ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 210

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
21 ta' Ġunju 2019


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2019/C 210/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2019 bil-ħsieb li tiġi kkoreġuta d-devjazzjoni sinifikanti osservata mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq terminu medju fir-Rumanija

1

2019/C 210/02

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2019 bil-ħsieb li tiġi kkoreġuta d-devjazzjoni sinifikanti osservata mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq terminu medju fl-Ungerija

4


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 210/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8934 — Danske Bank/DNB/Nordea Bank/SEB/Svenska Handelsbanken/Swedbank/KYC Utility) ( 1 )

7

2019/C 210/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9364 — Stoa/InfraVia II Invest/SBI Crypto Investment/Tiger Infrastructure Europe/Etix Group) ( 1 )

7


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2019/C 210/05

Il-lista tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa

8

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 210/06

Rata tal-kambju tal-euro

12

2019/C 210/07

Irtirar ta’ proposti tal-Kummissjoni

13

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2019/C 210/08

Avviż tal-Gvern tar-Renju Unit b’rabta mad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi ( 1 )

15

2019/C 210/09

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku ( 1 )

18


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 210/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9406 — Lone Star — Stark Group/Saint-Gobain BDD) ( 1 )

19

2019/C 210/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9227 — Rockwell/Schlumberger/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

21


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kunsill

21.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Ġunju 2019

bil-ħsieb li tiġi kkoreġuta d-devjazzjoni sinifikanti osservata mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq terminu medju fir-Rumanija

(2019/C 210/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 121(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 121 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jippromwovu finanzi pubbliċi sodi fuq terminu medju permezz tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u s-sorveljanza multilaterali sabiex tiġi evitata l-okkorrenza ta’ defiċits pubbliċi eċċessivi.

(2)

Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST) huwa bbażat fuq l-objettiv ta’ finanzi pubbliċi sodi bħala mezz tat-tisħiħ tal-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b’saħħtu li jwassal għall-ħolqien ta’ impjiegi.

(3)

F’Ġunju 2017 u f’Ġunju 2018 il-Kunsill sab f’konformità mal-Artikolu 121(4) tat-Trattat li fl-2016 u fl-2017, rispettivament, kien hemm devjazzjoni sinifikanti osservata mill-objettiv baġitarju fuq terminu medju tar-Rumanija jew mill-perkors ta’ aġġustament lejh. Fid-dawl ta’ dawk id-devjazzjonijiet sinifikanti stabbiliti, il-Kunsill ħareġ Rakkomandazzjonijiet tas-16 ta’ Ġunju 2017 (2) u tat-22 ta’ Ġunju 2018 (3), li fihom irrakkomanda li r-Rumanija tieħu l-miżuri politiċi meħtieġa biex tindirizza tali devjazzjonijiet. Il-Kunsill sussegwentement sab li r-Rumanija ma kinitx ħadet azzjoni effettiva b’reazzjoni għal dawk ir-Rakkomandazzjonijiet. Fl-iktar Rakkomandazzjoni riċenti, adottata fl-4 ta’ Diċembru 2018 (4), il-Kunsill irrakkomanda li r-Rumanija tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li r-rata ta’ tkabbir nominali tan-nefqa pubblika primarja netta (5) ma tkunx taqbeż l-4,5 % fl-2019, li tikkorrispondi għall-aġġustament strutturali annwali ta’ 1 % tal-prodott domestiku gross (PDG).

(4)

Fl-2018, fuq il-bażi tat-tbassirtar-rebbiegħa 2019 tal-Kummissjoni u d-data dwar l-eżitu tal-2018 ivvalidata mill-Eurostat, it-tkabbir tal-infiq pubbliku primarju nett kien ħafna ogħla mill-valur referenzjarju tan-nefqa, li jindika devjazzjoni sinifikanti b’marġni wiesa’ (devjazzjoni ta’ 2,4 % tal-PDG). Id-defiċit strutturali ma tnaqqasx, u baqa’ ġeneralment stabbli għal madwar 3 % tal-PDG potenzjali, li jindika wkoll devjazzjoni sinifikanti mill-aġġustament strutturali rakkomandat (devjazzjoni ta’ 0,8 % tal-PDG). Id-daqs tad-devjazzjoni indikat mill-bilanċ strutturali huwa affettwat b’mod negattiv minn dħul mhux mistenni, minn deflatur tal-PDG ogħla u minn stima sottostanti ogħla ta’ tkabbir potenzjali tal-PDG meta mqabbla mal-medja fuq terminu medju sottostanti tal-valur referenzjarju tan-nefqa. Madankollu, id-daqs tad-devjazzjoni indikat mill-bilanċ strutturali huwa affettwat b’mod pożittiv minn infiq baxx ta’ investiment pubbliku, li jitqassmu fil-valur referenzjarju tan-nefqa. Irrispettivament minn dik id-differenza, iż-żewġ indikaturi jikkonfermaw devjazzjoni sinifikanti mir-rekwiżiti tal-fergħa preventiva tal-PST fl-2018.

(5)

Fil-5 ta’ Ġunju 2019, wara valutazzjoni ġenerali, il-Kummissjoni sabet li fir-Rumanija teżisti devjazzjoni osservata sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq terminu medju u ħarġet twissija lir-Rumanija skont l-Artikolu 121(4) tat-Trattat u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.

(6)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97, il-Kunsill għandu jindirizza rakkomandazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat biex jieħu l-miżuri ta’ politika neċessarji. Ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 jipprevedi li r-rakkomandazzjoni għandha tistabbilixxi skadenza ta’ mhux aktar minn ħames xhur sa meta l-Istat Membru jindirizza d-devjazzjoni. Fuq il-bażi ta’ dan, skadenza tal-15 ta’ Ottubru 2019 biex ir-Rumanija tindirizza d-devjazzjoni tidher xierqa. Sa dik l-iskadenza, jenħtieġ li r-Rumanija tirrapporta dwar l-azzjoni meħuda b’reazzjoni għal din ir-Rakkomandazzjoni.

(7)

Fuq il-bażi tal-proġettazzjonijiet tal-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni tat-tbassir tar-rebbiegħa 2019 tal-Kummissjoni, fl-2019 u fl-2020 ir-Rumanija ser tibqa’ fi żminijiet ekonomiċi normali. Il-proporzjon tad-dejn pubbliku ġenerali tar-Rumanija huwa taħt il-limitu ta’ 60 % tal-PDG. Għalhekk, l-isforz strutturali minimu meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 1466/97 u mill-matriċi ta’ aġġustamenti miftehma komunament taħt il-fergħa preventiva tal-PST, li tieħu kont taċ-ċirkostanzi ekonomiċi prevalenti u tal-problemi possibbli dwar is-sostenibbiltà, jammonta għal tal-anqas 0,5 % tal-PDG kemm għall-2019 kif ukoll għall-2020.

(8)

Id-defiċit strutturali tar-Rumanija żdied gradwalment, minn 0,1 % tal-PDG fl-2015 għal 1,7 % tal-PDG fl-2016, 2,9 % tal-PDG fl-2017 u 3 % tal-PDG fl-2018. Biex jiġi kkomplementat ir-rekwiżit tal-aġġustament minimu jenħtieġ li jsir sforz addizzjonali u persistenti biex jagħmel tajjeb għad-devjazzjoni kumulattiva u biex ir-Rumanija tinġieb lura għall-perkors ta’ aġġustament xieraq wara t-telf persistenti li akkumulat mill-2016. Jidher li sforz addizzjonali ta’ 0,5 % tal-PDG fl-2019 u 0,25 % tal-PDG fl-2020 ikun xieraq fid-dawl tal-kobor tad-devjazzjoni sinifikanti osservata mill-perkors ta’ aġġustament rakkomandat lejn l-objettiv baġitarju ta’ terminu medju. Tali sforz ikun konformi mal-aġġustament rakkomandat għall-2019 mill-Kunsill fl-4 ta’ Diċembru 2018. Dan ser jaċċellera l-aġġustament lura lejn l-objettiv baġitarju fuq terminu medju.

(9)

It-titjib meħtieġ tal-bilanċ strutturali b’1 % tal-PDG għall-2019 u 0,75 % tal-PDG għall-2020 huwa konsistenti mar-rata ta’ tkabbir nominali tan-nefqa pubblika primarja netta li ma tkunx ogħla minn 4,5 % fl-2019 u 5,1 % fl-2020.

(10)

It-tbassir tar-rebbiegħa 2019 tal-Kummissjoni jipproġetta deterjorament ulterjuri tal-bilanċ strutturali b’0,7 % tal-PDG fl-2019 u 1,2 % tal-PDG ulterjuri fl-2020. Għaldaqstant, it-titjib strutturali meħtieġ jissarraf fi ħtieġa li jiġu adottati miżuri b’rendiment strutturali totali ta’ 1,7 % tal-PDG fl-2019 u miżuri addizzjonali b’rendiment strutturali ta’ 1,95 % tal-PDG fl-2020 meta mqabbel mal-linja bażi attwali mit-tbassir tar-rebbiegħa 2019 tal-Kummissjoni.

(11)

It-tbassir tar-rebbiegħa tal-2019 tal-Kummissjoni tipproġetta defiċit pubbliku ta’ 3,5 % tal-PDG fl-2019 u 4,7 % tal-PDG fl-2020, li jkun ogħla mill-valur referenzjarju tat-Trattat ta’ 3 % tal-PDG. L-aġġustament strutturali meħtieġ jidher ukoll xieraq biex jiġi żgurat li r-Rumanija tirrispetta b’marġni t-3 % tal-PDG tal-valur referenzjarju tat-Trattat fl-2019 u fl-2020.

(12)

Jekk ir-Rumanija tonqos milli taġixxi fuq rakkomandazzjonijiet preċedenti biex tikkoreġi d-devjazzjonijiet sinifikanti osservata kif ukoll ikun hemm ir-riskju li teċċedi l-valur referenzjarju tat-Trattat tal-fergħa korrettiva tal-PS T tinħoloq il-ħtieġa li tittieħed azzjoni urġenti sabiex il-politika fiskali tagħha tinġieb lura fuq perkors prudenti.

(13)

Sabiex jintlaħqu l-miri baġitarji rakkomandati, huwa kruċjali li r-Rumanija tadotta u timplimenta b’mod rigoruż il-miżuri neċessarji u tagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-iżvilupp tan-nefqa kurrenti.

(14)

Jenħtieġ li r-Rumanija tirrapporta dwar l-azzjoni meħuda b’reazzjoni għal din ir-Rakkomandazzjoni sal-15 ta’ Ottubru 2019.

(15)

Huwa xieraq li din ir-Rakkomandazzjoni tkun pubblikata,

B’DAN JIRRAKKOMANDA LI R-RUMANIJA:

(1)

tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura li r-rata ta’ tkabbir nominali tan-nefqa pubblika primarja netta ma tkunx ogħla minn 4,5 % fl-2019 u 5,1 % fl-2020, li jikkorrispondi għal aġġustament strutturali annwali ta’ 1 % tal-PDG fl-2019 u 0,75 % fl-2020, u b’dan il-mod ir-Rumanija titqiegħed fuq perkors xieraq ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq terminu medju;

(2)

tuża kwalunkwe qligħ mhux mistenni għat-tnaqqis tad-defiċit; jenħtieġ li l-miżuri ta’ konsolidazzjoni baġitarja jiżguraw titjib dejjiemi fil-bilanċ strutturali ġenerali tal-gvern f’manjiera li tiffavorixxi t-tkabbir;

(3)

tirrapporta lill-Kunsill sal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar l-azzjoni meħuda b’reazzjoni għal din ir-Rakkomandazzjoni; jenħtieġ li r-rapport jinkludi miżuri dettaljati biżżejjed u mħabbra b’mod kredibbli, inkluż l-impatt baġitarju ta’ kull waħda minnhom, bil-għan li jkun hemm konformità mal-perkors ta’ aġġustament, kif ukoll proġettazzjonijiet baġitarji aġġornati u dettaljati għall-2019 u l-2020.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

E.O. TEODOROVICI


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(2)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2017 bil-ħsieb li tiġi korretta d-devjazzjoni osservata sinifikanti mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq terminu medju fir-Rumanija (ĠU C 216, 6.7.2017, p. 1).

(3)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2018 bil-ħsieb li tiġi kkoreġuta d-devjazzjoni osservata sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fit-terminu medju fir-Rumanija (ĠU C 223, 27.6.2018, p. 3).

(4)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2018 bil-ħsieb li tiġi korretta d-devjazzjoni sinifikanti osservata mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq terminu medju fir-Rumanija (ĠU C 439, 20.12.2017, p. 1).

(5)  In-nefqa pubblika primarja netta hija magħmula min-nefqa pubblika totali bl-esklużjoni tan-nefqa fuq l-imgħax, in-nefqa fuq programmi tal-Unjoni mqabbla kompletament mid-dħul mill-fondi tal-Unjoni u bidliet mhux diskrezzjonarji fin-nefqa fuq il-benefiċċji tal-qgħad. Il-formazzjoni tal-kapital fiss gross iffinanzjat fil-livell nazzjonali hija mifruxa fuq perjodu ta’ erba’ snin. Miżuri ta’ dħul diskrezzjonali jew żidiet fid-dħul mitluba mil-liġi huma meqjusa. Miżuri ta’ darba fuq in-naħa kemm tad-dħul kif ukoll tal-infiq huma nnettjati.


21.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/4


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Ġunju 2019

bil-ħsieb li tiġi kkoreġuta d-devjazzjoni sinifikanti osservata mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq terminu medju fl-Ungerija

(2019/C 210/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 121(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 121 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jippromwovu finanzi pubbliċi sodi fuq terminu medju permezz tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u s-sorveljanza multilaterali sabiex tiġi evitata l-okkorrenza ta’ defiċits pubbliċi eċċessivi.

(2)

Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST) huwa bbażat fuq l-objettiv ta’ finanzi pubbliċi sodi bħala mezz tat-tisħiħ tal-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b’saħħtu li jwassal għall-ħolqien ta’ impjiegi.

(3)

Fit-22 ta’ Ġunju 2018 il-Kunsill sab f’konformità mal-Artikolu 121(4) tat-Trattat li fl-2017 kienet seħħet devjazzjoni sinifikanti osservata mill-objettiv baġitarju fuq terminu medju. Fid-dawl ta’ dik id-devjazzjoni sinifikanti stabbilita, fit-22 ta’ Ġunju 2018 il-Kunsill ħareġ Rakkomandazzjoni (2), li fiha jirrakkomanda li l-Ungerija tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li r-rata ta’ tkabbir nominali tan-nefqa primarja netta tal-gvern (3) ma qabżidx it-2,8 % fl-2018, li tikkorrispondi għal aġġustament strutturali annwali ta’ 1 % tal- prodott domestiku gross (PDG). Huwa rrakkomanda wkoll li l-Ungerija tuża kwalunkwe qligħ mhux mistenni għat-tnaqqis tad-defiċit, biex b’hekk il-pajjiż jitqiegħed fuq perkors ta’ aġġustament xieraq lejn l-objettiv baġitarju fuq terminu medju. Fl-4 ta’ Diċembru 2018 il-Kunsill ikkonkluda li l-Ungerija ma kinitx ħadet azzjoni effettiva b’reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tiegħu tat-22 ta’ Ġunju 2018. Fuq din il-bażi, fl-4 ta’ Diċembru 2018 il-Kunsill ħareġ Rakkomandazzjoni riveduta (4) biex l-Ungerija tieħu l-miżuri neċessarji biex ikun żgurat li r-rata ta’ tkabbir nominali tan-nefqa primarja netta tal-gvern ma tkunx ogħla minn 3,3 % fl-2019, li jikkorrispondi għal aġġustament strutturali annwali ta’ 1 % tal-PDG.

(4)

Fl-2018, fuq il-bażi tat-tbassir tar-rebbiegħa 2019 tal-Kummissjoni u tad-data dwar l-eżitu tal-2018 ivvalidata mill-Eurostat, it-tkabbir tan-nefqa primarja netta tal-gvern kien ħafna ogħla mill-valur referenzjarju tan-nefqa, li jindika devjazzjoni sinifikanti (devjazzjoni ta’ 1,3 % tal-PDG). Il-bilanċ strutturali ddeterjora għal -3,7 % tal-PDG minn -3,4 % tal-PDG fl-2017, li jindika wkoll devjazzjoni sinifikanti mill-aġġustament strutturali rakkomandat (devjazzjoni ta’ 1,3 % tal-PDG). Id-daqs tad-devjazzjoni indikat mill-bilanċ strutturali huwa affettwat b’mod negattiv minn nuqqasijiet fid-dħul sostanzjali kif ukoll minn nfiq ogħla fl-investiment f’kuntest ta’ ekonomija fi żminijiwet tajbin, filwaqt li huwa stmat li dan ibbenefika b’mod marġinali mit-tnaqqis fin-nefqa fuq l-imgħax. Il-valur referenzjarju tan-nefqa huwa affettwat b’mod negattiv ħafna mit-tkabbir potenzjali tal-PDG fuq perjodu medju applikat fil-kalkolu tiegħu, li jinkludi tkabbir potenzjali baxx ħafna tal-PDG fil-perjodu ta’ wara l-kriżi. Barra minn hekk, id-deflatur tal-PDG li fuqu huwa bbażat il-valur referenzjarju tan-nefqa ma jidhirx li jqis sew il-pressjonijiet miżjuda tal-kost li jaffettwaw l-infiq pubbliku. Wara aġġustament għal dawk il-fatturi kollha, il-parametru referenzjarju tan-nefqa jidher li jirrifletti b’mod adegwat l-isforz fiskali u għadu jindika devjazzjoni sinifikanti. B’kont meħud ta’ dawk il-fatturi, iż-żewġ indikaturi jikkonfermaw devjazzjoni sinifikanti mir-rekwiżiti tal-fergħa preventiva tal-PST fl-2018.

(5)

Fil-5 Ġunju 2019, wara valutazzjoni ġenerali, il-Kummissjoni sabet li fl-Ungerija teżisti devjazzjoni osservata sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq terminu medju u ħarġet twissija lill-Ungerija skont l-Artikolu 121(4) tat-Trattat u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.

(6)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97, fi żmien xahar mid-data tal-adozzjoni tat-twissija, il-Kunsill għandu jindirizza rakkomandazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat biex jieħu l-miżuri ta’ politika neċessarji. Ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 jipprevedi li r-rakkomandazzjoni tistabbilixxi skadenza ta’ mhux aktar minn ħames xhur sa meta l-Istat Membru għandu jindirizza d-devjazzjoni. Fuq din il-bażi skadenza tal-15 ta’ Ottubru 2019 għall-Ungerija biex tindirizza d-devjazzjoni tidher xierqa. Sa din l-iskadenza, jenħtieġ li l-Ungerija tirrapporta l-azzjoni li tkun ittieħdet b’reazzjoni għal din ir-Rakkomandazzjoni.

(7)

Fuq il-bażi tal-projettazzjonijiet tal-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni tat-tbassir tar-rebbiegħa 2019 tal-Kummissjoni, fl-2019 u fl-2020 l-Ungerija ser tibqa’ fi żminijiet ekonomiċi tajba. Filwaqt li fl-2019 il-PDG reali huwa stmat li jikber skont il-PDG potenzjali (3,7 %), fl-2020, it-tkabbir tal-PDG reali (2,8 %) huwa mbassar li jkun aktar baxx mill-potenzjal ta’ tkabbir (3,6 %). Il-proporzjon tad-dejn tal-gvern ġenerali tal-Ungerija huwa ogħla mil-limitu ta’ 60 % tal-PDG. Għalhekk, l-isforz strutturali minimu meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 1466/97 u mill-matriċi ta’ aġġustamenti miftehma b’mod komuni taħt il-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, li tikkunsidra ċ-ċirkostanzi ekonomiċi prevalenti u l-problemi possibbli dwar is-sostenibbiltà, jammonta għal mill-anqas 0,75 % tal-PDG kemm għall-2019 kif ukoll għall-2020.

(8)

Id-defiċit strutturali tal-Ungerija żdied b’1,46 % tal-PDG fl-2017 u b’0,3 % tal-PDG fl-2018, għal 3,7 % tal-PDG fl-2018. Huwa projettat fit-tbassir tar-rebbiegħa 2019 tal-Kummissjoni li ser jonqos mill-2019. Biex jikkomplementa r-rekwiżit tal-aġġustament minimu meħtieġ fl-2019, hemm bżonn li jsir sforz addizzjonali biex jagħmel tajjeb għad-devjazzjonijiet kumulati u biex l-Ungerija tinġieb lura fuq il-pjan ta’ konsolidament xieraq wara t-telf mill-2017. Jidher li sforz addizzjonali ta’ 0,25 % tal-PDG fl-2019, meta mqabbel ma’ dak li jirriżulta mill-matriċi ta’ aġġustamenti miftehma b’mod komuni taħt il-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, ikun xieraq fid-dawl tal-entità tad-devjazzjoni sinifikanti osservata mill-pjan ta’ aġġustament rakkomandat lejn l-objettiv ta’ terminu medju u dan jaċċellera l-aġġustament lura lejn l-objettiv baġitarju ta’ terminu medju. L-isforz meħtieġ għall-2019 huwa konformi mal-aġġustament rakkomandat mill-Kunsill fl-4 ta’ Diċembru 2018. Għall-2020, ir-rekwiżit tal-aġġustament minimu ta’ 0,75 % tal-PDG jidher xieraq, li jiddependi fuq il-konformità mal-aġġustament mitlub fl-2019.

(9)

It-titjib meħtieġ tal-bilanċ strutturali b’1 % tal-PDG kemm għall-2019 u 0,75 % tal-PDG fl-2020 huwa konsistenti mar-rata ta’ tkabbir nominali tan-nefqa primarja netta tal-gvern li ma tkunx ogħla minn 3,3 % fl-2019 u 4,7 % fl-2020.

(10)

Il-tbassir tar-rebbiegħa 2019 tal-Kummissjoni jipproġetta titjib fil-bilanċ strutturali b’0,4 % tal-PDG fl-2019 u b’0,6 % tal-PDG ulterjuri fl-2020. Għalhekk, titjib strutturali ta’ 1 % tal-PDG fl-2019 u ta’ 0,75 % tal-PDG fl-2020 jissarraf fi ħtieġa li jiġu adottati miżuri b’rendiment strutturali totali ta’ 0,6 % tal-PDG fl-2019 u miżuri addizzjonali b’rendiment strutturali ta’ 0,2 % tal-PDG fl-2020 meta mqabbel mal-linja bażi fit-tbassir tar-rebbiegħa 2019 tal-Kummissjoni.

(11)

Jekk l-Ungerija tonqos milli taġixxi fuq rakkomandazzjonijiet preċedenti biex tikkoreġi d-devjazzjoni sinifikanti osservata tinħoloq il-ħtieġa li tittieħed azzjoni urġenti sabiex il-politika fiskali tagħha tinġieb lura għal perkors prudenti.

(12)

Sabiex jinkisbu l-miri baġitarji rakkomandati, huwa kruċjali li l-Ungerija tadotta u timplimenta b’mod rigoruż il-miżuri meħtieġa u tagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-iżvilupp tal-infiq kurrenti.

(13)

Jenħtieġ li l-Ungerija tirrapporta dwar l-azzjoni li ttieħdet b’reazzjoni għal din ir-Rakkomandazzjoni sal-15 ta’ Ottubru 2019.

(14)

Huwa xieraq li din ir-Rakkomandazzjoni tkun pubblikata,

B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-UNGERIJA:

(1)

tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura li r-rata ta’ tkabbir nominali tan-nefqa primarja netta tal-gvern ma tkunx ogħla minn 3,3 % fl-2019 u 4,7 % fl-2020, li jikkorrispondi għal aġġustament strutturali annwali ta’ 1 % tal-PDG fl-2019 u 0,75 % tal-PDG fl-2020, u b’dan il-mod l-Ungerija titqiegħed fuq perkors xieraq ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq terminu medju;

(2)

tuża kwalunkwe qligħ mhux mistenni għat-tnaqqis tad-defiċit; jenħtieġ li l-miżuri ta’ konsolidazzjoni tal-finanzi pubbliċi jiżguraw titjib permanenti fil-bilanċ strutturali ġenerali tal-gvern f’manjiera li tiffavorixxi t-tkabbir;

(3)

tirrapporta lill-Kunsill sal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar l-azzjoni meħuda b’reazzjoni għal din ir-Rakkomandazzjoni; jenħtieġ li r-rapport jinkludi miżuri dettaljati biżżejjed u mħabbra b’mod kredibbli, inkluż l-impatt baġitarju ta’ kull waħda minnhom, bil-għan li jkun hemm konformità mal-perkors ta’ aġġustament, kif ukoll projetazzjonijiet baġitarji aġġornati u dettaljati għall-2019 u l-2020.

Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Ungerija.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’Ġunju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

E.O. TEODOROVICI


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(2)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2018 bil-ħsieb li tiġi kkoreġuta d-devjazzjoni osservata sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fit-terminu medju fl-Ungerija (ĠU C 223, 27.6.2018, p. 1).

(3)  In-nefqa primarja netta tal-gvern hija magħmula min-nefqa pubblika totali bl-esklużjoni tan-nefqa fuq l-imgħax, in-nefqa fuq programmi tal-Unjoni kompletament korrisposti mid-dħul mill-fondi tal-Unjoni u tibdil mhux diskrezzjonarju fin-nefqa fuq il-benefiċċji tal-qgħad. Il-formazzjoni grossa tal-kapital fiss iffinanzjata fil-livell nazzjonali hija mifruxa fuq perjodu ta’ erba’ snin. Miżuri ta’ dħul diskrezzjonali jew żidiet fid-dħul mitluba mil-liġi huma meqjusa. Miżuri ta’ darba fuq in-naħa kemm tad-dħul kif ukoll tal-infiq huma nnettjati.

(4)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2018 bil-għan li tiġi kkoreġuta d-devjazzjoni sinifikanti osservata mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju ta’ terminu medju fl-Ungerija (ĠU C 460, 21.12.2018, p. 4).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/7


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8934 — Danske Bank/DNB/Nordea Bank/SEB/Svenska Handelsbanken/Swedbank/KYC Utility)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 210/03)

Fit-13 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M8934. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


21.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/7


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9364 — Stoa/InfraVia II Invest/SBI Crypto Investment/Tiger Infrastructure Europe/Etix Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 210/04)

Fit-22 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9364. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

21.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/8


Il-lista tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa

(2019/C 210/05)

1.   Is-Samoa Amerikana

Is-Samoa Amerikana ma tapplika l-ebda skambju awtomatiku ta’ informazzjoni finanzjarja, ma ffirmatx u ma rratifikatx, inkluż permezz tal-ġurisdizzjoni li huma dipendenti fuqha, il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, ma impenjatx ruħha li tapplika l-istandards minimi tal-BEPS u ma impenjatx ruħha li tindirizza dawn il-kwistjonijiet.

2.   Il-Belize

Il-Belize għadu ma emendax jew abolixxa reġim preferenzjali ta’ taxxa wieħed dannuż.

L-impenn tal-Belize li jemenda jew jabolixxi r-reġim preferenzjali ta’ taxxa dannuż li għadu kif ġie identifikat sa tmiem l-2019 ser jiġi ssorveljat.

3.   Fiġi

Fiġi għadu ma emendax jew abolixxa r-reġimi ta’ taxxa preferenzjali dannużi tiegħu.

L-impenn ta’ Fiġi li jikkonforma mal-kriterji 1.2, 1.3 u 3.1 sa tmiem l-2019 ser ikompli jiġi sorveljat.

4.   Guam

Guam ma japplika ebda skambju awtomatiku ta’ informazzjoni finanzjarja, ma ffirmax u ma rratifikax, inkluż permezz tal-ġurisdizzjoni li hu dipendenti fuqha, il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, ma impenjax ruħu li japplika l-istandards minimi tal-BEPS u ma impenjax ruħu li jindirizza dawn il-kwistjonijiet.

5.   Il-Gżejjer Marshall

Il-Gżejjer Marshall jiffaċilitaw strutturi u arranġamenti offshore li għandhom l-għan li jattiraw qligħ mingħajr sustanza ekonomika reali u għadhom ma solvewx din il-kwistjoni.

L-impenn tal-Gżejjer Marshall li jikkonformaw mal-kriterju 1.2 ser ikompli jiġi ssorveljat: qed jistenna rieżami supplimentari mill-Forum Globali.

6.   L-Oman

L-Oman ma japplika ebda skambju awtomatiku ta’ informazzjoni finanzjarja, ma ffirmax u ma rratifikax il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, u għadu ma solviex dawn il-kwistjonijiet.

7.   Samoa

Samoa għandha reġim preferenzjali ta’ taxxa dannuż u ma impenjatx ruħha li tindirizza din il-kwistjoni.

Barra minn hekk, Samoa impenjat ruħha li tikkonforma mal-kriterju 3.1 sa tmiem l-2018 iżda ma solvietx din il-kwistjoni.

8.   Trinidad u Tobago

Trinidad u Tobago għandhom klassifikazzjoni ta’ “Mhux Konformi” mill-Forum Globali dwar it-Trasparenza u l-Iskambju ta’ Informazzjoni għal Skopijiet ta’ Taxxa għall-Iskambju ta’ Informazzjoni fuq Talba.

L-impenn ta’ Trinidad u Tobago li jikkonformaw mal-kriterji 1.1, 1.2, 1.3 u 2.1 sa tmiem l-2019 ser jiġi sorveljat.

9.   L-Emirati Għarab Magħquda

L-Emirati Għarab Magħquda jiffaċilitaw strutturi u arranġamenti offshore li għandhom l-għan li jattiraw qligħ mingħajr sustanza ekonomika reali u għadhom ma solvewx din il-kwistjoni.

10.   Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti

Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti ma japplikaw ebda skambju awtomatiku ta’ informazzjoni finanzjarja, ma ffirmawx u ma rratifikawx, inkluż permezz tal-ġurisdizzjoni li huma dipendenti fuqha, il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, għandhom reġimi preferenzjali ta’ taxxa dannużi, ma impenjawx ruħhom li japplikaw l-istandards minimi tal-BEPS u ma impenjawx ruħhom li jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet.

11.   Vanuatu

Vanuatu jiffaċilita strutturi u arranġamenti offshore li għandhom l-għan li jattiraw qligħ mingħajr sustanza ekonomika reali u għadu ma solviex din il-kwistjoni.


ANNESS

Is-sitwazzjoni attwali tal-kooperazzjoni mal-UE fir-rigward tal-impenji meħuda biex jiġu implimentati l-prinċipji ta’ governanza tajba fil-qasam tat-taxxa

1.   Trasparenza

1.1.   Impenn li jimplimentaw l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni, kemm bl-iffirmar tal-Ftehim Multilaterali bejn l-Awtoritajiet Kompetenti jew permezz ta’ ftehimiet bilaterali

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jimplimentaw skambju awtomatiku ta’ informazzjoni sa tmiem l-2019:

Palau u t-Turkija.

1.2.   Is-sħubija tal-Forum Globali dwar it-trasparenza u l-iskambju ta’ Informazzjoni għal skopijiet ta’ taxxa (“Forum Globali”) u l-klassifikazzjoni sodisfaċenti b’rabta mal-iskambju ta’ informazzjoni fuq talba

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin, li impenjaw ruħhom li jkollhom klassifikazzjoni suffiċjenti sa tmiem l-2018, qegħdin jistennew eżami supplimentari mill-Forum Globali:

Anguilla u Curaçao.

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jsiru membri tal-Forum Globali u/jew ikollhom klassifikazzjoni suffiċjenti sa tmiem l-2019:

Il-Ġordan, in-Namibja, Palau, it-Turkija u l-Vjetnam.

1.3.   Iffirmar u ratifika tal-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka (MAC) jew in-netwerk ta’ ftehimiet li jkopru l-Istati Membri kollha tal-UE

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka jew li jkollhom fis-seħħ netwerk ta’ ftehimiet li jkopru l-Istati Membri kollha tal-UE sa tmiem l-2019:

l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Botswana, Cape Verde, l-Eswatini, il-Ġordan, il-Maldivi, il-Mongolja, il-Montenegro, il-Marokk, in-Namibja, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, Palau, is-Serbja, it-Tajlandja u l-Vjetnam.

2.   Tassazzjoni ġusta

2.1.   L-eżistenza ta’ reġimi ta’ taxxa dannużi

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin, li impenjaw ruħhom li jemendaw jew jabolixxu r-reġimi ta’ taxxa dannużi tagħhom li jkopru attivitajiet ta’ manifattura u attivitajiet simili li mhumiex wisq mobbli sa tmiem l-2018 u wrew progress tanġibbli biex jibdew dawn ir-riformi fl-2018, ingħataw sa tmiem l-2019 biex jadattaw il-leġislazzjoni tagħhom:

il-Costa Rica u l-Marokk.

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin, li impenjaw ruħhom li jemendaw jew jabolixxu r-reġimi ta’ taxxa dannużi tagħhom sa tmiem l-2018 iżda nżammu milli jagħmlu dan minħabba kwistjonijiet istituzzjonali jew kostituzzjonali ġenwini minkejja progress tanġibbli fl-2018, ingħataw sa tmiem l-2019 biex jadattaw il-leġislazzjoni tagħhom:

il-Gżejjer Cook, il-Maldivi u l-Iżvizzera.

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jemendaw jew jabolixxu r-reġimi ta’ taxxa dannużi identifikati sad-9 ta’ Novembru 2019:

in-Namibja.

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jemendaw jew jabolixxu r-reġimi ta’ taxxa dannużi sa tmiem l-2019:

Antigua u Barbuda, l-Awstralja, Curaçao, Mauritius, il-Marokk, Saint Kitts u Nevis, Saint Lucia u s-Seychelles.

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jemendaw jew jabolixxu r-reġimi ta’ taxxa dannużi sa tmiem l-2020:

il-Ġordan.

2.2.   L-eżistenza ta’ reġimi ta’ taxxa li jiffaċilitaw strutturi offshore li jattiraw qligħ mingħajr attività ekonomika reali

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin, li impenjaw ruħhom li jindirizzaw it-tħassib marbut mas-sustanza ekonomika fil-qasam tal-fondi ta’ investiment kollettivi, ħadu sehem fi djalogu pożittiv mal-Grupp u baqgħu jikkooperaw, ingħataw sa tmiem l-2019 biex jadattaw il-leġislazzjoni tagħhom:

Il-Bahamas, il-Bermuda, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi u l-Gżejjer Cayman.

Il-ġurisdizzjoni li ġejja hija impenjata li tindirizza t-tħassib relatat mas-sustanza ekonomika sa tmiem l-2019:

Barbados.

3.   Miżuri kontra l-BEPS

3.1.   Sħubija fil-Qafas Inklużiv tal-BEPS jew impenn għall-implimentazzjoni tal-istandards minimi tal-OECD kontra l-BEPS

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jsiru membri tal-Qafas Inklużiv tal-BEPS jew jimplimentaw l-istandards minimi tal-OECD kontra l-BEPS sa tmiem l-2019:

l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Eswatini, il-Ġordan, il-Montenegro u n-Namibja.

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jsiru membri tal-Qafas Inklużiv tal-BEPS jew jimplimentaw l-istandards minimi tal-OECD kontra l-BEPS jekk u meta dan l-impenn ser isir rilevanti:

Nauru, Niue u Palau.


Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/12


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ Ġunju 2019

(2019/C 210/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1307

JPY

Yen Ġappuniż

121,71

DKK

Krona Daniża

7,4661

GBP

Lira Sterlina

0,89155

SEK

Krona Żvediża

10,6348

CHF

Frank Żvizzeru

1,1142

ISK

Krona Iżlandiża

141,50

NOK

Krona Norveġiża

9,6678

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,619

HUF

Forint Ungeriż

323,58

PLN

Zloty Pollakk

4,2556

RON

Leu Rumen

4,7262

TRY

Lira Turka

6,5291

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6323

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4886

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8379

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7158

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5336

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 312,25

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,1309

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7502

HRK

Kuna Kroata

7,4035

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 036,15

MYR

Ringgit Malażjan

4,6901

PHP

Peso Filippin

58,159

RUB

Rouble Russu

71,4393

THB

Baht Tajlandiż

34,978

BRL

Real Brażiljan

4,3407

MXN

Peso Messikan

21,3960

INR

Rupi Indjan

78,5065


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


21.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/13


Irtirar ta’ proposti tal-Kummissjoni

(2019/C 210/07)

Lista ta’ proposti rtirati

Dokument

Proċedura interistituzzjonali

Titolu

Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Tassazzjoni u Dwana

SEC(2008)2302

 

Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni li tinnegozja ftehim mar-Renju tan-Norveġja għall-applikazzjoni ta’ miżuri ekwivalenti għal dawk imniżżla fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta’ riżervi fuq id-dħul fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax

COM(2009)644

2008/0234 (CNS)

Proposta emendata għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, għan-nom tal-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-ġlieda kontra l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra għad-detriment tal-interessi finanzjarji tagħhom u biex jiġi żgurat l-iskambju ta’ informazzjoni dwar materji ta’ taxxa

COM(2009)648

2008/0234 (CNS)

Proposta emendata għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, għan-nom tal-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-ġlieda kontra l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra għad-detriment tal-interessi finanzjarji tagħhom u biex jiġi żgurat l-iskambju ta’ informazzjoni dwar materji ta’ taxxa

Affarijiet Marittimi u Sajd

COM(2012)021

2012/0013 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

Sigurtà u Migrazzjoni

COM(2016)491

2016/0236 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni għall-apparat ta’ kontroll tas-sigurtà tal-avjazzjoni

COM(2015)452

2015/0211 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu għall-finijiet tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, u li jemenda d-Direttiva 2013/32/UE

COM(2014) 382

2014/0202 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 604/2013 rigward id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ta’ minuri mhux akkumpanjati mal-ebda membru tal-familja, aħwa jew qraba legalment preżenti fi Stat Membru

COM(2015) 450

2015/0208 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni f’każ ta’ kriżi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida

COM(2018)167

 

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tapprova, f’isem l-Unjoni, il-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-iżvilupp

COM(2018)168

 

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tapprova, f’isem l-Unjoni, il-Patt Globali għall-Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari fil-qasam tal-politika tal-immigrazzjoni.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

21.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/15


Avviż tal-Gvern tar-Renju Unit b’rabta mad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 210/08)

Avviż tar-Renju Unit ta’ Ċiklu Straordinarju ta’ offerta ta’ Ħruġ ta’ Liċenzji Offshore

OIL AND GAS AUTHORITY (OGA)

The Petroleum Act 1998

Ċiklu Straordinarju ta’ Offerta ta’ Ħruġ ta’ Liċenzji Offshore

1.

L-awtorità taż-żejt u l-gass (Oil and Gas Authority/OGA) tistieden lill-persuni interessati biex japplikaw għal-Liċenzji għall-Produzzjoni ta’ Idrokarburi f’żoni speċifiċi tal-Blata Kontinentali tar-Renju Unit.

2.

Id-dettalji kollha tal-offerta, inklużi l-listi u l-mapep taż-żoni inklużi fl-offerta flimkien ma’ gwida dwar il-liċenzji, it-termini li se jinkludu dawk il-liċenzji, u kif wieħed għandu japplika, huma disponibbli fis-sit web tal-OGA (ara hawn taħt).

3.

L-applikazzjonijiet kollha se jiġu ddeterminati, skont il-każ, abbażi tat-termini tar-Regolamenti applikabbli: il-Hydrocarbons Licensing Directive Regulations tal-1995 (S.I. 1995 No. 1434), il-Petroleum Licensing (Applications) Regulations tal-2015 (SI 2015 No. 766) u l-Offshore Petroleum Licensing (Offshore Safety Directive) Regulations tal-2015 (SI 2015 No. 385). Fl-1 ta’ Ottubru 2016, il-funzjonijiet tas-Segretarju tal-Istat f’dan ir-rigward ġew ittrasferiti lill-OGA bis-saħħa tal-Energy (Transfer of Functions, Consequential Amendments and Revocation) Regulations tal-2016 (http://www.legislation.gov.uk/uksi/2016/912/pdfs/uksi_2016), li jipprevedu li kulma jsir (jew li għandu effett daqslikieku sar) mis-Segretarju tal-Istat jew b’rabta miegħu fir-rigward ta’ dawn il-funzjonijiet trasferiti, issa għandu effett, sakemm ikun meħtieġ biex jitkompla l-effett ta’ dan wara l-1 ta’ Ottubru 2016, daqslikieku sar mill-OGA jew b’rabta magħha. Id-determinazzjonijiet se jsiru fil-kuntest tal-ħtieġa kontinwa għal tiftix komprensiv, effiċjenti u sikur sabiex ikunu identifikati r-riżorsi taż-żejt u tal-gass tar-Renju Unit filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-aspetti ambjentali.

Qafas “Innovattiv”

4.

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji se jitqiesu fid-dawl tal-approċċ innovattiv adottat għall-Programmi ta’ Ħidma tal-Perjodu Inizjali (“Programmi ta’ Ħidma”) għal-liċenzji. Dawn il-Programmi ta’ Ħidma se jinkorporaw il-kombinament flessibbli ta’ mhux aktar minn tliet Fażijiet (A, B u C) fil-Perjodu Inizjali. Dan se jgħin biex jiġi żgurat li l-Programmi ta’ Ħidma għall-blokka(blokok) li għalihom qed issir l-applikazzjoni jkunu xierqa għall-isfidi ġeotekniċi u ta’ tipi oħra li jridu jiġu indirizzati f’żona partikolari, filwaqt li jiġu ottimizzati l-fatturi elenkati fil-Paragrafu 3. Il-flessibbiltà li qed tingħata mill-kombinament ta’ mhux aktar minn tliet fażijiet tippermetti wkoll li l-applikanti jfasslu Programm ta’ Ħidma xieraq għall-pjanijiet u għar-rekwiżiti partikolari tagħhom.

5.

Il-Fażi A tal-Programm ta’ Ħidma tinkludi perjodu li fih se jitwettqu Studji Ġeotekniċi u Riproċessar Ġeofiżiku tad-Data; Il-Fażi B tal-Programm ta’ Ħidma se tkun perjodu fejn se tinġabar data Siżmika Ġdida; Il-Fażi C tal-Programm ta’ Ħidma se tkun għat-tħaffir esploratorju u/jew ta’ evalwazzjoni. L-applikanti jistgħu jiddeċiedu l-kombinament tal-Fażijiet, jekk isirux it-tliet Fażijiet kollha, direttament il-Fażi B segwita mill-Fażi C, direttament il-Fażi C, inkella l-Fażi A direttament għall-Fażi C.

6.

Il-Fażi A u l-Fażi B mhumiex obbligatorji u jistgħu ma jkunux xierqa f’ċirkostanzi partikolari, iżda kull applikazzjoni trid tipproponi Fażi C, ħlief meta l-applikant jaħseb li ma tkun meħtieġa l-ebda esplorazzjoni u jipproponi li jmur direttament għall-iżvilupp (jiġifieri “direttament għat-Tieni Perjodu”). F’dan il-każ, jenħtieġ li l-applikazzjonijiet isiru skont il-gwida disponibbli fuq is-sit web tal-OGA.

7.

Il-liċenzji mogħtija f’dan iċ-ċiklu jista’ jkollhom Perjodu Inizjali ta’ mhux aktar minn disa’ snin. It-tul ta’ żmien tal-liċenzja u l-fażijiet se jeħtieġu ġustifikazzjoni fil-kuntest tal-programm ta’ ħidma propost, u se jkunu s-suġġett ta’ diskussjoni fil-waqt tal-applikazzjoni.

8.

L-applikazzjonijiet li l-fażi tal-bidu tagħhom hija l-Fażi A jew B se jiġu ġġudikati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

Il-vijabbiltà finanzjarja tal-applikant;

(b)

Il-kapaċità teknika tal-applikant li se tiġi vvalutata parzjalment skont kif muri mill-kwalità tal-analiżi relatata mal-blokka;

(c)

Il-mod li bih l-applikant jipproponi li jwettaq l-attivitajiet li se jkunu permessi skont il-liċenzja, inkluża l-kwalità tal-Programm ta’ Ħidma mressaq għall-evalwazzjoni tal-potenzjal sħiħ taż-żona li għaliha qed issir l-applikazzjoni;

(d)

Il-kapaċità tas-sikurezza u dik ambjentali. Skont l-Offshore Petroleum Licensing (Offshore Safety Directive) Regulations tal-2015, id-detenturi prospettivi kollha tal-liċenzji offshore, jiġifieri inkluż is-sħab kollha fi grupp ta’ applikanti, iridu jipprovdu informazzjoni dwar il-kapaċità tagħhom tas-sikurezza u dik ambjentali bħala sostenn għall-applikazzjoni għal-liċenzja. Gwida ulterjuri fir-rigward tar-rekwiżiti kollha tas-sikurezza u dawk ambjentali tinsab fuq http://www.hse.gov.uk/osdr/assets/docs/appendix-c.pdf; kif ukoll

(e)

Meta l-applikant ikollu jew kellu liċenzja mogħtija skont l-Att tal-Petroleum tal-1998, jew ittrattata daqslikieku ngħatat skontu, kull nuqqas ta’ effiċjenza u ta’ responsabbiltà murija mill-applikant f’operazzjonijiet skont dik il-liċenzja.

9.

Il-liċenzji b’Fażi B għandhom jispeċifikaw perjodu ta’ żmien biex il-liċenzja tiskadi fi tmiem din il-fażi jekk id-Detentur tal-liċenżja ma jkunx issodisfa l-OGA bil-kapaċità teknika u finanzjarja tiegħu biex itemm il-Programm ta’ Ħidma. Għal-liċenzji b’Fażi A iżda bl-ebda Fażi B, il-liċenzja se tispeċifika wkoll perjodu biex il-liċenzja tiskadi fi tmiem din il-fażi jekk id-Detentur tal-liċenżja ma jkunx issodisfa lill-OGA bil-kapaċità teknika u finanzjarja tiegħu biex itemm il-Programm ta’ Ħidma.

10.

L-applikazzjonijiet fejn il-Fażi tal-bidu hija l-Fażi C se jiġu ġġudikati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

Il-vijabbiltà finanzjarja tal-applikant u l-kapaċità finanzjarja tiegħu biex iwettaq l-attivitajiet li se jkunu permessi bil-liċenzja waqt il-Perjodu Inizjali, inkluż il-Programm ta’ Ħidma mressaq għall-evalwazzjoni tal-potenzjal sħiħ taż-żona fil-blokka;

(b)

Il-kapaċità teknika tal-operatur propost għas-superviżjoni tal-operazzjonijiet u b’mod partikolari l-operazzjonijiet ta’ tħaffir;

(c)

Il-mod li bih l-applikant jipproponi li jwettaq l-attivitajiet li jkunu permessi bil-liċenzja, inkluż il-kwalità tal-Programm ta’ Ħidma mressaq għall-evalwazzjoni tal-potenzjal sħiħ taż-żona li għaliha qed issir l-applikazzjoni;

(d)

Il-kapaċità tas-sikurezza u dik ambjentali. Skont l-Offshore Petroleum Licensing (Offshore Safety Directive) Regulations tal-2015, id-detenturi prospettivi kollha tal-liċenzji offshore, jiġifieri inkluż is-sħab kollha fi grupp ta’ applikanti, iridu jipprovdu informazzjoni dwar il-kapaċità tagħhom tas-sikurezza u dik ambjentali bħala sostenn għall-applikazzjoni għal-liċenzja. Gwida addizzjonali fir-rigward tar-rekwiżiti kollha tas-sikurezza u dawk ambjentali tinsab fuq http://www.hse.gov.uk/osdr/assets/docs/appendix-c.pdf; kif ukoll

(e)

Meta l-applikant ikollu jew kellu liċenzja mogħtija jew ġie ttrattat daqslikieku ngħatatlu skont l-Att dwar il-Petroleum tal-1998, kwalunkwe nuqqas ta’ effiċjenza u ta’ responsabbiltà muri mill-applikant f’operazzjonijiet skont dik il-liċenzja.

Gwida

11.

Gwida addizzjonalii tinsab fuq is-sit web tal-OGA: https://www.ogauthority.co.uk/licensing-consents/licensing-rounds/

Offerti għal-Liċenzji

12.

Sakemm ma tkunx meħtieġa Valutazzjoni Xierqa għal xi Blokka partikolari (ara l-Paragrafu 15 hawn isfel), kull offerta mill-OGA ta’ liċenzja f’konformità ma’ din l-istedina, se ssir fi żmien tmintax-il xahar mid-data ta’ dan l-Avviż.

13.

L-OGA ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għal kwalunkwe kost imġarrab mill-applikant waqt il-kunsiderazzjoni tal-applikazjoni tiegħu jew waqt li jkun qed jagħmilha.

Valutazzjonijiet Ambjentali

14.

Is-Segretarju tal-Istat wettaq Stima (Valutazzjoni) Ambjentali Strateġika (Strategic Environmental Assessment/SEA) skont id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent taż-żoni kollha li se jiġu offruti f’dan il-Ċiklu. Is-sejbiet ta’ dik il-SEA jinsabu fuq is-sit web gov.uk tal-SEA għall-enerġija offshore:

https://www.gov.uk/offshore-energy-strategic-environmental-assessment-sea-an-overview-of-the-sea-process

15.

Il-liċenzji skont din l-istedina se jiġu offruti biss jekk, skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats (id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa):

(a)

l-attivitajiet li għandhom jitwettqu bil-liċenzja aktarx mhux se jkollhom effett sinifikanti fuq il-ġestjoni ta’ Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni (ŻSK) jew ta’ Żona Speċjali ta’ Protezzjoni (ŻSP), jew jekk

(b)

Valutazzjoni Xierqa tkun aċċertat li l-attivitajiet mhux se jkollhom effetti negattivi fuq l-integrità ta’ ŻSKs jew ŻSPs bħal dawn; jew

(c)

f’każ fejn l-attivitajiet jiġu vvalutati li x’aktarx jikkawżaw effetti negattivi bħal dawn, diment li

(i)

ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku prevalenti għall-għoti tal-liċenzja,

(ii)

jittieħdu miżuri xierqa ta’ kumpens, u

(iii)

ma hemmx soluzzjonijiet alternattivi.

16.

Kuntatt:

Duncan Bruce

Oil and Gas Authority

21 Bloomsbury Street

London WC1B 3HF

UNITED KINGDOM

Tel. +44 3000671675

Is-sit web tal-OGA: https://www.ogauthority.co.uk/licensing-consents/licensing-rounds/


21.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/18


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 210/09)

Stat Membru

Il-Finlandja

Rotta kkonċernata

Mariehamn (MHQ) – Stokkolma Arlanda (ARN)

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

1.3.2020 – 29.2.2024

Data ta’ skadenza għall-applikazzjonijiet u għall-offerti

15.9.2019

https://www.e-avrop.com/portaler/Alandsportalen/Default.aspx

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu bla ħlas it-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu ta’ servizz pubbliku.

Għal aktar informazzjoni kkuntattja lil:

ÅLANDS LANDSKAPSREGERING

Indirizz:

P.O.B. 1060

AX-22111 MARIEHAMN

Åland, Finland

Tel. +358 1825000

Email: registrator@regeringen.ax

Internet:

https://www.e-avrop.com/portaler/Alandsportalen/Default.aspx


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/19


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9406 — Lone Star — Stark Group/Saint-Gobain BDD)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 210/10)

1.   

Fl-14 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Lone Star (l-Istati Uniti tal-Amerika),

Stark Group Holding Germany GmbH (il-Ġermanja) (“Stark”), ikkontrollata minn Lone Star,

Saint-Gobain Building Distribution Deutschland GmbH (il-Ġermanja) (“SGBDD”), li tappartjeni għall-Compagnie de Saint-Gobain S.A. (Franza).

Lone Star, permezz tas-sussidjarja tagħha Stark, takkwista indirettament, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ SGBDD kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Lone Star hija ditta ta’ ekwità privata li tinvesti mad-dinja kollha fil-proprjetà immobbli, fl-ekwità, fil-kreditu u f’assi finanzjarji oħra,

Stark hija bejjiegħ bl-imnut u distributur ta’ materjali tal-bini,

SGBDD hija negozjant tal-materjali tal-bini li tħaddem network ta’ ħwienet fiżiċi fil-Ġermanja u tbigħ fil-biċċa l-kbira prodotti minn terzi persuni lil SMEs u kumpaniji ta’ kostruzzjoni akbar u, fuq skala iżgħar, lil konsumaturi privati u DIY.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9406 — Lone Star — Stark Group/Saint-Gobain BDD

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


21.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/21


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9227 — Rockwell/Schlumberger/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 210/11)

1.   

Fis-17 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-kumpaniji Rockwell Automation, Inc. (“Rockwell”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Schlumberger Limited (“Schlumberger”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture (“JV”) permezz ta’ xiri ta’ ishma u l-kontribuzzjoni ta’ assi u persunal assoċjat.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Rockwell hija kumpanija dinjija ddedikata għal soluzzjonijiet ta’ awtomatizzazzjoni u kontroll industrijali.

Schlumberger hija fornitur dinji tat-teknoloġija, ġestjoni integrata ta’ proġetti u soluzzjonijiet ta’ informazzjoni għal klijenti fl-industrija taż-żejt u l-gass.

Il-JV se tkun attiva fil-forniment ta’ soluzzjonijiet ta’ awtomatizzazzjoni u kontroll kompletament integrati u b’kapaċità diġitali għall-klijenti fl-industrija globali taż-żejt u l-gass.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9227 — Rockwell/Schlumberger/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.