ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 199

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
14 ta' Ġunju 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 199/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2019/C 199/02

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta’ Marzu 2019 rigward abbozz ta’ deċiżjoni preliminari relatat mal-Każ AT.40481 — Sistemi ta’ Sikurezza tal-Okkupanti (II) fornuti lill-Grupp Volkswagen u lill-Grupp BMW — Relatur: Il-Portugall ( 1 )

2

2019/C 199/03

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Sistemi ta’ Sikurezza tal-Okkupanti (II) fornuti lill-Grupp Volkswagen u lill-Grupp BMW (AT.40481) ( 1 )

3

2019/C 199/04

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2019 li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.40481 — Sistemi ta’ Sikurezza tal-Okkupanti (II) fornuti lill-Grupp Volkswagen u lill-Grupp BMW) (notifikat bid-dokument Nru C(2019) 1656 final)  ( 1 )

4

2019/C 199/05

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

8


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 199/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9391 — PGGM/Macquarie/MAGL) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 199/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ Ġunju 2019

(2019/C 199/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1289

JPY

Yen Ġappuniż

122,44

DKK

Krona Daniża

7,4678

GBP

Lira Sterlina

0,88948

SEK

Krona Żvediża

10,6968

CHF

Frank Żvizzeru

1,1207

ISK

Krona Iżlandiża

141,50

NOK

Krona Norveġiża

9,7720

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,581

HUF

Forint Ungeriż

322,00

PLN

Zloty Pollakk

4,2574

RON

Leu Rumen

4,7221

TRY

Lira Turka

6,6343

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6336

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5021

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8375

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7201

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5423

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 335,74

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,7876

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8144

HRK

Kuna Kroata

7,4128

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 135,37

MYR

Ringgit Malażjan

4,7068

PHP

Peso Filippin

58,556

RUB

Rouble Russu

72,9275

THB

Baht Tajlandiż

35,250

BRL

Real Brażiljan

4,3429

MXN

Peso Messikan

21,6384

INR

Rupi Indjan

78,4745


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


14.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 199/2


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta’ Marzu 2019 rigward abbozz ta’ deċiżjoni preliminari relatat mal-Każ AT.40481 — Sistemi ta’ Sikurezza tal-Okkupanti (II) fornuti lill-Grupp Volkswagen u lill-Grupp BMW

Relatur: Il-Portugall

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 199/02)

1.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehim u/jew prattika miftiehma bejn il-partijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

2.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prodott u tal-ambitu ġeografiku tal-ftehim u/jew il-prattiki miftiehma miġbura fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

3.   

Il-Kumitat jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mill-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipaw fiż-żewġ każijiet ta’ ksur uniċi u kontinwi tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, kif inhu miktub fl-abbozz tad-deċiżjoni.

4.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan taż-żewġ ftehimiet u/jew prattiċi miftiehma kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

5.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ż-żewġ ftehimiet u/jew prattiċi miftiehma kienu kapaċi jaffettwaw b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE.

6.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-durata taż-żewġ każijiet ta’ ksur.

7.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ kull ta’ kull wieħed miż-żewġ każijiet ta’ ksur.

8.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni għal kull wieħed miż-żewġ każijiet ta’ ksur li kienu involuti fihom.

9.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu tal-iffissar ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003.

10.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

11.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-determinazzjoni tad-durata għall-finijiet tal-kalkolu tal-multi.

12.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti u l-ebda ċirkustanzi mitiganti applikabbli f’dan il-każ.

13.   

Il-Kumitat konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006.

14.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006.

15.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Riżolviment tal-2008.

16.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi.

17.   

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


14.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 199/3


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Sistemi ta’ Sikurezza tal-Okkupanti (II) fornuti lill-Grupp Volkswagen u lill-Grupp BMW

(AT.40481)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 199/03)

Fis-7 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (2) u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (3) kontra Autoliv (4), Takata (5) u TRW (6) (kollettivament “il-partijiet”).

Wara diskussjonijiet ta’ riżolviment (7) u sottomissjonijiet dwar riżolviment (8) f’konformità mal-Artikolu 10a (2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, il-Kummissjoni għamlet notifika ta’ Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (DO) fl-10 ta’ Jannar 2019. Skont id-DO, il-partijiet ipparteċipaw f’żewġ każijiet ta’ ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fir-rigward tal-provvisti tal-prodotti għas-sikurezza tal-okkupanti għal ċerti karozzi tal-passiġġieri lil kumpaniji li jappartjenu għall-Grupp Volkswagen u l-Grupp Volkswagen u l-Grupp BMW.

Fir-risposti rispettivi tagħhom għad-DO, il-partijiet ikkonfermaw skont l-Artikolu 10a(3) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 li d-DO irriflettiet il-kontenut tas-sottomissjonijiet dwar ir-riżolviment tagħhom.

L-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni jsib li l-partijiet kisru l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipaw f’żewġ każijiet ta’ ksur uniku u kontinwu li kienu jikkonsistu mill-iskambju ta’ ċerta informazzjoni kummerċjalment sensittiva u f’xi każi koordinazzjoni tal-prezzijiet li jikkonċernaw il-bejgħ ta’ ċerti tipi ta’ sistemi tas-sikurezza tal-okkupanti (jiġifieri ċinturini tas-sikurezza, airbags u/jew roti tal-istering) għall-karozzi tal-passiġġieri fil-perjodu bejn Jannar 2007 u Marzu 2011 lill-Grupp Volkswagen u lill-Grupp Volkswagen u lill-Grupp BMW.

Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-abbozz ta’ deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li l-partijiet ingħataw l-opportunità juru l-fehmiet tagħhom dwarhom. Ikkonkludejt li dan seħħ.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, u b’kunsiderazzjoni li l-partijiet ma indirizzawli l-ebda talba jew ilment (9), inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet fil-proċedimenti ta’ dan il-każ ġie rrispettat.

Brussell, l-1 ta’ Marzu 2019.

Joos STRAGIER


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) numru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).

(4)  Autoliv, Inc. u Autoliv B.V. & Co. KG.

(5)  TKJP Corporation (li qabel kienet Takata Corporation) u TB Deu Abwicklungs-Aktiengesellschaft i.L. (qabel kienet Takata Aktiengesellschaft).

(6)  ZF TRW Automotive Holdings Corp. (li qabel kienet TRW Automotive Holdings Corp.), TRW Automotive Safety Systems GmbH u TRW Automotive GmbH.

(7)  Il-laqgħat ta’ riżolviment saru bejn Novembru 2017 u Novembru 2018.

(8)  Il-partijiet issottomettew it-talbiet formali għal riżolviment fi […].

(9)  Skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet għall-proċedimenti f’każijiet ta’ kartelli li jinvolvu ruħhom f’diskussjonijiet ta’ riżolviment skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura ta’ riżolviment jistgħu jikkonfermaw mal-uffiċjal tas-seduta li l-eżerċitar tad-drittijiet proċedurali tagħhom ikun żgurat. Ara wkoll il-paragrafu 18 tal-Avviż tal-Kummissjoni 2008/C 167/01 dwar il-mod ta’ proċedimenti ta’ riżolviment ta’ tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 f’każijiet tal-kartelli (ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1).


14.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 199/4


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-5 ta’ Marzu 2019

li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE

(Il-Każ AT.40481 — Sistemi ta’ Sikurezza tal-Okkupanti (II) fornuti lill-Grupp Volkswagen u lill-Grupp BMW)

(notifikat bid-dokument Nru C(2019) 1656 final)

(it-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 199/04)

Fil-5 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċedimenti skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull penali imposti, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Fil-5 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li tirrigwarda żewġ każijiet ta’ ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-ksur kien jikkonsisti fl-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva iżda, f’xi istanzi, kien jestendi għal forom aktar konkreti ta’ koordinazzjoni, fir-rigward tal-forniment ta’ ċerti prodotti tas-sistemi ta’ sikurezza tal-okkupanti għal ċerti karozzi tal-passiġġieri għal kumpaniji li jappartjenu lill-Grupp tal-Volkswagen u Porsche (“il-Grupp VW”) u l-Grupp tal-BMW u l-Mini (“il-Grupp BMW”).

(2)

Il-prodotti kkonċernati minn dan il-ksur huma sistemi tas-sikurezza passivi bħal ċinturini tas-sikurezza, airbags u roti tal-istering. Dan huwa tagħmir ewlieni mfassal biex iżid il-protezzjoni tal-okkupanti ta’ vettura f’każ ta’ kolliżjoni.

(3)

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Autoliv (2), Takata (3) u TRW (4) (il-“partijiet”).

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(4)

Wara applikazzjoni għall-immunità ppreżentata minn Takata, f’Marzu 2011, skont it-termini tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 (5) b’rabta ma’ kuntratti kollusivi relatati mal-fornimenti ta’ Sistemi tas-Sikurezza tal-Okkupanti (Occupant Safety Systems — OSS) lill-Grupp VW u lill-Grupp BMW, f’Ġunju 2011 il-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet mhux imħabbrin skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fil-bini ta’ Autoliv u ta’ TRW fil-Ġermanja. Fl-10 ta’ Ġunju 2011, TRW ippreżentat applikazzjoni għall-klemenza. Fl-4 ta’ Lulju 2011, Autoliv ippreżentat talba għall-klemenza.

(5)

Fis-7 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni nediet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 kontra l-partijiet bil-għan li tidħol f’diskussjonijiet dwar ir-riżolviment magħhom. Il-laqgħat u l-kuntatti għar-riżolviment bejn il-Kummissjoni u kull waħda mill-partijiet saru bejn Novembru 2017 u Novembru 2018. Sussegwentement, il-partijiet kollha ressqu t-talba formali ta’ riżolviment tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (6).

(6)

Fl-10 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet indirizzata lill-partijiet. Il-partijiet kollha rrispondew id-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet billi kkonfermaw li kienet tirrifletti l-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom ta’ riżolviment u li għalhekk huma baqgħu impenjati li jsegwu l-proċedura tar-riżolviment.

(7)

Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fl-1 ta’ Marzu 2019.

(8)

Il-Kummissjoni adottat din id-Deċiżjoni fil-5 ta’ Marzu 2019.

2.2.   Sommarju ta’ ksur

(9)

Iż-żewġ każijiet ta’ ksur jikkonċernaw il-forniment ta’ ċerti komponenti tas-sistemi ta’ sikurezza tal-okkupanti lill-Grupp VW u l-Grupp BMW.

2.2.1.   Każ ta’ Ksur I: forniment ta’ ċerti OSS lill-Grupp VW

(10)

Il-ksur kien jikkonsisti minn kuntatti bilaterali, u f’xi każi trilaterali, bejn Autoliv, Takata u TRW. Il-partijiet wettqu kollużjoni billi skambjaw ċerta informazzjoni kummerċjalment sensittiva u, f’xi każijiet, ikkoordinaw jew ippruvaw jikkoordinaw dwar ir-risposti lil ċerti talbiet għal kwotazzjonijiet, risposti għat-talbiet perjodiċi tal-Grupp VW għal rieżamijiet tal-prezzijiet u tnaqqis fil-kostijiet, ċerti kostijiet tal-iżvilupp jew elementi tal-ipprezzar oħrajn, u/jew prezzijiet għal materjali u kumpens għal żidiet fil-prezz tal-materja prima. Il-kuntatti saru permezz tal-posta elettronika, laqgħat wiċċ imb wiċċ jew diskursati bit-telefown.

2.2.2.   Każ ta’ Ksur II: forniment ta’ ċerti OSS lill-Grupp BMW

(11)

Il-ksur kien jikkonsisti minn kuntatti bilaterali, u f’xi każi trilaterali, bejn Autoliv, Takata u TRW. Il-partijiet wettqu kollużjoni billi skambjaw ċerta informazzjoni kummerċjalment sensittiva u, f’xi każijiet, billi kkoordinaw jew ippruvaw jikkoordinaw dwar l-informazzjoni dwar il-prezzijiet, inkluż fil-kuntest ta’ ċerti talbiet għal kwotazzjonijiet, tat-talbiet perjodiċi tal-Grupp BMW għal rieżamijiet tal-prezzijiet u tnaqqis fil-prezzijiet, u/jew prezzijiet għal materjali jew kumpens għaż-żidiet fil-prezz tal-materja prima. Il-kuntatti saru permezz tal-posta elettronika, laqgħat wiċċ imb wiċċ jew diskursati bit-telefown.

2.2.3.   Durata

(12)

Id-durata tal-parteċipazzjoni ta’ kull waħda mill-partijiet fil-ksur kien kif ġej:

Ksur

Impriża

Bidu

Tmiem

I

AUTOLIV

4.1.2007

30.3.2011

TAKATA

4.1.2007

30.3.2011

TRW

4.1.2007

28.3.2011

II

AUTOLIV

28.2.2008

16.9.2010

TAKATA

28.2.2008

17.2.2011

TRW

5.6.2008

17.2.2011

2.3.   Destinatarji

2.3.1.   Autoliv

(13)

L-imputabilità għall-Każijiet ta’ Ksur I u II hija attribwita in solidum lil Autoliv B.V. & Co. KG, għall-involviment dirett tagħha, u lil Autoliv, Inc. bħala l-impriża omm.

2.3.2.   Takata

(14)

L-imputabilità għall-Każijiet ta’ Ksur I u II hija attribwita in solidum lil TB Deu Abwicklungs-Aktiengesellschaft i.L. (magħrufa qabel bħala Takata Aktiengesellschaft) għall-involviment dirett tagħha, u TKJP Corporation (magħrufa qabel bħala Takata Corporation) bħala l-impriża omm.

2.3.3.   TRW

(15)

L-imputabilità għall-Każijiet ta’ Ksur I u II hija attribwita in solidum lil TRW Automotive Safety Systems GmbH u TRW Automotive GmbH għall-involviment dirett tagħhom u lil ZF TRW Automotive Holdings Corp. (magħrufa qabel bħala TRW Automotive Holdings Corp.) bħala l-impriża omm.

2.4.   Rimedji

(16)

Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi (7).

2.4.1.   L-ammont bażiku tal-multa

(17)

Fil-Każ ta’ Ksur I, il-valur tal-bejgħ huwa kkalkulat fuq il-bażi fuq il-medja annwali tal-bejgħ ta’ ċintorini tas-sikurezza, airbags u roti tal-istering lill-Grupp VW fiż-ŻEE tul il-perjodu tal-ksur.

(18)

Fil-Każ ta’ Ksur II, il-valur tal-bejgħ huwa kkalkulat fuq il-bażi fuq il-medja annwali tal-bejgħ ta’ ċintorini tas-sikurezza, airbags u roti tal-istering lill-Grupp BMW fiż-ŻEE tul il-perjodu tal-ksur.

(19)

Meta titqies in-natura tal-ksur u l-firxa ġeografika tiegħu, il-perċentwal tal-ammont varjabbli tal-multi kif ukoll l-ammont addizzjonali (“il-ħlas tad-dħul”) qed jiġi stabbilit għal 16 % tal-valur tal-bejgħ għal kull każ ta’ ksur.

(20)

L-ammont varjabbli huwa mmultiplikat bin-numru ta’ snin jew bi frazzjonijiet tas-sena rispettivament skont is-sehem individwali tal-partijiet fil-każijiet ta’ ksur sabiex titqies b’mod sħiħ id-durata reali tas-sehem fil-każijiet ta’ ksur għal kull impriża individwali. Il-multiplikatur tad-durata huwa kkalkulat fuq il-bażi ta’ ġranet kalendarji.

2.4.2.   Aġġustamenti għall-ammont bażiku

(21)

Ma hemm l-ebda ċirkustanza aggravanti jew mitiganti f’dan il-każ.

2.4.3.   Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %

(22)

L-ebda waħda mill-multi kkalkulati ma teċċedi l-10 % tal-fatturat dinji tal-partijiet rispettivi fl-2017.

2.4.4.   Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006: tnaqqis tal-multi

(23)

Takata kienet l-ewwel impriża li ppreżentat informazzjoni u evidenza li ssodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punt 8(a) tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 fil-Każijiet ta’ Ksur I u II. Għalhekk, Takata qed tingħata immunità mill-multi għall-Każijiet ta’ Ksur I u II.

(24)

TRW kienet l-ewwel impriża li ssodisfat ir-rekwiżiti tal-punti 24 u 25 tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 fir-rigward tal-Każijiet ta’ Ksur I u II. Għalhekk, TRW qed tingħata tnaqqis ta’ 50 % tal-multa għall-Każijiet ta’ Ksur I u II.

(25)

Autoliv kienet it-tieni impriża li ssodisfat ir-rekwiżiti tal-punti 24 u 25 tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 fir-rigward tal-Każijiet ta’ Ksur I u II. Għalhekk, Autoliv qed tingħata tnaqqis ta’ 30 % tal-multa għall-Każijiet ta’ Ksur I u II.

(26)

Autoliv kienet l-ewwel parti li ppreżentat evidenza ċara fis-sens tal-punt 25 tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 li ppermettiet lill-Kummissjoni testendi l-perjodu tal-Każ ta’ Ksur I. F’konformità mal-punt 26 tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006, id-durata msemmija mhijiex qed titqies fl-iffissar tal-multa għal Autoliv għall-Każ ta’ Ksur I.

2.4.5.   Applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment

(27)

B’riżultat tal-applikazzjoni tal-Avviż ta’ Riżolviment, l-ammont tal-multi li jridu jiġu imposti fuq kull Parti tnaqqas b’10 %. It-tnaqqis ġie miżjud mal-kumpens tagħhom marbut mal-klemenza.

2.4.6.   Applikazzjoni tal-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-Multi

(28)

Il-fatt li l-Kummissjoni ddeċidiet li tissepara l-investigazzjonijiet tagħha tal-ksur relatat mal-OSS f’żewġ proċedimenti separati (8) wassal għal perjodu totali ta’ investigazzjoni li kien itwal milli kieku kien ikun li kieku l-investigazzjoni ma ġietx isseparata. Il-Kummissjoni tqis li s-separazzjoni hija fattur eċċezzjonali li jiġġustifika tnaqqis tal-multa li għandha tiġi imposta fuq kull wieħed mid-destinatarji.

(29)

Konsegwentement, l-ammont tal-multi wara t-tnaqqis b’rabta mal-klemenza u r-riżolviment impost fuq kull parti tnaqqas ulterjorment b’5 %.

3.   KONKLUŻJONI

(30)

Il-multi li ġejjin ġew imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003:

Għall-Każ ta’ Ksur I:

(a)

fuq TKJP Corporation (qabel magħrufa bħala Takata Corporation) u TB Deu Abwicklungs-Aktiengesellschaft i.L. (magħrufa qabel bħala Takata Aktiengesellschaft), in solidum: EUR 0;

(b)

fuq Autoliv, Inc. u Autoliv B.V. & Co. KG., in solidum: EUR 121 211 000;

(c)

fuq ZF TRW Automotive Holdings Corp. (magħrufa qabel bħala TRW Automotive Holdings Corp.), TRW Automotive Safety Systems GmbH u TRW Automotive GmbH, in solidum: EUR 158 824 000;

Għall-Każ ta’ Ksur II:

(a)

fuq TKJP Corporation (qabel magħrufa bħala Takata Corporation) u TB Deu Abwicklungs-Aktiengesellschaft i.L. (magħrufa qabel bħala Takata Aktiengesellschaft), in solidum: EUR 0;

(b)

fuq Autoliv, Inc. u Autoliv B.V. & Co. KG., in solidum: EUR 58 175 000;

(c)

fuq ZF TRW Automotive Holdings Corp. (magħrufa qabel bħala TRW Automotive Holdings Corp.), TRW Automotive Safety Systems GmbH u TRW Automotive GmbH, in solidum: EUR 30 067 000.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1).

(2)  L-entitajiet ġuridiċi rilevanti huma Autoliv, Inc. u Autoliv B.V. & Co. KG.

(3)  L-entitajiet ġuridiċi rilevanti huma TKJP Corporation (magħrufa qabel bħala Takata Corporation) u TB Deu Abwicklungs-Aktiengesellschaft i.L. (magħrufa qabel bħala Aktiengesellschaft).

(4)  L-entitajiet ġuridiċi rilevanti huma ZF TRW Automotive Holdings Corp. (magħrufa qabel bħala RW Automotive Holdings Corp.), TRW Automotive Safety Systems GmbH u TRW Automotive GmbH.

(5)  ĠU C 298, 8.12.2006, p. 17.

(6)  ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.

(7)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2.

(8)  Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 7670 final tat-22.11.2017 fil-każ AT.39881 — Sistemi tas-sikurezza tal-okkupanti fornuti lill-manifatturi Ġappuniżi tal-karozzi


14.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 199/8


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 199/05)

Deċiżjonijiet li jagħtu awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem tas-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numri tal-awtorizzazzjoni

Użi awtorizzati

Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-deċiżjoni

PE_2019_3912

Is-7 ta’ Ġunju 2019

aċidu arseniku Nru EC 231-901-9, Nru CAS 7778-39-4

Circuit Foil Luxembourg SARL, Zone industrielle C. Salzbaach, 9559 Wiltz, il-Lussemburgu

REACH/19/17/0

Użu industrijali ta’ aċidu arseniku għat-trattament ta’ fojl tar-ram użat fil-manifattura ta’ bord ta’ ċirkwiti stampati

It-22 ta’ Awissu 2024

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li jiġi mill-użu tas-sustanza.

Ma jeżistux alternattivi xierqa.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 199/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9391 — PGGM/Macquarie/MAGL)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 199/06)

1.   

Fil-5 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Stichting Depositary PGGM Infrastructure Funds (“PGGM”, in-Netherlands), li tagħmel parti minn PGGM Group (in-Netherlands),

Macquarie Group (“Macquarie”, l-Awstralja),

Macquarie AirFrance Group Limited (“MAGL”, ir-Renju Unit).

PGGM u Macquire Group jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ MAGL.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Il-grupp PGGM: jiġġestixxi l-pensjonijiet għal fondi tal-pensjonijiet differenti, l-impjegaturi affiljati u l-impjegati tagħhom,

—   Macquarie Group: grupp finanzjarju li jipprovdi ġestjoni tal-assi u finanzjament, servizzi bankarji, servizzi ta’ konsultazzjoni u soluzzjonijiet ta’ riskju u kapital,

—   MAGL: il-kiri tal-ajruplani madwar id-dinja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

F’konformità mal-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9391 — PGGM/Macquarie/MAGL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.