ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 243

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
19 ta' Lulju 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 243/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9400 — Apollo Management/Ares/JV) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 243/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2019/C 243/03

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2019 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem kif imsemmi fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill — Pan Galego/Pan Gallego (IĠP)

3


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9400 — Apollo Management/Ares/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 243/01)

Fit-12 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9400. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ Lulju 2019

(2019/C 243/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1216

JPY

Yen Ġappuniż

120,89

DKK

Krona Daniża

7,4672

GBP

Lira Sterlina

0,89853

SEK

Krona Żvediża

10,5040

CHF

Frank Żvizzeru

1,1064

ISK

Krona Iżlandiża

141,10

NOK

Krona Norveġiża

9,6438

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,586

HUF

Forint Ungeriż

326,46

PLN

Zloty Pollakk

4,2596

RON

Leu Rumen

4,7325

TRY

Lira Turka

6,3852

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5944

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4650

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7654

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6640

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5261

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 321,30

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,6932

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7168

HRK

Kuna Kroata

7,3875

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 669,87

MYR

Ringgit Malażjan

4,6143

PHP

Peso Filippin

57,324

RUB

Rouble Russu

70,6478

THB

Baht Tajlandiż

34,635

BRL

Real Brażiljan

4,2164

MXN

Peso Messikan

21,3786

INR

Rupi Indjan

77,2775


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


19.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/3


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Lulju 2019

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem kif imsemmi fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

“Pan Galego”/“Pan Gallego” (IĠP)

(2019/C 243/03)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 50(2)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Spanja bagħtet applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-isem “Pan Galego”/“Pan Gallego” skont l-Artikolu 49(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(2)

Skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni u kkonkludiet li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(3)

Sabiex tippermetti t-tressiq ta’ avviżi ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li d-dokument uniku u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott kif imsemmi fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament, jiġu ppubblikati għall-isem “Pan Galego”/“Pan Gallego” f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Id-dokument uniku u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, kif imsemmi fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, għall-isem “Pan Galego”/“Pan Gallego” (IĠP) jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


ANNESS

DOKUMENT UNIKU

“PAN GALEGO”/“PAN GALLEGO”

Nru tal-UE: PGI-ES-02321 — 22.9.2017

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem

“Pan Galego”/“Pan Gallego”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 2.3. Ħobż, għaġina, kejkijiet, prodotti tal-ħelu, gallettini u prodotti oħrajn tal-furnara

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Il-“pan galego” jew “pan gallego” huwa ħobż bil-qoxra tqarmeċ, b’ebusija li tvarja skont id-daqs, bil-qalba ratba u ħafna toqob irregolari. Dan il-ħobż jiġi prodott b’mod artiġjanali bid-dqiq tal-qamħ artab (Triticum aestivum, L.), li parti minnu ġej minn varjetajiet u ekotipi ta’ qamħ minn Galicia (magħruf b’mod komuni bħala “trigo país”, qamħ tal-pajjiż, jew “trigo gallego”, qamħ ta’ Galicia), ikkultivat fil-Komunità Awtonoma ta’ Galicia. Il-produzzjoni ta’ dan il-ħobż hija kkaratterizzata mill-użu ta’ ħmira (minimu ta’ 15 % tal-piż tad-dqiq) u ta’ kwantità kbira ta’ ilma (minimu ta’ 75 litru għal 100 kg dqiq), kif ukoll miż-żmien twil ta’ fermentazzjoni (minimu ta’ 3 sigħat) u ta’ tisjir, dan tal-aħħar għandu jsir dejjem fi fran mgħammra b’qiegħ tal-ġebel jew qiegħ magħmul minn materjali refrattarji oħra.

Dan il-ħobż għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

—   Forma:

Niddistingwu bejn erba’ tipi ta’ “pan gallego”, kull wieħed b’format tradizzjonali speċifiku, jiġifieri:

il-“bolo” jew il-“hogaza”: tond u irregolari, jista’ jkollu qasmiet fuq il-parti ta’ fuq. Il-proporzjon ħxuna/tul tiegħu huwa ta’ madwar 1:1. Varjanti: fuq jista’ jkollu ballun żgħir ta’ ħobż fil-forma ta’ “panina” jew ikollu forma tawwalija, bi proporzjon ħxuna/tul ta’ madwar 1:2. Id-dimensjonijiet tiegħu jvarjaw skont il-piż tiegħu, li jista’ jkun ta’ 250, 500, 1 000, 1 500 gramma jew aktar.

ir-“rosca”: b’forma ta’ ċirku irregolari u ċċattjat. Id-dimensjonijiet tiegħu jvarjaw skont il-piż tiegħu, li jista’ jkun ta’ 250, 500, 1 000 gramma jew aktar.

il-“bola” jew it-“torta”: b’forma tonda u ċċattjat. Dan għandu isem differenti skont l-oriġini ġeografika tiegħu u, tradizzjonalment, kien jiġi msajjar qabel il-“bolos”. Dan il-format jinkludi ħobż ta’ 250, 500, 1 000 gramma u aktar.

il-“barra”: b’forma tawwalija, ta’ tul ta’ bejn 40 u 60 cm u ta’ piż ta’ 300 gramma.

—   Qoxra:

Kulur: minn kulur isfar dehbi għal kannella skur.

Ħxuna: minn ħxuna medja sa daqs kbir, ġeneralment tkun ta’ bejn 3 u 10 mm. Fil-każ tal-“barra”, il-ħxuna tvarja normalment bejn 1 u 3 mm.

Konsistenza: tqarmeċ u b’ebusija varjabbli skont il-format (il-“bolos” u r-“roscas” għandhom qoxra aktar iebsa).

—   Il-qalba:

Kulur: minn abjad ħafna għal krema ċara.

Sawra: ratba.

Toqob: ħafna, b’daqs u distribuzzjoni irregolari.

—   Karatteristiċi organolettiċi:

F’termini ta’ togħma u riħa, ta’ min jinnota li dan huwa ħobż b’togħma qawwija ta’ qamħ u bi ftit aċidità, fragranti ħafna. Il-qoxra iebsa tiegħu taġixxi bħala protezzjoni, li tippermettilu jżomm għal ħafna sigħat il-konsistenza soda u li tqarmeċ tiegħu u s-sawra ratba tal-qalba. Huwa għalhekk normali li jiġi kkonsmat aktar minn 48 siegħa wara l-produzzjoni, jew aktar.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-materja prima użata hija ilma, dqiq, ħmira, ħmira organika kummerċjali (mhux obbligatorja) u melħ.

Il-produzzjoni tradizzjonali ta’ dan il-ħobż hija kkaratterizzata bl-użu ta’ taħlita ta’ dqiq derivat minn ekotipi jew varjetajiet ta’ qamħ ikkultivati fil-Galicia (mill-inqas 25 %) u ta’ dqiq qawwi tal-ħami bbażat fuq qamħ barrani.

Id-dqiq ta’ varjetajiet ta’ qamħ tal-post (lokali) għandu jkollu qawwa tal-forn (W) ta’ bejn 100 u 200, proporzjon ta’ P/L ta’ bejn 0,25 u 0,70 u kontenut ta’ proteina ta’ aktar minn 12 %. Dqiq qawwi tal-qamħ barrani jrid ikollu W ta’ aktar minn 300.

It-taħlit ta’ dan id-dqiq tal-qamħ lokali ma’ kontenut għoli ta’ proteina u kwalità tajba ta’ glutina u li jiġġebbed aktar b’dqiq qawwi ħafna u aktar b’saħħtu jagħmilha possibbli li jinkiseb ħobż aktar artab b’qalba aktar ratba.

Il-glutina tal-maġġoranza ta’ dan il-qamħ lokali hija ta’ kwalità tajba għall-produzzjoni tal-ħobż meta wieħed iqis it-tip ta’ glutenin u gliadin preżenti f’din il-glutina.

3.4.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-fażijiet kollha tal-produzzjoni għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

Il-proċess tal-produzzjoni jsegwi l-metodu tradizzjonali, għalhekk ħafna minn dawn l-operazzjonijiet isiru manwalment. Dan il-proċess jinkludi l-fażijiet li ġejjin:

(a)

Taħlit

(b)

L-għaġina titħalla toqgħod (qabel ma tiġi sseparata)

(c)

Tqassim

(d)

L-għaġina titħalla toqgħod f’forma ta’ ballun (mhux obbligatorju)

(e)

L-ifformar

(f)

L-għaġina sseparata f’biċċiet titħalla toqgħod (mhux obbligatorju)

(g)

Tisjir

(h)

Tibrid

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih jirreferi l-isem

Il-ħobż jiġi ppakkjat fil-faċilitajiet tal-produzzjoni f’biċċiet sħaħ għall-bejgħ. Huwa permess li jinqatgħu biċċiet ta’ daqs ugwali għal jew akbar minn 1 500 gramma fil-punt tal-bejgħ, jekk il-konsumaturi jkunu preżenti.

Il-ħtieġa li l-prodott jiġi ppakkjat fil-faċilitajiet tal-produzzjoni hija ġġustifikata għal żewġ raġunijiet: minn naħa waħda, biex jiġu ppreservati aħjar il-kundizzjonijiet iġjeniċi tal-prodott u, min-naħa l-oħra, biex jiġi ffaċilitat il-kontroll tat-traċċabilità tiegħu, billi l-imballaġġ jinkludi siġill ta’ garanzija (tikketta ta’ wara) li jidentifika kull biċċa individwalment.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

L-imballaġġ użat għall-ħobż ikkummerċjalizzat taħt l-IĠP “Pan galego”/“Pan gallego”, ladarba jiġi ċċertifikat skont l-ispeċifikazzjonijiet, għandu jinkludi, minbarra t-tikketta kummerċjali tal-produttur stess, tiketta ta’ kodifikazzjoni alfanumerika u ta’ numerazzjoni korrispondenti (tikketta ta’ wara), li ser tintuża taħt is-superviżjoni tal-korp ta’ kontroll. Il-logo uffiċjali tal-indikazzjoni ġeografika protetta li tidher hawn taħt għandu jidher fuq it-tikketta ta’ wara:

Image 1

4.   Deskrizzjoni fil-qosor tal-konfini taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tal-ħobż koperta mill-indikazzjoni ġeografika protetta “Pan galego”/“Pan gallego” hija l-Komunità Awtonoma ta’ Galicia kollha.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-reġistrazzjoni ta’ din l-indikazzjoni ġeografika hija bbażata kemm fuq ċerti karatteristiċi speċifiċi relatati mal-ambjent, bil-fatturi naturali u umani tiegħu, kif ukoll fuq ir-reputazzjoni li għandu l-prodott.

5.1.   Reputazzjoni

Jekk il-letteratura gastronomika ta’ Galicia fiha referenzi notevoli għal dan il-prodott, dan il-ħobż jinsab ukoll f’oqsma oħra tal-kultura ta’ Galicia, bħal-letteratura ġenerali, kanzunetti popolari jew arti bl-istampi. Bħala eżempju, nistgħu nsemmu li Ramón Otero Pedrayo, li huwa wieħed mill-akbar awturi tal-letteratura ta’ Galicia, kiteb poeżija twila (Xeórxicas do pan galego) iddedikata għal dan il-prodott.

Għal sekli sħaħ, il-ħobż ikkonsmat fil-biċċa l-kbira ta’ Galicia sar prinċipalment mis-segala, kif ukoll mill-qamħ, wara d-dehra ta’ dan it-tip ġdid ta’ ċereali mill-Amerika ta’ Fuq u ta’ Isfel. il-ħobż tal-qamħ, jew il-“ħobż abjad” kien ġeneralment komodità rari li dawk l-aktar sinjuri biss setgħu jgawdu. Il-klassijiet il-baxxi kellhom jikkuntentaw mill-fatt li setgħu biss jikkonsmawh f’okkażjonijiet speċjali.

Madankollu, il-“pan gallego” li bħalissa huwa rikonoxxut fis-suq Spanjol kollu huwa essenzjalment ħobż magħmul mid-dqiq tal-qamħ. Il-ġeneralizzazzjoni tal-produzzjoni ta’ dan il-“pan gallego” ibbażata fuq dqiq imħallat ma’ qamħ tal-post u barrani hija relattivament riċenti, peress li tmur lura għal nofs l-aħħar seklu, meta fi Spanja beda l-irkupru ekonomiku wara l-gwerra ċivili.

Biex tiġi akkreditata r-reputazzjoni li bħalissa għandu l-“pan gallego”, nistgħu nikkwotaw diversi kotba b’kontenut gastronomiku:

Iban Yarza, ġurnalist, kittieb gastronomiku u wieħed mill-ikbar speċjalisti tal-ħobż fi Spanja llum, fil-ktieb tiegħu Pan de pueblo [Ħobż tal-poplu] (2017), jagħmel bosta referenzi għall-ħobż tajjeb prodott fil-Galicia u jsemmi forn famuż u jikklassifikah bħala “wieħed mill-katidrali tal-“pan gallego””.

Xavier Barriga f’ Recetas caseras con pan de ayer [Riċetti homemade bil-ħobż ta’ dari] (2011) jirrakkomanda l-użu ta’ “pan gallego” biex tagħmel riċetti differenti.

Ángel Gil Hernández, f’Libro Blanco del Pan [White Paper dwar il-ħobż] (2015), isemmi wkoll il-“pan gallego”, li jindika li “l-għaġina trid tgħaddi minn proċessi ta’ fermentazzjoni twal”.

F’The cook's guide to bread [il-gwida tal-ħobż] ta’ Christine Ingram u Jennie Shapter (1999), nistgħu naqraw deskrizzjoni interessanti ta’ dan il-ħobż: “The pan gallego often looks like a squashy cottage loaf with a top knot” [Il-“pan gallego” ħafna drabi jixbaħ ħobża ratba b’ħobża żgħira fuqha fil-forma ta’ “panina”].

Il-personalità Amerikana Rick Steves jissuġġerixxi wkoll fil-ktieb tiegħu Spain and Portugal in 22 days [Spanja u l-Portugall fi 22 ġurnata] biex idduq il-“pan gallego” deskritt bħala eċċellenti:

“For your picnic we recommend a cheese called La Tetilla, and the excellent Galician bread” [Għall-picnic tiegħek, nirrakkomandaw ġobon li jismu La Tetilla u l-ħobż eċċellenti “pan gallego”.]

Nistgħu nsibu wkoll evidenza ta’ din ir-reputazzjoni fuq siti web u blogs:

Il-“pan gallego” ġie identifikat bħala wieħed mill-aqwa ħobż fid-dinja fl-artiklu “La vuelta al mundo en 23 panes” [Dawra mad-dinja: 23 ħobża] ippubblikat mir-rivista online Traveler fl-2014.

F’Novembru 2017, El Comidista [Il-Wikkiel], wieħed mill-aktar blogs gastronomiċi l-aktar segwiti fi Spanja, ippubblika artiklu intitolat “¿Por qué el pan suele ser mejor en Galicia que en el resto de España?” [Għaliex ġeneralment il-ħobż huwa aħjar fil-Galicia milli fil-bqija ta’ Spanja?]

Il-“Pan gallego” kien ukoll is-suġġett ta’ programmi televiżivi popolari fi Spanja: fl-2010, “España directo” xandar rapport intitolat “Al rico pan gallego” [“Pan gallego” delizzjuż], u fl-2011 “Gente” xandar rapport ieħor intitolat “Os desvelamos los secretos del pan gallego” [Nikxfu s-sigrieti tal-“pan gallego”].

5.2.   Rabta mal-ambjent naturali

(a)   Karatteristiċi speċifiċi taż-żona ġeografika: ambjent fiżiku u l-fattur uman

Hekk kif taqsam mill-Galicia ta’ Fuq għall-Galicia ta’ Isfel, immorru minn klima oċeanika għal klima oċeanika degradata. Barra minn hekk, l-orografija ta’ Galicia hija kkaratterizzata minn muntanji b’altitudnijiet moderati u tibbenefika minn netwerk ta’ xmajjar importanti, li x-xmajjar tiegħu huma mmarkati minn għadd kbir ta’ mtieħen li min-naħa tagħhom jixhdu r-rabta li tgħaqqad din l-art mal-ħobż. Barra minn hekk, il-kombinazzjoni ta’ klima tax-xita u l-blat ta’ oriġini Paleożojku ppermettiet il-formazzjoni ta’ ħamrija aċiduża u ftit li xejn żviluppata. Bħal dawn it-tipi ta’ ħamrija, l-ilmijiet ta’ Galicia huma kkaratterizzati mill-ħlewwa tagħhom u l-kontenut baxx ta’ ġir.

Il-kultivazzjoni tal-qamħ, għalkemm naqqset ħafna, għadha importanti f’xi reġjuni fejn il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u l-klima huma ideali. Fis-snin reċenti, il-ħtieġa li l-furnara jkollhom materja prima ta’ kwalità għall-prodotti tagħhom qanqal interess mill-ġdid għal din il-kultivazzjoni.

Fir-rigward tal-fattur uman, ta’ min jinnota li “pan gallego” qed ikompli jiġi prodott bħal fil-passat, b’mod artiġjanali, skont l-għerf tas-sengħa tradizzjonali li ġie mgħoddi minn ġenerazzjoni għal oħra. L-irġiel u n-nisa taż-żona ġeografika ddefinita biss għandhom il-ħiliet u l-għarfien li jħalltu, fi proporzjonijiet differenti, skont ix-xewqat tal-furnar, dqiq tal-qamħ ta’ oriġini mill-Galicia u barranija, li jużaw il-ħmira sew, li jħallu l-għaġina toqgħod għal perjodi twal sabiex tkun tista’ ssir fermentazzjoni bil-mod, li jagħmlu l-ħobż bl-idejn, fil-forom karatteristiċi tagħhom, li jagħmlu użu tajjeb minn fran tal-ġebel antiki, jew mill-verżjoni attwali tagħhom, li jużaw karburanti oħra jew jaħdmu bl-elettriku, iżda li għandhom qiegħ ta’ materjal refrattorju u li jsajjru l-ħobż għal żmien twil.

(b)   Speċifiċità tal-prodott

Il-“pan gallego” għandu karatteristiċi speċifiċi li jiddistingwuh b’mod ċar minn ħobż ieħor. L-ewwel waħda hija l-forma tipika ta’ wħud mill-aktar preżentazzjonijiet komuni tiegħu, bħall-“bolo”, ta’ spiss b’panina fuqu, jew ir-“rosca”. Id-dehra rustika tal-qoxra tiegħu kif ukoll il-kulur tiegħu (aktar skur minn dak tal-ħobż industrijali), il-ħxuna u l-ebusija tiegħu huma wkoll elementi karatteristiċi. Rigward il-qalba, il-kulur tagħha huwa aktar skur minn dak ta’ ħobż ieħor magħmul mill-qamħ. Hija wkoll ratba ħafna u għandha ħafna toqob irregolari. Finalment, dan il-ħobż huwa kkaratterizzat mill-karattru fragranti ħafna tiegħu u t-togħma qawwija, li minnha joħroġ ċertu livell ta’ aċidità.

(c)   Interazzjoni bejn l-ambjent naturali u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott

Huwa l-metodu tradizzjonali ta’ kif isir dan il-ħobż, ibbażat fuq l-għerf tas-sengħa tal-irġiel u n-nisa ta’ dan it-territorju, li jagħtihom il-karatteristiċi tagħhom.

Il-proċessi jdumu minħabba l-użu ta’ ħmira għall-fermentazzjoni, li tagħti ħobża li tqarmeċ bil-qalba ratba u mimlija toqob, b’togħma qawwija, bi ftit aċidità.

L-użu ta’ dqiq ta’ ekotipi lokali tal-qamħ, imħallat b’mod għaqli – fid-diskrezzjoni tal-furnara u tal-furnara ta’ Galicia – ma’ dqiq tal-qamħ ta’ oriġini barranija, huwa wkoll karatteristika ta’ dan il-ħobż li jaffettwa l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu. Il-kwalitajiet mogħtija lill-“pan gallego” mid-dqiq tal-biċċa l-kbira tal-ekotipi tal-qamħ lokali (qamħ tal-post) jirriżultaw mill-kontenut għoli ta’ proteini, mill-kontenut ta’ glutina ta’ kwalità għolja għall-produzzjoni tal-ħobż u mill-konsistenza tiegħu li jiġġebbed. Madankollu, il-qawwa tal-forn li jifilħu dawn it-tipi ta’ dqiq hija minn medja sa baxxa, li tradizzjonalment wasslet lill-furnara biex iħalltuhom fi proporzjonijiet differenti li jifilħu qawwa tal-forn ogħla u b’tenaċità akbar, li jiġu minn qamħ ġeneralment importat minn Castille. L-użu ta’ dawn it-tipi ta’ dqiq tal-post għandu wkoll rwol fil-kulur tal-qalba, li hija aktar skura minn dik ta’ ħobż ieħor b’bażi ta’ qamħ u, skont il-furnara artiġjanali, jagħtu lill-ħobż aromi u togħma aktar qawwija. Rigward dan l-aħħar punt, intwera li xi komponenti tad-dqiq jagħtu aromi lill-ħobż u għalhekk l-użu ta’ dawn it-tipi ta’ dqiq jaffettwa l-karatteristiċi organolettiċi tal-ħobż.

L-ilma huwa ingredjent importanti ħafna fil-produzzjoni tal-ħobż: dan jagħti ilma lill-proteini, jikkontribwixxi għall-formazzjoni tal-glutina, u jagħti wkoll ilma lit-trab tal-lamtu biex jiggarantixxi l-ġelifikazzjoni sussegwenti tagħhom fl-istadju tal-ħami. Il-grad ta’ ebusija tal-ilma huwa relatat mal-konċentrazzjoni totali ta’ joni Ca2+ u Mg2+. Sustanzi mdewba fl-ilma jista’ jkollhom impatt sinifikanti kemm fuq il-proċess ta’ fermentazzjoni kif ukoll fuq il-proċess ta’ ħami. Għalhekk, ilma eċċessivament iebes għandu effett restrittiv fuq il-glutina u jtawwal iż-żmien tal-fermentazzjoni billi l-minerali jagħmluha aktar diffiċli biex il-proteini tad-dqiq jassorbu l-ilma. Il-fatt li l-ilmijiet ta’ Galicia huma ġeneralment aktar ħelwin minn dawk ta’ parti kbira mill-peniżola Iberika jippermetti idratazzjoni akbar tal-għaġina, li huwa element distintiv tal-“pan gallego”, prodott b’minimu ta’ 75 litru ilma għal kull 100 kg dqiq.

L-użu ta’ qiegħ ta’ materjal refrattorju fil-fran huwa wkoll fattur determinanti fil-karatteristiċi ta’ dan il-ħobż. Dan il-qiegħ jimita l-effett tal-fran tal-ħatab bil-ġebel antiki, li għadhom numerużi ħafna fil-Galicia, peress li jippermetti li s-sħana tiġi distribwita b’mod aktar ugwali u jsajjar għal żmien twil, li jirriżulta fil-qoxra ħoxna u li tqarmeċ ta’ dan il-ħobż, kif ukoll id-dehra “rustika” tiegħu, li tiddistingwih b’mod ċar minn ħobż ieħor, speċjalment fost il-konsumaturi. Għalhekk, il-ħin tat-tisjir ħafna itwal ta’ dan il-ħobż meta mqabbel mal-ħobż aktar industrijali, frott tal-għerf tas-sengħa tal-furnara u tal-furnara tar-reġjun, huwa wkoll element li jgħaqqad il-karatteristiċi ta’ dan il-prodott mat-territorju fejn jiġi prodott.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet

http://mediorural.xunta.gal/fileadmin/arquivos//alimentacion/produtos_calidade/2018/Pliego_condiciones_IGP_PAN_GALEGO_mayo_2018__C_.pdf