollakk

4,2472

RON

Leu Rumen

4,7228

TRY

Lira Turka

6,3011

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5943

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4591

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6851

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6596

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5179

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 312,16

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,4679

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6393

HRK

Kuna Kroata

7,3839

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 535,99

MYR

Ringgit Malażjan

4,5733

PHP

Peso Filippin

56,797

RUB

Rouble Russu

70,1249

THB

Baht Tajlandiż

34,306

BRL

Real Brażiljan

4,1771

MXN

Peso Messikan

21,1145

INR

Rupi Indjan

76,6750


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/2


Is-sejħa għall-applikazzjonijiet tal-2019

għall-“Premju Altiero Spinelli għall-Komunikazzjoni”

(2019/C 251/02)

Għat-tielet sena konsekuttiva, id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, il-Kultura u l-Isport nieda Sejħa għall-Applikazzjonijiet għall-“Premju Altiero Spinelli għall-Komunikazzjoni” tal-Unjoni Ewropea.

Din is-sejħa qed issir bil-għan li tippremja l-aqwa xogħlijiet li jtejbu l-għarfien taċ-ċittadini tal-UE u li jgħinu fit-twessigħ tal-appartenenza għall-proġett Ewropew. Fl-2019 il-Premju qed jiffoka fuq iż-żgħażagħ.

Se jingħataw sa sittax-il premju ta’ EUR 25 000 kull wieħed.

Din is-sejħa hi miftuħa għal:

Individwi (persuni fiżiċi) li huma ċittadini tal-UE;

Entitajiet legali mhux governattivi li huma stabbiliti u bbażati fi Stat Membru tal-UE.

Is-sejħa mhix miftuħa għall-awtoritajiet pubbliċi.

L-applikazzjonijiet iridu jaslu sal-29 ta’ Ottubru 2019 fil-17:00 CET.

L-informazzjoni rilevanti u l-formoli tal-applikazzjoni jinsabu kollha fuq:

https://ec.europa.eu/education/resources-and-tools/funding-opportunities/altiero-spinelli-prize-for-outreach-call-for-applications-2019


26.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/3


Riżultati tas-sejħa għall-proposti — skema ta’ għajnuna finanzjarja EIBURS tal-Istitut tal-BEI

(2019/C 251/03)

Il-Programm ta’ Għajnuna Finanzjarja tal-BEI għar-Riċerka Universitarja (EIBURS — EIB-University Research Sponsorhip Programme) jagħmel parti mill-Programm tal-Għarfien tal-Istitut tal-BEI, li permezz tiegħu l-BEI jrawwem relazzjonijiet ma’ universitajiet u ċentri ta’ riċerka. EIBURS jipprovdi għotjiet sa massimu ta’ EUR 100 000 fis-sena għal perjodu ta’ tliet snin lil universitajiet u ċentri ta’ riċerka li jaħdmu fuq temi magħżula mill-Istitut tal-BEI u li huma ta’ interess ewlieni għall-Grupp tal-BEI. L-għotjiet jingħataw permezz ta’ proċess kompetittiv lil entitajiet interessati fl-UE, fil-pajjiżi kandidati jew fil-pajjiżi kandidati potenzjali, b’kompetenza esperta rikonoxxuta f’oqsma ta’ interess dirett għall-Grupp tal-BEI. L-għotja għandha l-għan li tgħin lill-università jew ċentri ta’ riċerka magħżula biex jespandu l-attivitajiet tagħhom f’dawn l-oqsma.

Għall-perjodu 2019-2021, il-programm EIBURS għażel żewġ suġġetti ta’ riċerka ġodda:

“Nibnu l-futur tal-finanzjament inklużiv: l-irwol tal-Fintechs u d-diġitalizzazzjoni”: is-sejħa għall-proposti ġiet ippubblikata fil-ĠU C 50 tat-8 ta’ Frar 2019 u l-Istitut tal-BEI rċieva 8 proposti minn 7 pajjiżi differenti,

“It-Tħaddin ta’ Kriterji Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ASG) fl-Analiżi u l-Klassifikazzjonijiet tal-Kreditu”: is-sejħa għall-proposti ġiet ippubblikata fil-ĠU C 57 tat-13 ta’ Frar 2019 u l-Istitut tal-BEI rċieva 10 proposti minn 7 pajjiżi differenti.

Fis-26 ta’ Ġunju 2019, il-Grupp ta’ Tmexxija Interna (GTI) tal-Istitut tal-BEI ddeċieda li jagħti:

L-għotja EIBURS għal “Nibnu l-futur tal-finanzjament inklużiv: l-irwol tal-Fintechs u d-diġitalizzazzjoni” lill-Università ta’ Twente (in-Netherlands),

L-għotja EIBURS għal “It-Tħaddin ta’ Kriterji Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ASG) fl-Analiżi u l-Klassifikazzjonijiet tal-Kreditu” lill-Università Ca’ Foscari Venezia (l-Italja).

L-applikanti kollha għaż-żewġ għotjiet EIBURS ġew infurmati b’dawn ir-riżultati direttament.

Għal informazzjoni aktar dettaljata dwar EIBURS u dwar l-inizjattivi l-oħrajn tal-Programm tal-Għarfien, jekk jogħġbok żur il-paġna tal-Programm tal-Għarfien fuq is-sit web tal-Istitut tal-BEI.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9367 — Mirova/Predica/Indigo)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 251/04)

1.   

Fid-19 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Mirova S.A. (“Mirova”, Franza),

Prévoyance Dialogue du Crédit Agricole S.A. (“Predica”, Franza),

Indigo Group (“Indigo”, Franza).

Mirova u Predica Predica jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tat-totalità ta’ Indigo permezz tal-akkwist ta’ Infra Foch Topco, il-kumpanija azzjonarja tal-grupp Indigo.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Mirova: kumpanija ta’ ġestjoni tal-assi li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata mill-Banque Populaire u Grupp Caisse d’Epargne (“BPCE”). Il-BPCE għandu l-kwartieri ġenerali f’Pariġi, fi Franza, u huwa attiv f’firxa sħiħa ta’ attivitajiet bankarji u ta’ assigurazzjoni.

—   għal Predica: kumpanija tal-assigurazzjoni tal-ħajja u tas-saħħa proprjetà ta’ Crédit Agricole Assurances, bil-kwartieri ġenerali tagħha f’Pariġi, Franza.

—   għal Indigo: Indigo għandha l-kwartieri ġenerali f’Pariġi, Franza, u toffri servizzi ta’ parkeġġ għall-vetturi kif ukoll parkeġġ diġitali u servizzi ta’ mobilità individwali, l-aktar fi Franza, fil-Belġju, fi Spanja u fil-Lussemburgu.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9367 — Mirova/Predica/Indigo

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


26.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9330 — Denso/Hirose)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 251/05)

1.   

Fit-22 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Denso Corporation (“Denso”, il-Ġappun),

Hirose Plant (il-Ġappun), li huwa l-proprjetà tat-Toyota Motor Corporation.

Denso takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-Hirose Plant kollha kemm hu.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Denso hija manifattur u fornitur Ġappuniż ta’ partijiet u komponenti tal-karozzi avvanzati għall-manifatturi tal-vetturi, ta’ prodotti għall-konsumatur li mhumiex tal-karozzi u ta’ prodotti industrijali,

Il-Hirase Plant hija faċilità ta’ manifattura, li hija involuta fil-produzzjoni ta’ semikondutturi u ta’ komponenti elettroniċi għall-użu fil-karozzi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9330 — Denso/Hirose

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

26.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/7


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ speċifikazzjoni għal isem fis-settur tal-inbid li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2019/C 251/06)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

TALBA GĦAL EMENDA TAL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

“IZSÁKI ARANY SÁRFEHÉR”

PDO-HU-A1341-AM02

Data tal-applikazzjoni: 15.10.2016

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

2.1.   Żieda tal-kategorija tal-prodott inbid spumanti

Deskrizzjoni u raġunijiet:

Emenda tat-Taqsimiet II, III, V, VI, VII u VIII tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u tat-taqsimiet “2.3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli”, “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”, “Prattiki enoloġiċi”, “Konnessjoni maż-żona ġeografika” u “Kundizzjonijiet oħra” tad-Dokument Uniku.

Proporzjon sinifikanti ta’ nbejjed magħmulin mill-varjetà Arany sárfehér jintużaw bħala nbejjed ta’ bażi għall-inbid spumanti. Waqt l-attivitajiet ta’ żvilupp tal-prodott tagħhom, il-produtturi fiż-żona ta’ Izsák ħolqu teknika għall-produzzjoni ta’ nbid spumanti minn inbid magħmul mill-għeneb Arany sárfehér; dawn beħsiebhom jikkummerċjalizzaw il-prodott bħala nbid spumanti ta’ oriġini protetta.

2.2.   Emenda liż-żona demarkata

Deskrizzjoni u raġunijiet:

Emenda tat-Taqsima IV tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u tat-taqsima “Żona ġeografika demarkata” tad-Dokument Uniku.

Iż-żona demarkata qed tiġi estiża biex tinkludi ż-żoni ta’ Helvécia u Ballószög ikklassifikati fil-katast tad-dwieli bħala tal-klassi I u II. Żona ta’ 2 828 ha f’dawn iż-żewġ abitati hija inkluża fil-katast tad-dwieli, li minnhom 578 ha jintużaw għall-kultivazzjoni tal-għeneb. Dawn l-abitati jinstabu biswit Izsák, Ágasegyháza u Orgovány. Dawn jappartjenu għaż-żona demarkata fuq il-bażi tat-tradizzjonijiet tal-kultivazzjoni tal-għeneb u l-istruttura tal-produzzjoni li evolviet tul is-sekli, u l-konfini taż-żona tal-produzzjoni eżistenti ġew aġġustati kif dovut. Il-bidla għaż-żona demarkata ma taffettwax il-konnessjoni bejn iż-żona tal-produzzjoni u l-prodott billi d-dwieli jgawdu mill-istess kundizzjonijiet ekoloġiċi f’termini ta’ ħamrija u klima; f’termini ta’ lokazzjoni, dawn huma konnessi direttament.

Iż-żona demarkata għad-DOP Izsáki tinkludi ż-żoni li ġejjin tal-abitati li ġejjin ikklassifikati fil-katast tad-dwieli bħala tal-klassi I u II: Ágasegyháza, Ballószög, Fülöpháza, Fülöpszállás, Helvécia, Izsák, Kunszentmiklós, Orgovány, Páhi u Szabadszállás.

2.3.   Użu tat-terminu tradizzjonali

Deskrizzjoni u raġunijiet:

Emenda għall-punt 2.2 tat-Taqsima VIII tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-partijiet tat-Taqsima 2.9 tad-Dokument Uniku dwar “Kundizzjonijiet oħra” u “termini tradizzjonali”.

L-espressjoni tradizzjonali “nbid ta’ oriġini protetta” tista’ tintuża minflok l-espressjoni “denominazzjoni ta’ oriġini protetta”.

2.4.   Tneħħija tad-dispożizzjonijiet dwar il-vitikultura għat-taqsima “Prattiki enoloġiċi speċifiċi”

Deskrizzjoni u raġunijiet:

It-trasferiment ta’ ċertu partijiet mhux emendati mit-Taqsima VIII għat-Taqsima III tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Din hija emenda teknika; din issolvi l-frammentazzjoni tad-deskrizzjoni oriġinali u terġa’ tiġbor mill-ġdid b’mod loġiku l-informazzjoni relatata taħt l-istess taqsima.

Din l-emenda m’għandha l-ebda impatt fuq id-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   L-isem tal-prodott

Izsáki Arany Sárfehér

2.   Stat Membru

L-Ungerija

3.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – denominazzjoni ta’ oriġini protetta

4.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid spumanti

5.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbid abjad

Inbid abjad newtrali b’lewn aħdar ċar jew lewn it-tiben ċar b’aromi diskreti ta’ frott (sfarġel u lanġas selvaġġ) u fjuri selvaġġi, riħa tipika taż-żona tal-produzzjoni, il-varjetà tal-għenba u l-metodu tal-produzzjoni, u aċidità karatteristika u qawwa alkoħolika moderata. Inbid xott jew nofsu misjur, skont il-kontenut ta’ zokkor.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) (*1)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9,87

Aċidità totali minima

4,5 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) (*1)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

Inbid abjad spumanti

Inbid spumanti limpidu u jleqq b’lewn aħdar ċar jew lewn it-tiben ċar bi fwieħa, struttura deċiżament aċiduża u ħeffa delikata tipiċi tal-varjetà, togħma u aroma karatteristika tal-frott, freskezza, diossidu tal-karbonju distribwit b’mod fin, u effervexxenza li ddum. Dan huwa xott ħafna jew xott, skont il-kontenut ta’ zokkor.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) (*2)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9,87

Aċidità totali minima

5,0 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) (*2)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

235

6.   Prattiki enoloġiċi

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Rekwiżiti dwar il-produzzjoni tal-inbid

Restrizzjoni rilevanti għall-produzzjoni tal-inbejjed

INBID

għeneb miġbur bl-idejn,

l-għeneb irid jiġi pproċessat f’jum il-ħsad;

l-għasir jista’ jsir biss f’lottijiet;

purifikazzjoni tal-most;

fermentazzjoni kontrollata tal-most f’temperatura massima ta’ 15 °C, f’kantina mibnija jew naturali.

INBID SPUMANTI

fermentazzjoni fil-fliexken jew kontenituri għal mill-inqas tliet xhur,

fermentazzjoni ulterjuri f’kontenituri għal mill-inqas sitt xhur,

fermentazzjoni fil-fliexken għal mill-inqas tliet xhur.

L-istadji kollha tal-prattiki enoloġiċi mniżżla għal INBID SPUMANTI jridu jitwettqu b’mod konsekuttiv fl-ordni applikabbli.

Is-sistema ta’ tkabbir, spazjar u l-ammont ta’ blanzuni tad-dwieli

Is-sistema ta’ tkabbir tad-dwieli

Is-sistemi ta’ tkabbir li jistgħu jintużaw: tkabbir bil-kuruna, bil-kurdun fil-baxx jew bil-kurdun fl-għoli.

Id-densità tad-dwieli: mill-inqas 4 000 dielja/ha; distanza bejn id-dwieli ta’ mill-inqas 0,8 m.

Biċċiet bl-għeruq biss jistgħu jintużaw bħala materjal tal-propagazzjoni meta tkun qed tiġi stabbilita vinja u meta jiġu sostitwiti dwieli li jkunu ntilfu.

Ir-rata ta’ dwieli neqsin u l-proporzjon ta’ dwieli barranin kombinati f’vinja ma jridux jaqbżu l-10 % tal-għadd ta’ vinji meta ssir il-pjantazzjoni.

L-iffissar tad-data tal-ħsad

(a)

Id-data tal-bidu għall-ħsad tiġi ffissata permezz tal-bord tal-Komunità tal-Inbid Izsák fuq il-bażi ta’ ħsad ta’ prova li jitwettaq kull ġimgħa mill-1 ta’ Awwissu.

(b)

Kull prodott magħmul mill-għeneb maħsud qabel id-data tal-bidu tal-ħsad iffissata mill-komunità tal-inbid ma jistax jingħata ċertifikat ta’ oriġini għal inbid bit-tikketta DOP Izsák u ma jistax jiġi kkummerċjalizzati bit-tikketta DOP Izsák.

(c)

Id-data tal-ħsad tiġi ppubblikata fil-forma ta’ avviż mill-komunitajiet tal-inbid.

INBID

Il-kontenut minimu ta’ zokkor naturali tal-għeneb huwa 16,0 MM°.

Il-qawwa alkoħolika potenzjali minima tal-għeneb hija 9,87 % vol.

INBID SPUMANTI

Il-kontenut minimu ta’ zokkor naturali tal-għeneb huwa 14,0 MM°.

Il-qawwa alkoħolika potenzjali minima tal-għeneb hija 8,42 % vol.

Għeneb miġbur bl-idejn biss.

b.   Rendimenti massimi

Inbid

100 ettolitru għal kull ettaru

Inbid

14 300 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Inbid spumanti

100 ettolitru għal kull ettaru

Inbid spumanti

14 300 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

7.   Iż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni taż-żona demarkata

żoni tal-abitati li ġejjin ikklassifikat fil-katast tal-vinji bħala tal-klassi I u II: Ágasegyháza, Ballószög, Fülöpháza, Fülöpszállás, Helvécia, Izsák, Kunszentmiklós, Orgovány, Páhi u Szabadszállás

8.   Il-varjetà/varjetajiet tad-dwieli ewlenin tal-inbid

arany sárfehér - huszár szőlő

9.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

INBID

1.   Deskrizzjoni taż-żona demarkata:

(a)   Fatturi naturali u kulturali:

Iż-żona demarkata tinsab bejn ix-xmajjar tad-Danubju u Tisza. Il-karatteristiċi ambjentali taż-żona tal-produzzjoni huma determinati l-aktar mil-lokazzjoni fil-pjanura tagħha. Il-maġġor parti taż-żona hija inqas minn 120 m ‘il fuq mil-livell tal-baħar. It-terren huwa ċatt, b’differenzi fl-elevazzjoni ta’ mhux iktar minn 10-15-il m.

Il-ħamrija taż-żona tal-produzzjoni tvarja ftit, bil-maġġor parti taż-żona magħmula minn ħamrija ramlija kalkarja (humus u ħamrija miġjuba mir-riħ), ħamrija tal-praterija sottostanti u rqajja okkażjonali ta’ loess kalkarju. Il-ħamrija ramlija tipikament tisħon malajr, il-kuluri jgħajtu tagħha jirriflettu aħjar id-dawl tax-xemx, li jgħin l-għeneb jimmaturaw; Minħabba l-kontenut ta’ kwarz tagħha ta’ iktar minn 75 %, il-ħamrija hija immuni għall-filossera. Il-kapaċità tan-nutrijenti u l-kontenut ta’ minerali tagħha huma iktar baxxi.

Il-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona tal-produzzjoni huma determinati mill-klima kontinentali, karatterizzata l-aktar minn sjuf sħan u xtiewi kesħin. Minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi kif ukoll l-art ċatta u l-elevazzjoni relattivament baxxa, huwa possibbli li jkun hemm il-ġlata fix-xitwa f’ċerti snin, iżda l-glata tista’ sseħħ ukoll fir-rebbiegħa u l-ħarifa. It-temperatura medja hija madwar 10-11 °C. L-għadd medju ta’ sigħat ta’ xemx huwa ta’ 2 000 siegħa fis-sena. Il-preċipitazzjoni annwali medja hija 450-500 mm, li fil-biċċa l-kbira tissodisfa l-ħtiġijiet tal-għeneb, għalkemm b’distribuzzjoni annwali mhux bilanċjata. Iż-żona għandha provvista tal-ilma tajba u l-water table tinsab viċin tal-wiċċ, li huwa kkumpensat mil-lag Kolon-tó, li huwa fattur ewlieni fid-determinazzjoni tad-disponibbiltà tal-ilma ta’ taħt l-art.

(b)   Fatturi umani:

Il-varjetà ta’ għenba tipika taż-żona demarkata hija l-Arany sárfehér, li kienet intgħażlet minn vinja lokali fl-1873. L-isem tal-varjetà nbidel diversi drabi (izsáki sárfehér - 1873, izsáki - 1967, Arany sárfehér - 1999).

Ġiet żviluppata sistema ta’ tkabbir li hija adattata b’mod speċjali għall-varjetà. Id-dwieli huma mkabbrin bil-kuruna, b’ammont żgħir ta’ blanzuni u żbir li jħalli xpruni qosra u lixxi. Sabiex jiġu mkabbrin b’dan il-mod, id-dwieli jridu jkunu f’kundizzjoni tajba, u din tinżamm permezz tal-applikazzjoni regolari ta’ fertilizzant organiku. Is-sistema ta’ tkabbir bil-kuruna tintuża fuq il-ġnub tal-għoljiet li jisporġu ’l fuq mill-pjanura; hawnhekk, il-produzzjoni hija ristretta u fiha jintuża ż-żbir tal-ixpruni marbutin.

2.   Deskrizzjoni tal-inbejjed:

Lewn aħdar ċar jew ta’ tiben ċar, b’aroma speċifika li ġejja mill-varjetà tal-għenba li hija reminixxenti tal-isfarġel, il-lanġas selvaġġ u pjanti mediċinali.

L-inbid huwa rikk, b’togħma notevolment aċiduża, ta’ qawwa alkoħolika moderata u huwa newtrali.

3.   Preżentazzjoni u turija tar-rabta kawżali

Primarjament minħabba l-water table li tinsab viċin tal-wiċċ u l-partikularitajiet tal-ħamrija ramlija, l-ambjent għandu impatt sinifikanti fuq il-karatteristiki tal-inbejjed magħmulin mill-għeneb Arany sárfehér. Dan il-karattru distintiv ifisser l-iktar inbejjed b’kompożizzjoni aċiduża speċifika u aċidità għolja, u qawwa alkoħolika moderata.

L-inbejjed għandhom kontenut ta’ minerali iktar baxx tipiku tal-ħamrija ramlija.

L-inbejjed taż-żona tal-produzzjoni huma l-aktar inbejjed b’maturazzjoni qasira.

It-tradizzjonijiet assoċjati mal-Arany sárfehér, bħala l-varjetà ta’ għenba l-aktar importanti taż-żona tal-produzzjoni, huma dovuti għal-lokaliżmu passjonat, l-entużjażmu u l-persistenza tal-poplu ta’ Izsák u, l-aktar, għax-xogħol siewi u notevoli minn László Kostka.

It-teknoloġiji riduttivi jistgħu jintużaw grazzi għall-iżviluppi teknoloġiċi kontinwi li seħħew fl-intrapriżi tal-produzzjoni tal-inbid ta’ Izsák.

Il-varjetà hija adatta ħafna għall-ambjent taż-żona; il-fertilità tagħha u l-kwalità tal-ħsad jipprovdu l-bażi għall-impjieg u l-għajxien tal-poplu lokali.

INBID SPUMANTI

1.   Deskrizzjoni taż-żona demarkata

(a)   Fatturi naturali u kulturali:

Iż-żona demarkata tinsab bejn il-xmajjar tad-Danubju u Tisza. Il-karatteristiki ambjentali taż-żona tal-produzzjoni huma determinati l-aktar mil-lokazzjoni fil-pjanura tagħha. Il-maġġor parti taż-żona hija inqas minn 120 m ‘il fuq mil-livell tal-baħar. It-terren huwa ċatt, b’differenzi fl-elevazzjoni ta’ mhux iktar minn 10-15 m. Il-ħamrija taż-żona tal-produzzjoni tvarja ftit, bil-maġġor parti taż-żona magħmula minn ħamrija ramlija kalkarja (humus u ħamrija miġjuba mir-riħ), ħamrija tal-praterija sottostanti u rqajja’ okkażjonali ta’ loess kalkarju. Il-ħamrija ramlija tipikament tisħon malajr, il-kuluri jgħajtu tagħha jirriflettu aħjar id-dawl tax-xemx, li jgħin l-għeneb jimmatura; minħabba l-kontenut ta’ kwarz tagħha ta’ iktar minn 75 %, il-ħamrija hija immuni għall-filossera. Il-kapaċità tan-nutrijenti u l-kontenut ta’ minerali tagħha huma iktar baxxi.

Il-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona tal-produzzjoni huma determinati mill-klima kontinentali, karatterizzata l-aktar minn sjuf sħan u xtiewi kesħin. Minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi kif ukoll l-art ċatta u l-elevazzjoni relattivament baxxa, huwa possibbli li jkun hemm il-ġlata fix-xitwa f’ċerti snin, iżda l-ġlata tista’ sseħħ ukoll fir-rebbiegħa u l-ħarifa. It-temperatura medja hija madwar 10-11 °C. L-għadd medju ta’ sigħat ta’ xemx huwa ta’ 2 000 siegħa fis-sena. Il-preċipitazzjoni annwali medja hija 450-500 mm, li fil-biċċa l-kbira tissodisfa l-ħtiġijiet tal-għeneb, għalkemm b’distribuzzjoni annwali mhux bilanċjata. Iż-żona għandha provvista tal-ilma tajba u l-wiċċ tal-ilma ta’ taħt l-art huwa viċin tal-wiċċ, li huwa kkumpensat mil-lag Kolon-tó, li huwa fattur ewlieni fid-determinazzjoni tad-disponibbiltà tal-ilma ta’ taħt l-art.

(b)   Fatturi umani:

Bil-kompożizzjoni aċiduża speċifika, l-aċidità għolja, in-newtralità u l-qawwa alkoħolika moderata tiegħu, l-inbid huwa ideali għall-produzzjoni tal-inbid spumanti. L-inbid spumanti ilu jiġi prodott hawnhekk sa mill-1972. L-inbejjed spumanti prodotti hawnhekk huma l-inbid spumanti IZSÁKI ARANY SÁRFEHÉR, magħmul kompletament minn inbid prodott mill-Arany sárfehér, varjetà ta’ għenba b’karattru distintiv li titkabbar fiż-żona.

2.   Deskrizzjoni tal-inbejjed:

Inbid spumanti limpidu u jleqq b’lewn aħdar ċar jew lewn it-tiben ċar bi fwieħa, struttura deċiżament aċiduża u ħeffa delikata tipiċi tal-varjetà, togħma u aroma karatteristika tal-frott, freskezza, diossidu tal-karbonju distribwit b’mod fin, u effervexxenza li ddum. Dan huwa xott ħafna jew xott, skont il-kontenut ta’ zokkor.

3.   Preżentazzjoni u turija tar-rabta kawżali

Primarjament minħabba l-water table li tinsab viċin tal-wiċċ u l-partikularitajiet tal-ħamrija ramlija, il-ħamrija u l-klima għandhom impatt sinifikanti fuq il-karatteristiki tal-inbejjed spumanti magħmulin mill-għeneb Arany sárfehér.

Il-ħamrija kalkarja tagħti lill-inbid spumanti kompożizzjoni skwiżita u deċiżament aċiduża.

L-ilma ta’ taħt l-art viċin tal-wiċċ li jinsab fil-ħamrija ramlija joħloq inbid spumanti ħafif u delikat.

Is-somma tas-sħana mkejla matul il-perjodu tal-veġetazzjoni u l-effett pożittiv tal-għadd ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx jgħinu l-għeneb jimmaturaw, li jagħti lill-inbid spumanti t-togħma tal-frott tiegħu.

L-ipproċessar tal-għeneb b’teknoloġija riduttiva rapida mhux biss jippreserva l-aromi rinfreskanti tal-varjetà, iżda jipprovdi ukoll il-kulur eleganti tagħha.

L-aroma mill-awtoliżi ffurmata matul il-produzzjoni tal-inbid spumanti hija diskreta.

10.   Kundizzjonijiet oħra essenzjali

Regoli dwar l-indikazzjonijiet

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni oħra:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Jista’ jintuża t-terminu tradizzjonali “nbid ta’ oriġini protetta”.

L-isem tal-abitat jew ta’ unità ġeografika iżgħar ma jistax jidher fuq it-tikketta.

L-ismijiet tal-lokalitajiet jistgħu jidhru flimkien mad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Izsáki Arany Sárfehér.

Izsák — Gedeon

Izsák — Szajor

Izsák — Kisizsák

Izsák — Páskom

Izsák — Osztály

L-isem ta’ lokalità jista’ jintuża biss jekk 100 % tal-inbid ikun ġie prodott f’dik il-lokalità.

Il-marka ta’ ċertifikazzjoni maħruġa mill-Komunità tal-Inbid Izsák trid tidher fil-preżentazzjoni.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://boraszat.kormany.hu/download/6/5b/52000/Izsaki%20Arany%20Sarfeher_v2.pdf


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(*1)  qawwa alkoħolika totali massima skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ rilevanti.

(*2)  qawwa alkoħolika totali massima u aċidità volatili massima skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ rilevanti.


Rettifika

26.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/14


Rettifika tal-Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 132 tat-13 ta’ April 2018 )

(2019/C 251/07)

F’paġna 18, fil-punt 3.5, fir-raba’ paragrafu,

minflok:

“L-ippakkjar tal-porzjonijiet tal-‘Parmigiano Reggiano’ jista’ jsir biss fl-istess post tan-negozju fejn jinqatgħu.”,

aqra:

“L-ippakkjar tal-biċċiet tal-‘Parmigiano Reggiano’ jista’ jsir fil-post tal-bejgħ fejn dawn jitħejjew.”.