ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 225

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
5 ta' Lulju 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 225/01

Avviż tal-Kummissjoni — Dokument ta' gwida dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf

1

2019/C 225/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9362 — Suez Organique/Avril PA/Terrial) ( 1 )

29


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 225/03

Rata tal-kambju tal-euro

30


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 225/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9422 — Leonard Green & Partners/Ares Management Corporation/Press Ganey Associates) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

31

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 225/05

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

33

2019/C 225/06

Pubblikazzjoni tal-lista ta’ emendi standard fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għal inbejjed DOP u IĠP

38


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/1


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Dokument ta' gwida dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf

(2019/C 225/01)

Għan ta' dan id-dokument

Dan id-dokument huwa mmirat l-aktar lejn l-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-awtoritajiet kompetenti, u jimmira li jagħti gwida dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-iġjene tal-għalf b'mod partikolari dwar ir-reġistrazzjoni ta' stabbilimenti tal-għalf.

Nota

Dan id-dokument hu dokument li qed jevolvi u se jiġi aġġornat biex iqis l-esperjenzi u l-informazzjoni mill-Istati Membri, mill-awtoritajiet kompetenti, mill-operaturi tan-negozju tal-għalf u mid-Direttorat għall-Awditi u l-Analiżi tal-Ikel u tas-Saħħa tal-Kummissjoni.

Werrej

1.

INTRODUZZJONI 2

2.

DEFINIZZJONIJIET 3

3.

OBBLIGI TAL-OPERATURI TAN-NEGOZJU TAL-GĦALF 5

4.

PRODUZZJONI PRIMARJA 5

4.1.

Konsiderazzjonijiet ġenerali 5

4.2.

“Kwantitajiet żgħar” ta' produzzjoni primarja kif imsemmi fl-Artikolu 2.2(d) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf 6

4.3.

Attivitajiet fil-livell tal-farm li ma jitqisux bħala produzzjoni primarja 6

5.

ATTIVITAJIET ESKLUŻI MILL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAR-REGOLAMENT DWAR L-IĠJENE TAL-GĦALF 7

6.

REĠISTRAZZJONIJIET U APPROVAZZJONI TAL-ISTABBILIMENTI 7

6.1.

Ir-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti 7

6.1.1.

Reġistrazzjoni ta' kummerċjanti 8

6.1.2.

In-negozji tal-għalf u l-bejgħ fuq l-Internet 8

6.2.

L-approvazzjoni ta' stabbilimenti 8

6.2.2.

L-approvazzjoni ta' stabbilimenti skont il-liġi nazzjonali 10

7.

IL-BIDU TAL-KATINA TAL-GĦALF 10

7.1.

Prodotti sekondarji u ikel li ma għadux intiż għall-konsum mill-bniedem mill-industrija tal-ikel u tax-xorb bl-użi intiżi bħala materjal tal-għalf 11

7.1.1.

Prodotti sekondarji skont id-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (magħrufa bħala d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart-WFD) 11

7.1.2.

L-obbligi legali ewlenin 12

7.1.3.

Oġġetti tal-ikel li ma għadhomx intiżi għall-konsum mill-bniedem 12

7.2.

Eżempji ta' operaturi li jistgħu jew ma jistgħux jiġu rreġistrati fir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf 13

7.2.1.

Operaturi mhux tal-ikel li jfornu direttament jew indirettament parti mill-produzzjoni tagħhom lill-katina tal-għalf, iżda li l-attività ewlenija tagħhom mhix fil-qasam tal-għalf 13

7.2.2.

Stabbilimenti tal-ikel li jfornu parti mill-produzzjoni tagħhom lill-katina tal-għalf, iżda li l-attività ewlenija tagħhom mhix fil-qasam tal-għalf 14

7.2.3.

Impjanti tal-ipproċessar tal-prodotti sekondarji tal-annimali u impjanti oħra tal-ipproċessar li jfornu l-għalf lill-operaturi tan-negozju tal-għalf 16

8.

MISTOQSIJIET FREKWENTI — L-OPERATURI TAN-NEGOZJU TAL-GĦALF 16

9.

MISTOQSIJIET FREKWENTI — AWTORITAJIET KOMPETENTI 20

10.

GWIDI GĦAL PRATTIKA TAJBA 22

10.1.

Gwidi tal-UE 22

10.2.

Gwidi Nazzjonali 23
ANNESS I 24
Lista mhux eżawrjenti tar-regoli u l-kriterji skont il-liġi nazzjonali stabbilita minn xi Stati Membri fir-rigward tal-kwantitajiet żgħar kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2(d) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf 24
L-ISTATI MEMBRI TAL-UE 24
PAJJIŻI OĦRA TAŻ-ŻEE 25
ANNESS II 26
Listi ta' stabbilimenti rreġistrati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf 26
L-ISTATI MEMBRI TAL-UE 26
PAJJIŻI OĦRA TAŻ-ŻEE 27
ANNESS III 28
Ibbażat fuq l-Anness IV tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf dwar l-approvazzjoni ta' stabbilimenti tan-negozju tal-għalf (irreferi għall-Artikolu 10 tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf) 28

1.   INTRODUZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (1) (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf”) applikat mill-1 ta' Jannar 2006. Huwa jistabbilixxi l-ħtiġijiet tal-iġjene ġenerali li jridu jiġu segwiti mill-operaturi tan-negozju tal-għalf fl-istadji kollha tal-katina tal-għalf, minn u inkluż il-produzzjoni primarja tal-għalf, sa u inkluż, it-tqegħid tal-għalf fis-suq. Sa mill-adozzjoni tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati talbu lill-Kummissjoni biex tiċċara għadd ta' aspetti fih. L-għan ta' dan id-dokument ta' gwida huwa li jwieġeb għal dawn it-talbiet.

Dan id-dokument ta' gwida għandu l-għan li jindirizza dawn it-talbiet fi ħdan il-qafas ġuridiku eżistenti. Għalhekk, ma joħloqx dispożizzjonijiet legali ġodda, u lanqas ma jfittex li jkopri d-dispożizzjonijiet kollha dwar dawn il-kwistjonijiet fid-dettall. Barra minn hekk, f'xi każijiet il-formulazzjoni tad-dokument ta' gwida dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tal-operaturi ta' negozju tal-għalf, hija intiża biex tispjega xi marġni ta' manuvra sabiex l-Istati Membri japplikaw konsiderazzjonijiet tal-immaniġġjar tar-riskju skont il-valutazzjoni proprja tagħhom tas-sitwazzjoni jew tal-kundizzjonijiet fit-territorju tagħhom.

Dan id-dokument ta' gwida jimmira li jassisti lill-operaturi tan-negozju tal-għalf u lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fil-katina tal-ikel u tal-għalf biex jifhmu u japplikaw aħjar ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf b'mod korrett u uniformi. Madankollu, huwa importanti li wieħed jinnota li hija biss il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li hija intitolata biex tinterpreta d-dritt tal-Unjoni b'awtorità vinkolanti finali.

Sabiex wieħed jifhem sew l-aspetti differenti tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, hu essenzjali li jkun familjari wkoll ma' partijiet oħra tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u b'mod partikolari mal-prinċipji u mad-definizzjonijiet ta':

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (2) (ir-“Regolament dwar it-TSE”),

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (3) (magħruf ukoll bħala “l-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel” — GFL) (4),

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (5),

Ir-Regolament (KEE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali (6) (7),

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf (8),

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (9) (“ir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali”),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (10).

2.   DEFINIZZJONIJIET

“Iġjene fl-għalf” hija definita fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 bħala l-“miżuri u kundizzjonijiet neċessarji biex jiġu kkontrollati r-riskji u biex jiżguraw li l-għalf huwa tajjeb biex jittiekel minn annimali, kont meħud tal-użu li għalih huwa maħsub”;

“Għalf” (jew “għalf għall-ikel”) hija definita fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 bħala “kull sustanza jew prodott, inklużi addittivi, sew jekk ipproċessati, parzjalment ipproċessati jew mhux ipproċessati maħsuba biex jintużaw għat-tmigħ mill-ħalq tal-annimali”;

“Produzzjoni primarja tal-għalf” hija definita fl-Artikolu 3(f) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 bħala “il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli, li jinkludu b'mod partikolari t-tkabbir, il-ħsad, il-ħlib, it-trobbija ta' annimali (qabel il-qtil tagħhom) jew is-sajd li tirriżulta esklusivament fi prodotti li fuqhom ma jkunx hemm aktar proċessar wara l-ħsad, il-ġbir jew il-qbid, minbarra trattament sempliċiment fiżiku”;

“Negozju fl-għalf” hija definita fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 bħala “kull intrapriża sew bi profitt sew jekk le u kemm pubblika jew privata, li twettaq xi operazzjoni ta' produzzjoni, manifattura, ipproċessar, ħażna, trasport jew tqassim tal-għalf inkluż kull produttur li jipproduċi, jipproċessa jew jaħżen għalf għat-tmigħ lill-annimali fir-razzett tiegħu”;

“Operatur fis-suq tal-għalf” (11) hija definita fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, bħala “il-persuna naturali jew legali responsabbli biex tiżgura li l-ħtiġijiet tar-Regolament preżenti jiġu sodisfatti fin-negozju tal-għalf taħt il-kontroll tagħhom”;

“Tqegħid fis-suq” hija definita fl-Artikolu 3(8) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 bħala “iż-żamma ta' ikel jew għalf għall-għanijiet ta' bejgħ, inkluża l-offerta għall-bejgħ jew xi forma oħra ta' trasferiment, sew jekk bi ħlas sew jekk le, u l-bejgħ, tqassim u xi forma oħra tat-trasferiment innifsu”;

“Stabbiliment” hija definita fl-Artikolu 3(d) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 bħala “kull unità ta' negozju tal-għalf”;

“Awtorità kompetenti” hija definita fl-Artikolu 3(e) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 bħala l-awtorità ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz nominata biex twettaq kontrolli uffiċjali;

“Prodotti sekondarji mill-annimali” hija definita fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 bħala “iġsma jew partijiet ta' annimali, jew prodotti li ġejjin mill-annimali, li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inklużi ooċiti, embrijuni u semen”;

“Prodotti derivati” hija definita fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 bħala “prodotti miksuba minn trattament, trasformazzjoni jew grad ta' pproċessar wieħed jew aktar ta' prodotti sekondarji mill-annimali”;

“Pet” jew “Annimal domestiku” hija definita fl-Artikolu 3(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 bħala “kwalunkwe annimal li ma jipproduċix l-ikel li huwa ta' speċi mitmugħa, imrobbija jew miżmuma, iżda li normalment mhuwiex użat għall-konsum mill-bniedem fil-Komunità”;

“Annimali tal-pil” hija definita fl-Artikolu 3(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 bħala “kwalunkwe annimal li ma jipproduċix l-ikel mitmugħ, imrobbi jew miżmum għall-produzzjoni tal-pil, u mhux użat għall-konsum mill-bniedem”;

“Oġġetti tal-ikel preċedenti” hija definita fil-punt 3 tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (12) bħala “ikel, minbarra rifluss tal-kejtering, li kienu manifatturati għall-konsum mill-bniedem f'konformità sħiħa mal-liġi tal-UE dwar l-ikel iżda li ma għadhomx aktar maħsuba għall-konsum mill-bniedem għal raġunijiet prattiċi jew loġistiċi jew minħabba problemi ta' difetti fil-manifattura jew fl-imballaġġ jew difetti oħra u li ma jippreżentaw l-ebda riskju għas-saħħa meta jintużaw bħala għalf”.

Għall-finijiet ta' dan id-dokument ta' gwida, it-termini li ġejjin huma definiti kif ġej:

“Ikel li ma għadux maħsub għall-konsum mill-bniedem” tfisser ikel li kien ġie mmanifatturat għall-konsum mill-bniedem f'konformità sħiħa mal-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel li ma għadux maħsub għall-konsum mill-bniedem, kif stipulat fil-Kapitolu 1.2. tal- Linji gwida dwar l-użu bħala għalf ta' ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem (13).

Il-bejjiegħa tal-ikel bl-imnut jistgħu jqiegħdu ikel fis-suq bħal tali, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar l-ikel, għall-operaturi tan-negozju tal-għalf għat-trasformazzjoni tiegħu f'għalf, kif stipulat fil-Kapitolu 3.2.2.(b) tal-Linji gwida dwar l-użu bħala għalf ta' ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Ikel ma għadux maħsub għall-konsum mill-bniedem ma jinkludix:

Addittivi tal-ikel, enzimi tal-ikel u aromatizzanti tal-ikel kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (14),

Supplimenti tal-ikel kif imsemmija fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (15),

Skart mill-catering kif imsemmi fl-Artikolu 8(f) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u fil-punt 22 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011.

“Impjant tal-ipproċessar” tfisser stabbiliment fis-sens tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 li jimmanifattura l-għalf bl-użu ta' proċessi ta' trattament imsemmija fil-parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 68/2013;

3.   OBBLIGI TAL-OPERATURI TAN-NEGOZJU TAL-GĦALF

L-operaturi tan-negozju tal-ikel u tal-għalf kollha jridu jirrispettaw il-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel stipulati fir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Barra minn hekk, l-operaturi tan-negozju tal-għalf iridu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni kollha tal-UE dwar l-għalf, inkluż b'mod partikolari:

ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf: huma jridu jiżguraw li r-rekwiżiti kollha stipulati fir-Regolament jiġu rispettati fi ħdan in-negozji fl-għalf taħt il-kontroll tagħhom sabiex tiġi żgurata s-sikurezza u t-traċċabbiltà tal-għalf;

ir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali: meta jimmaniġġjaw għalf li joriġina mill-annimali, huma jeħtiġilhom, li barra milli jimplimentaw ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, jimplimentaw ukoll ir-rekwiżiti xierqa stipulati f'dan ir-Regolament speċifiku;

ir-Regolament dwar it-TSE: huma jridu jikkonformaw ma' kwalunkwe restrizzjoni u rekwiżit stipulat b'mod speċifiku f'dak ir-Regolament u leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni relatata, dwar l-użi possibbli tal-għalf ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali.

4.   PRODUZZJONI PRIMARJA

4.1.   Konsiderazzjonijiet ġenerali

Ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf ikopri wkoll il-produzzjoni primarja tal-għalf. Il-produzzjoni primarja tal-għalf hija definita fl-Artikolu 3(f) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf bħala “il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli, li jinkludu b'mod partikolari it-tkabbir, il-ħsad, il-ħlib, it-trobbija ta' annimali (qabel il-qtil tagħhom) jew is-sajd li tirriżulta esklusivament fi prodotti li fuqhom ma jkunx hemm aktar proċessar wara l-ħsad, il-ġbir jew il-qbid, minbarra trattament sempliċiment fiżiku”.

Ir-regoli applikabbli għall-produzzjoni primarja tal-għalf huma stipulati fl-Anness I, il-Parti A tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf. Kif jissemma' hawn fuq, ir-rekwiżiti tar-Regolament dwar il-Prodotti sekondarji tal-annimali u r-Regolament dwar it-TSE japplikaw ukoll għall-operaturi ta' negozju tal-għalf li jimmaniġġjaw u/jew jitimgħu għalf li joriġina mill-annimali lill-annimali.

Ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness I tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf japplikaw ukoll għall-operazzjonijiet imwettqa mill-operaturi tan-negozju tal-għalf kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) ta' dak ir-Regolament. Din id-dispożizzjoni tkopri operazzjonijiet fil-livell tal-produzzjoni primarja tal-għalf u l-operazzjonijiet assoċjati li ġejjin:

it-trasport, il-ħżin u l-immaniġġjar ta' prodotti primarji fil-post tal-produzzjoni;

operazzjonijiet ta' trasport għall-kunsinna ta' prodotti primarji mill-post tal-produzzjoni lejn stabbiliment; u

it-taħlit tal-għalf għar-rekwiżiti esklużivi tal-azjendi tagħhom stess mingħajr l-użu ta' addittivi jew taħlitiet minn qabel ta' addittivi bl-eċċezzjoni ta' addittivi tas-sillaġġ.

Il-produzzjoni primarja (u x-xogħol assoċjati) tirreferi għall-attivitajiet tal-farm jew f'livell simili u fost l-oħrajn tinkludi:

Il-produzzjoni, it-trobbija jew it-tkabbir ta' prodotti tal-pjanti bħal ħbub, frott, ħaxix u ħxejjex aromatiċi kif ukoll it-trasport tagħhom fi ħdan il-farm u l-ħżin u l-immaniġġar tal-prodotti (mingħajr ma tinbidel in-natura tagħhom b'mod sostanzjali) fih u t-trasport ulterjuri tagħhom lejn stabbiliment;

It-trobbija ta' annimali għall-qatla jew għall-produzzjoni ta' prodotti li jorġinaw mill-annimali fil-livell tal-farm;

Il-produzzjoni, it-trobbija, it-tkabbir u l-ġbir ta' insetti;

Xi tekniki ta' tnixxif ta' prodotti primarji, bħalma huma algi u għalf oħxon u/jew ċereali, pereżempju mkabbra u maħsuda fl-istess farm.

Tali operazzjonijiet ta' tnixxif huma meqjusa bħal operazzjonijiet ta' rutina normali fil-livell tal-produzzjoni primarja tal-għalf skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

Madanakollu, ċerti operazzjonijiet ta' tnixxif imwettqa fil-farm aktarx jimmodifikaw il-prodotti u/jew jintroduċu perikli ġodda għall-għalf eż. it-tnixxif dirett ta' prodotti primarji b'sors tal-fjuwil li jista' jikkawża kontaminazzjoni perikoluża (bħal bid-diossini). Din l-operazzjoni ma tistax titqies bħala operazzjoni ta' rutina normali fil-livell tal-produzzjoni primarja u lanqas bħala operazzjoni assoċjata mal-produzzjoni primarja u għalhekk trid titqies bħala operazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

Rimarki dwar il-produzzjoni primarja:

Ir-regoli ġenerali dwar il-produzzjoni primarja huma stipulati fl-Anness I tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

Prattiki tat-tmigħ tajba tal-annimali: Huma stipulati fl-Anness III tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

Ir-rekwiżiti speċifiċi tat-tmigħ ta' annimali tal-farm b'għalf li joriġina mill-annimali, ir-reġistrazzjonijiet u l-użu permess ta' prodotti sekondarji derogati tal-annimali: huma stipulati fl-Anness IV (projbizzjoni tal-għalf) tar-Regolament dwar it-TSE u l-Artikoli 11(1) u 14(d)(i) tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali.

4.2.   “Kwantitajiet żgħar” ta' produzzjoni primarja kif imsemmi fl-Artikolu 2.2(d) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf

Ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf ma japplikax għall-provvista diretta ta' kwantitajiet żgħar ta' produzzjoni primarja ta' għalf fil-livell lokali mill-produttur għall-farms lokali għall-użu f'dawk il-farms.

Skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri jekk jiddefinixxux aktar fid-dettall jew le l-kunċett ta' “kwantitajiet żgħar”, u li jistipulaw skont il-liġi nazzjonali, ir-regoli u d-direzzjonijiet neċessarji sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-għalf (approċċ ibbażat fuq ir-riskju).

L-Istati Membri rregolaw din il-kwistjoni b'modi differenti skont il-prinċipji tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà skont il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali tagħhom.

Fl-Anness I ta' dan id-dokument tinsab lista mhux kumplessiva tar-regoli u l-kriterji skont il-liġi nazzjonali stabbilita minn xi Stati Membri fir-rigward tal-“kwantitajiet żgħar” kif imsemmi fl-Artikolu 2(2)(d) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 20(4)(d) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu deroga mill-obbligu ta' notifika skont ir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali lill-operaturi li jbigħu fis-suq lokali jew fi stabbilimenti lokali tal-bejgħ bl-imnut, ammonti żgħar ta' ikel tal-annimali domestiċi prodott lokalment.

4.3.   Attivitajiet fil-livell tal-farm li ma jitqisux bħala produzzjoni primarja

Barra mill-produzzjoni primarja tal-għalf, xi operaturi tan-negozji tal-għalf iħalltu wkoll l-għalf għar-rekwiżiti esklużivi tal-azjendi tagħhom meta jużaw addittivi jew taħlitiet ta' addittivi lesti bl-eċċezzjoni tal-addittivi tas-sillaġġ. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf ikopri din l-attività u r-regoli applikabbli għal tali operazzjoni huma stipulati fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. Ir-rekwiżit tal-proċeduri ta' implimentazzjoni rilevanti bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP li jsegwu l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf japplika wkoll għal dawn il-bdiewa. F'xi Stati Membri, dawn l-operaturi ta' negozju tal-għalf jissejħu “bdiewa tal-HACCP”.

5.   ATTIVITAJIET ESKLUŻI MILL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAR-REGOLAMENT DWAR L-IĠJENE TAL-GĦALF

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf jeskludi:

(a)

il-produzzjoni domestika privata tal-għalf:

(i)

għal annimali li jipproduċu l-ikel u li jinżammu għall-konsum domestiku (. bajd tat-tiġieġ tal-bajd imrobbija f'post privat li jintużaw għall-konsum privat);

(ii)

għal annimali li ma jinżammux għall-produzzjoni tal-ikel (. il-produzzjoni ta' għalf għal annimal domestiku privat jew għal annimali bil-pil) (16);

(b)

l-għalf ta' annimali li jipproduċu l-ikel, miżmuma għall-konsum domestiku privat jew għall-provvista diretta, mill-produttur, ta' kwantitajiet żgħar ta' prodotti primarji (. bajd, ħalib, laħam), għall-konsumatur finali jew għal stabbilimenti lokali tal-bejgħ bl-imnut li jfornu direttament lill-konsumatur finali;

(c)

it-tmigħ ta' annimali mhux miżmuma għall-produzzjoni tal-ikel;

(d)

il-forniment dirett ta' kwantitajiet żgħar ta' produzzjoni primarja ta' għalf fuq livell lokali mill-produttur lil farms lokali għall-użu f'dawk il-farms (17);

(e)

bejgħ bl-imnut ta' ikel tal-annimali domestiċi.

L-Artikolu 2(3) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, isostni li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli u direzzjonijiet nazzjonali biex jirregolaw l-attivitajiet esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, li jiżguraw il-ksib tal-għanijiet tar-Regolament.

Rimarki dwar attivitajiet esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf:

l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 isostni li l-għalf ma għandux jitqiegħed fis-suq jew jiġi mitmugħ lil annimali li jipproduċu l-ikel u dawk li ma jipproduċux (18) jekk ma jkunx sigur.

6.   REĠISTRAZZJONIJIET U APPROVAZZJONI TAL-ISTABBILIMENTI

6.1.   Ir-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf jirrikjedi li kull stabbiliment taħt il-kontroll ta' operatur fis-suq tal-għalf u li huwa attiv f'xi stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar, il-ħażna, it-trasport jew id-distribuzzjoni tal-għalf, jiġi rreġistrat mal-awtorità kompetenti.

Kif imsemmi fil-Premessa 17 tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, dan ir-rekwiżit jimmira li jiżgura t-traċċabbiltà mill-fabbrikant sal-utent finali u li jħaffef l-implimentazzjoni ta' kontrolli uffiċjali effettivi.

“Reġistrazzjoni”, b'mod partikolari, tippermetti:

lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jkunu jafu fejn jinsabu l-istabbilimenti u fejn jitwettqu l-attivitajiet, sabiex iwettqu kontrolli uffiċjali meta jitqiesu neċessarji skont l-Artikolu 31 (19) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali dwar il-kontrolli uffiċjali, u

sabiex jagħmlu lill-operaturi fin-negozji tal-għalf konxji tar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE rilevanti.

Ir-reġistrazzjoni hija proċedura li permezz tagħha l-awtoritajiet kompetenti jiġu infurmati dwar (tal-anqas) l-isem u l-indirizz tal-istabbilimenti u l-attivitajiet rilevanti mwettqa. Fi kwalunkwe każ, kull Stat Membru se jiddefinixxi l-proċeduri tiegħu stess għar-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti skont l-Artikolu 9 tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf. Il-prattikalitajiet jistgħu jiġu organizzati mill-Istati Membri (eż. lista unika li tirreferi għal kull attività jew żewġ listi separati jew aktar).

Ir-Reġistrazzjoni skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf u r-reġistrazzjoni skont leġiżlazzjoni oħra tal-UE relatata mas-settur tal-għalf jistgħu jiġu kkombinati dejjem jekk ir-regoli rilevanti għal kull sistema ta' reġistrazzjoni jiġu rispettati u jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li topera din is-sistema ta' reġistrazzjoni kkombinata.

Skont l-Artikolu 19(7) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-listi ta' stabbilimenti rreġistrati skont l-Artikolu 9. L-informazzjoni disponibbli fl-Istati Membri tinsab fl-Anness II ta' dan id-dokument.

6.1.1.   Reġistrazzjoni ta' kummerċjanti

Ċerti negozji huma speċjalizzati fin-negozjar tal-għalf (“sensara”). Filwaqt li huma jistgħu jorganizzaw il-moviment ta' għalf bejn il-fornituri jew lejn l-istabbilimenti, mhux neċessarjament li jimmaniġġjaw l-għalf jew saħansitra jaħżnuh fil-post tagħhom (li effettivament jista' jkun uffiċċju).

Sakemm jissodisfaw id-definizzjoni ta' “operatur tan-negozju tal-għalf”, ir-rekwiżit ta' reġistrazzjoni japplika wkoll. Għal xi stabbilimenti ta' kummerċjanti tista' tkun meħtieġa wkoll “approvazzjoni”, fejn meħtieġ (20).

6.1.2.   In-negozji tal-għalf u l-bejgħ fuq l-Internet

Ċerti negozji joffru l-għalf għall-bejgħ permezz tal-Internet. Għalkemm tali kummerċ mhuwiex imsemmi b'mod speċifiku fir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, tali negozji jaqgħu fi ħdan id-definizzjoni ta' negozju tal-għalf u r-rekwiżiti rilevanti tal-liġi dwar l-għalf huma applikabbli għalihom, inkluż ir-rekwiżit ta' reġistrazzjoni.

Fir-rigward tal-bejgħ bl-imnut fuq l-Internet ta' ikel tal-annimali domestiċi b'mod dirett lis-sidien tal-annimali domestiċi, dan il-bejgħ jenħtieġ li jitqies bħala li huwa fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' “bejgħ bl-imnut ta' ikel għall-annimali domestiċi” kif previst fl-Artikolu 2(2)(e) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf. Fi kliem ieħor, fir-rigward tal-ikel tal-annimali domestiċi mibjugħ bl-imnut fuq l-Internet, ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf ma japplikax.

6.2.   L-approvazzjoni ta' stabbilimenti

L-Artikolu 10(1) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf jirrikjedi li ċerti stabbilimenti jiġu approvati mill-awtorità kompetenti meta tali stabbilimenti jwettqu attivitajiet speċifiċi li jistgħu jippreżentaw riskju ogħla. F'dak il-każ, tali attivitajiet ma jistgħux jiġu mwettqa mingħajr approvazzjoni minn qabel.

Dawn l-attivitajiet huma speċifikati fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament, li jirreferi għall-operazzjonijiet dwar ċerti tipi ta' għalf.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżit ta' approvazzjoni addizzjonali skont l-Artikolu (2) tar-Regolament u permezz ta' Regolament tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(3) tal-istess Regolament.

Approvazzjoni tirrikjedi verifika tal-kundizzjonijiet strutturali/operazzjonali stipulati mil-liġi permezz ta' żjara fuq il-post qabel ma n-negozju tal-għalf jiġi awtorizzat iqiegħed il-prodotti tiegħu fis-suq.

6.2.1.   Stabbilimenti soġġetti għal approvazzjoni

Ir-rekwiżit ta' approvazzjoni stipulat fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf jikkonċerna l-istabbilimenti li jwettqu l-attivitajiet li ġejjin:

il-manifattura u/jew it-tqegħid fis-suq ta' addittivi tal-għalf koperti mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u li jissemmew fil-Kapitolu 1 tal-Anness IV tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf;

il-manifattura u/jew it-tqegħid fis-suq ta' taħlitiet lesti ippreparati bl-użu ta' addittivi tal-għalf imsemmija fil-Kapitolu 2 tal-Anness IV tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf;

il-manifattura għat-tqegħid fis-suq, jew il-produzzjoni tar-rekwiżiti esklussivi għall-azjendi tagħhom, għalf kompost bl-użu ta' addittivi tal-għalf jew taħlitiet lesti li fihom addittivi tal-għalf u li jissemmew fil-Kapitolu 3 tal-Anness IV tar-Regolment dwar l-Iġjene tal-Għalf;

Nota

Għall-finijiet ta' konċiżjoni u ċarezza, wieħed jista' jsib verżjoni konsolidata tal-Anness IV tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, fl-Anness III ta' dan id-Dokument ta' gwida, li fiha tħallew barra referenzi għall-prodotti li qabel kienu koperti mid-Direttiva 82/471/KEE (li ġiet imħassra), kif ukoll referenzi għal antibijotiċi bħal promoturi tat-tkabbir, minħabba li dawn ir-referenzi għal dawn il-prodotti fl-Anness IV ma għadhomx rilevanti għal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Barra minn hekk, ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf jirrikjedi lill-operaturi ta' negozju tal-għalf jiżguraw li l-istabbilimenti taħt il-kontroll tagħhom u li huma koperti minn dan ir-Regolament jiġu approvati mill-awtorità kompetenti skont ċerti ċirkostanzi oħra:

l-Anness II tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf jirrikjedi li l-istabbilimenti għandhom ikunu soġġetti wkoll għal approvazzjoni meta jwettqu waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin biex iqiegħdu fis-suq prodotti għall-użu fl-għalf (21):

l-ipproċessar ta' żejt veġetali mhux irfinat, ħlief dawk li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 (22);

il-manifattura oleokimika ta' aċidi xaħmin;

il-manifattura ta' bijodiżil;

it-taħlit ta' xaħmijiet;

u,

kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 141/2007 (23), stabbilimenti li jimmanifatturaw u/jew li jqiegħdu fis-suq addittivi għall-għalf tal-kategorija “coccidiostats u histomonostats”;

kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/786 (24), stabbilimenti fejn jitwettaq il-proċess ta' detossifikazzjoni;

kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, stabbilimenti li jipproduċu għalf għal skop ta' nutrizzjoni partikolari li jaqbeż 100 darba l-kontenut massimu ffissat rilevanti ta' ċerti addittivi tal-għalf.

L-Artikolu 19(6) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf isostni li l-Kummissjoni jenħtieġ li tiġbor u tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-listi ta' stabbilimenti approvati fl-Istati Membri skont l-Artikolu 13 tar-Regolament. L-informazzjoni tinsab fuq is-sit web tal-Kummissjoni dwar “Għalf għall-Annimali” (25).

6.2.2.   L-approvazzjoni ta' stabbilimenti skont il-liġi nazzjonali

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf jippermetti lill-Istati Membri jirrikjedu l-approvazzjoni ta' stabbilimenti tal-għalf li għalihom id-dritt tal-Unjoni ma jirrikjedix approvazzjoni.

Dan jista' jkun il-każ ta' manifatturi ta' prodotti tal-ikel medikati għall-annimali kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE li huma approvati f'xi Stati Membri skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

7.   IL-BIDU TAL-KATINA TAL-GĦALF

Il-katina tal-għalf hija kumplessa ħafna, speċjalment meta wieħed iqis il-ħafna sorsi ta' materjali tal-għalf. Inċidenti minħabba f'għalf, jiġifieri każijiet passati ta' kontaminazzjoni ta' għalf li affettwaw b'mod negattiv is-sikurezza tal-għalf u tal-katina tal-ikel, urew ukoll l-importanza partikolari li jiġi definit fejn tibda l-katina tal-għalf sabiex tiġi żgurata s-sikurezza u t-traċċabbiltà sħiħa tal-prodott.

Barra minn hekk, f'dawn l-aħħar snin, l-użu ta' oġġetti tal-ikel preċedenti bħala għalf, bil-mod qabad ir-ritmu, f'tentattiv li jiġi kkontrollat it-telf ta' ikel u l-iskart u li jsir użu effiċjenti mill-ikel li jkun sikur iżda li ma jkunx jista' jiġi distribwit mill-ġdid għall-konsum mill-bniedem permezz ta' banek tal-ikel. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabbiliet pjan ta' azzjoni biex tnaqqas il-ħela tal-ikel bħala parti integrali mill-Komunikazzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari (26), li fost objettivi oħra, timmira li tiffaċilita l-valorizzazzjoni tal-ikel li ma jkunx għadu intiż għall-konsum mill-bniedem għall-użu tiegħu fin-nutrizzjoni tal-annimali.

Dejjem skont is-sitwazzjoni partikolari f'kull Stat Membru, ġew adottati approċċi differenti għar-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti, sabiex jiġi applikat l-Artikolu 9(2) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, għal dawk li jfornu biss parti mill-produzzjoni tagħhom għall-katina tal-għalf, iżda li l-attività ewlenija tagħhom ma tkunx fil-qasam tal-għalf (bħall-industriji tal-imminar, tal-kimiċi jew tal-ikel), li wasslu għal konklużjonijiet differenti rigward l-inklużjoni ta' dawk l-istabbilimenti fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

Konsegwentement, l-operaturi rrappurtaw piżijiet sinifikanti, li jistgħu jfixklu jew saħansitra jimpeduhom milli jispedixxu l-ikel li ma jkunx għadu intiż għall-konsum mill-bniedem lis-settur tal-għalf, bħal reġistrazzjoni doppja bħala operatur ta' negozju tal-ikel u tal-għalf jew in-nuqqas ta' armonizzazzjoni tar-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tal-operaturi ta' negozju tal-ikel bħala operaturi ta' negozju tal-ikel.

Imbagħad ikun hemm bżonn ta' kjarifika biex tittejjeb u tiġi armonizzata l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf filwaqt li jitqiesu l-esperjenzi differenti fl-Istati Membri u l-importanza li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom għarfien sħiħ tal-links kollha tal-katina tal-għalf, filwaqt li tħeġġeġ approċċ prattiku. Tali kjarifika hija neċessarja sabiex jiġi ddeterminat il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 5(6) (27) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf. Filwaqt li huwa ċar li l-bdiewa jeħtiġilhom jiksbu u jużaw għalf minn stabbilimenti li jkunu rreġistrati u/jew approvati skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, il-kwalifika ta' operaturi oħra bħala “operaturi ta' negozju tal-għalf” teħtieġ ftit gwida.

Objettiv essenzjali tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf huwa li jiżgura s-sikurezza tal-prodotti u t-traċċabbiltà tagħhom. Minn din il-pożizzjoni, jistgħu jitqiesu l-kriterji ewlenin li ġejjin sabiex jiġi identifikat jekk stabbiliment jenħtieġx li jiġi rreġistrat skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf jew le u jekk prodott jistax jidħol fil-katina tal-għalf jew le, filwaqt li jitqies il-kuntest regolatorju rilevanti:

Id-definizzjoni ta' “għalf” stipulata fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 li tirreferi għal kwlaunkwe sustanza jew prodott, inklużi addittivi, kemm jekk ipproċessati, parzjalment ipproċessati jew mhux ipproċessati, maħsuba biex jintużaw għat-tmigħ mill-ħalq lill-annimali. Il-kriterju tal-intenzjoni li s-sustanza tintuża jew il-prodott jintuża għat-tmigħ mill-ħalq lill-annimali huwa għalhekk deċiżiv għall-kwalifika bħala “għalf”. Għalhekk, l-intenzjoni tal-operatur meta jforni prodott hija kriterju bażiku li jrid jitqies sabiex jiġi ddeterminat jekk jenħtieġx li japplikaw ir-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

L-istatus legali tal-prodott, skont il-klassifikazzjoni stipulata fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. Tali status legali jista' jkun pereżempju: ikel, prodott sekondarju li joriġina mill-annimali jew li ma joriġinax mill-annimali, għalf jew skart, kif żviluppat f'Linji gwida dwar l-użu bħala għalf ta' ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem.

L-informazzjoni li takkumpanja l-prodotti fornuti mill-operatur meta jitqiegħdu fis-suq (eż. fuq it-tikketta jew id-dokument kummerċjali).

It-tip ta' stabbiliment li mmanifattura l-prodott u li minnu joriġina u l-istabbiliment li lilu jiġi fornut il-prodott; pereżempju, impjanti tal-ipproċessar ta' prodotti sekondarji tal-annimali jew oġġetti tal-ikel preċedenti, u stabbilimenti u farms tal-għalf.

Sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi mhux neċessarji kemm fuq l-operaturi kif ukoll fuq l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, f'xi każijiet partikolari, jista' jiġi aċċettat li xi operaturi ta' negozju tal-għalf jiksbu prodotti (28) minn stabbilimenti li huma rreġistrati (u/jew approvati jekk ikun meħtieġ) skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u/jew ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u/jew ir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali.

L-operatur ta' negozju tal-għalf, li huwa responsabbli għar-rekwiżiti ta' sikurezza tal-għalf, irid jiżgura li kategorizzazzjoni mill-ġdid tal-prodott (29) għal materjal tal-għalf hija soġġetta għall-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tal-leġiżlazzjoni dwar l-għalf, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, inkluż mhux biss regoli dwar l-iġjene tal-għalf iżda anke rekwiżiti li b'mod partikolari jikkonċernaw il-limiti ta' residwi ta' kontaminanti u t-tikkettar.

Barra minn hekk, l-operaturi tan-negozju tal-għalf li jwettqu operazzjonijiet li mhumiex koperti mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf jeħtiġilhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu proċedura jew proċeduri bil-miktub ibbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP, kif stipulat fl-Artikolu 6 tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

Barra minn hekk, matul il-kategorizzazzjoni mill-ġdid ta' prodott (30) f'materjal tal-għalf, l-operatur ta' negozju tal-għalf jeħtieġ li jkun konxju b'mod speċjali tar-rekwiżiti kollha eżistenti u tar-restrizzjonijiet previsti fir-Regolamenti dwar it-TSE u dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali (inkluż il-projbizzjoni tal-għalf).

Fi kwalunkwe każ, wara evalwazzjoni tal-attivitajiet speċifiċi kkonċernati, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, jistgħu jiddeċiedu, jekk ir-reġistrazzjoni tal-operaturi skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf hijiex meħtieġa. Ir-reġistrazzjoni ssaħħaħ is-sistemi nazzjonali tal-kontrolli uffiċjali tal-Istat Membru.

7.1.   Prodotti sekondarji u ikel li ma għadux intiż għall-konsum mill-bniedem mill-industrija tal-ikel u tax-xorb bl-użi intiżi bħala materjal tal-għalf

7.1.1.   Prodotti sekondarji skont id-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (31) u li tħassar ċerti Direttivi (magħrufa bħala d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart-WFD)

Użu ewlieni għall-prodotti sekondarji mis-settur tal-ikel u x-xorb huwa l-għalf tal-annimali. Il-proċessi tal-produzzjoni f'ħafna setturi (eż. it-tħin taż-żrieragħ żejtnin jew il-produzzjoni ta' zokkor, lamtu u malt) jiġġeneraw materjali li sussegwentement jintużaw bħala għalf. L-użu ta' dawn il-materjali li ma joriġinawx mill-annimali bħala għalf huwa konsistenti mal-objettiv ta' ekonomija ċirkolari u b'mod partikolari l-ġerarkija tal-iskart kif stabbilit fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi. Id-WFD tintroduċi dispożizzjonijiet għall-ħarsien tal-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-impatti ta' ħsara tal-ġenerazzjoni u tal-immaniġġjar tal-iskart permezz tat-tnaqqis tal-impatti ġenerali tal-użu tar-riżorsi u tat-titjib fl-effiċjenza ta' tali użu.

Materjali li ma jiġux prodotti deliberatament fi proċess tal-produzzjoni huma residwu tal-produzzjoni u jistgħu jew ma jistgħux ikunu skart. Residwu tal-produzzjoni jista' jitqies bħala prodott sekondarju u mhux skart biss jekk residwu tal-produzzjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet kumulattivi stipulati fl-Artikolu 5(1) tal-WFD, jiġifieri jiġi prodott bħala parti integrali mill-proċess tal-produzzjoni u l-użu ulterjuri tiegħu fl-għalf tal-annimali jkun legali u ċert, mingħajr proċessar ulterjuri lil hinn mill-proċess tal-produzzjoni ta' dak il-materjal. Dawn il-prodotti sekondarji se jintużaw fl-għalf tal-annimali u għalhekk huma materjali tal-għalf.

Barra minn hekk, il-WFD tiddistingwi b'mod espliċitu bejn ir-rimi u l-irkupru, bl-irkupru (inkluż ir-riċiklaġġ) jingħata prijorità fuq ir-rimi fil-ġerarkija tal-iskart (l-Artikolu 4 tal-WFD) u l-prodott irkuprat ma jibqax skart (jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6 tal-WFD jiġu ssodisfati).

Prodotti sekondarji tal-annimali, inklużi prodotti proċessati koperti mir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 (ħlief dawk intiżi għall-inċinerazzjoni, għar-rimi f'landfill jew għall-użu f'impjant tal-bijogass jew tal-kompost), huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-WFD sakemm ikunu koperti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni (l-Artikolu 2 tad-WFD).

Dwar l-interpretazzjoni tad-WFD, wieħed jista' jsib gwida dettaljata fil-pubblikazzjonijiet tal-KE li ġejjin:

Guidance on the interpretation of key provisions of Directive 2008/98/KE on waste (32) u

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li Komunikazzjoni Interpretattiva dwar l-iskart u l-prodotti sekondarji (33).

Huwa importanti li l-operaturi li jqiegħdu l-prodotti fis-suq biex jidħlu fil-katina tal-għalf jenħtieġ li jidentifikaw b'mod ċar dawk il-prodotti intiżi għall-użu fl-għalf minħabba li prodotti kkunsidrati bħala “skart” ma jistgħux jerġgħu jidħlu fil-katina tal-għalf fi stadju aktar tard.

7.1.2.   L-obbligi legali ewlenin

Fir-rigward tal-obbligi legali ewlenin tal-operaturi fis-suq tal-għalf, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf jistabbilixxi li “Operaturi fis-suq tal-għalf għandhom jiżguraw li l-istadji kollha ta' produzzjoni, ipproċessar u distribuzzjoni taħt il-kontroll tagħhom jiġu mwettqa skont il-leġislazzjoni applikabbli tal-Komunità, il-liġi nazzjonali kompatibbli magħha u l-prattika tajba. B'mod partikolari għandhom jiżguraw li jissodisfaw il-ħtiġijiet relevanti tal-iġjene stabbiliti f'dan ir-Regolament”.

Kif issemma qabel, ħafna tipi ta' prodotti sekondarji u ikel li ma għadux intiż għall-konsum mill-bniedem jistgħu jintużaw fil-katina tal-għalf minn operaturi fis-suq tal-għalf meta jkun xieraq. L-operaturi fis-suq tal-għalf iridu jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom u l-prodotti sekondarji u l-ikel li ma għadux intiż għall-konsum mill-bniedem li jitqiegħdu fis-suq, barra milli jkunu konformi mar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, iridu jkunu konformi ma' leġiżlazzjoni rilevanti oħra, bħal:

ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 (Liġi Ġenerali dwar l-Ikel);

ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf;

id-Direttiva 2002/32/KE dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (34);

mar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali u r-Regolament (UE) Nru 142/2011 (li jimplimenta r-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali), u

ir-Regolament dwar it-TSE.

Għalhekk, meta jkun rilevanti ir-rekwiżiti tat-tikkettar u d-dokumenti kummerċjali matul it-trasport iridu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ta' hawn fuq.

7.1.3.   Oġġetti tal-ikel li ma għadhomx intiżi għall-konsum mill-bniedem

Id-WFD ġiet emendata mid-Direttiva (UE) 2018/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart. Hija tipprevedi li sustanzi li ma jikkonsistux minn jew li fihom prodotti sekondarji tal-annimali u li huma destinati biex jintużaw bħala għalf jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-WFD sakemm ikunu koperti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, bħar-Regolament (KE) Nru 767/2009.

Fir-rigward tal-użu ta' ikel li ma għadux intiż għall-konsum mill-bniedem, tista' tittieħed gwida ulterjuri u dettaljata minn Linji gwida dwar l-użu bħala għalf ta' ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem, li l-għan tagħha huwa li tiffaċilita l-użu tal-għalf ta' ċertu ikel li ma għadux intiż għall-konsum mill-bniedem, bi prodotti li joriġinaw mill-annimali u mingħajrhom. Jenħtieġ li dawn il-linji gwida jassistu lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali u lill-operaturi fil-katina tal-ikel fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Il-Kapitolu 3.2.2. ta' Linji gwida dwar l-użu bħala għalf ta' ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem, jiddeskrivi l-miżuri biex jiżdied l-użu ta' ikel li ma joriġinax mill-annimali li ma għadux intiż għall-konsum mill-bniedem bħala għalf u, fost l-oħrajn, jipproponi li, f'ċerti ċirkostanzi, il-bejjiegħa bl-imnut tal-ikel jista' ma jkunx hemm bżonn li jiġu rreġistrati skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-Kapitolu 1.3 tal-Linji Gwida msemmija hawn fuq, Figura 1: “Grafika tal-istadji minn ikel għal għalf” (35), fejn huwa spjegat meta prodott jista' jiġi fornut direttament lil negozju tal-għalf jew fil-każ ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali, l-ewwel jiġi soġġett għal-kundizzjonijiet tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali.

Id-dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-materjali tal-għalf huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013. Ħafna eżempji ta' prodotti sekondarji u residwi mill-industrija huma elenkati fil-Parti C ta' dak l-Anness, b'mod partikolari fil-Kapitolu 13 tiegħu.

Il-lista ta' materjali li t-tqegħid tagħhom fis-suq jew l-użu għal skopijiet ta' nutrizzjoni tal-annimali huwa ristrett jew ipprojbit skont l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 trid titqies ukoll.

7.2.   Eżempji ta' operaturi li jistgħu jew ma jistgħux jiġu rreġistrati fir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf

Skont l-attivitajiet tagħhom u l-istabbilimenti involuti, xi operaturi jistgħu jkollhom jiġu rreġistrati jew le skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, kif ġej:

7.2.1.   Operaturi mhux tal-ikel li jfornu direttament jew indirettament parti mill-produzzjoni tagħhom lill-katina tal-għalf, iżda li l-attività ewlenija tagħhom mhix fil-qasam tal-għalf

Eżempji:

L-industrija tal-kimika: il-produzzjoni ta' sulfat tal-ħadid, aċidi organiċi, idrossidu tas-sodju jew tal-kalċju għall-produzzjoni ta' melħ ta' aċidi xaħmin

Il-produzzjoni tal-bijoetanol: solidi tad-distillaturi, proteina tal-grani

Industrija tal-farmaċewtika

Qtugħ ta' ġebel/Estrazzjoni: minerali

(a)

Jista' jkun li ċerti produtturi jew fornituri mhux dejjem ikunu konxji li l-prodotti jew il-materja prima tagħhom tista' tidħol direttament fil-katina tal-għalf wara l-bejgħ tagħha. Għalhekk, tista' tkun l-intenzjoni tagħhom li jqiegħdu l-għalf fis-suq jew tista' ma tkunx. Dan huwa partikolarment rilevanti għal attivitajiet u/jew stabbilimenti, li normalment ikollhom ftit assoċjazzjoni mas-settur tal-għalf u jistgħu jqiegħdu fis-suq parti minima mill-prodotti tagħhom (36) normalment permezz ta' operaturi intermedji li, fost alternattivi oħra, jistgħu jgħaddu dawk il-prodotti lill-katina tal-għalf għall-produzzjoni ta' addittivi u/jew materjali tal-għalf. Pereżempju:

L-ewwel fornitur ta' ċerti prodotti (37) (eż. barriera) ma hemmx għalfejn jitqies bħala operatur ta' negozju tal-għalf u għalhekk, ma hemmx bżonn li l-awtoritajiet kompetenti jirrikjedu reġistrazzjoni. Il-katina tal-għalf tibda meta l-prodott ikun intiż biex jintuża għall-produzzjoni tal-għalf. Pereżempju bl-operatur intermedju jqiegħed il-prodotti fis-suq għall-attenzjoni tal-produtturi tal-addittivi tal-għalf, li t-tnejn jeħtiġilhom jiġu rreġistrati skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

Il-fornitur ta' ċerti prodotti kimiċi (38) (eż. idrossidu tal-kalċju u aċidu butiriku) li aktar tard jistgħu jintużaw fil-produzzjoni ta' addittivi tal-għalf/materjali tal-għalf (eż. butirat tal-kalċju) li jinkisbu bir-reazzjoni kimika tagħhom ma hemmx bżonn li jitiqesu bħala operatur ta' negozju tal-għalf u għalhekk, ma hemmx bżonn li l-awtoritajiet kompetenti jirrikjedu reġistrazzjoni. Il-katina tal-għalf tibda meta l-prodott ikun intiż biex jintuża għall-produzzjoni tal-addittivi tal-għalf/tal-materjali tal-għalf, jiġifieri mal-produttur tal-addittiv tal-għalf/tal-materjal tal-għalf, li jrid jiġi rreġistrat skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

(b)

Madanakollu, jekk l-ewwel fornituri jqiegħed fis-suq prodotti intiżi li jintużaw bħala għalf, inklużi:

addittivi tal-għalf (skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003)

u/jew materjali tal-għalf (skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2009),

mela, il-fornitur irid ikun irreġistrat bħala operatur ta' negozju tal-ikel skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

7.2.2.   Stabbilimenti tal-ikel li jfornu parti mill-produzzjoni tagħhom lill-katina tal-għalf, iżda li l-attività ewlenija tagħhom mhix fil-qasam tal-għalf

F'dawn il-każijiet, tista' jew tista' ma tkunx l-intenzjoni tan-negozju tal-ikel li jipproduċi l-għalf, iżda bħala parti mill-attività tiegħu (żgħira fil-biċċa l-kbira tal-każijiet iżda b'xi eċċezzjonijiet bħall-istabbilimenti tal-ikel li jwettqu estrazzjoni taż-żejt veġetali) jiġu prodotti prodotti sekondarji li joriġinaw mill-annimali u li ma joriġinawx mill-annimali u li jintużaw b'mod frekwenti fl-industrija tal-għalf. Barra minn hekk, ċertu ikel li mhux intiż għall-konsum mill-bniedem jista' jiġi fornut lill-katina tal-għalf (39).

Sussegwentement, billi sa ċertu punt jitqiesu dawn il-kriterji, jistgħu jiġu osservati t-tipi ta' sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Stabbilimenti tal-ikel (inklużi bejjiegħa bl-imnut) li jfornu prodotti sekondarji tal-annimali (inkluż ikel li joriġina mill-annimali u li ma jkunx għadu intiż għall-konsum mill-bniedem) lil impjanti tal-prodotti sekondarji tal-annimali/tal-ipproċessar ta' oġġetti tal-ikel preċedenti (40) li jipproċessawhom f'materjali tal-għalf (41)

Eżempji jinkludu prodotti minn:

Biċċeriji/impjanti tat-tqattigħ/impjanti tal-ipproċessar tal-laħam

Impjanti tat-tqattigħ tal-ħut

Industriji tal-ipproċessar tal-ikel (l-industrija tal-ħelu, tal-għaġin jew tal-pizza): Prodotti li fihom prodotti sekondarji tal-annimali bħal bajd, ħalib, laħam jew ħut u/jew ikel li ma għadux intiż għall-konsum mill-bniedem u li fih dawn il-prodotti sekondarji tal-annimali

Bejjiegħa bl-imnut bħal bejjiegħa tal-laħam u tal-ħut

Supermarkits

F'dan il-każ, meta l-istabbilimenti tal-ikel ifornu prodotti (42) għal trattament ulterjuri lil impjanti tal-ipproċessar ta' prodotti sekondarji tal-annimali, l-istabbiliment tal-ikel ma hemmx għalfejn jitqies bħala operatur ta' negozju tal-għalf u għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti ma hemmx għalfejn jirrikjedu reġistrazzjoni skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf. Il-katina tal-għalf tibda mbagħad mal-impjant tal-ipproċessar ta' oġġetti tal-ikel preċedenti u/jew tal-prodotti sekondarji tal-annimali li jipproduċi l-materjali tal-għalf u li jenħtieġ li jiġi rreġistrat skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

(b)

Stabbilimenti tal-ikel (inklużi bejjiegħa bl-imnut) li jfornu prodotti li ma joriġinawx mill-annimali intiżi għall-konsum mill-bniedem lil impjanti tal-ipproċessar li jipproċessawhom f'materjali tal-għalf (43)

Eżempji:

Industriji tal-ipproċessar tal-ikel (eż. l-industrija tal-ħxejjex iffriżati, l-industrija tal-ikel ippreżervat fil-laned, l-industrija tax-xorb): ikel li ma għadux intiż għall-konsum mill-bniedem

Ħwienet tal-ħobż: ħobż (li ma fihx prodotti li joriġinaw mill-annimali)

Supermarkits u ħwienet oħra tal-bejgħ bl-imnut: ħxejjex, frott, eċċ.

F'dan il-każ, meta l-istabbiliment tal-ikel (inklużi bejjiegħa bl-imnut) iforni prodotti (44) għal trattament ulterjuri lil impjanti tal-ipproċessar, l-istabbiliment tal-ikel ma hemmx għalfejn jitqies bħala operatur tan-negozju tal-għalf u għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti ma hemmx għalfejn jirrikjedu reġistrazzjoni skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf. Il-katina tal-għalf tibda mbagħad mal-impjant tal-ipproċessar li jipproduċi l-materjali tal-għalf u li jenħtieġ li jiġi rreġistrat skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

(c)

Stabbilimenti tal-ikel (minbarra bejjiegħa bl-imnut) li jfornu prodotti sekondarji tal-annimali u/jew prodotti derivati inklużi oġġetti tal-ikel preċedenti li joriġinaw mill-annimali lil operaturi ta' negozju tal-għalf (minbarra impjanti tal-ipproċessar ta' prodotti sekondarji tal-annimali (45)

Eżempji:

Deroga applikabbli għall-industrija tal-ħalib: Ħalib, prodotti b'bażi ta' ħalib u ċerti prodotti derivati mill-ħalib stipulati fil-Parti II tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011

F'dan il-każ, meta l-istabbilimenti tal-ikel ifornu prodotti sekondarji tal-annimali lil operaturi ta' negozju tal-għalf b'mod dirett biex jintużaw bħala materjali tal-għalf, jenħtieġ li l-operaturi ta' negozju tal-ikel jiġu rreġistrati bħala operaturi ta' negozju tal-għalf skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf barra mir-reġistrazzjoni skont ir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali (46).

Jekk operatur ta' negozju tal-għalf li lilu jiġu fornuti l-prodotti sekondarji jkun produttur tal-ikel tal-annimali domestiċi, irid jiġi approvat ukoll skont ir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali.

(d)

Stabbilimenti tal-ikel (minbarra bejjiegħa bl-imnut oħra) li jfornu prodotti sekondarji u ikel li ma joriġinax mill-annimali u li ma jibqax intiż għall-konsum mill-bniedem (47) lil operaturi ta' negozju tal-għalf minbarra impjanti tal-ipproċessar

Eżempji:

L-industrija tat-tħin: granza, granza tal-qamħ

L-industrija taz-zokkor: polpa mill-pitravi taz-zokkor

L-industrija taċ-ċips: qxur tal-patata

Birrerija: Grani tal-birrara

Distillerija: ħbub tad-distilliera niedja (WDG) u grani tad-distilliera niexfa b'solubbli (DDGS)

Fabbrika tal-meraq: polpa tal-larinġ

F'dan il-każ, l-istabbiliment tal-ikel jenħtieġ li jitqies bħala operatur ta' negozju tal-għalf u meta l-prodotti jkunu intiżi biex jintużaw għat-tmigħ mill-ħalq lill-annimali jenħtieġ li jiġi rreġistrat skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

(e)

Operaturi ta' negozju tal-għalf minbarra impjanti tal-ipproċessar li jiksbu ammonti żgħar ta' ikel (inkluż ikel li ma jibqax intiż għall-konsum mill-bniedem) li ma joriġinax mill-annimali minn bejjiegħa bl-imnut tal-ikel

Eżempji:

Produtturi tal-għalf artiġjanali li jiksbu ikel li ma joriġinax mill-annimali minn bejjiegħa bl-imnut lokali.

Il-bejjiegħ bl-imnut tal-ikel irreġistrat jew approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004, li jqiegħed fis-suq ikel bħala tali, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar l-ikel, għal operatur ta' negozju tal-ikel li jiġbor l-ikel għat-trasformazzjoni f'għalf jew jittrasformah direttament f'għalf, ma hemmx għalfejn jitqies bħala operatur tan-negozju tal-għalf, u għalhekk l-awtoritajiet kompetenti ma hemmx għalfejn jirrikjedu reġistrazzjoni skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf. Imbagħad, il-katina tal-għalf tibda mal-operatur ta' negozju tal-ikel li juża l-materja prima kif tkun u jipproduċi l-għalf kompost finali u li u mbagħad jenħtieġ li jiġi rreġistrat skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

Għalhekk, pereżempju, operaturi ta' negozju tal-ikel bħal produtturi aritġjanali żgħar lokali tal-ikel tal-annimali domestiċi (li jipproduċu gallettini tal-klieb) jistgħu wkoll jixtru ċertu ikel mingħand bejjiegħa tal-ikel bl-intenzjoni li jużawh bħala materjali tal-għalf. Dawn il-bejjiegħa bl-imnut tal-ikel iqiegħdu fis-suq oġġetti għall-finijiet ta' ikel li f'dan il-każ ikunu mbagħad intiżi biex jintużaw bħala materjali tal-għalf mill-operatur ta' negozju tal-għalf, filwaqt li dejjem iqisu d-dispożizzjonijiet u r-restrizzjonijiet eżistenti previsti fil-leġiżlazzjoni, minħabba li s-sikurezza u t-traċċabbiltà jistgħu jiġu żgurati u l-awtoritajiet kompetenti jista' jkollhom għarfien sħiħ tal-fornituri kollha b'mod faċli.

Bdiewa li jiksbu ikel li ma joriġinax mill-annimali u li ma jkunx għadu intiż għall-konsum mill-bniedem minn bejjiegħ bl-imnut tal-ikel lokali

L-Artikolu 5(6) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf jipprevedi li bidwi għandu jikseb biss u juża għalf minn stabbilimenti li huma rreġistrati u/jew approvati skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf. Għalhekk, f'każ li l-bejjiegħa bl-imnut tal-ikel ibigħu l-prodott bħala għalf, jenħtieġ li jitqiesu bħala operaturi ta' negozju tal-ikel u jiġu rreġistrati skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, minħabba li jrid jitqies li qed ifornu direttament materjal tal-għalf (oġġett tal-ikel preċedenti) li jrid jintuża għat-tmigħ orali tal-annimali fil-farm.

7.2.3.   Impjanti tal-ipproċessar tal-prodotti sekondarji tal-annimali u impjanti oħra tal-ipproċessar li jfornu l-għalf lill-operaturi tan-negozju tal-għalf

Eżempji:

Il-produzzjoni ta' proteina tal-annimali pproċessata (PAP), xaħam tal-annimali, eċċ…

Il-produzzjoni ta' materjali tal-għalf minn ikel li ma għadux intiż għall-konsum mill-bniedem (ħobż, cookies, industrija tal-ħobż, għaġin, eċċ.)

L-ipproċessar ta' materjal tal-għalf minn materjal tal-għalf ieħor: il-produzzjoni ta' sillaġġ mill-polpa tal-larinġ

F'dan il-każ, l-impjanti tal-ipproċessar ta' prodotti sekondarji tal-annimali u l-impjanti tal-ipproċessar ta' oġġetti tal-ikel preċedenti li jfornu metarjali tal-għalf lil fornituri tan-negozju tal-għalf jenħtieġ li jiġu rreġistrati skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

8.   MISTOQSIJIET FREKWENTI — L-OPERATURI TAN-NEGOZJU TAL-GĦALF

Mistoqsija 1

“Jien għandi farm bil-bhejjem. Nipproduċi l-għalf tiegħi stess biċ-ċereali li naħsad mill-art tiegħi stess. Nipproduċi wkoll prodotti li fihom l-addittivi fil-produzzjoni ta' dak l-għalf. Jeħtieġ li nikkonforma mar-rekwiżiti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 183/2005?”

TWEĠIBA

Ħafna prodotti tal-għalf fihom l-addittivi u huwa importanti li niffukaw fuq kif il-prodott jiġi kkummerċjalizzat. L-għalf kollu jrid jiġi kkummerċjalizzat skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 jew ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

Meta jużaw prodotti kkummerċjalizzati bħala “addittiv” jew “taħlitiet lesti”, il-bdiewa jeħtiġilhom jikkonformaw mal-Anness II tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, bl-eċċezzjoni tal-użu ta' “addittivi użati fil-ħżin ta' ħaxix f'sajlo” jew “taħlitiet lesti ta' addittivi użati fil-ħżin ta' ħaxix f'sajlo”.

L-użu ta' “għalf komplementari” ma jirrikjedix il-konformità mal-Anness II tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

L-ambigwità bejn it-taħlitiet imħejjija minn qabel u l-għalf komplementari hija definita fl-Artikolu 8(1) — il-kontenut tal-addittivi — tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tat-13 ta' Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf.

“Bla ħsara għall-kondizzjonijiet tal-użu previsti fl-att legali rilevanti li jawtorizza l-addittiv tal-għalf rispettiv, il-materjali tal-għalf u l-għalf komplementari m'għandux ikun fihom addittivi tal-għalf inkorporati f'livelli li jisbqu 100 darba l-kontenut massimu ffissat rilevanti fl-għalf komplet jew ħames darbiet f'każ ta' koċċidjostati u ħistomonostati.”

Mistoqsija 2

“Jien għandi farm bil-bhejjem. Nipproduċi l-għalf tiegħi stess biċ-ċereali li naħsad mill-art tiegħi stess. Nuża wkoll addittivi/taħlitiet lesti minn qabel fil-produzzjoni ta' dak l-għalf. Jenħtieġ li nirreġistra l-farm tiegħi jew le? Liema annessi jenħtieġ li nikkonforma magħhom? Jenħtieġ li nitlob approvazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 183/2005?”

TWEĠIBA

Il-farms li jimmanifatturaw l-għalf għat-tmigħ tal-annimali tagħhom iridu jkunu rreġistrati skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf u f'dan il-każ iridu jikkonformaw mal-Anness I, l-Anness II u l-Anness III tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

Meta jipproduċu materjal tal-għalf u għalf kompost (għalf supplimentari jew għalf sħiħ) fil-livell primarju, għandhom japplikaw l-Anness I u l-Prattika Agrikola Tajba. Jekk il-farm juża addittivi tal-għalf (minbarra addittivi użati fil-ħżin ta' ħaxix f'sajlo) jew taħlitiet lesti fil-produzzjoni tal-għalf għall-użu fil-farm tagħhom, għandhom japplikaw l-Anness II u s-sistemi tal-HACCP.

Il-bdiewa għandhom jikkonformaw ukoll mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness III meta jitimgħu lil annimali li jipproduċu l-ikel.

Dawk il-farms li jipproduċu għar-rekwiżiti esklużivi tal-azjendi tagħhom, għalf kompost bl-użu ta' addittivi tal-għalf jew taħlitiet lesti li fihom addittivi tal-għalf u li jissemmew fil-Kapitolu 3 tal-Anness IV tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf għandhom jiżguraw li jkunu approvati mill-awtoritajiet kompetenti.

Mistoqsija 3

“Jien sajjied li nipproduċi l-lixka tal-ħut għas-sajjieda lokali madwar ir-raħal tiegħi. Jien operatur ta' negozju tal-għalf?”

TWEĠIBA

Il-lixka tas-sajd iddisinjata biex tixxerred sabiex tattira l-ħut lejn żona (li spiss tkun magħrufa bħala lixka tal-art) titqies bħala li taqa' fi ħdan id-definizzjoni ta' għalf kif koperta mir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Għalhekk, il-produtturi ta' dawn il-lixki tal-art jenħtieġ li jitqiesu bħala operaturi ta' negozju tal-għalf u jkunu rreġistrati skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf. Madanakollu, fil-każijiet ta' “produzzjoni domestika privata” ta' lixka tal-art li trid tintuża għall-ħut għall-konsum domestiku privat, il-produtturi huma eżentati mir-rekwiżit ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

Madanakollu, lixka tal-ħut intiża biex titwaħħal ma' sunnara li l-għan tagħha jkun għalhekk li ma jintlaħqux il-ħtiġijiet nutrittivi ta' annimal jenħtieġ li ma titqiesx bħala għalf tal-annimali.

Dan huwa konsistenti wkoll mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, meta wieħed iqis ir-referenza li tinsab fl-Artikolu 18 tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali għal dud u ħniex għal-lixka għas-sajd f'kuntest ta' għalf tal-annimali (48) u d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Mistoqsija 4

“Jien is-sid ta' impjant tar-rendering. Nixtri l-prodotti mingħand operaturi ta' negozju tal-ikel biex nipproduċi materjali tal-għalf li mbagħad inbigħ lill-produtturi tal-għalf kompost. Madanakollu, il-fornituri tiegħi jittikkettaw il-prodotti li nixtri bħala skart. Dan huwa tikkettar aċċettabbli mingħand il-fornitur tiegħi?”

TWEĠIBA

Le. Il-prodotti sekondarji tal-annimali mħallta bl-iskart u ttikkettati bħala skart ma jistgħux jintużaw għat-tmigħ ta' annimali tar-razzett. Il-prodotti sekondarji tal-annimali jistgħu jintużaw biss skont il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali għall-produzzjoni ta' ċerti prodotti tekniċi jew jintremew bħala skart.

Stabbiliment tal-ikel (bħal biċċerija) jista' jforni biss prodotti sekondarji tal-annimali tal-Kategorija 3 lil impjant tal-ipproċessar ta' prodotti sekondarji tal-annimali għall-produzzjoni ta' għalf għall-annimali tar-razzett. F'dan il-każ, id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart ma tapplikax.

Għalhekk, dawn il-prodotti li joriġinaw mill-annimali jenħtieġ li jiġu ttikkettati skont ir-rekwiżiti tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 142/2011 u tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

L-Anness II tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, it-Taqsima “PRODUZZJONI”, il-punt 8 jistabbilixxi wkoll li “It-tikkettar tal-prodotti għandu jindika b'mod ċar jekk dawn humiex maħsub għall-użu fl-għalf jew għal skopijiet oħra. Jekk lott partikolari ta' prodott jiġi ddikjarat li mhuwiex maħsub għall-użu fl-għalf, dik id-dikjarazzjoni ma tkunx tista' tinbidel wara minn operatur fi stadju aktar tard tal-katina.”

Fir-rigward tas-sikurezza u tal-integrità tal-katina alimentari, ikel li ma jkunx għadu intiż għall-konsum mill-bniedem u li jitqiegħed fis-suq bħala skart jenħtieġ li jiġi eskluż milli jidħol fil-katina tal-għalf (49). Għalhekk, operaturi ta' negozju tal-ikel ma jistgħux jużaw dawn il-prodotti meta jipproduċu għalf fl-istabbilimenti tagħhom.

Mistoqsija 5

“Jien għandi kumpanija ta' negozju tal-għalf. Skont il-pariri tal-awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi, jien obbligat nixtri prodotti mingħand kumpaniji ta' produtturi tal-ikel jew tal-għalf li huma rreġistrati jew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 183/2005. Madanakollu, meta nixtri xi prodotti minn kumpanija fi Stat Membru ieħor, u nkun nirrikjedi l-evidenza li din il-kumpanija hija rreġistrata skont dak ir-Regolament, jgħiduli li mhix neċessarja, minħabba li fil-livell nazzjonali huma diġà rreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 (ir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali).”

TWEĠIBA

Għandha tapplika r-reġistrazzjoni u/jew l-approvazzjoni skont iż-żewġ Regolamenti. Jistgħu jiġu organizzati prattikalitajiet mill-Istati Membri (eż. numru ta' approvazzjoni/reġistrazzjoni uniku jew le, lista unika li tirreferi għaż-żewġ atti jew 2 listi separati).

Ir-reġistrazzjoni skont leġiżlazzjoni oħra tal-UE relatata mas-settur tal-għalf u reġistrazzjoni skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf jistgħu jiġu kkombinati dejjem jekk ir-regoli rilevanti għal kull sistema ta' reġistrazzjoni jiġu rispettati u l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li topera din is-sistema ta' reġistrazzjoni kkombinata.

Mistoqsija 6

“Jien negozju tal-għalf li nipproduċi ikel tal-annimali domestiċi mhux maħdum (50). L-ikel tal-annimali domestiċi jista' jkun fih prodotti bħal laħam nej (inkluż interjuri, għadam u xaħmijiet) jew frott u ħxejjex, żjut veġetali, żjut taż-żebbuġa

Min-naħa l-oħra, bħala operatur ta' negozju tal-għalf, jien jeħtieġ li nkun irreġistrat (jew approvat) skont ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 bħal kull produttur tal-għalf, għal annimali li jipproduċu l-ikel u li ma jipproduċux l-ikel. Jenħtieġ li nkun irreġistrat skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/09 (l-Artikolu 24) jew ir-Regolament (KE) Nru 183/2005?”

TWEĠIBA

Għandha tapplika r-reġistrazzjoni u/jew l-approvazzjoni skont iż-żewġ Regolamenti.

Jenħtieġ li int tiġi approvat skont l-Artikolu 24(1)(e) tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali u tiġi rreġistrat skont l-Artikolu 9 tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

Bħala produttur tal-ikel tal-annimali jenħtieġ li tagħti attenzjoni lir-rekwiżiti dwar it-traċċabbiltà stipulati fl-Artikolu 21 u 22, il-kontrolli proprji stipulati fl-Artikolu 28 u l-pjan tal-HACCP stipulat fl-Artikolu 29 tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali.

Jistgħu jiġu organizzati prattikalitajiet mill-Istati Membri (eż. numru ta' approvazzjoni/reġistrazzjoni uniku jew le, lista unika li tirreferi għaż-żewġ atti jew żewġ listi separati). L-attivitajiet kollha li l-operaturi ta' negozju tal-għalf iwettqu jridu jkunu ddettaljati u jrid jiġi żgurat li l-istabbiliment jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

Mistoqsija 7

“Jien għandi negozju tal-Internet. Nimporta l-ikel tal-annimali domestiċi u nbigħu direttament lis-sidien tal-annimali domestiċi. Għandi nitqies bħala kopert mill-kunċett ta' ‘bejgħ bl-imnut’ kif imsemmi fl-Artikolu 2(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005?”

TWEĠIBA

Fl-assenza ta' dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-bejgħ bl-Internet fir-rigward tal-iġjene tal-għalf, ma hemmx għalfejn li l-bejgħ bl-Internet jitiqes bħala barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-ikel tal-annimali domestiċi kif previst fl-Artikolu 2(2)(e) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf. Huwa sempliċiment wieħed mill-ħafna mudelli ta' negozju fejn l-għalf jiġi mmaniġġjat u maħżun bl-istess mod mill-punt tal-bejgħ jew kunsinna sal-utenti finali. Fi kliem ieħor, fir-rigward ta' ikel tal-annimali domestiċi mibjugħ direttament bl-Internet lill-utent finali (sid l-annimal domestiku), ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf mhuwiex direttament applikabbli.

Mhix il-kwalifika ta' bejjiegħ bl-imnut skont l-istadji differenti tal-attivitajiet ta' negozju (“bejjiegħ bl-imnut tal-ikel tal-annimali domestiċi” jew “importatur”) li jimporta għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, iżda l-attività nnifisha. L-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf jipprovdi b'mod espliċitu li dan ir-Regolament għandu japplika għall-importazzjonijiet u għall-esportazzjonijiet tal-għalf minn pajjiżi terzi u lejhom. Għalhekk, anke jekk xi ħadd qed ibigħ ikel tal-annimali domestiċi bl-imnut, attività li hija eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf skont l-Artikolu 2(2)(e) tiegħu, huwa xorta għandu jikkonforma mar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-ikel tal-annimali domestiċi.

Madanakollu, l-esklużjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf ma timplikax li rekwiżiti oħra bħat-tikkettar tal-għalf pereżempju, ma hemmx għalfejn japplikaw għall-għalf imqiegħed fis-suq.

Min-naħa l-oħra, jekk l-attività tal-bejgħ bl-Internet tkun tinkludi l-bejgħ ta' għalf mhux biss lil utenti finali iżda l-bejgħ ta' għalf lil stabbilimenti oħra, għandu japplika r-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

L-ikel tal-annimali domestiċi jista' jiġi impurtat fl-Unjoni biss jekk il-kunsinna tikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali.

Mistoqsija 8

“Jien għandi ħanut tal-annimali domestiċi u qed inbigħ l-ikel tal-annimali domestiċi. Iżda fl-istess ħin qed inbigħ kwantitajiet żgħar ta' għalf għal speċijiet li jipproduċu l-ikel bħall-fniek jew it-tiġieġ lil konsumaturi li rabbew dawn l-annimali għall-konsum domestiku privat tagħhom. Minħabba li l-bejgħ bl-imnut tal-ikel tal-annimali domestiċi huwa eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, jien naħseb li ma hemmx għalfejn niġi rreġistrat”.

TWEĠIBA

Effettivament, il-bejgħ bl-imnut tal-ikel tal-annimali domestiċi huwa barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf. Madanakollu, il-fniek u t-tiġieġ pereżempju ma jistgħux jitqiesu bħala annimali domestiċi, il-bejgħ bl-imnut ta' dan l-għalf mhuwiex eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, għalhekk għal din l-attività, il-ħanut tal-annimali domestiċi jenħtieġ li tal-anqas ikun irreġistrat skont l-Artikolu 9(2).

Mistoqsija 9

“Jiena veterinarju li mmexxi sptar tal-annimali. Fl-istess ħin qed noffri wkoll lill-konsumaturi tiegħi prodotti speċjali għan-nutrizzjoni tal-annimali. Hemm bżonn ikun irreġistrat skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf?”

TWEĠIBA

Il-produzzjoni u/jew il-bejgħ ta' għalf għal annimali li jipproduċu l-ikel u l-produzzjoni ta' ikel tal-annimali domestiċi jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf u għal dawn l-attivitajiet il-kirurgu jew il-klinika veterinarja jridu jkunu rreġistrati jew, jekk applikabbli awtorizzati skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

Il-bejgħ ta' ikel tal-annimali domestiċi jitqies bħala attività ta' bejgħ bl-imnut u għalhekk jaqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf. Madanakollu, il-fniek u t-tiġieġ pereżempju ma jistgħux jitqiesu bħala annimali domestiċi. Il-bejgħ ta' tali għalf mhuwiex eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, u għalhekk din l-attività trid tiġi rreġistrata jew, jekk applikabbli, approvata skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

9.   MISTOQSIJIET FREKWENTI — AWTORITAJIET KOMPETENTI

Mistoqsija 10

“Kif jenħtieġ li l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 — l-approvazzjoni għall-produzzjonijiet ta' taħlitiet lesti (51) jiġi interpretat?”

TWEĠIBA

L-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf jgħid dan li ġej:

“L-operaturi fis-suq tal-għalf għandhom jiżguraw li stabbilimenti taħt il-kontroll tagħhom u koperti b'dan ir-Regolament jiġu approvati mill-awtorità kompetenti, meta…il-manifattura u/jew it-tqegħid fis-suq ta' taħlitiet lesti ppreparati bl-użu ta' addittivi tal-għalf li hemm referenza għalihom fil-Kapitolu 2 tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament:.”

Għalhekk, hemm tliet tipi ta' sitwazzjonijiet:

operatur ta' negozju tal-għalf jimmanifattura u jqiegħed fis-suq taħlitiet lesti;

operatur ta' negozju tal-għalf iqiegħed fis-suq taħlitiet lesti;

operatur ta' negozju tal-għalf jimmanifattura taħlitiet lesti.

L-aħħar każ huwa rilevanti biss jekk il-produttur tat-taħlitiet lesti jaħdem b'ordni ta' operatur ta' negozju tal-għalf ieħor jew il-produttur juża t-taħlitiet lesti fl-istabbiliment tiegħu biss. Il-produzzjoni ta' taħlitiet lesti minn qabel, għal użu intern, hija partikolarment rilevanti għal tali addittivi li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta' għalf kompost biss fil-forma ta' taħlita lesta.

Fi ftit kliem, il-produtturi kollha tat-taħlitiet lesti li fihom addittivi li jissemmew fil-Kapitolu 2 tal-Anness IV għall-użu tagħhom kif ukoll għat-tqegħid fis-suq jeħtieġu approvazzjoni għal din l-operazzjoni.

Mistoqsija 11

“Ikel tal-annimali domestiċi mogħti lill-banek tal-ikel. Matul dawn l-aħħar snin, id-donazzjoni minn supermarkits ta' ikel tal-annimali domestiċi lil banek tal-ikel biex jassistu lil nies f'sitwazzjonijiet diffiċli u li għandhom annimali domestiċi żdiedet. Il-banek tal-ikel huma intermedjarji għad-distribuzzjoni ta' dawk il-prodotti li normalment jinbiegħu bi prezz simboliku lin-nies ikkonċernati. Id-donazzjonijiet jikkonċernaw ħafna prodotti differenti mingħajr l-ebda rabta bejniethom (daqs differenti, marka differenti, eċċ.). Din l-attività għandha taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, u barra minn hekk, jenħtieġ li t-traċċabbiltà tintalab fil-każijiet ta' donazzjoni ta' ikel tal-annimali domestiċi minn supermarkit lil bank tal-ikel?”

TWEĠIBA

Skont l-Artikolu 2(2)(e), ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf ma japplikax għall-bejgħ bl-imnut ta' ikel tal-annimali domestiċi.

Jista' jitqies li l-kunsinna ta' ikel tal-annimali domestiċi mis-supermarkits (u bejjiegħa bl-imnut oħra) lill-banek tal-ikel tibqa' attività ta' bejgħ bl-imnut skont il-liġi nazzjonali u għalhekk eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

Madanakollu, skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli u gwida dwar l-attivitajiet esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

Ir-rekwiżiti ġenerali tat-traċċabbiltà stipulati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 (GFL) (52) minkejja dan japplikaw fir-rigward tal-attivitajiet kollha relatati, fost l-oħrajn, mal-istadji kollha ta' distribuzzjoni tal-għalf, inkluż id-distribuzzjoni ta' ikel tal-annimali mis-supermarkits għall-banek tal-ikel. Id-dispożizzjoni tal-aħħar tipprovdi biss l-għan li jrid jinkiseb u mhux il-mezz; minħabba f'hekk tipprovdi flessibbiltà suffiċjenti għal approċċ prattiku. B'dan il-mod, sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' traċċabbiltà, l-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw f'din il-forma ta' distribuzzjoni jeħtieġ li jżommu rekord ta' minn fejn jiksbu l-ikel tal-annimali domestiċi, u jekk jipprovdu ikel tal-annimali domestiċi lil organizzazzjoni oħra, huma jridu jiddokumentaw ukoll lil min irid jiġi distribwit l-ikel tal-annimali domestiċi. Jenħtieġ li t-traċċabbiltà ma tkunx problema għal ikel tal-annimali domestiċi ppakkjat minn qabel iżda l-Istati Membri jeħtiġilhom iqisu l-bejgħ bl-ingrossa tal-ikel tal-annimali domestiċi.

Aktar informazzjoni tinsab fil-Gwida dwar l-implimentazzjoni tal-Artikoli 11, 12, 14, 17, 18, 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 dwar il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel (53).

Fil-każ tal-ikel tal-annimali domestiċi barra minn ikel tal-annimali domestiċi li jilħaq il-punt aħħari fil-katina ta' manifattura tal-prodotti sekondarji tal-annimali skont l-Artikolu 3(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 142/2011, il-bank tal-ikel irid jiġi soġġett għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 24(1)(i) jew (j) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Mistoqsija 12

“Kif tista' r-reġistrazzjoni ta' ħżin interim ta' ikel tal-annimali domestiċi titqies skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf?”

TWEĠIBA

L-Artikolu 2, il-paragrafu 2(e) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf jistipula li: “ir-Regolament ma għandux japplika għal: … bejgħ bl-imnut ta' ikel għall-annimali domestiċi.”.

Minħabba li l-ħżin interim jista' jitqies bħala stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut fis-sens usa' tad-definizzjoni fl-Artikolu 3(7) tar-Regolment (KE) Nru 178/2002, wieħed jista' jikkonkludi li l-ħżin interim tal-ikel tal-annimali domestiċi huwa ġeneralment eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf u għalhekk mhumiex is-suġġett ta' reġistrazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti.

Madanakollu, fir-rigward tal-ħżin ta' ikel tal-annimali domestiċi, ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf jistipula rekwiżiti li jridu jitqiesu, minħabba li l-operazzjonijiet tal-ħżin jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, eż.:

It-Taqsima “ĦAŻNA U TRASPORT” tal-Anness II fiha rekwiżiti rigward il-ħżin għall-għalf, u l-ħżin interim ta' ikel tal-annimali domestiċi huma għalhekk stabbilimenti li jimmaniġġjaw prodotti meqjusa bħala għalf u ma għandhomx joperaw sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx irreġistrathom;

Il-ħżin interim fi ħdan operazzjonijiet grossisti li huma fiżikament limitati għat-trasport u l-ħżin, irid jiġi rreġistrat. Meta l-attivitajiet grossisti jkunu jinkludu aktar minn ħżin u trasport (pereżempju tgeżwir mill-ġdid), il-ħżin interim ta' ikel tal-annimali domestiċi jirrikjedi li l-istabbilimenti jiġu rreġistrati skont l-Artikolu 9(2).

Madanakollu, fid-dawl tal-Artikolu 2, il-paragrafu 2(e), il-postijiet tal-ħżin interim tal-ikel tal-annimali domestiċi operati mill-postijiet ta' bejgħ bl-imnut mhux koperti mir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf mhumiex soġġetti għar-reġistrazzjoni filwaqt li jistgħu jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(1)(i) jew (j) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Mistoqsija 14

“Jien is-sid ta' faċilità tal-ħżin li taħżen għal partijiet terzi l-addittivi elenkati fil-Kapitolu 1 tal-Anness IV, u taħlitiet lesti li fihom addittivi elenkati fl-Anness IV il-Kapitolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005. Jenħtieġ li jien niġi approvat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005?”

TWEĠIBA

Le. L-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf jirrikjedi li l-istabbilimenti li jwettqu “il-manifattura u/jew il-bejgħ fis-suq ta' addittivi tal-għalf koperti bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew prodotti koperti bid-Direttiva 82/471/KEE u li hemm referenza għalihom fil-Kapitolu 1 tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament” u “taħlitiet lesti ppreparati bl-użu ta' addittivi tal-għalf li hemm referenza għalihom fil-Kapitolu 2 tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament” għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni. Iżda l-attività ta' “tqegħdi fis-suq” huwa responsabbli minnha s-sid tal-prodotti (il-manifattur u/jew l-intermedjarju). Is-sid tal-prodotti għandu għalhekk jiġi approvat skont l-Artikolu 10(1)(a) u l-faċilitajiet tal-ħżin għandhom jiġu rreġistrati skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

Bl-istess mod, il-kumpaniji tat-trasport li jittrasportaw il-prodotti biss għandhom jiġu rreġistrati skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf. Rekwiżit għall-approvazzjoni mhux neċessarju.

10.   GWIDI GĦAL PRATTIKA TAJBA

L-iżvilupp, it-tixtrid u l-użu tal-gwida nazzjonali u tal-Komunità għal prattika tajba jridu jiġu mħeġġa. Madanakollu, dawn il-gwidi jistgħu jintużaw fuq bażi volontarja mill-operaturi tan-negozju tal-għalf.

Il-linji gwida għall-iżvilupp tal-gwidi tal-Komunità għal prattika tajba (54) ġew imħejjija flimkien mal-Istati Membri.

Dawn il-gwidi tal-Komunità għal prattika tajba ġew żviluppati skont l-Artikolu 22 tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf. Il-kontenut tagħhom huwa prattikabbli mal-UE kollha għas-settur li jirreferu għalih u huma xierqa bħala gwidi għall-konformità mar-rekwiżiti tal-iġjene u tal-HACCP tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

10.1.   Gwidi tal-UE (55)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali vvaluta l-gwidi tal-Komunità għal prattika tajba li ġejjin:

Titlu: Gwida tal-Komunità għal prattika tajba għas-settur tal-manifattura ta' taħlitiet lesti u għalf kompost industrijali tal-UE għall-annimali li jipproduċu l-ikel (56) — Il-Gwida Ewropea għall-Manifatturi tal-Għalf

Awtur: FEFAC — Fédération Européenne des Fabricants d'Aliments Composés (57) (Europäischer Verband der Mischfutterindustrie, European Feed Manufacturers' Federation)

Titlu: Gwida tal-Komunità għal prattika tajba għal operaturi ta' addittivi u taħlitiet lesti tal-għalf (58)

Awtur: FAMI-QS — European Association for Feed Additives and Premixtures Quality System (59)

Titlu: Gwida tal-Komunità għal prattika tajba għall-manifattura ta' ikel sikur għall-annimali domestiċi (60)

Awtur: European Pet Food Industry Federation (61)

Titlu: Gwida Ewropea ta' prattika tajba għall-manifattura industrijali ta' materjali ta' għalf sikur (62)

Awtur:

Starch Europe (63)

The EU Oil and Proteinmeal Industry (FEDIOL) (64)

The European Biodiesel Board (EEB) (65)

F'kooperazzjoni mal-European Feed Ingredients Safety Certification (EFISC) (66).

Dokumenti ta' referenza tas-settur:

Il-manifattura ta' materjali tal-għalf sikuri mill-ipproċessar tal-lamtu

Il-manifattura ta' materjali tal-għalf sikuri mit-tħin ta' żrieragħ żejtnin u r-raffinar ta' żejt veġetali

il-manifattura ta' materjali ta' għalf sikur mill-ipproċessar tal-bijodiżil

Lista ta' kontroll tal-awditur tas-salmonella

Skeda Informattiva dwar is-Salmonella

Titlu: Il-Gwida Ewropea għal prattiċi ta' iġjene tajba għall-ġbir, il-ħażna, il-kummerċ u t-trasport ta' ċereali, żrieragħ żejtnin, prodotti tar-raba li fihom il-proteini, prodotti oħra tal-pjanti u prodotti derivati minnhom) (67)

Awtur:

European association of cereals, rice, feedstuffs, oilseeds, olive oil, oils and fats and agro supply trade (COCERAL) (68)

European agri-cooperatives (COGECA) (69)

European association of professional portside storekeepers for agribulk commodities within the European Union (UNISTOCK) (70)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali perjodikament jirrevedi l-gwidi f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u partijiet oħra interessati.

10.2.   Gwidi Nazzjonali

Ġie stabbilit Reġistru għall-Gwidi Nazzjonali għal Prattika Tajba (71) mill-Kummissjoni, biex dawn ikunu disponibbli għall-Istati Membri u l-operaturi ta' negozji tal-għalf u l-ikel.


(1)  ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(4)  Aktar informazzjoni dwar ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 (inkluż dokument ta' gwida separat) tinsab fuq is-sit web tal-Kummissjoni fuq il-link li ġejja:

https://ec.europa.eu/food/safety/general_food_law/general_requirements_en

(5)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(6)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(7)  B'effett mill-14 ta' Diċembru 2019, ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jitħassar u huwa sostitwit bir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017, dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(8)  ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.

(9)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(10)  ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1.

(11)  Fil-kuntest tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf.

(12)  ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1.

(13)  Avviż tal-Kummissjoni 2018/C 133/02 (ĠU C 133, 16.4.2018, p. 2).

(14)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(15)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

(16)  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu ċerta deroga mill-projbizzjoni tat-tmigħ ta' ċerti materjali tal-Kategorija 2 u ċertu skart tal-catering lil annimali bil-pil skont l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali.

(17)  Ara l-Kapitolu 4.2 ta' dan id-Dokument ta' gwida.

(18)  L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jistabbilixxi li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom japplikaw mutatis mutandis, għall-għalf għal annimali li ma jipproduċux ikel.

(19)  L-Artikolu 146 tar-Regolament (UE) Nru 2017/625 li jħassar b'effett mill-14 ta' Diċembru 2019 ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(20)  Ara l-Kapitolu 6.2 ta' dan id-Dokument ta' gwida.

(21)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 225/2012 tal-15 ta' Marzu 2012 li jemenda l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-istabbilimenti li jqiegħdu fis-suq, għall-użu fl-għalf, prodotti li ġejjin miż-żjut veġetali u xaħmijiet imħallta u dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għall-produzzjoni, il-ħażna, it-trasport u l-ittestjar għad-diossina taż-żjut, xaħmijiet u prodotti li ġejjin minnhom (ĠU L 77, 16.3.2012, p. 1).

(22)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3).

(23)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 141/2007 tal-14 ta' Frar 2007 dwar ir-rekwiżit għall-approvazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal stabbilimenti kummerċjali tal-għalf li jimmanifatturaw jew li jqiegħdu fis-suq addittivi għall-għalf tal-kategorija “coccidiostats u histomonostats” (ĠU L 43, 15.12.2007, p. 9).

(24)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/786 tad-19 ta' Mejju 2015 li jiddefinixxi l-kriterji ta' aċċettabilità għall-proċessi ta' detossifikazzjoni applikati għal prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali stipulati fid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 21.5.2015, p. 10).

(25)  https://ec.europa.eu/food/safety/animal-feed/feed-hygiene/approved-establishments_en

(26)  “L-għeluq taċ-ċirku — Pjan ta' Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari” COM(2015)614 final).

(27)  L-Artikolu 5(6) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf jistabbilixxi li “l-operaturi fis-suq tal-għalf u min irabbi l-annimali f'razzett għandhom jakkwistaw u jużaw għalf minn stabbilimenti li huma rreġistrati u/jew li huma approvati skont dan ir-Regolament biss”.

(28)  Li f'dan l-istadju għadhom ma jitqisux “għalf”.

(29)  Li f'dak l-istadju għadhom ma jitqisux “għalf”.

(30)  Li f'dak l-istadju għadu ma jitqiesx bħala “għalf”.

(31)  Kif emendata mid-Direttiva (UE) 2018/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 109).

(32)  http://ec.europa.eu/environment/waste/framework/guidance.htm

(33)  http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52007DC0059

(34)  Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10).

(35)  B'riżultat tal-emendi mid-Direttiva (UE) 2018/851, imsemmija fl-ewwel paragrafu tat-Taqsima 7.1.3, il-kundizzjonijiet speċjali msemmija fil-grafika tal-istadji ma għadhomx rilevanti.

(36)  Li f'dan l-istadju għadhom ma jitqisux “għalf”.

(37)  Li f'dan l-istadju għadhom ma jitqisux “għalf”.

(38)  Li f'dan l-istadju għadhom ma jitqisux “għalf”.

(39)  Ara Linji gwida dwar l-użu bħala għalf ta' ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem. Id-dispożizzjonijiet dwar ir-restrizzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali fin-nutrizzjoni tal-annimali jinsabu fir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011. Id-dispożizzjonijiet dwar il-projbizzjoni tal-għalf huma stipulati fl-Artikolu 7 u fl-Anness IV tar-Regolament dwar it-TSE.

(40)  Approvati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali.

(41)  Il-kundizzjonijiet għall-użu jridu jiġu kkonsultati fil-Kapitolu 4 tal-Avviż tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-użu bħala għalf ta' ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem.

(42)  Li f'dan l-istadju għadhom ma jitqisux “għalf”.

(43)  Il-kundizzjonijiet għall-użu jridu jiġu kkonsultati fil-Kapitolu 3 tal-Avviż tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-użu bħala għalf ta' ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem.

(44)  Li f'dan l-istadju għadhom ma jitqisux “għalf”.

(45)  Il-kundizzjonijiet għall-użu jridu jiġu kkonsultati fil-Kapitolu 4 tal-Avviż tal-Kummissjoni — Il-Linji gwida għall-użu bħala għalf ta' ikel mhux intiż aktar għall-konsum mill-bniedem.

(46)  Skont id-derogi stipulati fil-Parti II tat-Taqsima 4 tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jekk jiġu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti.

(47)  Il-kundizzjonijiet għall-użu jridu jiġu kkonsultati fil-Kapitolu 3 tal-Avviż tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-użu bħala għalf ta' ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem.

(48)  Rapport ta' Sinteżi tal-Kumitat Permanenti PAFF 17-18 ta' Diċembru 2009 — Punt 6. Punti oħra.

(49)  Rapport ta' Sinteżi tal-Kumitat Permanenti PAFF 19/20 ta' Mejju 2014 — Punt A.06.

(50)  Ara spjega dettaljata fil-Kapitolu 4.3 tal-Linji gwida dwar l-użu bħala għalf ta' ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem.

(51)  Il-Punt A.09 tar-rapport ta' sinteżi tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf li sar fi Brussell bejn il-15 ta' Settembru 2014 u s-16 ta' Settembru 2014 (it-taqsima dwar in-nutrizzjoni tal-annimali).

(52)  L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jistabbilixxi li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 18 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tal-għalf għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

(53)  Is-Sit Web ta' DĠ SANTE: Ir-Rekwiżiti Ġenerali tal-Liġi dwar l-Ikel. http://ec.europa.eu/food/safety/general_food_law/general_requirements_en

(54)  http://ec.europa.eu/food/safety/docs/animal-feed-guides-good-practice-guidelines_good_practice_en.pdf

(55)  http://ec.europa.eu/food/safety/animal-feed/feed-hygiene/guides-good-practice/index_en.htm

(56)  Avviż tal-Kummissjoni dwar il-gwida tal-Komunità għal prattika tajba (2016/C 418/02) (ĠU C 418, 12.11.2016, p. 2).

(57)  http://www.fefac.org/

(58)  Notice on community guides to good practice (2007/C 64/04) (ĠU C 64, 20.3.2007, p. 17).

(59)  http://www.fami-qs.org/

(60)  Avviż tal-Kummissjoni dwar gwidi Komunitarji għall-prattiċi tajba (2018/C 128/03) (ĠU C 128, 11.4.2018, p. 3).

(61)  http://www.fediaf.org/

(62)  Avviż tal-Kummissjoni dwar il-gwida tal-Komunità għal prattika tajba (2016/C 418/02) (ĠU C 418, 12.11.2016, p. 2).

(63)  http://www.starch.eu/

(64)  http://www.fediol.eu/

(65)  http://www.ebb-eu.org/

(66)  http://www.efisc.eu/

(67)  Avviż tal-Kummissjoni dwar gwidi tal-Komunità għal prattika tajba (2016/C 418/02) (ĠU C 418, 12.11.2016, p. 2).

(68)  http://www.coceral.com/

(69)  http://www.copa-cogeca.be/

(70)  http://www.unistock.be/

(71)  http://ec.europa.eu/food/safety/docs/animal-feed-guides-good-practice-biosafety_food-hygiene_legis_guidance_good-practice_reg-nat.pdf


ANNESS I

Lista mhux eżawrjenti tar-regoli u l-kriterji skont il-liġi nazzjonali stabbilita minn xi Stati Membri (1) fir-rigward tal-kwantitajiet żgħar kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2(d) tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf

L-ISTATI MEMBRI TAL-UE

1.   L-AWSTRIJA

“Kwantitajiet żgħar fil-livell tal-farms reġjonali” tfisser il-kunsinni ta’ 3 tunnellati metriċi minn farm għal farm ieħor fi ħdan raġġ ta’ 15-il km. Mhi meħtieġa l-ebda reġistrazzjoni.

Futtermittelgebührentarif 2017 (FMT 2017) (2) — Rata tat-tariffa tal-għalf 2017 — FMT 2017.

2.   Il-KROAZJA

“Kwantitajiet żgħar” tfisser dawk il-prodotti agrikoli prodotti f’azjendi agrikoli li huma rreġistrati fis-sistema ARKOD (3) b’anqas minn 5 ettari ta’ art agrikola u/jew li ma jkollhomx aktar minn unità ta’ bhejjem ta’ valur waħda (4).

Pravilnik o registraciji poljoprivrednika koji posluju s hranom za životinje — Ir-Regolament dwar ir-Reġistrazzjoni tal-bdiewa li joperaw bl-għalf (OG 24/16) (5).

3.   ID-DANIMARKA

“Kwantitajiet żgħar” tfisser il-provvista diretta ta’ mhux aktar minn 5 tunnellati ta’ prodotti primarji fis-sena ta’ farms lokali għall-użu fuq dawk il-farms f’distanza ta’ 50 km mill-post tal-produzzjoni.

Bekendtgørelse nr. 935 af 27. juni 2018 om foder og foderstofvirksomheder, § 11 — Ordni Daniża Nru 935 tas-27 Ġunju 2018 dwar l-għalf u l-istabbilimenti tan-negozju tal-għalf, § 11

4.   L-ESTONJA

“Kwantitajiet żgħar” tfisser il-produzzjoni primarja annwali ta’ għalf ta’ mhux aktar minn 5 tunnellati bl-intenzjoni li jinbiegħ, jew kwalunkwe forma ta’ trasferiment, kemm jekk mingħajr ħlas jew le, mill-produttur primarju lil produttur agrikolu fit-territorju tal-Estonja.

Peatükk 3, § 6 (10) Söödaseadus 1 (vastu võetud 11.01.2007 RT I 2007, 6, 32) (6) — Kapitolu 3, § 6 (10) l-Att dwar l-Għalf (Għadda fil-11.01.2007 RT I 2007, 6, 32) (7)

Vastu võetud 25.04.2007 nr 64; RTL 2007, 37, 641 — Sööda esmatoodangu väikesed kogused ning nende turuleviimise nõuded — Ir-Regolament Nru 64 tal-Ministru tal-Agrikoltura tal-25 ta’ April 2007; RTL 2007, 37, 641 — Kwantitajiet żgħar ta’ produzzjoni primarja ta’ għalf u rekwiżiti għat-tqegħid tagħhom fis-suq (8).

5.   IL-FINLANDJA

“Kwantitajiet żgħar” tfisser il-prodotti primarji miksuba minn operaturi ta’ negozju tal-għalf li huma eżentati mill-obbligu ta’ notifika (għar-reġistrazzjoni bħala produtturi primarji) minħabba li jfornu esklussivament u direttament lill-farms lokali biss (jew lil operaturi simili) minn post tal-produzzjoni b’erja tas-superfiċje ta’ mhux aktar minn 3 ettari.

Rehulaki 8.2.2008/86 (9) — Feed Act 86/2008, amendments up to 565/2014 included (10) (it-taqsima 18, par. 1).

Maa- ja metsätalousministeriön asetus rehualan toiminnanharjoittamisesta 548/2012 (11) — Digriet tal-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Forestrija dwar is-segwiment ta’ attivitajiet fis-settur tal-għalf tal-annimali 548/2012, l-emendi sa 960/2014 inklużi (12) (it-Taqsima 5, par. 2).

6.   IL-ĠERMANJA

“Kwantitajiet żgħar” tfisser il-provvista diretta ta’ għalf mill-produttur primarju tal-għalf (bi produzzjoni ta’ mhux aktar minn 5 ettari fis-sena) fil-livell lokali (f’raġġ ta’ 50 km mill-post tal-produzzjoni).

Leitfaden zur Registrierung von Futtermittelunternehmen (seite 12) — Gwida dwar ir-reġistrazzjoni tal-operaturi ta’ negozju tal-għalf (paġna 12) (13).

7.   L-ITALJA

“Kwantitajiet żgħar” tfisser il-provvista diretta, fuq talba tal-utenti finali, ta’ prodotti primarji miksuba fl-istess farm u li jinsabu fl-istess provinċja jew fi provinċji fil-viċinat.

Circolare esplicativa Nazionale del 28 dicembre 2005 numero di protocollo n.45950-P-I8da9/1 — Notifika ta’ spjegazzjoni nazzjonali tat-28 ta’ Diċembru 2005 numru tal-protokoll n.45950-P-I8da9/1 (14).

8.   IL-LATVJA

“Kwantitajiet żgħar” tfisser il-kummerċ ta’ prodotti primarji tal-għalf (bejgħ, bejgħ jew kunsinna kemm jekk mingħajr ħlas kif ukoll jekk le) sa mhux aktar minn għaxar tunnellati għal kull sena kalendarja.

Ministru kabineta noteikumi Nr.865 — 2009 gada 4.augustā (prot. Nr.51 40.§) Higiēnas prasības dzīvnieku barības primārajai ražošanai un tiešajām piegādēm mazos daudzumos — Ir-Regolament tal-Kabinett tal-Ministri tal-Latvja Numru 865, fis-seħħ mill-4 ta’ Awwissu 2009, ir-Rekwiżiti dwar l-Iġjene għall-għalf fil-produzzjoni primarja u l-provvista diretta ta’ kwantitajiet żgħar.

9.   IS-SLOVENJA

“Kwantitajiet żgħar” tfisser kwalunkwe kwantità ta’ għalf li joriġina mill-pjanti mill-produzzjoni primarja prodott f’azjenda agrikola li jiġi kkunsinjat lil azjenda agrikola oħra bħala utent finali fit-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja.

Člen 2(6) Pravilnik o registraciji in odobritvi obratov nosilcev dejavnosti na področju krme (Uradni list Republike Slovenije, št. 50/15, 67/65) — l-Artikolu 2(6) tar-Regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni tal-istabbilimenti ta’ operaturi ta’ negozju tal-għalf (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 50/15, 67/65) (15).

10.   L-IŻVEZJA

“Kwantitajiet żgħar” tfisser il-provvista diretta ta’ mhux aktar minn 10 tunnellati ta’ materja niexfa ta’ prodotti primarji fis-sena lejn lokal f’distanza ta’ 50 km mill-post tal-produzzjoni.

Kapitel 4 (§1) Statens jordbruksverks föreskrifter och allmänna råd om foder — Il-Bord tal-Istat tar-regolamenti dwar l-agrikoltura u pariri ġenerali dwar l-għalf, il-Kapitolu 4 (§1).

11.   IR-RENJU UNIT

Ir-Renju Unit ma introduċiex leġiżlazzjoni biex jiddetermina kwantitajiet żgħar ta’ għalf fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2, il-paragrafu 2(d) fir-Regolament (KE) Nru 183/2005. Madanakollu, bħal gwida ġenerali, l-awtoritajiet tal-infurzar jużaw definizzjoni operazzjonali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ produzzjoni primarja tal-għalf bħala li hija anqas minn 20 tunnellata fis-sena.

PAJJIŻI OĦRA TAŻ-ŻEE

1.   IN-NORVEĠJA

“Kwantitajiet żgħar” tfisser il-provvista diretta ta’ mhux aktar minn 15-il tunnellata ta’ prodotti primarji fis-sena lejn farms lokali f’distanza ta’ 30 km mill-post tal-produzzjoni.

Forskrift om fôrhygiene, § 3. Unntak for små mengder landdyrfôr til lokale mottakere — Ir-Regolament dwar l-iġjene tal-għalf, § 3. Eċċezzjoni għal kwantitajiet żgħar ta’ għalf għall-bdiewa lokali (16).


(1)  U n-Norveġja bħala Pajjiż taż-ŻEE.

(2)  http://www.baes.gv.at/amtliche-nachrichten/gebuehrentarife/futtermittelgesetz/

(3)  Is-sistema nazzjonali tar-reġistrazzjoni tal-art agrikola.

(4)  Annimal jew grupp ta’ annimali tal-istess speċi li jiżen/jiżnu mhux aktar minn 500 kg.

(5)  http://narodne-novine.nn.hr/clanci/sluzbeni/2016_03_24_723.html

(6)  https://www.riigiteataja.ee/akt/101092015029

(7)  https://www.riigiteataja.ee/en/eli/ee/503092015007/consolide

(8)  https://www.riigiteataja.ee/akt/12823160

(9)  http://www.finlex.fi/fi/laki/ajantasa/2008/20080086?search%5Btype%5D=pika&search%5Bpika%5D=2008%2F86

(10)  http://www.finlex.fi/fi/laki/kaannokset/2008/en20080086.pdf

(11)  http://www.finlex.fi/fi/laki/smur/2012/20120548?search%5Btype%5D=pika&search%5Bpika%5D=548%2F2012

(12)  http://www.finlex.fi/fi/laki/kaannokset/2012/en20120548.pdf

(13)  http://www.bvl.bund.de/SharedDocs/Downloads/02_Futtermittel/fm_Leitfaden_Registrierung_Betriebe.pdf?__blob=publicationFile&v=3

(14)  http://www.salute.gov.it/imgs/C_17_pubblicazioni_1198_allegato.pdf

(15)  http://www.pisrs.si/Pis.web/pregledPredpisa?id=PRAV7397

(16)  https://lovdata.no/dokument/SF/forskrift/2010-01-14-39?q=fôrhygiene


ANNESS II

Listi ta’ stabbilimenti rreġistrati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf

L-ISTATI MEMBRI TAL-UE

1.   L-AWSTRIJA

https://www.baes.gv.at/amtliche-nachrichten/kundmachungen/futtermittelgesetz/

2.   IL-BELĠJU

http://www.favv-afsca.fgov.be/productionanimale/alimentation/agrementsautorisations/

3.   IL-BULGARIJA

http://www.babh.government.bg/en/Object/site_register/index/

4.   Il-KROAZJA

http://www.veterinarstvo.hr/default.aspx?id=12

5.   ĊIPRU

http://www.moa.gov.cy/moa/da/da.nsf/All/B5CA788BBB54A58BC22581E800448B77?OpenDocument

6.   IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://eagri.cz/public/app/srs_pub/eu183/index.php?search=advanced

7.   ID-DANIMARKA

https://www.foedevarestyrelsen.dk/Leksikon/Sider/Lister-over-registrerede-fodervirksomheder.aspx

8.   L-ESTONJA

https://jvis.agri.ee/jvis/avalik.html#/kaitlemisettevotedparing

9.   IL-FINLANDJA

https://www.evira.fi/en/animals/feed/

10.   FRANZA

https://www.economie.gouv.fr/dgccrf/profil-entreprise/exploitants-enregistres-secteur-alimentation-animale

11.   IL-ĠERMANJA

https://www.bvl.bund.de/DE/02_Futtermittel/03_AntragstellerUnternehmen/01_Zulassungs_Registrierungspflicht/02_Futtermittelbetriebe_Verzeichnis/fm_FMBetriebeVerzeichnis_node.html

12.   IL-GREĊJA

http://www.minagric.gr/index.php/en/farmer-menu-2/livestock-menu/feedingstuffs-menu

13.   L-UNGERIJA

http://portal.nebih.gov.hu/-/takarmany-listak

14.   L-IRLANDA

http://www.agriculture.gov.ie/agri-foodindustry/feedingstuffs/listsoffbos-registeredandapproved/

15.   L-ITALJA

http://www.salute.gov.it/portale/temi/p2_6.jsp?lingua=italiano&id=1572&area=sanitaAnimale&menu=mangimi

16.   IL-LITWANJA

http://www.vic.lt:8101/pls/seklos/rpu.sel

17.   IL-LUSSEMBURGU

http://www.securite-alimentaire.public.lu/professionnel/aliments_animaux/index.html

18.   IL-LATVJA

http://www.pvd.gov.lv/?sadala=615#jump

19.   MALTA

http://agriculture.gov.mt/en/vrd/Documents/2017/animalNutritionSection/Register%20of%20Maltese%20Feed%20Businesses%20v.120917.pdf

20.   IN-NETHERLANDS

https://english.nvwa.nl/topics/approved-establishments/animal-feed-sector

21.   IL-POLONJA

https://pasze.wetgiw.gov.pl/demo/index.php?mode=2&search_mode=1&lng=&protect=952b2f6e4c267ed40ecee2abc7a0737e

22.   IL-PORTUGALL

http://www.dgv.min-agricultura.pt/portal/page/portal/DGV/genericos?generico=201155&cboui=201155

23.   IR-RUMANIJA

http://www.ansvsa.ro/unitati-nutritie-animala/

24.   IS-SLOVAKKJA

http://www.uksup.sk/okvz-register/

25.   IS-SLOVENJA

http://www.uvhvvr.gov.si/en/registers_and_lists/feed/list_of_feed_establishments/

26.   SPANJA

http://www.mapama.gob.es/es/ganaderia/temas/alimentacion-animal/acceso-publico/registro_general_establecimientos.aspx

27.   L-IŻVEZJA

http://www.jordbruksverket.se/swedishboardofagriculture/engelskasidor/animals/feedandanimalbyproducts.4.3a2bcf1b1244c6487a480004440.html

28.   IR-RENJU UNIT

https://www.food.gov.uk/enforcement/sectorrules/feedapprove/feedpremisesregister

PAJJIŻI OĦRA TAŻ-ŻEE

1.   IN-NORVEĠJA

https://www.mattilsynet.no/om_mattilsynet/godkjente_produkter_og_virksomheter/forvarer/approved_and_registered_feed_companiespdf.9258-438/binary/Approved%20and%20registered%20feed%20companies.pdf


ANNESS III

Ibbażat fuq l-Anness IV tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf dwar l-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tan-negozju tal-għalf (irreferi għall-Artikolu 10 tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf)

KAPITOLU 1

Addittivi awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003:

Addittivi nutrittivi: l-addittivi kollha fil-grupp,

Addittivi żootekniċi: l-addittivi kollha fil-grupp,

Addittivi teknoloġiċi: addittivi koperti mill-Anness I(1)(b) (“antiossidanti”) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003: dawk b’kontenut massimu fiss biss,

Addittivi sensorji: addittivi koperti mill-Anness I(2)(a) (“koloranti”) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003: karotenojdi u ksantofilli.

KAPITOLU 2

Addittivi awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003:

Addittivi żootekniċi: addittivi żootekniċi koperti mill-Anness I(4)(d) (“addittivi żootekniċi oħra”) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003

Koċċidijostati u istomonostati: l-addittivi kollha,

Addittivi nutrittivi:

addittivi koperti mill-Anness I(3)(a) (Vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003: A u D.

addittivi koperti mill-Anness I(3)(b) (“komposti ta’ oligoelementi”) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003: Cu u Se.

KAPITOLU 3

Addittivi awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003:

Addittivi Żootekniċi: addittivi koperti mill-Anness I(4)(d) (“addittivi żootekniċi oħra”) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003

koċċidijostati u istomonostati: l-addittivi kollha.


5.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/29


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9362 — Suez Organique/Avril PA/Terrial)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 225/02)

Fis-27 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9362. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/30


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta’ Lulju 2019

(2019/C 225/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1288

JPY

Yen Ġappuniż

121,65

DKK

Krona Daniża

7,4633

GBP

Lira Sterlina

0,89730

SEK

Krona Żvediża

10,5208

CHF

Frank Żvizzeru

1,1120

ISK

Krona Iżlandiża

141,70

NOK

Krona Norveġiża

9,6298

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,434

HUF

Forint Ungeriż

322,82

PLN

Zloty Pollakk

4,2439

RON

Leu Rumen

4,7188

TRY

Lira Turka

6,3237

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6076

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4749

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7899

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6888

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5307

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 319,51

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,7869

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7567

HRK

Kuna Kroata

7,3985

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 961,23

MYR

Ringgit Malażjan

4,6653

PHP

Peso Filippin

57,683

RUB

Rouble Russu

71,5913

THB

Baht Tajlandiż

34,603

BRL

Real Brażiljan

4,3098

MXN

Peso Messikan

21,4305

INR

Rupi Indjan

77,3335


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

5.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/31


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9422 — Leonard Green & Partners/Ares Management Corporation/Press Ganey Associates)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 225/04)

1.   

Fit-28 ta' Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Leonard Green & Partners, L.P. (“LGP”, l-Istati Uniti),

Ares Management Corporation (“Ares”, l-Istati Uniti),

Press Ganey Associates, Inc. (“Press Ganey”, l-Istati Uniti)

LGP u Ares jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Press Ganey kollha.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal LGP: ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata li primarjament tinvesti f’kumpaniji li jipprovdu servizzi, inklużi servizzi għall-konsumaturi, għan-negozju u s-servizzi tal-kura tas-saħħa, kif ukoll il-bejgħ bl-imnut, id-distribuzzjoni u industrijali.

—   għal Ares: maniġer alternattiv ta’ assi li jżomm interessi fis-swieq tal-kreditu, tal-ekwità privata u tal-proprjetà immobbli.

—   għal Press Ganey: il-provvista ta’ kejl tal-esperjenza tal-pazjenti, l-analitika tal-prestazzjoni u soluzzjonijiet konsultattivi strateġiċi għal organizzazzjonijiet tal-kura tas-saħħa tul il-katina tal-kura, prinċipalment fl-Istati Uniti tal-Amerika.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9422 — Leonard Green & Partners/Ares Management Corporation/Press Ganey Associates

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

5.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/33


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2019/C 225/05)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

PAŠKI SIR

Nru tal-UE: PDO-HR-02397 — 10.4.2018

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem/ismijiet

“Paški sir”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Il-Kroazja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

“Paški sir” huwa ġobon tan-nagħaġ ta' għamla iebsa prodott mill-ħalib sħiħ tan-nagħaġ mir-razza nattiva tan-nagħaġ tal-gżira ta’ Pag. Il-prodott jimmatura għal tal-inqas 60 jum qabel jiġi kkummerċjalizzat u għandu l-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi li ġejjin:

forma: ċilindrika, b’bażi ċatta u bil-wiċċ ta’ fuq ċatt jew ftit konvess;

daqs: dijametru ta’ 18 cm sa 24 cm, għoli ta’ 7 cm sa 13 cm;

piż: minn 1,8 kg sa 3,5 kg skont id-daqs tal-ġobon;

materja niexfa: minimu ta’ 55 %;

xaħam fil-materja niexfa: minimu ta’ 45 %;

qoxra: lixxa u iebsa, b’kulur isfar dehbien li jagħti fil-kannella jagħti fl-aħmar ċar;

pejst: kompatt, elastiku b’mod dgħajjef, faċli jinqata’, sawra densa, bl-ebda jew vera ftit toqob żgħar irregolari, ta’ kulur isfar ċar; jitlef l-elastiċità tiegħu meta jimmatura u l-kulur isir ta’ ton aktar skur;

togħma: ftit qawwija u ħelwa, li ssir aktar qawwija meta jimmatura;

aroma: tipika tal-ġobon tan-nagħaġ bi ħjiel ta’ ħwawar aromatiċi.

Il-ġobon “Paški sir” jista’ jkun ukoll iżgħar mid-daqs standard; f’dan il-każ jimmatura għal tal-inqas 60 jum qabel jiġi kkummerċjalizzat u għandu l-karatteristiċi fiżiċi u organolettiċi li ġejjin:

daqs: dijametru ta’ 9 cm sa 14 cm, għoli ta’ 6 cm sa 12 cm;

piż: minn 0,6 kg sa 1,2 kg;

il-karatteristiċi l-oħra huma l-istess bħal dawk tal-ġobon standard.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Għalf

In-nagħaġ iqattgħu s-sena sħiħa fuq mergħat fejn jirgħu jew jagħlfu fuq foraġġ oħxon prodott fiż-żona ta’ produzzjoni tal-“Paški sir”. Kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa, fil-każ li n-nagħaġ ma jistgħux jissodisfaw il-ħtiġijiet nutrittivi tagħhom billi jirgħu u jieklu foraġġ oħxon prodott fiż-żona ta’ produzzjoni tal-“Paški sir”, id-dieta tagħhom tiġi ssupplimentata b’foraġġ oħxon u għalf ikkonċentrat li jiġi prodott barra minn din iż-żona. Il-kwantità ta’ għalf prodott barra minn din iż-żona ma tistax taqbeż 50 % tal-materja niexfa kkunsmata min-nagħaġ matul is-sena.

Il-proporzjon ta’ għalf ta’ kuljum tan-nagħaġ matul il-perjodu tal-ħlib, li jdum madwar 130 jum, jikkonsisti prinċipalment minn foraġġ oħxon (ħxejjex u tiben) u jista’ jkun fih ukoll għalf ikkonċentrat (qamħ, xgħir, qamħirrum, soja) u l-komposti tiegħu. Il-foraġġ oħxon jipprovdi tal-inqas 83 % tal-materja niexfa totali fil-proporzjon u, meta jiżdied għalf ikkonċentrat, dan tal-aħħar jammonta għal massimu ta’ 17 % tal-materja niexfa fil-proporzjon. Tal-inqas 65 % tal-foraġġ oħxon fil-proporzjon għandu jiġi miż-żona ta’ produzzjoni ġeografika tal-“Paški sir”, li tikkorrispondi għal 54 % tal-materja niexfa totali fil-proporzjon ta’ kuljum; il-35 % li jifdal jista’ jinkiseb minn barra ż-żona ta’ produzzjoni ġeografika tal-“Paški sir”. Għalf ikkonċentrat (qamħ, xgħir, qamħirrum, soja) u l-komposti tiegħu kollha jinkisbu minn barra ż-żona ta’ produzzjoni ġeografika tal-“Paški sir”.

Huma biss it-tiben imnixxef sew ta’ ħaxix tal-mergħa, il-legumi perenni jew taħlita ta’ xnien/ħaxix, ta’ mhux aktar minn sena u b’faxxina ppreservata sew li jistgħu jintużaw bħala l-foraġġ oħxon miksub minn barra ż-żona ta’ produzzjoni ġeografika tal-“Paški sir”.

Mhuwiex permess li jintuża għalf insilat u żerriegħa użata tal-birrerija.

Il-ħtieġa li jinkiseb għalf minn barra ż-żona ta’ produzzjoni ġeografika tal-“Paški sir” tqajmet għall-ewwel darba fit-tieni nofs tal-aħħar seklu. Fis-sittinijiet, minħabba r-reputazzjoni li “Paški sir” kellu anki dak iż-żmien, il-bdiewa bdew irabbu n-nagħaġ b’mod selettiv għall-ħalib. Il-fokus tat-trobbija tan-nagħaġ ta’ Pag kien li tiżdied il-kwantità u l-kwalità tal-ħalib, jiġifieri li jiżdied ir-rendiment tal-ħalib, u dan wassal biex ikun hemm bżonn aktar għalf matul it-tmeninijiet; minħabba l-mergħa limitata u ż-żoni ta’ marġ disponibbli fuq il-gżira ta’ Pag, dan ma setax jiġi prodott għalkollox fiż-żona ta’ produzzjoni. In-nuqqasijiet fl-għalf seħħew partikolarment fi snin ta’ nixfa. Bħala riżultat, il-bdiewa tan-nagħaġ ta’ Pag l-ewwel bdew jipproduċu foraġġ oħxon minn żoni kontinentali tal-viċinat u, kif kibret il-produzzjoni tal-ħalib, introduċew bil-mod l-għalf ikkonċentrat fil-proporzjon waqt il-perjodu ta’ tiħlib.

Materja prima

“Paški sir” huwa magħmul minn ħalib sħiħ tan-nagħaġ nej jew ittrattat bis-sħana mir-razza nattiva tan-nagħaġ tal-gżira ta’ Pag, minn tames tal-annimali jew enzimi koagulanti oħra ta’ oriġini mikrobijoloġika u melħ tal-baħar prodott fiż-żona tal-produzzjoni. L-użu ta’ kulturi starter tal-ħalib, tal-liżożima u tal-klorur tal-kalċju huwa permess ukoll.

Il-ħalib li ma jiġix ipproċessat fi żmien sitt sigħat mill-ħlib jiġi mkessaħ għal temperatura ta’ inqas minn 6 °C u jiġi pproċessat fi żmien 48 siegħa mill-ħlib.

3.4.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha fil-produzzjoni tal-“Paški sir”, mill-produzzjoni u l-proċess ta’ tames tal-ħalib sal-formazzjoni, l-ippressar, it-tmelliħ u l-maturazzjoni tal-ġobon, għandhom isiru fi ħdan iż-żona ġeografika msemmija fil-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tfettit, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih jirreferi l-isem reġistrat

Il-ġobon “Paški sir” jiġi kkumerċjalizzat kollu jew f’porzjonijiet ippakkjati f’vakwu jew f’atmosfera modifikata. Ġobon li jiżen inqas minn 1.2 kg jista’ jiġi kkumerċjalizzat sħiħ biss. “Paški sir” li jkun immatura għal aktar minn 12-il xahar jiġi kkumerċjalizzat ukoll f’forma maħkuka.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem reġistrat

Il-prodott finali li jitqiegħed fis-suq għandu jkollu l-isem ta’ “Paški sir”, li għandu jispikka b’mod aktar ċar minn kwalunkwe skrizzjoni oħra f’termini tad-daqs, tip u kulur tal-ittri. Minbarra l-isem, il-prodott għandu jkollu s-simbolu komuni ta’ “Paški sir”, kif muri hawn taħt.

Image 1

L-utenti kollha tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini ta’ “Paški sir” li jipproduċu l-prodott skont l-ispeċifikazzjoni tiegħu għandhom dritt jużaw is-simbolu komuni, taħt l-istess kondizzjonijiet.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-ġobon “Paški sir” jiġi prodott fuq il-gżira ta’ Pag u ż-żewġ gżejjer ta’ Maun u Škrda.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-karatteristiċi speċifiċi u l-kwalità tal-“Paški sir” huma dovuti għall-kondizzjonijiet ambjentali speċifiċi fiż-żona ta’ produzzjoni, inkluż il-kompożizzjoni tal-pjanta tal-mergħat u t-tradizzjoni twila tat-trobbija tan-nagħaġ u l-produzzjoni tal-ġobon tan-nagħaġ.

Il-ġobon “Paški sir” jiġi prodott fuq il-gżira ta’ Pag, li ġeoloġikament taqa’ fi ħdan iż-żona tal-karst, fejn l-art bilkemm hija kultivabbli. Ir-riżalt dominanti tal-karst u l-klima Mediterranja influwenza l-karatteristiċi tal-kopertura tal-pjanti u l-iżvilupp tat-trobbija tan-nagħaġ bħala l-attività agrikola ewlenija. Pag għandha ħafna inqas veġetazzjoni (b’mod partikolari pjanti twal) mill-gżejjer Adrijatiċi kbar l-oħra, għaldaqstant ħafna mill-kopertura tal-art tagħha hija dominata minn mergħat tal-karst, li huma importanti ħafna għall-biedja fuq il-gżira peress li dawn jammontaw għal 90 % tal-art agrikola totali.

Riċerka xjentifika floristika u fitoċenoloġika riċenti dwar l-aktar kompożizzjonijiet komuni ta’ mergħat fuq il-gżira ta’ Pag identifikaw 331 speċi ta’ flora vaskulari, li l-biċċa l-kbira tagħhom jappartjenu għall-element floristiku Mediterranju. Il-kondizzjonijiet naturali speċfiċi primarjament jiffavorixxu t-tkabbir tal-flora tipika tal-bwar Mediterranji. Għalhekk fuq il-biċċa l-kbira tal-mergħat tal-gżira wieħed isib proporzjon kbir ta’ pjanti aromatiċi u mediċinali bħall-ħaxixa tal-morliti (Achillea millefolium L.), l-assenzju/erbajanka (Arthemisia absinthium L.), il-bużbież (Foeniculum vulgare Mill.), l-immortelle (Helichrysium italicum Roth G. Don), is-St John’s Wort (Hypericum officinalis L.), in-nagħniegħ (Mentha sp.), il-fejġel (Ruta graveolens L.), is-sagħtar (Thymus vulgaris L.) u s-salvja (Salvia officinalis L.).

Sekli ta’ għażla tan-nagħaġ fuq il-gżira ta’ Pag ħolqu r-razza nattiva tan-nagħaġ, in-nagħaġ ta’ Pag, li hija titrabba kważi esklussivament fuq il-gżira ta’ Pag u li tisboq lir-razez l-oħra fil-ħila tagħha biex tisfrutta l-veġetazzjoni skarsa tal-mergħat ġeblija u hija adattata b’mod sħiħ għall-metodu ta’ biedja semiestensiv, li fil-produzzjoni tal-ħalib jiġi ddeterminat l-aktar permrezz ta’ fatturi ambjentali (Ivica Ljubičić et al., ‘Florni sastav ovčarskih pašnjaka otoka Paga’ [Il-kompożizzjoni floristika tal-mergħat tan-nagħaġ tal-gżira ta’ Pag], Mljekarstvo journal 62(4), Zagreb, 2012).

Il-metodu speċifiku tat-trobbija tan-nagħaġ ta’ Pag huwa bbażat fuq li n-nagħaġ iqattgħu l-ġurnata kollha fuq il-mergħat u jikkonsmaw pjanti aromatiċi u mediċinali; dan huwa rifless mhux biss fil-kwantità tal-ħalib prodott iżda wkoll fil-kompożizzjoni kimika u l-proprjetajiet tal-ipproċessar tiegħu (Neven Antunac et al., ‘Utjecaj paragenetskih čimbenika na proizvodnju i kemijski sastav mlijeka paških ovaca’ [L-influwenza ta’ fatturi paraġenetiċi fuq il-produzzjoni u l-kompożizzjoni kimika tal-ħalib tan-nagħaġ ta’ Pag], Mljekarstvo journal 61(3), Zagreb, 2011). Minħabba li n-nagħaġ jitrabbew barra, il-ġobon qatt ma jkollu aroma ta’ “madwar matmura tal-qamħ”.

It-tradizzjoni tal-produzzjoni ta’ “Paški sir” hija twila daqs dik tat-trobbija tan-nagħaġ ta’ Pag; din żviluppat minħabba l-kondizzjonijiet tal-għajxien ta’ Pag, li kien ifisser li n-nies tal-gżira riedu jagħmlu użu mill-eċċess ta’ ħalib u jippreservawh għal użu aktar tard. Għall-abitanti tal-gżira ta’ Pag, il-ġobon irrappreżenta l-ewwel u qabel kollox riserva ta’ xaħam u proteini wara l-istaġun tal-ħlib, iżda wkoll prodott tal-ikel ta’ favur li seta’ jiġi nnegozjat. L-ewwel darba li ssemmiet il-produzzjoni tal-ġobon tan-nagħaġ fuq il-gżira ta’ Pag tista’ tinstab fil-Nuovo dizionario geografico universale [Dizzjuanrju ġeografiku universali ġdid], stampat fl-1831 f’Venezja. Madankollu, jista’ jiġi kkunsidrat li l-produzzjoni ta’ “Paški sir” kif nafuha llum bdiet madwar l-1870. L-ewwel rekords tal-metodu tal-produzzjoni ta’ “Paški sir” fuq irziezet tal-familja jmorru lura għall-1912 meta Ljudevit Tejkal jsemmiha fil-ktieb Sirarstvo u Dalmaciji [Il-produzzjoni tal-ġobon f’Dalmatia]. Fil-ktieb tiegħu Ovčje mljekarstvo [Il-produzzjoni tal-ħalib tan-nagħaġ], 1947, Nikola Zdanovski jsostni li: In-nagħaġ ta’ Pag huma magħrufa ħafna, mhux biss għas-suf eċċellenti tagħhom u l-laħam bnin tal-ħrief, iżda wkoll għal “Paški sir”.

Il-kompożizzjoni karatteristika tal-flora tal-mergħat fuq il-gżira ta’ Pag tinfluwenza l-kompożizzjoni speċifika tal-ħalib tan-nagħaġ f’termini ta’ xaħam, proteini, zokkor u kontenut minerali u komposti speċifiċi oħra li fl-aħħar mill-aħħar jikkontribwixxu għall-aroma tipika tal-ġobon ta’ ħwawar aromatiċi Mediterranji u t-togħma u qawwa intensa tiegħu. L-aċidu suċċiniku wkoll jikkontribwixxi għall-aroma kompleta u t-togħma “umami”, li mill-għaxar ġobniet tan-nagħaġ mir-reġjun usa’ analizzat, tista' ssibu biss fil-“Paški sir” u, fi kwantitajiet iżgħar, fil-ġobon ta’ Travnik/Vlašić (Jasmina Havranek et al., Atlas ovčjih sireva zemalja zapadnog Balkana [Atlas tal-ġobon tan-nagħaġ fil-Balkani tal-Punent], Zagreb, 2012).

L-aromi speċifiċi jiġu ttrasferiti mill-pjanti lokali għal “Paški sir” prinċipalment bis-saħħa tat-trobbija tan-nagħaġ u l-ħiliet tal-produzzjoni tal-ġobon li l-irziezet tal-familja lokali ilhom jipperfezzjonaw u jgħaddu minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni mill-qedem. Il-persistenza tal-kumplessità aromatika, kif ukoll bosta karatteristiċi tal-ġobon, jiddependu fuq l-għarfien u l-ħiliet tradizzjonali tal-produtturi tal-ġobon tal-gżira tul l-istadji kollha tal-produzzjoni.

Is-sawra korretta ta’ “Paški sir” tiddependi l-aktar fuq it-temperatura u d-durata tat-tisħin tal-baqtiet mqattgħa, li l-produttur tal-ġobon ewlieni jaġġusta skont l-istaġun, jiġifieri t-temperatura u l-umdità relattiva tal-atmosfera meta jseħħ il-proċess tat-tames.

Minħabba l-piż relattivament baxx ta’ “Paški sir”, il-kondizzjonijiet tat-temp ta’ barra għandhom impatt kbir fuq il-proċess tal-maturazzjoni. Fil-passat, ma kienx possibbli li jiġu kkontrollati l-kondizzjonijiet fid-djar tal-preservazzjoni u kienet tiżviluppa mikroflora mhux mixtieqa fuq il-qoxra minħabba l-umdità kbira. Bħala riżultat, il-produtturi tal-ġobon xi drabi kienu jaħslu l-ġobon manwalment u jiksuh biż-żejt taż-żebbuġa jew xi żejt ieħor tal-ħaxix. Dan il-proċess għadu jsir sal-lum il-ġurnata u jinfluwenza sostanzjalment il-karatteristiċi tal-qoxra tal-ġobon, li hija iebsa, lixxa u ta’ kulur isfar dehbien għal kannella fl-aħmar ċar f’ġobon matur. Il-kisi tal-ġobon biż-żejt wara li jinħasel, li l-produttur tal-ġobon jagħmel tal-inqas erbgħa sa sitt darbiet waqt l-istadju tal-maturazzjoni, għandu wkoll effett pożittiv fuq iż-żmien proprju tal-proċessi enzimatiċi ġol-ġobon, peress li jnaqqas it-tnixxif u jipprevjeni l-azzjoni proteolitika tal-flora tal-wiċċ.

Is-sawra u t-togħma ta’ “Paški sir” tiddependi fuq it-tul tal-perjodu tal-maturazzjoni. Ġobon żgħir li ilu matur għal xahrejn huwa elastiku b’mod dgħajjef, faċli biex jinqata’ u m’għandu l-ebda jew verament ftit toqob żgħar tondi mqassmin b’mod mifrux. Il-qoxra hija rabta biżżejjed biex tittiekel. It-togħma tiegħu hija ftit ħelwa, moderatament mielħa u qawwija b’mod pjaċevoli, bil-ħjiliet tipiċi tal-ġobon tan-nagħaġ. Dan għandu aroma qawwija u li ddum li hija karatteristika taż-żona ta’ produzzjoni u reminixxenti tal-ħwawar aromatiċi u kulinarji Mediterranji.

Hekk kif jimmatura, il-“Paški sir” gradwalment isir aktar qawwi, it-togħma, l-aroma u l-kulur tiegħu jiżdiedu fl-intensità u l-konsistenza ssir aktar iebsa fis-sawra tiegħu. Il-“Paški sir” li jkun immatura għalkollox ikun immatura għal 6 xhur jew aktar; dan għandu struttura granulata fina u jinqasam b’mod mhux indaqs meta jinqata’. Għandu togħma qawwija, sħiħa b’mod armonjuż u jdub il-ħalq, bi bħal donnu “kristalli” taħt l-ilsien.

Il-karatteristiċi fiżiċi ta’ “Paški sir” huma d-daqs relattivament żgħir tiegħu u l-piż (massimu 3.5 kg), li jirrifletti l-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali li storikament intuża fl-irziezet tal-familja b’numru relattivament żgħir ta’ nagħaġ u b’hekk bi kwantitajiet limitati ta’ ħalib kuljum li għandhom jintużaw biex isir il-ġobon. Zdanovski jsostni li “Paški sir” kien għadu qed jiġi prodott “bl-idejn”, jiġifieri mingħajr l-użu ta’ forom, f’nofs l-aħħar seklu, li wassal għal ġobon ta’ daqs iżgħar.

Illum il-ġurnata, “Paški sir” jiġi prodott prinċipalment minn irziezet tal-familja żgħar, li jrabbu wkoll in-nagħaġ. Dan jiżgura li l-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni jingħadda fil-familji minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni u li l-identità speċifika tal-ġobon u l-awtentiċità tiegħu jiġu ggarantiti minn katina tal-produzzjoni qasira.

Bosta aspetti tal-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali għal “Paški sir” nżammu meta beda jiġi prodott għall-ewwel darba f’maħleb tal-ġobon fl-1971 u ġie introdott il-proċess tal-pasturizzazzjoni tal-ħalib. Dan ma naqqasx it-togħma u l-aroma speċifika tal-ġobon peress li nżammu l-kondizzjonijiet ta’ produzzjoni tradizzjonali tal-ipproċessar tal-baqtiet u l-maturazzjoni. M’hemm l-ebda differenza notevoli bejn ġobon prodott minn ħalib nej u ġobon prodott minn ħalib ippasturizzat, peress li t-togħma u l-aroma speċifika u distintiva tal-“Paški sir” jiġu ddeterminati mill-kompożizzjoni tal-ħalib tan-nagħaġ ta’ Pag, li tiġi ddeterminata mill-ambjent naturali fejn joqogħdu n-nagħaġ, jiġifieri l-ikel li jikkonsmaw (Zdravko Barać et al., Paška ovca – hrvatska izvorna pasmina [In-nagħaġ ta’ Pag - razza Kroata nattiva], Novalja, 2008). Tlett imħaleb tal-ġobon żgħar li jipproduċu l-“Paški sir” qed ikomplu t-tradizzjoni ta’ katina tal-produzzjoni qasira u, għalkemm dawn jixtru xi ftit mill-ħalib mill-bdiewa tan-nagħaġ lokali, dawn jipproduċu l-bqija billi jużaw il-merħla ta’ nagħaġ tagħhom.

Il-bosta premji miksuba f’esebizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali jixhdu l-kwalità speċjali tal-“Paški sir”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://poljoprivreda.gov.hr/UserDocsImages/arhiva/datastore/filestore/139/Specifikacija-Paski-sir.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


5.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/38


Pubblikazzjoni tal-lista ta’ emendi standard fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għal inbejjed DOP u IĠP

(2019/C 225/06)

Din il-pubblikazzjoni telenka emendi standard fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għal inbejjed DOP u IĠP għal kull Stat Membru, skont l-Artikolu 61(6) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

Il-Kummissjoni se tippubblika l-applikazzjonijiet u d-dokumenti uniċi marbutin ma’ dawk l-emendi standard skont l-Artikolu msemmi, fir-reġistru elettroniku tad-DOP u l-IĠP stabbilit skont l-Artikolu 104 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (2), https://ec.europa.eu/info/food-farming-fisheries/food-safety-and-quality/certification/quality-labels/geographical-indications-register/.

Lista ta’ emendi standard għal kull Stat Membru

Pajjiż

Ismijiet tal-inbejjed

Nru tal-fajl

Il-Bulgarija

Дунавска равнина

PGI-BG-A1538-AM01

Тракийска низина

PGI-BG-A1552-AM02

Il-Ġermanja

Baden

PDO-DE A1264-AM01

Württemberg

PDO-DE A1276-AM01

Il-Greċja

Δαφνές

AM01AM01

Παρνασσός

PGI-GR-A1026-AM01

Πλαγιές Πάικου

PGI-GR-A1088-AM01

Τύρναβος

PGI-GR-A0122-AM01

Spanja

Alella

PDO-ES-A1423-AM03

Arabako Txakolina/Txakolí de Álava/Chacolí de Álava

PDO-ES-A0732-AM02

Arribes

PDO-ES-A0614-AM02

Aylés

PDO-ES-A1522-AM03

Bajo Aragón

PGI-ES-A1362-AM03

Betanzos

PGI-ES-A1257-AM02

Bullas

PDO-ES-A0536-AM03

Cangas

PDO-ES-A0119-AM02

Castelló

PGI-ES-A1173-AM02

Cava

PDO-ES-A0735- AM06

Conca de Barberà

PDO-ES-A1422- AM02

Dehesa del Carrizal

PDO-ES-A0054-AM02

Dominio de Valdepusa

PDO-ES-A0052-AM02

Finca Élez

PDO-ES-A0053-AM01

Granada

PDO-ES-A1475-AM02

Jumilla

PDO-ES-A0109-AM03

Manchuela

PDO-ES-A0046-AM01

Montilla-Moriles

PDO-ES-A1479-AM02

Montsant

PDO-ES-A1550-AM03

Penedès

PDO-ES-A1551-AM03

Pla de Bages

PDO-ES-A1557-AM03

Pla i Llevant

PDO-ES-A1038-AM04

Ribeira Sacra

PDO-ES-A1128-AM02

Ribera del Duero

PDO-ES-A0626-AM03

Ribera del Júcar

PDO-ES-A0049-AM01

Rueda

PDO-ES-A0889-AM02

Toro

PDO-ES-A0886-AM02

Uclés

PDO-ES-A0050-AM02

Valdeorras

PDO-ES-A1132-AM03

Valle del Cinca

PGI-ES-A0181-AM03

Valtiendas

PDO-ES-A0747-AM02

Franza

Alpes-de-Haute-Provence

PGI-FR-A1115-AM01

Alsace grand cru Altenberg de Bergbieten

PDO-FR-A0349-AM01

Alsace grand cru Altenberg de Bergheim

PDO-FR-A0915-AM01

Alsace grand cru Altenberg de Wolxheim

PDO-FR-A0348-AM01

Alsace grand cru Brand

PDO-FR-A0340-AM01

Alsace grand cru Bruderthal

PDO-FR-A0336-AM01

Alsace grand cru Eichberg

PDO-FR-A0338-AM01

Alsace grand cru Engelberg

PDO-FR-A0385-AM01

Alsace grand cru Florimont

PDO-FR-A0298-AM01

Alsace grand cru Frankstein

PDO-FR-A0346-AM01

Alsace grand cru Froehn

PDO-FR-A0384-AM01

Alsace grand cru Furstentum

PDO-FR-A0378-AM01

Alsace grand cru Geisberg

PDO-FR-A0379-AM01

Alsace grand cru Gloeckelberg

PDO-FR-A0377-AM01

Alsace grand cru Goldert

PDO-FR-A0373-AM01

Alsace grand cru Hatschbourg

PDO-FR-A0372-AM01

Alsace grand cru Hengst

PDO-FR-A0376-AM01

Alsace grand cru Kaefferkopf

PDO-FR-A0914-AM01

Alsace grand cru Kanzlerberg

PDO-FR-A0410-AM01

Alsace grand cru Kastelberg

PDO-FR-A0419-AM01

Alsace grand cru Kessler

PDO-FR-A0414-AM01

Alsace grand cru Kirchberg de Barr

PDO-FR-A0343-AM01

Alsace grand cru Kirchberg de Ribeauvillé

PDO-FR-A0339-AM01

Alsace grand cru Kitterlé

PDO-FR-A0335-AM01

Alsace grand cru Mambourg

PDO-FR-A0411-AM01

Alsace grand cru Mandelberg

PDO-FR-A0334-AM01

Alsace grand cru Marckrain

PDO-FR-A0333-AM01

Alsace grand cru Moenchberg

PDO-FR-A0383-AM01

Alsace grand cru Muenchberg

PDO-FR-A0417-AM01

Alsace grand cru Ollwiller

PDO-FR-A0413-AM01

Alsace grand cru Osterberg

PDO-FR-A0412-AM01

Alsace grand cru Pfersigberg

PDO-FR-A0374-AM01

Alsace grand cru Pfingstberg

PDO-FR-A0387-AM01

Alsace grand cru Praelatenberg

PDO-FR-A0381-AM01

Alsace grand cru Rangen

PDO-FR-A0386-AM01

Alsace grand cru Rosacker

PDO-FR-A0341-AM01

Alsace grand cru Saering

PDO-FR-A0375-AM01

Alsace grand cru Schlossberg

PDO-FR-A0415-AM01

Alsace grand cru Schoenenbourg

PDO-FR-A0418-AM01

Alsace grand cru Sommerberg

PDO-FR-A0416-AM01

Alsace grand cru Sonnenglanz

PDO-FR-A0625-AM01

Alsace grand cru Spiegel

PDO-FR-A0345-AM01

Alsace grand cru Sporen

PDO-FR-A0628-AM01

Alsace grand cru Steinert

PDO-FR-A0344-AM01

Alsace grand cru Steingrubler

PDO-FR-A0630-AM01

Alsace grand cru Steinklotz

PDO-FR-A0636-AM01

Alsace grand cru Vorbourg

PDO-FR-A0632-AM01

Alsace grand cru Wiebelsberg

PDO-FR-A0638-AM01

Alsace grand cru Wineck-Schlossberg

PDO-FR-A0633-AM01

Alsace grand cru Winzenberg

PDO-FR-A0641-AM01

Alsace grand cru Zinnkoepflé

PDO-FR-A0635-AM01

Alsace grand cru Zotzenberg

PDO-FR-A0916-AM01

Alsace/Vin d’Alsace

PDO-FR-A1101-AM02

Anjou

PDO-FR-A0820-AM01

Barsac

PDO-FR-A0186-AM02

Béarn

PDO-FR-A0597-AM01

Beaujolais

PDO-FR-A0934-AM01

Beaumes de Venise

PDO-FR-A0724-AM01

Bergerac

PDO-FR-A0190-AM02

Blaye

PDO-FR-A0712-AM02

Bordeaux

PDO-FR-A0821-AM03

Bordeaux supérieur

PDO-FR-A0306-AM03

Bourg/Côtes de Bourg/Bourgeais

PDO-FR-A0828-AM02

Bourgogne Passe-tout-grains

PDO-FR-A0738-AM01

Brouilly

PDO-FR-A0935-AM01

Brulhois

PDO-FR-A0984-AM01

Cabardès

PDO-FR-A1011-AM01

Cadillac

PDO-FR-A0686-AM02

Champagne

PDO-FR-A1359-AM02

Charentais

PGI-FR-A1196-AM01

Château-Grillet

PDO-FR-A0587-AM02

Châteaumeillant

PDO-FR-A0154-AM02

Châtillon-en-Diois

PDO-FR-A0177-AM03

Chénas

PDO-FR-A1029-AM01

Cheverny

PDO-FR-A0164-AM01

Chinon

PDO-FR-A0395-AM02

Chiroubles

PDO-FR-A0911-AM01

Clairette de Die

PDO-FR-A0301-AM01

Comté Tolosan

PGI-FR-A1231-AM03

Corse/Vin de Corse

PDO-FR-A0145-AM01

Coteaux bourguignons

PDO-FR-A0931-AM01

Côte de Brouilly

PDO-FR-A1027-AM01

Coteaux champenois

PDO-FR-A1364-AM01

Coteaux d’Aix-en-Provence

PDO-FR-A0159-AM02

Coteaux de l’Ain

PGI-FR-A1160-AM03

Coteaux de Die

PDO-FR-A0397-AM01

Coteaux du Cher et de l’Arnon

PGI-FR-A1129-AM02

Coteaux du Languedoc/Languedoc

PDO-FR-A0922-AM05

Coteaux Varois en Provence

PDO-FR-A0725-AM01

Côtes d’Auvergne

PDO-FR-A0925-AM02

Côtes de Bergerac

PDO-FR-A0191-AM03

Côtes de Blaye

PDO-FR-A0271-AM02

Côtes de Bordeaux

PDO-FR-A0987-AM03

Côtes de Bordeaux Saint-Macaire

PDO-FR-A0707-AM02

Côtes de Provence

PDO-FR-A0392-AM02

Côtes du Marmandais

PDO-FR-A0683-AM01

Côtes du Rhône

PDO-FR-A0325-AM02

Côtes du Rhône Villages

PDO-FR-A0664-AM04

Cour-Cheverny

PDO-FR-A0304-AM01

Crémant d’Alsace

PDO-FR-A0917-AM01

Crémant de Die

PDO-FR-A0487-AM01

Crémant de Limoux

PDO-FR-A1003-AM01

Entre-deux-Mers

PDO-FR-A0406-AM02

Fleurie

PDO-FR-A0930-AM01

Gaillac

PDO-FR-A0502-AM02

Gigondas

PDO-FR-A0143-AM01

Grands-Echezeaux

PDO-FR-A0583-AM01

Graves de Vayres

PDO-FR-A0927-AM02

Haut-Poitou

PDO-FR-A0726-AM01

Irouléguy

PDO-FR-A0708-AM02

Juliénas

PDO-FR-A1025-AM01

Jurançon

PDO-FR-A0827-AM02

Lalande-de-Pomerol

PDO-FR-A0171-AM01

L’Etoile,

PDO-FR-A0598-AM01

Lirac

PDO-FR-A0331-AM01

Listrac-Médoc

PDO-FR-A0276-AM01

Loupiac

PDO-FR-A0170-AM02

Luberon

PDO-FR-A0920-AM02

Lussac Saint-Emilion

PDO-FR-A1200-AM01

Madiran

PDO-FR-A0687-AM02

Marcillac

PDO-FR-A0818-AM01

Margaux

PDO-FR-A0329-AM01

Méditerranée

PGI-FR-A1154-AM02

Monbazillac

PDO-FR-A0153-AM02

Montagne-Saint-Emilion

PDO-FR-A0990-AM01

Morgon

PDO-FR-A1024-AM01

Moulin-à-Vent

PDO-FR-A0933-AM01

Moulis lub Moulis-en-Médoc

PDO-FR-A0731-AM01

Muscat de Lunel

PDO-FR-A0717-AM01

Pacherenc du Vic-Bilh

PDO-FR-A0593-AM03

Palette

PDO-FR-A0185-AM01

Pauillac

PDO-FR-A0713-AM02

Pays d’Hérault

PGI-FR-A1370-AM01

Pays d’Oc

PGI-FR-A1367-AM02

Pécharmant

PDO-FR-A0823-AM02

Pomerol

PDO-FR-A0273-AM01

Premières Côtes de Bordeaux

PDO-FR-A0274-AM03

Puisseguin Saint-Emilion

PDO-FR-A0992-AM02

Quincy

PDO-FR-A0498-AM01

Régnié

PDO-FR-A0912-AM01

Rosette

PDO-FR-A0163-AM01

Saint-Amour

PDO-FR-A1028-AM01

Sainte-Foy-Bordeaux

PDO-FR-A0407-AM02

Saint-Emilion

PDO-FR-A0988-AM01

Saint-Emilion Grand Cru

PDO-FR-A0993-AM02

Saint-Nicolas-de-Bourgueil

PDO-FR-A0585-AM01

Saint-Pourçain

PDO-FR-A0586-AM01

Saumur-Champigny

PDO-FR-A0147-AM01

Saussignac

PDO-FR-A0189-AM02

Sauternes

PDO-FR-A0819-AM02

Seyssel

PDO-FR-A0679-AM01

Tavel

PDO-FR-A0328-AM01

Tursan

PDO-FR-A0734-AM02

Val de Loire

PGI-FR-A1225-AM01

Vin des Allobroges

PGI-FR-A1144-AM03

Vinsobres

PDO-FR-A0690-AM01

L-Italja

Abruzzo

PDO-IT-A0880-AM03

Alto Adige/dell’Alto Adige/Südtirol/Südtiroler

PDO-IT-A0293-AM02

Alto Livenza

PGI-IT-A0864-AM03

Asti

PDO-IT-A1396-AM04

Basilicata

PGI-IT-A0531-AM02

Bosco Eliceo

PDO-IT-A0287-AM04

Brachetto d’Acqui/Acqui

PDO-IT-A1382-AM03

Brunello di Montalcino

PDO-IT-A1199-AM02

Cerasuolo d’Abruzzo

PDO-IT-A0743-AM03

Colli Bolognesi

PDO-IT-A0289-AM02

Colli del Sangro

PGI-IT-A0744-AM02

Colli di Faenza

PDO-IT-A0291-AM02

Colli d’Imola

PDO-IT-A0290-AM02

Colli Euganei

PDO-IT-A0454-AM02

Colli Euganei Fior d’Arancio/Fior d’Arancio Colli Euganei

PDO-IT-A0455-AM02

Colli Trevigiani

PGI-IT-A0518-AM05

Colline Frentane

PGI-IT-A0745-AM02

Colline Pescaresi

PGI-IT-A0887-AM03

Colline Teatine

PGI-IT-A0891-AM02

Conegliano-Prosecco/Conegliano Valdobbiadene-Prosecco/Valdobbiadene-Prosecco

PDO-IT-A0515-AM02

Conselvano

PGI-IT-A0519-AM03

Cortese di Gavi/Gavi

PDO-IT-A1310-AM03

del Vastese/Histonium

PGI-IT-A0893-AM02

Dogliani

PDO-IT-A1330-AM04

Est! Est!! Est!!! di Montefiascone

PDO-IT-A0705-AM02

Franciacorta

PDO-IT-A1034-AM02

Gambellara

PDO-IT-A0469-AM04

Gutturnio

PDO-IT-A0327-AM02

Lambrusco di Sorbara

PDO-IT-A0332-AM02

Lambrusco Grasparossa di Castelvetro

PDO-IT-A0337-AM02

Lambrusco Salamino di Santa Croce

PDO-IT-A0342-AM02

Lamezia

PDO-IT-A0618-AM02

Lipuda

PGI-IT-A0665-AM03

Lison

PDO-IT-A0457-AM02

Lison-Pramaggiore

PDO-IT-A0459-AM02

Locride

PGI-IT-A0644-AM03

Lugana

PDO-IT-A1322-AM02

Malvasia di Casorzo d’Asti/Malvasia di Casorzo/Casorzo

PDO-IT-A1194-AM03

Malvasia di Castelnuovo Don Bosco

PDO-IT-A1201-AM02

Marca Trevigiana

PGI-IT-A0520-AM04

Marino

PDO-IT-A0753-AM02

Modena/di Modena

PDO-IT-A0347-AM02

Montecucco Sangiovese

PDO-IT-A1246-AM02

Montepulciano d’Abruzzo

PDO-IT-A0723-AM02

Moscato di Terracina/Terracina

PDO-IT-A0761-AM02

Ortrugo dei Colli Piacentini/Ortrugo – Colli Piacentini

PDO-IT-A0350-AM03

Osco/Terre degli Osci

PGI-IT-A0693-AM03

Palizzi

PGI-IT-A0645-AM05

Pellaro

PGI-IT-A0648-AM03

Pentro di Isernia/Pentro

PDO-IT-A0684-AM01

Piave

PDO-IT-A0464-AM03

Piave Malanotte/Malanotte del Piave

PDO-IT-A0463-AM02

Pinerolese

PDO-IT-A1232-AM02

Prosecco

PDO-IT-A0516-AM05

Reno

PDO-IT-A0506-AM03

Romagna

PDO-IT-A0507-AM02

Romagna Albana

PDO-IT-A0285-AM04

Rosso di Montalcino

PDO-IT-A1456-AM03

Rotae

PGI-IT-A0688-AM02

Ruchè di Castagnole Monferrato

PDO-IT-A1258-AM02

Scilla

PGI-IT-A0651-AM02

Sforzato di Valtellina/Sfursat di Valtellina

PDO-IT-A1035-AM03

Soave Superiore

PDO-IT-A0473-AM03

Taurasi

PDO-IT-A0237-AM03

Terre Aquilane/Terre de L’Aquila

PGI-IT-A0898-AM03

Terre di Chieti

PGI-IT-A0901-AM02

Terre di Cosenza

PDO-IT-A0627-AM02

Terre di Veleja

PGI-IT-A0529-AM02

Torgiano

PDO-IT-A0851-AM03

Toscano/Toscana

PGI-IT-A1517-AM02

Trebbiano d’Abruzzo

PDO-IT-A0728-AM02

Trentino

PDO-IT-A0754-AM04

Trento

PDO-IT-A0752-AM02

Val di Neto

PGI-IT-A0655-AM03

Val Tidone

PGI-IT-A0532-AM03

Valtellina rosso/Rosso di Valtellina

PDO-IT-A1323-AM02

Valtellina Superiore

PDO-IT-A1036-AM03

Veneto

PGI-IT-A0521-AM03

Veneto Orientale

PGI-IT-A0522-AM03

Venezia Giulia

PGI-IT-A0977-AM05

Verdicchio dei Castelli di Jesi

PDO-IT-A0482-AM03

Verona/Veronese/Provincia di Verona

PGI-IT-A0524-AM03

Ċipru

Κουμανδαρία

PDO-CY-A1622-AM01

L-Ungerija

Balatonboglár/Balatonboglári

PDO-HU-A1378-AM02

Csongrád/Csongrádi

PDO-HU-A1383-AM02

Eger/Egri

PDO-HU-A1328-AM03

Etyek-Buda/Etyek-Budai

PDO-HU-A1350-AM02

Káli

PDO-HU-A1505-AM02

Zemplén/Zempléni

PGI-HU-A1375-AM03

In-Netherlands

Drenthe

PGI-NL-A0969-AM02

Flevoland

PGI-NL-A0380-AM02

Friesland

PGI-NL-A0972-AM02

Gelderland

PGI-NL-A0962-AM02

Groningen

PGI-NL-A0970-AM02

Limburg

PGI-NL-A0961-AM02

Noord-Brabant

PGI-NL-A0964-AM02

Noord-Holland

PGI-NL-A0966-AM02

Overijssel

PGI-NL-A0968-AM02

Utrecht

PGI-NL-A0967-AM02

Zeeland

PGI-NL-A0963-AM02

Zuid-Holland

PGI-NL-A0965-AM02

Il-Portugall

Alentejano

PGI-PT-A1543-AM01

Alentejo

PDO-PT-A1542-AM01

Dão

PDO-PT-A1534-AM01

Minho

PGI-PT-A1536-AM01

Oporto/Port/Port Wine/Porto/Portvin/Portwein/Portwijn/vin de Porto/vinho do Porto

PDO-PT-A1540-AM01

Palmela

PDO-PT-A1460-AM01

Península de Setúbal

PGI-PT-A1459-AM01

Setúbal

PDO-PT-A1457-AM01

Távora-Varosa

PDO-PT-A1541-AM01

Ir-Rumanija

Aiud

PDO-RO-A0366-AM01

Bohotin

PDO-RO-A0138-AM01

Colinele Dobrogei

PGI-RO-A0612-AM01

Coteşti

PDO-RO-A1577-AM01

Dealurile Munteniei

PGI-RO-A1085-AM01

Huşi

PDO-RO-A1583-AM01

Lechinţa

PDO-RO-A0369-AM01

Sebeş-Apold

PDO-RO-A0371-AM01

Târnave

PDO-RO-A0365-AM01


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).