|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 219 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 219/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9385 — Orange/SecureLink) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 219/02 |
||
|
2019/C 219/03 |
||
|
2019/C 219/04 |
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 219/05 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9396 — CapMan/CBRE/Norled) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2019/C 219/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9062 — Fortress Investment Group/Air Investment Valencia/JV) ( 1 ) |
|
|
2019/C 219/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9294 — BMS/Celgene) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
1.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 219/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9385 — Orange/SecureLink)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 219/01)
Fil-21 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9385. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
1.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 219/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-28 ta’ Ġunju 2019
(2019/C 219/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1380 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
122,60 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4636 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,89655 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,5633 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1105 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
141,70 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,6938 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,447 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
323,39 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2496 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7343 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,5655 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6244 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4893 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,8866 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6960 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5395 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 315,35 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,1218 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8185 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,3973 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 083,35 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7082 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,335 |
|
RUB |
Rouble Russu |
71,5975 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
34,897 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,3511 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,8201 |
|
INR |
Rupi Indjan |
78,5240 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
1.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 219/3 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
dwar il-bidu tal-funzjonament tal-Kunsill Konsultattiv għar-reġjuni ultraperiferiċi
(2019/C 219/03)
L-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1) joħloq erba’ Kunsilli Konsultattivi ġodda, fosthom wieħed għar-reġjuni ultraperiferiċi. Il-Kunsill Konsultattiv għall-akkwakultura, dak għas-swieq u dak għall-Baħar l-Iswed kollha twaqqfu fl-2016 (2). Il-Kunsill Konsultattiv għar-reġjuni ultraperiferiċi huwa l-aħħar wieħed li qed jitwaqqaf.
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/242 tad-9 ta’ Ottubru 2014 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi skont il-Politika Komuni tas-Sajd (3), f’Jannar tal-2019 il-partijiet ikkonċernati interessati jwaqqfu dan il-Kunsill Konsultattiv il-ġdid bagħtu applikazzjoni konġunta lill-Kummissjoni dwar il-bidu tal-funzjonament ta’ Kunsill Konsultattiv għar-reġjuni ultraperiferiċi.
Il-Kummissjoni vverifikat il-kompatibbiltà tal-applikazzjoni konġunta mar-regoli rilevanti tal-UE u wara bagħtitha lit-tliet Stati Membri kkonċernati (4), li kellhom jiddeterminaw jekk l-applikazzjoni kinitx iffirmata mill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tas-settur u minn gruppi ta’ interess oħrajn.
L-Istati Membri kkonċernati ma qajmu l-ebda oġġezzjoni sad-data ta’ skadenza ta’ xahar stabbilita fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/242. Għaldaqstant, il-Kunsill Konsultattiv għar-reġjuni ultraperiferiċi jista’ jibda jaħdem u jsir eliġibbli għal kontribuzzjoni annwali mill-baġit tal-UE li tkun tkopri parti mill-kostijiet operazzjonali tiegħu mill-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(2) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tnedija tal-ħidma tal-Kunsill Konsultattiv għall-Akkwakultura, tal-Kunsill Konsultattiv għas-Swieq u tal-Kunsill Konsultattiv għall-Baħar l-Iswed (ĠU C 74, 26.2.2016, p. 1).
(4) Franza, il-Portugall u Spanja.
|
1.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 219/4 |
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2019/C 219/04)
Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:
F’paġna 101, in-Nota ta’ Spjegazzjoni għall-intestatura tan-NM “2206 00 Xorb ieħor iffermentat (pereżempju, sidru, perry, mead, saké); taħlit ta’ xorb iffermentat u taħlit ta’ xorb iffermentat u xorb mhux alkoħoliku, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra” hija sostitwita bit-test li ġej:
“Prodotti miksuba permezz tal-fermentazzjoni jibqgħu kklassifikati taħt l-intestatura 2206 sakemm dawn iżommu l-karattru ta’ prodotti kklassifikati taħt dik l-intestatura, jiġifieri dak ta’ xorb iffermentat. Il-prodotti li magħhom jkun żdied pereżempju, l-alkoħol distillat, l-ilma u sustanzi oħra (bħal ġulepp, aromi u koloranti differenti, u, f’xi każijiet, bażi ta’ krema) jista’ jkun li jkunu nbidlu l-karatteristiċi tagħhom. Meta dawk l-addizzjonijiet jirriżultaw f’telf fit-togħma, fir-riħa u/jew fid-dehra ta’ xarba prodotta minn xi frotta jew prodott naturali partikolari, jiġifieri xarba ffermentata tal-intestatura 2206, dawk il-prodotti jridu jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 2208 (ara, f’dan is-sens, pereżempju s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-150/08 (*1) u fil-Kawżi Maqgħuda C-532/14 u C-533/14 (*2)).
Fil-paġna 104, in-Nota ta’ Spjegazzjoni għas-subintestaturi tan-NM “2208 90 91 u 2208 90 99 Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’qawwa alkoħolika skont il-volum ta’ anqas minn 80 % vol, f’kontenituri li jesgħu” hija sostitwita bit-test li ġej:
“Prodotti li jinkisbu mhux esklussivament permezz tal-fermentazzjoni iżda wkoll permezz ta’ proċess ta’ purifikazzjoni, li jwassal biex dawk il-prodotti jitilfu l-proprjetajiet u l-karatteristiċi ta’ xorb iffermentat u li jakkwistaw dawk tal-alkoħol etiliku, huma kklassifikati taħt l-intestatura 2208 (ara, f’dan is-sens, pereżempju s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-196/10 (*3) fir-rigward ta’ likwidu deskritt bħala “bażi ta’ birra mix-xgħir” (malt beer base) b’qawwa alkoħolika ta’ 14 % skont il-volum u miksub minn birra ffermentata, ippurifikata mbagħad soġġetta għall-ultrafiltrazzjoni, li permezz tagħha l-konċentrazzjoni ta’ ingredjenti bħal sustanzi morri u proteini tkun tnaqqset).
Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni għall-intestatura 2206 00.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
1.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 219/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9396 — CapMan/CBRE/Norled)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 219/05)
1.
Fl-20 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CapMan Amill-AIFM Oy (“CapMan”, il-Finlandja), |
|
— |
CBRE Caleledon Capital Management Inc. (“CBRE”, il-Kanada), |
|
— |
Norled AS (“Norled”, in-Norveġja). |
CapMan u CBRE jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Norled kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— CapMan: ġestjoni tal-fond ta’ investiment CapMan Nordic Infrastructure I SCSP stabbilit fil-Lussemburgu. CapMan huwa parti mill-CapMan Group, kumpanija Nordika privata tal-ġestjoni tal-assi u tal-investiment bil-kwartieri ġenerali tagħha f’Ħelsinki, il-Finlandja.
— CBRE: tikkontrolla l-fond ta’ investiment CBRE Caledon Noah Aggregatur LP stabbilit f’Ontario, il-Kanada. CBRE hija sussidjarja indiretta ta’ CBRE Group, ditta ta’ servizzi tal-proprjetà immobbli kummerċjali u ta’ investiment, bil-kwartieri ġenerali f’Los Angeles, l-Istati Uniti tal-Amerika.
— Norled: fornitur ta’ servizzi ta’ laneċ u ta’ dgħajjes express fin-Norveġja.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.F’konformità mal-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9396 — CAPMAN/CBRE/NORLED
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
1.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 219/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9062 — Fortress Investment Group/Air Investment Valencia/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 219/06)
1.
Fid-19 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Fortress Investment Group (l-Istati Uniti), ikkontrollata minn SoftBank Group (il-Ġappun), |
|
— |
Air Investment Valencia (Spanja). |
Fortress Investment Group u Air Investment Valencia jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tkun tikkostitwixxi impriża konġunta (l- “IK”), li fiha (i) Fortress Investment Group tikkontribwixxi n-negozju ta’ CityJet u (ii) Air Investment Valencia tikkontribwixxi n-negozji ta’ Air Nostrum.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Fortress Investment Group: il-ġestjoni ta’ assi f’isem klijenti istituzzjonali u investituri privati madwar id-dinja. Fortress hija l-kumpanija omm aħħarija ta’ (i) Falko Regional Aircraft Limited, li tforni servizzi ta’ kiri ta’ ajruplani mingħajr ekwipaġġ lil linji tal-ajru oħrajn madwar id-dinja, inkluża l-Ewropa, u (ii) CityJet (l-Irlanda), linja tal-ajru reġjonali Ewropea li tipprovdi kiri ta’ ajruplani bl-ekwipaġġ u b’ekwipaġġ parzjali lil linji tal-ajru oħrajn kif ukoll servizzi ta’ charter ad hoc madwar l-Ewropa. SoftBank Group huwa grupp magħmul minn sussidjarji involuti fi prodotti u servizzi tat-telekomunikazzjoni, primarjament fl-Istati Uniti u fil-Ġappun.
— għal Air Investment Valencia: kumpanija azzjonarja li tappartjeni lis-Sur Carlos Bertomeu, li tikkontrolla, fost l-oħrajn, lil Saimer Leasing Limited (kumpaniji li tikri l-ajruplani bil-ġurnata u tforni servizzi ta’ provvista tal-flotta lil operaturi tal-ajru) u lil Air Nostrum (Spanja). Air Nostrum hija linja tal-ajru reġjonali Ewropea li tipprovdi kiri ta’ ajruplani bl-ekwipaġġ jew b’ekwipaġġ parzjalli lil linji tal-ajru oħra, servizzi ta’ charter madwar l-Ewropa kif ukoll servizzi ta’ frankiġja lejn l-Iberia. Air Nostrum innifisha tikkontrolla lil (i) Hibernian Airlines Limited (l-Irlanda), linja tal-ajru maħsuba biex tipprovdi servizzi ta’ kiri ta’ ajruplani bl-ekwipaġġ lil linji tal-ajrup fl-Ewropa Ċentrali u tat-Tramuntana, u lil (ii) Aviatech & Consulting, S.L., li tipprovdi servizzi tal-uffiċċju tekniku lil Air Nostrum u li hija prevista li tipprovdi wkoll servizzi legali, finanzjarji, tal-IT u ta’ konsulenza lill-bqija tal-kumpaniji tal-IK.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9062 — Fortress Investment Group/Air Investment Valencia/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
1.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 219/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9294 — BMS/Celgene)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 219/07)
1.
Fl-24 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Bristol-Myers Squibb Company, (“BMS”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Celgene Corporation (“Celgene”, l-Istati Uniti). |
BMS takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Celgene.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
BMS hija kumpanija globali tal-farmaċewtika bil-kwartieri tagħha fl-Istati Uniti. BMS hija involuta fl-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ mediċini innovattivi f’erba’ oqsma terapewtiċi ewlenin: l-onkoloġija, il-mard awtoimmuni, il-mard kardjovaskulari, il-mard fibrotiku; |
|
— |
Celgene hija kumpanija globali tal-farmaċewtika bil-kwartieri tagħha fl-Istati Uniti. Primarjament Celgene hija involuta fl-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ terapiji ta’ terapiji innovattivi fl-onkoloġija u għall-mard awtoimmuni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9294 — BMS/Celgene
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).