|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 229/01 |
Avviż tal-Kummissjoni — Linji Gwida Tekniċi dwar il-Protezzjoni tad-Data skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 ( 1 ) |
|
|
2019/C 229/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9252 — CMOC/IXM) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 229/03 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 229/04 |
|
|
Rettifika |
|
|
2019/C 229/05 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229/1 |
AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI
Linji Gwida Tekniċi dwar il-Protezzjoni tad-Data skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 229/01)
Dan id-dokument jipprovdi lill-Istati Membri u lill-applikanti gwida dwar il-proċeduri u l-politiki dwar id-diversi elementi tal-protezzjoni tad-data, kif relatati mal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Dan jikkunsidra l-applikazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet legali tal-Artikoli 59 – 62 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Fid-dokument kollu, ir-referenzi għall-Artikoli jirreferu għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 sakemm ma jkunx imsemmi mod ieħor.
Dawn il-Linji Gwida huma maħsuba biex jgħinu lill-Istati Membri japplikaw b'mod konsistenti, u għall-applikanti biex jifhmu dawn ir-regoli. Dan ma jipproduċi l-ebda effett legalment vinkolanti.
Dan id-dokument ikopri żewġ oqsma ewlenin;
|
— |
It-Taqsima 1 — tispjega l-perjodi ta' protezzjoni applikati għall-istudji f'ċirkostanzi differenti — “għaliex, meta u għal kemm”; |
|
— |
It-Taqsima 2 — kjarifika tal-proċeduri speċjali u d-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-kondiviżjoni ta' data dwar l-annimali vertebrati. |
Sa mill-adozzjoni tal-ewwel Dokument ta' gwida (2) fl-2013, l-Istati Membri kisbu esperjenza u d-dokument għandu jiġi aġġornat. L-użu ta' dawn il-Linji Gwida riveduti huwa rrakkomandat għall-applikanti u l-Istati Membri għal kwalunkwe applikazzjoni għal sustanza attiva u/jew prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ppreżentata wara t-3 ta' Ottubru 2019.
Dan id-dokument huwa maħsub biex jgħin lin-negozji u lill-awtoritajiet nazzjonali fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, b'mod aktar speċifiku l-Artikoli 59-62 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni tal-liġi tal-Unjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
L-istorja tar-reviżjoni
Il-partijiet li ġejjin ġew riveduti meta mqabbel mal-ewwel verżjoni tad-dokument bid-data mill-1 ta' Frar 2013 (2).
|
Meta |
Xiex |
|
It-3 ta' Lulju 2019. |
Bidla fid-dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tad-data konfermatorja. Kjarifika tar-rekwiżiti ġenerali għall-applikazzjoni ta' protezzjoni permezz ta' żieda fl-enfasi tal-paragrafu 6. Kjarifika ta' punti oħra tal-Linji Gwida tekniċi li tqajmu mill-Istati Membri, bis-saħħa tal-esperjenza miksuba tagħhom u waqt l-iżvilupp ta' linji gwida oħra, bħal dik fl-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Bidla tar-regoli biex jiġu aċċettati studji duplikati. |
Werrej
| TAQSIMA 1 PERJODI TA' PROTEZZJONI U KIF TAPPLIKAHOM | 2 |
| Status u ambitu ta' din il-gwida | 2 |
| Kuntest - id-dispożizzjonijiet legali | 3 |
| Kunsiderazzjonijiet ġenerali qabel issir talba għal u l-għoti ta' protezzjoni għal test jew studju | 3 |
| Tħejjija ta' lista ta' studji | 11 |
| Data tal-prodott jew sustanza attiva skont id-Direttiva 91/414/KEE | 11 |
| Sitwazzjonijiet speċjali - protezzjoni tad-data ta' data tal-Anness III f'Abbozz ta' Rapport ta' Valutazzjoni (DAR) (id-Direttiva 91/414/KEE) | 12 |
| Protezzjoni tad-data f'tiġdid tal-awtorizzazzjoni | 12 |
| TAQSIMA 2 KONDIVIŻJONI TA' DATA DWAR L-ANNIMALI VERTEBRATI | 13 |
| Meta japplikaw ir-regoli ta' kondiviżjoni ta' data dwar l-annimali vertebrati? | 13 |
| Liema tip ta' studji fuq l-annimali vertebrati huma inklużi skont id-dispożizzjonijiet speċjali? | 13 |
| Kif applikant potenzjali jiddetermina jekk humiex disponibbli studji fuq l-annimali vertebrati? | 14 |
| X'inhuma r-rekwiżiti għal applikant prospettiv? | 14 |
| Min għandu jkun involut fin-negozjati għal aċċess? | 15 |
| X'jagħmel l-Istat Membru biex jiddetermina jekk sarx “kull sforz”? | 15 |
| Rekwiżiti biex tiġi aċċettata applikazzjoni | 15 |
| Ħruġ ta' awtorizzazzjoni | 15 |
| Aċċettazzjoni ta' studji fuq l-annimali vertebrati duplikati | 15 |
| Appendiċi – ittra standard lis-sid tad-data dwar l-annimali vertebrati | 17 |
TAQSIMA 1
PERJODI TA' PROTEZZJONI U KIF TAPPLIKAHOM
Status u ambitu ta' din il-gwida
|
1. |
Dan id-dokument jipprovdi lill-Istati Membri u lill-applikanti gwida dwar il-proċeduri u l-politiki dwar id-diversi elementi tal-protezzjoni tad-data, kif relatati mal-leġiżlazzjoni dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Dan jikkunsidra l-applikazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet legali tal-Artikoli 59 – 62 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fid-dokument kollu, ir-referenzi għall-Artikoli jirreferu għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 sakemm ma jkunx imsemmi mod ieħor. |
|
2. |
Dawn il-Linji Gwida huma maħsuba biex jgħinu lill-Istati Membri japplikaw b'mod konsistenti, u għall-applikanti biex jifhmu dawn ir-regoli. |
|
3. |
Dan id-dokument ikopri żewġ oqsma ewlenin:
|
Kuntest - id-dispożizzjonijiet legali
|
4. |
Mill-14 ta' Ġunju 2011, id-dispożizzjonijiet kollha dwar il-protezzjoni tad-data huma lleġiżlati mill-Artikoli 59 – 62 (il-Kapitolu 5) u l-Artikolu 80 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament”).
|
|
5. |
Għal xi żmien (sakemm jitlestew il-miżuri tranżizzjonali) l-Istati Membri għandhom jirriflettu d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data taħt tliet reġimi ta' protezzjoni tad-data:
|
Kunsiderazzjonijiet ġenerali qabel issir talba għal u l-għoti ta' protezzjoni għal test jew studju
|
6. |
Ir-Regolament jispeċifika li sabiex wieħed ikun eleġibbli għal testijiet u studji ta' protezzjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
It-talba għall-protezzjoni tad-data u jekk studji sottomessi ġewx protetti preċedentement għandha tiġi speċifikata mill-applikant fis-sottomissjonijiet tal-approvazzjoni u tal-awtorizzazzjoni tiegħu. L-applikant għandu wkoll jidentifika studji fuq annimali vertebrati. Jekk it-testijiet u l-istudji humiex GLP jew GEP u meħtieġa, għandu jiġi ddeterminat mill-Istat Membru Relatur/Stat Membru Relatur taż-Żona (RMS/ZRMS) (għall-approvazzjoni u l-valutazzjonijiet taż-żona rispettivament), u rifless fil-listi ta' studji prodotti skont l-Artikolu 60 tar-Regolament. |
|
7. |
Huwa ta' importanza kbira li l-Istati Membri jikkunsidraw b'attenzjoni l-kuntest li fih id-data ġiet sottomessa sabiex japplikaw b'mod korrett il-perjodi ta' protezzjoni. Hawn taħt tista' ssib sommarju ta' diversi xenarji differenti għas-sottomissjoni tad-data, u l-protezzjoni tad-data applikata f'kull każ:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
29. |
Prinċipju ġenerali wieħed tal-protezzjoni tad-data li japplika b'mod indaqs għad-Direttiva 91/414/KEE u r-Regolament huwa li ladarba test jew rapport ta' studju jkun intuża u ġie protett skont il-leġiżlazzjoni PPP fi Stat Membru, l-istudju m'għandux jiġi protett aktar permezz ta' sottomissjoni ġdida fl-istess Stat Membru (8). |
|
30. |
Il-kwistjoni ta' jekk studju ntużax qabel (u rċieva protezzjoni preċedentement) hija kwistjoni kumplessa li tqajjem bosta diffikultajiet prattiċi għall-Istati Membri. Filwaqt li l-Istati Membri jistgħu jidentifikaw data ta' sustanza attiva li setgħet ġiet protetta preċedentement “fil-livell tal-UE”, jaf ma jkunux jistgħu jidentifikaw faċilment data li tintuża fuq livell nazzjonali biex tappoġġja l-awtorizzazzjonijiet. Għalhekk huwa kruċjali li l-applikant jitlob protezzjoni u jikkonferma b'mod preċiż permezz tas-sottomissjoni tiegħu lil dan l-Istat Membru jekk l-istudji ġewx protetti preċedentement f'dan l-Istat Membru jew fil-livell tal-UE (jew jekk il-protezzjoni skadietx) kif meħtieġ fl-Artikolu 59(3) tar-Regolament. Din il-kunsiderazzjoni tapplika b'mod partikolari għal data ta' sustanza attiva, data ta' prodott rappreżentattiva u data li ntużat preċedentement biex tappoġġja formulazzjonijiet/użi oħra. |
|
31. |
Jista' ma jkunx possibbli li l-Istati Membri jiċċekkjaw ta' spiss jekk kull studju sottomess ġiex protett preċedentement, għalhekk jistgħu jiddependu mill-informazzjoni pprovduta mill-applikant. Madankollu l-Istati Membri jistgħu jiċċekkjaw xi ftit minn din l-informazzjoni għall-preċiżjoni, u l-applikanti huma ġentilment imfakkra li l-għoti ta' talbiet konxjament foloz ta' protezzjoni tad-data jista' jwassal biex ma jkun hemm l-ebda awtorizzazzjoni/revoka tal-awtorizzazzjoni. |
|
32. |
Skont l-Artikolu 60, l-Istati Membri għandhom jippreparaw listi ta' studji protetti għal kull prodott awtorizzat. Ikun ta' prattika tajba li l-Istati Membri jikkonfermaw lid-detentur tal-awtorizzazzjoni, liema data ġiet protetta, għal kemm żmien u taħt liema reġim/xenarju tal-protezzjoni tad-data. |
|
33. |
Kalkoli tal-immudellar eż. kalkoli PEC (9) jew kalkoli OPEX (10) la huma testijiet u lanqas studji u ma jsirux skont l-istandards tal-GLP/GEP. Għalhekk, dawn ma jistgħux ikunu eleġibbli għall-protezzjoni tad-data. |
Tħejjija ta' lista ta' studji
|
34. |
Din hija koperta minn Dokument ta' Gwida (11) dwar it-tħejjija ta' listi ta' rapporti ta' testijiet u studji skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, miġbur fil-qosor hawn taħt:
|
Data tal-prodott jew sustanza attiva skont id-Direttiva 91/414/KEE
|
35. |
Il-protezzjoni tad-data skont id-Direttiva 91/414/KEE kienet u tiġi applikata fil-livell tal-Istati Membri, madankollu d-data tal-Anness II li għandha tiġi protetta kienet/tiġi determinata b'mod ċentrali (u skattata mid-data tal-inklużjoni/approvazzjoni), filwaqt li l-lista tal-protezzjoni tad-data tal-Anness III ġiet determinata mill-Istat Membru kkonċernat. |
|
36. |
Peress li l-protezzjoni tad-data skont id-Direttiva 91/414/KEE ġiet applikata b'mod differenti minn data ta' sustanza attiva u prodott, huwa meħtieġ li ssir distinzjoni ċara bejn iż-żewġ tipi ta' data. Essenzjalment id-data nqasmet f'data ta' “sustanza attiva” u tal-“prodott” minħabba l-punt tal-Anness li jindirizzaw fir-rekwiżiti tad-data. Kieku d-data kellha tiġi sottomessa biex tissodisfa rekwiżit tal-Anness II, din titiqes bħala data ta' “sustanza attiva”. Kieku d-data kellha tiġi sottomessa biex tissodisfa rekwiżit tal-Anness III, din titiqes bħala data tal-“prodott”. |
|
37. |
Xi rekwiżiti tad-data tal-Anness II jiġu sodisfatti permezz ta' data ġġenerata permezz ta' formulazzjoni ta' prodott speċifiku. Għalkemm id-data ġiet iġġenerata permezz ta' prodott, din għandha tiġi protetta bħala data ta' sustanza attiva, peress li ġiet iġġenerata biex tissodisfa rekwiżit tal-Anness II. Wieħed għandu jinnota li assorbiment dermali (prodott) u studji meżokożmi kienu/huma rekwiżiti tal-Anness III. |
|
38. |
Xi rekwiżiti tad-data tal-Anness II u III fil-qasam tar-residwi u d-destin u l-imġiba ambjentali kienu (huma) l-istess. F'din is-sitwazzjoni, il-kuntest tas-sottomissjoni jiddetermina l-istatus tal-protezzjoni. Data ta' residwi biex tappoġġja l-prodott/użu rappreżentattiv għall-inklużjoni fl-Anness I, meta tiġi sottomessa bħala punt tad-data tal-Anness II, tiġi protetta bħala data tal-Anness II. Data ta' residwi biex tappoġġja awtorizzazzjoni ta' prodott/użu tiġi protetta bħala data tal-Anness III. |
|
39. |
L-Artikolu 80(2) jippermetti li l-miżuri tal-protezzjoni tad-data nazzjonali skont id-Direttiva 91/414 (u qabel) jibqgħu jiġu applikati għal sustanza attiva għal perjodu ta' 5 (mill-approvazzjoni mill-ġdid ta' EAS) jew 10 (mill-ewwel approvazzjoni ta' NAS) snin. |
|
40. |
Essenzjalment, jekk is-sustanza attiva jew prodott kienu/jiġu vvalutati skont id-Direttiva 91/414/KEE (inkluż dawk is-sitwazzjonijiet koperti skont l-Artikolu 80(1), il-protezzjoni tad-data applikata għal din id-data għandha ssegwi “regoli nazzjonali 91/414”. Mar-reġistrazzjoni mill-ġdid, id-Direttiva 91/414/KEE speċifikat li data tal-Anness III ġdida jew addizzjonali għal reġistrazzjoni mill-ġdid ma tattirax protezzjoni addizzjonali (jiġifieri għaddiet id-data ta' skadenza għal protezzjoni mogħtija skont ir-regoli nazzjonali preċedenti). Madankollu, meta, f'reġistrazzjoni mill-ġdid, tintuża “forma” ġdida tal-prodott biex tissostitwixxi l-oriġinali, id-data l-ġdida meħtieġa biex tappoġġja dik li ssir l-ewwel awtorizzazzjoni għal din il-“forma” tal-prodott, tattira protezzjoni għal 10 snin skont l-Artikolu 13(4) (b) tad-Direttiva 91/414/KEE. F'bosta każijiet dan ifisser li d-data sottomessa biex tappoġġja reġistrazzjoni mill-ġdid hija protetta. F'dawn il-każijiet kollha l-unika data li tattira protezzjoni għandha tkun data li tgħaqqad li titqies essenzjali biex tistabbilixxi r-rilevanza tad-data fi prodotti preċedenti flimkien ma' data ġdida essenzjali fuq il-prodott li ma tistax tingħaqad minn data oħra dwar prodotti oħra. |
Sitwazzjonijiet speċjali - protezzjoni tad-data ta' data tal-Anness III f'Abbozz ta' Rapport ta' Valutazzjoni (DAR) (id-Direttiva 91/414/KEE)
|
41. |
L-applikazzjonijiet għall-inklużjoni skont id-Direttiva 91/414/KEE kienu jirrikjedu s-sottomissjoni u l-valutazzjoni ta' pakkett ta' data ta' “prodott rappreżentattiv” flimkien mas-sustanza attiva. Skont ir-regoli tad-Direttiva 91/414/KEE, din id-data m'għandhiex speċifikament tattira protezzjoni skont l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 91/414/KEE, peress li din id-data ma kinitx qed tintuża biex tappoġġja awtorizzazzjoni (huwa nnutat li din id-data setgħet attirat protezzjoni fuq livell nazzjonali skont l-Artikolu 13(4)(c) tad-Direttiva 91/414/KEE). |
|
42. |
Madankollu, meta l-istess data kienet/tiġi sottomessa sussegwentement fuq livell nazzjonali biex tappoġġja l-awtorizzazzjoni ta' prodott rappreżentattiv fi Stat Membru (jew bħala prodott ġdid jew f'reġistrazzjoni mill-ġdid), din tattira protezzjoni skont l-Artikolu 13(4)(b) tad-Direttiva 91/414/KEE). Għalhekk huwa possibbli li studji li ma attirawx protezzjoni fid-DAR jistgħu sussegwentement jattiraw protezzjoni fi Stat Membru meta jiġu sottomessi biex jappoġġjaw awtorizzazzjoni ta' prodott ġdid. L-applikanti għandhom ikunu jafu b'din id-differenza fl-approċċ bejn l-Istati Membri meta jikkwotaw data ta' prodott mid-DAR. Meta tali data tal-prodott tkun ġiet ikkwotata ma' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, għandu jkun ċar li l-istudji ġew ivvalutati fid-DAR, biex jippermettu lil kull Stat Membru jiddetermina l-istatus tal-protezzjoni tad-data nazzjonali tal-istudji. |
Protezzjoni tad-data f'tiġdid tal-awtorizzazzjoni
|
43. |
L-Artikolu 59 jiddikjara li għandha tingħata protezzjoni ta' 30 xahar lid-data kollha meħtieġa għat-tiġdid jew ir-reviżjoni ta' awtorizzazzjoni. Biex tappoġġja t-tiġdid ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva, se tiġi sottomessa data ta' sustanza attiva ġdida differenti (biex “taġġorna” l-pakkett tad-data għar-rekwiżiti moderni), u jista' wkoll ikun meħtieġ li tiġi sottomessa data tal-prodott waqt it-tiġdid tas-sustanza attiva u l-proċess tal-Artikolu 43 (għal darb'oħra biex “taġġorna” l-pakkett tad-data għall-istandards moderni). Jekk din id-data kienet meħtieġa biex tappoġġja t-tiġdid ta' awtorizzazzjoni, din tkun eleġibbli għall-protezzjoni ta' 30 xahar, applikata f'kull Stat Membru fid-data ta' tiġdid tal-awtorizzazzjoni. |
|
44. |
Biex jappoġġjaw il-prodotti li qed jiġġeddu, id-detenturi tal-awtorizzazzjoni kollha għandhom jagħmlu sottomissjoni biex jindirizzaw l-kwistjonijiet ta' “aġġornament”(ta' sustanza attiva u tal-prodott), fi żmien 3 xhur mid-data ta' tiġdid tal-approvazzjoni għas-sustanza attiva. Il-pakkett tad-data“ta' aġġornament” tas-sustanza attiva jista' jiġi protett (f'kull Stat Membru) malli jinħareġ l-ewwel tiġdid tal-awtorizzazzjoni jekk id-data titqies bħala meħtieġa għall-awtorizzazzjoni mill-ġdid tal-prodott. Kwalunkwe pakkett “ta' aġġornament” tal-prodott ta' akkumpanjament jista' jiġi protett (f'kull Stat Membru) malli jinħareġ l-ewwel tiġdid ta' dik l-awtorizzazzjoni tal-prodott f'dak l-Istat Membru. |
|
45. |
Għal PPPs li jkun fihom aktar minn sustanza attiva waħda fejn se ssir valutazzjoni tal-applikazzjoni għal tiġdid tal-awtorizzazzjoni wara t-tiġdid tal-applikazzjoni ta' kull sustanza attiva, kull waħda minn dawn it-tiġdidiet tal-awtorizzazzjoni tista' tiskatta protezzjoni tad-data. Fil-każ li t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni jsir biss wara t-tiġdid tat-tieni sustanza attiva, il-protezzjoni tad-data se tkopri d-data kollha sottomessa f'punti ta' żmien differenti iżda se tibda biss mid-data ta' tiġdid tal-awtorizzazzjoni. |
TAQSIMA 2
KONDIVIŻJONI TA' DATA DWAR L-ANNIMALI VERTEBRATI
Meta japplikaw ir-regoli ta' kondiviżjoni ta' data dwar l-annimali vertebrati?
|
46. |
L-Artikolu 62 tar-Regolament introduċa dispożizzjonijiet ġodda tal-kondiviżjoni ta' data dwar L-annimali vertebrati, sabiex inaqqas in-numru ta' testijiet li jsiru fuq L-annimali vertebrati. L-Istati Membri m'għandhomx jaċċettaw duplikazzjoni ta' testijiet u studji fuq annimali vertebrati jew dawk li bdew meta setgħu jintużaw b'mod raġonevoli metodi alternattivi deskritti fil-Komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni adottati skont il-punt 6 tal-Introduzzjoni tal-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 283/2013 (13), sal-punt 6 tal-Introduzzjoni tal-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2013 (14) u għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (15). L-Artikolu 62 jippermetti wkoll li l-Istati Membri jużaw studji fuq L-annimali vertebrati għall-iskop tal-applikazzjoni ta' applikant prospettiv li ma setax jilħaq ftehim dwar il-kondiviżjoni tad-data mas-sidien tad-data. |
|
47. |
Ir-regoli deskritti skont l-Artikolu 62 tar-Regolament mhumiex koperti taħt il-miżuri tranżizzjonali (l-Artikolu 80 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jirreferi biss għall-Artikoli 13 (1)-(4) bħala li jibqgħu japplikaw). L-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 91/414/KEE (relatat mal-kondiviżjoni ta' data dwar l-annimali vertebrati) ma tressaqx skont il-miżuri tranżizzjonali, għalhekk l-Artikolu 62 tar-Regolament japplika mill-14 ta' Ġunju 2011. Għalhekk l-Istati Membri għandhom japplikaw arranġamenti tad-data dwar l-annimali vertebrati tar-Regolament għas-sottomissjonijiet kollha li saru wara l-14 ta' Ġunju 2011, inkluż dawk għal:
|
|
48. |
Għal applikazzjonijiet ġodda li jsiru wara l-14 ta' Ġunju 2011, japplika l-Artikolu 62 u l-applikant jista' jitlob aċċess għal data li ġiet sottomessa ma' applikazzjonijiet qabel l-14 ta' Ġunju 2011. L-Artikolu 62 ma japplikax għal xi sottomissjoni li saret qabel l-14 ta' Ġunju 2011, inkluż dawk għal reġistrazzjonijiet mill-ġdid. Madankollu qabel dan, l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 91/414/KEE jħeġġeġ il-kondiviżjoni tad-data, b'mod partikolari fir-rigward ta' studji fuq l-annimali vertebrati. |
Liema tip ta' studji fuq l-annimali vertebrati huma inklużi skont id-dispożizzjonijiet speċjali?
|
49. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jipprevedi regoli speċifiċi li b'mod partikolari jikkonċernaw id-duplikazzjoni u l-kondiviżjoni ta' “testijiet u studji li jinvolvu l-annimali vertebrati” (ref. l-Artikolu 62(2), (3) u (4)). Tirriżulta l-kwistjoni dwar liema studji jitqiesu bħala “testijiet u studji li jinvolvu l-annimali vertebrati” fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Pereżempju fil-każ ta' monitoraġġ ta' għasafar u mammiferi fl-għelieqi, mhuwiex ċar ħafna jekk dawn jikkostitwux “testijiet u studji li jinvolvu l-annimali vertebrati”. |
|
50. |
It-termini “testijiet u studji li jinvolvu l-annimali vertebrati” għandhom jiġu interpretati bħala esperimenti fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 86/609/KEE dwar il-protezzjoni tal-annimali użati għall-għanijiet sperimentali u għanijiet oħra xjentifiċi (16) u wara l-1 ta' Jannar 2013 fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (17). |
|
51. |
Id-Direttiva 86/609/KEE tkopri annimali użati f'“esperimenti” definiti bħala “kwalunkwe użu ta' annimal għal għanijiet sperimentali jew għanijiet oħra xjentifiċi illi jistgħu jikkaġunawlu uġigħ, sofferenza, distress jew deni illi jdum żmien twil”. Mill-Artikoli 1(5)(f) u 3(1) tad-Direttiva 2010/63/UE, jekk l-istudju jinvolvi proċedura li se tikkawża lill-annimal uġigħ, sofferenza, skonfort jew deni li jdum żmien twil ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak ikkawżat minn introduzzjoni ta' labra, dan l-istudju huwa kopert mid-Direttiva 2010/63/UE. |
|
52. |
Bħala konklużjoni għall-istudji ta' monitoraġġ, l-istudji li jinvolvu proċedura(i) li tikkawża/jikkawżaw ċertu livell ta' skonfort, sofferenza jew deni li jdum żmien twil biss se jiġu koperti. (NB: Huwa importanti li jiġi nnutat li dan jinkludi wkoll interventi mhux invażivi bħal trażżin u/jew restrizzjonijiet għal abitazzjoni/kura jekk jintlaħaq il-livell limitu minimu ta' uġigħ, sofferenza, skonfort jew deni li jdum żmien twil). Fil-prattika, studji ta' monitoraġġ li jsiru bħala kundizzjoni tal-awtorizzazzjoni mogħtija preċedentement aktarx ma jiġux koperti. |
|
53. |
Finalment għal studji approvati u li jsiru wara l-1 ta' Jannar 2013, għandu jkun ċar liema studji huma kkonċernati minħabba li l-prestazzjoni tal-istudji li taqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2010/63/UE se tirrikjedi evalwazzjoni tal-proġett każ b'każ u awtorizzazzjoni qabel ix-xogħol li jkun qed jingħata permess li jinbeda. |
Kif applikant potenzjali jiddetermina jekk humiex disponibbli studji fuq l-annimali vertebrati?
|
54. |
L-Artikolu 61 tar-Regolament jintroduċi regoli ġenerali dwar l-evitar ta' ttestjar duplikat. Dan jirrikjedi li applikanti prospettivi għall-awtorizzazzjoni jikkonsultaw id-dettalji tal-prodotti awtorizzati fl-Istat(i) Membru(i) rilevanti. Meta prodotti awtorizzati jkun fihom l-istess sustanza attiva, aġent protettiv jew sinerġizzant bħala l-prodott prospettiv tagħhom l-applikanti għandhom jitolbu mill-Istat(i) Membru(i) lista ta' rapporti ta' testijiet u studji bħal dawk ippreparati skont l-Artikolu 60 sabiex jidentifikaw l-istudji li jista' jinkiseb aċċess għalihom skont l-Artikolu 61. |
|
55. |
Huwa nnutat li dawn il-listi jistgħu jkunu disponibbli għall-pubbliku (fuq siti web, eċċ.) għalhekk mhux dejjem jista' jkun meħtieġ li l-applikant prospettiv jitlob dawn il-listi. |
|
56. |
Skont ir-Regolament, RMS/ZRMS huma meħtieġa jipproduċu dawn il-listi ta' studji (ara Taqsima 2 ta' hawn fuq), madankollu dan ma kienx rekwiżit legali skont id-Direttiva 91/414/KEE. Filwaqt li l-listi ta' data tal-Anness II ġew ippreparati ta' spiss skont id-Dokument ta' gwida (18) fis-seħħ skont id-Direttiva, listi ta' data tal-prodott użati biex jappoġġjaw l-awtorizzazzjonijiet ma ġewx ippreparati ta' spiss fl-Istati Membri. Għalhekk informazzjoni relatata ma' data (b'mod partikolari tal-prodott) li tintuża biex tappoġġja l-awtorizzazzjonijiet qabel ir-Regolament tista' tkun diffiċli biex tiġi pprovduta/tinkiseb. Madankollu, biex jiżguraw li ma jsirx ittestjar duplikat fuq l-annimali vertebrati, l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforzi biex jipprovdu informazzjoni dwar studji fuq l-annimali vertebrati sottomessi/użati meta jintalbu. |
X'inhuma r-rekwiżiti għal applikant prospettiv?
|
57. |
L-Istat Membru jiddetermina jekk applikant huwiex applikant prospettiv. Filwaqt li applikant prospettiv jista' jitlob il-lista tad-data, dan għandu jipprovdi d-data kollha dwar l-identità u l-impuritajiet tas-sustanza attiva li jipproponi li juża qabel jista' jitqies bħala applikant prospettiv. Madankollu, mhuwiex rekwiżit għall-Istat Membru biex jaċċessa din id-data (jiġifieri jiddetermina ekwivalenza teknika) qabel l-applikant jitqies bħala applikant prospettiv. |
|
58. |
Wieħed għandu jinnota li l-Istat Membru jaf ma jkunx jista' jidentifika applikant prospettiv sakemm l-applikazzjoni tasal f'dan l-Istat Membru, għalhekk huwa importanti li l-Istat Membru jwissi lil sid id-data f'dan l-istadju sabiex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 61 2. Fl-Anness hija pprovduta ittra standard. |
|
59. |
Huwa importanti li l-applikanti kollha jiċċaraw il-pożizzjoni dwar l-aċċess għad-data fl-applikazzjoni tagħhom, peress li l-Istat Membri m'għandhomx jaċċettaw applikazzjoni mingħajr data, jew ittra għal aċċess, jew evidenza li l-istudji m'għadhomx protetti, jew (fil-każ ta' studji fuq l-annimali vertebrati) konferma li n-negozjati dwar l-aċċess ma rnexxewx (s'issa). |
|
60. |
L-applikant prospettiv għandu jikkuntattja lil sid id-data kemm jista' jkun kmieni sabiex jibda negozjati, qabel jagħmel l-applikazzjoni tiegħu. |
Min għandu jkun involut fin-negozjati għal aċċess?
|
61. |
L-Artikolu 62(3) jirrikjedi li l-applikant prospettiv u s-sidien tad-data jagħmlu “kull sforz” sabiex jiżguraw li dawn jikkondividu testijiet u studji fuq l-annimali vertebrati, u jispeċifika li l-ispejjeż għandhom jiġu ddeterminati b'“mod ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju”. Hemm obbligu għaż-żewġ partijiet ikkonċernati. Wieħed għandu jinnota li jista' jkun hemm bosta applikanti potenzjali li jinnegozjaw flimkien, b'mod simili s-sid tad-data jista' jkun magħmul minn bosta sidien tad-data (task force). |
|
62. |
Fejn meħtieġ, u jekk ikun disponibbli fl-Istat Membru, il-partijiet jistgħu jkunu jixtiequ jikkunsidraw il-parteċipazzjoni f'arbitraġġ bħala proċedura ta' soluzzjoni ta' tilwim alternattiva sabiex isolvu t-termini ta' kondiviżjoni ta' studji fuq l-annimali vertebrati. Peress li l-iskemi ta' arbitraġġ jiġu applikati fuq livell nazzjonali, id-deċiżjonijiet li jirriżultaw minn tali kunsiderazzjoni jistgħu japplikaw biss f'dak l-Istat Membru. Huwa nnutat ukoll li xi skemi ta' arbitraġġ jistgħu japplikaw biss għal kumpaniji bbażati f'dak l-Istat Membru. |
|
63. |
It-tilwim jista' jintuża wkoll biex jiġu ddeterminati l-ispejjeż, għalkemm dan għandu jsir bħala l-aħħar soluzzjoni, billi jiġi nnutat li tali proċedimenti jistgħu jattiraw spejjeż legali addizzjonali għaż-żewġ partijiet. |
|
64. |
Huwa importanti li l-kuntest ta' dawn in-negozjati jkun ċar għaż-żewġ partijiet; pereżempju, l-applikanti prospettivi għandhom jinfurmaw lis-sid tad-data jekk humiex ifittxu awtorizzazzjoni ta' prodott ġdid fl-Istati Membri kollha jew speċifiċi. Negozjati għal aċċess li jsiru storikament (eż. għal skopijiet ta' reġistrazzjoni mill-ġdid ta' “Stadju 1”) jistgħu ma jitqisux rilevanti għal dawk ta' sottomissjonijiet ta' prodott ġdid. |
X'jagħmel l-Istat Membru biex jiddetermina jekk sarx “kull sforz”?
|
65. |
L-Istat Membru m'għandux bżonn jiddetermina jekk sarx “kull sforz” miż-żewġ partijiet, peress li jekk ma jintlaħaqx ftehim, dan ma jipprevjenix lill-Istati Membri milli jieħdu l-azzjonijiet previsti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 62(4). |
Rekwiżiti biex tiġi aċċettata applikazzjoni
|
66. |
Huwa rekwiżit li l-applikazzjonijiet għandu jkun fihom dossier mimli għall-istudji kollha fuq annimali vertebrati u mhux vertebrati (jew aċċess għall-istess, jew issir referenza għal data mhux protetta). L-applikant potenzjali għandu jinforma lill-Istat Membru li ma rnexxilux jilħaq ftehim mas-sid tad-data dwar studji fuq l-annimali vertebrati, meta jissottometti l-applikazzjoni tiegħu. Dan se jindika lill-Istat Membru li qegħdin isiru negozjati, u li l-elementi kollha tal-pakkett tad-data ġew indirizzati mill-applikant (u li l-applikazzjoni hija aċċettabbli). F'każ li l-partijiet ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim, id-determinazzjoni ta' jekk sarx “kull sforz” issir rilevanti fil-valutazzjoni waqt arbitraġġ jew tilwim possibbli. |
Ħruġ ta' awtorizzazzjoni
|
67. |
Iż-żmien bejn l-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni u l-ħruġ tal-awtorizzazzjoni għandu jkun biżżejjed biex in-negozjati għal aċċess ikomplu sakemm tintlaħaq konklużjoni reċiprokament sodisfaċenti (għandhom jinħarġu ittri ta' aċċess). Madankollu fil-każ li n-negozjati għal aċċess jieħdu aktar fit-tul, l-Istati Membri jistgħu joħorġu l-awtorizzazzjoni mingħajr il-provvista ta' ittra ta' aċċess għal studji fuq annimali vertebrati. Jekk ikun xieraq, għandhom jiġu pprovduti ittri ta' aċċess għal studji mhux fuq l-annimali vertebrati (jew studji ekwivalenti). |
Aċċettazzjoni ta' studji fuq l-annimali vertebrati duplikati
|
68. |
L-Artikolu 62(2) jiddikjara li l-Istati Membri m'għandhomx jaċċettaw id-duplikazzjoni ta' testijiet u studji fuq l-annimali vertebrati jew dawk l-istudji fuq l-annimali vertebrati li jsiru meta ma setgħux jintużaw metodi (kalkolu) oħra minflok. Jekk jiġu sottomessi studji fuq l-annimali vertebrati, dan għandu jiġi ġġustifikat b'mod sħiħ (ara l-Artikolu 8(1)(d)). |
|
69. |
L-istudji fuq l-annimali vertebrati qatt m'għandhom jiġu aċċettati, sakemm ma jiġux iġġustifikati b'mod sħiħ (ara l-Artikolu 8(1)(d), jekk tapplika kwalunkwe waħda mill-kundizzjoni li ġejjin:
L-istudji fuq annimali vertebrati li jsiru għal reġimi regolatorji barra l-UE ma għandomx lanqas jiġu aċċettati meta tapplika xi waħda mill-kundizzjonijiet ta' hawn fuq. |
|
70. |
L-eċċezzjonijiet għar-regoli fil-paragrafu 69 huma:
|
|
71. |
L-applikanti għandhom dejjem juru li ppruvaw kull mezz biex jiskopru jekk hemmx formulazzjonijiet komparabbli li għalihom diġà teżisti data dwar annimali vertebrati. |
|
72. |
F'każ ta' applikazzjonijiet żonali, fejn possibbli, iż-ZRMS għandhom jirrakkomandaw waqt il-fażi ta' qabel is-sottomissjoni jekk l-applikant, qabel il-bidu ta' testijiet u studji fuq l-annimali vertebrati, kisibx biżżejjed informazzjoni mill-Istat(i) Membru(i) dwar rapporti ta' testijiet u studji eżistenti fuq l-annimali vertebrati (ara l-paragrafi 58-60 hawn fuq), jew ipprovdiex ġustifikazzjoni dwar għalfejn mhu mistenni l-ebda rapport ta' testijiet u studji eżistenti fuq l-annimali vertebrati (eż. fil-każ ta' sustanza attiva ġdida). |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(2) Guidance Document on Data Protection (Dokument ta' Gwida dwar il-Protezzjoni tad-Data) (SANCO/12576/2012– rev. 1.1, mill-1 ta' Frar 2013, https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/approval_active_substances/guidance_documents_en).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 93, 3.4.2013, p. 1).
(5) Guidance document on the procedures for submission and assessment of confirmatory information following approval of an active substance in accordance with Regulation (KE) Nru 1107/2009 (Dokument ta' gwida dwar il-proċeduri għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni ta' informazzjoni konfermatorja wara approvazzjoni ta' sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009) (SANCO/5634/2009 rev. 6.1 minn Diċembru 2013 jew aktar tard, https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/approval_active_substances/guidance_documents_en).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013, li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 93, 3.4.2013, p. 85).
(7) Guidance document on significant and non-significant changes of the chemical composition of authorised plant protection products (Dokument ta' gwida dwar tibdil sinifikanti u mhux sinifikanti tal-kompożizzjoni kimika ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzati) (SANCO 12638/2011, Novembru 2012, https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/approval_active_substances/guidance_documents_en).
(8) L-eċċezzjoni notevoli għal din ir-regola hija li skont ir-Regolament, il-perjodi ta' protezzjoni tad-data jistgħu jiġu estiżi bi tliet xhur għal kull estensjoni minuri ta' użu miżjuda mid-detentur tal-awtorizzazzjoni (meta tiġi sottomessa fi żmien 5 snin mill-awtorizzazzjoni tal-prodott).
(9) Konċentrazzjonijiet Ambjentali Previsti.
(10) Esponiment ta' operaturi, ħaddiema, min ikun għaddej u residenti.
(11) Guidance Document on Preparing Lists of Test and Study Reports according to Article 60 of Regulation (KE) Nru 1107/2009 (Dokument ta' Gwida dwar it-Tħejjija ta' Listi ta' Rapporti ta' Testijiet u Studji skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009) (SANCO/12580/2012– rev. 3.1, minn Mejju 2013 jew aktar tard, https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/approval_active_substances/guidance_documents_en).
(12) Ara l-paragrafi 54 sa 58 hawn taħt.
(13) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 93, 3.4.2013, p. 1).
(14) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013, li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 93, 3.4.2013, p. 85).
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(16) Id-Direttiva tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-annimali użati għall-għanijiet sperimentali u għanijiet oħra xjentifiċi (ĠU L 358, 18.12.1986, p. 1).
(17) Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).
(18) Guidance document on preparation of lists of studies relied upon with a view to Annex I-inclusion of existing active substances (Dokument ta' gwida dwar it-tħejjija ta' listi ta' studji li ntużaw bħala bażi bl-għan tal-inklużjoni tal-Anness I ta' sustanzi attivi eżistenti) (SANCO/10435/2004 15 ta' April 2005 rev 7, sostitwit mil-linji gwida tekniċi attwali).
Appendiċi
Ittra standard lis-sid tad-data dwar l-annimali vertebrati
Notifika ta’ applikazzjoni għal prodott ġdid - talba għal aċċess għal data dwar l-annimali vertebrati (għal prodott ġdid)
jew
Notifika ta’ talbiet għal awtorizzazzjoni kontinwa għal [daħal prodott jew sustanza attiva] - talba aċċess għal data dwar l-annimali vertebrati (għal reġistrazzjoni mill-ġdid)
[awtorità kompetenti] tixtieq tinnotifikak dwar applikazzjoni għal prodott ġdid/talba għal reġistrazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti eżistenti. L-isem u l-indirizz tal-applikant huma pprovduti hawn taħt:
[Daħħal l-isem u l-indirizz tal-applikant]
Dawn ikkonfermaw li qegħdin isiru negozjati biex jiġu aċċessatti l-istudji fuq l-annimali vertebrati protetti tiegħek. Dawn ipprovdew id-data kollha dwar l-identità u l-impuritajiet tas-sustanza attiva.
Filwaqt li se niżguraw li ġie pprovdut pakkett tad-data xieraq li jippermetti valutazzjoni skont il-Prinċipji Uniformi, inti ġentilment imfakkar li, skont l-Artikolu 62 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jekk ma jintlaħaqx ftehim dwar l-aċċess għal dawn l-istudji fuq l-annimali vertebrati inkwistjoni mhuwiex se jżommna milli nużaw dawn l-istudji f’isimhom.
Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jirrikjedi li l-applikanti u d-detenturi tal-awtorizzazzjoni jagħmlu “kull sforz biex jiżguraw irwieħhom li jikkondividu t-testijiet u l-istudji li jinvolvu l-annimali vertebrati” u nħeġġuk tidħol fi/tkompli n-negozjati malajr kemm jista’ jkun.
|
8.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229/18 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9252 — CMOC/IXM)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 229/02)
Fit-28 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9252. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229/19 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-5 ta’ Lulju 2019
(2019/C 229/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1260 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
121,77 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4635 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,89703 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,5575 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1126 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
141,70 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,6325 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,471 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
323,41 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2449 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7246 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,3135 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6057 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4712 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7758 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6912 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5282 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 318,43 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,8865 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7425 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,3975 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 899,68 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6566 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,664 |
|
RUB |
Rouble Russu |
71,5048 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
34,529 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,2895 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,3872 |
|
INR |
Rupi Indjan |
77,1095 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229/20 |
AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI — KONSULTAZZJONI PUBBLIKA
Isem mill-Messiku li jrid jiġi protett bħala Indikazzjoni Ġeografika ta’ xorb spirituż fl-Unjoni Ewropea
(2019/C 229/04)
Il-proċess ta’ aġġornament regolari tal-listi tax-xorb spirituż fl-Annessi I u II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tax-xorb spirituż tal-1997 (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim dwar l-Ispirti tal-1997”), il-Messiku ppreżenta, l-isem fit-tabella mehmuża, għall-protezzjoni skont il-Ftehim dwar l-Ispirti tal-1997). Il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qed tikkunsidra jekk hemmx bżonn li dan l-isem jiġi protett skont il-Ftehim dwar l-Ispirti tal-1997 bħala Indikazzjoni Ġeografika, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 22(1) tal-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ.
Il-Kummissjoni tistieden lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu, li hi residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, biex tressaq oppożizzjoni għal tali protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni sostanzjata kif xieraq.
Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jintbagħtu f’dan l-indirizz elettroniku: AGRI-A3@ec.europa.eu
Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni se jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq u jekk dawn juru li l-protezzjoni tal-isem propost tista’:
|
(a) |
toħloq kunflitt mal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza ta’ bhejjem u b’hekk x’aktarx tkun tqarraq bil-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott; |
|
(b) |
tkun kompletament jew parzjalment omonima mal-protezzjoni ta’ isem li diġà huwa protett fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/787 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), jew tkun tinsab fil-ftehimiet li l-Unjoni kkonkludiet mal-pajjiżi li ġejjin:
|
|
(c) |
fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama tal-marka kummerċjali u t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, tista’ tqarraq bil-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott; |
|
(d) |
tipperikola l-eżistenza ta’ isem jew ta’ marka kummerċjali kompletament jew parzjalment identika, jew tipperikola l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom fis-suq b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż; |
|
(e) |
jew jekk id-dikjarazzjonijiet jistgħu jagħtu dettalji li minnhom wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed titqies il-protezzjoni huwa ġeneriku. |
Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferi biss għat-territorju jew għat-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-protezzjoni possibbli ta’ dawn l-ismijiet fl-Unjoni Ewropea hija soġġetta għall-konklużjoni ta’ att legali li jemenda l-Annessi tal-Ftehim dwar l-Ispirti tal-1997.
Isem mill-Messiku li jrid jiġi protett bħala Indikazzjoni Ġeografika ta’ xorb spirituż fl-Unjoni Ewropea (14)
|
Isem |
Deskrizzjoni qasira |
|
Raicilla |
Xorb spirituż tal-Agave |
(1) ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ tal-prodotti agrikoli (ĠU L 136, 30.5.2009, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/265/UE tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 127, 14.5.2011, p. 1).
(4) Il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (ĠU L 346, 15.12.2012, p. 3).
(5) Il-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra - L-att finali (ĠU L 352, 30.12.2002, p. 3).
(6) Il-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (ĠU L 354, 21.12.2012, p. 3).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni 2013/490/UE, Euratom tat-22 ta’ Lulju 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (ĠU L 278, 18.10.2013, p. 14).
(8) Id-Deċiżjoni Nru 1/2016 tas-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tat-18 ta’ Ottubru 2016 li temenda l-Annessi XXX-C u XXX-D tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra [2016/2127] (ĠU L 335, 9.12.2016, p. 1).
(9) Id-Deċiżjoni Nru 1/2016 tas-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-10 ta’ Novembru 2016 li temenda l-Anness XVII-C u l-Parti B tal-Anness XVII-D tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra [2016/2128] (ĠU L 335, 9.12.2016, p. 133).
(10) Il-Ftehim addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat ta’ Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 270, 13.10.2007, p. 6).
(11) Il-Ftehim fil-Forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar ir-rikonixximent reċiproku ta’ ċerti spirti distillati/xorb spirituż (ĠU L 157, 24.6.1994, p. 37).
(12) Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar il-kummerċ tal-inbejjed u tax-xorb alkoħoliku (ĠU L 35, 6.2.2004, p. 3).
(13) Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3).
(14) Isem mogħti mill-awtoritajiet Messikani fil-qafas tal-aġġornament tal-Annessi I u II tal-Ftehim dwar l-Ispirti tal-1997. L-isem inkluż fil-lista huwa rreġistrat fil-Messiku.
Rettifika
|
8.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 229/22 |
Rettifika għas-Sejħa għall-proposti 2019 — EAC/A05/2018 — Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
(2019/C 229/05)
Fil-paġna 20, il-punt 5, Data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, l-entrata “Timijiet ta’ Volontarjat f’oqsma ta’ prijorità għolja”,
minflok:
“fit-28 ta’ Settembru 2019”,
aqra:
“fl-24 ta’ Jannar 2020”.