ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 212

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
24 ta' Ġunju 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 212/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

 

Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

2019/C 212/02

Netwerking ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma tal-missjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 212/03

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9404 — Goldman Sachs/B&B Hotels) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

3


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Ġunju 2019

(2019/C 212/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1316

JPY

Yen Ġappuniż

121,64

DKK

Krona Daniża

7,4657

GBP

Lira Sterlina

0,89425

SEK

Krona Żvediża

10,6308

CHF

Frank Żvizzeru

1,1107

ISK

Krona Iżlandiża

141,50

NOK

Krona Norveġiża

9,6860

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,609

HUF

Forint Ungeriż

323,97

PLN

Zloty Pollakk

4,2584

RON

Leu Rumen

4,7239

TRY

Lira Turka

6,5806

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6386

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4928

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8424

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7261

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5362

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 314,41

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,2178

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7792

HRK

Kuna Kroata

7,4013

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 987,00

MYR

Ringgit Malażjan

4,7002

PHP

Peso Filippin

58,253

RUB

Rouble Russu

71,5191

THB

Baht Tajlandiż

34,859

BRL

Real Brażiljan

4,3357

MXN

Peso Messikan

21,5698

INR

Rupi Indjan

78,6985


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/2


Netwerking ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma tal-missjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

(2019/C 212/02)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 (1), l-Artikolu 36(2), jipprevedi li “Il-Bord tal-Amministrazzjoni” tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, “waqt li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jħejji lista li għandha tiġi ppubblikata ta’l-organizzazzjonijiet kompetenti nnominati mill-Istati Membri li jistgħu jgħinu lill-Awtorità, jew individwalment jew f’networks, fil-missjoni tagħha.”

Din il-lista l-ewwel ġiet imħejjija mill-Bords tal-Amministrazzjoni tal-EFSA fid-19 ta’ Diċembru 2006, u minn dakinhar:

i.

qiegħda tiġi aġġornata regolarment, abbażi tal-proposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-EFSA, waqt li jitqiesu r-reviżjonijiet jew proposti ta’ deżinjazzjoni ġodda mill-Istati Membri (skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/2004, l-Artikolu 2(4) (2));

ii.

ippubblikata fuq is-sit web tal-EFSA, fejn hi ppubblikata l-aħħar lista aġġornata ta’ organizzazzjonijiet kompetenti; u

iii.

disponibbli permezz tal-Għodda tat-Tfittxija tal-Artikolu 36 lill-organizzazzjonijiet, u li tipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt u l-oqsma speċifiċi ta’ kompetenza tal-organizzazzjonijiet.

Din l-informazzjoni rispettiva hi disponibbli fuq is-sit web tal-EFSA, fil-links li ġejjin:

i.

l-aħħar emenda ta’ din il-lista ta’ organizzazzjonijiet kompetenti mill-Bord tal-Amministrazzjoni tal-EFSA fl-[14/12/2016] — [http://www.efsa.europa.eu/en/events/event/161214-0];

ii.

il-lista aġġornata ta’ organizzazzjonijiet kompetenti — http://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/assets/art36listg.pdf; u

iii.

Għodda tat-Tfittxija tal-Artikolu 36 — http://www.efsa.europa.eu/art36/search

L-EFSA se żżomm din in-notifika aġġornata, speċifikament fir-rigward tal-links tas-sit web ipprovduti.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lil Cooperation.Article36@efsa.europa.eu.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/2004 tat-23 ta’ Diċembru 2004 li jindika termini ta’ applikazzjoni tar-Regolament 178/2002 f’dak li għandu x’jaqsam max-xibka ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma li jiddependu mill-missjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 64), kif l-aħħar emendat.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9404 — Goldman Sachs/B&B Hotels)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 212/03)

1.   

Fis-17 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

The Goldman Sachs Group Inc. (“Goldman Sachs,” l-Istati Uniti tal-Ameika),

Financière Sun SAS (“Financière Sun”, Franza), tħaddem l-katina B&B Hotels, ikkontrollata minn PAI Partners.

Goldman Sachs, takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Financière Sun kollha kemm hi, is-sid tal-katina B&B Hotels.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Goldman Sachs: ditta ta’ servizzi bankarji dinjija għall-investiment, titoli u ġestjoni tal-investimenti. Waħda mill-kumpanija ta’ portafoll ikkontrollati minn Goldman Sachs hija K+K Hotels, kumpanija tal-lukandi bil-boutique li tħaddem 10 lukandi fi tmien ibliet fl-UE: Munich, Vjenna, Praga, Barċellona, Londra, Pariġi, Budapest u Bucharest.

—   Financière Sun: tħaddem il-katina B&B Hotels. B&B Hotels hija kumpanija Franċiża ta’ lukandi bil-kwartieri ġenerali fi Brest, Franza, b’portafoll ta’ 476 lukanda f’10 Stati Membri tal-UE (l-Awstrija, il-Belġju, iċ-Ċekja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja u Spanja), u fl-Iżvizzera u l-Brażil.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

F’konformità mal-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9404 — Goldman Sachs/B&B Hotels

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.