|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 216 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 216/08 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 216/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Ġunju 2019
li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għal-Litwanja, il-Lussemburgu u s-Slovenja
(2019/C 216/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi tan-nominazzjonijiet għall-ħatra ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tad-9 ta’ April 2019 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għall-perijodu mill-1 ta’ April 2019 sal-31 ta’ Marzu 2023. |
|
(2) |
Il-Gvern tal-Lussemburgu u -l-organizzazzjoni ta’ min iħaddem BusinessEurope ippreżentaw nomini għal diversi karigi li għandhom jimtlew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membri u membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) għall-perijodu li jintemm fil-31 ta’ Marzu 2023:
I. RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
|
Pajjiż |
Membri |
Membri supplenti |
|
Lussemburgu |
Is-Sinjura Nadine WELTER |
Is-Sur Gary TUNSCH |
II. RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM
|
Pajjiż |
Membri |
Membri supplenti |
|
Litwanja |
|
Is-Sur Ričardas SARTATAVIČIUS |
|
Slovenja |
Is-Sur Jože SMOLE |
Is-Sur Igor ANTAUER |
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ANTON
Il-Kummissjoni Ewropea
|
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 216/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-26 ta’ Ġunju 2019
(2019/C 216/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1362 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
122,40 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4651 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,89603 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,5435 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1113 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
141,50 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,6733 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,486 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
323,50 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2627 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7220 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,5500 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6277 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4947 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,8724 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7004 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5387 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 312,86 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,2802 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8139 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,3956 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 097,68 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7124 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,456 |
|
RUB |
Rouble Russu |
71,6399 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
34,955 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,3624 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,7972 |
|
INR |
Rupi Indjan |
78,5705 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 216/4 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta’ Marzu 2019 li jikkonċerna abbozz ta’ deċiżjoni fil-każ AT.40436 — Merkanzija sportiva anċillari
Relatur: Is-Slovakkja
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 216/03)
1.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ksur skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.
2.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fl-abbozz ta’ deċiżjoni fir-rigward tad-durata tal-ksur.
3.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni.
4.
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa, inkluż it-tnaqqis tagħha abbażi tal-paragrafu 37 tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu ta’ ffissar ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003.
5.
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 216/5 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Il-każ AT.40436 — merkanzija sportiva anċillari
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 216/04)
(1)
L-abbozz ta’ deċiżjoni indirizzata lil Nike European Operations Netherlands B.V. (“NEON”), Nike Barcelona Merchandising, S.L. (preċedentement magħrufa bħala Futbol Club Barcelona Merchandising, S.L.) (“FCBM”), North West Merchandising Limited (preċedentement magħrufa bħala Manchester United Merchandising Limited) (“MUML”), F.C. Internazionale Merchandising S.r.l. (“FCIM”), French Football Merchandising SASU (“FFM”), u Nike, Inc., ssib li Nike (2) kisret l-Artikolu 101(1) tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ sensiela ta’ ftehimiet u prattiki mmirati biex jirrestrinġu l-bejgħ transfruntier ta’ merkanzija liċenzjata, kemm offline kif ukoll online.
(2)
Bid-deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 773/2004 (3) fil-konfront ta’ Nike, Inc. u l-entitajiet legali kollha li huma kkontrollati minnha direttament jew indirettament, u b’mod partikolari NEON u FCBM. Bid-deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni oħra biex tibda proċedimenti skont l-istess artikolu fil-konfront ta’ FCIM, FFM u MUML.
(3)
Fid-data […], Nike offriet formalment biex tikkoopera (“Sottomissjoni ta’ Riżolviment”). Is-Sottomissjoni ta’ Riżolviment tinkludi:|
— |
rikonoxximent, f’termini ċari u mingħajr ambigwità, min-naħa tad-destinatarji ta’ obbligazzjoni in solidum fir-rigward tal-ksur deskritt fis-Sottomissjoni ta’ Riżolviment, fosthom fatti, ir-riżervi legali, ir-rwoli tal-indirizzati fil-ksur u d-durata tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur; |
|
— |
indikazzjoni li l-multa massima tiġi aċċettata mid-destinatarji fil-kuntest ta’ proċedura ta’ kooperazzjoni; |
|
— |
il-konferma tad-destinatarji li kienu rċevew informazzjoni biżżejjed dwar l-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni tipprevedi li ser tqajjem kontrihom u li kienu ngħataw opportunità biżżejjed biex jesprimu l-fehmiet tagħhom lill-Kummissjoni; |
|
— |
konferma li d-destinatarji ngħataw opportunità biżżejjed li jaċċessaw il-provi li jissostanzjaw l-oġġezzjonijiet potenzjali u d-dokument l-oħra kollha fil-fajl tal-Kummissjoni, u li huma ma bassrux li kienu se jitolbu aċċess ulterjuri għall-fajl jew li jinstemgħu fi smigħ, sakemm il-Kummissjoni ma tirreflettix is-Sottomissjoni ta’ Riżolviment fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet (id-“DO”) u fid-deċiżjoni; kif ukoll |
|
— |
il-ftehim tad-destinatarji li jirċievu d-DO u d-deċiżjoni finali skont l-Artikolu 7 u 23 tar-Regolament Nru 1/2003 (4) bl-Ingliż. |
(4)
Fl-14 ta’ Frar 2019 il-Kummissjoni adottat id-DO, li fil-każ tagħha Nike wieġbet billi kkonfermat li d-DO kienet tirrefletti l-kontenut tas-Sottomissjoni ta’ Riżolviment, u tenniet l-impenn tagħha li ssegwi l-proċedura ta’ kooperazzjoni skont il-kundizzjonijiet tas-Sottomissjoni ta’ Riżolviment u ddikjarat li ma kinitx tixtieq li għal darb’oħra jkollha smigħ mal-Kummissjoni.
(5)
Il-ksur ikkonstatat u l-multi imposti fl-abbozz ta’ deċiżjoni jikkorrispondu għal dawk rikonoxxuti u aċċettati fis-Sottomissjoni ta’ Riżolviment. L-ammont tal-multi jitnaqqas b’40 % fuq il-bażi li Nike ikkooperat effettivament u fil-waqt mal-Kummissjoni billi: (i) ħadet passi biex ittemm il-ksur billi bagħtet ittri ta’ kjarifika lid-detenturi ta’ liċenzji u lid-detenturi ta’ liċenzji prinċipali saħansitra qabel infetħu l-proċedimenti formali u fuq l-inizjattiva tagħha stess; u (ii) tat evidenza addizzjonali għall-estensjoni tal-każ lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni inizjali tiegħu.
(6)
F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-Abbozz tad-Deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom Nike ngħatat l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha. Nikkonkludi li jagħmel dan.
(7)
Kollox ma’ kollox, nikkonkludi li t-tħaddim effettiv tad-drittijiet proċedurali, f’dan il-każ, ġie rrispettat.
Brussell, il-21 ta’ Marzu 2019.
Wouter WILS
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).
(2) L-impriża li tinkludi lil Nike, Inc. u dawk tas-sussidjarji tagħha li huma involuti fil-liċenzjar u d-distribuzzjoni ta’ merkanzija liċenzjata fiż-ŻEE fil-kuntest tal-każ magħrufa bħala “Nike”.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18), emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/1348 tat-3 ta’ Awwissu 2015 (ĠU L 208, 5.8.2015, p. 3).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).
|
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 216/7 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-25 ta' Marzu 2019
dwar il-proċeduri skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea
(Il-Każ AT.40436 — Merkanzija sportiva anċillari)
(notifikat bid-dokument Nru C(2019) 2172 final)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 216/05)
Fil-25 ta' Marzu 2019, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. B'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda tippubblika hawnhekk l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, fosthom kull penali imposti, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lil Nike, Inc., u ċerti sussidjarji tagħha (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Nike”) fir-rigward tal-ksur tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-“Trattat”) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”). |
|
(2) |
Bejn l-1 ta' Lulju 2004 u s-27 ta' Ottubru 2017, Nike – fir-rwol tagħha bħala liċenzjatur għal ċerti marki tal-futbol – ħadet sehem fi ksur uniku u kontinwu li kien jinvolvi l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' sensiela ta' prattiki li jirrestrinġu l-bejgħ transfruntier attiv u passiv ta' merkanzija liċenzjata fiż-ŻEE. |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Il-prodott ikkonċernat
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tikkonċerna l-attivitajiet ta' Nike bħala liċenzjatur għall-marki ta' ċerti klabbs u federazzjonijiet tal-futbol (imsejħa b'mod konġunt bħala “klabbs”). Tikkonċerna prodotti ta' natura varjata (mugs, lożor tas-sodda, kartolerija, ġugarelli, eċċ.) li kollha kemm huma jirriproduċu l-marki jew il-kuluri tal-klabbs, iżda mhux il-marki ta' Nike. Sikwit dawn il-prodotti huma magħrufa bħala prodotti ta' merkanzija liċenzjata. |
|
(4) |
Sabiex tippermetti l-manifattura u l-bejgħ tal-prodotti ta' merkanzija liċenzjata, Nike tagħti liċenzji għall-manifattura u d-distribuzzjoni għad-drittijiet intellettwali li tkun kisbet mill-klabbs. |
|
(5) |
L-għoti ta' dawn id-drittijiet ta' manifattura u liċenzjar minn Nike isir jew direttament lill-parti li tqassamhom (“id-detentur ta' liċenzja”) jew indirettament permezz ta' “detentur ta' liċenzja prinċipali” li, bi skambju għal ċertu kummissjoni, jagħti subliċenzjar ulterjuri tad-drittijiet lid-detenturi ta' liċenzja finali. Irrispettivament mis-sistema użata, il-kundizzjonijiet għal-liċenzja huma tipikament inklużi fi ftehim li jirregola wkoll id-distribuzzjoni tal-prodotti li fuqhom għandu jiġi applikat id-dritt tal-proprjetà intellettwali liċenzjata. Dawn il-ftehimiet ġeneralment huma:
|
|
(6) |
Id-deċiżjoni tiffoka fuq dawn il-ftehimiet ta' liċenzjar u ta' liċenzjar prinċipali, u b'mod aktar wiesa', ir-relazzjonijiet li huma mibnija fuq il-bażi ta' dawk il-ftehimiet. |
2.2. Proċedura
|
(7) |
F'Settembru 2016 il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet għal għarrieda fil-Kwartieri Ġenerali Ewropej ta' Nike, Inc. f'Hilversum, In-Netherlands. |
|
(8) |
Permezz ta' deċiżjoni tal-14 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti kontra n-Nike, Inc. u l-entitajiet legali kollha kkontrollati minnha b'mod dirett jew indirett skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (2). Il-fini tal-bidu tal-proċedimenti kien li jiġi investigat jekk Nike kellhiex fis-seħħ ftehimiet u/jew applikatx prattiki li jipprevjenu jew jirrestrinġu l-bejgħ ta' merkanzija liċenzjata fiż-ŻEE. |
|
(9) |
Sussegwentement, Nike ressqet offerta formali biex tikkoopera fid-dawl tal-adozzjoni ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (“sottomissjoni għal riżolviment”). |
|
(10) |
Fl-14 ta' Frar 2019, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet indirizzata lil Nike. Fit-28 ta' Frar 2019, Nike ippreżentat it-tweġiba tagħha għad-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet. |
|
(11) |
Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fl-20 ta' Marzu 2019. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni adottat din id-Deċiżjoni fil-25 ta' Marzu 2019. |
2.3. Sommarju tal-ksur
|
(13) |
Matul in-negozju ta' merchandising tal-futbol ta' Nike ġew stabbiliti sensiela ta' prattiki li jirrestrinġu l-bejgħ transfruntier attiv u passiv ta' merkanzija liċenzjata. Dawn il-prattiki kienu jikkonċernaw kemm il-bejgħ offline kif ukoll il-bejgħ online ta' prodotti ta' merkanzija liċenzjata fiż-ŻEE. Id-Deċiżjoni tkopri erba' tipi ewlenin ta' restrizzjonijiet:
|
|
(14) |
Bis-saħħa ta' din is-sensiela ta' prattiki, Nike rrestrinġiet il-kapaċità tad-detenturi ta' liċenzja u detenturi ta' liċenzja prinċipali li jbigħu merkanzija liċenzjata b'mod transfruntier. Dan il-ksur uniku u kontinwu ikkontribwixxa biex jerġgħu jinġiebu d-diviżjonijiet bejn is-swieq nazzjonali u seta' wassal għal tnaqqis fl-għażla disponibbli għall-konsumaturi u għal prezzijiet ogħla marbuta direttament ma' livell ta' kompetizzjoni aktar baxx. Min-natura tagħha stess din l-imġiba tikkostitwixxi restrizzjoni tal-kompetizzjoni bi skop skont it-tifsira tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat. |
|
(15) |
Id-Deċiżjoni ssib ukoll li l-imġiba ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni previsti fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat. |
2.4. Destinatarji u durata
|
(16) |
Id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Nike, Inc., il-kumpanija omm aħħarija tal-grupp ta' kumpaniji Nike, kif ukoll fir-rigward ta' ċerti sussidjarji tagħha li huma involuti fin-negozju tal-merchandising. Nike European Operations Netherlands B.V., F.C. Internazionale Merchandising S.r.l., French Football Merchandising SASU, Nike Barcelona Merchandising, S.L. (preċedentement magħrufa bħala Futbol Club Barcelona Merchandising, S.L.), u North West Merchandising Limited (preċedentement magħrufa bħala Manchester United Merchandising Limited). |
|
(17) |
Id-durata tal-ksur uniku u kontinwu jkopri l-perjodu li matulu r-restrizzjonijiet kienu preżenti fil-ftehimiet ta' Nike fiż-ŻEE, jiġifieri bejn l-1 ta' Lulju 2004 u s-27 ta' Ottubru 2017 (id-data sa meta Nike kienet infurmat id-detenturi ta' liċenzja u d-detetenturi ta' liċenżja prinċipali kollha tagħha dwar in-nuqqas ta' applikabbiltà ta' kwalunkwe restrizzjoni barra mit-territorju fil-ftehimiet tagħha). |
2.5. Rimedji u multi
|
(18) |
Id-Deċiżjoni ssib li Nike temmet il-ksur fis-27 ta' Ottubru 2017 u tirrekjedi lil Nike milli żżomm lura minn kwalunkwe ftehim jew prattika miftiehma li jista' jkollhom l-istess skop jew effett jew skop jew effett simili. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-ksur sar intenzjonalment, jekk mhux almenu b'negliġenza, u li jeħtieġ li tiġi imposta multa. |
2.5.1. L-ammont bażiku tal-multa
|
(19) |
Fl-iffissar ta' multi, fil-prinċipju l-Kummissjoni tqis il-valur tal-bejgħ matul l-aħħar sena finanzjarja sħiħa tal-parteċipazzjoni tal-impriża fil-ksur. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur tal-bejgħ, id-Deċiżjoni tuża l-ammont ta' royalties miġbura min Nike matul l-aħħar sena finanzjarja sħiħa ta' kull wieħed mill-ftehimiet ta' sponsorizzazzjoni li jikkostitwixxi l-ksur. |
|
(20) |
Min-natura tagħhom stess ir-restrizzjonijiet barra mit-territorju jirristrinġu l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat. Madankollu, ġeneralment ir-restrizzjonijiet vertikali jagħmlu anqas ħsara minn dawk orizzontali. B'kunsiderazzjoni ta' dawn il-fatturi u l-impatt mifrux maż-ŻEE tar-restrizzjonijiet, il-perċentwal tal-valur tal-bejgħ li se jintuża għall-kalkolu tal-multa huwa ffissat għal 8 %. |
2.5.2. Ċirkustanzi aggravanti u mitiganti
|
(21) |
Ma hemm l-ebda ċirkustanza aggravanti jew mitiganti f'dan il-każ. |
2.5.3. Żieda speċifika bħala deterrent
|
(22) |
Il-multa qiegħda tiżdied b'multiplikatur ta' 1.1 biex jiġi żgurat effett ta' deterrent fuq Nike, impriża li għandha fatturat partikolarment kbir madwar id-dinja lil hinn mill-bejgħ ta' prodotti ta' merkanzija liċenzjata, li huwa relatat mal-ksur. |
2.5.4. Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta' 10 %
|
(23) |
Il-multa kkalkulata ma għandhiex taqbeż 10 % tal-fatturat dinji ta' Nike. |
2.5.5. Tnaqqis tal-multa fid-dawl ta' kooperazzjoni
|
(24) |
Sabiex jiġi rifless il-livell effettiv u f'waqtu tal-kooperazzjoni pprovduta minn Nike, b'mod partikolari r-rikonoxximent tagħha tal-ksur u l-preżentazzjoni ta' evidenza addizzjonali li testendi l-każ lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni inizjali tiegħu, l-ammont tal-multa jitnaqqas b'40 % skont il-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-Multi. |
3. KONKLUŻJONI
|
(25) |
Nike kisret l-Artikolu 101(1) tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipat fi ksur uniku u kontinwu rigward il-merkanzija liċenzjata. Il-ksur kopra l-bqija taż-Żona Ekonomika Ewropea kollha, u kkonsista fl-implimentazzjoni u l-infurzar ta' sensiela ta' ftehimiet u prattiki bil-għan li jirrestrinġu l-bejgħ transfruntier ta' merkanzija liċenzjata. kemm offline kif ukoll online. |
|
(26) |
L-ammont finali tal-multa imposta fuq Nike skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 għal ksur uniku u kontinwu huwa ta' EUR 12 555 000. |
(1) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1).
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 216/10 |
Sejħa għall-offerti internazzjonali għar-reġistrazzjoni tad-data gravimetrika bl-użu ta' gradjometri u data manjetometrika mill-ajru għal bosta klijenti fiż-żona Dinarika tal-Kroazja
(2019/C 216/06)
1. INTRODUZZJONI
Skont l-Artikolu 125 tal-Att dwar l-Esplorazzjoni u l-Isfruttament tal-Idrokarburi (Narodne Novine (NN; il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nru 52/18), il-Ministeru Kroat tal-Protezzjoni Ambjentali u l-Enerġija (“il-Ministeru”) jistieden lill-partijiet interessati kollha biex iressqu l-offerti għar-reġistrazzjoni tad-data gravimetrika bl-użu ta' gradjometri u data manjetometrika mill-ajru, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-avviż u fil-fajl tal-offerta ppubblikati fuq is-siti web tal-Ministeru - mzoe.gov.hr - u tal-Aġenzija Kroata tal-Idrokarburi - www.azu.hr (“l-Aġenzija”).
2. SUĠĠETT TAL-OFFERTA
Is-suġġett ta' din l-offerta huwa r-reġistrazzjoni tad-data gravimetrika bl-użu ta' gradjometri u data manjetometrika mill-ajru għal bosta klijenti (inkluż il-ġbir, l-ipproċessar u l-interpretazzjoni tad-data) fil-blokok ta' esplorazzjoni DI-13, DI-14, DI-15 u DI-16 fiż-żona Dinarika tal-Kroazja, bil-ħsieb li jiġi esplorat il-potenzjal tal-idrokarburi taż-żona (l-Anness 1 fih mappa taż-żona Dinarika bil-koordinati), bl-ebda spiża għall-Ministeru jew għall-Aġenzija.
Id-daqs ġeografiku tar-riċerka proposta huwa madwar 15 800 km2.
Id-data ġeoloġika u ġeofiżika attwalment disponibbli, inkluż id-data ġeografika u l-koordinati taż-żona usa', se tkun disponibbli biex tassisti fl-ippjanar tar-reġistrazzjoni, kif ukoll fl-ipproċessar u fl-interpretazzjoni tad-data finali. Din id-data se tiġi pprovduta mill-Aġenzija fuq talba tal-offerent prospettiv, b'kundizzjoni li jiġi ffirmat ftehim dwar il-kunfidenzjalità.
Ir-rappreżentanti tal-Ministeru u tal-Aġenzija se jikkooperaw mill-qrib mal-Kumpanija magħżula (“il-Kumpanija”) meta jkunu qed jippjanaw ir-reġistrazzjoni, jagħżlu l-parametri għar-reġistrazzjoni u għall-ipproċessar tad-data, u jinterpretaw/jevalwaw id-data kollha disponibbli. Il-Ministeru u l-Aġenzija huma intitolati li jimmonitorjaw l-istadji kollha tal-proġett.
Il-Kumpanija magħżula se tiffirma kuntratt mal-Ministeru f'konformità mal-offerta mressqa u skont id-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-avviż, fil-fajl tal-offerta u fl-Att dwar l-Esplorazzjoni u l-Isfruttament tal-Idrokarburi.
Id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Esplorazzjoni u l-Isfruttament tal-Idrokarburi u leġiżlazzjoni oħra applikabbli japplikaw għat-tressiq tal-offerti, għal kwistjonijiet oħra relatati mat-tressiq tal-offerti, u għal attivitajiet relatati mar-reġistrazzjoni tad-data gravimetrika bl-użu ta' gradjometru u data manjetometrika mill-ajru fil-Kroazja.
3. DESKRIZZJONI TAL-PROĠETT
L-għan tal-proġett huwa li tiġi rreġistrata, ipproċessata u interpretata d-data gravimetrika rreġistrata bl-użu ta' gradjometru u data manjetometrika rreġistrata mill-ajru fil-blokok ta' esplorazzjoni kollha: DI-13, DI-14, DI-15 u DI-16 fiż-żona Dinarika tal-Kroazja. Iż-żona proposta hija murija fl-Anness 1. Tinsab fin-Nofsinhar tal-Kroazja, tul il-fruntiera mal-Bożnija-Ħerzegovina u mas-Slovenja u tul il-kosta Adriatika. Il-katina ta' muntanji Dinarika hija parti mill-oroġen Alpin-Karpazjan-Dinariku u hija magħmula minn unitajiet tettoniċi li joriġinaw minn żoni kumplessi bejn is-saff Adrijatiku fil-Lbiċ u l-Ewropa fil-Grigal.
Iż-żona hija ddominata minn raba' li jinħadem skarsament ippopolat bi ftit irħula. L-elevazzjoni ġeneralment hija bejn 50 u 1 700 m 'il fuq mil-livell tal-baħar.
L-objettivi ewlenin tad-data gravimetrika u manjetometrika huma:
|
— |
L-identifikazzjoni u l-iżolament/id-delineazzjoni tal-istrutturi fl-unitajiet ta' sedimenti; |
|
— |
L-identifikazzjoni tat-tendenzi ewlenin tal-qasmiet (“strike-slip faults”); |
|
— |
Id-definizzjoni tas-saff bażi tal-blat sedimentarju (jew “basement rock”) - partikolarment f'termini ta' profondità u ta' arkitettura; |
|
— |
Id-definizzjoni tal-unitajiet vulkaniċi li jistgħu jkunu preżenti fiż-żona, inkluż id-depożiti vulkaniċi fis-sezzjoni tas-sedimenti u d-depożiti intrużivi fil-bażi. |
4. ABBOZZAR, TRESSIQ U KONTENUT TAL-OFFERTI
L-offerent irid iġarrab l-ispejjeż kollha relatati mat-tħejjija u mat-tressiq tal-offerta tiegħu. Irrispettivament mir-riżultat finali tal-proċedura tal-offerti, il-Ministeru ma għandu fl-ebda każ jinżamm responsabbli għall-ispejjeż imġarrba minn kull offerent.
L-offerti jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti amministrattivi, formali, legali u tekniċi stabbiliti fil-fajl tal-offerta.
Lingwa
Il-lingwa uffiċjali tal-proċedura tal-offerta hija l-Kroat.
L-offerenti jridu jressqu l-offerti tagħhom bil-Kroat jew b'lingwa oħra flimkien ma' traduzzjoni ċertifikata bil-Kroat, u ż-żewġ verżjonijiet għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar it-tħejjija u t-tressiq tal-offerta kif deskritt f'dawn l-istruzzjonijiet tal-offerta. It-traduzzjonijiet kollha tad-dokumentazzjoni bil-Kroat iridu jkunu ċertifikati minn traduttur ġuramentat.
Tressiq tal-offerti
L-offerti jridu jitressqu f'envelop jew f'kaxxa ssiġillati li jkun fihom:
|
(a) |
l-isem u l-indirizz sħiħ tal-offerent u |
|
(b) |
il-kliem li ġej fuq l-indirizz tar-riċevitur: “PONUDA ZA PRIKUPLJANJE NOVIH GEOFIZIČKIH PODATAKA ZA VIŠE NAFTNO-RUDARSKIH SUBJEKATA — NE OTVARATI” (OFFERTA GĦALL-ĠBIR TA' DATA ĠEOFIŻIKA ĠDIDA GĦAL BOSTA KUMPANIJI TAŻ-ŻEJT U TAX-XOGĦOL TAL-MINJIERI - TIFTAĦX) u għandhom jintbagħtu lil:
|
L-offerti jridu jitressqu sa mhux aktar tard minn 90 (disgħin) jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Id-dettalji dwar it-tressiq tal-offerti jinsabu fil-fajl tal-offerta.
Validità tal-offerta
L-offerti jridu jkunu inkondizzjonati u jibqgħu validi għal perjodu ta' mija u tmenin (180) jum mid-data tal-għeluq għat-tressiq tal-offerti.
Tariffa tal-offerta
L-offerenti huma meħtieġa jħallsu tariffa tal-offerta ta' elf euro (EUR 1 000,00), li tista' titħallas f'euro (EUR) jew fl-ekwivalenti fil-munita Kroata Kuna (HRK) konvertiti bl-użu tar-rata medja tal-Bank Nazzjonali Kroat fid-data tal-ħlas. It-tariffa tal-offerta trid titħallas lir-riċevitur li ġej: Repubblika Hrvatska – Ministarstvo financija, Katančićeva 5, 10000 Zagreb, IBAN HR1210010051863000160, mudell HR65, numru ta' referenza 9733-49649-OIB [numru ta' identifikazzjoni personali] tal-offerent.
Garanzija tal-offerta
L-offerenti huma meħtieġa jressqu garanzija tal-offerta ta' ħamsin elf euro (EUR 50 000,00) mal-offerti tagħhom. Il-garanzija tal-offerta ssir pagabbli jekk l-offerent jirtira mill-offerta matul il-perjodu ta' validità, jipprovdi data falza, jirrifjuta li jiffirma l-kuntratt jew jonqos milli jipprovdi garanzija ta' eżekuzzjoni.
Il-garanzija tal-offerta trid titfassal skont l-Anness 3 tal-fajl tal-offerta.
Il-garanzija ta' eżekuzzjoni tkun stabbilita għal 10 % tal-ispejjeż totali tal-proġett.
Ir-rekwiżiti kollha l-oħra rigward it-tressiq tal-offerti huma stabbiliti fil-fajl tal-offerta.
5. KRITERJI GĦALL-GĦAŻLA TAL-AKTAR OFFERENT VANTAĠĠUŻ
Minbarra l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(1) tal-Att dwar l-Esplorazzjoni u l-Isfruttament tal-Idrokarburi b'rabta mas-sikurezza nazzjonali, il-kriterji li se jitqiesu sabiex jintgħażel l-offerent huma dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-kompetenza teknika, finanzjarja u professjonali tal-offerent; |
|
(b) |
kif l-offerent biħsiebu jwettaq l-attivitajiet koperti mill-kuntratt; |
|
(c) |
il-kwalità ġenerali tal-offerta mressqa; |
|
(d) |
il-kundizzjonijiet finanzjarji offruti mill-offerent biex iwettaq l-attivitajiet tal-AGG (Airborne Gravity Gradiometry - Gradjometrija tal-Gravità fl-Ajru) u tar-reġistrazzjoni tad-data manjetometrika; u |
|
(e) |
kwalunkwe forma ta' nuqqas ta' effiċjenza jew ta' responsabbiltà murija mill-offerent f'pajjiżi oħra u f'attivitajiet preċedenti koperti minn liċenzja għall-esplorazzjoni u għall-isfruttament tal-idrokarburi. |
Jekk, wara evalwazzjoni abbażi tal-kriterji skont l-Att dwar l-Esplorazzjoni u l-Isfruttament tal-Idrokarburi, ikun hemm żewġ offerti jew aktar bl-istess mertu, għandhom jitqiesu kriterji oħra rilevanti, oġġettivi u mhux diskriminatorji għad-deċiżjoni finali.
ANNESS 1
MAPPA U KOORDINATI PROPOSTI
Spjega
|
Hrvatska |
Il-Kroazja |
|
Slovenija |
Is-Slovenja |
|
Bosna i Hercegovina |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
|
Legenda |
Didaskalija |
|
Bušotina |
Borehole |
|
Seizmička linija |
Linja sismika |
|
Vrsna točka područja istraživanja |
Quċċata fiż-żona tar-riċerka |
|
Predloženo područje istraživanja |
Żona tar-riċerka proposta |
|
Istražni prostor |
Blokka ta’ esplorazzjoni |
|
Strogi rezervat |
Riżerva stretta |
|
Posebni rezervat |
Riżerva speċjali |
|
Nacionalni park |
Park nazzjonali |
|
Park prirode |
Park naturali |
|
Punt Nru |
HTRS96_E |
HTRS96_N |
|
1 |
445 296,01 |
5 008 476,31 |
|
2 |
440 212,73 |
5 004 022,25 |
|
3 |
439 014,47 |
4 986 214,35 |
|
4 |
438 099,06 |
4 981 386,72 |
|
5 |
438 297,50 |
4 962 138,24 |
|
6 |
447 227,21 |
4 950 033,5351 |
|
7 |
450 997,53 |
4 952 414,78 |
|
8 |
461 316,30 |
4 942 691,33 |
|
9 |
458 935,04 |
4 937 928,82 |
|
10 |
468 105,61 |
4 925 954,96 |
|
11 |
468 817,25 |
4 912 719,27 |
|
12 |
474 574,10 |
4 898 686,79 |
|
13 |
472 379,21 |
4 897 064,74 |
|
14 |
474 157,21 |
4 894 821,07 |
|
15 |
476 382,88 |
4 896 385,36 |
|
16 |
493 151,77 |
4 875 049,16 |
|
17 |
543 429,90 |
4 822 363,88 |
|
18 |
557 645,63 |
4 812 267,75 |
|
19 |
561 217,51 |
4 797 054,17 |
|
20 |
573 724,76 |
4 784 528,38 |
|
21 |
556 422,30 |
4 769 814,41 |
|
22 |
528 553,78 |
4 801 269,71 |
|
23 |
525 855,58 |
4 799 158,08 |
|
24 |
503 785,72 |
4 823 345,34 |
|
25 |
499 304,89 |
4 825 629,23 |
|
26 |
486 803,44 |
4 827 923,07 |
|
27 |
469 076,08 |
4 812 297,13 |
|
28 |
454 294,64 |
4 829 014,24 |
|
29 |
462 037,30 |
4 836 228,99 |
|
30 |
459 515,07 |
4 839 220,47 |
|
31 |
461 274,77 |
4 841 332,10 |
|
32 |
448 311,68 |
4 855 820,26 |
|
33 |
444 644,89 |
4 852 582,06 |
|
34 |
422 038,82 |
4 870 597,52 |
|
35 |
418 447,04 |
4 867 964,19 |
|
36 |
393 534,46 |
4 896 459,03 |
|
37 |
418 338,20 |
4 918 524,07 |
|
38 |
384 781,11 |
4 956 783,79 |
|
39 |
392 472,63 |
4 962 613,61 |
|
40 |
379 723,37 |
4 977 834,40 |
|
41 |
385 197,28 |
4 982 576,97 |
|
42 |
350 871,75 |
5 023 832,42 |
|
43 |
363 202,96 |
5 036 886,54 |
|
44 |
399 719,26 |
5 029 040,03 |
|
45 |
414 507,08 |
5 037 619,02 |
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA
|
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 216/16 |
Avviż tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati tal-imgħax fuq l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza/ta’ skont għall-Istati tal-EFTA li japplikaw mill-1 ta’ Ġunju 2019
(Ippubblikat skont ir-regoli dwar ir-rati ta’ referenza u ta’ skont stabbiliti fil-Parti VII tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 (1) )
(2019/C 216/07)
Ir-rati bażi huma kkalkulati skont il-Kapitolu dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità kif emendati mid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 788/08/COL tas-17 ta’ Diċembru 2008. Biex jinkisbu r-rati ta’ referenza applikabbli, għandhom jinżdiedu marġini xierqa mar-rata bażi skont il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.
Ir-rati bażi ġew iddeterminati kif ġej:
|
|
L-Iżlanda |
Il-Liechtenstein |
In-Norveġja |
|
1.6.2019 – |
4,93 |
-0,53 |
1,47 |
(1) ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u s-Suppliment ŻEE Nru 26, 25.5.2006, p. 1.
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 216/17 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal approvazzjoni ta' emenda, li mhijiex minuri, għall-Ispeċifikazzjoni ta' Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2019/C 216/08)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta' oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA' EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA' PRODOTT GĦAL DENOMINAZZJONI TA' ORIĠINI PROTETTA JEW TA' INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“RAGUSANO”
Nru tal-UE: PDO-IT-1505-AM01 — 9.10.2017
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Consorzio per la tutela del formaggio Ragusano [Il-Konsorzju għall-Protezzjoni tal-Ġobon Ragusano] li l-kwartieri ġenerali tiegħu huma bbażati fil-Kamra tal-Kummerċ, l-Industrija, ix-Xogħol Artiġjanali u l-Agrikoltura ta' Ragusa: C.C.I.A.A. di Ragusa — Piazza della Libertà — 97100 Ragusa. Tel. +39 3461532330 posta elettronika: consorzioregusanodop@gmail.com; posta elettronika ċċertifikata: certmail@pec.consorzioragusanodop.it;
Il-Konsorzju tal-Ġobon Ragusano huwa magħmul minn produtturi tal-ġobon “Ragusano”. Dan huwa awtorizzat biex jippreżenta applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali tal-14 ta' Ottubru 2013.
2. Stat Membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
— |
☐ |
Isem il-prodott |
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☐ |
Żona ġeografika |
|
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu ta' produzzjoni |
|
— |
☒ |
Rabta |
|
— |
☒ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Oħrajn [Fl-Artikolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni, il-kelma “protetta” żdiedet qabel il-kliem “Denominazzjoni ta' Oriġini”; L-Artikoli 1 sa 4 tħassru u żdiedu l-Artikolu 7 dwar il-korp ta' spezzjoni, li ma kienx inkluż fl-Ispeċifikazzjoni attwali; żdiedu wkoll dispożizzjonijiet dwar kif il-ġobon għandu jiġi kkummerċjalizzat u ppakkjat.] |
4. Tip ta' emenda/i
|
— |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni ta' Prodott ta' DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tiġi kkwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
— |
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni ta' Prodott ta' DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew l-ekwivalenti) u li ma tistax tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
5. Emenda/i
Il-karatteristiċi tal-prodott
Fl-Artikolu 3(f) tal-Ispeċifikazzjoni, il-piż minimu tal-ġobon ġie emendat.
Il-formulazzjoni fl-Ispeċifikazzjoni attwali:
“Piż: ivarja bejn 10 sa 16-il kg skont id-daqs tal-forma;”
ġiet ifformulata mill-ġdid kif ġej:
“Il-Piż: ivarja bejn 12 u 16-il kg skont id-daqs tal-forma;”
Din l-emenda li żżid il-piż minimu minn 10 kg għal 12-il kg hija meħtieġa sabiex l-Ispeċifikazzjoni tiġi adattata għall-prattika tal-produzzjoni attwali, li ġiet stabbilita maż-żmien.
F'dawn l-aħħar snin, il-produtturi għażlu li jipproduċu ġobon ta' daqs akbar. Din l-għażla tirrifletti aħjar il-prattiki tal-produzzjoni attwali għal Ragusano, peress li f'dawn l-aħħar snin il-ġobnijiet Ragusano dejjem kienu jiżnu mill-anqas 12-il kg.
Barra minn hekk, id-daqs tar-Ragusano rriżulta li huwa wieħed mill-karatteristiċi distintivi tal-ġobon li jwassal biex jiġi identifikat b'mod immedjat mill-konsumatur, anke meta mqabbel ma' ġobnijiet simili oħra li qatt ma jkunu ta' dan id-daqs.
Il-perċentwal massimu tal-umdità żdied minn 40 % għal 42 %.
Il-formulazzjoni fl-Ispeċifikazzjoni attwali:
“Umdità massima: 40 %”
ġiet ifformulata mill-ġdid kif ġej:
“Umdità massima: 42 %”
Il-perċentwal tal-umdità żdied biex il-ġobon isir aktar artab, li l-konsumaturi wrew li jippreferu.
Prova tal-oriġini
L-Artikolu 5 “Prova tal-oriġini”, li ma kienx inkluż fl-Ispeċifikazzjoni attwali, ġie emendat biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 7(d) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Jekk jogħġbok sib l-Artikolu 5 hawn taħt:
“Artikolu 5
PROVA TAL-ORIĠINI
Kull fażi tal-proċess tal-produzzjoni tiġi mmonitorjat billi jiġu rreġistrati l-inputs u l-outputs kollha. Dan il-monitoraġġ, li jinkludi r-reġistri rilevanti, issorveljati mill-korp ta' spezzjoni, miżmuma mill-produtturi u mill-istabbilimenti tal-ippakkjar, flimkien mad-dikjarazzjonijiet regolari tal-kwantitajiet prodotti għall-awtoritajiet ta' spezzjoni, jiggarantixxi t-traċċabbiltà tal-prodott. Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha mniżżla fil-listi relevanti huma soġġetti għal verifiki mill-korp ta' spezzjoni, skont kif previst fl-Ispeċifikazzjoni u fil-pjan ta' spezzjoni korrispondenti.”
Rabta
Żdied l-Artikolu 6, “Rabta maż-Żona Ġeografika”.
Dan l-Artikolu ma kienx inkluż fl-Ispeċifikazzjoni attwali iżda biss fl-iskeda tas-sommarju. Għalhekk, l-informazzjoni li żdiedet ittieħdet mill-iskeda tas-sommarju u mir-rapport bit-titlu “Rabta maż-żona” inkluż fid-dokumenti ppreżentati lill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni ġiet abbozzata mill-ġdid u miżjuda biex jiġi żgurat li l-Artikolu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
Jekk jogħġbok sib l-Artikolu 6 hawn taħt:
“Artikolu 6
RABTA MAŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA
Il-matmura li fiha jgħixu l-ifrat, iż-żona fejn jgħixu, ir-raff tal-ħuxlief u ż-żona żgħira għall-produzzjoni tal-ġobon fejn il-ħalib isir ġobon, jikkostitwixxu l-masserie mibnija bil-franka li jaqtgħu tajjeb ħafna mal-pajsaġġ tal-madwar, li huwa kkaratterizzat minn ħitan tal-ġebel xotti li wieħed jista' jilmaħhom kullimkien fil-kampanja. Fl-irziezet (masserie) it-teknika tal-produzzjoni tal-ġobon li tintuża hija artiġjanali: it-tnellijiet, l-istikek tal-injam, il-kaldarun tar-ram b'linja tal-landa, l-għarbiel, il-krank, il-forom tal-injam u t-tornijiet żgħar tal-injam biex jiġi ffurmat il-ġobon huma l-għodod tal-injam u tar-ram sempliċi iżda essenzjali. Ragusano huwa prodott naturali, li l-kwalitajiet u l-ispeċifiċitajiet tiegħu huma intrinsikament marbuta kemm mal-karatteristiċi tal-materja prima, jiġifieri l-ħalib sħiħ mhux ipproċessat li jiġbor fih it-togħmiet tal-mergħat tal-plateau ta' Ibleo, li huwa rikk bil-ħxejjex aromatiċi, kif ukoll mal-prattiki ppruvati u ttestjati għall-produzzjoni tal-ġobon u l-maturazzjoni li jitwettqu minn idejn esperti. Ragusano jiġi prodott matul l-istaġun tal-foraġġ, bejn Novembru u Mejju, meta l-kwalità tal-foraġġ aħdar fil-mergħat tkun fl-aħjar tagħha. Il-mergħat naturali tat-territorju ta' Ibleo għandhom aktar minn 100 pjanta tal-foraġġ li jappartjenu għal mill-anqas 20 familja differenti. Kull pjanta tal-foraġġ selvaġġa individwali mill-mergħat ta' Ibleo tagħti l-kontribut tagħha għall-formazzjoni tal-irwejjaħ u tat-togħmiet ta' Ragusano. Il-pjanti tal-foraġġ ewlenin li huma stmati għall-palat tagħhom għall-ifrat, l-impatt tagħhom fuq il-produzzjoni tal-ħalib u l-kwalitajiet tat-tkabbir u nutrittivi tagħhom bħala foraġġ huma Anthemis arvensis, Medicago hispida, Scorpiurus subvillosus, Astragolus hamosus, Trifolium subterraneum, Calendula arvensis, Diplotaxis erucoidese u Sinapis arvensis. L-ambjent, il-ħalib, il-mergħa u l-metodu ta' produzzjoni jagħmlu lil Ragusano ġobon tassew tradizzjonali li, madankollu, għandu dehra kontemporanja, u d-dinja tiegħu, il-masseria, tista' tiġi deskritta bħala t-twarrid tal-wirt kulturali li jirriżulta min-natura, l-istorja, l-ekonomija u l-ħila u l-għarfien teknoloġiku; Varjetà sħiħa ta' fatturi jistgħu jinfluwenzaw ir-riħa, it-togħma, il-kulur u l-kwalitajiet nutrittivi tar-Ragusano tradizzjonali. Dawn il-fatturi jistgħu jiġu ddefiniti bħala ‘karatteristiċi attribwibbli għall-bijodiversità’, preċiżament minħabba li s-sinerġija bbilanċjata tagħhom ipproduċiet għal sekli sħaħ ġobon li huwa uniku fid-dinja kollha u intrinsikament marbut mat-territorju fejn huwa prodott. Ir-Ragusano huwa ġobon ħaj, kemm f'dik li hi popolazzjoni mikrobjali li fih kif ukoll minħabba l-proċessi enżimatiċi kollha li jistgħu jiġu osservati hekk kif dan isir matul il-maturazzjoni. Id-definizzjoni tal-bijodiversità toriġina minn dan, u mhux biss minħabba li dawn il-fatturi jipproduċu ġobon li jispikka minn ġobnijiet oħrajn, iżda anke u b'mod speċjali minħabba li huwa ħaj f'termini bijoloġiċi.
Fost il-‘karatteristiċi ewlenin attribwibbli għall-bijodiversità’ hemm iż-żona tal-produzzjoni u l-kundizzjonijiet makroambjentali u mikroambjentali relatati tat-territorju u l-postijiet naturali fejn isiru l-proċessi tal-produzzjoni (faċilitajiet tat-trobbija tal-bhejjem, tal-produzzjoni tal-ġobon u tal-maturazzjoni). Ir-razez imrobbija, is-sistema tal-biedja estensiva u d-dieta tal-baqar, li hija prinċipalment magħmula minn foraġġ li jikber fis-selvaġġ fil-mergħat tal-plateau ta' Ibleo, jikkontribwixxu wkoll għal din il-bijodiversità. Il-proċess tradizzjonali għall-produzzjoni tal-ġobon jaqdi wkoll rwol deċiżiv, bis-saħħa tal-kwalitajiet u tal-proċedura speċifiċi tiegħu: jiġifieri l-użu ta' ħalib sħiħ mhux ipproċessat, il-preżenza ta' mikroflora naturali adattata għall-produzzjoni tal-ġobon, l-użu ta' tames naturali u ta' għodod tal-injam u/jew tar-ram. Ma' dan jiżdied il-proċess tal-ifformar tal-ġobon u l-maturazzjoni tradizzjonali. Huwa ovvju li dawn il-‘karatteristiċi’ fil-fatt jikkostitwixxu firxa sħiħa ta' proċessi naturali, li huma soġġetti għal grad għoli ta' varjabbiltà bijoloġika. U l-bniedem, f'dan il-kuntest, kuljum irid jisfida lin-natura biex jikseb il-bilanċ bijoloġiku bejn id-diversi proċessi, sabiex jiggarantixxi li l-produzzjoni ta' Ragusano tkun ta' kwalità eċċellenti.
Ir-razza tal-ifrat, l-istadju tat-treddigħ tagħhom u d-diversi ċikli bijoloġiċi tal-pjanti tal-foraġġ li jikbru fis-selvaġġ fil-mergħat tal-plateau ta' Ibleo, huma responsabbli għall-varjazzjonijiet frekwenti fil-kwalità tal-ħalib u l-varjazzjonijiet fit-temperatura u l-umdità li jaċċelleraw jew idewmu l-proċess tat-trattament tal-ħalib u l-maturazzjoni tal-baqta u tal-ġobon: dawn il-kundizzjonijiet makroambjentali u mikroambjentali kollha jaqdu rwol deċiżiv fl-għażla tal-mikroflora speċifika ta' Ragusano.”
Metodu ta' produzzjoni
Fil-punt C tal-Artikolu 3, iż-żmien minimu tal-maturazzjoni żdied fit-taqsima rilevanti peress li dan tħalla barra mill-Ispeċifikazzjoni attwali.
Barra minn hekk, żdiedet il-possibbiltà li l-ġobnijiet jiġu mmaturati permezz ta' metodi li huma differenti mill-metodu fejn dawn jiġu mdendla b'mod strett flimkien f'pari bil-ħabel fuq it-travi.
Il-formulazzjoni fl-ispeċifikazzjoni attwali:
“Il-ġobnijiet jiġu mmaturati f'postijiet ventilati u f'temperatura li tvarja bejn l-14 u s-16-il grad ċentigrad, billi l-ġobnijiet jintrabtu flimkien f'pari b'ħabel irqiq u jiġu mdendla fuq oġġetti xierqa sabiex jiġi żgurat l-esponiment sħiħ tal-wiċċ kollu tal-ġobon għall-arja.”
ġiet ifformulata mill-ġdid kif ġej:
“Il-ġobnijiet jiġu mmaturati, għal perjodu minimu ta' tliet xhur minn meta jiġi ffurmat il-ġobon, f'postijiet ventilati fejn it-temperatura tvarja bejn 14 u 16-il grad ċentigrad.
Matul il-proċess tal-maturazzjoni, il-ġobnijiet jistgħu jintrabtu flimkien b'ħabel u jiddendlu tnejn tnejn fuq oġġetti ta' appoġġ sabiex jiġi żgurat l-esponiment totali tal-wiċċ kollu tal-ġobon għall-arja.”
L-Ispeċifikazzjoni attwali ma tistipula l-ebda żmien minimu ta' maturazzjoni, u b'hekk ġie stabbilit perjodu ta' tliet xhur (li jibda minn meta jiġi ffurmat il-ġobon) bħala l-perjodu minimu ta' maturazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-prodott ikun matur biżżejjed.
Fir-rigward tal-emenda għall-metodi tal-maturazzjoni, filwaqt li jiddikjaraw li din il-fażi fil-produzzjoni trid issir f'postijiet ventilati biżżejjed, il-produtturi ddeċidew li jistgħu jintużaw metodi li huma differenti mill-metodu fejn il-ġobnijiet jiddendlu tnejn tnejn bil-ħabel fuq it-travi. F'dawn l-aħħar snin, il-produtturi rnexxielhom b'suċċess kbir jimmaturaw il-ġobnijiet billi jqegħduhom fuq xkafef magħmula minn strixxi tal-injam ittundjati mfassla b'tali mod li jiżguraw li l-arja tista' tiċċirkola. B'dan il-mod, mingħajr l-ebda effett detrimentali fuq il-karatteristiċi tal-ġobon, il-forma tiegħu tibqa' regolari u aktar preżentabbli u, l-aktar importanti, aktar faċli biex jinqata' f'porzjonijiet mill-ġobon li jiġi mmaturat bil-mod tradizzjonali.
Barra minn hekk, il-metodu ta' maturazzjoni msemmi hawn fuq jippermetti li tintuża kwantità iżgħar ta' melħ peress li huwa meħtieġ perċentwal ogħla ta' melħ biex il-ġobon isir aktar reżistenti u inqas deformat faċilment meta jintrabat u jiddendel biex jiġi mmaturat. Għalhekk, dan il-metodu ta' maturazzjoni jippermetti lill-produtturi joħolqu prodott b'kontenut ta' melħ aktar baxx, li huwa apprezzat ħafna mill-konsumaturi.
Tali emendi jirnexxilhom jissalvagwardjaw il-prinċipji tal-metodi tal-maturazzjoni tradizzjonali filwaqt li fl-istess ħin jirnexxilhom itejbu l-prodott.
Fil-punt C tal-Artikolu 3, fit-tmiem tat-taqsima dwar l-iffurmar tal-ġobon, żdiedet il-frażi li ġejja:
“Matul din il-fażi, tiġi applikata plakka ta' kaseina, kif jidher hawn taħt, b'żewġ kodiċijiet li jidentifikaw il-ġobon individwali, mal-wiċċ twil, fuq wara ta' dak prinċipali (bin-numru tal-identifikazzjoni tal-KE tad-ditta, li jintuża wkoll biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti sanitarji u, fejn applikabbli, l-isem tal-marka tiegħu).
Iż-żewġ uċuħ kbar l-oħra tal-parallelpiped imbagħad jiġu stampati bl-istrixxi tal-ittimbrar xierqa biex tiġi stampata l-kelma ‘Ragusano’ fuq il-wiċċ, kif jidher fl-immaġni t'hawn taħt.”
Din l-emenda hija maħsuba biex tirregola u tarmonizza l-metodi tal-applikazzjoni għall-kaseina, li tiżgura li kull ġobna tiġi numerata fl-interessi tat-traċċabbiltà, u għall-istrixxi tal-ittimbrar, li jiżguraw li l-ġobon bil-marka jiġi rikonoxxut faċilment mill-konsumatur. Barra minn hekk, iż-żieda ta' tali regoli fl-Ispeċifikazzjoni tiffaċilita x-xogħol tal-korp ta' spezzjoni, li mbagħad jista' jivverifika l-konformità ma' dawn ir-regoli.
Din l-emenda hija maħsuba biss biex ittejjeb it-traċċabbiltà u l-identifikazzjoni tal-prodott.
Tikkettar
L-Artikolu 4 dwar l-ittikkettar u l-ippakkjar ġie abbozzat mill-ġdid u ġie estiż.
Il-formulazzjoni fl-Ispeċifikazzjoni attwali:
“Il-ġobon ‘Ragusano’ bid-denominazzjoni ta' oriġini jrid ikollu l-marka li tidher fl-Anness ‘A’ meta jiġi rilaxxat għall-konsum sabiex jiġi ggarantit li dan jikkonforma mad-dispożizzjonijiet legali rilevanti; dan l-Anness jikkostitwixxi parti integrali minn dan id-Digriet.”
ġiet fformulata mill-ġdid kif ġej:
“Il-ġobon ‘Ragusano’ bid-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta jrid ikollu l-marka li ġejja meta jinħareġ għall-konsum sabiex jiġi ggarantit li dan jikkonforma mad-dispożizzjonijiet legali rilevanti;
fit-tmiem tal-perjodu minimu ta' maturazzjoni, il-marka titwaħħal fuq il-wiċċ ewlieni tal-ġobon, flimkien man-numru tal-identifikazzjoni tal-KE tad-ditta u, fejn applikabbli, l-isem tal-marka.
Flimkien mas-simbolu tad-DOP tal-UE, l-ippakkjar ta' ‘Ragusano’ irid ikollu t-tikketta li ġejja.
Deskrizzjoni ġenerali tat-tikketta
Fuq it-tikketta għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:
|
— |
RAGUSANO DOP, b'karattri akbar mill-oħrajn kollha fuq it-tikketta. |
|
— |
L-identifikazzjoni tal-produttur u/jew ta' min jippakkja skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. |
L-ispeċifikazzjonijiet ipprovduti jirreferu għat-tikketta bażika — li hija ta' 8 cm × cm 8 cm fid-daqs, magħmula minn kaxxa ħadra (Pantone 369 C) b'kantunieri tondi li fihom (iċċentrati kemm vertikalment kif ukoll orizzontalment b'rabta mal-kaxxa) hemm rettangolu isfar (Pantone 810 C) b'kantunieri tondi — li huwa ta' 7,2 cm × cm 4,2 fid-daqs.
Fl-ispazju aħdar li jinsab 'il fuq mir-rettangolu, iċċentrata orizzontalment f'dak l-ispazju, hemm l-iskrizzjoni RAGUSANO DOP, b'karattri suwed (Pantone Process Black C) u BAUHAUS Md BT 24, b'tipa 6 pt.
Fuq in-naħa tal-lemin f'dak l-istess rettangolu hemm kaxxa bajda (Pantone Transparent White) b'bordura ħadra (Pantone 369 C) u b'kantunieri tondi li hija ta' 3,6 cm × 3,6 cm fid-daqs, li fiha hemm (iċċentrat vertikalment u orizzontalment) il-logo RAGUSANO, li huwa ta' 2,2 cm × 2,7 cm, filwaqt li fuq in-naħa tax-xellug hemm il-kliem ‘Certificato da Autorità pubblica designata dal MiPAAF’(Iċċertifikat mill-awtorità pubblika maħtura mill-Ministeru għall-Politiki Agrikoli, Alimentari u Forestali).
Iż-żona ħadra taħt ir-rettangolu hija mfassla għall-isem tad-ditta, b'tipa: ARIAL BOLD 8 pt — abjad (Pantone Transparent White) u għall-indirizz, b'tipa: ARIAL 7 pt — abjad (Pantone Transparent White).
Il-qisien t'hawn fuq jirreferu għat-tikketta bażika u huma meħtieġa biex jiġu stabbiliti l-proporzjonijiet obbligatorji, li dejjem iridu jiġu rrispettati, madankollu d-daqs attwali tat-tikketta jista' jvarja: ivarja minn minimu ta' 5 cm × 5 cm għal massimu ta' 12 cm × 12 cm.
Karatteristiċi ġenerali tal-logo
Il-logo huwa magħmul minn ċirku maqsum orizzontalment b'rettangolu abjad li fih il-kliem RAGUSANO superimposti fiċ-ċentru. Il-formulazzjoni, li mhijiex itwal mid-dijametru taċ-ċirkonferenza, hija ċċentrata kemm vertikalment kif ukoll orizzontalment f'relazzjoni maċ-ċirku. Kulur: iswed, Pantone Process Black C, u tipa: BAUHAUS Md BT. Iż-żewġ arki taċ-ċirku huma tal-istess daqs iżda ta' kulur differenti, peress li ta' fuq huwa isfar (Pantone 810 C), u ta' taħt huwa aħdar (Pantone 369 C).
Il-ġobon li jsir esklussivament mill-ħalib tal-baqra mir-razza ta' Modicana jista' jingħata t-tikketta ta' ‘Ragusano da vacca modicana’ (Ragusano mill-baqar ta' Modicana).”
Barra minn hekk, ġiet introdotta tikketta ġdida li hija mfassla biex tiġi evitata kwalunkwe possibbiltà ta' tikkettar iffalsifikat jew żbaljat billi tippermetti li l-ġobon jiġi rikonoxxut aktar faċilment mill-konsumatur matul il-fażi potenzjalment problematika meta jitqiegħed fis-suq.
Aħna xtaqna wkoll nippermettu lill-bdiewa li jipproduċu r-“Ragusano” esklussivament mill-ħalib tal-baqra tar-razza ta' Modicana biex ikunu jistgħu jindikaw dan fuq it-tikketta.
Oħrajn
Fl-Artikolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni attwali, il-kelma “Protetta” żdiedet qabel il-kliem “Denominazzjoni ta' Oriġini”.
Il-formulazzjoni attwali:
“Id-denominazzjoni ta' oriġini ‘Ragusano’ tingħata għall-ġobon li jiġi prodott fiż-żona ġeografika deskritta fl-Artikolu 2 u li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4.”
ġiet għalhekk ifformulata mill-ġdid kif ġej:
“Id-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta ‘Ragusano’ tingħata għall-ġobon li jiġi prodott fiż-żona ġeografika deskritta fl-Artikolu 2 u li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4.”
L-Artikoli 1 sa 4 huma intitolati kif ġej: L-Artikolu 1 “Denominazzjoni”, l-Artikolu 2 “Żona ġeografika”, l-Artikolu 3 “Metodu tal-Produzzjoni”, l-Artikolu 4 “Ippakkjar u ttikkettar”.
Barra minn hekk, żdiedu l-artikoli li ġejjin wara l-Artikolu 4:
l-Artikolu 5 “Prova ta' oriġini”, l-Artikolu 6 “Rabta” u l-Artikolu 7 “Korp ta' spezzjoni”, li ma kinux inklużi fl-Ispeċifikazzjoni attwali, sabiex jiġi żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni rilevanti.
Żdied l-Artikolu dwar il-korp ta' spezzjoni, li ma kienx inkluż fl-Ispeċifikazzjoni attwali, kif stipulat fl-Artikolu 7(g) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
It-test tal-Artikolu 7 huwa stabbilit hawn taħt:
“Artikolu 7
IL-KORP TA' SPEZZJONI
Il-verifika tal-konformità tal-ġobon Ragusano bid-DOP mal-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni ssir minn korp ta' spezzjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Dan il-korp huwa l-Consorzio di Ricerca per la Filiera Lattiero-Casearia, CORFILAC, li l-kwartieri ġenerali tiegħu jinsabu f'Ragusa, Via Ragusa-Mare (S.P.25) — Tel. +39 0932660411 — fax +39 0932660419 — posta elettronika ċċertifikata: dop@pec.corfilac.it.”
Ippakkjar:
L-emenda proposta tirregola kif il-ġobon jista' jinbiegħ f'porzjonijiet jew maħkuk. Għalhekk, l-Artikolu 4 dwar l-ippakkjar u t-tikkettar ġie abbozzat mill-ġdid kif ġej:
“Il-ġobon ‘Ragusano’ bid-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta jista' jiġi kkummerċjalizzat sħiħ, f'porzjonijiet, bil-qoxra jew mingħajr, jew maħkuk. Porzjonijiet ta' ‘Ragusano’ huma prodotti biss billi jinqatgħu ġobnijiet li diġà jkunu ġew iċċertifikati u l-ippakkjar tagħhom irid isir b'tali mod li kull porzjon ikollu traċċa tal-kelma ‘Ragusano’ stampata fuq il-qoxra tal-ġobon bl-istrixxi tal-ittimbrar. L-ippakkjar ta' Ragusano li jkun ġie maħkuk jew maqtugħ f'porzjonijiet permezz ta' tekniki li jinvolvu t-tqaxxir jew it-tneħħija tal-qoxra (kubi, biċċiet eċċ.) li jagħmlu l-kelma Ragusano stampata fuq il-qoxra illeġibbli, irid isir esklussivament fiż-żona ta' produzzjoni ddefinita fl-Artikolu 2. L-ippakkjar ta' ‘Ragusano’ maqtugħ f'porzjonijiet jew maħkuk irid isir f'konformità mar-regolamenti rilevanti, u fil-każijiet kollha b'mod li ma jnaqqasx mill-ħajja tal-ġobon fuq l-ixkaffa jew mill-karatteristiċi organolettiċi tiegħu.”
L-Ispeċifikazzjoni attwali ma tistipulax kif il-ġobon għandu jinħareġ għall-konsum, li wassal għal għadd ta' kunflitti bejn il-manifatturi u l-awtoritajiet ta' spezzjoni; kif xieraq, din l-emenda tqieset bħala meħtieġa biex jiġu regolati b'mod ċar il-modi li bihom il-ġobon jista' jinħareġ għall-konsum.
DOKUMENT UNIKU
“RAGUSANO”
Nru tal-UE: PDO-IT-1505-AM01 — 9.10.2017
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Isem
“Ragusano”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta' prodott
Klassi 1.3. Ġobnijiet
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)
Forma: Parallelpiped, kwadra f'sezzjoni trasversali, b'kantunieri tondi. Jistgħu jidhru marki ċari fuq il-wiċċ li jkunu tħallew mill-ħbula li ntużaw biex jiddendel il-ġobon matul il-proċess tal-maturazzjoni;
Id-Daqs: il-ġnub tat-taqsima kwadra jvarjaw bejn 15 u 18 cm; It-tul tal-parallelpiped ivarja bejn 43 u 53 ċentimetru;
Il-Piż: il-piż tiegħu jvarja bejn 12 u 16-il kg skont id-daqs tal-forma;
Dehra ta' barra: Qoxra lixxa, irqiqa, kumpatta ta' kulur isfar dehbi jew isfar lewn it-tiben, li xxaqleb lejn il-kannella meta l-maturazzjoni tiġi estiża għall-ġobnijiet tat-taħkik. Il-ħxuna massima tal-qoxra hija ta' 4 mm. Il-qoxra tista' tkun miksija biż-żejt taż-żebbuġa;
Pejst: struttura kumpatta, b'possibbiltà ta' xpakkar li jseħħ b'maturazzjoni estiża, xi kultant akkumpanjata minn ftit toqob; Meta jinqata', il-kulur ivarja minn abjad għal bejn wieħed u ieħor isfar qawwi lewn it-tiben;
It-Togħma: pjaċevoli ħafna, ħelwa, delikata, mhux daqshekk qawwija fl-ewwel xhur tal-maturazzjoni għall-ġobnijiet tal-mejda; Għandha t-tendenza li tkun qawwija u bnina, wara l-maturazzjoni estiża, fil-ġobnijiet maħsuba għat-taħkik.
Il-ġobon għandu aroma pjaċevoli, karatteristika tal-proċess speċifiku tal-produzzjoni;
Xaħam ikkalkulat fuq il-materja xotta: mhux anqas minn 40 % għall-ġobnijiet maħsuba biex jintużaw fuq il-bord tal-ġobon; mhux anqas minn 38 % għall-ġobnijiet immaturati għal aktar minn sitt xhur;
Umdità ta' mhux aktar minn: 42 %
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
L-għalf tal-ifrat li jipproduċu l-ħalib irid ikun prinċipalment magħmul minn pjanti u ħaxix selvaġġi mill-plateau ta' Ibleo, li jistgħu jsiru wkoll ħuxlief.
Il-ġobon “Ragusano” bid-denominazzjoni ta' oriġini huwa prodott esklussivament minn ħalib tal-baqra sħiħ u mhux ipproċessat.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-istadji kollha fil-proċess tal-produzzjoni: it-trobbija tal-baqar, it-taħlib, il-produzzjoni tal-ġobon u l-maturazzjoni jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Il-ġobon “Ragusano” bid-denominazzjoni ta' oriġini jista' jiġi kkummerċjalizzat sħiħ, maqtugħ f'porzjonijiet, bil-qoxra jew mingħajrha, jew maħkuk. Porzjonijiet ta' “Ragusano” huma prodotti biss billi jinqatgħu ġobnijiet li diġà jkunu ġew iċċertifikati u l-ippakkjar tagħhom irid isir b'tali mod li kull porzjon ikollu traċċa tal-kelma “Ragusano” stampata fuq il-qoxra tal-ġobon bl-istrixxi tal-ittimbrar.
L-ippakkjar ta' Ragusano li jkun ġie maħkuk jew maqtugħ f'porzjonijiet permezz ta' tekniki li jinvolvu l-brix jew it-tneħħija tal-qoxra (kubi, biċċiet eċċ.) li jagħmlu l-kelma Ragusano stampata fuq il-qoxra illeġibbli, irid isir esklussivament fiż-żona ġeografika ddefinita.
Il-ġobon mingħajr il-qoxra huwa prodott sensittiv ħafna u l-preservazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tiegħu tirrikjedi ppakkjar immedjat sabiex jiġi evitat kwalunkwe tnixxif sussegwenti; barra minn hekk, l-ippakkjar immedjat f'pakketti bid-denominazzjoni ta' oriġini jista' jiggarantixxi aħjar l-awtentiċità tal-prodott, li hija naturalment aktar diffiċli biex tiġi identifikata mill-ġobon fejn it-trademark tkun viżibbli.
L-ippakkjar ta' “Ragusano” maqtugħ f'porzjonijiet jew maħkuk irid isir f'konformità mar-regolamenti rilevanti, u fil-każijiet kollha b'mod li ma jnaqqasx mill-ħajja tal-ġobon fuq l-ixkaffa jew mill-karatteristiċi organolettiċi tiegħu.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Il-ġobon “Ragusano” bid-denominazzjoni ta' oriġini protetta jrid ikollu l-marka li ġejja meta jiġi rilaxxat għall-konsum sabiex jiġi ggarantit li dan jikkonforma mad-dispożizzjonijiet legali rilevanti;
fi tmiem il-perjodu minimu ta' maturazzjoni, il-marka titwaħħal fuq il-wiċċ ewlieni tal-ġobon, flimkien man-numru tal-identifikazzjoni tal-KE tad-ditta u, fejn applikabbli, l-isem tal-marka.
Flimkien mas-simbolu tad-DOP tal-UE, l-ippakkjar ta' “Ragusano” irid juri t-tikketta li ġejja.
Deskrizzjoni ġenerali tat-tikketta
Fuq it-tikketta għandu jkun hemm l-informazzjoni li ġejja:
|
— |
RAGUSANO DOP, b'karattri akbar mill-oħrajn kollha fuq it-tikketta. |
|
— |
L-identifikazzjoni tal-produttur u/jew ta' min jippakkja skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. |
Karatteristiċi ġenerali tal-logo
Il-ġobon li jsir esklussivament mill-ħalib tal-baqra mill-ifrat tar-razza ta' Modicana jista' jingħata t-tikketta ta' “Ragusano da vacca modicana” (Ragusano mill-baqar ta' Modicana).
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona fejn jiġi prodott u pproċessat il-ħalib li jintuża biex isir il-ġobon “Ragusano” tinkludi t-territorju sħiħ tal-munċipalitajiet ta': Acate, Chiaramonte Gulfi, Comiso, Giarratana, Ispica, Modica, Monterosso Almo, Pozzallo, Ragusa, Santa Croce Camerina, Scicli u Vittoria, fil-provinċja ta' Ragusa u l-muniċipalitajiet ta' Noto, Palazzolo Acreide u Rosolini, fil-provinċja ta' Siracusa.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Il-matmura li fiha jgħixu l-ifrat, iż-żona fejn jgħixu, ir-raff tal-ħuxlief u ż-żona żgħira għall-produzzjoni tal-ġobon fejn il-ħalib isir ġobon, jikkostitwixxu l-masserie mibnija bil-franka li jaqtgħu tajjeb ħafna mal-pajsaġġ tal-madwar, li huwa kkaratterizzat minn ħitan tal-ġebel xotti li wieħed jista' jilmaħhom kullimkien madwar il-kampanja. Fl-irziezet (masserie) it-teknika tal-produzzjoni tal-ġobon li tintuża hija artiġjanali: it-tnellijiet, l-istikek tal-injam, il-kaldarun tar-ram b'linja tal-landa, l-għarbiel, il-krank, il-forom tal-injam u t-tornijiet żgħar tal-injam biex jiġi ffurmat il-ġobon huma l-għodod tal-injam u tar-ram sempliċi iżda essenzjali. Ragusano huwa prodott naturali, li l-kwalitajiet u l-ispeċifiċitajiet tiegħu huma intrinsikament marbuta kemm mal-karatteristiċi tal-materja prima, jiġifieri l-ħalib sħiħ mhux ipproċessat li jiġbor fih it-togħmiet tal-mergħat tal-plateau ta' Ibleo, li huwa rikk bil-ħxejjex aromatiċi, kif ukoll mal-prattiki ppruvati u ttestjati għall-produzzjoni tal-ġobon u l-maturazzjoni li jitwettqu minn idejn esperti. Ragusano jiġi prodott matul l-istaġun tal-foraġġ, bejn Novembru u Mejju, meta l-kwalità tal-foraġġ aħdar fil-mergħat tkun fl-aħjar tagħha. Il-mergħat naturali tat-territorju ta' Ibleo għandhom aktar minn 100 pjanta tal-foraġġ li jappartjenu għal mill-anqas 20 familja differenti. Kull pjanta tal-foraġġ selvaġġa individwali mill-mergħat ta' Ibleo tagħti l-kontribut tagħha għall-formazzjoni tal-irwejjaħ u tat-togħmiet tar-Ragusano. Il-pjanti tal-foraġġ ewlenin li huma stmati għall-palat tagħhom għall-ifrat, l-impatt tagħhom fuq il-produzzjoni tal-ħalib u l-kwalitajiet tat-tkabbir u nutrittivi tagħhom bħala foraġġ huma Anthemis arvensis, Medicago hispida, Scorpiurus subvillosus, Astragolus hamosus, Trifolium subterraneum, Calendula arvensis, Diplotaxis erucoidese u Sinapis arvensis. L-ambjent, il-ħalib, il-mergħa u l-metodu ta' produzzjoni jagħmlu lil Ragusano ġobon tassew tradizzjonali li, madankollu, għandu dehra kontemporanja, u d-dinja tiegħu, il-masseria, tista' tiġi deskritta bħala t-twarrid tal-wirt kulturali li jirriżulta min-natura, l-istorja, l-ekonomija u l-ħila u l-għarfien teknoloġiku; Varjetà sħiħa ta' fatturi jistgħu jinfluwenzaw ir-riħa, it-togħma, il-kulur u l-kwalitajiet nutrittivi tar-Ragusano tradizzjonali. Dawn il-fatturi jistgħu jiġu ddefiniti bħala “karatteristiċi attribwibbli għall-bijodiversità”, preċiżament minħabba li s-sinerġija bbilanċjata tagħhom ipproduċiet għal sekli sħaħ ġobon li huwa uniku fid-dinja kollha u intrinsikament marbut mat-territorju fejn huwa prodott. Ir-Ragusano huwa ġobon ħaj, kemm f'dik li hi l-popolazzjoni mikrobjali li fih kif ukoll minħabba l-proċessi enżimatiċi kollha li jistgħu jiġu osservati hekk kif dan isir matul il-maturazzjoni. Id-definizzjoni tal-bijodiversità toriġina minn dan, u mhux biss minħabba li dawn il-fatturi jipproduċu ġobon li jispikka minn ġobnijiet oħrajn, iżda anke u b'mod speċjali minħabba li huwa ħaj f'termini bijoloġiċi.
Fost il-“karatteristiċi ewlenin attribwibbli għall-bijodiversità” hemm iż-żona tal-produzzjoni u l-kundizzjonijiet makroambjentali u mikroambjentali relatati tat-territorju u l-postijiet naturali fejn isiru l-proċessi tal-produzzjoni (faċilitajiet tat-trobbija tal-bhejjem, tal-produzzjoni tal-ġobon u tal-maturazzjoni). Ir-razez imrobbija, is-sistema tal-biedja estensiva u d-dieta tal-baqar, li hija prinċipalment magħmula minn foraġġ li jikber fis-selvaġġ fil-mergħat tal-plateau ta' Ibleo, jikkontribwixxu wkoll għal din il-bijodiversità. Il-proċess tradizzjonali għall-produzzjoni tal-ġobon jaqdi wkoll rwol deċiżiv, bis-saħħa tal-kwalitajiet u tal-proċedura speċifiċi tiegħu: jiġifieri l-użu ta' ħalib sħiħ mhux ipproċessat, il-preżenza ta' mikroflora naturali adattata għall-produzzjoni tal-ġobon, l-użu ta' tames naturali u ta' għodod tal-injam u/jew tar-ram. Ma' dan jiżdied il-proċess tal-ifformar tal-ġobon u l-maturazzjoni tradizzjonali. Huwa ovvju li dawn il-“karatteristiċi” fil-fatt jikkostitwixxu firxa sħiħa ta' proċessi naturali, li huma soġġetti għal grad għoli ta' varjabbiltà bijoloġika. U l-bniedem, f'dan il-kuntest, kuljum irid jisfida lin-natura biex jikseb il-bilanċ bijoloġiku bejn id-diversi proċessi, sabiex jiggarantixxi li l-produzzjoni tar-Ragusano tkun ta' kwalità eċċellenti.
Ir-razza tal-ifrat, l-istadju tat-treddigħ tagħhom u d-diversi ċikli bijoloġiċi tal-pjanti tal-foraġġ li jikbru fis-selvaġġ fil-mergħat tal-plateau ta' Ibleo, huma responsabbli għall-varjazzjonijiet frekwenti fil-kwalità tal-ħalib u l-varjazzjonijiet fit-temperatura u l-umdità li jaċċelleraw jew idewmu l-proċess tat-trattament tal-ħalib u l-maturazzjoni tal-baqta u tal-ġobon: Dawn il-kundizzjonijiet makroambjentali u mikroambjentali kollha jaqdu rwol deċiżiv fl-għażla tal-mikroflora speċifika ta' Ragusano.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament)
It-test konsolidat tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jista' jiġi kkonsultat fuq is-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
jew inkella:
billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali (www.politicheagricole.it) u tagħfas fuq “Qualità” (fin-naħa ta' fuq fil-lemin tal-iskrin), u wara fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fil-ġenb, fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all'esame dell'UE”.