ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 223 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
FTEHIMIET INTERISTITUZZJONALI |
|
|
Il-Kunsill |
|
2019/C 223/01 |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2019/C 223/02 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2019/C 223/03 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9430 — Apollo Management/Vivat) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
FTEHIMIET INTERISTITUZZJONALI
Il-Kunsill
3.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 223/1 |
Kriterji Mhux Vinkolanti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — it-18 ta’ Ġunju 2019
(2019/C 223/01)
IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI EWROPEA,
Billi:
(1) |
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (“it-tliet Istituzzjonijiet”) fit-13 ta’ April 2016 ikkonkludew il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (1) (“il-Ftehim”). |
(2) |
It-tliet Istituzzjonijiet enfasizzaw fil-paragrafu 26 tal-Ftehim, ir-rwol importanti li għandhom l-atti ta’ implimentazzjoni u l-atti delegati fil-liġi tal-Unjoni, u li, meta jiġu użati b’mod effiċjenti u trasparenti u f’każijiet ġustifikati, huma għodda integrali għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, filwaqt li jikkontribwixxu għal leġislazzjoni sempliċi u aġġornata kif ukoll għall-implimentazzjoni effiċjenti u rapida tagħha. |
(3) |
Fil-paragrafu 28 tal-Ftehim it-tliet Istituzzjonijiet ipprevedew li l-Ftehim Komuni dwar l-Atti Delegati anness mal-Ftehim jiġi ssupplimentat bi kriterji mhux vinkolanti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(4) |
L-implimentazzjoni ta’ dawk il-kriterji tista’ tkun is-suġġett ta’ diskussjonijiet annwali kemm fil-livell politiku kif ukoll f’dak tekniku bħala parti mill-monitoraġġ ġenerali tal-implimentazzjoni tal-Ftehim skont il-paragrafu 50 tiegħu. |
(5) |
Filwaqt li l-Artikolu 291(2) TFUE jistipula li, meta jkun hemm bżonn ta’ kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni li huma legalment vinkolanti, dawk l-atti għandhom jagħtu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni jew, fil-każijiet speċifiċi ġustifikati b’mod xieraq u fil-każijiet previsti fl-Artikoli 24 u 26 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, l-għan tal-kriterji mhux vinkolanti huwa li jiddelinjaw bejn atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni, u mhux bejn l-istituzzjonijiet li lilhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn il-kriterji mhux vinkolanti huma mfassla b’mod li ma jiddefinixxu jew jirrestrinġu bl-ebda mod il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom istituzzjoni tħaddem is-setgħat mogħtija lilha skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż l-att bażiku. |
(6) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea diġà indirizzat diversi drabi kwistjonijiet speċifiċi rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE (2). Dik il-każistika tista’ tkompli tiżviluppa fil-futur. Fejn ikun xieraq, jista’ jkun meħtieġ li l-kriterji mhux vinkolanti jiġu eżaminati mill-ġdid fid-dawl tal-iżviluppi tal-każistika, |
Ftiehmu kif ġej:
I. PRINĊIPJI ĠENERALI
1. |
Dawn il-kriterji mhux vinkolanti jipprovdu gwida lit-tliet istituzzjonijiet dwar jekk f’atti leġislattivi setgħa għandhiex tkun ta’ natura delegata jew ta’ implimentazzjoni, u għalhekk għandha tingħata skont l-Artikolu 290 TFUE għall-adozzjoni ta’ att delegat jew l-Artikolu 291 TFUE għall-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni. |
2. |
F’kull każ in-natura tal-att previst trid tiġi ddeterminata billi jitqiesu l-objettivi, il-kontenut u l-kuntest tal-att previst kif ukoll dawk tal-att leġislattiv innifsu. |
3. |
Hija l-kompetenza tal-leġislatur li jiddeċiedi jekk għandhomx jintużaw atti delegati jew ta’ implimentazzjoni u sa liema punt, fil-limiti tat-TFUE. F’dak ir-rigward, huwa l-kompitu tal-leġislatur li jiddetermina jekk għandux jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati, kif ukoll li jivvaluta jekk hux se jkun hemm ħtieġa ta’ setgħat biex ikun żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-att leġislattiv. |
4. |
Jekk il-leġislatur iqis li xi dispożizzjoni għandha tkun parti integrali mill-att bażiku, jista’ jiddeċiedi li jinkludi dik id-dispożizzjoni f’anness. Il-leġislatur qatt ma huwa obbligat jipprevedi annessi f’atti leġislattivi u minflok jista’ jiddeċiedi li jipprevedi atti separati, iżda t-tliet Istituzzjonijiet ifakkru li l-istruttura ta’ att leġislattiv għandha tkun iggwidata mill-impenji u l-objettivi komuni stabbiliti fil-Ftehim biex ikun hemm leġislazzjoni sempliċi, ċara u konsistenti, li tkun aċċessibbli, komprensibbli għaċ-ċittadini, għall-amministrazzjonijiet u għall-impriżi, prattika biex tiġi implimentata u magħmula indipendentement mill-kwistjoni tal-għoti tas-setgħa. Dan, bl-ebda mod, ma jirrestrinġi s-setgħat tal-leġislatur. |
5. |
L-elementi essenzjali tal-leġislazzjoni jridu jiġu ddeterminati fl-att bażiku. Għaldaqstant, is-setgħa li jiġu adottati regoli li jinvolvu għażliet politiċi li jaqgħu fir-responsabbiltajiet tal-leġislatura tal-Unjoni, pereżempju billi jkun meħtieġ li l-interessi konfliġġenti kkonċernati jintiżnu fuq il-bażi ta’ għadd ta’ valutazzjonijiet, ma tistax tingħata lill-Kummissjoni (3).Meta tħaddem setgħat delegati jew ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni trid tirrispetta kompletament l-elementi essenzjali tal-att li jagħtiha s-setgħa (4) |
6. |
Att leġislattiv jista’ jagħti s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati lill-Kummissjoni biss. |
7. |
Il-kriterji ma għandhomx jitqiesu bħala eżawrjenti. |
II. KRITERJI
A. ATTI TA’ APPLIKAZZJONI ĠENERALI JEW INDIVIDWALI
1. |
L-atti delegati jistgħu jkunu ta’ applikazzjoni ġenerali biss. Il-miżuri ta’ applikazzjoni individwali ma jistgħux jiġu adottati permezz ta’ atti delegati. |
2. |
L-atti ta’ implimentazzjoni jistgħu jkunu ta’ applikazzjoni individwali jew ġenerali. |
3. |
Att jitqies li għandu applikazzjoni ġenerali jekk japplika għal sitwazzjonijiet determinati oġġettivament u jinvolvi effetti legali għall-kategoriji ta’ persuni previsti b’mod ġenerali u fl-astratt (5). |
B. EMENDI TA’ ATTI LEĠISLATTIVI INKLUŻI L-ANNESSI TAGĦHOM
1. |
Jekk il-leġislatur jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex temenda att leġislattiv, dik is-setgħa tista’ titħaddem biss permezz ta’ atti delegati (6), inkluż fejn dik is-setgħa biex temenda tkun tirrigwarda l-annessi, peress li huma parti integrali tal-atti leġislattivi. |
2. |
Id-delega ta’ setgħa biex issir “emenda” ta’ att leġislattiv għandha l-għan li tawtorizza lill-Kummissjoni timmodifika jew tħassar elementi mhux essenzjali stabbiliti mil-leġislatur f’dak l-att (7). L-emendi jistgħu jinkludu inserimenti u żidiet fir-rigward ta’ ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġislattiv, jew it-tħassir jew is-sostituzzjoni ta’ elementi mhux essenzjali. |
C. REGOLI ADDIZZJONALI LI JISSUPPLIMENTAW L-ATT BAŻIKU
Il-miżuri li jikkonsistu fl-adozzjoni ta’ regoli addizzjonali li jibnu fuq il-kontenut jew jiżviluppawh filwaqt li jibqgħu fil-limiti tal-qafas regolatorju kif definit mill-att bażiku, għandhom jiġu stipulati f’atti delegati. Dak ikun il-każ għal miżuri li jaffettwaw fis-sustanza r-regoli stabbiliti fl-att bażiku u li jippermettu lill-Kummissjoni li “tlaħħam” l-att bażiku, sakemm ma jmissux l-elementi essenzjali tiegħu.
D. REGOLI ADDIZZJONALI LI JIMPLIMENTAW L-ATT BAŻIKU
B’kuntrast, regoli addizzjonali li jimplimentaw jew jagħtu effett lir-regoli diġà stabbiliti fl-att bażiku billi jispeċifikaw f’aktar dettall il-kontenut ta’ dak l-att, mingħajr ma jaffettwaw is-sustanza tal-qafas leġislattiv, għandhom jiġu stipulati f’atti ta’ implimentazzjoni. Dak ikun il-każ fejn il-leġislatur ikun stabbilixxa qafas legali preċiż biżżejjed, pereżempju fejn il-kundizzjonijiet u l-kriterji ewlenin huma stabbiliti mil-leġislatur.
E. ATTI LI JISTABBILIXXU PROĊEDURA, METODU JEW METODOLOĠIJA
1. |
Miżuri li jistabbilixxu proċedura (jiġifieri mod ta’ kif titwettaq jew tinkiseb xi ħaġa sabiex jintlaħaq ċertu riżultat definit fl-att bażiku) jistgħu jiġu stipulati jew f’att delegat jew f’att ta’ implimentazzjoni (jew jistgħu jkunu wkoll element essenzjali tal-att bażiku), skont in-natura, l-objettivi, il-kontenut u l-kuntest tagħhom.
Pereżempju, miżuri li jistabbilixxu elementi ta’ proċedura li jibnu fuq il-kontenut tal-att bażiku jew jiżviluppawh u li jibqgħu fil-limiti tal-qafas regolatorju kif definit mill-att bażiku, għandhom jiġu stipulati f’atti delegati. B’kuntrast, il-miżuri li jiżguraw l-implimentazzjoni uniformi ta’ regola stabbilita fl-att bażiku billi tiġi stabbilita proċedura għandhom jiġu stipulati f’atti ta’ implimentazzjoni. |
2. |
Bl-istess mod, is-setgħa biex jiġu determinati metodu (jiġifieri l-mod kif issir xi ħaġa, partikolarment b’mod regolari u sistematiku) jew metodoloġija (jiġifieri r-regoli li jiddeterminaw metodu) tista’ tieħu l-forma ta’ atti delegati jew ta’ implimentazzjoni skont in-natura, l-objettivi, il-kontenut u l-kuntest tagħha. |
F. ATTI RELATATI MA’ OBBLIGU LI TINGĦATA INFORMAZZJONI
Miżuri relatati ma’ obbligu li tingħata informazzjoni jistgħu jiġu stipulati f’att delegat jew f’att ta’ implimentazzjoni (jew jistgħu jkunu saħansitra element essenzjali tal-att bażiku), skont in-natura, l-objettivi, il-kontenut u l-kuntest tagħhom.
Pereżempju, il-miżuri li jiddeterminaw regoli addizzjonali li jibnu fuq il-kontenut ta’ obbligu li tingħata informazzjoni għandhom jiġu stipulati f’atti delegati. Dak ġeneralment ikun fil-każ ta’ elementi addizzjonali mhux essenzjali li jaffettwaw fis-sustanza l-obbligu li tingħata informazzjoni.
B’kuntrast, il-miżuri li għandhom l-għan li jiżguraw li jiġi ssodisfat b’mod uniformi obbligu li tingħata informazzjoni, bħall-format u l-mezzi tekniċi, għandhom jiġu stipulati f’atti ta’ implimentazzjoni. Pereżempju, fejn l-att bażiku jiddetermina b’mod preċiż biżżejjed is-sustanza tal-obbligu li tingħata informazzjoni, miżuri li jispeċifikaw f’aktar dettall l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta sabiex jiġi żgurat li tkun tista’ ssir il-komparabbiltà tad-data jew li l-obbligi jkunu jistgħu jiġu infurzati b’mod effettiv, għandhom jiġu stipulati f’atti ta’ implimentazzjoni.
G. ATTI RELATATI MA’ AWTORIZZAZZJONIJIET
Miżuri relatati mal-awtorizzazzjonijiet, pereżempju ta’ prodotti jew sustanzi, jistgħu jiġu stipulati f’att delegat jew f’att ta’ implimentazzjoni (jew jistgħu jkunu saħansitra element essenzjali tal-att bażiku), skont in-natura, l-objettivi, il-kontenut u l-kuntest tagħhom.
Awtorizzazzjonijiet ta’ applikazzjoni individwali jistgħu jiġu adottati biss permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Awtorizzazzjonijiet ta’ applikazzjoni ġenerali li fir-rigward tagħhom id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun ibbażata fuq kriterji definiti fl-att bażiku b’mod preċiż biżżejjed għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
Awtorizzazzjonijiet ta’ applikazzjoni ġenerali li jissupplimentaw l-att bażiku, fis-sens li ma jkunux limitati għall-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti fl-att bażiku iżda fl-istess ħin jibnu fuq il-kontenut tal-att bażiku (fil-limiti tas-setgħa mogħtija), għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati.
III. MONITORAĠĠ TAL-APPLIKAZZJONI U R-REVIŻJONI TA’ DAWN IL-KRITERJI
1. |
It-tliet Istituzzjonijiet se jagħmlu monitoraġġ konġunt u regolari tal-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji. |
2. |
It-tliet Istituzzjonijiet se jwettqu reviżjoni tal-kriterji skont l-arranġamenti interni rispettivi tagħhom, fejn applikabbli permezz tal-korpi tagħhom li għandhom kompetenza speċifika f’dan il-qasam, jekk ikun meħtieġ u xieraq fid-dawl tal-iżviluppi fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
(1) Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(2) Inter alia: Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Marzu 2014, Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill, (magħrufa bħala “il-kawża Biocides”), C-427/12, ECLI:EU:C:2014:170; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Marzu 2016, Il-Parlament vs Il-Kummissjoni (magħrufa bħala “Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa/il-kawża CEF”), C-286/14, ECLI:EU:C:2016:183; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Lulju 2015, Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill (magħrufa bħala “il-kawża tal-Mekkaniżmu ta’ Reċiproċità tal-Viża”) C-88/14, ECLI:EU:C:2015:499.
(3) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Settembru 2012, Il-Parlament vs Il-Kunsill, C-355/10, ECLI:EU:C:2012:516, il-paragrafi 64, 65 u 76; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Lulju 2017, Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni, C-696/15 P, ECLI:UE:C:2017:595, il-paragrafu 78. Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Mejju 2017, Dyson vs Il-Kummissjoni, C-44/16 P, ECLI:EU:C:2017:357, il-paragrafi 61 u 62.
(4) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Mejju 2017, Dyson vs Il-Kummissjoni, C-44/16 P, ECLI:EU:C:2017:357, il-paragrafu 65.
(5) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2012, Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe vs Il-Kummissjoni, T-338/08, ECLI:EU:T:2012:300, il-paragrafu 30; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2013, Bilbaína de Alquitranes et al vs ECHA, T-93/10, ECLI:EU:T:2013:106, il-paragrafi 32 u 56.
(6) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Ottubru 2014, Il-Parlament vs Il-Kummissjoni, C-65/13, ECLI:EU:C:2014:2289, il-paragrafu 45; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Lulju 2015, Il-Kummissjoni vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, C-88/14, ECLI:EU:C:2006:499, il-paragrafu 31.
(7) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Marzu 2016, Il-Parlament vs Il-Kummissjoni, C-286/14, ECLI:EU:C:2016:183, il-paragrafu 42.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
3.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 223/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-2 ta’ Lulju 2019
(2019/C 223/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1301 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
122,36 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4639 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,89443 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,5565 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1169 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
141,70 |
NOK |
Krona Norveġiża |
9,6715 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,462 |
HUF |
Forint Ungeriż |
322,91 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2429 |
RON |
Leu Rumen |
4,7331 |
TRY |
Lira Turka |
6,3891 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6155 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4819 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,8194 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6956 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5317 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 318,30 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,9594 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7706 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,3965 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 976,79 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6769 |
PHP |
Peso Filippin |
57,781 |
RUB |
Rouble Russu |
71,4958 |
THB |
Baht Tajlandiż |
34,643 |
BRL |
Real Brażiljan |
4,3381 |
MXN |
Peso Messikan |
21,5491 |
INR |
Rupi Indjan |
77,9280 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
3.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 223/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9430 — Apollo Management/Vivat)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 223/03)
1.
Fl-24 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Apollo Management L.P. (“Apollo”, l-Istati Uniti tal-Amerka); |
— |
VIVAT N.V. (“VIVAT”, in-Netherlands). |
Apollo takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Vivat kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Apollo: Investimenti privati madwar id-dinja;
— Vivat: Prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja u servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi fin-Netherlands.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9430 — Apollo Management/Vivat
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).