ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 231

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
9 ta' Lulju 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 231/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9377 — MIRA/BCI/iGH) ( 1 )

1

2019/C 231/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9384 — Sumitomo Corporation/Nippon Steel Corporation/Standard Steel Holdings) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2019/C 231/03

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 li dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

2

2019/C 231/04

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 231/05

Rata tal-kambju tal-euro

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 231/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9419 — PSP/Welltower/SRG/Senior Housing Property) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 231/07

Pubblikazzjoni ta’ avviż dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ denominazzjoni fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

7


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9377 — MIRA/BCI/iGH)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 231/01)

Fil-25 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9377. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


9.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9384 — Sumitomo Corporation/Nippon Steel Corporation/Standard Steel Holdings)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 231/02)

Fl-1 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9384. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

9.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 li dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

(2019/C 231/03)

L-informazzjoni segwenti qiegħda tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta’ persuni indikati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddeċieda li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2012/285/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 377/2012 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, sal-31 ta’ Ottubru 2019, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu


(1)  ĠU L 142, 1.6.2012, p. 36.

(2)  ĠU L 119, 4.5.2012, p. 1.


9.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/3


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

(2019/C 231/04)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK (2) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 (3) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau.

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, Tkabbir u Protezzjoni Ċivili - RELEX fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-iskop tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi skont id-Deċiżjoni 2012/285/PESK u r-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati fid-Deċiżjoni 2012/285/PESK u r-Regolament (UE) Nru 377/2012.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuni kkonċernati, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata.

Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 142, 1.6.2012, p. 36.

(3)  ĠU L 119, 4.5.2012, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

9.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta’ Lulju 2019

(2019/C 231/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1215

JPY

Yen Ġappuniż

121,80

DKK

Krona Daniża

7,4631

GBP

Lira Sterlina

0,89625

SEK

Krona Żvediża

10,5973

CHF

Frank Żvizzeru

1,1127

ISK

Krona Iżlandiża

141,70

NOK

Krona Norveġiża

9,6840

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,509

HUF

Forint Ungeriż

324,66

PLN

Zloty Pollakk

4,2530

RON

Leu Rumen

4,7200

TRY

Lira Turka

6,4304

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6058

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4642

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7482

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6888

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5247

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 322,07

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,8813

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7173

HRK

Kuna Kroata

7,3955

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 824,37

MYR

Ringgit Malażjan

4,6436

PHP

Peso Filippin

57,580

RUB

Rouble Russu

71,5025

THB

Baht Tajlandiż

34,514

BRL

Real Brażiljan

4,2752

MXN

Peso Messikan

21,2581

INR

Rupi Indjan

76,8955


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

9.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9419 — PSP/Welltower/SRG/Senior Housing Property)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 231/06)

1.   

Fl-1 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Public Sector Pension Investment Board (“PSP”, il-Kanada),

Welltower Inc. (“Welltower”, l-Istati Uniti),

SRG Partners, LLC (“SRG”, l-Istati Uniti),

Proprjetà ta’ akkomodazzjoni għall-anzjani magħrufa bħala “Peninsula Del Rey” (“Penisola Del Rey”, l-Istati Uniti).

PSP, Welltower u SRG jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tat-totalità ta’ “Peninsula Del Rey”.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal PSP: il-ġestur tal-investiment tal-pensjoni ta’ diversi pjanijiet tal-pensjoni Kanadiżi, inkluż il-pjan tal-pensjoni tas-Servizz Pubbliku Federali Kanadiż u tal-Forzi Kanadiżi. Il-PSP jamministra portafoll diversifikat globali ta’ titoli fissi kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat.

—   għal Welltower: tinvesti fi proprjetajiet ikkonċentrati fi swieq ewlenin ta’ tkabbir kbir, li jikkonsistu fi djar tal-anzjani u komunitajiet post-akuti, u proprjetajiet mediċi għal outpatients fl-Istati Uniti, il-Kanada u r-Renju Unit.

—   għal SRG: tippossjedi, tamministra u tiżviluppa komunitajiet ta’ djar għall-anzjani fl-Istati Uniti.

—   għal Peninsula Del Rey: proprjetà ta’ djar għall-anzjani li tinsab f’165 Pierce Street f’Daly City, San Mateo County, California, l-Istati Uniti tal-Amerika.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9419 — PSP/Welltower/SRG/Senior Housing Property

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

9.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/7


Pubblikazzjoni ta’ avviż dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ denominazzjoni fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2019/C 231/07)

Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 (1).

AVVIŻ DWAR L-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Crémant de Bordeaux”

Numru ta’ referenza: PDO-FR-A0488-AM03

Data tal-avviż: is-16 ta’ Jannar 2019

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA

1.   Iż-żona tal-irqajja’ demarkata

Deskrizzjoni u raġunijiet tal-emenda

Id-dati ta’ approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-emendi għaż-żona tal-irqajja’ demarkata tad-DOP “Crémant de Bordeaux”, li hija annessa mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni, ġew aġġornati. Id-demarkazzjoni tal-irqajja’ tikkonsisti fl-identifikazzjoni tal-irqajja’ tar-raba’ fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni tajbin għall-produzzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta li qed tiġi kkunsidrata.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

2.   Iż-żona ġeografika: emenda fil-kitba

Deskrizzjoni u raġunijiet tal-emenda

Il-punt IV(1)(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie emendat sabiex iqis fużjonijiet amministrattivi tal-muniċipalitajiet, mingħajr impatt fuq iż-żona ta’ produzzjoni tad-DOP “Crémant de Bordeaux”:

Il-muniċipalitajiet ta’ Cantenac u Margaux jitneħħew u tiżdied il-muniċipalità ta’ Margaux-Cantenac.

Il-muniċipalitajiet ta’ Aubie-et-Espessas, Saint-Antoine u Salignac ingħaqdu u saru l-muniċipalità ta’ Val de Virvée.

Il-muniċipalitajiet ta’ Castets-en-Dorthe u Castillon-de-Castets ingħaqdu u saru l-muniċipalità ta’ Castets u Castillon.

Il-muniċipalità ta’ Civrac-de-Dordogne nbidlet għal Civrac-sur-Dordogne.

Il-punt 2.6 tad-Dokument Uniku huwa emendat kif xieraq.

3.   Rabta mal-oriġini

Deskrizzjoni u raġunijiet tal-emenda

Fl-ewwel paragrafu tal-punt X(1)(a) tal-ewwel kapitlu tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-għadd ta’ muniċipalitajiet taż-żona ġeografika nbidel minn 501 għal 497 muniċipalità wara l-fużjoni tal-muniċipalitajiet, u minn 542 għal 538 għall-għadd totali ta’ muniċipalitajiet tad-dipartiment ta’ Gironde.

Il-punt 2.8 tad-Dokument Uniku huwa emendat kif xieraq.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet

Crémant de Bordeaux (fr)

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ oriġini protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbejjed frizzanti ta’ kwalità bojod jew rożè

L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ ≥ 9 %.

Wara l-fermentazzjoni fil-flixkun, l-inbejjed ikollhom:

qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ ≥ 11 %;

kontenut ta’ aċidità volatili ta’ ≤ 18 meq/L;

kontenut totali ta’ diossidu tal-kubrit ta’ ≤ 150 mg/L;

f’każ ta’ arrikkiment tal-most, qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ ≤ 13 %.

L-inbejjed għandhom kuluri jgħajtu, b’ragħwa persistenti, u jħallu togħma dejjiema u ta’ frott.

L-inbejjed bojod huma kkaratterizzati minn bżieżaq żgħar u semifrizzanti, u huma friski u aġitati, b’mod partikolari meta jsiru mill-varjetajiet tad-dwieli “sauvignon B” u “sémillon B”. Waqt il-maturazzjoni fil-karfa tal-inbid, jidhru noti aromatiċi aktar maturi, li spiss ikunu akkumpanjati minn noti ta’ butir jew ta’ ħobż mixwi.

L-inbejjed rożè huma magħmulin prinċipalment minn varjetajiet tad-dwieli “merlot N” u “cabernet franc N”, u għandhom togħma ta’ frott. Dawn l-inbejjed huma maħsuba biex jinxtorbu ftit wara li jiġu prodotti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% ta’ volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Diossidu tal-kubrit totali massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.    Prattiki enoloġiċi essenzjali

Densità ta’ tħawwil

Distanza

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru; id-distanza bejn ir-ringieli ma tistax tkun akbar minn 2,50 metri, u d-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela ma tistax tkun inqas minn 0,85 metri;

Din id-densità ta’ tħawwil tista’ titnaqqas għal 3 300 pjanta għal kull ettaru; f’dan il-każ, id-distanza bejn ir-ringieli ma tistax tkun akbar minn 3 metri, u d-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela ma tistax tkun inqas minn 0,85 metri.

Regoli taż-żbir

Prattika tal-kultivazzjoni

Huma permessi biss iż-żabra b’fergħat qosra u ż-żabra b’fergħat twal.

Għall-varjetajiet tad-dwieli “merlot N”, “muscadelle B” u “sémillon B”, l-għadd ta’ rimjiet fiż-żabra ma jistax jaqbeż il-50 000 għal kull ettaru u l-20 għal kull pjanta.

Għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra, l-għadd ta’ rimjiet fiż-żabra ma jistax jaqbeż is-60 000 għal kull ettaru u t-22 għal kull pjanta.

Iż-żbir isir l-aktar tard fl-istadju meta l-weraq ikun mifrux (l-istadju 9 ta’ Lorenz).

Trasport tal-għeneb li jrid jinħasad

Prattika tal-kultivazzjoni

L-għeneb jiġi ttrasportat f’kontenituri li jnixxu li ma għandhomx jaqbżu għoli tat-tagħbija ta’ 0,6 metru.

Wasla tal-għeneb u għasir

Prattika enoloġika speċifika

L-għeneb maħsub għall-produzzjoni tal-inbejjed bojod jinxterdu sħaħ fil-pressa għall-għasir tal-inbid.

L-użu ta’ kwalunkwe sistema ta’ tneħħija tal-ilma u ta’ tisħiq b’kamin elikojdali huwa pprojbit.

L-użu ta’ kwalunkwe sistema ta’ għasir tal-għeneb li jrid jinħasad b’kamin elikojdali jew pressi għall-għasir tal-inbid bi ktajjen huwa pprojbit.

Sistema ta’ peżar hija obbligatorja u għanda tkun adattata għat-tip tal-kontenituri li jintużaw għall-għeneb li jrid jinħasad.

It-tfigħ u t-tressiq tal-għeneb permezz ta’ konvejer fil-pressa għall-għasir tal-inbid għandhom jirrispettaw l-integrità tal-għeneb. B’mod partikolari, kwalunkwe sistema jew mezz “kontra l-imblukkar” li jaffettwaw l-integrità tal-għenba għandhom jiġu riveduti jew eliminati.

It-tagħbija tal-pressa għall-għasir tal-inbid għandha ssir f’darba biss bil-kwantità li tikkorrispondi għall-kapaċità tagħha. It-tagħbija bi kwantità iżgħar hija eċċezzjoni.

Il-frazzjonament tal-most huwa obbligatorju.

Il-meraq tal-frott mill-għasir awtomatiku, li jirriżulta mis-sistema ta’ tressiq tal-għeneb li jrid jinħasad permezz ta’ konvejer, jiġi separat. Dan il-meraq tal-frott mill-għasir awtomatiku ma jitqiesx fil-kalkolu tal-volum ta’ “għasir finali”. Jittieħed għad-distillazzjoni qabel il-31 ta’ Lulju tas-sena tal-inbid kurrenti.

Ħasil ta’ kuljum tal-pressa għall-għasir tal-inbid huwa obbligatorju.

Ħasil ta’ kuljum tal-kontenituri tal-għeneb li jrid jinħasad huwa obbligatorju.

L-art tal-post fejn jintlaqa’ l-għeneb u dik tal-kamra tal-għasir għandha tkun faċli biex titnaddaf.

Arrikkiment

Prattika enoloġika speċifika

Għall-inbejjed ta’ bażi arrikkiti, il-kontenut ta’ zokkor fermentabbli huwa ta’ ≤ 5 g/l.

Wara l-fermentazzjoni fil-flixkun, fil-każ ta’ arrikkiment tal-most, l-inbejjed ma għandhomx jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13 %.

b.    Rendimenti massimi għal kull ettaru

78 ettolitru għal kull ettaru.

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni, il-maturazzjoni u l-ippakkjar tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Gironde fuq il-bażi tal-Kodiċi ġeografiku uffiċjali bid-data tad-19 ta’ Ġunju 2017:

Abzac, Aillas, Ambarès-et-Lagrave, Ambès, Anglade, Arbanats, Arbis, Arcins, Arsac, Artigues-près-Bordeaux, Arveyres, Asques, Aubiac, Auriolles, Auros, Avensan, Ayguemorte-les-Graves, Bagas, Baigneaux, Barie, Baron, Barsac, Bassanne, Bassens, Baurech, Bayas, Bayon-sur-Gironde, Bazas, Beautiran, Bégadan, Bègles, Béguey, Bellebat, Bellefond, Belvès-de-Castillon, Bernos-Beaulac, Berson, Berthez, Beychac-et-Caillau, Bieujac, Birac, Blaignac, Blaignan, Blanquefort, Blasimon, Blaye, Blésignac, Bommes, Bonnetan, Bonzac, Bordeaux, Bossugan, Bouliac, Bourdelles, Bourg, Branne, Brannens, Braud-et-Saint-Louis, Brouqueyran, Bruges, Budos, Cabanac-et-Villagrains, Cabara, Cadarsac, Cadaujac, Cadillac, Cadillac-en-Fronsadais, Camarsac, Cambes, Camblanes-et-Meynac, Camiac-et-Saint-Denis, Camiran, Camps-sur-l’Isle, Campugnan, Canéjan, Cantois, Capian, Caplong, Carbon-Blanc, Cardan, Carignan-de-Bordeaux, Cars, Cartelègue, Casseuil, Castelmoron-d’Albret, Castelnau-de-Médoc, Castelviel, Castets et Castillon, Castillon-la-Bataille, Castres-Gironde, Caudrot, Caumont, Cauvignac, Cavignac, Cazats, Cazaugitat, Cénac, Cenon, Cérons, Cessac, Cestas, Cézac, Chamadelle, Cissac-Médoc, Civrac-de-Blaye, Civrac-sur-Dordogne, Civrac-en-Médoc, Cleyrac, Coimères, Coirac, Comps, Coubeyrac, Couquèques, Courpiac, Cours-de-Monségur, Cours-les-Bains, Coutras, Coutures, Créon, Croignon, Cubnezais, Cubzac-les-Ponts, Cudos, Cursan, Cussac-Fort-Médoc, Daignac, Dardenac, Daubèze, Dieulivol, Donnezac, Donzac, Doulezon, Escoussans, Espiet, Etauliers, Eynesse, Eyrans, Eysines, Faleyras, Fargues, Fargues-Saint-Hilaire, Flaujagues, Floirac, Floudès, Fontet, Fossés-et-Baleyssac, Fours, Francs, Fronsac, Frontenac, Gabarnac, Gaillan-en-Médoc, Gajac, Galgon, Gans, Gardegan-et-Tourtirac, Gauriac, Gauriaguet, Générac, Génissac, Gensac, Gironde-sur-Dropt, Gornac, Gours, Gradignan, Grayan-et-l’Hôpital, Grézillac, Grignols, Guillac, Guillos, Guîtres, Haux, Hure, Illats, Isle-Saint-Georges, Izon, Jau-Dignac-et-Loirac, Jugazan, Juillac, La Brède, La Lande-de-Fronsac, La Réole, La Rivière, La Roquille, La Sauve, Labarde, Labescau, Ladaux, Lados, Lagorce, Lalande-de-Pomerol, Lamarque, Lamothe-Landerron, Landerrouat, Landerrouet-sur-Ségur, Landiras, Langoiran, Langon, Lansac, Lapouyade, Laroque, Laruscade, Latresne, Lavazan, Le Bouscat, Le Fieu, Le Haillan, Le Nizan, Le Pian-Médoc, Le Pian-sur-Garonne, Le Pout, Le Puy, Le Taillan-Médoc, Le Tourne, Le Verdon-sur-Mer, Léogeats, Léognan, Les Artigues-de-Lussac, Les Billaux, Les Eglisottes-et-Chalaures, Les Esseintes, Les Lèves-et-Thoumeyragues, Les Peintures, Les Salles, Lesparre-Médoc, Lestiac-sur-Garonne, Libourne, Lignan-de-Bazas, Lignan-de-Bordeaux, Ligueux, Listrac-de-Durèze, Listrac-Médoc, Lormont, Loubens, Loupes, Loupiac, Loupiac-de-la-Réole, Ludon-Médoc, Lugaignac, Lugasson, Lugon-et-l’Ile-du-Carnay, Lussac, Macau, Madirac, Maransin, Marcenais, Marcillac, Margaux-Cantenac, Margueron, Marimbault, Marions, Marsas, Martignas-sur-Jalle, Martillac, Martres, Masseilles, Massugas, Mauriac, Mazères, Mazion, Mérignac, Mérignas, Mesterrieux, Mombrier, Mongauzy, Monprimblanc, Monségur, Montagne, Montagoudin, Montignac, Montussan, Morizès, Mouillac, Mouliets-et-Villemartin, Moulis-en-Médoc, Moulon, Mourens, Naujac-sur-Mer, Naujan-et-Postiac, Néac, Nérigean, Neuffons, Noaillac, Noaillan, Omet, Ordonnac, Paillet, Parempuyre, Pauillac, Pellegrue, Périssac, Pessac, Pessac-sur-Dordogne, Petit-Palais-et-Cornemps, Peujard, Pineuilh, Plassac, Pleine-Selve, Podensac, Pomerol, Pompéjac, Pompignac, Pondaurat, Porchères, Portets, Préchac, Preignac, Prignac-en-Médoc, Prignac-et-Marcamps, Pugnac, Puisseguin, Pujols, Pujols-sur-Ciron, Puybarban, Puynormand, Queyrac, Quinsac, Rauzan, Reignac, Rimons, Riocaud, Rions, Roaillan, Romagne, Roquebrune, Ruch, Sablons, Sadirac, Saillans, Saint-Aignan, Saint-André-de-Cubzac, Saint-André-du-Bois, Saint-André-et-Appelles, Saint-Androny, Saint-Antoine-du-Queyret, Saint-Antoine-sur-l’Isle, Saint-Aubin-de-Blaye, Saint-Aubin-de-Branne, Saint-Aubin-de-Médoc, Saint-Avit-de-Soulège, Saint-Avit-Saint-Nazaire, Saint-Brice, Saint-Caprais-de-Blaye, Saint-Caprais-de-Bordeaux, Saint-Christoly-de-Blaye, Saint-Christoly-Médoc, Saint-Christophe-de-Double, Saint-Christophe-des-Bardes, Saint-Cibard, Saint-Ciers-d’Abzac, Saint-Ciers-de-Canesse, Saint-Ciers-sur-Gironde, Sainte-Colombe, Saint-Côme, Sainte-Croix-du-Mont, Saint-Denis-de-Pile, Saint-Emilion, Saint-Estèphe, Saint-Etienne-de-Lisse, Sainte-Eulalie, Saint-Exupéry, Saint-Félix-de-Foncaude, Saint-Ferme, Sainte-Florence, Sainte-Foy-la-Grande, Sainte-Foy-la-Longue, Sainte-Gemme, Saint-Genès-de-Blaye, Saint-Genès-de-Castillon, Saint-Genès-de-Fronsac, Saint-Genès-de-Lombaud, Saint-Genis-du-Bois, Saint-Germain-de-Grave, Saint-Germain-de-la-Rivière, Saint-Germain-d’Esteuil, Saint-Germain-du-Puch, Saint-Gervais, Saint-Girons-d’Aiguevives, Sainte-Hélène, Saint-Hilaire-de-la-Noaille, Saint-Hilaire-du-Bois, Saint-Hippolyte, Saint-Jean-de-Blaignac, Saint-Jean-d’Illac, Saint-Julien-Beychevelle, Saint-Laurent-d’Arce, Saint-Laurent-des-Combes, Saint-Laurent-du-Bois, Saint-Laurent-du-Plan, Saint-Laurent-Médoc, Saint-Léon, Saint-Loubert, Saint-Loubès, Saint-Louis-de-Montferrand, Saint-Macaire, Saint-Magne-de-Castillon, Saint-Maixant, Saint-Mariens, Saint-Martial, Saint-Martin-de-Laye, Saint-Martin-de-Lerm, Saint-Martin-de-Sescas, Saint-Martin-du-Bois, Saint-Martin-du-Puy, Saint-Martin-Lacaussade, Saint-Médard-de-Guizières, Saint-Médard-d’Eyrans, Saint-Médard-en-Jalles, Saint-Michel-de-Fronsac, Saint-Michel-de-Lapujade, Saint-Michel-de-Rieufret, Saint-Morillon, Saint-Palais, Saint-Pardon-de-Conques, Saint-Paul, Saint-Pey-d’Armens, Saint-Pey-de-Castets, Saint-Philippe-d’Aiguille, Saint-Philippe-du-Seignal, Saint-Pierre-d’Aurillac, Saint-Pierre-de-Bat, Saint-Pierre-de-Mons, Saint-Quentin-de-Baron, Saint-Quentin-de-Caplong, Sainte-Radegonde, Saint-Romain-la-Virvée, Saint-Sauveur, Saint-Sauveur-de-Puynormand, Saint-Savin, Saint-Selve, Saint-Seurin-de-Bourg, Saint-Seurin-de-Cadourne, Saint-Seurin-de-Cursac, Saint-Seurin-sur-l’Isle, Saint-Sève, Saint-Sulpice-de-Faleyrens, Saint-Sulpice-de-Guilleragues, Saint-Sulpice-de-Pommiers, Saint-Sulpice-et-Cameyrac, Sainte-Terre, Saint-Trojan, Saint-Vincent-de-Paul, Saint-Vincent-de-Pertignas, Saint-Vivien-de-Blaye, Saint-Vivien-de-Médoc, Saint-Vivien-de-Monségur, Saint-Yzan-de-Soudiac, Saint-Yzans-de-Médoc, Salaunes, Salleboeuf, Samonac, Saucats, Saugon, Sauternes, Sauveterre-de-Guyenne, Sauviac, Savignac, Savignac-de-l’Isle, Semens, Sendets, Sigalens, Sillas, Soulac-sur-Mer, Soulignac, Soussac, Soussans, Tabanac, Taillecavat, Talais, Talence, Targon, Tarnès, Tauriac, Tayac, Teuillac, Tizac-de-Curton, Tizac-de-Lapouyade, Toulenne, Tresses, Uzeste, Val de Virvée, Valeyrac, Vayres, Vendays-Montalivet, Vensac, Vérac, Verdelais, Vertheuil, Vignonet, Villandraut, Villegouge, Villenave-de-Rions, Villenave-d’Ornon, Villeneuve, Virelade, Virsac, Yvrac.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli ewlenin li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Sauvignon gris G

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Iż-żona ġeografika tgawdi minn kundizzjonijiet klimatiċi privileġġati relattivament omoġenji għall-produzzjoni tal-vitikultura, peress li tinsab qrib korpi tal-ilma kbar (l-oċean Atlantiku, l-estwarju ta’ Gironde, il-widien ta’ Garonne u ta’ Dordogne) li għandhom rwol importanti fir-regolazzjoni tat-temperatura. Madankollu, l-influwenzi oċeaniċi li jimmoderaw il-ġlata tar-rebbiegħa jonqsu hekk kif wieħed jitbiegħed mill-baħar u mill-widien ewlenin, u jersaq lejn il-foresti ta’ Landes, ta’ Saintonge u ta’ Double Périgourdine. Dawn il-karatteristiċi jispjegaw għaliex fit-tarf tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar/Nofsinhar Lbiċ taż-żona ġeografika ftit jitħawlu dwieli. Dan jestendi fuq it-territorju ta’ 497 mill-538 muniċipalità tad-dipartiment ta’ Gironde, eskluża n-naħa tal-Lbiċ tad-dipartiment, li m’għandhiex vokazzjoni għall-vitikultura, u li hija riżervata għas-silvikultura.

Mis-sekli sbatax u tmintax, il-varjetajiet tad-dwieli ta’ Bordeaux li kienu jitkabbru fi klima oċeanika kienu jeħtieġu arbli ta’ appoġġ, u suċċessivament użu mifrux ta’ rbit biex jiġi żgurat tqassim tajjeb tal-għeneb li jrid jinħasad u wiċċ tal-werqa kbir biżżejjed għall-klorofilljana korretta biex tiġi żgurata maturità ottimali.

Il-ħsad li jsir meta l-għeneb ikun laħaq maturità ottimali jiżgura bilanċ tajjeb ħafna bejn iz-zokkor u l-aċidità, li huwa meħtieġ kemm għall-finijiet ta’ freskezza kif ukoll ta’ fermentazzjoni fil-flixkun tajba.

It-tipi differenti ta’ ħamrija u l-esponimenti varji wasslu għall-għażla u għall-adattament ta’ varjetajiet tad-dwieli differenti skont il-karatteristiċi tal-ambjent, u jispjegaw l-orjentazzjoni storika lejn l-inbejjed ta’ taħlita. Għalhekk jistgħu jiġu identifikati erba’ tipi differenti:

il-ħamrija tat-tafal u tal-franka u l-ħamrija b’taħlita ta’ tafal u ġir u tal-franka, mifruxa ħafna fuq l-għoljiet fejn hemm għadd kbir ta’ “merlot N”;

il-ħamrija tas-silika mħallta mat-tafal u ma’ elementi tal-franka perfetta pereżempju għall-“merlot N” u għas-“sauvignon B”;

il-ħamrija taflija ramlija (“boulbènes”) b’elementi tas-silika fini hija ħamrija aktar ħafifa adattata għall-produzzjoni tal-inbejjed ta’ bażi li ġejjin minn varjetajiet tad-dwieli bojod;

il-ħamrija biż-żrar, magħmula minn żrar, kwarz irrumblat u ramel kemxejn oħxon tikkostitwixxi għelieqi mtarrġa mnixxfin sew, sħan u perfetti b’mod partikolari għad-dielja u għall-“cabernet sauvignon N”.

B’din l-esperjenza fil-vinifikazzjoni separata tal-varjetajiet tad-dwieli, il-produtturi jidderieġu t-taħlitiet tagħhom, li l-kompożizzjoni tagħhom hija r-riżultat ta’ għarfien espert użat b’mod eċċellenti, skont il-varjetajiet tad-dwieli u s-sena tal-produzzjoni, biex tiġi żgurata ċerta konsistenza fil-bilanċ bejn l-aċidità u t-togħma ta’ frott tal-inbejjed.

Il-preżervazzjoni tal-integrità tal-għenba, mill-ġbir u waqt it-trasport, u r-regoli dwar l-għasir irregolati b’mod strett mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, jiggarantixxu ċ-ċarezza tal-meraq tal-frott. L-użu limitat ta’ sulfitazzjoni huwa essenzjali għall-kwalità tal-fermentazzjoni fil-flixkun. Il-maturazzjoni fil-karfa tal-inbid, billi jiġu żviluppati aromi terzjarji, issaħħaħ il-kumplessità tal-inbejjed.

Permezz tal-port tagħha u tar-rabtiet storiċi mill-qrib ma’ nazzjonijiet oħra li malajr iġġeneraw kummerċ strutturat u b’saħħtu, il-vinja ta’ Bordeaux dejjem laħqet il-bqija tad-dinja, billi bbenefikat jew xerrdet innovazzjonijiet tekniċi, ħeġġet id-dinamiżmu tal-artijiet agrikoli, u b’hekk l-għarfien espert tagħha seta’ jissaħħaħ, jiżviluppa u jiġi esportat, filwaqt li jiġu rrispettati l-użi sekulari.

Minn mindu ġew stabbiliti relazzjonijiet privileġġati mal-Ingilterra fis-seklu tnax sal-konkwista tas-swieq Asjatiċi li issa huma miftuħa għall-prodotti tal-inbid, il-produtturi tal-inbid ta’ Bordeaux għarfu jadattaw rwieħhom għall-iżviluppi fis-swieq filwaqt li rrispettaw l-ambjent li fih tħawlet il-vinja. Għalhekk, id-diversità tal-prodotti hija kbira u l-“Crémants de Bordeaux”, li l-volum tagħhom qed jiżdied jirriflettu dan id-dinamiżmu.

Minkejja li jirrappreżenta biss parti mill-produzzjoni tal-vitikultura tar-reġjun ta’ Bordeaux, il-“Crémant de Bordeaux” juri r-rikkezza tal-potenzjal tal-varjetajiet tad-dwieli tradizzjonali u l-kapaċità storika ta’ approprjazzjoni tat-tekniki tal-vinifikazzjoni u ta’ innovazzjoni mill-produtturi tal-inbid ta’ Bordeaux. Abjad jew rożè, il-“Crémant de Bordeaux” jgħaqqad il-varjetajiet tad-dwieli ta’ Bordeaux mal-metodi ta’ vinifikazzjoni ta’ fermentazzjoni fil-flixkun tradizzjonali.

Il-“Crémant de Bordeaux” huwa nbid b’kulur jgħajjat, b’ragħwa persistenti u jħalli togħma dejjiema u ta’ frott.

Ikkaratterizzati minn bżieżaq żgħar u semifrizzanti, l-inbejjed bojod huma nbejjed friski u aġitati, b’mod partikolari meta jsiru mill-varjetajiet tad-dwieli “sauvignon B” u “sémillon B”.

Waqt il-maturazzjoni fil-karfa tal-inbid, jidhru noti aromatiċi aktar maturi, li spiss ikunu akkumpanjati minn noti ta’ butir jew ta’ ħobż mixwi.

L-inbejjed rożè huma magħmulin prinċipalment minn varjetajiet tad-dwieli “merlot N” u “cabernet franc N” u għandhom togħma ta’ frott. Dawn l-inbejjed huma maħsuba biex jinxtorbu ftit wara li jiġu prodotti.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Tikkettar

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta huwa miktub fuq it-tapp tas-sufra, fuq il-parti tal-għonq tal-flixkun.

L-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jistgħu jispeċifikaw fuq it-tikketti tagħhom l-unità ġeografika usa’ ta’ “Vin de Bordeaux” jew ta’ “Grand Vin de Bordeaux”. Id-daqs tal-ittri għall-unità ġeografika usa’ ma għandux ikun akbar, fl-għoli jew fil-wisa’, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jifformaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta.

Ippakkjar

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:

L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-operazzjonijiet kollha tal-produzzjoni, tal-ġbir tal-għeneb sat-tiswib jitwettqu fiż-żona ġeografika.

L-inbejjed jiġu prodotti esklussivament permezz tat-tieni fermentazzjoni fi fliexken tal-ħġieġ.

L-ippakkjar tal-inbejjed isir fiż-żona ġeografika minħabba l-proċess tal-produzzjoni permezz tat-tieni fermentazzjoni fil-fliexken.

L-ibbottiljar fil-fliexken tal-ħġieġ, li fihom issir il-fermentazzjoni fil-flixkun, jista’ jsir biss 3 xhur wara d-data tal-ħsad u mhux qabel l-1 ta’ Diċembru ta’ wara l-ġbir.

L-inbejjed jitpoġġew fis-suq għall-klijent fi tmiem perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 12-il xahar mid-data tal-ibbottiljar, inkluż mill-inqas xahar wara t-tiswib.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-34a23afb-32d1-416e-a4e3-e3861c548a21


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.