|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2019/C 189/01 |
||
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2019/C 189/02 |
||
|
2019/C 189/03 |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2019/C 189/04 |
||
|
2019/C 189/05 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar iż-Żgħażagħ u l-Futur tax-Xogħol |
|
|
2019/C 189/06 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġenerazzjonijiet ta’ żgħażagħ kreattivi |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 189/07 |
||
|
2019/C 189/08 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2019/C 189/09 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2019/C 189/10 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2019/C 189/11 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
2019/C 189/12 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 189/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9385 — Orange/SecureLink) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Kunsill
|
5.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/1 |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill li tistabbilixxi linji gwida dwar il-governanza tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ
Strateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019–2027
(2019/C 189/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA,
JISSOTTOLINJAW LI:
|
1. |
Id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ huwa għodda essenzjali għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-UE u pajjiżi Ewropej oħra, skont il-każ, li l-elementi ċentrali tiegħu jinkludu d-djalogu dirett bejn min jieħu d-deċiżjonijiet u ż-żgħażagħ u r-rappreżentanti tagħhom, il-konsultazzjoni taż-żgħażagħ rigward suġġetti rilevanti għalihom u s-sħubija kontinwa fil-governanza tal-proċess fil-livell lokali, dak nazzjonali u Ewropew. Rigward l-implimentazzjoni tad-djalogu tal-UE maż-żgħażagħ u f’konformità mal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ, l-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ għandhom “iservu bħala ispirazzjoni u jipprovdu orjentazzjoni għall-UE, l-Istati Membri tagħha u l-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-awtoritajiet tagħhom” (1). |
|
2. |
L-istrateġija tal-UE għaż-żgħażagħ tenfasizza l-ħtieġa li tkun żgurata l-flessibbiltà u l-marġni ta’ manuvra lill-Istati Membri fl-approċċ tagħhom għall-implimentazzjoni tad-djalogu tal-UE maż-żgħażagħ. |
|
3. |
L-istrateġija tal-UE għaż-żgħażagħ tispeċifika għadd ta’ elementi meta tiddefinixxi l-implimentazzjoni tad-djalogu tal-UE maż-żgħażagħ, li huma:
|
|
4. |
Is-suġġerimenti tal-Presidenza ta’ Diċembru 2018 dwar l-implimentazzjoni u l-governanza tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ (4) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-Impenn, il-Konnessjoni u l-Għoti tas-Setgħa liż-żgħażagħ: Strateġija tal-UE dwar iż-Żgħażagħ” (5) jistgħu jservu bħala dokumenti gwida għal dawk involuti fid-djalogu tal-UE maż-żgħażagħ. |
GĦANDHOM BĦALA GĦAN:
|
5. |
Din ir-riżoluzzjoni għandha l-għan li tipprovdi orjentazzjoni rigward il-governanza tad-djalogu tal-UE maż-żgħażagħ, b’mod partikolari b’enfasi fuq l-atturi involuti, ir-rwoli tagħhom, il-qafas organizzattiv fejn iseħħu l-attivitajiet tagħhom u l-kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni marbutin mal-governanza. Is-settur Ewropew taż-żgħażagħ għandu rwol importanti fil-qafas organizzattiv tad-djalogu tal-UE maż-żgħażagħ (6). |
IQISU LI:
|
6. |
It-Triju ta’ Presidenzi għandu jieħu r-rwol ewlieni biex imexxi l-implimentazzjoni tad-djalogu tal-UE maż-żgħażagħ, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenziji Nazzjonali, kif ukoll mal-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ u rappreżentanti oħra tas-soċjetà ċivili taż-żgħażagħ (7). |
|
7. |
Filwaqt li t-Triju ta’ Presidenzi jorganizza ruħu skont kif iqis xieraq, għandha tingħata prijorità lit-trawwim tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili taż-żgħażagħ bħala l-pedament ta’ governanza ta’ kwalità tad-djalogu tal-UE maż-żgħażagħ u l-implimentazzjoni sussegwenti. Fil-livell tal-UE, is-soċjetà ċivili taż-żgħażagħ għandha tkun involuta preferibbilment permezz tal-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ u partijiet ikkonċernati oħra li jirrappreżentaw liż-żgħażagħ, skont il-każ. Fil-livell tat-Triju ta’ Presidenzi, is-soċjetà ċivili taż-żgħażagħ għandha tkun irrappreżentata mill-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali, preferibbilment, fejn possibbli, permezz tal-Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ, fid-dawl tar-rwol ewlieni tagħhom f’din l-istruttura. |
|
8. |
Bil-ħsieb li tkun appoġġata l-governanza tad-djalogu tal-UE maż-żgħażagħ, għandhom jiġu organizzati skambji regolari bejn it-Triju ta’ Presidenzi u l-istrutturi msemmija fil-paragrafi 6 u 7; tali skambji għandhom isiru fi ħdan grupp ta’ koordinazzjoni, pereżempju l-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew. |
|
9. |
Ir-rwol tal-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew huwa li:
|
|
10. |
It-Triju ta’ Presidenzi għandu jiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili taż-żgħażagħ fil-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew, li huwa forum ta’ deliberazzjoni fejn għandhom jiġu diskussi u jitrawmu soluzzjonijiet konġunti. It-Triju ta’ Presidenzi jista’ jinkludi atturi oħra fil-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew, bħal organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ li jkunu rappreżentattivi fil-livell Ewropew u/jew fil-livell ta’ Stat Membru, riċerkaturi, esperti, eċċ. Il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti u l-atturi msemmija hawn fuq fil-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew huwa bla ħsara għall-kompetenzi tat-Triju ta’ Presidenzi kif stabbiliti bit-Trattati u r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill. |
|
11. |
Bħala prinċipju gwida biex tkun żgurata r-rappreżentattività tal-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew sa fejn huma kkonċernati ż-żgħażagħ, it-Triju ta’ Presidenzi għandu jqis miżuri bil-ħsieb li jiġi inkluż leħen iż-żgħażagħ kollha, inkluż dawk b’inqas opportunitajiet u ta’ dawk li ma jkunux organizzati f’assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ. |
|
12. |
Jekk meħtieġ, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew, il-kompiti organizzattivi u l-metodi ta’ ħidma tal-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew għandhom jiġu deskritti sew f’Dokument ta’ Ħidma. |
|
13. |
Sabiex tkun żgurata l-prevedibbiltà ta’ kif jiżvolġi d-djalogu tal-UE maż-żgħażagħ f’kull ċiklu ta’ 18-il xahar, il-Presidenza għandha tinforma lill-Grupp ta’ Ħidma dwar iż-Żgħażagħ u lill-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali fi żmien debitu dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew, bil-progress fl-implimentazzjoni tad-djalogu tal-UE maż-żgħażagħ u bi kwalunkwe aspett ieħor marbut ma’ dawk imsemmija fil-paragrafu 9 hawn fuq. |
|
14. |
F’konformità mal-għotjiet tal-UE stabbiliti għal dan l-għan, il-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar il-konfigurazzjoni u l-proċeduri operattivi li jaqdu bl-aħjar mod il-bżonnijiet tagħhom skont l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri tagħhom u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istrateġija tal-UE għaż-żgħażagħ, bil-ħsieb li jkun żgurat li jintlaħqu l-objettivi ta’ kull ċiklu ta’ djalogu tal-UE maż-żgħażagħ u rappreżentazzjoni adegwata ta’ min ifassal il-politika, l-istituzzjonijiet pubbliċi rilevanti, iż-żgħażagħ u l-isfond soċjoekonomiku differenti tagħhom (8). |
|
15. |
Din ir-Riżoluzzjoni għandha tidħol b’effett mill-1 ta’ Lulju 2019 u tiġi rieżaminata skont il-każ, b’riżultat tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-istrateġija tal-UE għaż-żgħażagħ li għandu jitwettaq mill-Kunsill fl-2024, sabiex jaġġustah għal żviluppi u bżonnijiet ġodda possibbli. |
(1) L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ (ĠU C 456, 18.12.2018, p. 2 (il-punt 3, it-3 paragrafu))
(2) Ara l-programm ta’ ħidma annwali għall-2019 għall-implimentazzjoni ta’ “Erasmus+”: il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport. Referenza online C (2018) 6572 tal-11 ta’ Ottubru 2018.
(3) Strateġija tal-UE għaż-żgħażagħ, p. 9 (l-Anness I, il-punt 4, it-3 paragrafu).
(4) Dok. 15018/18 REV 1 + COR 1 + COR 2
(5) Dok. 9264/18 + ADD 1-8 - COM(2018) 269 final + SWD(2018) 168 u 169 final
(6) It-terminu “settur taż-żgħażagħ tal-UE” ġeneralment jirreferi għat-totalità tal-organizzazzjonijiet, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, il-membri tad-dinja akkademika, is-soċjetà ċivili taż-żgħażagħ jew esperti oħra involuti fl-iżvilupp tal-politika dwar iż-żgħażagħ li jwettqu attivitajiet u proġetti rilevanti għaż-żgħażagħ fl-UE.
(7) Qed issir referenza għall-Aġenziji Nazzjonali inkarigati mill-amministrazzjoni tal-programmi Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà mill-Istati Membri li jagħmlu parti mit-Triju ta’ Presidenzi.
(8) Ibid nota ta’ qiegħ il-paġna 2
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Kunsill
|
5.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/4 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Mejju 2019
dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija ta’ Kwalità Għolja tat-Tfal
(2019/C 189/02)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 165 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi
|
(1) |
Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (1) jiddikjara bħala l-11-il prinċipju tiegħu li t-tfal kollha għandhom id-dritt għal edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal affordabbli ta’ kwalità tajba. Dan huwa konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2) li tirrikonoxxi l-edukazzjoni bħala dritt, mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal u mal-Objettiv ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti 4.2 li jipprevedi li l-bniet u s-subien kollha jenħtieġ li jkollhom aċċess għal żvilupp, kura u edukazzjoni bikrija tat-tfal qabel l-primarja ta’ kwalità sal-2030. |
|
(2) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha “It-Tisħiħ tal-Identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura” (3) il-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi l-viżjoni ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni li tagħraf ir-rwol tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal fit-tqegħid ta’ pedamenti sodi għat-tagħlim fl-iskola u matul il-ħajja. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-iżvilupp tal-iskola u t-tagħlim eċċellenti (4) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (5) tennew ir-rwol ċentrali li l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal jista’ jkollhom fil-promozzjoni tat-tagħlim tat-tfal kollha, il-benessri u l-iżvilupp tagħhom. |
|
(3) |
Kemm dawk li jfasslu l-politika kif ukoll ir-riċerkaturi jirrikonoxxu li huwa fis-snin bikrin (6) li t-tfal joħolqu l-pedament u l-kapaċità li jitgħallmu matul il-ħajja. It-tagħlim huwa proċess inkrementali; il-bini ta’ pedament b’saħħtu fis-snin bikrin huwa prekundizzjoni għal żvilupp ta’ kompetenza ta’ livell ogħla u suċċess edukattiv daqs kemm huwa essenzjali għas-saħħa u l-benessri tat-tfal. Għalhekk, l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal għandhom jitqiesu bħala s-sisien tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u jkunu parti integrali tal-kontinwità tal-edukazzjoni. |
|
(4) |
Il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal hija ta’ benefiċċju għat-tfal kollha u speċjalment għat-tfal f’sitwazzjoni żvantaġġata. Tgħin billi tipprevjeni l-formazzjoni ta’ diskrepanzi fil-ħiliet bikrin u għalhekk hija għodda essenzjali fil-ġlieda kontra l-inugwaljanzi u l-faqar edukattiv. Il-provvediment tal-edukazzjoni u tal-kura bikrija tat-tfal jeħtieġ li jkun parti minn pakkett integrat ibbażat fuq id-drittijiet tat-tfal ta’ miżuri ta’ politika biex itejbu r-riżultati għat-tfal u jiksru ċikli ta’ żvantaġġ bejn il-ġenerazzjonijiet. It-titjib tal-provvediment għalhekk jgħin biex jitwettqu l-impenji li saru fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar li Ninvestu fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ (7) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2013 dwar miżuri effettivi għall-integrazzjoni tar-Rom fl-Istati Membri (8). |
|
(5) |
Il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal għandha ħafna benefiċċji (9) kemm għall-individwi kif ukoll għas-soċjetà b’mod ġenerali, minn kisbiet edukattivi mtejba u eżiti tas-suq tax-xogħol għal inqas interventi soċjali u edukattivi u soċjetajiet aktar koeżivi u inklużivi. Tfal li attendew edukazzjoni bikrija tat-tfal għal aktar minn sena kisbu punteġġi ogħla fil-lingwa u l-matematika fl-istudji PIRLS (10) u PISA (11). Il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija ta’ kwalità tat-tfal intwera wkoll bħala fattur importanti biex jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskola (12). |
|
(6) |
L-edukazzjoni u l-kura mill-aktar stadji bikrin għandhom rwol essenzjali biex nitgħallmu ngħixu flimkien f’soċjetajiet eteroġeni. Dawn is-servizzi jistgħu jsaħħu l-koeżjoni soċjali u l-inklużjoni f’diversi modi. Huma jistgħu jservu bħala postijiet ta’ laqgħat għall-familji. Huma jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-kompetenzi lingwistiċi tat-tfal, kemm fil-lingwa tas-servizz kif ukoll fl-ewwel lingwa (13). Permezz tat-tagħlim soċjali-emozzjonali, l-esperjenzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal jistgħu jippermettu lit-tfal jitgħallmu kif ikunu empatiċi kif ukoll jitgħallmu dwar id-drittijiet tagħhom, l-ugwaljanza, it-tolleranza u d-diversità. |
|
(7) |
Il-gwadann fuq l-investiment fl-istadji bikrija tal-edukazzjoni huma l-ogħla mill-istadji edukattivi kollha, b’mod partikolari għat-tfal f’sitwazzjoni żvantaġġata (14). L-infiq fuq l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal huwa investiment bikri ta’ gwadann għoli fil-kapital uman. |
|
(8) |
Id-disponibbiltà, l-aċċessibilità u l-affordabbiltà ta’ faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal ta’ kwalità għolja huma fatturi ewlenin li jippermettu lin-nisa, kif ukoll lill-irġiel, b’responsabbiltajiet tal-indukrar biex jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol, kif irrikonoxxut mill-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona 2002, il-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza tas-Sessi (15) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata adottata fis-26 ta’ April 2017 (16). L-impjieg tan-nisa jikkontribwixxi b’mod dirett għat-titjib tas-sitwazzjoni soċjoekonomika domestika u għat-tkabbir ekonomiku. |
|
(9) |
L-investiment fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal huwa investiment tajjeb biss jekk is-servizzi huma ta’ kwalità għolja, aċċessibbli, affordabbli u inklużivi. L-evidenza turi li s-servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija ta’ kwalità tat-tfal għolja biss jagħtu benefiċċji; servizzi ta’ kwalità baxxa għandhom impatt negattiv sinifikanti fuq it-tfal u fuq is-soċjetà kollha kemm hi (17). Miżuri ta’ politika u riformi jeħtieġu li jagħtu prijorità lill-kunsiderazzjonijiet ta’ kwalità. |
|
(10) |
B’mod ġenerali, l-Istati Membri jonfqu ħafna inqas fuq l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal milli fuq l-edukazzjoni primarja. Kif muri mir-rapport li jivvaluta l-progress fuq il-miri ta’ Barċellona (18), bħalissa m’hemmx postijiet biżżejjed fis-servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal disponibbli u d-domanda teċċedi l-provvista kważi fil-pajjiżi kollha. In-nuqqas ta’ disponibbiltà, aċċessibilità u affordabbiltà ntwera li huwa wieħed mill-ostakli ewlenin għall-użu ta’ dawn is-servizzi (19). |
|
(11) |
Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2017 dwar Aġenda ta’ Ħiliet Ġodda għall-Ewropa (20), jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-kwalità u jwessgħu l-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal u jindirizzaw in-nuqqas ta’ infrastruttura suffiċjenti li toffri kwalità u kura tat-tfal aċċessibbli għal-livelli kollha ta’ dħul kif ukoll biex jiġi kkunsidrat li jingħata aċċess liberu għal familji li jgħixu fil-faqar u l-esklużjoni soċjali. |
|
(12) |
Is-servizzi tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal għandhom ikunu ċċentrati fuq it-tfal; it-tfal jitgħallmu l-aħjar f’ambjenti li huma bbażati fuq il-parteċipazzjoni tat-tfal u l-interess fit-tagħlim. L-organizzazzjoni, l-għażla tal-attivitajiet u l-oġġetti għat-tagħlim spiss jiġu kkomunikati bejn l-edukaturi u t-tfal. Jenħtieġ li s-servizzi joffru ambjent sikur, ta’ għożża u indukrar u jipprovdu spazju soċjali, kulturali u fiżiku b’firxa ta’ possibbiltajiet għat-tfal biex jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom. Il-provvediment huwa mfassal l-aħjar meta jkun ibbażat fuq is-suppożizzjoni fundamentali li l-edukazzjoni u l-kura huma inseparabbli. Jenħtieġ li dan ikun ibbażat fuq il-fehim li t-tfulija hija valur fiha nnifisha u li jenħtieġ li t-tfal mhux biss jiġu ppreparati għall-iskola u għall-ħajja adulta, iżda jiġu appoġġati u apprezzati wkoll fis-snin bikrin tagħhom. |
|
(13) |
F’kuntest li huwa stabbilit mir-regolamenti nazzjonali, reġjonali jew lokali, il-familji għandhom ikunu involuti fl-aspetti kollha tal-edukazzjoni u l-kura tat-tfal tagħhom. Il-familja hija l-ewwel u l-iktar post importanti għat-tfal biex jikbru u jiżviluppaw, u l-ġenituri u t-tuturi huma responsabbli għall-benessri, is-saħħa u l-iżvilupp ta’ kull tifel u tifla. L-edukazzjoni u s-servizzi tal-kura bikrija tat-tfal huma opportunità ideali biex jinħoloq approċċ integrat għaliex iwasslu għall-ewwel kuntatt personali mal-ġenituri. Ġenituri li jkollhom problemi jistgħu jiġu offruti servizzi ta’ konsulenza individwali waqt żjarat fid-dar. Sabiex l-involviment tagħhom isir realtà, is-servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal jenħtieġ li jitfasslu fi sħubija mal-familji u jkunu bbażati fuq il-fiduċja u r-rispett reċiproku (21). |
|
(14) |
L-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal u l-parteċipazzjoni jistgħu jkunu għodda effettiva biex tinkiseb ekwità edukattiva għal tfal f’sitwazzjoni żvantaġġata, bħal xi gruppi ta’ migranti jew ta’ minoranzi (pereżempju r-Rom) u tfal refuġjati, tfal bi bżonnijiet speċjali inkluż b’diżabilitajiet, tfal f’kura alternattiva u tfal fit-toroq, tfal ta’ ġenituri fil-ħabs, kif ukoll tfal fi ħdan familji b’riskju partikolari ta’ faqar u esklużjoni soċjali, bħal familji b’ġenitur wieħed jew familji kbar. It-tfal tar-refuġjati, minħabba s-sitwazzjoni vulnerabbli tagħhom, jeħtieġu appoġġ msaħħaħ. Il-faqar, aġenti li jikkawżaw stress fiżiku u emozzjonali, trawmi u ħiliet lingwistiċi nieqsa jistgħu jfixklu l-prospetti edukattivi futuri tagħhom u l-integrazzjoni b’suċċess f’soċjetà ġdida. Il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal tista’ tgħin biex jitnaqqsu dawn il-fatturi ta’ riskju. |
|
(15) |
Il-provvediment ta’ edukazzjoni u kura bikrija inklużiva tat-tfal tista’ tikkontribwixxi biex jitwettqu l-impenji meħuda mill-Istati Membri fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u d-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità li tagħha l-Istati Membri kollha huma firmatarji. |
|
(16) |
Il-pubblikazzjoni tal-2014 ta’ proposta għall-prinċipji ewlenin ta’ Qafas ta’ Kwalità (22) kienet l-ewwel dikjarazzjoni minn esperti Ewropej minn 25 pajjiż dwar il-kwalità fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal. Id-dikjarazzjonijiet huma bbażati fuq ħames dimensjonijiet: l-aċċess; il-persunal; il-kurrikulu; il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; u l-governanza u l-finanzjament. Isiru total ta’ għaxar dikjarazzjonijiet dwar it-tisħiħ tal-kwalità tal-provvediment tal-edukazzjoni u tal-kura bikrija tat-tfal. Dan id-dokument kien maqsum f’ħafna pajjiżi minn partijiet ikkonċernati lokali involuti f’inizjattivi favur il-politika, ir-riċerka u t-taħriġ. F’dawn il-pajjiżi, l-abbozz ta’ qafas aġixxa bħala katalist qawwi għall-bidla permezz ta’ kontribuzzjoni għall-proċessi ta’ konsultazzjoni ta’ politika li sostnew mogħdijiet ta’ riforma eżistenti. |
|
(17) |
Il-ħames dimensjonijiet kollha tal-qafas ta’ kwalità huma essenzjali biex jiggarantixxu servizzi ta’ kwalità għolja. Speċjalment, ix-xogħol ta’ professjonisti fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal għandu impatt dejjiemi fuq il-ħajja tat-tfal. Madankollu, f’ħafna pajjiżi l-professjoni għandha profil u status pjuttost baxx (23). |
|
(18) |
Biex iwettaw ir-rwol professjonali tiegħu fl-appoġġ tat-tfal u l-familji tagħhom, il-persunal tal-edukazzjoni u tal-kura bikrija tat-tfal jeħtieġ ħiliet kumplessi ta’ għarfien u kompetenzi kif ukoll għarfien profond dwar l-iżvilupp tat-tfal u għarfien dwar il-pedagoġija bikrija tat-tfal. Il-professjonalizzazzjoni tal-persunal hija kruċjali għaliex livelli ogħla ta’ tħejjija jikkorrispondu pożittivament ma’ servizz ta’ kwalità aħjar, interazzjonijiet tal-persunal mat-tfal ta’ kwalità ogħla u għalhekk eżiti ta’ żvilupp aħjar għat-tfal (24). |
|
(19) |
Bosta fornituri tas-servizz jaħdmu ma’ assistenti li r-rwol ewlieni tagħhom huwa li jappoġġaw lill-edukaturi, li jaħdmu direttament mat-tfal u l-familji. Normalment ikollhom kwalifika aktar baxxa minn edukaturi u f’ħafna pajjiżi m’hemm l-ebda rekwiżit ta’ kwalifika biex isiru assistenti. Għalhekk, il-professjonalizzazzjoni tal-persunal, inkluż l-assistenti, huwa meħtieġ (25). L-iżvilupp professjonali kontinwu huwa parti integrali għaż-żieda tal-kompetenzi tal-assistenti. |
|
(20) |
Qafas ta’ kwalità jew dokument ekwivalenti jista’ jkun element effiċjenti ta’ governanza tajba fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal. Skont opinjoni esperta u reviżjoni reċenti tal-politika (26), il-pajjiżi li jiżviluppaw u jimplimentaw oqfsa ta’ kwalità għandhom approċċi aktar komprensivi u konsistenti għar-riformi. Huwa importanti li l-partijiet ikkonċernati u l-professjonisti rilevanti jkunu involuti fit-tfassil u li jħossu li għandhom sjieda tal-qafas ta’ kwalità. |
|
(21) |
L-Istati Membri stabbilixxew punti ta’ riferiment u miri dwar il-parteċipazzjoni tat-tfal fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal. Fl-2002, il-Kunsill Ewropew f’Barċellona ffissa miri (27) għall-provvediment ta’ kura tat-tfal formali biex ikunu mill-inqas 90 % tat-tfal fl-Unjoni bejn l-età ta’ tliet snin u l-età obbligatorja tal-iskola, u li mill-inqas 33 % tat-tfal taħt it-tliet snin jenħtieġ li jkollhom aċċess sal-2010. Dawn il-miri ġew sostnuti mill-ġdid fil-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2011-2020. L-analiżi dwar il-progress lejn dawn il-punti ta’ riferiment hija speċifikata fir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-Objettivi ta’ Barċellona (28). Il-Qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (29) stabbilixxa punt ta’ riferiment ta’ parteċipazzjoni ta’ 95 % għat-tfal bejn erba’ snin u l-bidu tal-edukazzjoni primarja. |
|
(22) |
L-Istati Membri għamlu progress ġenerali tajjeb fis-snin reċenti fit-titjib tad-disponibbilità ta’ servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal. Il-punt ta’ riferiment tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020 u l-mira ta’ Barċellona għal tfal taħt it-3 snin intlaħqu. Il-mira ta’ Barċellona għat-tfal mill-età ta’ 3 snin sal-età obbligatorja tal-iskola għadha ma ntlaħqitx minkejja l-progress li sar mill-2011. Fl-2016, 86,3 % tat-tfal f’dak il-grupp ta’ età pparteċipaw fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal. Madankollu, dawn il-medji jaħbu differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-gruppi soċjali (30). Jenħtieġu aktar sforzi biex jiġi żgurat li t-tfal kollha jkollhom aċċess għal edukazzjoni u kura bikrija ta’ kwalità għolja tat-tfal sa minn kemm iriduha kmieni l-ġenituri. B’mod partikolari, huma meħtieġa miżuri speċifiċi biex jinħoloq aċċess akbar għat-tfal f’sitwazzjoni żvantaġġata (31). |
|
(23) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tfittex li tistabbilixxi fehim kondiviż ta’ dak li tfisser il-kwalità fis-sistema tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal. Tistabbilixxi azzjonijiet possibbli biex jikkunsidrawhom il-gvernijiet skont iċ-ċirkustanzi speċifiċi tagħhom. Din ir-Rakkomandazzjoni tindirizza wkoll lill-ġenituri, lill-istituzzjonijiet u lill-organizzazzjonijiet, inkluż s-sħab soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll ir-riċerkaturi li qed ifittxu li jsaħħu s-settur. |
|
(24) |
L-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal kif mifhuma f’din ir-Rakkomandazzjoni (32) jenħtieġ li tinftiehem li tirreferi għal kwalunkwe arranġament regolat li jipprovdi edukazzjoni u kura għat-tfal mit-twelid sal-età tal-iskola primarja obbligatorja - irrispettivament mill-post, il-finanzjament, il-ħinijiet tal-ftuħ jew il-kontenut tal-programm - u jinkludi ċentri soċjali u għall-familji ta’ matul il-jum; provvediment iffinanzjat privatament u pubblikament; provvediment ta’ qabel l-iskola u ta’ qabel il-primarja. |
|
(25) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità. |
B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI:
B’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali u Ewropea, ir-riżorsi disponibbli u ċ-ċirkostanzi nazzjonali, u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha:
|
1. |
Itejbu l-aċċess għal sistemi ta’ edukazzjoni u kura bikrija ta’ kwalità tat-tfal għolja f’konformità mad-dikjarazzjonijiet stabbiliti fil-“Qafas ta’ kwalità għall-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal” ippreżentat fl-Anness ma’ din ir-Rakkomandazzjoni u mal-11-il prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. |
|
2. |
Jaħdmu biex jiġi żgurat li s-servizzi tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal ikunu aċċessibbli, affordabbli u inklużivi. Tista’ tingħata kunsiderazzjoni lil:
|
|
3. |
L-appoġġ għall-professjonalizzazzjoni tal-persunal tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, inkluż il-mexxejja. Skont il-livell eżistenti ta’ kwalifiki professjonali u kondizzjonijiet tax-xogħol, l-isforzi ta’ suċċess jistgħu jinkludu:
|
|
4. |
Jittejjeb l-iżvilupp tal-kurrikuli ta’ snin bikrija sabiex jiġu segwiti l-interessi tat-tfal, jitrawwem il-benessri tagħhom u jintlaħqu l-ħtiġijiet uniċi u l-potenzjal ta’ kull tifel u tifla individwali, inkluż dawk bi bżonnijiet speċjali jew f’sitwazzjoni vulnerabbli jew żvantaġġata. L-approċċi li jappoġġaw it-tagħlim olistiku u l-iżvilupp tat-tfal jistgħu jinkludu:
|
|
5. |
Li jiġu promossi monitoraġġ u evalwazzjoni trasparenti u koerenti ta’ servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal fil-livelli xierqa bil-ħsieb tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika. L-approċċi effettivi jistgħu jinkludu:
|
|
6. |
Bil-mira li jiġi żgurat finanzjament adegwat u qafas legali għall-provvediment ta’ servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal. Tista’ tingħata kunsiderazzjoni lil:
|
|
7. |
Ir-rapport permezz ta’ oqfsa u għodod eżistenti dwar l-esperjenzi u l-progress fir-rigward tal-aċċess għal sistemi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal u l-kwalità tagħhom. |
B’DAN JILQA’ L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI BIEX:
|
8. |
Tiffaċilita l-iskambju ta’ esperjenzi u prattiki tajbin fost l-Istati Membri fil-kuntest tal-Qafas Strateġiku ta’ kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ u skemi suċċessuri, kif ukoll fil-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali. |
|
9. |
Tappoġġa l-kooperazzjoni tal-Istati Membri, ibbażata fuq id-domanda tagħhom, billi torganizza tagħlim mill-pari u konsulenza bejn il-pari. |
|
10. |
Tappoġġa l-kooperazzjoni man-Netwerk tal-OECD dwar l-Edukazzjoni u l-Kura Bikrija tat-Tfal sabiex tiffaċilita d-disseminazzjoni tar-riżultati u tevita d-duplikazzjoni. |
|
11. |
Tappoġġa l-iżvilupp ta’ edukazzjoni u servizzi ta’ kura bikrija tat-tfal inklużiva ta’ kwalità għolja billi tqiegħed għad-dispożizzjoni l-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qafas tal-programm Erasmus+ u, fejn xieraq, il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, inkluż Interreg, mingħajr preġudizzju għal negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. |
|
12. |
Tipproponi punt ta’ riferiment jew mira Ewropej aġġornati dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal li jimmiraw għall-provvediment ta’ servizzi, f’konformità mal-punt ta’ riferiment ET2020 u l-miri ta’ Barċellona riveduti, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri. Din il-proposta għal punt ta’ riferiment flimkien ma’ punti ta’ riferiment Ewropej oħra proposti għall-edukazzjoni u t-taħriġ jenħtieġ li jiġu diskussi u deċiżi mill-Kunsill fil-kuntest tal-istabbiliment ta’ qafas strateġiku ġdid fl-edukazzjoni u t-taħriġ wara l-2020. |
|
13. |
Tirrapporta lill-Kunsill dwar is-segwitu tar-Rakkomandazzjoni b’konformità mal-modalitajiet tal-oqfsa u l-għodod eżistenti. |
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
C. B. MATEI
(1) Dok. 13129/17.
(2) ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391.
(3) COM(2017) 673 final.
(4) ĠU C 421, 8.12.2017, p. 2.
(6) Id-definizzjoni tas-snin bikrin hija mit-twelid sa, is-soltu, l-età ta’ 6 snin, livell ta’ edukazzjoni korrispondenti ISCED 0.
(8) ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1.
(9) Il-benefiċċji tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal u l-kundizzjonijiet għall-kisba tagħhom, Rapport tan-Netwerk Ewropew ta’ Esperti dwar l-Ekonomija tal-Edukazzjoni (EENEE).
(10) L-Istudju dwar il-Progress tal-Litteriżmu Internazzjonali fil-Qari (PIRLS).
(11) Il-Programm għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti (PISA), OECD (2016), Edukazzjoni mad-daqqa t’għajn.
(12) Il-Kummissjoni Ewropea (2014), Studju dwar l-użu effettiv tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal għall-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola.
(13) L-ewwel lingwa: il-varjetà (jiet) tal-lingwa miksuba fi tfulija bikrija (bejn wieħed u ieħor qabel l-età ta’ sentejn jew tliet snin) li fihom il-fakultà tal-lingwa umana ġiet miksuba għall-ewwel darba. Dan it-terminu huwa ppreferut minn ilsien nattiv, li ħafna drabi ma jkunx eżatt peress li l-ewwel lingwa ma tkunx neċessarjament dik tan-nattiv biss.
(14) The Economics of Human Development and Social Mobility. Annual Reviews of Economics, Vol.6 (2014), 689-733.
(15) ĠU C 155, 25.5.2011, p. 10.
(16) COM(2017)252 final.
(17) A Review of Research on the Effects of Early Childhood Education and Care on Child Development. Rapport dwar il-Proġett CARE (2015).
(18) COM(2018) 273 final.
(19) OECD (2017), Nibdew b’Saħħitna 2017: Indikaturi ewlenin tal-OECD dwar l-Edukazzjoni u l-Kura Bikrija tat-Tfal; Eurofound (2015), Kura bikrija tat-tfal: L-aċċessibbiltà u l-kwalità tas-servizzi.
(20) P8_TA(2017)0360.
(21) Id-dokument ta’ politika (2008) ta’ Children in Europe, Young children and their services: developing a European approach.
(22) Proposal for key principles of a Quality Framework for Early Childhood Education and Care (2014), rapport tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Edukazzjoni u l-Kura Bikrija tat-Tfal taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni Ewropea.
(23) Eurofound (2015), Kura Bikrija tat-Tfal: kondizzjonijiet tax-xogħol, taħriġ u kwalità tas-servizzi - Rieżami sistematika.
(24) Il-Kummissjoni Ewropea (2011), CoRe: Rekwiżiti ta’ Kompetenza fl-Edukazzjoni u l-Kura Bikrija tat-Tfal.
(25) Il-professjonalizzazzjoni tal-Assistenti tat-Tfal fl-Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal (ECEC): Pathways towards Qualification, rapport NESET II (2016).
(26) The current state of national ECEC quality frameworks, or equivalent strategic policy documents, governing ECEC quality in EU Member States, Rapport NESET II 4/2017.
(27) SN 100/1/02 REV 1.
(28) COM(2018) 273 final.
(29) ĠU C 417, 15.12.2015, p. 25.
(30) COM(2018) 273 final.
(31) Il-Kummissjoni Ewropea (2017), Il-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ.
(32) ISCED 0.1 u ISCED 0.2.
ANNESS
It-tfal għandhom id-dritt għal edukazzjoni u kura bikrija affordabbli u ta’ kwalità tajba tat-tfal.
Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali
It-tagħlim u l-edukazzjoni jibdew mit-twelid u s-snin bikrin huma dawk l-aktar formattivi fil-ħajja tat-tfal peress li dawn jistabbilixxu l-pedamenti għall-iżvilupp tul ħajjithom. Dan il-Qafas ta’ Kwalità jipprovdi prinċipji ewlenin u approċċ Ewropew għal sistemi ta’ edukazzjoni u kura bikrija ta’ kwalità għolja tat-tfal bbażati fuq prattiki tajba fl-Istati Membri tal-UE u riċerka tal-ogħla livell. Dan jinkludi għaxar dikjarazzjonijiet ta’ kwalità li huma strutturati fuq ħames oqsma usa’ ta’ kwalità: aċċess, persunal, kurrikulu, monitoraġġ u evalwazzjoni, u governanza u finanzjament. L-għaxar dikjarazzjonijiet ta’ kwalità jiddeskrivu l-karatteristiċi ewlenin ta’ servizzi ta’ kwalità għolja kif identifikati fil-prattika. Il-qafas ta’ kwalità huwa għodda ta’ governanza mmirata biex tipprovdi orjentazzjoni għall-iżvilupp u ż-żamma ta’ sistemi ta’ edukazzjoni u ta’ kura bikrija tat-tfal.
L-għan ewlieni tal-qafas huwa li jiddeskrivi sistema li tista’ tipprovdi edukazzjoni u kura bikrija ta’ kwalità għolja tat-tfal għat-tfal kollha u l-iżvilupp tagħha; hija ggwidata mill-prinċipji li ġejjin:
|
— |
servizzi ta’ kwalità għolja huma kruċjali biex jippromwovu l-iżvilupp u t-tagħlim tat-tfal u, fuq medda twila ta’ żmien, itejbu l-opportunitajiet edukattivi tagħhom; |
|
— |
il-parteċipazzjoni tal-ġenituri bħala msieħba ta’ servizzi bħal dawn hija essenzjali - il-familja hija l-aktar post importanti għat-tfal biex jikbru u jiżviluppaw, u l-ġenituri (u t-tuturi) huma responsabbli għall-benessri, is-saħħa u l-iżvilupp ta’ kull tifel u tifla; |
|
— |
is-servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal għandhom ikunu ċċentrati fuq it-tfal, jinvolvu b’mod attiv lit-tfal u jagħrfu l-fehmiet tat-tfal. |
IL-QAFAS TA’ KWALITÀ TAL-UE GĦALL-EDUKAZZJONI U L-KURA BIKRIJA TAT-TFAL
L-AĊĊESS għal servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija ta’ kwalità tat-tfal għat-tfal kollha jikkontribwixxi għall-iżvilupp b’saħħtu u s-suċċess edukattiv tagħhom, u jgħin biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi soċjali u d-differenza fil-kompetenza bejn it-tfal bi sfondi soċjoekonomiċi differenti. L-aċċess ekwu huwa essenzjali wkoll biex jiżgura li l-ġenituri, speċjalment in-nisa, ikollhom il-flessibilità biex (jerġgħu) jintegraw fis-suq tax-xogħol.
Dikjarazzjonijiet tal-kwalità:
1. Provvista li hija disponibbli u aċċessibbli għall-familji kollha u t-tfal tagħhom
Id-dritt legali universali għal servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal jipprovdi bażi solida biex jintlaħqu t-tfal kollha. Id-data dwar il-popolazzjoni u l-istħarriġ tal-ġenituri dwar id-domanda għal postijiet ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal tista’ sservi bħala bażi għall-istima ta’ aktar ħtiġijiet u kapaċità ta’ aġġustament.
Il-provvista tista’ tindirizza ostakli li jistgħu jipprevjenu l-familji u t-tfal milli jipparteċipaw. Din tista’ tinkludi adattament tal-miżati mitluba għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal biex jippermetti wkoll aċċess għall-familji bi dħul baxx. Hemm ukoll evidenza li l-flessibilità fil-ħinijiet tal-ftuħ u arranġamenti oħra jistgħu jippermettu l-parteċipazzjoni speċjalment għat-tfal ta’ ommijiet li jaħdmu, familji b’ġenitur wieħed u minn gruppi ta’ minoranza jew żvantaġġati.
Provvediment li jkun mqassam b’mod ugwali f’żoni urbani u rurali, distretti sinjuri u foqra, u reġjuni tista’ twessa’ l-aċċess għall-gruppi żvantaġġati fis-soċjetà. Id-disponibbiltà u l-affordabbiltà ta’ servizzi ta’ kwalità għolja f’distretti fejn jgħixu familji foqra, familji ta’ minoranzi jew ta’ migranti jew ta’ refuġjati ġiet irrapportata li għandha l-akbar impatt fuq l-appoġġ tal-ekwità u l-inklużjoni soċjali.
2. Provvista li tħeġġeġ il-parteċipazzjoni, issaħħaħ l-inklużjoni soċjali u tħaddan id-diversità
Il-postijiet ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal jistgħu jinkoraġġixxu b’mod attiv il-parteċipazzjoni billi jinvolvu lill-ġenituri, lill-familji u lill-persuni li jindukraw fi proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet (eż. f’kumitati tal-ġenituri). Li jintlaħqu l-familji - speċjalment familji b’ġenitur wieħed u żvantaġġati jew ta’ minoranza jew ta’ migranti - b’inizjattivi mmirati jippermettilhom li jesprimu l-ħtiġijiet tagħhom u jippermetti li s-servizzi jqisuhom meta jfasslu l-provvista għat-talbiet tal-komunitajiet lokali.
Ir-reklutaġġ ta’ persunal minn gruppi emarġinati, migranti jew ta’ minoranza jista’ jiġi mħeġġeġ billi ntwera li huwa ta’ vantaġġ jekk il-kompożizzjoni tal-persunal fil-postijiet ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal tirrifletti d-diversità fil-komunità.
Il-ħolqien ta’ ambjent li jilqgħek għat-tfal li jagħti valur lil-lingwi, lill-kultura u lill-ambjent tad-dar tagħhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-sens ta’ appartenenza tagħhom. L-iżvilupp professjonali xieraq u kontinwu jħejji wkoll persunal biex jilqa’ u jappoġġa lit-tfal bilingwi.
Il-postijiet ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal jistgħu jiżviluppaw prattiki tajba fil-familji biex joħolqu transizzjoni bla xkiel mill-ambjent tad-dar għall-post u jrawmu livelli għolja ta’ parteċipazzjoni tal-ġenituri billi jorganizzaw inizjattivi speċifiċi.
IL-PERSUNAL huwa l-aktar fattur sinifikanti għar-riżultati tal-benessri, tat-tagħlim u tal-iżvilupp tat-tfal. Għalhekk il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-iżvilupp professjonali tal-persunal jitqiesu bħala komponenti essenzjali tal-kwalità.
Dikjarazzjonijiet tal-kwalità:
3. Persunal ikkwalifikat tajjeb b’taħriġ inizjali u kontinwu li jippermettilu li jissodisfa r-rwol professjonali tiegħu
Is-sistemi effettivi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal jikkunsidraw li jgħollu l-istatus professjonali tal-persunal, li huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ bħala wieħed mill-fatturi ewlenin tal-kwalità, billi jgħollu l-livelli tal-kwalifiki, joffru status professjonali attraenti u prospetti tal-karriera flessibbli u mogħdijiet alternattivi għall-assistenti. Dan jista’ jkun appoġġat billi wieħed jimmira għal persunal pedagoġiku li jkun magħmul minn professjonisti bi kwalifiki għoljin li għandhom kwalifika professjonali sħiħa speċjalizzata fl-edukazzjoni bikrija tat-tfal, flimkien ma’ persunal ta’ assistenti.
Il-programmi ta’ edukazzjoni inizjali tal-ogħla livell huma mfassla flimkien ma’ prattikanti u jipprovdu bilanċ tajjeb bejn it-teorija u l-prattika. Huwa wkoll ta’ vantaġġ jekk il-programmi ta’ edukazzjoni jħejju lill-persunal biex jaħdem b’mod kollettiv u jtejjeb il-kompetenzi riflettivi. Dawn il-programmi jistgħu jibbenefikaw minn persunal ta’ taħriġ biex jaħdem ma’ gruppi diversi lingwistikament u kulturalment, minn familji ta’ minoranza, migranti u ta’ dħul baxx.
Persunal li jkun mgħammar biex isegwi l-ħtiġijiet, l-interessi u l-potenzjal ta’ żvilupp ta’ tfal żgħar u kapaċi jsib problemi potenzjali ta’ żvilupp u ta’ tagħlim jista’ jappoġġa b’mod aktar attiv l-iżvilupp u t-tagħlim tat-tfal. Opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali regolari, mfassla apposta u kontinwi huma ta’ benefiċċju għall-membri kollha tal-persunal, inklużi l-assistenti u l-persunal awżiljarju.
Fir-rigward tal-elementi meħtieġa għall-iżvilupp u l-psikoloġija tat-tfal, il-kompetenzi għall-persunal għandhom, f’konformità mal-istrutturi differenti tat-taħriġ fl-Istati Membri, jinkludu għarfien dwar is-sistemi ta’ protezzjoni tat-tfal, u b’mod aktar ġenerali dwar id-drittijiet tat-tfal.
4. Kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ appoġġ inkluż tmexxija professjonali li toħloq opportunitajiet għall-osservazzjoni, ir-riflessjoni, l-ippjanar, il-ħidma f’tim u l-kooperazzjoni mal-ġenituri
Is-sistemi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal li jimmiraw għal kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba, inklużi livelli ta’ pagi aktar adegwati, jistgħu jagħmlu l-impjiegi fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal għażla aktar attraenti għal persunal ikkwalifikat aħjar li jkun qed jfittex karrieri xierqa.
Il-proporzjonijiet bejn l-adulti u t-tfal u d-daqs tal-grupp huma l-aktar adegwati jekk ikunu ddisinjati b’mod xieraq għall-età u l-kompożizzjoni tal-grupp ta’ tfal, peress li t-tfal iż-żgħar jeħtieġu aktar attenzjoni u kura.
Il-komunitajiet ta’ tagħlim professjonali, fejn jeżistu fi ħdan u madwar il-postijiet, urew impatt pożittiv billi allokaw ħin u spazju għal prattiki kolleġġjali tal-persunal u xogħol konġunt.
L-offerta ta’ mentoraġġ u superviżjoni għal persunal ġdid reklutat matul l-induzzjoni tiegħu tista’ tgħinu jissodisfa malajr ir-rwoli professjonali tiegħu.
IL-KURRIKULU huwa għodda b’saħħitha biex ittejjeb il-benessri, l-iżvilupp u t-tagħlim tat-tfal. Qafas pedagoġiku wiesa’ jistabbilixxi l-prinċipji biex isostnu l-iżvilupp u t-tagħlim tat-tfal permezz ta’ prattiki edukattivi u ta’ kura li jissodisfaw l-interessi, il-ħtiġijiet u l-potenzjal tat-tfal.
Dikjarazzjonijiet tal-kwalità:
5. Kurrikulu bbażat fuq għanijiet, valuri u approċċi pedagoġiċi li jippermettu lit-tfal jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom filwaqt li jindirizza l-iżvilupp soċjali, emozzjonali, konjittiv u fiżiku tagħhom u l-benessri tagħhom
Approċċi pedagoġiċi ċċentrati fuq it-tfal jistgħu jsostnu aħjar l-iżvilupp ġenerali tat-tfal, jipprovdu appoġġ għall-istrateġiji ta’ tagħlim tagħhom u jippromwovu l-iżvilupp konjittiv u mhux konjittiv tagħhom billi jibnu b’mod aktar sistematiku fuq tagħlim esperjenzali, logħob u interazzjonijiet soċjali.
Hemm evidenza qawwija li kurrikulu espliċitu huwa gwadann għaliex jista’ jipprovdi qafas koerenti għall-kura, l-edukazzjoni u s-soċjalizzazzjoni bħala partijiet integrali tal-provvista ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal. Idealment dan il-qafas jiddefinixxi l-għanijiet pedagoġiċi li jippermettu lill-edukaturi li jippersonalizzaw l-approċċ tagħhom għall-ħtiġijiet individwali tat-tfal u jista’ jipprovdi linji gwida għal ambjent ta’ tagħlim ta’ kwalità għolja. Dan jagħti kunsiderazzjoni xierqa biex jinkludi d-disponibbiltà ta’ kotba u materjal stampat ieħor biex jgħin fl-iżvilupp tal-litteriżmu tat-tfal.
Permezz tal-promozzjoni tad-diversità, l-ugwaljanza u l-kuxjenza lingwistika, qafas ta’ kurrikulu effettiv jippromwovi l-integrazzjoni tal-migranti u r-refuġjati. Dan jista’ jrawwem l-iżvilupp kemm tal-lingwa nattiva tagħhom kif ukoll tal-lingwa tal-edukazzjoni.
6. Kurrikulu li jeħtieġ persunal li jikkollabora mat-tfal, mal-kollegi u mal-ġenituri u li jirrifletti dwar il-prattika tiegħu
Kurrikulu jista’ jgħin biex jinvolvi aħjar lill-ġenituri, lill-partijiet ikkonċernati u lill-persunal u biex jiżgura li jirrispondi b’mod aktar adegwat għall-ħtiġijiet, l-interessi u l-potenzjal tat-tfal.
Kurrikulu jista’ jiddefinixxi rwoli u proċessi għall-persunal biex jikkollabora regolarment mal-ġenituri kif ukoll ma’ kollegi f’servizzi oħra tat-tfal (inklużi s-setturi tas-saħħa, tal-kura soċjali u tal-edukazzjoni).
Kull meta jkun possibbli, il-kurrikulu jista’ jipprovdi linji gwida għall-persunal għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal biex jikkoordina mal-persunal tal-iskola dwar it-transizzjoni tat-tfal lejn l-iskejjel primarji u/jew pre-primarji.
MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI isostnu l-kwalità. Meta jindikaw l-punti tajbin u d-dgħufijiet il-proċessi tagħhom jistgħu jkunu komponenti importanti ta’ titjib tal-kwalità fis-sistemi ta’ edukazzjoni bikrija tat-tfal. Jistgħu jipprovdu appoġġ lill-partijiet ikkonċernati u lil dawk li jfasslu l-politika fit-teħid ta’ inizjattivi li jirrispondu għall-ħtiġijiet tat-tfal, tal-ġenituri u tal-komunitajiet lokali.
Dikjarazzjonijiet tal-kwalità:
7. Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni jipproduċu informazzjoni fil-livell rilevanti lokali, reġjonali u/jew nazzjonali biex jiġi appoġġat it-titjib kontinwu fil-kwalità tal-politika u l-prattika
Informazzjoni trasparenti dwar is-servizz u l-persunal jew dwar l-implimentazzjoni tal-kurrikulu fil-livell xieraq – nazzjonali, reġjonali u lokali – tista’ tgħin biex titjieb il-kwalità.
Feedback b’informazzjoni regolari tista’ tagħmel il-proċess ta’ evalwazzjoni tal-politiki aktar faċli, anki billi tippermetti li jiġi analizzat l-użu ta’ fondi pubbliċi u ta’ dak li hu effettiv u f’liema kuntest.
Biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet tat-tagħlim tal-persunal u biex jittieħdu d-deċiżjonijiet it-tajba dwar kif l-aħjar li titjieb il-kwalità tas-servizz u l-iżvilupp professjonali, huwa ta’ benefiċċju li l-mexxejja tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal jiġbru d-data rilevanti fil-ħin.
8. Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni li huma fl-aħjar interess tat-tfal
Sabiex jiġu protetti d-drittijiet tat-tfal, għandhom jiġu integrati politiki b’saħħithom dwar il-protezzjoni tat-tfal/is-salvagwardja tat-tfal fi ħdan is-sistema ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal biex jgħinu fil-protezzjoni tat-tfal minn kull forma ta’ vjolenza. Il-politiki effettivi għall-protezzjoni tat-tfal ikopru erba’ oqsma wiesgħa: (1) il-politika, (2) in-nies, (3) il-proċeduri, u (4) il-kontabilità. Aktar informazzjoni dwar dawn l-oqsma tista’ tinstab fi “Standards għas-salvagwardja tat-tfal u kif jiġu implimentati” maħruġa minn Keeping Children Safe.
Il-proċessi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni jistgħu jippromwovu impenn attiv u kooperazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati kollha. Kull min hu kkonċernat fl-iżvilupp tal-kwalità jista’ jikkontribwixxi għal – u jibbenefika minn – prattiki ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.
L-evidenza disponibbli tindika li taħlita ta’ metodi ta’ monitoraġġ (eż. osservazzjoni, dokumentazzjoni, valutazzjoni narrattiva tal-kompetenzi u t-tagħlim tat-tfal) tista’ tipprovdi informazzjoni utli u tagħti kont tal-esperjenzi u l-iżvilupp tat-tfal, inkluż li tgħin fi transizzjoni bla xkiel għall-iskola primarja.
Jistgħu jinħolqu għodod ta’ monitoraġġ u proċeduri ta’ evalwazzjoni parteċipattiva biex it-tfal ikunu jistgħu jinstemgħu u jkunu espliċiti dwar l-esperjenzi tagħhom ta’ tagħlim u soċjalizzazzjoni fil-postijiet.
IL-GOVERNANZA U L-FINANZJAMENT huma kruċjali biex jippermettu l-provvista ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal biex ikollha r-rwol tagħha fl-iżvilupp u t-tagħlim personali tat-tfal u fit-tnaqqis tad-differenza fil-kisbiet u fit-trawwim tal-koeżjoni soċjali. Il-kwalità tirriżulta minn politiki pubbliċi komprensivi u koerenti li jorbtu l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal ma’ servizzi oħra kkonċernati mal-benessri tat-tfal żgħar u l-familji tagħhom.
Dikjarazzjonijiet tal-kwalità:
9. Il-partijiet ikkonċernati għandhom fehim ċar u kondiviż tar-rwol u r-responsabbiltajiet tagħhom, u jafu li huma mistennija li jikkollaboraw ma’ organizzazzjonijiet sħab
Il-provvista ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal tibbenefika minn kollaborazzjoni mill-qrib mas-servizzi kollha li jaħdmu għat-tfal, inkluż is-servizzi soċjali u tas-saħħa, l-iskejjel u l-partijiet ikkonċernati lokali. Dawn l-alleanzi bejn l-aġenziji wrew li jkunu aktar effettivi jekk ikunu rregolati minn qafas ta’ politika koerenti li jista’ jrawwem b’mod proattiv il-kollaborazzjoni u l-investiment fit-tul fil-livell lokali.
L-involviment tal-partijiet ikkonċernati ntwera li huwa kruċjali biex ifassal u jimplimenta provvista ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal.
L-integrazzjoni jew il-koordinazzjoni ta’ servizzi responsabbli mir-regolamenti differenti dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal jista’ jkollha effett pożittiv fuq il-kwalità tas-sistema.
10. Il-progress fil-leġislazzjoni, regolament u/jew finanzjamenti ta’ appoġġ lejn dritt universali għal edukazzjoni u kura bikrija ta’ kwalità għolja u affordabbli tat-tfal, u l-progress jiġi regolarment irrappurtat lill-partijiet ikkonċernati rilevanti
It-titjib tal-kwalità fil-provvista tas-servizz għat-tfal kollha jista’ jinkiseb aħjar billi progressivament jinbena dritt legali universali. Dan jinkludi l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal minn età bikrija. Jista’ jkun utli li jiġi evalwat jekk servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal bbażati fuq is-suq joħolqux aċċess mhux ugwali jew kwalità aktar baxxa għal tfal żvantaġġati u, jekk meħtieġ, isiru pjanijiet għal azzjonijiet ta’ rimedju.
Rabta mill-qrib mal-politiki dwar ix-xogħol, is-saħħa u dawk soċjali tkun b’mod ċar ta’ vantaġġ peress li tista’ tippromwovi ridistribuzzjoni aktar effiċjenti tar-riżorsi billi timmira għal aktar finanzjament lejn gruppi u distretti żvantaġġati.
|
5.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/15 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Mejju 2019
dwar approċċ komprensiv lejn it-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi
(2019/C 189/03)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikoli 165 u 166 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fil-Komunikazzjoni “It-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura (1)”, il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta l-viżjoni għal Żona Ewropea tal-Edukazzjoni li fiha l-edukazzjoni inklużiva, it-taħriġ u r-riċerka ta’ kwalità għolja ma jkunux imxekkla mill-fruntieri; li wieħed iqatta’ xi żmien fi Stat Membru ieħor biex jistudja, jitgħallem, jew jaħdem saret xi ħaġa standard; hu ħafna aktar komuni li wieħed jitkellem żewġ lingwi flimkien mal-lingwa materna tiegħu; u n-nies għandhom sens qawwi tal-identità tagħhom bħala Ewropej, kif ukoll konxji mill-wirt kulturali u lingwistiku u mid-diversità tiegħu. |
|
(2) |
Fis-sessjoni ta’ ħidma informali tas-Summit ta’ Gothenburg għal impjiegi ġusti u t-tkabbir, il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern iddiskutew ir-rwol tal-edukazzjoni u l-kultura għall-ġejjieni tal-Ewropa. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2017 (2) isejħu lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom, biex imexxu l-ħidma ’l quddiem f’dan il-qasam. |
|
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu, adottati f’Barċellona fil-15 u fis-16 ta’ Marzu 2002, il-Kunsill Ewropew sejjaħ għal aktar azzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni “sabiex tittejjeb il-ħakma tal-ħiliet bażiċi, b’mod partikolari billi jiġu mgħallma almenu żewġ lingwi barranin minn età bikrija ħafna”. |
|
(4) |
Il-kompetenza fil-litteriżmu u l-kompetenza multilingwi huma definiti fost it-tmiem kompetenzi ewlenin fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (3). |
|
(5) |
Il-kompetenzi multilingwi (4) huma ċentrali fil-viżjoni ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. Biż-żieda fil-mobbiltà għall-edukazzjoni, għat-taħriġ u għax-xogħol ġewwa l-Unjoni, biż-żieda fil-migrazzjoni minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni, u l-kooperazzjoni globali ġenerali, is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom bżonn iqisu mill-ġdid l-isfidi fit-tagħlim u fl-apprendiment tal-lingwi u l-opportunitajiet ipprovduti mid-diversità lingwistika tal-Ewropa. |
|
(6) |
Billi jiżdied u jitjieb l-apprendiment u t-tagħlim tal-lingwi, tista’ tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Din tista’ trawwem l-iżvilupp ta’ identità Ewropea fid-diversità kollha tagħha, filwaqt li tikkumplementa l-identitajiet u t-tradizzjonijiet lokali, reġjonali u nazzjonali u jkun hemm fehim aħjar tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Il-kompetenza multilingwi tipprovdi fehim aħjar ta’ kulturi oħra, u b’hekk tikkontribwixxi għall-iżvilupp taċ-ċittadinanza u tal-kompetenzi demokratiċi. |
|
(7) |
Kważi nofs l-Ewropej (5) jirrappurtaw li mhumiex kapaċi jagħmlu konverżazzjoni bi kwalunkwe lingwa oħra għajr bl-ewwel lingwa tagħhom (6). In-nuqqas ta’ kompetenzi multilingwi huwa sors ta’ diffikultà, li jxekkel l-iskambji ta’ natura sinifikanti bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-individwi speċjalment f’reġjuni tal-fruntiera (7). |
|
(8) |
Fl-edukazzjoni sekondarja, erbgħa minn kull għaxar studenti biss jilħqu l-livell ta’ “utent indipendenti” fl-ewwel lingwa barranija, li jindika l-kapaċità li wieħed jagħmel konverżazzjoni sempliċi. Kwart biss jiksbu dan il-livell fit-tieni lingwa barranija (8). Analiżi komparattiva tal-lingwi fl-edukazzjoni u t-taħriġ uriet li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jiffaċċaw sfidi biex jiżguraw eżiti xierqa ta’ apprendiment fil-qasam tal-lingwi. Filwaqt li l-isfidi jeżistu fis-setturi kollha tal-edukazzjoni, dawn huma partikolarment akuti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fejn ikun hemm anqas enfasi fuq l-apprendiment tal-lingwi. |
|
(9) |
Wieħed mill-ostakli ewlenin biex wieħed jieħu benefiċċju mill-opportunitajiet offruti mill-programmi Ewropej għall-edukazzjoni, għat-taħriġ u għaż-żgħażagħ jibqa’ l-kompetenza lingwistika limitata. Min-naħa l-oħra, kompetenza lingwistika msaħħa ser tippermetti lill-persuni jibbenefikaw aktar mill-opportunitajiet li joffri s-suq intern, bħall-moviment liberu tal-ħaddiema, kif ukoll jieħdu deċiżjoni aktar infurmata dwar opportunitajiet f’pajjiżi oħra tal-UE. |
|
(10) |
Il-kompetenza multilingwi tipprovdi vantaġġi kompetittivi kemm għan-negozji kif ukoll għall-persuni li jkunu qed ifittxu x-xogħol – jekk tifforma parti minn sett usa’ ta’ ħiliet utli. Hemm korrelazzjoni pożittiva bejn il-ħiliet fil-lingwi barranin u l-probabbiltà li tkun f’impjieg. Madankollu, ir-riżultati mill-aħħar Stħarriġ dwar it-Taħriġ Vokazzjonali Kontinwu (CVTS 2016) juru li 7,9 % biss tal-kumpaniji (li jipprovdu taħriġ għall-impjegati tagħhom) jibagħtu lill-impjegati tagħhom għall-korsijiet tal-lingwi (minn 22,1 % fis-Slovakkja għal 0,5 % fl-Irlanda). |
|
(11) |
Il-persuni għandhom bżonn is-sett xieraq ta’ ħiliet u ta’ kompetenzi biex isostnu l-istandards attwali ta’ għajxien, jappoġġaw ir-rati għolja ta’ impjiegi u jrawmu l-koeżjoni soċjali fid-dawl tas-soċjetà u d-dinja tax-xogħol tal-futur. Il-kisba ta’ kompetenza multilingwi aħjar tista’ ssostni ż-żieda fil-mobbiltà u l-kooperazzjoni fi ħdan l-Unjoni. Dan huwa importanti wkoll sabiex tiġi żgurata integrazzjoni sħiħa tal-immigranti tfal, studenti u adulti. |
|
(12) |
Hemm bżonn li jiġu esplorati modi ġodda ta’ apprendiment għal soċjetà li qed issir dejjem aktar mobbli u diġitali. B’mod partikolari, l-iżviluppi diġitali jippermettu li jkun hemm aktar u aktar apprendiment u prattika tal-lingwi barra mill-klassi u l-kurrikuli. Il-proċeduri attwali ta’ valutazzjoni ma jirriflettux bis-sħiħ dawn l-iżviluppi. |
|
(13) |
L-ewwel prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jiddikjara li kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u apprendiment tul il-ħajja ta’ kwalità u inklużiv sabiex kulħadd ikollu u jakkwista ħiliet li jippermettulu jipparteċipa sħiħa fis-soċjetà u jkollu transizzjonijiet ta’ suċċess fis-suq tax-xogħol. Il-kompetenza multilingwi hija waħda mill-kompetenzi ewlenin li tista’ trawwem l-impjegabbiltà, is-sodisfazzjon personali, iċ-ċittadinanza attiva, il-fehim interkulturali u l-inklużjoni soċjali; din hija definita bħala “l-kapaċità li jintużaw lingwi differenti b’mod adatt u effettiv għall-komunikazzjoni”. |
|
(14) |
Aktar minn nofs l-Istati Membri jirrikonoxxu uffiċjalment il-lingwi reġjonali jew ta’ minoranza fi ħdan il-fruntieri tagħhom għal skopijiet legali jew amministrattivi, inklużi l-lingwi nazzjonali tas-sinjali. Ħafna minn dawn il-lingwi jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Il-lingwi miżjuda mill-popolazzjonijiet tal-immigranti jew tar-refuġjati jgħaqqdu l-istampa lingwistika fl-Ewropa. |
|
(15) |
L-iskejjel qed isiru aktar konxji tan-neċessità li jkun żgurat li t-tfal kollha, irrispettivament mill-ambjent u mill-ewwel lingwa, jiksbu livell verament tajjeb tal-lingwa tal-iskola, jekk ikun xieraq permezz ta’ miżuri speċjali ta’ appoġġ. Dan isostni l-ekwità u l-opportunitajiet indaqs, u jnaqqas ir-riskju ta’ tluq bikri mill-iskola. |
|
(16) |
Is-sensibilizzazzjoni favur il-lingwi fl-iskejjel tista’ tinkludi s-sensibilizzazzjoni u l-fehim tal-kompetenzi tal-litteriżmu u dawk multilingwi tal-istudenti kollha, inklużi l-kompetenzi f’lingwi li ma jiġux mgħallma fl-iskola. L-iskejjel jistgħu jagħmlu distinzjoni bejn livelli differenti ta’ kompetenza multilingwi meħtieġa skont il-kuntest u l-iskop u li jikkorrispondu għaċ-ċirkostanzi, il-bżonnijiet, il-kapaċitajiet u l-interessi ta’ kull student. |
|
(17) |
In-nuqqas ta’ għalliema f’xi suġġetti, inkluż fil-lingwi moderni barranin, tissemma bħala sfida f’aktar min-nofs is-sistemi tal-edukazzjoni tal-Unjoni Ewropea u diversi Stati Membri introduċew riformi jew inċentivi biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ għalliema tal-lingwi. Dawk ir-riformi u l-inċentivi jistgħu jinkludu boroż ta’ studju biex jattiraw persuni gradwati fil-lingwi b’esperjenza professjonali oħra lejn it-tagħlim jew fil-programmi riformati tal-edukazzjoni tal-għalliema. |
|
(18) |
Inizjattivi biex jittejbu l-kompetenzi ewlenin fl-edukazzjoni skolastika, inkluż billi jkun hemm rabta aħjar bejn l-esperjenza reali tal-ħajja u l-apprendiment akkademiku, bl-użu tat-teknoloġiji diġitali u bl-appoġġ għall-innovazzjoni fl-iskejjel, saħħew l-attenzjoni fuq l-eżiti tal-apprendiment. Dawn appoġġaw ukoll il-kisba tal-kompetenza multilingwi. |
|
(19) |
L-Apprendiment Integrat tal-Kontenut u tal-Lingwa, jiġifieri li s-suġġetti jiġu mgħallma permezz ta’ lingwa barranija, u l-għodod diġitali u online għall-apprendiment tal-lingwi wrew li kienu effiċjenti għal kategoriji differenti ta’ studenti. L-għalliema tal-lingwi fl-Ewropa kollha jistgħu jibbenefikaw minn żvilupp professjonali kontinwu kemm biex jaġġornaw il-kompetenza diġitali tagħhom kif ukoll biex jitgħallmu kif l-aħjar jappoġġaw il-prattika tat-tagħlim tagħhom bl-użu ta’ metodoloġiji differenti u ta’ teknoloġiji ġodda. Inventarju ta’ riżorsi edukattivi miftuħa jista’ jappoġġahom biex jagħmlu dan, b’kont meħud tal-ħidma tal-Kunsill tal-Ewropa. |
|
(20) |
Inizjattivi varji fl-Ewropa appoġġaw id-definizzjoni u l-iżvilupp tal-kompetenza lingwistika. Il-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi jappoġġa l-apprendiment u t-tagħlim tal-lingwi kollha bħala strument ta’ referenza trasparenti, koerenti u komprensiv għall-valutazzjoni u għat-tqabbil tal-livelli ta’ kompetenza. Dan jagħmel distinzjoni bejn il-livell ta’ utent bażiku, il-livell ta’ utent indipendenti u l-livell ta’ utent profiċjenti, u b’dan tal-aħħar, utent ikun jista’ jaħdem jew jistudja fil-lingwa vvalutata. Fl-2018, l-istrument ġie kkomplementat b’deskritturi ġodda għall-medjazzjoni, il-lingwi tas-sinjali u oqsma oħra u b’ġabriet ta’ deskritturi għal studenti żgħażagħ, bil-ħsieb li l-Qafas isir aktar aċċessibbli għal udjenza usa’. |
|
(21) |
Il-Passaport tal-Lingwi Europass huwa format standardizzat għall-valutazzjoni personali tal-ħiliet lingwistiċi, li juża l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi. Huwa jgħin liċ-ċittadini jikkomunikaw il-ħiliet lingwistiċi tagħhom matul perijodu ta’ mobbiltà, sew jekk għal skopijiet edukattivi, ta’ impjieg jew ta’ taħriġ, filwaqt li jgħin ukoll lill-impjegaturi jifhmu l-ħiliet lingwistiċi tal-forza tax-xogħol. |
|
(22) |
It-Tikketta Ewropea għal-Lingwi (9) tippremja l-eċċellenza u l-innovazzjoni fit-tagħlim tal-lingwi fil-pajjiżi parteċipanti kollha. Din tipprovdi inċentiv għall-iskejjel u istituzzjonijiet oħra biex jużaw metodoloġiji u strateġiji ġodda li jindirizzaw prijoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali jew Ewropej. Din wasslet biex żdiedet is-sensibilizzazzjoni dwar il-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tat-tagħlim u tal-apprendiment tal-lingwi u biex tissaħħaħ id-dinamika multilingwi fis-setturi edukattivi kollha. |
|
(23) |
L-Istati Membri kollha rrikonoxxew il-ħtieġa li jsaħħu l-multilingwiżmu u li jiżviluppaw il-kompetenza multilingwi fl-Unjoni. Il-Kummissjoni Ewropea ser taħdem fuq proposta għal sett ġdid ta’ punti ta’ riferiment Ewropej għall-edukazzjoni u t-taħriġ flimkien ma’ opzjonijiet għall-ġbir tad-data, li jista’ jinkludi punt ta’ riferiment Ewropew dwar il-kompetenzi lingwistiċi, bil-għan li tingħata stampa aktar preċiża tal-kompetenza multilingwi fl-Unjoni. Dawn il-punti ta’ riferiment ser jiġu diskussi u deċiżi mill-Kunsill fil-kuntest tal-istabbiliment tal-qafas strateġiku l-ġdid fl-edukazzjoni u t-taħriġ wara l-2020. |
|
(24) |
Filwaqt li tirrikonoxxi li l-kompetenza multilingwi tinkiseb tul il-ħajja u li jenħtieġ li l-opportunitajiet jkunu disponibbli fl-istadji kollha tal-ħajja, din ir-Rakkomandazzjoni tindirizza b’mod partikolari l-edukazzjoni primarja u sekondarja u t-taħriġ, inkluż meta possibbli l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali. |
|
(25) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità. |
JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI:
F’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali u Ewropea, ir-riżorsi disponibbli u ċ-ċirkostanzi nazzjonali, u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha:
|
(1) |
Jesploraw modi biex iż-żgħażagħ kollha jiġu megħjuna jiksbu qabel it-tmiem tal-edukazzjoni u t-taħriġ sekondarju għoli – flimkien mal-lingwi tal-iskola – meta possibbli, livell ta’ kompetenza mill-inqas f’lingwa Ewropea waħda oħra li tippermettilhom jużaw il-lingwa b’mod effettiv għal skopijiet soċjali, ta’ apprendiment u professjonali, u biex iħeġġu l-kisba ta’ lingwa addizzjonali (it-tielet lingwa) f’livell li jippermettilhom jinteraġixxu bi grad ta’ faċilità ta’ użu (10). |
|
(2) |
Japplikaw approċċi komprensivi biex itejbu t-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi fil-livelli nazzjonali, reġjonali, lokali jew tal-iskola kif ikun xieraq, u fejn rilevanti, jagħmlu użu mill-eżempji ta’ -politika li jinsabu fl-Anness. |
|
(3) |
Jiżguraw li s-setturi kollha tal-edukazzjoni primarja u sekondarja jiġu indirizzati, billi jibdew minn kmieni kemm jista’ jkun, inkluż l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali. |
|
(4) |
Bħala parti minn dawn l-approċċi komprensivi, jappoġġaw l-iżvilupp tas-sensibilizzazzjoni dwar il-lingwi fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali billi:
|
|
(5) |
Jappoġġaw lill-għalliema, lil min iħarreġ, lill-ispetturi u lill-mexxejja tal-iskejjel fl-iżvilupp tas-sensibilizzazzjoni dwar il-lingwi billi:
|
|
(6) |
Iħeġġu r-riċerka f’pedagoġiji innovattivi, inklużivi u multilingwi kif ukoll l-użu tagħhom, inkluż pereżempju l-użu ta’ għodod diġitali, l-interkomprensjoni u modi kif jiġu mgħallma s-suġġetti f’lingwa barranija (Apprendiment Integrat tal-Kontenut u tal-Lingwa) u l-innovazzjoni tal-edukazzjoni inizjali tal-għalliema. |
|
(7) |
Jiżguraw li l-kompetenzi lingwistiċi miksuba fi stadji differenti tal-edukazzjoni u tat-taħriġ jiġu monitorjati, filwaqt li tiġi kkomplementata l-informazzjoni eżistenti dwar l-opportunitajiet biex wieħed jitgħallem il-lingwi. |
|
(8) |
Jirrappurtaw permezz tal-oqfsa u l-għodod eżistenti dwar l-esperjenzi u l-progress fil-promozzjoni tal-apprendiment tal-lingwi. |
B’DAN JILQA’ L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI:
|
(9) |
Tappoġġa s-segwitu ta’ din ir-Rakkomandazzjoni billi tiffaċilita l-apprendiment reċiproku fost l-Istati Membri u tiżviluppa għodod u riżorsi multilingwi f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, bħal:
|
|
(10) |
Issaħħaħ il-mobbiltà tal-istudenti tal-iskola, ta’ dawk mgħallma fl-edukazzjoni u fit-taħriġ vokazzjonali u l-għalliema, min iħarreġ, l-ispetturi u l-mexxejja tal-iskejjel fi ħdan il-Programm Erasmus+ u tappoġġa b’mod ġenerali l-użu tal-finanzjament mill-Unjoni, bħal pereżempju mill-Erasmus+, minn Orizzont 2020, mill-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) jew mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, fejn ikun xieraq, għall-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni u tal-Anness tagħha, mingħajr ebda preġudizzju għan-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. |
|
(11) |
Issaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa, u maċ-Ċentru Ewropew għal-Lingwi Moderni, fil-qasam tal-apprendiment tal-lingwi biex issaħħaħ il-metodi innovattivi fit-tagħlim u fl-apprendiment tal-lingwi u biex iżżid is-sensibilizzazzjoni dwar ir-rwol kruċjali tal-apprendiment tal-lingwi fis-soċjetajiet moderni. |
|
(12) |
Tirrapporta dwar is-segwitu tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni primarjament permezz tal-oqfsa u l-għodod eżistenti. |
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
C.B. MATEI
(1) COM(2017)673 final
(2) EUCO 19/1/17 REV 1
(4) Waqt li l-Kunsill tal-Ewropa juża t-terminu “plurilingwiżmu” biex jirreferi għal kompetenzi ta’ individwi f’għadd ta’ lingwi, id-dokumenti uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jużaw “multilingwiżmu” biex jiddeskrivu kemm l-kompetenzi individwali kif ukoll is-sitwazzjonijiet fis-soċjetà. Dan hu parzjalment minħabba d-diffikultajiet biex issir distinzjoni bejn plurilingwi u multilingwi f’lingwi oħra minbarra l-Ingliż u l-Franċiż.
(5) Europeans and their languages - special Eurobarometer report summary 2012.
(6) L-ewwel lingwa: il-varjetà(-jiet) ta’ lingwa li tinkiseb u tintuża fit-tfulija (bejn wieħed u ieħor qabel l-età ta’ sentejn jew tliet snin) li fiha tinkiseb l-ewwel il-kapaċità lingwistika tal-bniedem. Dan it-terminu huwa ppreferut minn lingwa materna, li spiss mhux terminu adatt peress li l-ewwel lingwa mhux neċessarjament dik materna biss.
(7) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE (COM(2017)534).
(8) European Commission (2012) - First European Survey on language competences, executive summary.
(9) It-Tikketta Ewropea għal-Lingwi tingħata fil-livell nazzjonali u hija appoġġata mill-programm Erasmus+.
(10) Il-kisba ta’ lingwi klassiċi, bħall-Grieg Antik u l-Latin tista’ tkun parti mir-repertorju lingwistiku tal-istudent.
(11) L-eTwinning hija komunità ta’ għalliema mill-iskejjel preprimarji sal-iskejjel sekondarji għolja, li jiġu ospitati fuq pjattaforma sigura tal-Internet.
(12) Abbażi tal-esperjenzi u tal-għarfien espert żviluppati mill-Kunsill tal-Ewropa waqt il-ħolqien u l-aġġornament tal-Qafas u miċ-Ċentru Ewropew għal-Lingwi Moderni u l-Kummissjoni Ewropea fl-applikazzjoni ta’ dan ix-xogħol fl-edukazzjoni tal-għalliema permezz ta’ proġetti ffinanzjati b’mod konġunt:
(13) Bħalissa l-Europass joffri għodda ta’ awtovalutazzjoni għall-kompetenza lingwistika u l-funzjonament u l-effettività ta’ dan ser ikunu rieżaminati bħala parti mill-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni dwar il-Europass.
ANNESS
Sensibilizzazzjoni favur il-Lingwi fl-Iskejjel – l-iżvilupp ta’ approċċi komprensivi għall-apprendiment tal-lingwi
Approċċi lingwistiċi komprensivi jistgħu jsostnu l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni dwar l-apprendiment tal-lingwi. Dan l-anness jelenka għadd ta’ prinċipji pedagoġiċi u prattiki tajbin, li b’mod komuni għandhom l-għan li jżidu s-sensibilizzazzjoni lingwistika ġenerali fl-iskejjel, bl-għan aħħari li jtejbu r-riżultati tal-apprendiment tal-lingwi.
It-tagħlim tal-lingwi huwa element importanti fis-suġġetti kollha meta wieħed iħares lejn il-modi differenti ta’ kif tintuża l-lingwa fil-klassi u r-rwol vitali li għandha l-lingwa fl-apprendiment u l-fehim tal-kontenut ta’ suġġett. Il-ħakma ta’ għarfien tajjeb ta’ lingwa akkademika timxi id f’id mal-iżvilupp tal-fehim u l-għarfien ta’ suġġett.
Is-sensibilizzazzjoni favur il-lingwi fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali tista’ tgħin biex nifhmu li l-apprendiment tal-lingwi huwa proċess dinamiku u hu continuum – il-ksib tal-ewwel lingwa u r-reġistri u l-istili differenti tagħha jkompli u jintrabat b’mod profond mal-apprendiment ta’ lingwi oħra, f’livelli differenti ta’ profiċjenza skont iċ-ċirkostanzi, il-bżonnijiet u l-interessi ta’ kull student.
Is-sensibilizzazzjoni favur il-lingwi fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali tista’ tappoġġa r-riflessjonijiet dwar id-dimensjoni lingwistika fil-livelli kollha tal-organizzazzjoni tal-iskola, it-tagħlim u l-prattika: fl-iżvilupp tal-litteriżmu, fl-apprendiment tal-lingwi barranin, fit-tagħlim ta’ suġġetti, għar-rikonoxximent ta’ lingwi oħra miġjuba mill-istudenti, fil-komunikazzjoni mal-ġenituri u fl-ambjent usa’ tal-iskola, eċċ.
Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn id-diversi membri tal-komunità tal-iskola, idealment f’kunċett tal-iskola bħala organizzazzjoni ta’ apprendiment jew f’approċċ ta’ skola sħiħa, tista’ tippromwovi tali fehim ta’ sensibilizzazzjoni lingwistika.
Sabiex tiġi appoġġata s-sensibilizzazzjoni favur il-lingwi fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali, ġew identifikati l-eżempji ta’ prattika tajba li ġejjin.
1. Il-multilingwiżmu fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali
|
— |
Attitudni pożittiva lejn id-diversità lingwistika tista’ tgħin biex jinħoloq ambjent favur il-lingwi fejn l-apprendiment u l-użu ta’ diversi lingwi jitqiesu bħala rikkezza u riżorsa. Is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza tal-apprendiment tal-lingwi, u dwar il-benefiċċji edukattivi, konjittivi, soċjali, interkulturali, professjonali u ekonomiċi tal-użu usa’ tal-lingwi tista’ tiżdied u titħeġġeġ. |
|
— |
L-iżvilupp tal-kompetenza lingwistika u tas-sensibilizzazzjoni lingwistika jista’ jiġi integrat b’mod trasversali fil-kurrikuli. L-integrazzjoni tal-lingwi u ta’ suġġetti oħra tista’ tagħti l-possibilità li jingħata apprendiment aktar awtentiku mmirat lejn sitwazzjonijiet fil-ħajja ta’ kuljum. |
|
— |
Il-motivazzjoni tal-istudenti biex jistudjaw il-lingwi tista’ tissaħħaħ billi l-kontenut tal-edukazzjoni jintrabat ma’ ħajjithom u mal-interessi tagħhom stess, filwaqt li jitqies l-apprendiment informali u jiġu mħeġġa sinerġiji ma’ attivitajiet mhux kurrikulari. Ir-rabtiet bejn il-prattika tal-lingwi fil-ħajja ta’ kuljum u l-iskejjel jew l-edukazzjoni vokazzjonali u l-istituzzjonijiet tat-taħriġ jistgħu jissaħħu permezz tar-rikonoxximent tal-apprendiment preċedenti tal-lingwi, u billi tiġi offruta l-possibilità li l-kompetenza multilingwi li tirriżulta mill-apprendiment informali (pereżempju fil-każ ta’ studenti minn ambjenti ta’ migrazzjoni, ta’ refuġjati jew bilingwi) jew milli wieħed jattendi sistema ta’ skola formali f’pajjiż barrani fejn l-istudent ikun għex preċedentement, jitniżżlu fiċ-ċertifikati ta’ tluq mill-iskola. |
|
— |
Ir-repertorju lingwistiku sħiħ tal-istudent jista’ jingħata valur u jiġi appoġġat fl-iskola u jista’ jintuża wkoll bħala riżorsa pedagoġika għal apprendiment ulterjuri tal-istudenti kollha. L-istudenti jistgħu jgħinu lil xulxin fl-apprendiment, jispjegaw il-lingwa(i) tagħhom lil oħrajn u jqabblu l-lingwi. |
|
— |
L-iskejjel jistgħu joffru firxa usa’ ta’ lingwi minbarra l-lingwi globali ewlenin ta’ komunikazzjoni. L-offerta tista’ tkun differenti skont jekk pajjiż għandux żewġ lingwi tal-istat jew aktar jew jekk hemmx interess iddikjarat li jippromwovi l-apprendiment tal-lingwa ta’ pajjiż ġar. |
|
— |
It-twaqqif ta’ sħubiji bejn skejjel preprimarji u istituzzjonijiet ta’ kura u skejjel fir-reġjuni tal-fruntieri li ser iħeġġu lit-tfal jitgħallmu l-lingwa tal-ġar tagħhom minn età bikrija u jnaqqas l-ostakli lingwistiċi fir-reġjuni transfruntiera. |
|
— |
L-iskejjel u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali jiġu mħeġġa aktar biex jużaw il-Jum Ewropew tal-Lingwi u t-Tikketta Ewropea għal-Lingwi biex jippromwovu l-apprendiment tal-lingwi u d-diversità lingwistika. Il-promozzjoni ta’ tikketti tal-iskejjel b’dimensjoni Ewropea partikolari biex titrawwem il-perspettiva Ewropea għall-iskejjel u ċ-ċentri tat-taħriġ. |
2. Tagħlim effiċjenti u innovattiv għal apprendiment imsaħħaħ tal-lingwi
|
— |
Il-potenzjal tal-għodod diġitali jista’ jitħaddan bis-sħiħ biex jittejbu l-apprendiment, it-tagħlim u l-valutazzjoni tal-lingwi. It-teknoloġija tista’ tappoġġa b’mod massiv it-twessigħ tal-offerta lingwistika, tipprovdi opportunitajiet għall-espożizzjoni lingwistika, u tista’ tkun utli ħafna biex tappoġġa dawk il-lingwi li mhumiex mgħallmin fl-iskejjel. F’dan il-kuntest, l-iżvilupp tal-ħsieb kritiku u tal-litteriżmu medjatiku kif ukoll użu xieraq u sikur tat-teknoloġija jistgħu jkunu element essenzjali tal-apprendiment. |
|
— |
Il-kooperazzjoni virtwali bejn l-iskejjel permezz tal-eTwinning u forom oħra ta’ kooperazzjoni virtwali tista’ tippermetti liż-żgħażagħ itejbu l-apprendiment tal-lingwi, jaħdmu ma’ kollegi minn pajjiż ieħor u jħejju għall-mobbiltà biex jistudjaw, jitħarrġu jew jagħmlu volontarjat barra minn pajjiżhom. |
|
— |
Il-mobbiltà tal-istudenti, inkluż permezz tal-Erasmus+, tista’ ssir parti integrali tal-proċess tal-apprendiment. Jenħtieġ li din tiġi estiża għall-mobbiltà virtwali u usa’ tal-persunal. |
|
— |
Tista’ tintuża taħlita ta’ valutazzjoni dijanjostika, formattiva u kumulattiva mill-għalliema, mill-ħarrieġa u mill-istudenti biex jimmonitorjaw u jevalwaw l-iżvilupp tal-lingwi; jintużaw portafolli lingwistiċi individwali biex jiġi ttraċċat il-progress, pereżempju, permezz tal-Portafoll Ewropew tal-Lingwi jew il-Passaport tal-Lingwi Europass. |
3. Appoġġ għall-għalliema u għall-ħarrieġa
|
— |
L-għalliema tal-lingwi moderni jistgħu jiġu mħeġġa jieħdu sehem fi skemi ta’ skambju ma’ pajjiżi fejn hija mitkellma l-lingwa fil-mira tagħhom, bħala parti mill-edukazzjoni inizjali tagħhom u/jew bħala parti mill-iżvilupp professjonali addizzjonali. Kull għalliem tal-lingwa gradwat ġdid jista’ jqatta’ preferibbilment semestru ta’ apprendiment jew ta’ tagħlim barra mill-pajjiż. |
|
— |
L-għalliema u l-ħarrieġa ta’ suġġetti li mhumiex il-lingwi moderni jistgħu jiksbu sensibilizzazzjoni lingwistika u għarfien dwar id-didattika lingwistika, u jiksbu strateġiji biex jappoġġaw lill-istudenti. |
|
— |
L-assistenti lingwistiċi jistgħu jiġu inklużi fit-tagħlim tal-lingwi, billi jużaw l-opportunitajiet ipprovduti minn skemi ta’ skambju bejn l-Istati Membri. |
|
— |
Opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali kontinwu jistgħu jsiru aċċessibbli għall-għalliema (permezz ta’ netwerks, komunitajiet ta’ prattika, korsijiet tal-lingwa onlajn massivi, ċentri ta’ għarfien espert, apprendiment kooperattiv online, riċerka ta’ azzjoni kollaborattiva, eċċ.) sabiex dawn jinżammu aġġornati mal-aktar innovazzjonijiet pedagoġiċi reċenti u biex itejbu l-ħiliet tagħhom. |
4. Sħubijiet u rabtiet fl-ambjent usa’ tal-iskola biex isostnu l-apprendiment tal-lingwi
|
— |
L-iskejjel u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali jistgħu jikkooperaw mal-ġenituri dwar kif jistgħu jsostnu l-apprendiment tal-lingwi ta’ wliedhom, speċjalment meta t-tfal jikbru b’aktar minn lingwa waħda jew jużaw lingwa differenti d-dar mil-lingwa tal-iskola. |
|
— |
L-iskejjel u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali jistgħu jiżviluppaw sħubijiet ma’ ċentri/laboratorji lingwistiċi, libreriji pubbliċi, ċentri kulturali jew assoċjazzjonijiet kulturali, universitajiet u ċentri ta’ riċerka oħra biex joħolqu ambjenti ta’ apprendiment aktar impenjattivi, biex jarrikkixxu l-użu tal-lingwi u biex itejbu u jinnovaw il-prattika tat-tagħlim. |
|
— |
L-iskejjel, l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u l-muniċipalitajiet jistgħu jiġbru flimkien ir-riżorsi biex joħolqu ċentri lingwistiċi b’offerta akbar ta’ lingwi, sabiex jiġu sostnuti l-lingwi inqas mitkellma, u/jew lingwi li ma jiġux mgħallma fl-iskejjel. |
|
— |
Il-kooperazzjoni mal-impjegaturi fir-reġjun jew lil hinn minnu tista’ tgħin biex jiżdied il-fehim tal-importanza tal-kompetenza multilingwi fil-ħajja tax-xogħol u tista’ tgħin biex jiġi żgurat li l-kompetenza multilingwi miksuba b’mod effettiv issostni l-impjegabbiltà. |
|
— |
Jistgħu jiġu mħeġġa sħubiji transfruntiera bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ fir-reġjuni tal-fruntieri. Il-mobbiltà tal-istudenti, tal-għalliema, tal-ħarrieġa u tal-persunal amministrattiv, kif ukoll tal-kandidati tad-dottorati u tar-riċerkaturi, tista’ tiġi ffaċilitata billi tingħata informazzjoni u korsijiet bil-lingwi mitkellma fil-pajjiż ġar. Il-promozzjoni tal-multilingwiżmu f’dawn is-sħubiji transfruntiera jistgħu jħejju lill-gradwati biex jidħlu fis-suq tax-xogħol fiż-żewġ naħat tal-fruntiera. |
|
— |
Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni tal-għalliema. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
5.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/23 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti
(2019/C 189/04)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
|
1. |
FILWAQT LI JFAKKAR fl-isfond politiku għal din il-kwistjoni kif stabbilit fl-Anness għal dawn il-konklużjonijiet, u b’mod partikolari li:
|
|
2. |
JIEĦU NOTA TAD-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (12) li jagħti rendikont tal-miżuri ta’ implimentazzjoni, ippubblikat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni. |
|
3. |
JINNOTA l-progress li sar, u b’mod partikolari li:
|
|
4. |
JISSOTTOLINJA l-impenn tiegħu lejn l-ambizzjoni stabbilita fir-Rakkomandazzjoni, u JAPPELLA lill-Istati Membri, fid-dawl tar-Rakkomandazzjoni u f’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali, iċ-ċirkostanzi u r-riżorsi disponibbli, u f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali u l-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, fejn possibbli, biex:
|
|
5. |
JISTIEDEN lill-Kummissjoni biex:
|
(1) Dok. 13129/17.
(3) World Economic Forum: Future of Jobs report, 2018.
(4) Labour Force Survey, 2018.
(5) Labour Force Survey, 2018.
(6) Rapport dwar l-Inklużjoni u l-Ħiliet Diġitali, il-Kummissjoni Ewropea, data tal-2017.
(7) L-Awstrija, il-Belġju-FL, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, il-Finlandja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, in-Netherlands, il-Polonja, l-Iżvezja, is-Slovenja, is-Slovakkja, ir-Renju Unit u l-Ungerija.
(8) OECD, PIAAC, 2016.
(9) Skills Matter, OECD, 2016.
(10) ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.
(11) Fl-2017, l-ogħla kwalifika li kellhom 61,3 miljun persuna ta’ bejn il-25 u l-64 sena kienet kwalifika ta’ edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell (Eurostat, Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol, 2018). Fl-2012, is-sena tal-ġbir tad-data tal-PIAAC, l-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol irreġistra li 70 miljun persuna ta’ bejn il-25 u l-64 sena, l-ogħla kwalifiki li kellhom kienu kwalifiki ta’ edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell. Din iċ-ċifra naqset kull sena minn dak iż-żmien ’l hawn, b’mod partikolari għaliex: a) il-livelli edukattivi ta’ dawk li jilħqu l-25 sena huma ogħla hekk kif aktar żgħażagħ jispiċċaw it-tieni ċiklu tal-edukazzjoni sekondarja jew ekwivalenti, u b) minħabba li l-persuni fl-età tal-irtirar għandhom, b’mod ġenerali, livelli aktar baxxi ta’ edukazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ xi pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant.
(12) “Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti: it-teħid ta’ rendikont tal-miżuri ta’ implimentazzjoni” SWD (2019) 89 final.
ANNESS
Kuntest Politiku
|
1. |
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (1) |
|
2. |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2008, dwar kif l-iggwidar tul il-ħajja jista’ jiġi integrat aħjar fl-istrateġiji ta’ tagħlim tul il-ħajja (2) |
|
3. |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 dwar linji politiċi sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel (3) |
|
4. |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar Aġenda Ewropea mġedda għat-tagħlim għall-adulti (4) |
|
5. |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (5) |
|
6. |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013 dwar it-twaqqif ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ (6) |
|
7. |
Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) (7) |
|
8. |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2016 dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol (8) |
|
9. |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa: naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività (10 ta’ Ġunju 2016) |
|
10. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti (9) |
|
11. |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2017 dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (QEK) (10) |
|
12. |
Deċiżjoni (UE) 2018/646 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ April 2018 dwar qafas komuni għall-għoti ta’ servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass) u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE (11) |
|
13. |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2018 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (12) |
|
14. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-mixja lejn viżjoni għal Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (13) |
(1) ĠU L 307, 18.11.2008, p. 11.
(2) ĠU C 319, 13.12.2008, p. 4.
(4) ĠU C 372, 20.12.2011, p. 1.
(5) ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.
(6) ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1.
(7) ĠU C 417, 15.12.2015, p. 25.
(9) ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.
(10) ĠU C 189, 15.6.2017, p. 15.
(11) ĠU L 112, 2.5.2018, p. 42.
|
5.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/28 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar iż-Żgħażagħ u l-Futur tax-Xogħol
(2019/C 189/05)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
BILLI:
|
1. |
L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 tirrikonoxxi li ż-żgħażagħ huma arkitetti ta’ ħajjithom stess, jikkontribwixxu għal bidla pożittiva fis-soċjetà u jsaħħu l-ambizzjonijiet tal-UE, u li l-politika taż-żgħażagħ tista’ tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ spazju fejn iż-żgħażagħ jistgħu jaħtfu opportunitajiet u jirrelataw mal-valuri Ewropej. Fid-dawl tat-tibdil fix-xenarju tal-impjiegi, l-Unjoni Ewropea għandha tappoġġa l-iżvilupp personali u l-formazzjoni taż-żgħażagħ lejn l-awtonomija, tibni r-reżiljenza tagħhom u tgħammarhom bir-riżorsi meħtieġa biex jipparteċipaw fis-soċjetà, u b’hekk tikkontribwixxi għall-qerda tal-faqar fost iż-żgħażagħ u l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni, kif ukoll għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali. |
|
2. |
“Il-futur tax-xogħol” huwa terminu ġenerali li jiddeskrivi l-evoluzzjoni tal-impjiegi fuq perijodu ta’ żmien medju sa twil kif affettwat minn ċerti xejriet. F’kuntest ta’ diversità fost iż-żgħażagħ tal-UE, “il-futur tax-xogħol” huwa xprunat fost l-oħrajn minn:
|
|
3. |
Iż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea għandhom it-tendenza li jaraw il-ħajja tax-xogħol tagħhom fil-futur b’biża’ jew inċertezza (2). Il-preżenza ta’ tali diffikultà, speċjalment jekk magħquda mar-rifjut tal-impjiegi, kwistjonijiet ta’ kwalità fit-tqabbil mal-impjiegi, xogħol prekarju jew pressjoni soċjali biex jinstab jew jinżamm impjieg, tista’ tħalli impatt negattiv fuq l-istat emozzjonali taż-żgħażagħ, li potenzjalment iwassal ukoll għal kwistjonijiet tas-saħħa mentali u fiżika jew tħassib dejjem jikber fost iż-żgħażagħ Ewropej (3). |
|
4. |
L-esperjenza tal-lum b’forom ġodda ta’ impjiegi tindika li fil-futur jista’ jkun hemm żieda f’forom aktar flessibbli ta’ kuntrattar ta’ ħaddiema, b’effetti pożittivi potenzjali fuq id-distribuzzjoni tal-forza tax-xogħol u l-benesseri personali għal dawk li jadottaw stil ta’ ħajja freelance. Min-naħa l-oħra, filwaqt li tali impjiegi għandhom it-tendenza li jittieħdu miż-żgħażagħ, b’mod partikolari minn dawk b’inqas opportunitajiet, hemm riskju akbar li wieħed jinqabad f’impjiegi temporanji bi dħul baxx, bi ftit li xejn kopertura ta’ protezzjoni soċjali u bi probabbiltà baxxa ta’ avvanz professjonali. |
|
5. |
Pedament sod ta’ ħiliet u gwida xierqa appoġġati minn informazzjoni dwar il-ħiliet ta’ kwalità tajba u sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità għolja, adattabbli u reattivi, inkluż il-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja, jistgħu jgħinu liż-żgħażagħ jagħmlu transizzjonijiet b’suċċess lejn u fis-suq tax-xogħol u jibnu karrieri sodisfaċenti. |
|
6. |
Fil-kuntest li tiġi żgurata fondazzjoni konjittiva solida, il-promozzjoni tal-formazzjoni ta’ ħiliet li jrawmu l-użu effettiv u l-fehim tat-teknoloġija hija prerekwiżit fl-ambjent futur tax-xogħol. Il-ħiliet ma għandhomx jiffokaw biss fuq l-għarfien tajjeb ta’ teknoloġiji ġodda, iżda wkoll fuq il-fehim ta’ kif dawn jistgħu jgħinu biex jinfluwenzaw lis-soċjetà. Meta jżidu l-kapaċitajiet tagħhom sabiex jibbenefikaw b’mod effettiv minn bidla fin-natura tax-xogħol, iż-żgħażagħ Ewropej għandhom ikunu mgħammra wkoll b’kompetenzi ewlenin li jinvolvu ħiliet personali relatati fost l-oħrajn mas-soluzzjoni ta’ problemi, il-komunikazzjoni, il-ħiliet intraprenditorjali, il-ħsieb kritiku, il-ħsieb kreattiv, l-awtopreżentazzjoni, l-awtoespressjoni u n-negozjar. |
|
7. |
Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jistabbilixxi li kulħadd għandu d-dritt “għal assistenza f’waqtha u mfassla apposta biex jittejbu l-opportunitajiet ta’ impjiegi jew il-prospetti ta’ impjiegi indipendenti. Dan jinkludi d-dritt li wieħed jirċievi appoġġ għal tfittxija, taħriġ u kwalifikazzjoni mill-ġdid ta’ xogħol. Kulħadd għandu d-dritt li jittrasferixxi l-protezzjoni soċjali u l-intitolamenti ta’ taħriġ matul tranżizzjonijiet professjonali” u wkoll “għal trattament ġust u ugwali fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-aċċess għall-protezzjoni soċjali u t-taħriġ”. Biex jiġu mħejjija għall-futur tax-xogħol, ser ikun kruċjali għalhekk li “ż-żgħażagħ għandhom id-dritt għal edukazzjoni kontinwa, apprendistat, traineeships jew offerta ta’ xogħol ta’ kwalità tajba sa erba’ (4) xhur minn meta jiġu qiegħda jew iħallu l-edukazzjoni” (4). |
|
8. |
Il-fehmiet u l-viżjoni taż-Żgħażagħ Ewropej dwar kwistjonijiet relatati max-xogħol, kif riflessi fl-Għanijiet dwar iż-Żgħażagħ, b’mod partikolari nru 7 “Impjiegi ta’ Kwalità għal Kulħadd”, ġew integrati fl-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2019-2027 u fil-Pjan ta’ Ħidma 2019-2021 li jakkumpanjaha. |
JISSOTTOLINJA LI:
|
9. |
Il-ġenerazzjonijiet futuri ta’ żgħażagħ Ewropej ser jidħlu f’xenarju ta’ xogħol mimli b’opportunitajiet u sfidi, f’kuntest globali fejn l-UE ser tistinka biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħha u b’hekk ittejjeb il-kompetittività ekonomika, il-produttività tax-xogħol u l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tagħha, u tiżgura li l-għanijiet, l-aspettattivi u l-ambizzjonijiet taż-żgħażagħ jistgħu jintlaħqu. |
|
10. |
In-natura tax-xogħol li qed tinbidel tista’ tħalli impatt pożittiv fuq il-ħajja taż-żgħażagħ Ewropej u l-ġenerazzjonijiet futuri. Fl-istess ħin, jeħtieġ li jiġu indirizzati l-preokkupazzjonijiet u l-implikazzjonijiet rilevanti - relatati ma’ fost l-oħrajn, il-forom ta’ impjiegi u l-istatus tal-impjiegi - li jakkumpanjaw lil dawn it-trasformazzjonijiet, speċjalment fir-rigward taż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet li jistgħu jkunu b’livell baxx ta’ ħiliet. F’dan il-kuntest, hemm bżonn li jiżdiedu l-informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni fost iż-żgħażagħ dwar l-implikazzjonijiet ta’ forom differenti ta’ impjieg u l-istatus tal-impjiegi. |
|
11. |
Iż-żgħażagħ Ewropej iqisu li l-impjiegi għandhom jkunu waħda mit-tliet prijoritajiet ewlenin tal-UE, kif ukoll wieħed mill-oqsma fejn l-UE teħtieġ tieħu azzjoni sabiex tħeġġeġ liż-żgħażagħ jesprimu solidarjetà (5). Dan juri l-inklinazzjoni taż-żgħażagħ li jieħdu approċċ iċċentrat fuq il-bniedem għall-ħajja professjonali futura tagħhom. |
|
12. |
L-ewwel impjiegi għandhom joħolqu l-bini ta’ karriera sodisfaċenti li trawwem mobbilità soċjali għall-aħjar, speċjalment għaż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet, inkluż iż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs). F’konformità mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, b’mod partikolari l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli Nru 8, kif ukoll mal-Għan dwar iż-Żgħażagħ Nru 7, xogħol deċenti għandu jiġi ttrattat bħala aspirazzjoni leġittima taż-żgħażagħ, sa mill-ewwel esperjenza professjonali b’remunerazzjoni inizjali tagħhom. |
|
13. |
Persuni li jitilqu kmieni mill-iskola u żgħażagħ b’livell baxx ta’ edukazzjoni huma mistennija li jibqgħu vulnerabbli f’kuntest ta’ futur tax-xogħol, fejn id-differenzi fil-pagi bejn il-membri tal-forza tax-xogħol b’ħiliet baxxi u medji jistgħu jkunu mistennija li jiżdiedu, u b’hekk potenzjalment jiġġeneraw sfidi ta’ faqar fost dawk li jaħdmu. Filwaqt li qed jonqsu fl-għadd (6), in-NEETs għadhom vulnerabbli ħafna u ser ikomplu jiġu assistiti mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ (7). Għal dawk li jibqgħu barra, il-Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet (8) għandhom joffru opportunitajiet ulterjuri li jagħtu spinta lill-ħiliet bażiċi tagħhom u li jagħmlu progress lejn il-kwalifiki mitluba mis-suq tax-xogħol. |
|
14. |
L-iżgurar ta’ transizzjonijiet bla xkiel mill-iskola għax-xogħol u minn xogħol għal ieħor, flimkien mal-iffaċilitar tal-impjiegi għaż-żgħażagħ, inkluż it-tnaqqis ta’ perjodi ta’ barra mix-xogħol, huma kruċjali biex jiġu evitati marki dejjiema fil-karrieri tax-xogħol tagħhom (9). |
|
15. |
Għandha ssir aktar enfasi fuq il-valuri u l-politiki li jippromwovu x-xogħol li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja taż-żgħażagħ infushom, iżda wkoll biex isiru kontribuzzjonijiet sinifikanti għall-benesseri ġenerali tal-ambjent soċjali u fiżiku li jgħixu fih. F’dan il-kuntest, l-iżvilupp sostenibbli għandu jsostni approċċi għall-futur tax-xogħol. |
|
16. |
Hemm ħtieġa kontinwa li jiġi promoss aċċess ugwali għal impjiegi ta’ kwalità għaż-żgħażagħ kollha fil-futur, u li jittieħdu miżuri kontra l-forom kollha ta’ stereotipizzazzjoni li jinfluwenzaw l-aspirazzjonijiet tat-tfal tal-lum fil-qasam tal-impjieg u jillimitaw l-aċċess għal ċerti impjiegi, filwaqt li jipperpetwaw id-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza fl-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll fis-suq tax-xogħol. |
|
17. |
Minbarra l-iżvilupp tal-ħiliet, il-ħidma fost iż-żgħażagħ għandha impatt pożittiv fuq il-ħajja taż-żgħażagħ, b’mod partikolari dawk b’inqas opportunitajiet, inkluż fil-kuntest tas-saħħa mentali jew kwistjonijiet emozzjonali assoċjati mal-qgħad jew ostakli fil-proċess ta’ tiftix ta’ impjieg. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI, F’KONFORMITÀ MAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ U FIL-LIVELLI XIERQA, BIEX:
|
18. |
Jagħtu attenzjoni speċjali lil żgħażagħ f’riskju ta’ emarġinazzjoni jew diskriminazzjoni bbażata fuq elementi bħalma huma l-oriġini etnika, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, id-diżabbiltà, ir-reliġjon, it-twemmin jew l-opinjoni politika, sabiex tiġi żgurata l-inklussività taż-żgħażagħ kollha fis-swieq tax-xogħol fil-futur. |
|
19. |
Jappoġġaw l-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjoni dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ, filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi, il-politiki u l-miżuri nazzjonali kif xieraq. |
|
20. |
Jekk ikun meħtieġ, jippromwovu u jagħtu prijorità lir-riformi tas-setturi kemm formali kif ukoll mhux formali tal-edukazzjoni u t-taħriġ, b’enfasi fuq l-iżvilupp u l-validazzjoni tal-kompetenzi ewlenin miksuba miż-żgħażagħ f’kuntesti ta’ tagħlim differenti, kemm f’kuntest ta’ edukazzjoni, volontarjat, traineeship jew impjiegi, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat it-tqabbil ta’ dawn il-kompetenzi mas-suq tax-xogħol u d-domanda futura tal-forza tax-xogħol. |
|
21. |
Issaħħu l-kooperazzjoni bl-għan ġenerali li jiġi ssodisfat id-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklużiv għat-tfal u ż-żgħażagħ kollha, speċifikament fir-rigward tat-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola u ż-żieda fl-opportunitajiet ta’ aċċess ugwali għall-edukazzjoni u x-xogħol għaż-żgħażagħ kollha, inkluż għal dawk li jakkumpanjaw lill-familji tagħhom li jirrilokaw għal skopijiet ta’ xogħol fi Stat Membru ieħor tal-UE (10). |
|
22. |
Jagħtu biżżejjed spazju għal suġġetti relatati mal-impjiegi waqt konsultazzjonijiet maż-żgħażagħ fi ħdan u/jew barra proċessi ta’ Djalogu tal-UE dwar iż-Żgħażagħ, sabiex jifhmu aħjar it-tħassib, l-interessi, l-aspettattivi u l-kapaċitajiet tagħhom. Huwa daqstant ieħor importanti li r-riżultati ta’ dawn il-konsultazzjonijiet ikunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ, dawk li jfasslu l-politika u min iħaddem sabiex jiġi żgurat segwitu. |
|
23. |
Jippromwovu l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ, li tiffoka fost l-oħrajn fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ intraprenditorjali, il-konsulenza, il-mentoraġġ jew is-servizzi tal-ikkowċjar għaż-żgħażagħ, u fejn xieraq dwar attivitajiet rilevanti ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ. L-intraprenditorija soċjali u inklużiva huma wkoll meqjusa bħala alternattivi vijabbli biex jiġi żgurat l-impjieg għaż-żgħażagħ miż-żgħażagħ, u b’hekk jiġu promossi l-attivitajiet ta’ solidarjetà. |
|
24. |
Jippromwovu l-użu tar-riżorsi li jsiru disponibbli taħt il-Fond Soċjali Ewropew, il-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali, l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, Erasmus +, jew il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-programmi suċċessuri tagħhom. Fejn xieraq f’dan il-kuntest, joffru gwida lil benefiċjarji potenzjali dwar kif jistgħu jagħmlu użu minn sinerġiji u komplementarjetajiet bejn dawn il-programmi. |
|
25. |
Fejn rilevanti, jagħmlu użu minn strumenti tal-politika taż-żgħażagħ tal-UE bħal Wiki taż-Żgħażagħ jew Pjanifikatur tal-Attivitajiet Nazzjonali Futuri u attivitajiet ta’ tagħlim reċiproku għall-iskambju ta’ prattiki tajba bil-għan li jitrawmu soluzzjonijiet politiċi konkreti fil-kuntest tat-transizzjoni futura taż-żgħażagħ lejn ix-xogħol. |
|
26. |
Jappoġġaw lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u atturi rilevanti oħrajn fit-tħejjija taż-żgħażagħ biex jipparteċipaw b’mod effettiv fi proċessi ta’ djalogu taż-żgħażagħ u biex isiru benefiċjarji tal-ħidma fost iż-żgħażagħ. |
|
27. |
Ikomplu jappoġġaw liż-żgħażagħ f’każijiet fejn il-qgħad, l-aspettattivi tal-impjiegi jew l-għażliet professjonali/edukattivi jistgħu jagħmluhom il-mira tal-istereotipizzazzjoni ġenerazzjonali. |
|
28. |
Jippromwovu approċċ ta’ politika transsettorjali meta jindirizzaw kwistjonijiet marbuta mal-impjiegi taż-żgħażagħ, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak Ewropew u fil-qafas tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. |
|
29. |
Fid-dawl taċ-ċirkostanzi nazzjonali, itejbu l-aċċess taż-żgħażagħ għall-protezzjoni soċjali billi jtejbu fejn meħtieġ il-kapaċità tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali biex jadattaw għar-realtà tal-prospetti ta’ impjiegi taż-żgħażagħ, billi jqisu l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ li ma għandhomx impjieg. |
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI EWROPEA BIEX
|
30. |
Tkompli tibni fuq l-esperjenza pożittiva tal-Europass (11) u l-oqfsa tal-Youthpass (12) biex tidentifika u tikkomunika l-ħiliet u l-kwalifiki tal-individwi, sabiex iżżid il-komunikazzjoni tagħha fost iż-żgħażagħ Ewropej, b’mod partikolari dawk b’inqas opportunitajiet, biex tgħinhom juru l-ħiliet tagħhom u jirrelataw mal-impjiegi rilevanti. |
|
31. |
Toffri gwida għal strutturi ta’ ġestjoni nazzjonali biex itejbu l-għarfien tal-benefiċjarji potenzjali dwar kif jistgħu jagħmlu użu minn sinerġiji u komplementarjetajiet meta jippromwovu opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE għaż-żgħażagħ. |
|
32. |
Tagħti prijorità lit-twaqqif ta’ sistemi li jappoġġjaw il-Prinċipju 1 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jiġifieri “kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklussivi sabiex iżomm u jakkwista ħiliet li jippermettulu jipparteċipa b’mod sħiħ fis-soċjetà u jimmaniġġja b’suċċess tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol” (13). |
|
33. |
Tkompli twettaq aktar riċerka kwalitattiva, kwantitattiva u bbażata fuq l-evidenza bbażata fuq data diżaggregata skont is-sessi dwar il-mobbilità soċjali interġenerazzjonali u intraġenerazzjonali b’fokus speċifiku fuq iż-żgħażagħ, kif ukoll aktar riċerka kwalitattiva dwar l-attitudnijiet u t-tħassib taż-żgħażagħ fir-rigward tat-transizzjoni għall-impjieg, bil-ħsieb li tiġi appoġġata l-effettività tal-Politiki tal-UE dwar iż-Żgħażagħ dwar kwistjonijiet ta’ impjiegi. |
|
34. |
Torganizza attivitajiet jew avvenimenti ta’ tagħlim reċiproku ma’ rappreżentanti mis-settur taż-żgħażagħ, it-trade unions, organizzazzjonijiet tan-negozju, u gvernijiet, biex jindirizzaw minn perspettiva transsettorjali, inkluż il-politika taż-żgħażagħ, l-isfidi u l-opportunitajiet li l-futur tax-xogħol ser iġib għaż-żgħażagħ Ewropej. |
|
35. |
Tuża l-istrumenti rilevanti kollha tal-UE, inkluż il-Koordinatur tal-UE għaż-Żgħażagħ, fir-rigward tax-xejriet li jaffettwaw in-natura tax-xogħol, bil-ħsieb li tiġi integrata perspettiva taż-żgħażagħ fit-tfassil ta’ politika transsettorjali fil-livell tal-UE u titħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. |
JISTIEDEN LIS-SETTUR TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ TAL-UE BIEX (14)
|
36. |
Jieħu approċċ attiv fir-rigward tal-iżgurar li ż-żgħażagħ ikunu rappreżentati u jipparteċipaw b’mod effettiv fid-Djalogu tal-UE dwar iż-Żgħażagħ u fil-proċessi ta’ djalogu soċjali, kemm fil-livell tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll f’dak tal-Istati Membri u sottonazzjonali, u b’hekk jitrawmu kooperazzjoni solida mal-awtoritajiet pubbliċi u s-sħab soċjali u ekonomiċi dwar aspetti li jirrigwardaw il-ħajja professjonali taż-żgħażagħ. |
|
37. |
Jikkontribwixxi għall-isforz tas-sensibilizzazzjoni fost il-ħaddiema żgħażagħ dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom, inkluż fir-rigward tal-fastidju fuq il-post tax-xogħol u l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni, bil-għan li jkunu mħarsa l-isforzi u t-taħriġ edukattiv tagħhom fil-kuntest tar-rekwiżiti tax-xogħol. |
|
38. |
Jieħu kont tal-informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol u l-ħiliet sabiex jitjiebu b’mod kostanti l-metodi ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ, bil-għan li tiżdied l-effikaċja tagħha bħala għodda għall-iżvilupp tal-ħiliet għaż-żgħażagħ. |
|
39. |
Jippromwovi attivitajiet ta’ ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ fost iż-żgħażagħ kollha, inkluż dawk f’riskju ta’ marġinalizzazzjoni fis-suq tax-xogħol minħabba l-faqar u l-esklużjoni soċjali. |
|
40. |
Jagħmel kuntatt mal-partijiet interessati rilevanti bil-ħsieb li jiġu stabbiliti sħubijiet fil-livell nazzjonali u b’hekk jingħata kontribut għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ. |
|
41. |
Jagħmel użu mill-opportunitajiet disponibbli fil-livelli tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali biex tiżdied il-kwalità tal-opportunitajiet ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ biex iż-żgħażagħ ikollhom aċċess għax-xogħol. |
(1) Eurostat (2018) L-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-UE.
(2) L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (2018), Nindirizzaw is-sitwazzjoni u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ, Imħejjija għat-Tieni Laqgħa tal-Kummissjoni Globali dwar il-Futur tax-Xogħol.
(3) Rapport Tematiku tad-Djalogu Strutturat ta-Ċiklu VI dwar l-Għan dwar iż-Żgħażagħ nru 5 Is-Saħħa u l-Benesseri Mentali (2018).
(4) Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Kapitolu I, Prinċipju 4 (Sostenn attiv għall-impjiegi) https://ec.europa.eu/commission/priorities/deeper-and-fairer-economic-and-monetary-union/european-pillar-social-rights/european-pillar-social-rights-20-principles_en. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ġie ffirmat b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fis-17 ta’ Novembru 2017, waqt is-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir li sar f’Gothenburg, l-Iżvezja.
(5) Flash Barometer 455 dwar iż-Żgħażagħ Ewropej (2018), Stħarriġ li sar minn “TNS political & social” fuq it-talba tal-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura
(6) Ir-rata tan-NEET għal dawk li għandhom bejn 15-29 sena naqset minn ċifra rekord ta’ 15,9 % fl-2012, għal 13,4 % fl-2017, skont l-Eurostat (L-iżvilupp sostenibbli fl-Unjoni Ewropea: Rapport ta’ monitoraġġ tal-Eurostat 2018 dwar il-progress lejn l-SDGs fil-kuntest tal-UE)
(7) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013 dwar l-istabbiliment ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ (ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1)
(8) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti (ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1)
(9) Eurofound (2017), Żgħażagħ qiegħda fit-tul: Karatteristiċi u rispons għall-politika, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.
(10) Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Kapitolu I, il-Prinċipju 1 (Edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja) (ibid nota 4 f’qiegħ il-paġna).
(11) https://europass.cedefop.europa.eu/
(12) https://www.youthpass.eu/en/
(13) Ibid nota 10 f’qiegħ il-paġna.
(14) Is-“settur taż-żgħażagħ tal-UE” ġeneralment jirreferi għat-totalità tal-organizzazzjonijiet, dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ, il-membri tal-akkademja, is-soċjetà ċivili taż-żgħażagħ jew esperti oħra involuti fl-iżvilupp tal-politika taż-żgħażagħ li jwettqu attivitajiet u proġetti rilevanti għaż-żgħażagħ fl-UE.
ANNESS
Bl-adozzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill ifakkar b’mod partikolari r-Riżoluzzjoni, il-Konklużjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
|
1. |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ (1) |
|
2. |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (2) |
|
3. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol taż-żgħażagħ fl-indirizzar tal-isfidi demografiċi fi ħdan l-Unjoni Ewropea (3) |
|
4. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Futur tax-Xogħol: Approċċ ibbażat fuq iċ-Ċiklu tal-Ħajja (4) |
|
5. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Futur tax-Xogħol: Tiġi ffaċilitata d-diġitalizzazzjoni (e-Easy) (5) |
|
6. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-ħidma fost iż-żgħażagħ għall-appoġġ liż-żgħażagħ fl-iżvilupp ta’ ħiliet essenzjali għall-ħajja li jiffaċilitaw it-transizzjoni b’suċċess tagħhom għall-ħajja adulta, iċ-ċittadinanza attiva u l-ħajja tax-xogħol (6) |
|
7. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ (7) |
|
8. |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja (8) |
|
9. |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ tal-perkors fil-karriera tal-gradwati (9) |
|
10. |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (10) |
|
11. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-mixja lejn viżjoni għal Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (11) |
|
12. |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom (12) |
|
13. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-intraprenditorija taż-żgħażagħ għat-trawwim tal-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ (13) |
(1) ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1.
(2) ĠU C 456, 18.12.2018, p. 1.
(3) ĠU C 196, 8.6.2018, p. 16.
(4) Dok. 10134/18.
(5) Dok. 15506/17.
(6) ĠU C 189, 15.6.2017, p. 30.
(7) ĠU C 418, 7.12.2017, p. 2.
(9) ĠU C 423, 9.12.2017, p. 1.
(10) ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.
(11) ĠU C 195, 7.6.2018, p. 7.
(12) Dok. 10134/18.
|
5.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/34 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġenerazzjonijiet ta’ żgħażagħ kreattivi
(2019/C 189/06)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
WARA LI KKUNSIDRA:
|
— |
l-isfond politiku li jenfasizza l-importanza tal-ħolqien ta’ Unjoni fejn iż-żgħażagħ jirċievu l-aqwa edukazzjoni u taħriġ possibbli u fejn jistgħu jistudjaw u jsibu impjieg fil-kontinent kollu u waqt li jiddikjara l-ħtieġa li jingħataw opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ permezz ta’ miżuri konkreti u programmi msaħħa tal-UE, kif stabbilit fl-Anness, |
|
— |
l-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura, adottata mill-Kummissjoni Ewropea f’Mejju 2018, li tissottolinja l-importanza tal-kultura u l-kreattività għas-soċjetà u għall-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, |
|
— |
l-objettivi tal-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura 2019-2022, adottat fis-27 ta’ Novembru 2018, u r-rikonoxximent tiegħu li tenħtieġ orjentazzjoni aktar b’saħħitha lejn il-ħtiġijiet ta’ gruppi speċifiċi, bħaż-żgħażagħ, biex jitjiebu l-koeżjoni u l-benessri. |
KONXJU LI:
|
— |
L-involviment taż-żgħażagħ għandu jkun element fundamentali tal-politiki tal-futur, u għalhekk, ser ikun importanti ħafna li tinstemal-vuċi tagħhom fis-snin li ġejjin. |
|
— |
It-tfal u ż-żgħażagħ jiffaċċaw ħafna sfidi fid-dinja globalizzata tal-lum u għalhekk huwa importanti li huma jifhmu l-valuri u d-diversità kulturali huma u jħejju ruħhom għall-ħajja bħala ċittadini globali. |
|
— |
L-iżviluppi diġitali biddlu l-kreazzjoni, il-produzzjoni, it-tixrid, it-trasmissjoni u l-konsum ta’ xogħlijiet kulturali u kreattivi, waqt li ffaċilitaw il-firxa globali ta’ dawk ix-xogħlijiet. Id-dinja diġitali sawret xejriet innovattivi ta’ aċċess għall-kultura, u tar-reinterpretazzjoni personali u l-awtoespressjoni, li qanqlet interess kbir fost iż-żgħażagħ u li timpenjahom bħala udjenzi attivi. |
|
— |
Iż-żgħażagħ jeħtieġu ħiliet ġodda biex jiffaċċaw sfidi speċifiċi, bħall-qgħad, l-esklużjoni soċjali, il-migrazzjoni, u teknoloġiji ġodda li, minkejja l-vantaġġi li jġibu magħhom, jistgħu wkoll iżidu l-inugwaljanzi u jsaħħu d-differenzi kulturali u ekonomiċi. |
|
— |
L-iżvilupp ta’ ħiliet artistiċi u kreattivi u t-trawwim tat-talent jinsabu fil-qalba tas-setturi kulturali u kreattivi, jippromwovu l-innovazzjoni, inkluż l-innovazzjoni soċjali, biex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. |
|
— |
Il-ħiliet lingwistiċi huma essenzjali għall-mobbiltà fl-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-edukazzjoni, it-taħriġ, l-aċċess għall-kultura u l-aċċess għas-suq tax-xogħol Ewropew. |
JIKKUNSIDRA LI:
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa importanti li jittieħdu passi ulterjuri biex jiġu indirizzati l-ħames prijoritajiet li ġejjin:
|
— |
il-promozzjoni ta’ aċċess aħjar għall-kultura u l-parteċipazzjoni fil-kultura għat-tfal u ż-żgħażagħ; |
|
— |
it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transsettorjali, b’enfasi fuq is-sinerġiji bejn il-kultura u l-edukazzjoni; |
|
— |
l-iffaċilitar tal-intraprenditorija taż-żgħażagħ fis-setturi kulturali u kreattivi; |
|
— |
it-trawwim tal-emerġenza ta’ talent ġdid; |
|
— |
il-promozzjoni tal-ħiliet diġitali u l-litteriżmu medjatiku. |
JINDIKA LI:
|
— |
L-organizzazzjonijiet kulturali, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u x-xogħol taż-żgħażagħ għandhom rwol ewlieni biex jistabbilixxu l-pedamenti għall-kreattività, li huma kruċjali għall-iżvilupp tas-soċjetà kollha kemm hi. |
|
— |
Jenħtieġ approċċ aktar strateġiku għall-parteċipazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ fil-kultura, sabiex jitrawmu l-kreattività u l-ħsieb kritiku tagħhom u biex jgħinhom jiżviluppaw ħiliet li huma importanti għall-benessri, għat-tagħlim, għas-sens ta’ appartenenza, għaċ-ċittadinanza attiva, għall-inklużjoni soċjali u għall-impjegabbiltà futura tagħhom jew għall-kapaċità li jibdew negozju. |
|
— |
Il-ħiliet kulturali u kreattivi miksuba permezz tal-edukazzjoni formali, mhux formali u informali, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni f’attivitajiet kulturali u kreattivi, jgħammru liż-żgħażagħ bl-għodda biex ikunu kreattivi u inventivi, biex isolvu l-problemi u biex jaħdmu b’mod kollaborattiv u sperimentali. L-approċċi sperimentali huma ta’ importanza ewlenija għall-promozzjoni tal-kreattività u l-innovazzjoni. Għalhekk, l-edukazzjoni artistika u kulturali, bħala parti minn approċċ speċjalizzat jew interdixxiplinari, għandha rwol importanti ħafna kemm fil-ħolqien ta’ aktar opportunitajiet għall-ġenerazzjoni żagħżugħa, biex b’hekk tippreparahom aħjar biex jiffaċċaw sfidi futuri, kif ukoll fit-trawwim tal-għoti tas-setgħa, l-iżvilupp personali u l-fehim kulturali reċiproku. |
|
— |
Huwa importanti wkoll li jiġu mħeġġa miżuri li jiffaċilitaw transizzjoni bla xkiel mis-sistema edukattiva għas-suq tax-xogħol, inkluż bl-appoġġ għall-intraprenditorija, it-traineeships u l-apprendistati għaż-żgħażagħ fis-settur kulturali u f’dak kreattiv. |
|
— |
Iż-żgħażagħ ma jirrappreżentawx grupp omoġenju fejn jidħlu l-ħiliet, il-livell ta’ edukazzjoni, l-istat ta’ tħejjija għall-futur u l-aspettattivi. L-inizjattivi u l-azzjonijiet imfasslin biex irawmu u jsaħħu l-ħiliet meħtieġa sabiex wieħed jidħol fis-suq tax-xogħol jew isir imprenditur, u għall-ħajja adulta b’mod ġenerali, għandhom ikunu mfasslin skont il-kapaċitajiet li diġà għandhom l-ġenerazzjonijiet żagħżugħa. |
|
— |
L-inugwaljanzi u l-ostakli ekonomiċi jew soċjali li jistgħu jimpedixxu liż-żgħażagħ milli jkollhom aċċess u jipparteċipaw fil-kultura bħala kreaturi, konsumaturi u imprendituri, jew l-aċċess tagħhom għal teknoloġiji ġodda, għandhom jiġu identifikati u indirizzati biex jiġi żgurat li l-kontribut u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ kollha, inkluż gruppi b’inqas opportunitajiet, jistgħu jiġu sfruttati bis-sħiħ. |
|
— |
Għaldaqstant għandha tingħata attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ li jinsabu f’riskju ta’ marġinalizzazzjoni minħabba l-oriġini etnika, il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, id-diżabbiltà, ir-reliġjon, it-twemmin jew l-opinjonijiet politiċi tagħhom, sabiex jiġi żgurat li ż-żgħażagħ kollha jkunu inklużi. |
|
— |
Id-disponibbiltà ta’ varjetà rikka ta’ kultura grazzi għall-evoluzzjoni diġitali mhux neċessarjament tiggarantixxi aċċess għal kontenut kulturali multilingwi ta’ kwalità għolja. Għalhekk huwa essenzjali li jiġu kkonsolidati l-politiki kulturali li jippromwovu opportunitajiet indaqs għaż-żgħażagħ, sabiex huma kollha jkunu jistgħu jesperjenzaw il-kultura u jiżviluppaw il-ħsieb kreattiv u kritiku tagħhom, kif ukoll il-ħiliet kritiċi u analitiċi tagħhom, li huma kollha kemm huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jaċċessaw u jinteraġixxu ma’ kontenut kulturali diġitali. |
|
— |
It-teknoloġiji diġitali għandhom impatt pożittiv fuq l-iżvilupp tal-kreattività, għaliex jippermettu forom ġodda ta’ espressjoni, komunikazzjoni, parteċipazzjoni kulturali u kritika. Barra minn hekk, il-kreattività jista’ jkollha rwol importanti sabiex tagħmel it-teknoloġiji u s-servizzi diġitali aktar faċli għall-utent. Għalhekk, l-umanizzazzjoni tat-teknoloġiji tista’ tiżgura li huma jkunu għas-servizz tal-poplu u jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom. Il-ġenerazzjonijiet żagħżugħa, kemm bħala kreaturi kulturali kif ukoll bħala konsumatur kulturali – li spiss hija nattiva diġitali – jippreferu mudelli ġodda ta’ negozju li ma kinux jeżistu qabel. Minn din il-perspettiva, il-mekkaniżmi finanzjarji innovattivi jistgħu jrawmu l-intraprenditorija u jipprovdu kontribut essenzjali għall-ekonomija kreattiva kompetittiva, sostenibbli u mmexxija mill-innovazzjoni tal-lum. |
|
— |
Filwaqt li jiġu rikonoxxuti l-eżiti tar-rapport tal-grupp ta’ ħidma dwar il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni, “The role of public policies in developing entrepreneurial and innovation potential of the cultural and creative sectors”, huwa kruċjali li jittieħed kont tal-karatteristiċi partikolari tal-industriji kulturali u kreattivi, jiġifieri l-varjetà tal-ktajjen tal-valur u l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-kumpanniji f’dawn is-setturi huma impriżi żgħar jew mikro jew jikkonsistu minn persuni li jaħdmu għal rashom. Il-miżuri li jappoġġaw il-kreattività u l-intraprenditorija tal-ġenerazzjonijiet żagħżugħa għandhom għalhekk jindirizzaw dawn il-karatteristiċi distintivi. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, FL-AMBITU TAL-ISFERA TA’ KOMPETENZA RISPETTIVA TAGĦHOM U BIR-RISPETT DEBITU GĦALL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ, BIEX JINDIRIZZAW IL-ĦAMES PRIJORITAJIET LI ĠEJJIN:
1. Il-promozzjoni ta’ aċċess aħjar għall-kultura u l-parteċipazzjoni fil-kultura għat-tfal u ż-żgħażagħ
L-Istati Membri u l-Kummissjoni huma mistiedna:
|
(i) |
ikomplu joħolqu opportunitajiet għat-tfal u ż-żgħażagħ biex jaċċessaw u jipparteċipaw fil-kultura, speċjalment għal dawk minn ambjenti żvantaġġati, sabiex jitnaqqsu d-differenzi u l-inugwaljanzi soċjali, u biex tintlaħaq l-aktar udjenza wiesgħa possibbli; jiżguraw opportunitajiet indaqs għat-tfal u ż-żgħażagħ kemm fl-ibliet kif ukoll fiż-żoni rurali, sabiex jitneħħew l-ostakli għal aċċess ugwali u għall-parteċipazzjoni fil-kultura, permezz ta’ organizzazzjonijiet u eventi kulturali jew b’mezzi diġitali; |
|
(ii) |
jiffaċilitaw parteċipazzjoni attiva fil-kultura billi jippromwovu l-kokreazzjoni u l-multilingwiżmu; |
|
(iii) |
iħeġġu lill-organizzazzjonijiet kulturali biex jippromwovu u jadattaw il-kontenut li joffru, inkluż permezz ta’ teknoloġiji diġitali, biex jilħqu aħjar lit-tfal u lil udjenzi żagħżugħa u biex iżidu l-interess tagħhom fil-kultura, l-espressjoni artistika u x-xjenza; |
|
(iv) |
javvanzaw il-politiki bbażati fuq l-evidenza permezz ta’ monitoraġġ regolari tal-konsum kulturali, l-imġiba u l-preferenzi tat-tfal u ż-żgħażagħ, kif ukoll tal-kisbiet tagħhom f’termini ta’ kreattività u ħiliet lingwistiċi; |
|
(v) |
jippromwovu aktar il-qari fost it-tfal u ż-żgħażagħ, bħala mezz essenzjali biex jiskopru l-kultura fil-manifestazzjonijiet u l-espressjonijiet kollha tagħha. |
Il-Kummissjoni hija mistiedna:
|
(i) |
tappoġġa l-iskambju tal-aħjar prassi u ta’ attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari fost l-Istati Membri; |
|
(ii) |
tappoġġa inizjattivi innovattivi mfasslin biex itejbu l-aċċess tal-ġenerazzjonijiet ta’ żgħażagħ għall-kultura u l-parteċipazzjoni fil-kultura bħala kreaturi, konsumaturi jew imprendituri. |
2. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni transsettorjali, b’enfasi fuq is-sinerġiji bejn il-kultura u l-edukazzjoni
L-Istati Membri u l-Kummissjoni huma mistiedna:
|
(i) |
jappoġġaw l-edukazzjoni artistika u kulturali, u b’hekk jippromwovu l-esperjenzi u l-parteċipazzjoni f’attivitajiet kulturali, kif ukoll jisfruttaw il-potenzjal ta’ teknoloġiji diġitali biex jgħinu fl-għoti tal-aċċess għall-kultura u l-lingwi; |
|
(ii) |
iħeġġu l-kooperazzjoni bejn l-iskejjel, l-artisti, professjonisti kulturali oħra u l-organizzazzjonijiet kulturali f’attivitajiet ta’ tagħlim iddedikati lit-tfal u ż-żgħażagħ; |
|
(iii) |
jippromwovu l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-għalliema u ta’ professjonisti oħra biex titrawwem il-kreattività fit-tfal u ż-żgħażagħ; |
|
(iv) |
jappoġġaw azzjoni transsettorjali dwar l-għarfien kulturali u l-espressjoni kulturali u jippromwovu l-akkwist ta’ kompetenzi u ħiliet rilevanti, inkluż ħiliet artistiċi u lingwistiċi. |
Il-Kummissjoni hija mistiedna:
|
(i) |
tiżviluppa proġetti u azzjonijiet li jrawmu l-kreattività fl-edukazzjoni, inkluż bil-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-OECD, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unesco, u testendi l-attenzjoni fuq il-ħsieb kreattiv u kritiku fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż permezz tal-promozzjoni ta’ STEAM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija, Arti u Matematika); |
|
(ii) |
tippromwovi u xxerred ir-riżultati tal-inizjattivi msemmijin hawn fuq, kemm fil-korpi preparatorji rilevanti tal-Kunsill kif ukoll lil udjenza usa’. |
3. L-iffaċilitar tal-intraprenditorija taż-żgħażagħ fis-setturi kulturali u kreattivi
L-Istati Membri huma mistiedna:
|
(i) |
jikkunsidraw li jagħmlu l-aħjar użu mill-finanzjament disponibbli biex jappoġġa l-kreattività u l-proġetti ta’ intraprenditorija taż-żgħażagħ, fejn rilevanti; |
|
(ii) |
iħeġġu l-iżvilupp tal-inkubaturi ta’ industriji kulturali u kreattivi, residenzi, aċċeleraturi tan-negozji, raggruppamenti u ċentri kreattivi, u pjattaformi diġitali kulturali, u jippromwovu sħubiji u netwerk transsettorjali; |
|
(iii) |
irawmu kultura, kreattività u innovazzjoni intraprenditorjali permezz tat-tagħlim tul il-ħajja, minn stadju bikri u permezz tal-edukazzjoni formali, mhux formali u informali, filwaqt li tingħata attenzjoni konsiderevoli lill-użu ta’ ħsieb proġettwali u opportunitajiet ta’ taħriġ, pereżempju fil-forma ta’ inizjattivi intraprenditorjali kemm qabel kif ukoll wara l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ direzzjoni ta’ negozju; |
|
(iv) |
iqisu kif joħolqu kondizzjonijiet favorevoli għal negozji kulturali ġodda ġestiti miż-żgħażagħ, bl-appoġġ tal-innovazzjoni transsettorjali. |
Il-Kummissjoni hija mistiedna:
|
(i) |
trawwem l-intraprenditorija kulturali u kreattiva u netwerks transsettorjali fost iż-żgħażagħ, filwaqt li jiġi enfasizzat il-potenzjali tagħhom biex jistimolaw l-iżvilupp ta’ professjonijiet kulturali u kreattivi permezz tal-mobbiltà, inkluż skambji, ħidma konġunta u kokreazzjoni, żjarat ta’ studju u attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari; |
|
(ii) |
tappoġġa sħubiji bejn professjonisti u industriji kulturali u kreattivi, inkluż permezz tal-promozzjoni ta’ negozji ġodda, ċentri kreattivi u netwerks ta’ inkubazzjoni, sabiex tiġi inkorporata t-teknoloġija l-aktar avvanzata u x-xjenza fil-kreattività, l-arti u d-disinn. |
4. It-trawwim tal-emerġenza ta’ talent żagħżugħ ġdid
L-Istati Membri huma mistiedna:
|
(i) |
iqisu li jsaħħu l-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati kulturali u edukattivi sabiex jappoġġaw it-talent kreattiv, iħeġġu l-kompetizzjoni relatata mal-innovazzjoni u jippremjaw il-kreattività fl-isfera kulturali; |
|
(ii) |
iwessgħu l-aċċess għal teknoloġiji ġodda, inkluż għaż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet, sabiex tingħata s-setgħa lil individwi żgħażagħ b’talent kulturali. |
Il-Kummissjoni hija mistiedna:
|
(i) |
tippromwovi l-kultura u l-kreattività, inkluż permezz ta’ edukazzjoni artistika fil-programmi rilevanti tal-UE; |
|
(ii) |
tappoġġa l-iżvilupp ta’ talent kreattiv żagħżugħ permezz ta’ pjattaformi multilingwi, skemi ta’ mobbiltà u politiki. |
5. Il-promozzjoni tal-ħiliet diġitali u l-litteriżmu medjatiku
L-Istati Membri huma mistiedna:
|
(i) |
irawmu l-ħiliet diġitali, il-litteriżmu medjatiku u l-ħsieb kreattiv u kritiku, inkluż permezz tal-użu ta’ programmi u fondi rilevanti tal-UE, għaliex huma importanti ħafna biex jiżguraw l-impjegabbiltà tal-ġenerazzjoni żagħżugħa u l-kapaċità tagħhom li jadattaw għal bidliet strutturali fit-teknoloġiji diġitali. Is-sħubiji pubbliċi/privati jistgħu jservu bħala ħolqa bejn l-edukazzjoni, l-organizzazzjonijiet ċivili u n-negozji; |
|
(ii) |
jippromwovu l-użu kreattiv tat-teknoloġija, il-ħsieb kreattiv u kritiku, u l-ħiliet analitiċi permezz tal-edukazzjoni formali, mhux formali u informali, inkluż riżorsi ta’ edukazzjoni miftuħa, sabiex jiżviluppaw il-kapaċità taż-żgħażagħ li jivvalutaw l-informazzjoni; |
|
(iii) |
ikomplu bl-iskambju tal-aħjar prassi u r-riċerka bejn l-esperti u dawk li jfasslu l-politika sabiex isaħħu l-akkwist ta’ ħiliet relatati mal-litteriżmu medjatiku. |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni huma mistiedna:
|
(i) |
jappoġġaw miżuri tal-litteriżmu medjatiku, li huma kruċjali għall-użu ta’ teknoloġiji diġitali u li għandhom influwenza sinifikanti fuq il-ħsieb kreattiv u kritiku taż-żgħażagħ, l-aċċess għall-kultura, il-fehim tal-fenomenu kulturali u l-kapaċità li joħolqu kontenut; |
|
(ii) |
jappoġġaw it-taħriġ tal-għalliema u tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ fl-edukazzjoni formali, mhux formali u informali, bil-ħsieb li jiżguraw li jkunu mgħammra tajjeb biex jindirizzaw il-litteriżmu medjatiku meta jaħdmu maż-żgħażagħ u t-tfal. |
Il-Kummissjoni hija mistiedna:
|
(i) |
tkompli bil-konsultazzjonijiet tagħha ma’ komunitajiet ta’ esperti fl-Istati Membri dwar l-aħjar modi kif jiġu aggregati u promossi – inkluż permezz ta’ għodod online adatti – inizjattivi eżistenti sabiex jinbena fuqhom u titqajjem sensibilizzazzjoni fost iż-żgħażagħ dwar kwistjonijiet ewlenin relatati mal-ambjent tal-media diġitali, bħall-parteċipazzjoni u l-kreattività, il-kredibbiltà, il-ħsieb kritiku u l-għażliet infurmati, u r-rispett għall-privatezza. |
JAPPELLA LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI biex jużaw ir-riżorsi disponibbli biex iħejju lill-ġenerazzjonijiet ta’ żgħażagħ kreattivi għall-opportunitajiet u l-isfidi tal-futur.
ANNESS
Kunsill Ewropew
Id-Dikjarazzjoni ta’ Ruma tal-25 ta’ Marzu 2017
Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2017, (EUCO 19/1/17 REV 1)
Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2016, (EUCO 34/16)
Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-20 u l-21 ta’ Ottubru 2016, (EUCO 31/16)
Id-Dikjarazzjoni ta’ Bratislava tas-16 ta’ Settembru 2016
Kunsill
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar kollegamenti kulturali u kreattivi biex jiġu stimulati l-innovazzjoni, is-sostenibbiltà ekonomika u l-inklużjoni soċjali (ĠU C 172, 27.5.2015, p. 13)
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-potenzjal kreattiv u innovattiv taż-żgħażagħ (ĠU C 169, 15.6.2012, p. 1)
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kompetenzi kulturali u kreattivi u r-rwol tagħhom fil-bini tal-kapital intellettwali tal-Ewropa (ĠU C 372, 20.12.2011, p. 19)
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Promozzjoni ta’ Ġenerazzjoni Kreattiva: l-iżvilupp tal-kreattività u l-kapaċità innovattiva tat-tfal u ż-żgħażagħ permezz tal-espressjoni kulturali u l-aċċess għall-kultura (ĠU C 301, 11.12.2009, p. 9)
Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (ĠU C 456, 18.12.2018, p. 1)
Kummissjoni
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Aġenda Ġdida Ewropea għall-Kultura” tat-22 ta’ Mejju 2018, (COM(2018) 267 final)
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “L-Impenn, il-Konnessjoni u l-Għoti tas-Setgħa liż-żgħażagħ: Strateġija tal-UE dwar iż-Żgħażagħ” tat-22 ta’ Mejju 2018, (COM(2018) 269 final)
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “It-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura” tal-14 ta’ Novembru 2017 (COM(2017) 673 final)
Rapporti tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni:
|
— |
Manwal tal-kuxjenza u espressjoni kulturali (2016) |
|
— |
Promozzjoni tal-aċċess għall-kultura permezz ta’ mezzi diġitali: politiki u strateġiji għall-iżvilupp tal-udjenza (2017) |
|
— |
Ir-rwol tal-politiki pubbliċi fl-iżvilupp tal-potenzjal intraprenditorjali u innovattiv tas-setturi kulturali u kreattivi (2018) |
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/39 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-4 ta’ Ġunju 2019
(2019/C 189/07)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1244 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
121,62 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4679 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88738 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,6260 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1178 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
139,30 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,7860 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,744 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
322,00 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2802 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7353 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,5295 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6116 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5111 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,8143 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7062 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5396 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 330,90 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,4791 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7686 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4210 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 992,34 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6886 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,207 |
|
RUB |
Rouble Russu |
73,3390 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
35,188 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,3638 |
|
MXN |
Peso Messikan |
22,1603 |
|
INR |
Rupi Indjan |
77,8740 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
5.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/40 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2019/C 189/08)
Wiċċ nazzjonali ġdid għall-munita kommemorattiva ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mis-Slovakkja
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ 2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ 2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Is-Slovakkja
Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-100 anniversarju mill-mewt ta’ Milan Ratislav Štefánik
Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn fih ritratt ta’ Milan Ratislav Štefánik. Lejn ix-xellug tar-ritratt hemm id-dati tat-twelid “1880” u l-mewt ta’ Štefánik “1919”, wieħed fuq l-ieħor. Fuq in-naħa tax-xellug tal-parti ta’ ġewwa tal-munita, f’nofs ċirku, hemm l-isem ta’ “MILAN RILAISLAV ŠTEFÁNIK” u l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “SLOVENSKO”. Is-sena tal-ħruġ “2019” hija bejn ir-ritratt u n-naħa tal-lemin. Taħt din is-sena l-ittri stilizzati “PV”, l-inizjali tad-disinjatur Peter Valach, u taħthom hija l-marka taz-zekka taz-Zekka Kremnica (Mincovňa Kremnica), li tikkonsisti mill-ittri “MK” imqiegħda bejn żewġ forom.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :
1 000 000Data tal-ħruġ : April 2019
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
5.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/41 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2019/C 189/09)
Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Franza
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Franza
Suġġett tal-kommemorazzjoni : Is-60 anniversarju ta’ Asterix
Deskrizzjoni tad-disinn : Għal 60 sena, Asterix kien ikona vera tal-kultura Franċiża. Maħluq fl-1959 minn René Goscinny u mill-cartoonist Albert Uderzo, dan il-karattru jiġbor fih l-isem Franċiż bl-intelliġenza u akutezza tiegħu permezz tal-identità Gallika. Minbarra l-linja artistika tagħha, li tirrappreżenta s-soċjetà kontemporanja b’umoriżmu wasslet lil Asterix għal fama internazzjonali kbira għal ħafna snin. Sa mill-bidu tiegħu, dan ġie tradott fl-ilsna kollha tal-Unjoni Ewropea li kellhom suċċess kbir. Ir-reputazzjoni ta’ Asterix hija, pereżempju, b’saħħitha fil-Ġermanja bħal fi Franza. Kien ukoll stabbilit tajjeb ħafna fir-Renju Unit, fin-Netherlands, fi Spanja, fil-Portugall, fl-Italja u fl-Iskandinavja għal ħafna snin. Lil hinn mill-ikona Franċiża, Asterix sar figura vera tad-disa’ arti Ewropea.
Id-disinn jirrappreżenta lil Asterix fi profil liebes l-elmu famuż bil-ġwienaħ famużi tiegħu. Huwa mdawwar minn ponot u skrizzjonijiet Rumani li jirreferu għas-60 sena tiegħu. Fuq nett hemm l-iskrizzjoni “ASTERIX” u fil-qiegħ tad-disinn hemm l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “RF” (li tirrappreżenta r-République Française). Is-sena tal-ħruġ “2019” miktuba fil-qiegħ, flimkien mal-marka taz-zekka Franċiża u l-marka taz-zekka.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 310 000 munita
Data tal-ħruġ : it-28 ta’ Mejju 2019
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
5.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/42 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2019/C 189/10)
Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-2 euro għaċ-ċirkulazzjoni u maħruġa minn Monaco.
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ 2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ 2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Monaco
Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-200 anniversarju tal-aċċess għat-tron tal-Prinċep Honoré V
Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-effiġja ta’ Prince Honoré V. Fuq ix-xellug hemm l-iskrizzjoni “HONORÉ V” u fuq il-lemin hemm l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “MONACO” Isfel, f’nofs ċirku, hemm l-iskrizzjoni “1819 - Avènement - 2019”.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :
15 000Data tal-ħruġ : l-1 ta’ Ġunju 2019
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
5.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/43 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2019/C 189/11)
Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Greċja
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ 2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ 2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Il-Greċja
Suġġett tal-kommemorazzjoni : Iċ-ċentenarju mit-twelid ta’ Manolis Andronicos
Deskrizzjoni tad-disinn : Manolis Andronicos (1919–1992) kien wieħed mill-akbar arkeologi tal-Greċja. L-iskoperta tal-oqbra rjali f’Vergina fl-1977 xeħtet dawl fuq is-sejbiet il-ġmiel tagħhom li jixhdu l-meravilja taċ-ċivilità antika tal-Maċedonja.
Id-disinn juri ritratt ta’ Manolis Andronicos. Imnaqqax tul it-tarf ta’ ġewwa fuq ix-xellug huwa l-isem “MANOLIS ANDRONICOS 1919–1992”, flimkien mas-sena tal-ħruġ u kuruna (il-marka taz-zekka taz-Zekka Griega); imnaqqax tul ix-xifer ta’ ġewwa fuq il-lemin hemm il-kliem “REPUBBLIKA ELLENIKA”. Viżibbli wkoll fin-naħa t’isfel fil-lemin hemm il-monogramma tal-artist (George Stamatopoulos).
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :
750 000Data tal-ħruġ : Ġunju tal-2019
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
5.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/44 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2019/C 189/12)
Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Greċja
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ 2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiki tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ 2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu valur simboliku għoli f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Il-Greċja
Suġġett tal-kommemorazzjoni : Andreas Kalvos – 150 snin b’tifkira
Deskrizzjoni tad-disinn : Imwieled f’Zante, Andreas Kalvos (1792–1869) huwa wieħed mill-aktar poeti Griegi l-aktar importanti. Billi għaqqad l-edukazzjoni solida neoklassika mal-ideali għolja tar-Romantiċiżmu u l-użu tal-espressjoni arkajka tal-Grieg demotiku, huwa esprima kemm l-ideat rivoluzzjonarji ta’ żmienu kif ukoll il-viżjoni personali tiegħu.
Il-wiċċ nazzjonali tal-munita juri x-xbiha ta’ Andreas Kalvos. Imnaqqax tul it-tarf ta’ ġewwa fuq ix-xellug hemm l-isem “ANDREAS KALVOS 1792–1869”, flimkien mas-sena tal-istampar u palmetta (il-marka taz-Zekka Griega); imnaqqax tul it-tarf ta’ ġewwa fuq il-lemin il-kliem “REPUBBLIKA ELLENIKA”. Viżibbli wkoll fuq il-lemin hemm il-monogramma tal-artist (George Stamatopoulos).
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :
750 000Data tal-ħruġ : Ġunju 2019
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/45 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9385 — Orange/SecureLink)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 189/13)
1.
Fl-24 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Orange S.A. (“Orange”, Franza), |
|
— |
SL Bidco B.V. (“SecureLink”, in-Netherlands). |
Organge takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ SecureLink.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Orange: il-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika prinċipalment fil-qasam tat-telefonija fissa, tal-Internet u tat-telefonija ċellulari f’għadd ta’ pajjiżi madwar id-dinja;
— għal SecureLink: il-provvista ta’ infrastruttura ta’ ċibersigurtà u ta’ servizzi ġestiti lil klijenti korporattivi u istituzzjonali.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9385 — Orange/SecureLink
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 122964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).