|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 188 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 188/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9339 — Kennedy Wilson/AXA/JV) ( 1 ) |
|
|
2019/C 188/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9307 — Onex/AEG/JV) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 188/03 |
||
|
2019/C 188/04 |
||
|
2019/C 188/05 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 188/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9339 — Kennedy Wilson/AXA/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 188/01)
Fit-22 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9339. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
4.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 188/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9307 — Onex/AEG/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 188/02)
Fl-24 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9307. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 188/2 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
0,00 % fl-1 ta’ Ġunju 2019
Rata tal-kambju tal-euro (2)
It-3 ta’ Ġunju 2019
(2019/C 188/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1185 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
121,17 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4680 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88618 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,6180 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1162 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
138,50 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,7778 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,832 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
323,73 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2833 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7377 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,5815 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6077 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5098 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7645 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7040 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5328 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 323,45 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,2910 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7253 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4180 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 925,20 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6742 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,012 |
|
RUB |
Rouble Russu |
73,1315 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
35,138 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,3847 |
|
MXN |
Peso Messikan |
22,1130 |
|
INR |
Rupi Indjan |
77,4720 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
4.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 188/3 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda, li mhijiex minuri, għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni
(2019/C 188/04)
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“GRANA PADANO”
Nru tal-UE: PDO-IT-0011-AM04 – 5.4.2018
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
|
Consorzio Tutela Grana Padano |
|
via XXIV Giugno, 8 |
|
25015 Desenzano del Garda (Brescia) |
|
ITALIA |
|
Tel. +39 030919811 |
|
Faks +39 0309010487. |
Il-Consorzio Tutela Grana Padano huwa magħmul minn produtturi tal-Grana Padano u huwa intitolat biex jippreżenta applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali Nru 12511 tal-14 ta’ Ottubru 2013.
2. Stat Membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
— |
☐ |
Isem il-prodott |
|
— |
☐ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☐ |
Żona ġeografika |
|
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
— |
☐ |
Rabta |
|
— |
☐ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Oħrajn: L-użu ta’ qtugħ fil-“Grana Padano” maħkuk, spezzjoni tal-kwalità tal-ġobon |
4. Tip ta’ emenda/i
|
— |
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni ta’ Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tiġi kkwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
— |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni ta’ Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew l-ekwivalenti) li ma jistgħux jiġu kwalifikati bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/i
Prova tal-oriġini
Għandu jiżdied profil minerali speċifiku għall-“Grana Padano” mal-Ispeċifikazzjoni, li jżid il-firxa ta’ parametri li jistgħu jintużaw biex tiġi identifikata l-oriġini tal-prodott.
B’mod aktar speċifiku, il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 2 wara l-informazzjoni dwar il-kompożizzjonijiet tal-amminoaċidu u isotopiċi tal-ġobon:
“Il-profil minerali tal-“Grana Padano” DOP, identifikat bl-użu ta’ spettrometrija tal-massa tal-proporzjon ta’ isotopi (IRMS), ġie ppreżentat lill-Consorzio Tutela “Grana Padano” u l-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali.”
Peress li dawn id-dettalji diġà huma parzjalment inklużi fil-kompożizzjoni isotopika li bħalissa ġiet ippreżentata lill-Ministeru, din il-bidla ssaħħaħ il-bażi tad-data li qed tintuża diġà.
Għalhekk, dawn huma żewġ parametri differenti li flimkien jgħinu jsaħħu l-bażi tad-data li tintuża bħalissa, biex b’hekk tiġi ggarantita l-awtentiċità tal-“Grana Padano” DOP, b’mod partikolari meta dan jinbiegħ f’porzjonijiet żgħar jew bħala ġobon maħkuk.
Metodu ta’ produzzjoni
L-emenda li jmiss tikkonsisti fit-tħassir tal-paragrafu, li jagħmilha possibbli li ssir deroga mir-regoli tat-tagħbija mikrobika għall-ħalib li jintuża biex tiġi prodotta t-“Trentingrana”. Ir-referenzi għal din id-deroga għandhom jitħassru mill-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4.
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni bħalissa jgħid dan li ġej:
““Grana Padano” DOP huwa magħmul mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqra minn baqar li jinħalbu darbtejn kuljum. Bl-eċċezzjoni tal-ħalib li jiġi prodott fiż-żona tat-Trentingrana, l-ebda waħda mid-derogi tat-tagħbija batterika u tal-għadd taċ-ċelloli somatiċi previsti fil-leġiżlazzjoni attwali ma tiġi applikata.”
Dan għandu jiġi sostitwit minn:
““Grana Padano” DOP huwa magħmul mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqra minn baqar li jinħalbu darbtejn kuljum, jew permezz ta’ sistema robotika tat-taħlib bi traffiku ħieles tal-baqar li tiżgura li l-ħalib iżomm il-karatteristiċi mixtieqa.”
Din l-emenda hija neċessarja għaliex il-Liġi Nru 131 tal-5 ta’ Ġunju 2003, li stabbiliet din id-deroga, iddikjarat limitu taż-żmien għall-applikazzjoni tagħha, li issa skada.
Għandha ssir il-korrezzjoni li ġejja għar-referenzi għal għoġġiela fil-paragrafu dwar il-lista tal-għalf awtorizzat:
Minn “għoġġiela li għandhom aktar minn seba’ xhur” għal “għoġġiela li għandhom aktar minn seba’ xhur tqala”.
It-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li bħalissa jgħid:
“L-alimentazzjoni bażi tal-baqar tal-ħalib tikkonsisti f’foraġġ aħdar jew ippreservat, u tingħata lill-baqar fi żmien it-treddigħ, lill-baqar xotti mill-ħalib u lill-għoġġiela li għandhom aktar minn seba’ xhur.”
huwa emendat biex jgħid dan li ġej:
“L-għalf bażi tal-baqar tal-ħalib jikkonsisti f’foraġġ aħdar jew ippreservat, u jingħata lill-baqar li qed jaħilbu, lill-baqar xotti mill-ħalib u lill-għoġġiela li għandhom aktar minn seba’ xhur tqala.”
Is-seba’ paragrafu tal-Artikolu 4 għandu jiġi emendat ukoll. It-test attwali:
“Din li ġejja hija l-lista ta’ materja prima għall-alimentazzjoni, miġbura f’kategoriji, li tista’ tiżdied mal-foraġġ li jintuża biex jingħata lill-baqar fi żmien it-treddigħ, lill-baqar xotti mill-ħalib u lill-għoġġiela li għandhom aktar minn seba’ xhur li l-ħalib tagħhom jintuża biex jiġi prodott il-“Grana Padano” DOP.”
huwa emendat biex jgħid dan li ġej:
“Din li ġejja hija l-lista ta’ materja prima għall-għalf, miġbura f’kategoriji, li jista’ tiżdied mal-foraġġ li jintuża biex jingħata lill-baqar li qed jaħilbu, lill-baqar xotti mill-ħalib u lill-għoġġiela li għandhom aktar minn seba’ xhur tqala li l-ħalib tagħhom jintuża biex jiġi prodott il-“Grana Padano” DOP.”
Din l-emenda taffettwa wkoll l-ewwel paragrafu tal-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.
Bħalissa dan jgħid:
“L-alimentazzjoni bażi tal-baqar tal-ħalib tikkonsisti f’foraġġ aħdar jew ippreservat, u tingħata lill-baqar fi żmien it-treddigħ, lill-baqar xotti mill-ħalib u lill-għoġġiela li għandhom aktar minn seba’ xhur.”
Dan għandu jiġi sostitwit minn:
“L-għalf bażi tal-baqar tal-ħalib jikkonsisti f’foraġġ aħdar jew ippreservat, u jingħata lill-baqar li qed jaħilbu, lill-baqar xotti mill-ħalib u lill-għoġġiela li għandhom aktar minn seba’ xhur tqala.”
Din l-emenda tikkoreġi żball evidenti fit-test, peress li fiċ-ċrieki tal-biedja Taljani, il-baqar huma magħrufa bħala għoġġiela (“manze”) minn meta jkollhom madwar 18-il xahar, li jikkoinċidi maż-żmien li fih jiġu fertilizzati. Għalhekk, din l-emenda hija korrezzjoni, peress li l-kelma “tqal” kienet sempliċement tħalliet barra bi żball.
Din l-emenda tagħmilha possibbli wkoll li jintużaw sistemi robotiċi tat-taħlib bi traffiku ħieles tal-baqar. Bħala riżultat, il-partijiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li jikkonċernaw il-possibbiltà tat-taħlit tal-lottijiet tal-ħalib ukoll iridu jinbidlu.
Għalhekk, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 u t-tielet u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni jridu jiġu emendati.
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tal-ispeċifikazzjoni, li bħalissa jgħid:
““Grana Padano” DOP huwa magħmul mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqra minn baqar li jiġu maħluba darbtejn kuljum. Bl-eċċezzjoni tal-ħalib li jiġi prodott fiż-żona tat-Trentingrana, l-ebda waħda mid-derogi tat-tagħbija batterika u tal-għadd taċ-ċelloli somatiċi previsti fil-leġiżlazzjoni attwali ma tiġi applikata.”
Dan għandu jiġi sostitwit minn:
““Grana Padano” DOP huwa magħmul mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqra minn baqar li jinħalbu darbtejn kuljum, jew permezz ta’ sistema robotika tat-taħlib bi traffiku ħieles tal-baqar li tiżgura li l-ħalib iżomm il-karatteristiċi mixtieqa.”
It-tielet u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni, li bħalissa jgħidu dan li ġej:
“Il-ġobon jista’ jiġi prodott permezz ta’ ħalib minn sessjoni waħda ta’ taħlib jew minn taħlita ta’ lottijiet minn żewġ sessjonijiet ta’ taħlib, wara li jitħalla joqgħod u biex il-krema titħalla titla’ b’mod naturali fil-wiċċ.
Jistgħu jintużaw ukoll lottijiet minn żewġ sessjonijiet ta’ taħlib, bejn lott ta’ sessjoni waħda biss ikun tħalla joqgħod u biex il-krema titħalla titla’ b’mod naturali fil-wiċċ.”
Dan għandu jiġi sostitwit minn:
“Il-ġobon jista’ jiġi prodott permezz ta’ ħalib minn sessjoni waħda ta’ taħlib jew minn taħlita ta’ lottijiet minn aktar minn sessjoni waħda ta’ taħlib, wara li jitħalla joqgħod u biex il-krema titħalla titla’ b’mod naturali fil-wiċċ.
Jista’ jintuża wkoll lott ta’ ħalib li minnu parti biss tkun tħalliet toqgħod u biex il-krema titħalla titla’ b’mod naturali fil-wiċċ.”
Din l-emenda taffettwa wkoll il-punt 3.2 tad-Dokument Uniku,
li bħalissa jgħid:
“Ġobon iebes jiġi prodott minn pejst imsajjar; dan jitħalla jimmatura bil-mod, jiġi prodott matul is-sena kollha u jittiekel sħiħ jew maħkuk; dan jiġi prodott bil-ħalib mhux proċessat parzjalment xkumat tal-baqra li l-alimentazzjoni tagħha tikkonsisti minn foraġġ aħdar jew ippreservat, li ġej minn żewġ ħalbiet kuljum; jista’ jintuża ħalib ġej minn ħalba waħda jew minn żewġ ħalbiet imħalltin.”
Dan għandu jiġi sostitwit minn:
“Ġobon iebes prodott minn pejst imsajjar; dan jitħalla jimmatura bil-mod, jiġi prodott matul is-sena kollha u jittiekel sħiħ jew maħkuk; dan jiġi prodott bil-ħalib mhux ipproċessat parzjalment xkumat tal-baqra li l-għalf tagħha jikkonsisti minn foraġġ aħdar jew ippreservat u li ġej jew minn żewġ ħalbiet kuljum jew permezz ta’ sistema robotika tat-taħlib bi traffiku ħieles tal-baqar. Il-ġobon jista’ jiġi prodott permezz ta’ ħalib ġej minn sessjoni waħda ta’ taħlib jew minn taħlita ta’ lottijiet minn aktar minn sessjoni waħda ta’ taħlib.”
Ladarba din l-emenda tiġi approvata, se jkun possibbli li l-ġobon jiġi prodott minn lottijiet ta’ ħalib li jinkiseb f’aktar minn żewġ sessjonijiet ta’ taħlib. Dak li jagħmel il-ġobon irid joqgħod attent, permezz tal-proċess tal-ixkumar li jirriżulta, biex jiżgura li l-ħalib ikollu l-karatteristiċi diġà stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li mhuma soġġetti għall-ebda bidla. Snin ta’ ttestjar urew li l-preżenza tal-proporzjon meħtieġ tax-xaħam mal-kaseina hija biżżejjed biex jiġi żgurat li l-ġobon ikollu l-karatteristiċi stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku. Mil-lat tekniku u xjentifiku, l-użu ta’ sistemi robotiċi tat-taħlib ma jaffettwax il-karatteristiċi tal-ħalib. B’mod partikolari, il-ħalib jista’ jitqabbel b’mod statistiku ma’ dak li jinkiseb permezz ta’ taħlib tradizzjonali, kemm f’termini tal-kontenut tax-xaħam kif ukoll f’termini tal-kontenut tal-proteina. L-użu ta’ sistemi robotiċi fil-fatt jista’ jtejjeb il-benesseri tal-baqar, filwaqt li jnaqqas l-istress li jiġi kkawżat billi dawn jinħalbu darbtejn kuljum matul l-aħjar perjodi tat-treddigħ.
Il-ħin minimu li l-ġobon irid iqatta’ fil-forom irid jitnaqqas minn 48 għal 36 siegħa.
B’mod aktar speċifiku, il-ħdax-il paragrafu tal-Artikolu 5, li bħalissa jgħid:
“Dan imbagħad jitqiegħed fil-forom, li jittimbraw il-marki tal-oriġini fil-ġobon, għal mhux inqas minn 48 siegħa. Il-ġobon imbagħad jiġi mgħaddas fis-salmura għal 14-30 ġurnata.”
huwa emendat kif ġej:
“Dan imbagħad jitqiegħed fil-forom, li jittimbraw il-marki tal-oriġini fil-ġobon, għal mhux inqas minn 36 siegħa. Il-ġobon imbagħad jiġi mgħaddas f’ilma mielaħ għal 14-30 ġurnata.”
Matul is-snin, ir-riżultati tal-ittestjar urew li 36 siegħa fil-forom huwa ħin biżżejjed biex il-ġobon jibbies u jingħata l-forma b’mod tajjeb u biex dan ikun lest biex jitqiegħed fil-melħ. Din l-emenda saret meħtieġa minħabba żieda gradwali fil-produzzjoni min-negozji individwali tal-produzzjoni tal-ġobon kif ukoll minn fużjonijiet li seħħew, li rriżultaw fiċ-ċentralizzazzjoni tal-produzzjoni f’faċilitajiet akbar. Inevitabbilment, dan wassal għal restrizzjonijiet fuq l-ispazju u ż-żmien disponibbli għall-proċessi differenti tal-produzzjoni tal-ġobon. Meta jitqies il-ħin meħtieġ biex il-forom jinħaslu u jiġu sanitizzati qabel ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid f’ċiklu ġdid tal-produzzjoni, l-emenda mitluba tgħin b’mod konsiderevoli biex tittejjeb il-ġestjoni tal-operazzjonijiet tal-produzzjoni tal-ġobon.
L-użu tal-“kamra tat-tisħin” (“camera calda”) għandu jiġi permess.
Dan ifisser li s-sentenza li ġejja għandha tiddaħħal fl-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
“Meta l-ġobnijiet jitneħħew mill-ilma mielaħ, dawn jistgħu jiġu mlaħalħa u/jew jitħallew f’ambjent imsaħħan għal bejn 25 °C u 60 °C għal massimu ta’ 24 siegħa.”
Għal numru ta’ snin, xi produtturi kienu qed jipprovaw jintroduċu mill-ġdid prattika qadima li tikkonsisti mill-fatt li l-ġobnijiet — ladarba jitneħħew mill-ilma mielaħ u wara tlaħliħ fakultattiv bl-ilma — jitħallew fi kmamar imsaħħna għal bejn 25 °C u 60 °C għal madwar tliet sigħat u 24 siegħa. Kif jiġi affermat minn diversi dokumenti storiċi, din hija teknika tradizzjonali li għandha l-għan li tħeġġeġ l-evaporazzjoni tal-umdità u tal-melħ mill-wiċċ, filwaqt li tgħin il-qoxra tiżviluppa wiċċ aktar konsistenti u tnaqqas ir-ritmu tat-tkabbir tal-moffa fuq il-wiċċ. Peress li l-provi tal-introduzzjoni mill-ġdid ta’ din il-prattika kellhom riżultati sodisfaċenti ferm, ittieħdet id-deċiżjoni li jiġi permess l-użu tagħha.
Oħrajn
Ir-regola li llimitat it-trasferiment tal-qtugħ tal-ġobon fi ħdan negozju tal-produzzjoni tal-ġobon lejn iż-żona ta’ oriġini għandha titneħħa.
B’mod aktar speċifiku, l-Artikolu 7(d), li bħalissa jgħid:
|
“(d) |
Il-qtugħ tal-ġobon jista’ jiġi ttrasferit biss fi ħdan l-istess negozju tal-produzzjoni tal-ġobon jew bejn in-negozji fi ħdan il-grupp kummerċjali, u ġewwa ż-żona tal-oriġini biss. Għalhekk, il-qtugħ li għandu jintuża għall-“Grana Padano” maħkuk ma jistax jinbiegħ bħala prodott waħdu.” |
huwa emendat kif ġej:
“Il-qtugħ tal-ġobon jista’ jiġi ttrasferit biss fi ħdan l-istess negozju tal-produzzjoni tal-ġobon jew bejn in-negozji fi ħdan il-grupp kummerċjali. Għalhekk, il-qtugħ li għandu jintuża għall-“Grana Padano” maħkuk ma jistax jinbiegħ bħala prodott waħdu.”
Din l-emenda taffettwa wkoll il-punt 3.5 tad-Dokument Uniku, li bħalissa jgħid:
“il-ġobon żejjed jista’ jiġi ttrasferit biss fi ħdan l-istess farm jew bejn il-farms tal-istess grupp, u ġewwa ż-żona tal-oriġini biss.”
Dan għandu jiġi sostitwit minn:
“Il-qtugħ tal-ġobon jista’ jiġi ttrasferit biss fi ħdan l-istess negozju tal-produzzjoni tal-ġobon jew bejn in-negozji fi ħdan il-grupp kummerċjali.”
Din l-emenda għandha impatt limitat, filwaqt li taffettwa biss lin-negozji tal-produzzjoni tal-ġobon li jkollhom faċilitajiet tat-tqattigħ f’porzjonijiet li jinsabu barra miż-żona tal-produzzjoni li jkunu awtorizzati wkoll jippakkjaw il-ġobon maħkuk (naturalment, din l-awtorizzazzjoni tinħareġ biss għal bini li jinsab ġewwa ż-żona ta’ oriġini). L-għan huwa li dawn in-negozji jitħallew jittrasferixxu l-qtugħ mill-faċilitajiet tagħhom li jinsabu barra miż-żona tal-produzzjoni lejn faċilitajiet ġewwa ż-żona tal-produzzjoni li jkollhom l-awtorizzazzjoni li jippreperaw il-“Grana Padano” maħkuk, filwaqt li jirrispettaw il-limitazzjonijiet li diġà jinsabu fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fir-rigward tal-użu tal-qtugħ fit-tħejjija tal-ġobon maħkuk. L-intenzjoni reali wara din l-emenda mitluba hija li dawn il-ftit negozji jitqiegħdu fuq l-istess livell ma’ dawk li għandhom iż-żewġ faċilitajiet ġewwa ż-żona ta’ oriġini u għalhekk jistgħu jittrasferixxu liberament il-qtugħ li jiġi prodott fit-tħejjija tal-“Grana Padano” bejn il-faċilitajiet tagħhom mingħajr restrizzjonijiet.
Spezzjoni tal-kwalità
Din il-bidla tikkonsisti fiż-żieda ta’ klassifikazzjoni li għandha tintuża biex matul l-ispezzjoni tal-kwalità, il-“Grana Padano” jingħata klassifikazzjoni: “scelto sperlato” [“l-aqwa kwalità ċċertifikata”], “żero” (0) u “uno” (1).
Bħala riżultat, il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 5:
“Il-“Grana Padano” huwa kklassifikat bħala scelto sperlato, żero (0) u uno (1).
Il-“Grana Padano” scelto sperlato m’għandux difetti interni jew esterni.
Il-“Grana Padano” 0 (żero), filwaqt li huwa prodott ta’ kwalità f’termini tal-korp tal-ġobon innifsu, għandu xi difetti minuri fil-qoxra magħrufa bħala “correzioni” (“korrezzjonijiet”).
Il-“Grana Padano” 1 (uno) — magħruf ukoll bħala sottoscelto [“aktar baxx mill-aqwa kwalità”] — għandu xi “korrezzjonijiet” żgħar jew difetti minuri fil-qoxra jew fil-korp tal-ġobon, b’toqob ftit akbar, u jirkupra l-forma tiegħu kemxejn bil-mod meta jintlaqat b’martell tal-ittestjar.”
Minkejja li l-“Grana Padano” bħalissa jiġi ddefinit abbażi tal-karatteristiċi preċiżi ħafna elenkati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, maż-żmien ħareġ biċ-ċar kemm il-possibbiltà tal-klassifikazzjoni tal-prodott f’kategoriji abbażi tal-preżenza ta’ difetti żgħar fil-qoxra u fil-korp tkun għodda utli. Dawn il-kategoriji, li jintużaw diġà għal ġobnijiet ibsin simili oħra, ma jħallu l-ebda impatt kbir fuq il-karatteristiċi tal-prodott stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, iżda minflok jagħmluha possibbli li jiġu implimentati politiki settorjali li jkollhom l-għan li jtejbu l-kwalità tal-prodott. Il-kategoriji ġew iddefiniti abbażi tal-prattiki eżistenti fil-kummerċ tal-“Grana Padano” DOP, li, fost affarijiet oħra, issir referenza għalihom fid-dokumentazzjoni li ġiet sottomessa lill-Kummissjoni Ewropea meta ġiet irreġistrata d-DOP. B’mod aktar speċifiku, meta lott tal-ġobon ikun soġġett għal spezzjoni tal-kwalità u għat-“test tal-martell” fit-tħejjija għall-ittimbrar li jaħraq, dan jerġa’ jinqasam permezz tal-klassifikazzjoni kummerċjali deskritta hawn fuq. Formola tal-klassifikazzjoni tal-kwalità timtela għal kull kunsinna li tiġi soġġetta għal spezzjoni tal-kwalità, li tqiegħed kull ġobon f’kategorija jew bħala scelto sperlato, jew żero (0) jew uno (1).
DOKUMENT UNIKU
“GRANA PADANO”
Nru tal-UE: PDO-IT-0011-AM04 – 5.4.2018
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Isem (ismijiet)
“Grana Padano”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.3. Ġobnijiet
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Ġobon iebes prodott minn pejst imsajjar; dan jitħalla jimmatura bil-mod, jiġi prodott matul is-sena kollha u jittiekel sħiħ jew maħkuk; dan jiġi prodott bil-ħalib mhux ipproċessat parzjalment xkumat tal-baqra li l-għalf tagħha jikkonsisti minn foraġġ aħdar jew ippreservat u li ġej jew minn żewġ ħalbiet kuljum jew permezz ta’ sistema robotika tat-taħlib bi traffiku ħieles tal-baqar. Il-ġobon jista’ jiġi prodott permezz ta’ ħalib ġej minn sessjoni waħda ta’ taħlib jew minn taħlita ta’ lottijiet minn aktar minn sessjoni waħda ta’ taħlib. Għandu forma ċilindrika bil-qoxra tal-ġenb kemxejn kunvessa jew kważi dritta, bl-uċuħ ċatti u kemxejn imberfla.
Għandu dijametru ta’ bejn 35 u 45 cm u l-għoli tal-qoxra tal-ġenb ivarja minn 18 sa 25 cm, skont il-kundizzjonijiet tekniċi tal-produzzjoni.
Piż: minn 24 sa 40 kg; qoxra: iebsa u lixxa, bi ħxuna ta’ bejn 4 u 8 mm.
Il-ġobon ta’ ġewwa huwa iebes, bi struttura ramlija fina, b’kisra radjali li jsir laqx meta jitfarrak u b’toqob kemm kemm viżibbli. Il-kontenut tax-xaħam minimu tas-sustanza xotta huwa 32 %. Il-kulur tal-qoxra huwa skur jew isfar kulur id-deheb naturali u dak tal-ġobon huwa abjad jew lewn it-tiben. Il-ġobon ta’ ġewwa għandu riħa tfuħ u togħma delikata.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
L-għalf bażi tal-baqar tal-ħalib jikkonsisti f’foraġġ aħdar jew ippreservat, u jingħata lill-baqar li qed jaħilbu, lill-baqar xotti mill-ħalib u lill-għoġġiela li għandhom aktar minn seba’ xhur tqala. L-għalf tal-baqar bil-ħalib huwa bbażat fuq l-użu ta’ ikel miksub mill-kultivazzjonijiet azjendali jew fiż-żona tal-produzzjoni tal-Grana Padano DOP.
Fil-porzjon tal-ġurnata mhux anqas minn 50 % tal-materja niexfa trid tkun ġejja minn foraġġ aħdar bil-proporzjon ta’ foraġġ aħdar ma’ għalf, riferit bħala materja niexfa, ta’ mhux inqas minn 1. Mill-anqas 75 % tas-sustanza xotta tal-foraġġ tal-porzjon tal-ġurnata għandha tkun ġejja minn għalf prodott fiż-żona tal-produzzjoni tal-ħalib.
L-għalf awtorizzat huwa mniżżel f’lista pożittiva, li tinkludi:
foraġġ: foraġġ frisk, ħuxlief, tiben, ħaxix maħżun (mhux permess għall-produzzjoni tat-Trentingrana);
materja prima għall-għalf, miġbura fi gruppi skont kategoriji, bil-permess li jkunu integrati mal-ħaxix: ċereali u derivati tagħhom, żerriegħa żejtnin u derivati tagħhom, tuberi u għeruq u prodotti tagħhom, foraġġ imnixxef, derivati mill-industrija taz-zokkor, żerriegħa ta’ legumi, xaħmijiet, minerali, addittivi.
Materja prima: il-ħalib mhux ipproċessat tal-baqra, ix-xorrox naturali u t-tames tal-għoġol. Il-ħalib ġej mill-baqar imrobbija fiż-żona ġeografika kif definita fil-punt 4.
3.4. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-operazzjonijiet tal-produzzjoni u tal-maturazzjoni għandhom iseħħu fit-territorju tal-produzzjoni kif definit fil-punt 4.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
L-operazzjonijiet ta’ taħkik u l-imballaġġ tiegħu għandhom isiru fiż-żona tal-produzzjoni ddefinita fil-punt 4 peress li l-ġobon maħkuk frisk huwa prodott sensibbli ħafna u l-konservazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tiegħu teħtieġ imballaġġ immedjat f’kundizzjonijiet tali li jevitaw kull tnixxif; mill-bqija, l-ippakkjar immedjat ta’ imballaġġ li għandu d-denominazzjoni tal-oriġini jista’ jiggarantixxi aħjar l-awtentiċità tal-prodott maħkuk li, fin-natura tiegħu, huwa aktar diffiċli tidentifikah meta mqabbel mal-forma sħiħa (kif ikkonfermat mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-469/00 tal-20 ta’ Mejju 2003).
L-użu tal-biċċiet tal-ġobon li ġejjin mill-qtugħ u l-imballaġġ tal-“Grana Padano” DOP f’biċċiet b’piż varjabbli u/jew piż fiss, fi blokok, f’kaxex żgħar, f’loqom, eċċ. għall-produzzjoni tal-“Grana Padano” maħkuk, huwa permess unikament skont il-kundizzjonijiet li ġejjin: tkun rispettata l-perċentwali massima tal-qoxra ta’ 18 %; tkun garantita dejjem it-traċċabbiltà tal-forom sħaħ tal-“Grana Padano” DOP li minnhom ġejjin il-biċċiet tal-ġobon; fil-każ tal-użu differenti u/jew tat-trasferiment minn stabbiliment għall-ieħor, il-biċċiet tal-ġobon għandhom jinżammu separati skont ir-reġistrazzjoni u x-xahar ta’ produzzjoni; Il-qtugħ tal-ġobon jista’ jiġi ttrasferit biss fi ħdan l-istess negozju tal-produzzjoni tal-ġobon jew bejn in-negozji fi ħdan il-grupp kummerċjali. Għalhekk, il-qtugħ li għandu jintuża għall-“Grana Padano” maħkuk ma jistax jinbiegħ bħala prodott waħdu.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Il-marka ta’ identifikazzjoni uffiċjali li turi l-pussess tar-rekwiżiti li jilleġittimizzaw l-użu tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “GRANA PADANO”, u li għandha għalhekk tidher kemm fuq il-forom sħaħ kif ukoll fuq il-pakketti kollha tal-ġobon “GRANA PADANO DOP” f’porzjonijiet u maħkuk, hija magħmula minn disinn rombojdi bil-kliem miktuba fuqu “GRANA” u “PADANO”, f’karattri b’ittri kapitali. Ġewwa l-irkejjen ta’ fuq u t’isfel tar-rombojd, li għandu l-kantunieri ttundjati, hemm miktuba rispettivament l-inizjali “G” u “P”.
L-istrixxi li jimmarkaw fil-kiesaħ il-marka tal-oriġini fil-forom waqt l-att tal-għoti tal-forma huma magħmula minn serje ta’ figuri rombojdali b’erbat iġnub fis-sura ta’ djamant bit-tikek li ġewwa fihom hemm b’mod alternattiv il-kliem “GRANA” u “PADANO”, u għandhom riferimenti li jidentifikaw l-impjant li pproduċa l-ġobon u l-identifikazzjoni tax-xahar u s-sena ta’ produzzjoni.
Huwa permess l-użu ta’ strixxi speċifiċi li jimmarkaw għat-tipoloġija TRENTINGRANA li huma magħmula minn ringiela ta’ figuri rombajdali b’erbat iġnub fis-sura ta’ djamant magħmula permezz tal-kelma “TRENTINO” għal GRANA PADANO DOP biss li huwa prodott fil-Provinċja awtonoma ta’ Trento, u bil-kundizzjoni li fil-produzzjoni jintuża ħalib li ġej minn baqar li jieklu foraġġ matul is-sena kollha mingħajr ma jkun fih kwalunkwe tip ta’ għalf ta’ ħaxix maħżun; fil-parti ċentrali, f’nofs il-forom stilizzati ta’ xi muntanji, jinqraw il-kliem “TRENTINO” miktuba vertikalment u mad-dawra tal-ġobna.
Il-pakketti li jkun fihom il-ġobon Grana Padano DOP li jaqa’ taħt it-tipoloġija speċifika TRENTINGRANA kif indikat hawn fuq, se jkollhom bħala karatteristika l-illustrazzjoni li ġejja fuq l-imballaġġ u l-materjal ta’ reklamar relatat:
L-azzjoni li tidentifika l-origini permezz tal-istrixxi li jimmarkaw hija integrata fl-iffissar ta’ pjanċa tal-kaseina, li jkollha l-kliem “GRANA PADANO”, is-sena ta’ produzzjoni u kodiċi alfanumeriku, li jidentifika b’mod ċar kull forma individwali.
Il-ġobon “Grana Padano” li jkun immatura għal mill-anqas 20 xahar mill-għoti tal-forma - fiż-żona ta’ produzzjoni - jista’ jiġi identifikat bħala “RISERVA”. Il-klassifikazzjoni fil-kategorija “Grana Padano RISERVA” tintwera permezz tat-tieni marka, impoġġija fuq il-qoxra tal-ġnub tal-forom fuq talba tal-produtturi bl-istess regoli maħsuba għall-iffissar tal-marka DOP. Il-marka kkonċernata hija disinn tond li minn ġo fih tgħaddi l-kelma “RISERVA” minn naħa għall-oħra fiċ-ċentru. Ġewwa l-lunetta ta’ fuq hemm miktuba l-kelma “OLTRE” u n-numru “20”, filwaqt li f’dik ta’ isfel hemm miktuba l-kelma “MESI”.
Il-kategoriji addizzjonali li ġejjin japplikaw għall-prodotti ppakkjati: il-“Grana Padano” OLTRE 16 MESI u l-“Grana Padano” RISERVA.
Fuq il-pakketti tal-ġobon li jaqgħu taħt il-kategorija “Grana Padano” Oltre 16 Mesi, il-logo GRANA PADANO huwa kompletat bil-kliem “OLTRE 16 MESI”, miktuba f’linja waħda bejn żewġ strixxi paralleli.
Fuq il-pakketti tal-ġobon li jaqgħu taħt il-kategorija “Grana Padano” Riserva, minbarra l-logo GRANA PADANO tidher ukoll riproduzzjoni tal-marka RISERVA li tiġi mikwija fuq wiċċ il-ġobon.
Mingħajr preġudizzju għall-fatt li għall-kategoriji msemmija espressament fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (“Oltre 16 Mesi” [aktar minn 16-il xahar] u “RISERVA - Oltre 20 Mesi” [Riżerva- aktar minn 20 xahar]) għandhom jintużaw il-logos assoċjati lilhom rispettivament, hija permessa l-possibbiltà li jiġu indikati fuq il-pakketti, fuq bażi volontarja, il-maturazzjonijiet differenti minn dawk speċifiċi għaż-żewġ kategoriji kkonċernati.
Madankollu t-tali indikazzjoni għandha ssir b’mod li ma ssirx is-suppożizzjoni żbaljata li hija kategorija oħra tal-prodott li hija prevista u approvata mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Għalhekk, għal raġunijiet ta’ ċarezza u sabiex tiġi evitata kull ambigwità bejn il-kategoriji uffiċjali u l-indikazzjonijiet addizzjonali volontarji mniżżlin biex il-konsumatur ikollu informazzjoni aktar preċiża u speċifika, il-maturazzjonijiet ta’ 16-il xahar u 20 xahar jistgħu jiġu indikati biss permezz taż-żewġ logos speċifiċi msemmijin hawn fuq, filwaqt li l-indikazzjonijiet ta’ maturazzjoni differenti (pereżempju “Stagionatura 12 mesi”, “Stagionatura 14 mesi”, “Stagionatura 18 mesi” [Maturazzjoni ta’ 12, 14 jew 18-il xahar] jew simili) jistgħu jiġu indikati biss b’tipi, kuluri u daqsijiet u post fuq il-pakkett differenti minn dawk użati għad-DOP Grana Padano.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ta’ produzzjoni għall-ġobon, sħiħ jew maħkuk, tikkonsisti mit-territorju tal-provinċji ta’ Alessandria, Asti, Biella, Cuneo, Novara, Torino, Verbania, Vercelli, Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova fuq ix-xellug tal-Po, Milano, Monza, Pavia, Sondrio, Varese, Trento, Padova, Rovigo, Treviso, Venezia, Verona, Vicenza, Bologna fuq il-lemin tar-Reno, Ferrara, Forlì Cesena, Piacenza, Ravenna u Rimini, kif ukoll il-muniċipalitajiet li ġejjin tal-provinċja ta’ Bolzano: Anterivo, Lauregno, Proves, Senale-S. Felice u Trodena.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Iż-żona ta’ produzzjoni tal-“Grana Padano” DOP fil-biċċa l-kbira tikkorrispondi mar-reġjun tal-pjanura tal-Po, jew sewwasew iż-żona ġeografika tax-xmara Po, li hija karatterizzata minn artijiet li jimtlew bl-ilma tax-xmara meta tfur, alluvjali, fluvjoglaċjali, abbundanti fl-ilma: din hija fost l-iktar żoni fertili tad-dinja u fost l-iktar adattati għall-produzzjoni tal-foraġġ.
B’mod partikolari, dawn il-karatteristiċi tal-ħamrija, assoċjati mal-mikroklima speċifika taż-żona, jiffavorixxu l-produzzjoni tal-qamħirrun, li jirrappreżenta l-bażi l-aktar importanti tal-foraġġ għall-baqar tal-ħalib li jintuża għall-produzzjoni tal-“Grana Padano” DOP, u jista’ jkun sa 50 % tas-sustanza xotta li tittiekel.
L-attività ta’ restawr tal-art u tas-sistema ta’ irrigazzjoni taż-żona tal-pjanura tal-Po bdiet fis-seklu XI u serviet ta’ spunt għall-iżvilupp lokali tat-tkabbir tal-baqar. B’konsegwenza ta’ dan, kien hemm disponibbiltà ta’ kwantità notevoli ta’ ħalib, li kienet ta’ aktar milli kien hemm bżonn għall-ħtiġijiet ta’ kuljum tal-popolazzjoni rurali, u dan stimula u għamel neċessarju li l-ħalib ikun mibdul f’ġobon li jista’ jiġi preservat. Anke llum, id-disponibbiltà kbira ta’ ħaxix tal-għalf lokali, speċjalment il-qamħirrun, marbuta mad-disponibbiltà kbira ta’ ilma, hija element fundamentali għaż-żamma tat-trobbija tal-baqar u konsegwentement, għad-disponibbiltà tal-ħalib.
L-ispeċifiċità tal-“Grana Padano DOP” tista’ tiġi attribwita għall-elementi li ġejjin:
|
— |
id-daqs u l-piż tal-forma; |
|
— |
il-karatteristika morfoloġika partikolari tal-ġobon, marbuta mat-teknika ta’ produzzjoni, karatterizzata minn nisġa ramlija li twassal għall-kisra tipika li tħalli l-laqx tal-ġobon imfarrak; |
|
— |
il-kulur tal-ġobon abjad jew lewn it-tiben b’togħma delikata u riħa tfuħ, li ġej mill-użu kbir ta’ qamħirrun lewn ix-xema’ fl-għalf tal-baqar; |
|
— |
il-kontenut ta’ ilma u xaħam li huwa sostanzjalment l-istess bħall-kontenut ta’ proteini; |
|
— |
id-degradazzjoni naturali għolja tal-proteini f’peptoni, peptiti u amminoaċidi liberi, |
|
— |
l-adegwatezza għall-maturazzjoni fit-tul, anke iktar minn 20 xahar. |
Ir-rabta kawżali bejn il-“Grana Padano DOP” u ż-żona ta’ oriġini tiegħu hija attribwita għall-elementi li ġejjin:
|
— |
Il-potenzjal għoli ta’ irrigazzjoni fil-pjanura tal-Po u, b’konsegwenza, id-disponibbiltà ta’ foraġġ, fosthom prinċipalment il-qamħirrun lewn ix-xema’, li miegħu huma marbutin il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kulur abjad jew lewn it-tiben, it-togħma u r-riħa tal-pejst. Fil-fatt, l-użu ta’ qamħirrun jew qamħirrun lewn ix-xema’ maħżun, iwassal għal dieta li tinkludi koloranti, bħall-karoteni, anthocyanins, klorofilla, fi kwantità inqas minn dik li tittieħed minn għalf abbażi ta’ ħuxlief jew essenzi ta’ foraġġ aħdar. Dan fil-fatt huwa konsegwenza diretta tal-fażi tal-ħżin f’silos; |
|
— |
l-użu ta’ ħalib mhux ipproċessat, li konsegwentement jikkontribwixxi għall-produzzjoni ta’ batterji tal-ħalib tipiċi taż-żona, |
|
— |
l-użu ta’ xorrox naturali, li joħloq rabta mikrobijoloġika mhux interrotta maż-żona tal-produzzjoni. Fil-fatt, il-ħalib li jsir xorrox, jiġifieri x-xorrox naturali, minn naħa huwa effettivament il-ħolqa li torbot il-proċess ta’ kif isir il-ġobon mat-territorju ta’ produzzjoni, u mill-oħra jiggarantixxi l-kontribuzzjoni kontinwa u kostanti ta’ batterji tal-ħalib tipiċi taż-żona ta’ oriġini, li huma responsabbli għall-karatteristiċi prinċipali speċifiċi tal-ġobon “Grana Padano” DOP. |
Barra minn hekk, ir-rabta kawżali bejn il-karatteristiċi tal-prodott u ż-żona ta’ produzzjoni tiegħu hija mogħtija mill-“casaro” (dak li jagħmel il-ġobon), li minn dejjem kellu importanza ċentrali u fundamentali fil-produzzjoni tal-“Grana Padano” DOP.
Sal-lum, il-bidla tal-ħalib fi “Grana Padano” DOP għadha fdata f’idejn min jagħmel il-ġobon u mhux f’idejn tekniċi jew xjenzjati.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1), ta’ dan ir-Regolament)
It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jinsab fuq is-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
jew inkella:
billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit web tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali (www.politicheagricole.it), jikklikkja fuq il-kliem “Qualità e sicurezza” (fil-parti ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin) u fl-aħħar nett jikklikkja fuq il-kliem “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.
|
4.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 188/12 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Mejju 2019
dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, kif imsemmi fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-isem “Olives cassées de la vallée des Baux-de-Provence” (DOP)
(2019/C 188/05)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2)(a) flimkien mal-Artikolu 53(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Franza bagħtet applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-“Olives cassées de la vallée des Baux-de-Provence” (DOP) skont l-Artikolu 49(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni vvalutat l-applikazzjoni u kkonkludiet li din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Sabiex ikunu jistgħu jitressqu avviżi ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (2), inkluż id-Dokument Uniku emendat u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott rilevanti, għall-isem irreġistrat “Olives cassées de la vallée des Baux-de-Provence” (DOP) għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri, għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014, li jinkludi d-Dokument Uniku emendat u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott rilevanti għall-isem irreġistrat “Olives cassées de la vallée des Baux-de-Provence” (DOP), jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-emenda msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
ANNESS
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“OLIVES CASSEES DE LA VALLEE DES BAUX-DE-PROVENCE”
Nru tal-UE: PDO-FR-0051-AM01 — 16.8.2017
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
|
Syndicat AOP Huile d’olive et Olives de la Vallée des Baux-de-Provence (SIOVB) |
|
Vallon de la Fontaine |
|
13520 Les Baux-de-Provence |
|
FRANZA |
|
Tel. +33 0490543842 |
|
Faks +33 484253288 |
|
Posta elettronika: contact@siovb.com |
Is-“syndicat AOP Huile d’olive et Olives de la Vallée des Baux-de-Provence” (SIOVB), junjin professjonali rregolata mill-Kodiċi tax-Xogħol, hija magħmula minn produtturi taż-żebbuġ, kunfettiera taż-żebbuġ u taħħana (madwar 1 100 operatur). Għaldaqstant għandha interess leġittimu li tippreżenta l-applikazzjoni.
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Franza
3. L-intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
— |
☐ |
Isem il-prodott |
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☒ |
Żona ġeografika |
|
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
— |
☒ |
Rabta |
|
— |
☒ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Oħrajn: kontrolli, rekwiżiti nazzjonali. |
4. Tip ta’ emenda/i
|
— |
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
|
— |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata, li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew ekwivalenti), li ma għandhiex titqies bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
5. Emenda/i
Deskrizzjoni tal-prodott
Id-deskrizzjoni tal-“Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence” ġiet emendata u kompletata fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku (li jieħu post l-iskeda sommarja preċedenti).
B’hekk, il-kitba inizjali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u tal-iskeda sommarja:
“L-“Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence” ġej esklussivament mill-varjetajiet Salonenque jew Béruguette.
L-“Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence” huwa prodott bikri, li jżomm għal żmien qasir biss. Dan huwa żebbuġ aħdar imħawwar bil-bużbież.”
hija sostwitita b’dan:
“L-“Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence” jirreferi għaż-żebbuġ maqsum li jittiekel. Huwa ġej esklussivament mill-varjetajiet Salonenque jew Aglandau (magħrufa wkoll bħala “Béruguette”). Il-varjetajiet ma jistgħux jitħalltu meta jinbiegħ. Id-daqs taż-żebbuġ jikkorrispondi għal massimu ta’ 35 frotta f’kull 100 gramma. Il-lottijiet huma omoġenji b’massimu ta’ 5 % tal-frott li d-daqs tiegħu jikkorrispondi għal aktar minn 42 frotta f’kull 100 gramma, u massimu ta’ 5 % tal-frott li d-daqs tiegħu jikkorrispondi għal inqas minn 20 frotta f’kull 100 gramma. Iż-żebbuġ huwa maqsum, sħiħ u mhux imqatta’. Madankollu huwa aċċettat massimu ta’ 5 % ta’ żebbuġ sħiħ u 5 % ta’ żebbuġ mifqugħ. Dan huwa żebbuġ aħdar imħawwar bil-bużbież (Foeniculum vulgare var.). Iż-żebbuġ huwa iebes fil-ħalq u għandu togħma qawwija ta’ bużbież li ma tridx tintilef bl-imluħa. Jista’ jkollu togħma kemmxejn morra. L-“Olive cassée de la Vallée des Baux-de-Provence” m’għandux togħma ta’ fermentazzjoni, ta’ sapun (soda) jew ta’ njam. Jinbiegħ f’salmura ċara jew kemmxejn imdardra iżda mhux ħamra, li jkun fiha biċċiet taz-zkuk tal-bużbież.”
Dawn id-deskrizzjonijiet żdiedu għar-raġunijiet li ġejjin:
|
— |
Biex il-prodott jiġi kkaratterizzat aħjar jiżdied il-fatt li huwa żebbuġ “li jittiekel”; |
|
— |
Żdied l-isem uffiċjali tal-varjetà “Aglandau”, li lokalment tissejjaħ “Béruguette”, filwaqt li fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott irreġistrat kien jidher biss l-isem “Béruguette”. Din iż-żieda saret għall-konformità mal-isem uffiċjali tal-varjetà kif tidher fir-Reġistru Ewropew tal-varjetajiet; |
|
— |
“Il-varjetajiet ma jistgħux jitħalltu meta jinbiegħ”: Din il-karatteristika diġà kienet tidher fl-intestatura “Metodu ta’ produzzjoni” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u tal-iskeda sommarja, iżda mhux fl-intestatura “Deskrizzjoni tal-prodott” meta fil-fatt huwa element importanti tad-deskrizzjoni; |
|
— |
Id-daqs taż-żebbuġ li jikkorrispondi għal massimu ta’ 35 frotta f’kull 100 gramma kien imsemmi biss fl-intestatura “Metodu ta’ produzzjoni” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u tal-iskeda sommarja, meta huwa dettall importanti. Barra minn hekk, żdiedu t-tolleranzi aċċettati. Dawn il-valuri jiżguraw li l-lottijiet ikunu omoġenji, jiġifieri frott ta’ daqs tradizzjonalment medju sa kbir. |
|
— |
Żdied li ż-żebbuġ huwa sħiħ u mhux imqatta’ qabel jinqasam biex jiddistingwi aħjar iż-żebbuġa skont l-istandard Codex għaż-żebbuġ tal-ikel. Żdiedu wkoll it-tolleranzi aċċettati peress li minkejja l-attenzjoni kollha waqt il-produzzjoni, dejjem huwa possibbli li xi żebbuġ ma jkunx konformi (żebbuġ mhux maqsum, żebbuġ mifqugħ) mal-prodott finali mixtieq; |
|
— |
Żdied l-isem bil-Latin (“Foeniculum vulgare var.”) tal-bużbież li jagħti t-togħma liż-żebbuġ, biex ikun aktar preċiż; |
|
— |
Żdiedu l-karatteristiċi organolettiċi taż-żebbuġ. Abbażi tal-kontrolli li twettqu wara r-rikonoxximent ta’ din id-denominazzjoni, mad-deskrizzjoni organolettika żdiedu aktar deskritturi sabiex il-prodott ikun jista’ jiġi identifikat b’mod aħjar; |
|
— |
Żdiedu l-kundizzjonijiet tal-preżentazzjoni għall-bejgħ peress li jikkompletaw id-dispożizzjoni inizjali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u tal-iskeda sommarja li kienet tgħid biss li ż-żebbuġ “jinżamm fis-salmura” fl-intestatura “Metodu ta’ produzzjoni” u jispeċifikaw ukoll, f’dak li jirrigwarda t-taħwir taż-żebbuġ, li jrid ikun fih il-bużbież. |
Barra minn hekk, il-kitba inizjali li ġejja: “L-“Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence” huwa prodott bikri, li jżomm għal żmien qasir biss.” tħassret peress li mhijiex preċiża.
Żona ġeografika
Id-definizzjoni taż-żona ġeografika tal-“Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence” ġiet emendata fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku (li qabel kienet “l-iskeda sommarja”).
B’hekk, it-test inizjali li ġej tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u tal-iskeda sommarja:
“Iż-żona ta’ produzzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence” tinsab fil-muniċipalitajiet li ġejjin tad-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône: Arles, Aureille, les Baux de Provence, Eygalières, Eyguières, Fontvieille, Lamanon, Maussane-les-Alpilles, Mouries, Le Paradou, Saint-Martin de Crau, Orgon, Saint-Etienne du Grès, Saint-Rémy de Provence, Senas, Tarascon.”
huwa sostitwit bit-test li ġej:
— Fid-Dokument Uniku (punt 4):
“Iż-żona ġeografika tinsab fit-territorju ta’ dawn il-muniċipalitajiet tad-département ta’ Bouches-du-Rhône:
Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Les Baux-de-Provence, Maussane-les-Alpilles, Paradou;
Partijiet mill-muniċipalitajiet ta’: Arles, Aureille, Eygalières, Eyguières, Fontvieille, Lamanon, Mas-Blanc-des-Alpilles, Mouriès, Orgon, Saint-Etienne-du-Grès, Saint-Martin-de-Crau, Saint-Rémy-de-Provence, Sénas, Tarascon.”
— Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Il-proċessi kollha, mill-produzzjoni taż-żebbuġ sal-ipproċessar f’żebbuġ maqsum għall-ikel u l-pastorizzazzjoni tiegħu, isiru fiż-żona ġeografika li tinsab fit-territorju ta’ dawn il-muniċipalitajiet tad-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône:
Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Les Baux-de-Provence, Maussane-les-Alpilles, Paradou;
Partijiet mill-muniċipalitajiet ta’: Arles, Aureille, Eygalières, Eyguières, Fontvieille, Lamanon, Mas-Blanc-des-Alpilles, Mouriès, Orgon, Saint-Etienne-du-Grès, Saint-Martin-de-Crau, Saint-Rémy-de-Provence, Sénas, Tarascon.
Mappa li tindika l-fruntieri taż-żona ġeografika, kif ġiet approvata mill-Kumitat Nazzjonali għall-Prodotti Agroalimentari tal-Institut national de l’origine et de la qualité (INAO) waqt il-laqgħa tiegħu tal-20 ta’ Ġunju 2013, fuq proposta tal-kummissjoni ta’ esperti maħtura għal dan il-għan, ġiet ippreżentata lill-kunsill lokali ta’ kull muniċipalità kkonċernata.”
Fil-fatt, il-perimetru taż-żona ġeografika ġie estiż għal xi partijiet f’muniċipalitajiet diġà inklużi fiż-żona ġeografika, kif ukoll għal muniċipalità ġara ġdida, il-muniċipalità (parti minnha) ta’ “Mas-Blanc-des-Alpilles”. Dawn iż-żidiet jirrigwardaw il-muniċipalitajiet kollha taż-żona ġeografika, minbarra l-muniċipalità ta’ “Les Baux-de-Provence”, li diġà hija inkluża kollha fiż-żona ġeografika. Dawn il-partijiet tal-muniċipalitajiet miżjuda fil-perimetru taż-żona ġeografika jissodisfaw l-istess kriterji ġeoloġiċi, pedoloġiċi, tal-klima u tal-flora tad-delimitazzjoni bħall-bqija tad-denominazzjoni ta’ oriġini. Din id-delimitazzjoni tippermetti wkoll li tinkludi kunfettier ġdid taż-żebbuġ fid-denominazzjoni ta’ oriġini. Żdiedet id-data tal-approvazzjoni ta’ din id-delimitazzjoni (l-20 ta’ Ġunju 2013), wara d-deċiżjoni li ħa l-Kumitat Nazzjonali għall-Prodotti Agroalimentari tal-INAO li huwa kompetenti biex jivvalida r-reviżjoni ta’ żona ġeografika fil-livell nazzjonali.
Barra minn hekk żdied ukoll li ż-żebbuġ ġej minn żebbuġ miġbur minn irqajja’ ta’ art identifikati skont ir-regoli deskritti. B’hekk, fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, żdied il-kliem li ġej:
“Iż-żebbuġ maqsum ġej minn żebbuġ miġbur minn irqajja’ ta’ art identifikati u li jinsabu fiż-żona ta’ produzzjoni definita hawn fuq. L-irqajja’ ta’ art huma identifikati abbażi tal-kriterji relatati mal-postijiet tal-irqajja’ ta’ art, stabbiliti mill-Kumitat Nazzjonali għall-Prodotti Agroalimentari tal-INAO, fil-laqgħa tiegħu tal-21 ta’ Frar 2013, fuq l-opinjoni tal-kummissjoni ta’ esperti maħtura għal dan il-għan mill-imsemmi Kumitat Nazzjonali.
Kull produttur li jixtieq ikollu roqgħa art identifikata għandu japplika fl-uffiċċji tal-INAO permezz ta’ formola konformi mal-mudell approvat mid-Direttur tal-INAO qabel il-31 ta’ Mejju ta’ qabel l-ewwel ħsad taż-żebbuġ tad-denominazzjoni ta’ oriġini u għandu jimpenja ruħu biex jirrispetta l-kriterji dwar il-post.
Il-lista tal-irqajja’ l-ġodda ta’ art identifikati hija approvata kull sena mill-Kumitat Nazzjonali kompetenti tal-INAO, fuq opinjoni tal-kummissjoni ta’ esperti msemmija hawn fuq.
Il-lista tal-irqajja’ ta’ art identifikati, kif ukoll il-kriterji ta’ identifikazzjoni, jistgħu jiġu kkonsultati fl-uffiċċji tal-INAO u tal-grupp ikkonċernat.”
Din il-proċedura tippermetti lill-istrutturi ta’ kontroll jelenkaw l-irqajja’ ta’ art kollha li jistgħu jipproduċu d-denominazzjoni ta’ oriġini f’sena partikolari.
— Barra minn hekk, żdied il-kliem li ġej fil-punt 3.4 tad-Dokument Uniku u fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Il-proċessi kollha, mill-produzzjoni taż-żebbuġ sal-produzzjoni taż-żebbuġ iswed, isiru fiż-żona ġeografika identifikata.”
Ma żdiedet ebda fażi obbligatorja ġdida fiż-żona ġeografika iżda l-informazzjoni dwar il-proċessi li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ma kinitx tidher b’mod ċar fl-iskeda sommarja preċedenti u fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
— Barra minn hekk, fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biss, żdiedu r-referenzi tal-mapep użati għad-definizzjoni taż-żona ġeografika:
“Ġiet ippreżentata mappa li tindika l-fruntieri taż-żona ġeografika, kif ġiet approvata mill-Kumitat Nazzjonali għall-Prodotti Agroalimentari tal-Institut national de l’origine et de la qualité (INAO) waqt il-laqgħa tiegħu tal-20 ta’ Ġunju 2013, fuq proposta tal-kummissjoni ta’ esperti maħtura għal dan il-għan, lill-kunsill lokali ta’ kull muniċipalità kkonċernata”.
Din hija data ta’ mapep tal-IGN (Istitut Nazzjonali tal-Informazzjoni Ġeografika u Forestali) li tista’ tiġi trasferita fuq medja oħrajn tal-kompjuter għall-kuntrarju tal-pjanti katastali li ntużaw inizjalment.
Skont il-proċeduri nazzjonali fis-seħħ, meta titressaq applikazzjoni għal emenda fl-Ispeċifikazzjoni, il-Kumitat Nazzjonali għad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini tal-Ħalib, Agroalimentari u Forestali tal-Institut national de l’origine et de la qualité (INAO) huwa kompetenti biex jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni qabel tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea. Madankollu, l-emenda ma tiġix applikata qabel ma tiġi rreġistrata fil-livell Ewropew.
Prova tal-oriġini
It-test inizjali kollu li ġej jitħassar minn din l-intestatura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u tad-Dokument Uniku (l-iskeda sommarja preċedenti):
“Flimkien maċ-ċereali u mad-dwieli, iż-żebbuġa minn dejjem kienet tagħmel parti mit-trio ta’ għelejjel essenzjali ta’ Provenza.
Fil-Vallée des Baux-de-Provence, it-tkabbir taż-żebbuġ minn dejjem kellu pożizzjoni predominanti minkejja l-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet u l-abbandun taż-żebbuġa għall-uċuħ tal-ħxejjex minħabba l-bini ta’ kanali ta’ irrigazzjoni.
Fl-1786, l-Abbé Couture, fit-trattat tiegħu dwar is-suġġett, wera li waħda mill-partikolaritajiet tal-Vallée des Baux-de-Provence hija r-rikkezza kbira tiegħu ta’ varjetajiet ta’ żebbuġ. Huwa jsemmi minn tal-inqas sitt speċijiet ewlenin fosthom is-Salonenque, li qabel kienet tissejjaħ “Plant de Salon” u “La Béruguette”, li qabel kienet magħrufa bħala “Aglandau” jew “Blanquette”. Huma dawn iż-żewġ varjetajiet antiki u tradizzjonali biss li huma awtorizzati għall-produzzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence.
Din ir-rikkezza għamlet lill-Vallée des Baux-de-Provence wieħed mit-territorji l-aktar għanja fil-preparazzjoni taż-żebbuġ. Id-drawwiet antiki dejjem ippermettew li jiġi kkunsmat iż-żebbuġ aħdar maqsum, iż-żebbuġ aħdar sħiħ u ż-żebbuġ iswed.
Il-produzzjoni taż-żebuġ aħdar maqsum hija produzzjoni li tinsab kważi esklussivament fil-Vallée des Baux-de-Provence.
B’medja annwali ta’ 250 tunnellata prodotti, iż-żebbuġ maqsum huwa l-produzzjoni ewlenija ta’ żebbuġ tal-ikel tal-Vallée des Baux-de-Provence.
F’Settembru ta’ kull sena, il-ħsad taż-żebbuġ maħsub għal dan il-metodu ta’ preparazzjoni jiftaħ il-kampanja ta-żebbuġ fil-Vallée des Baux-de-Provence.
L-oriġinalità ta’ din il-produzzjoni ġejja essenzjalment mill-“qsim” taż-żebbuġ li, għalkemm illum isir bil-magni, għamel żmien twil isir bl-idejn, u dan ħoloq attività tradizzjonali f’dan ir-reġjun.
Iż-żebbuġ maqsum tal-Vallée des Baux-de-Provence huwa l-ewwel żebbuġ tal-ikel li jasal fis-suq (Ottubru-Novembru) u kull sena jkun mistenni ħafna mill-esperti, u din l-istennija hija relatata mal-aspett bikri tal-produzzjoni.”
Fil-fatt, fid-dawl tal-iżviluppi leġiżlattivi u regolatorji nazzjonali, l-intestatura “Elementi li juru li l-prodott ġej miż-żona ġeografika tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u tal-iskeda sommarja (punt 4.4. “Prova tal-oriġini”), li kienet tinkludi biss elementi tar-“rabta mal-oriġini”, ġiet emendata u issa tiġbor fiha biss l-obbligi ta’ dikjarazzjoni u ż-żamma ta’ rekords dwar it-traċċabbiltà tal-prodott u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Għalhekk żdiedu paragrafi differenti li jissostitwixxu l-paragrafi preċedenti dwar l-istorja u l-fama tal-prodott. Il-kitba l-ġdida proposta tiddeskrivi d-dokumenti stabbiliti biex jgħinu fil-monitoraġġ u l-kontroll tal-prodott tad-denominazzjoni ta’ oriġini: id-dikjarazzjoni ta’ identifikazzjoni tal-operaturi, id-dikjarazzjoni tan-nuqqas ta’ intenzjoni ta’ produzzjoni totali jew parzjali tad-denominazzjoni ta’ oriġini għal sena partikolari, il-ktieb tal-kultivazzjoni, ir-reġistri tal-immaniġġjar taż-żebbuġ (bħala materja prima) u taż-żebbuġ maqsum (prodott finali), id-dikjarazzjoni annwali tal-ħsad taż-żebbuġ, id-dikjarazzjoni tal-ipproċessar (magħrufa wkoll bħala “id-dikjarazzjoni tal-manifattura”) taż-żebbuġ maqsum, id-dikjarazzjoni tat-tqegħid fis-suq (imsejħa wkoll tad-“domanda”) taż-żebbuġ maqsum tad-denominazzjoni ta’ oriġini, id-dikjarazzjoni annwali tal-istokkijiet ta’ żebbuġ maqsum tad-denominazzjoni ta’ oriġini.
Barra minn hekk, l-eżami analitiku u organolettiku, diġà pprovdut mid-dispożizzjonijiet fis-seħħ huwa inkluż fil-proċedura ta’ kontroll imsemmija.
Il-paragrafu jinkiteb kif ġej:
“Din il-proċedura kollha hija kkompletata b’eżamijiet analitiċi u organolettiċi mwettqa billi jittieħed kampjun mill-prodott finali, lest biex jiġi ppakkjat, biex tkun żgurata l-kwalità u l-konkordanza mad-deskrizzjoni tal-prodott definit qabel fil-punt 2.”
Fil-fatt, il-ħsieb huwa li jiġu deskritti fil-qosor it-tip u s-sistema ta’ kontroll tal-prodott stabbilit.
Metodu ta’ produzzjoni
|
— |
Is-sentenza introduttorja “iż-żebbuġ irid jinġabar f’imsaġar identifikati li jinsabu fiż-żona ta’ produzzjoni delimitata” tneħħiet minn din l-intestatura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u tad-Dokument Uniku (li qabel kien l-iskeda sommarja), peress li l-proċedura ta’ identifikazzjoni tal-irqajja ta’ art hija spjegata fl-intestatura “żona ġeografika” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. |
Varjetajiet
Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku, il-kitba inizjali li ġejja:
“Iż-żebbuġ ġej esklussivament mill-varjetajiet Salonenque jew Béruguette. Il-varjetajiet ma jistgħux jitħalltu għall-bejgħ.”
hija sostitwita bil-kitba li ġejja:
“Iż-żebbuġ użat ġej esklussivament mill-varjetajiet Salonenque u Aglandau (imsejħa wkoll Béruguette).”
Fil-fatt, żdiedet ir-referenza għall-isem uffiċjali tal-varjetà “Aglandau”. Il-lista tal-varjetajiet awtorizzati (Salonenque u Béruguette) ma ġietx emendata bħala tali, iżda l-varjetà Aglandau issa hija msemmija peress li dan huwa l-isem uffiċjali tal-varjetà lokalment imsejħa “Béruguette”.
Densità tat-tħawwil
Żdiedu r-regoli dwar id-densità tat-tħawwil.
Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet inkluża l-kitba li ġejja:
“Għal kull tħawwil li jsir wara s-27 ta’ Awwissu 1997, kull siġra għandu jkollha erja minima ta’ 24 metru kwadru, li tinkiseb billi wieħed jimmultiplika ż-żewġ distanzi “bejn ir-ringieli” u “spazju” bejn is-siġar. Min-naħa l-oħra, id-distanza minima bejn is-siġar għandha tkun tal-inqas erba’ metri.”
Dawn ir-regoli jikkorrispondu għall-prattiki lokali kurrenti li jiżguraw l-aħjar tkabbir tas-siġra. Dawn japplikaw għas-siġar kollha miżrugħin wara d-data ta’ rikonoxximent tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata fit-territorju nazzjonali. Huma jiżguraw ir-rispett tar-regoli tad-densità tat-tħawwil rakkomandati għat-tħawwil futur.
Żbir
Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet inkluża l-kitba li ġejja: “Is-siġar taż-żebbuġ jinżabru tal-inqas kull sentejn.”
Iż-żbir tal-frott jgħin biex tiġi rregolata l-produzzjoni tas-siġra taż-żebbuġ. Iż-żbir sussegwenti jtejjeb il-ħsad. Iż-żabra normalment issir kull sena iżda, peress li ċ-ċiklu veġetattiv tas-siġra taż-żebbuġ jseħħ fuq sentejn, fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa rrakkomandat li ssir mill-inqas żabra kull sentejn.
Tisqija
Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet inkluża d-dispożizzjoni li ġejja:
“It-tisqija matul l-istaġun ta’ żvilupp tas-siġra taż-żebbuġ hija permessa sad-data tal-ħsad stabbilita kull sena għad-denominazzjoni ta’ oriġini.”
Ġie deċiż li t-tisqija tiġi limitata sad-data tal-bidu tal-ħsad stabbilita kull sena għad-denominazzjoni ta’ oriġini. Din id-data tikkorrispondi għall-prattiki normali. Din tippermetti li tawtorizza t-tisqija tas-siġar meta dan ikun meħtieġ f’każ ta’ nixfa persistenti biex jiġi evitat nuqqas kbir ta’ ilma, li jista’ jkun ta’ ħsara għas-siġra matul il-perjodu ta’ żvilupp u ta’ ħsara għall-kwalità tal-frott. Min-naħa l-oħra, biex tiġi ppreservata l-kwalità tal-frott misjur u biex ma jinfaqax bl-ilma, huwa rakkomandat li t-tisqija titwaqqaf ladarba jibda l-ħsad.
Bidu tal-produzzjoni tas-siġar
It-test inizjali li ġej tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Il-benefiċċju tad-denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata “Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence” jista’ jingħata biss liż-żebbuġ li ġej minn siġar li għandhom tal-inqas ħames snin”
Huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Il-benefiċċju tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence” jingħata biss liż-żebbuġ li ġej minn siġar li jkunu ilhom imħawla fir-roqgħa art għal mill-inqas ħames snin.”
Fil-fatt, għall-finijiet ta’ kitba ċara, huwa speċifikat li l-età tal-bidu ta’ produzzjoni tas-siġar tad-denominazzjoni ta’ oriġini, stabbilita għal ħames snin, tikkorrispondi għal ħames snin “li jkunu ilhom imħawla fir-roqgħa art” (ir-roqgħa art identifikata tad-denominazzjoni ta’ oriġini).
Ir-rendiment
Ir-rendiment massimu awtorizzat żdied għal 10 tunnellati għal kull ettaru, minflok il-massimu ta’ sitt tunnellati għal kull ettaru.
Il-frażi inizjali li ġejja tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Ir-rendiment għal kull ettaru ma jistax jaqbeż is-sitt tunnellati ta’ żebbuġ għal kull ettaru.”
hija sostitwita bil-kitba li ġejja:
“Ir-rendiment m’għandux jaqbeż l-10 tunnellati ta’ żebbuġ miġbur għal kull ettaru ta’ siġar taż-żebbuġ, ikun xi jkun l-iskop għalih. Ir-rendiment huwa kkalkulat fuq it-total tal-irqajja’ ta’ art indentifikati tal-azjenda li tipproduċi żebbuġ maħsub għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini “Huile d’olive de la Vallée des Baux-de-Provence”, “Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence” u “Olives noires de la Vallée des Baux-de-Provence.” Fil-fatt, is-siġar tal-pjantaġġuni reċenti qegħdin itellgħu l-frott illum u r-rendiment ta’ dawn l-imsaġar joqrob it-8 sal-10 t/ha. Barra minn hekk, m’huwiex rari li wieħed isib imsaġar taż-żebbuġ li għandhom mijiet ta’ snin u f’dan il-każ, is-siġar żviluppaw ammont kbir ta’ friegħi u allura ammont kbir ta’ żebbuġ. Il-professjonaliżmu tal-produtturi u t-tiġdid tal-irqajja’ art jgħinu wkoll biex ir-rendiment ikun akbar. Barra minn hekk, il-metodu tal-kalkolu tar-rendiment żdied b’mod li tiġi evitata kwalunkwe interpretazzjoni u li jiffaċilita l-kontroll. B’hekk żdied li dan ir-rendiment huwa kkalkulat skont il-produzzjoni maħsuda (u mhux il-produzzjoni totali tas-siġra li tinkludi ż-żebbuġ li jkun waqa’ mal-art u ma jinġabarx u li ma jibbenefikax mid-denominazzjoni), ikun xi jkun l-iskop għaż-żebbuġ u kkalkulat fuq it-total tal-irqajja’ ta’ art identifikati tal-azjenda li tipproduċi ż-żebbuġ maħsub għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini “Huile d’olive de la Vallée des Baux-de-Provence”, “Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence” u “Olives noires de la Vallée des Baux-de-Provence”.”
Il-ħsad taż-żebbuġ
Żdiedu dispożizzjonijiet differenti dwar il-ħsad sabiex il-prattiki jiġu rregolati aħjar u sabiex tiġi garantita l-kwalità taż-żebbuġ maħsud.
— id-dispożizzjoni inizjali li ġejja tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Iż-żebbuġ irid ikun żebbuġ maħsud meta jkun sar sew direttament mis-siġra”, tneħħiet.
Din hija sostitwita bid-dispożizzjonijiet li ġejjin u li qed jiżdiedu mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Id-data tal-bidu tal-ħsad hija stabbilita kull sena permezz ta’ deċiżjoni tad-Direttur tal-INAO, fuq proposta ppreżentata mill-grupp.
Iż-żebbuġ jinqata’ bl-idejn, jew permezz ta’ proċess mekkaniku li jiżgura l-integrità tal-frotta (l-imxat li jivvibraw huma pprojbiti)”.
Ġie deċiż li tiġi introdotta sistema ta’ ftuħ tal-ħsad biex jiġi żgurat li l-koltivaturi jħallu ż-żebbuġ isir biżżejjed. Id-data tal-ftuħ tal-ħsad tiġi proposta mill-grupp li jibbaża l-proposta tiegħu skont l-analiżi sensorjali ta’ kampjuni ta’ żebbuġ li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika kollha.
Il-kunċett mhux preċiż ta’ żebbuġ “maħsud meta jkun sar sew direttament mis-siġra”, huwa sostitwit mill-obbligu li ż-żebbuġ jinġabar bl-idejn bi proċess mekkaniku li jiżgura l-integrità tal-frotta. L-imxat li jivvibraw huma pprojbiti peress li jistgħu jagħmlu ħsara liż-żebbuġ.
— Il-kitba inizjali li ġejja tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Iż-żebbuġ imbagħad jinħażen f’kaxex bit-toqob, imbagħad ikkonsenjat lill-kunfettiera sa mhux aktar tard minn tmienja u erbgħin siegħa wara l-ħsad”
hija sostitwita bil-kitba li ġejja:
“Iż-żebbuġ jinħażen fil-kaxxi bit-toqob jew fil-kannestri. Imbagħad, skont l-użanzi lokali, jiġi kkonsenjat lill-kunfettiera sa mhux aktar tard minn tmienja u erbgħin siegħa wara l-ħsad f’kundizzjoni tajba”
Fil-fatt, iż-żebbuġ jista’ jinġabar ukoll f’kannestri, u mhux biss f’kaxex (bit-toqob) peress li dan it-tip ta’ kontenitur ma jagħmilx ħsara lill-kwalità tal-prodott. Barra minn hekk, huwa neċessarju li jiġi kkonsenjat lill-kunfettiera f’kundizzjoni tajba.
It-tħejjija taż-żebbuġ maqsum
Id-dispożizzjoni li ġejja: “Iż-żebbuġ li jkollu traċċi ta’ kuntatt mal-art ma jintużax għall-ipproċessar” żdiedet fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fl-interess tal-aqwa kwalità tal-prodott u r-rispett għall-prattiki tradizzjonali.
Il-kitba inizjali li ġejja tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u tal-iskeda sommarja:
“Id-daqs taż-żebbuġ għandu jkun jikkorrispondi għal massimu ta’ 35 frotta f’kull 100 gramma.”
Ikkompletata fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biss bil-kitba li ġejja:
“Iż-żebbuġ jintiżen u jintgħażel qabel ma jitħejja għall-impjanti ta’ konfezzjoni. Dawn tal-aħħar iridu jkunu jinsabu fiż-żona ġeografika ta’ produzzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence”.”
Tneħħiet mid-Dokument Uniku u ġiet sostitwita bil-kitba li ġejja fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Iż-żebbuġ jintiżen u jintgħażel qabel ma jitħejja. Id-daqs taż-żebbuġ jikkorrispondi għal massimu ta’ 35 frotta f’kull 100 gramma. Il-lottijiet huma omoġenji b’massimu ta’ 5 % tal-frott li d-daqs tiegħu jikkorrispondi għal aktar minn 42 frotta f’kull 100 gramma, u massimu ta’ 5 % tal-frott li d-daqs tiegħu jikkorrispondi għal inqas minn 20 frotta f’kull 100 gramma”.
Il-fażijiet li jseħħu fiż-żona ġeografika huma elenkati fl-intestatura “Żona ġeografika” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u fil-punt 3.4 tad-Dokument Uniku.
Rigward l-għażla taż-żebbuġ qabel it-tħejjija, żdiedet id-dispożizzjoni li ġejja fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Iż-żebbuġ frisk li jkollu d-difetti li ġejjin ma jaqbiżx il-5 % taż-żebbuġ użat:
|
— |
żebbuġ imtebba’ = daqqiet minħabba l-ġbir, ir-riħ jew is-silġ; |
|
— |
frott imkemmex jew artab; |
|
— |
gdim tal-insetti |
Il-proporzjon ta’ żebbuġ imdewwed għandu jkun inqas minn 3 % taż-żebbuġ użat”.
Dan biex jiġu stabbiliti l-kriterji tal-għażla taż-żebbuġ billi jiġu definiti d-difetti u l-valuri massimi permessi għal dawn id-difetti.
“Iż-żebbuġ sħiħ jinqasam mekkanikament, imbagħad jitqiegħed f’soluzzjoni alkalina sakemm titneħħa parti mill-imrar tiegħu. Is-soluzzjoni alkalina mbagħad tiġi sostitwita bl-ilma pur li fih iż-żebbuġ jitħalla għal mill-inqas sitta u tletin siegħa, bl-ilma jitbiddel kull tnax-il siegħa.”
Qed tiġi sostitwita bid-dispożizzjoni li ġejja fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Il-qsim isir mekkanikament fuq frott sħiħ frisk. Wara l-qsim, il-biċċiet taż-żebbuġ ma jaqbżux il-5 % taż-żebbuġ użat. Iż-żebbuġ jitħalla jimmaċera f’soluzzjoni alkalina li d-densità tagħha ma taqbiżx 1 025. Wara dan it-tgħaddis biex titneħħa parti mill-imrar tiegħu, is-soluzzjoni alkalina tinbidel b’ilma pur. Iż-żebbuġ jibqa’ fl-ilma għal mill-inqas sitta u tletin siegħa bl-ilma jitbiddel permezz ta’ tlaħliħ sussegwenti, sakemm l-ilma jiġi ċar. Wara l-osmożi u l-istabilizzazzjoni, id-densità tkun bejn 1 036 u 1 050. L-aċidi ċitriċi u lattiċi biss huma permessi biex jitbaxxa l-pH tas-salmura.”
B’hekk, żdiedu l-elementi li ġejjin: ir-rata massima ta’ polpa taż-żebbuġ permess fil-lottijiet, il-valur tad-densità tas-salmura kif ukoll l-addittivi permessi biex jitbaxxa l-pH tas-salmura.
L-obbligu li jinbidel l-ilma tat-tlaħliħ taż-żebbuġ “kull tnax-il siegħa” huwa sostitwit b’obbligu li jinbidel l-ilma “permezz ta’ tlaħliħ sussegwenti, sakemm l-ilma jiġi ċar”, peress li l-għan huwa li jinkiseb ilma ċar fl-aħħar tal-proċess, sinjal li ż-żebbuġ ikun tlaħlaħ biżżejjed.
Dawn iż-żidiet u l-emendi kollha jiżguraw li jinkiseb prodott ta’ kwalità, li jippreżenta massimu ta’ frott sħiħ maqsum, imlaħlaħ u stabilizzat biżżejjed, skont il-metodi tradizzjonali ta’ produzzjoni.
Ħżin taż-żebbuġ maqsum qabel l-ippakkjar
Il-kitba inizjali li ġejja tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Iż-żebbuġ jinħażen fis-salmura. Wara t-tqegħid fis-salmura, iż-żebbuġ irid jinħażen f’temperatura ta’ bejn +4 °C u + 8 °C.”
u tal-iskeda sommarja (fil-punt 4.5): “Iż-żebbuġ jinħażen fis-salmura”,
Tneħħiet mid-Dokument Uniku u qed tiġi sostitwita fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, bil-kitba li ġejja:
“Iż-żebbuġ jinħażen fis-salmura sa mhux aktar tard minn tmint ijiem wara t-tneħħija tal-imrar u għal massimu ta’ 12-il xahar f’temperatura ta’ bejn 2 °C u 4 °C.”
Fil-fatt, biex jiġu garantiti l-aħjar kundizzjonijiet ta’ preservazzjoni qabel il-bejgħ, ġie stabbilit u miżjud perjodu massimu ta’ 12-il xahar ta’ preservazzjoni fis-salmura. F’din il-perspettiva, it-temperatura ta’ preservazzjoni tniżżlet “bejn 2 °C u 4 °C” minflok “bejn 4 °C u 8 °C”.
Barra minn hekk, fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, żdied il-kliem li ġej fir-rigward tal-pastorizzazzjoni:
“F’każ ta’ pastorizzazzjoni din għandha ssir fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta’ oriġini sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-prodott mad-deskrizzjoni tal-punt 2 qabel l-ewwel bejgħ taż-żebbuġ tad-denominazzjoni ta’ oriġini. Biex jagħmlu dan, l-operaturi għandhom japplikaw valur ta’ pastorizzazzjoni massimu ta’ 2 000 sekonda (f’temperatura teorika ta’ 70 °C). Fil-fatt, l-għan huwa li jiġi evitat sajran żejjed taż-żebbuġ li jista’ jrattbu u jitfilu l-kulur tiegħu minn aħdar jgħajjat għal kannella. Il-proċedura ta’ kontroll tipprovdi għalhekk kontroll aktar strett tal-pastorizzazzjoni permezz tal-verifika regolari tad-data tat-tagħmir tal-pastorizzazzjoni kif ukoll billi jiġu kkontrollati l-karatteristiċi tal-prodott wara l-pastorizzazzjoni”.
Dan il-paragrafu ddaħħal ukoll fil-punt 3.5 tad-Dokument Uniku f’termini kważi simili (il-forma biss hija kemxejn differenti), is-sustanza hija strettament identika għall-kliem tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Il-pastorizzazzjoni tibqa’ fakultattiva iżda jekk tiġi pprattikata, dawn id-dispożizzjonijiet il-ġodda jipprovdu li din issir fiż-żona ġeografika filwaqt li jiġi rispettat ċertu valur ta’ pastorizzazzjoni. L-obbligu li l-pastorizzazzjoni ssir fiż-żona ġeografika jagħmilha possibbli li jkun hemm kontroll tal-prodotti pastorizzati qabel l-ewwel bejgħ tad-denominazzjoni ta’ oriġini biex jiġi vverifikat li dawn iżommu l-karatteristiċi definiti fil-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (“deskrizzjoni”).
Għoti ta’ togħma
Id-dispożizzjoni inizjali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u tal-iskeda sommarja:
“Dan iż-żebbuġ jitħawwar biss bil-bużbież”.
Qed tiġi sostitwita bid-dispożizzjoni li ġejja fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u fil-punt 3.3 tad-Dokument Uniku:
“Iż-żebbuġ maqsum jitħawwar bil-bużbież (Foeniculum vulgare var.) biss, kemm permezz tal-friegħi tal-pjanta kif ukoll taż-żerriegħa tagħha. Jistgħu jiżdiedu wkoll estratt tal-bużbież kummerċjali, dekozzjoni jew infużjoni ta’ bużbież li titħejja mill-operatur.”
Il-kundizzjonijiet tal-għoti tat-togħma tal-bużbież huma spjegati aħjar. B’hekk żdied li l-għoti tat-togħma jsir permezz ta’ partijiet mill-pjanta u taż-żerriegħa tal-pjanta u li jistgħu jiżdiedu wkoll estratt tal-bużbież kummerċjali, dekozzjoni jew infużjoni ta’ bużbież li jitħejjew mill-operatur. Barra minn hekk żdied l-isem bil-Latin tal-bużbież biex ikun aktar preċiż: dan huwa l-Foeniculum vulgare var.
Rabta mal-ambjent ġeografiku
Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku (jew dik li qabel kienet l-iskeda sommarja), ir-rabta kollha ġiet miktuba mill-ġdid.
Din tinkludi l-aktar żidiet li ma jibdlux is-sustanza tar-rabta kawżali bejn l-ispeċifiċitajiet taż-żona ġeografika u l-ispeċifiċitajiet tal-prodott li ġew deskritti inizjalment.
— Il-kitba inizjali li ġejja tal-iskeda sommarja:
“Iż-żona ġeografika ta’ produzzjoni tal-Vallée des Baux-de-Provence hija delimitata mill-Kanal tal-Alpilles fit-Tramuntana u mill-Kanal ta’ Craponne fin-Nofsinhar”,
u tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Iż-żona ġeografika ta’ produzzjoni tal-Vallée des Baux-de-Provence hija mmarkata b’mod ċar mill-Kanal tal-Alpilles fit-Tramuntana u mill-Kanal ta’ Craponne fin-Nofsinhar”
ġew emendati xi ftit u sostitwiti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku, bil-kitba li ġejja:
“Iż-żona ġeografika tinsab bejn il-Massif des Alpilles, bil-fruntieri kolluvjali tiegħu u t-tarf tat-Tramuntana tal-pjanura ta’ Crau.”.
Dan l-aġġornament isegwi l-modifika żgħira tal-limiti taż-żona ġeografika, peress li l-Kanal tal-Alpilles u l-Kanal ta’ Craponne m’għadhomx il-konfini taż-żona ġeografika.
Barra minn hekk żdiedu l-elementi li ġejjin biex jikkompletaw din id-deskrizzjoni:
“Il-katina tal-Alpilles (b’għoli massimu ta’ 400 m) testendi mill-Punent għal-Lvant, għal madwar tletin kilometru u tinkludi l-għoljiet tal-franka l-aktar tipiċi ta’ Provenza, li jinsabu bejn ir-Rhône, id-Durance u l-Crau. Dawn il-muntanji jifformaw il-katina l-aktar fil-Punent tal-antiklinali Provenzali. Huma muntanji mgħawra, b’topografija pittoreska u mżerżqa, magħmulin essenzjalment minn franka tal-Kretaċju u tal-Ġurassiku fin-Nofsinhar tagħhom.”
— Il-kitba inizjali li ġejja tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (li ma kinitx fl-iskeda sommarja):
“Il-lokalizzazzjoni tal-imsaġar taż-żebbuġ f’dan il-wied kienet immarkata matul iż-żmien bil-bini ta’ dawn il-kanali ta’ tisqija. B’hekk, is-siġar taż-żebbuġ dejjem żammew post prominenti f’żoni fejn it-tisqija baqgħet diffiċli, u kienu anki protetti milli jinqalgħu filwaqt li f’żoni oħrajn bdew jisparixxu u minflokhom bdew jinżergħu l-ħxejjex.”
tneħħiet peress li huma elementi storiċi li ma juru ebda rabta reali mal-oriġini ġeografika.
— Il-kitba inizjali li ġejja tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Ir-reġjun tal-Vallée des Baux-de-Provence delimitat jiddistingwi ruħu minħabba l-karatteristiċi ġeoloġiċi u klimatiċi speċifiċi għalih.”
u tal-iskeda sommarja:
“Huwa jiddistingwi ruħu minħabba l-karatteristiċi ġeoloġiċi u klimatiċi speċifiċi għalih”
Kif ukoll il-kitba inizjali li ġejja fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Fiż-żona tal-għoljiet, il-ħamrija hija tal-franka, bi ftit li xejn kulur u mimlija ġebel irqiq b’potenzjal qawwi ta’ tisħin, ventilazzjoni u permeabbiltà għoljin ħafna. Il-klima hija Mediterranja, bi sjuf sħan u xotti, xita fil-ħarifa u fir-rebbiegħa u l-preżenza karatteristika tal-“mistral” (ir-riħ mit-Tramuntana). Il-popolament varjat tal-Vallée des Baux huwa partikolarment adattat għall-funzjonament ta’ din il-ħamrija. Il-Vallée de Baux de Provence, bis-saħħa tal-katina tal-Alpilles, hija ħafna inqas suxxettibbli għar-riħ u għall-ġlata tar-rebbiegħa, iżda b’mod speċjali għaċ-ċpar li jaffettwa ħażin il-fjoritura tas-siġra taż-żebbuġ u li jiffavorixxi ċertu mard fungali.”,
Ġiet emendata u kompletata biex jiġu spjegati aktar l-ispeċifiċitajiet taż-żona ġeografika. Parti minn din il-kitba hija ripetuta fid-deskrizzjoni tar-“Rabta kawżali” iżda l-parti dwar id-deskrizzjoni tal-klima, tal-ħamrija u tal-popolament varjat tneħħiet u ġiet sostitwita bl-elementi li ġejjin (żidiet fid-Dokument Uniku u fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott):
“Iż-żona ġeografika għandha l-karatteristiċi klimatiċi li ġejjin:
|
— |
klima Mediterranja; |
|
— |
temperaturi sħan u xita li jvarjaw ħafna bejn l-istaġuni u bejn sena u oħra; |
|
— |
xita kkaratterizzata minn maltempati qosra imma qawwija, l-aktar fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Tinżel madwar 700 mm xita fis-sena, li huma kkonċentrati fuq 50 jum; |
|
— |
staġun xott ikkaratterizzat minn sjuf xotti u sħan, saħansitra sħan ħafna, b’nuqqas frekwenti ta’ ilma, speċjalment fix-xahar ta’ Lulju; |
|
— |
xtiewi moderati, bl-aktar xahar kiesaħ ikun Jannar; |
|
— |
temperaturi medji ta’ bejn 13,6 °C b’varjazzjonijiet ta’ 1 sa 2 °C inqas fit-Tramuntana tal-Alpilles u b’possibbiltajiet ta’ ġlata fir-rebbiegħa; |
|
— |
il-preżenza ta’ rjieħ qawwija, li jonfħu għal aktar minn 100 jum fis-sena u li jiġu l-aktar mit-Tramuntana (Mistral) jew mill-Punent (Tramuntana); |
|
— |
insolazzjoni pjuttost eċċezzjonali b’tul totali ta’ aktar minn 2 800 siegħa fis-siegħa. |
Il-ħamrija karatteristika taż-żona ġeografika fiha ħafna ġebel (40 sa 80 % ġebel), hija tal-franka b’matriċi ramlija-ġulġliena jew ramlija-ġulġliena-taflija fil-muntanji tal-Alpilles u fit-truf kolluvjali tagħhom. It-tarf tat-Tramuntana tal-Crau antika li għadha tissejjaħ “Crau d’Eyguières”, għandu ħamrija fersjalitika ħamra u ġeblija ħafna (ġebel siliċjuż irrumblat ta’ 30 sa 60 cm fil-wiċċ), arrikkita b’kolluvjonijiet tal-ġir lil jirriżultaw mill-erożjoni tal-pajsaġġ tan-Nofsinhar tal-Alpilles.
L-imsaġar taż-żebbuġ tal-muntanji tal-Alpilles huma miżrugħin f’ħamrija ġeblija tal-franka li żviluppat fuq il-ġnub imżerżqa ta’ taħt il-muntanji, fuq żrar stratifikat, fuq kolluvjonijiet xi ftit jew wisq ħoxnin li jimlew il-widien. Il-konsistenza tal-frazzjoni fina hija ġeneralment ramlija-ġulġliena, u aktar rari ramlija-ġulġliena-taflija. Ir-rata ta’ ġir totali, minn medja ta’ 20 sa 30 % tista’ tilħaq l-40 % u r-rata ta’ ġir attiv rarament taqbeż it-8 %. Il-pH tal-ħamrija jvarja bejn 8 u 8,5.”
Barra minn hekk, fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biss, żdiedu l-elementi deskrittivi addizzjonali li ġejjin dwar il-klima, il-ġeoloġija u l-veġetazzjoni speċifiċi għaż-żona ġeografika:
“Il-parti tal-Punent tal-muntanji hija soġġetta għall-influwenza tal-wied tar-Rhône, hemmhekk tagħmel ħafna aktar xita u t-temperaturi huma aktar moderati u inqas kesħin fix-xitwa u fir-rebbiegħa. Il-parti ta’ isfel tal-muntanji fin-Nofsinhar, hija protetta mir-riħ kiesaħ tal-Mistral, u tippermetti ħsad aktar bikri u tara wkoll aktar xemx.
L-għoljiet li jħarsu lejn it-Tramuntana jaraw ukoll aktar xita. Fid-depressjonijiet u l-qigħan tal-widien, il-kundizzjonijiet mikroklimatiċi (inqas xemx u aktar kenn mir-riħ) joħolqu ċertu frisk fis-sajf.
Dawn il-karatteristiċi jiddeterminaw flora u fawna partikolari fil-livell tal-bijoklima Mediterranja, b’mod partikolari minħabba li jadattaw ruħhom għall-perjodi twal mingħajr ilma.
Iż-żona ġeografika tikkorrispondi għal muntanji mgħawra b’pajsaġġ pittoresk, li l-qafas tagħhom huwa essenzjalment magħmul mill-formazzjonijiet tal-franka Kretaċej kif ukoll franka dolomitika tal-Ġurassiku fin-Nofsinhar tagħhom. Id-depożiti terzjarji, li ġejjin mix-xmajjar u mil-lagi ta’ natura kalkarja eteroġenja ħafna, konglomerati, ġebel, ramel, ġir, jidhru ġeneralment fis-sinklinali tal-assi mill-Punent għal-Lvant. Fl-Alpilles, it-tqaxxir tal-ġebla fil-Kwaternarju kellu rwol importanti u ħoloq depożiti ta’ ġebel jew żrar li jestendu taħt l-imblukkar kolluvjali jew alluvjali reċenti.
Il-ġnub tan-Nofsinhar tal-muntanji tal-Alpilles huma konfinati mill-Crau l-antika, ikkaratterizzata minn alluvjonijiet magħmula minn ċagħaq tal-ġebla tal-ġir u kwarziti ta’ Villafranche, miġjuba mid-Durance li kienet qabżet il-qasma ta’ Saint Pierre de Vence.
Il-klima flimkien mal-ġeomorfoloġija tas-sit, tispjega fil-biċċa l-kbira l-preżenza tat-tipi differenti ta’ veġetazzjoni tal-livell Mediterranju kkaratterizzat mill-arżnu ta’ Aleppo [Pinus halepensis] u l-ballut [Quercus ilex]). Tabilħaqq intersezzjoni bijoġeografika, it-territorju prinċipalment ikkonċernat mill-klima Meso-Mediterranja jinkludi madwar 960 speċi ta’ pjanta, li 50 minnhom jinsabu fil-limiti tal-firxa tagħhom, adattati għan-nixfa u għall-ħamrija tal-ġir.”
— Il-kitba inizjali li ġejja tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“L-ambjent ġeografiku rrappreżentat mill-Katina tal-Alpilles, b’ħamrija u klima partikolari, il-preżenza ta’ varjetajiet antiki u stabbiliti sew f’dan ir-reġjun, il-prattiki ta’ kultivazzjoni li ħarġu mill-esperjenza u x-xogħol tal-bdiewa jagħmlu l-Vallée des Baux-de-Provence art ideali għall-produzzjoni taż-żebbuġ.”
U tal-iskeda sommarja:
“Dan l-ambjent ġeografiku b’ħamrija kalkarja u klima Mediterranja, il-preżenza ta’ varjetajiet antiki u stabbiliti sew f’dan ir-reġjun, il-prattiki ta’ kultivazzjoni li ħarġu mill-esperjenza u x-xogħol tal-bdiewa jagħmlu l-Vallée des Baux-de-Provence art ideali għall-produzzjoni taż-żebbuġ”
tneħħew peress li l-informazzjoni li jinkludu hija ripetuta f’paragrafi oħrajn ta’ din l-intestatura, b’mod aktar elaborat.
Żdiedu l-elementi dwar il-fatturi umani li ġejjin:
Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku: “Flimkien maċ-ċereali u mad-dwieli, iż-żebbuġa minn dejjem kienet tagħmel parti mit-trio ta’ għelejjel essenzjali ta’ Provenza”,
Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biss: “Fil-Vallée des Baux-de-Provence, it-tkabbir taż-żebbuġ minn dejjem kellu pożizzjoni predominanti minkejja l-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet u l-abbandun taż-żebbuġa għall-uċuħ tal-ħxejjex minħabba l-bini ta’ kanali ta’ irrigazzjoni.”
Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku:
“Fl-1786, fit-trattat tiegħu dwar is-suġġett, l-Abbé Couture wera li waħda mill-partikolaritajiet tal-Vallée des Baux-de-Provence kienet ir-rikkezza kbira tiegħu ta’ varjetajiet ta’ żebbuġ. Huwa semma minn tal-inqas sitt speċijiet ewlenin fosthom is-Salonenque, li qabel kienet tissejjaħ “Plant de Salon” u l-Beruguette, li qabel kienet magħrufa bħala “Aglandau” jew “Blanquette”. Huma dawn iż-żewġ varjetajiet antiki u tradizzjonali biss li huma awtorizzati u użati għall-produzzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence”.
Din ir-rikkezza għamlet lill-Vallée des Baux-de-Provence wieħed mit-territorji l-aktar għanja fil-preparazzjoni taż-żebbuġ. Id-drawwiet antiki dejjem ippermettew li jiġi kkunsmat iż-żebbuġ aħdar maqsum, iż-żebbuġ sħiħ u ż-żebbuġ iswed. Il-produzzjoni taż-żebbuġ aħdar maqsum hija produzzjoni li tinsab kważi esklussivament fil-Vallée des Baux-de-Provence. Fl-aħħar ta’ Awwissu ta’ kull sena, il-ħsad taż-żebbuġ maħsub għal dan il-metodu ta’ preparazzjoni jiftaħ il-kampanja taż-żebbuġ fil-Vallee des Baux-de-Provence. L-oriġinalità ta’ din il-produzzjoni ġejja essenzjalment mill-“qsim” taż-żebbuġ li, għalkemm illum isir bil-magni, għamel żmien twil isir bl-idejn, u dan ħoloq attività tradizzjonali f’dan ir-reġjun. Il-metodu ta’ preparazzjoni huwa sempliċi u tradizzjonali: wara li jinqasam, iż-żebbuġ jitħalla jimmaċera f’soluzzjoni alkalina sakemm titneħħa parti mill-imrar. Is-soluzzjoni alkalina mbagħad tiġi sostitwita bl-ilma pur li fih iż-żebbuġ jitħalla għal mill-inqas sitta u tletin siegħa, bl-ilma jiġi mibdul b’mod regolari. Iż-żebbuġ jinħażen fis-salmura f’densità ta’ bejn 1 036 u 1 050 u jista’ jiġi pastorizzat. L-aċidi ċitriċi u lattiċi biss huma permessi biex jitbaxxa l-pH tas-salmura.”
Il-fatturi umani għalhekk ġew ikkompletati bil-metodu ta’ tħejjija tradizzjonali taż-żebbuġ maqsum.
L-elementi tal-ispeċifiċitajiet tal-prodott li ġejjin żdiedu fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku:
“L-“olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence” huwa żebbuġ tal-ikel li l-ispeċifiċità tiegħu hija marbuta:
|
— |
mal-karattru tiegħu ta’ żebbuġ aħdar “maqsum”. Il-qsim isir b’mod mekkaniku fuq frott sħiħ frisk; |
|
— |
mal-użu esklussiv tal-varjetajiet Salonenque jew Aglandau (magħrufa wkoll bħala “Béruguette” jew “Blanquette”); |
|
— |
mat-togħma qawwija tiegħu ta’ bużbież dovuta għall-użu esklussiv ta’ dan il-ħwar biex jagħtih it-togħma; |
|
— |
mal-preżenza ta’ biċċiet ta’ friegħi tal-bużbież fis-salmura; |
|
— |
mal-għebusija tiegħu; |
|
— |
mad-daqs minimu li jikkorrispondi għal massimu ta’ 35 frotta f’kull 100 gramma.” |
Żdiedu elementi deskrittivi tar-“Rabta kawżali” bejn l-ispeċifiċitajiet taż-żona ġeografika u l-ispeċifiċitajiet tal-prodott fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku, bil-kliem li ġej: “Fiż-żona tal-għoljiet, il-ħamrija hija tal-franka, bi ftit li xejn kulur u mimlija ġebel irqiq b’potenzjal qawwi ta’ tisħin, ventilazzjoni u permeabbiltà għoljin ħafna li jiffavorixxu l-produzzjoni taż-żebbuġ. Imħares mill-katina tal-Alpilles, il-Vallée de Baux de Provence ftit li xejn huwa soġġett għaċ-ċpar li jaffettwa ħażin il-fjoritura tas-siġra taż-żebbuġ u li jiffavorixxi ċertu mard fungali. Għaldaqstant il-Vallée des Baux-de-Provence huwa art ideali għall-produzzjoni taż-żebbuġ. Il-karatteristiċi tal-klima u dawk pedoloġiċi taż-żona ġeografika wkoll affettwaw l-għażla tal-varjetajiet li jikkomponu l-“Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence”. Is-Salonenque hija varjetà perfettament adatta għall-ħamrija kalkarja, ġeblija u baxxa, kif ukoll għan-nixfa tas-sajf u għar-riħ. Il-frott malajr isir; jintuża wkoll għad-denominazzjoni ta’ oriġini “Huile d’olive de la Vallée des Baux-de-Provence”. L-Aglandau jew “Berruguette”, li hija aktar sensittiva għan-nixfa mis-Salonenque, imponiet ruħha minħabba r-reżistenza tagħha għall-kesħa u għar-riħ, għall-fatt li ssir aktar tard u li hija adattata għall-klima lokali. Hija mifruxa sew fi Provenza.
Il-bużbież selvaġġ huwa mifrux ħafna fil-Vallée des Baux-de-Provence. Peress li jiffjorixxi fis-sajf, jagħmel iż-żerriegħa fi żmien il-ħsad tas-Salonenques, u b’hekk tradizzjonalment huwa inkluż fit-tħejjija taż-żebbuġ maqsum, peress li t-togħmiet tagħhom imorru tajjeb ħafna flimkien. Il-metodu sempliċi u tradizzjonali ta’ preparazzjoni taż-żebbuġ iżomm it-togħmiet karatteristiċi u l-għebusija ta’ din il-frotta.”
Tikkettar
Id-dispożizzjonijiet inizjali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott irreġistrata u tal-iskeda sommarja li ġejjin:
“It-tikketta taż-żebbuġ li jibbenefika mid-denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata “Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence” trid tinkludi:
|
— |
l-isem “Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence”; |
|
— |
il-kliem “Appellation d’Origine Contrôlée” jew “AOC”; |
|
— |
Meta, fuq it-tikketta, minbarra l-indirizz, jidher ukoll l-isem ta’ azjenda jew ta’ xi marka, l-isem tad-denonimazzjoni għandu jiġi ripetut bejn il-kliem “Appellation” u “Contrôlée”. |
Dawn ir-referenzi huma raggruppati fl-istess kamp viżiv fuq l-istess tikketta. Għandhom ikunu ppreżentati b’karattri ċari, li jinqraw faċilment, li ma jitħassrux u li jkunu kbar biżżejjed u jispikkaw sew mill-isfond li fuqu jiġu stampati biex ikunu jintgħarfu b’mod ċar mill-bqija tal-indikazzjonijiet l-oħra miktuba u mpinġija fuq it-tikketta.”
Huma sostitwiti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku bid-dispożizzjonijiet li ġejjin: “Minbarra l-kliem obbligatorju previst mir-regolamenti dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-ikel, it-tikketta taż-żebbuġ li jibbenefika mid-denominazzjoni ta’ oriġini “Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence” għandha tinkludi:
|
— |
l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence”; |
|
— |
Il-kliem “appellation d’origine protégée” jew “AOP”. |
Dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikunu miġbura fl-istess kamp viżiv fuq l-istess tikketta. Għandhom ikunu ppreżentati f’karattri viżibbli, li jinqraw faċilment, li ma jitħassrux u li jkunu kbar biżżejjed u jispikkaw sew mill-isfond li fuqu jiġu stampati biex ikunu jintgħarfu b’mod ċar mill-bqija tal-indikazzjonijiet l-oħra miktuba u mpinġija fuq it-tikketta”
Fil-fatt, il-kliem tat-tikketta speċifiku għad-denominazzjoni ġie allinjat mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 bit-tneħħija tal-użu ta’ indikazzjonijiet nazzjonali li kien hemm qabel: “AOC” jew “appellation d’origine contrôlée” u s-sostituzzjoni tagħhom bl-indikazzjonijiet Ewropej: “appellation d’origine protégée” jew “AOP”.
Rekwiżiti nazzjonali
Fid-dawl tal-iżviluppi leġiżlattivi u regolatorji nazzjonali, tneħħiet ir-referenza għad-Digriet tas-27 ta’ Awwissu 1997 li jirrikonoxxi d-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata fit-territorju Franċiż u ġiet miżjuda tabella li tippreżenta l-punti ewlenin li jridu jiġu kkontrollati bil-valuri ta’ referenza tagħhom u l-metodu ta’ evalwazzjoni.
Oħrajn
L-Intestaturi “Awtorità kompetenti tal-Istat Membru”, “Grupp applikant” u “Referenzi dwar il-korp ta’ kontroll”: l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korpi uffiċjali kkonċernati, kif ukoll dawk tal-grupp ġew aġġornati. Rigward il-kompożizzjoni tal-grupp u l-istatus legali tiegħu, dawn tħallew sostanzjalment l-istess. Il-grupp baqa’ jinkludi l-produtturi taż-żebbuġ, il-kunfettiera u t-taħħana.
|
Intestatura |
Id-dettalji u t-test inizjali (Speċifikazzjoni tal-Prodott u Dokument Uniku) |
Id-dettalji u t-test aġġornati (Speċifikazzjoni tal-Prodott) |
|||||||||||||||||||||||
|
Is-servizz kompetenti tal-Istat Membru |
Isem:
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Grupp applikanti |
Isem:
U fid-Dokument Uniku: Kompożizzjoni: produtturi/proċessuri (x) oħrajn ( ) U fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: Din il-union li ġiet iffurmata fl-1994, hija magħmula mill-persuni pajżani jew ġuridiċi kkonċernati mill-prodotti taż-żebbuġa tal-Vallée des Baux-de-Provence. Hija tiġbor fiha produtturi, kunfettiera u taħħana. |
Kompożizzjoni: Produtturi u proċessuri. Status ġuridiku: junjin professjonali rregolata mill-Kodiċi tax-Xogħol. |
|||||||||||||||||||||||
|
Korpi ta’ kontroll |
|
Id-DGCCRF huwa direttorat tal-Ministeru għall-Ekonomija. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37 tar-Regolament Nru 1151/2012, il-verifika tal-konformità tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, qabel it-tqegħid fis-suq, hija żgurata minn korp ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti li l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu huma aċċessibbli fuq is-sit web tal-INAO u fuq il-bażi tad-data tal-Kummissjoni Ewropea. |
DOKUMENT UNIKU
“Olives cassees de la Vallee des Baux-de-Provence”
Nru tal-UE: PDO-FR-0051-AM01 — 16.8.2017
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Isem/Ismijiet
“Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’1
L-“Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence” jirreferi għaż-żebbuġ maqsum li jittiekel. Huwa ġej esklussivament mill-varjetajiet Salonenque jew Aglandau (magħrufa wkoll bħala “Béruguette”). Il-varjetajiet ma jistgħux jitħalltu meta jinbiegħ. Id-daqs taż-żebbuġ jikkorrispondi għal massimu ta’ 35 frotta f’kull 100 gramma. Il-lottijiet huma omoġenji b’massimu ta’ 5 % tal-frott li d-daqs tiegħu jikkorrispondi għal aktar minn 42 frotta f’kull 100 gramma, u massimu ta’ 5 % tal-frott li d-daqs tiegħu jikkorrispondi għal inqas minn 20 frotta f’kull 100 gramma. Iż-żebbuġ huwa maqsum, sħiħ u mhux imqatta’. Madankollu huwa aċċettat massimu ta’ 5 % ta’ żebbuġ sħiħ u 5 % ta’ żebbuġ mifqugħ. Dan huwa żebbuġ aħdar imħawwar bil-bużbież (Foeniculum vulgare var.). Iż-żebbuġ huwa iebes fil-ħalq u għandu togħma qawwija ta’ bużbież li ma tridx tintilef bl-imluħa. Jista’ jkollu togħma kemmxejn morra. L-“Olive cassée de la Vallée des Baux-de-Provence” m’għandux togħma ta’ fermentazzjoni, ta’ sapun (soda) jew ta’ njam.
Jinbiegħ f’salmura ċara jew kemmxejn imdardra iżda mhux ħamra, li jkun fiha biċċiet taz-zkuk tal-bużbież.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
L-“Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence” ġej esklussivament minn żebbuġ tal-varjetajiet Salonenque u Aglandau. Dan jitħawwar bil-bużbież (Foeniculum vulgare var.) permezz ta’ friegħi tal-pjanta kif ukoll taż-żerriegħa tagħha. Jistgħu jiżdiedu wkoll estratt tal-bużbież kummerċjali, dekozzjoni jew infużjoni ta’ bużbież li titħejja mill-operatur.
3.4. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-proċessi kollha, mill-produzzjoni taż-żebbuġ sal-produzzjoni tiegħu f’żebbuġ maqsum għall-ikel u l-pastorizzazzjoni tiegħu, isiru fiż-żona ġeografika identifikata.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
Meta l-prodott jiġi pastorizzat, il-pastorizzazzjoni għandha ssir fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta’ oriġini sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-prodott mad-deskrizzjoni tal-punt 3.2 qabel l-ewwel bejgħ taż-żebbuġ tad-denominazzjoni ta’ oriġini. L-operaturi għandhom japplikaw valur ta’ pastorizzazzjoni massimu ta’ 2 000 sekonda (f’temperatura teorika ta’ 70 °C). Fil-fatt, l-għan huwa li jiġi evitat sajran żejjed taż-żebbuġ li jista’ jrattbu u jibdillu l-kulur tiegħu minn aħdar jgħajjat għal kannella. Il-proċedura ta’ kontroll tipprovdi għalhekk kontroll aktar strett tal-pastorizzazzjoni permezz tal-verifika regolari tad-data tat-tagħmir tal-pastorizzazzjoni kif ukoll billi jiġu kkontrollati l-karatteristiċi tal-prodott wara l-pastorizzazzjoni.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Minbarra l-kliem obbligatorju previst mir-regolamenti dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikketta taż-żebbuġ li jibbenefika mid-denominazzjoni ta’ oriġini “Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence” għandha tinkludi:
|
— |
L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence”; |
|
— |
il-kliem “appellation d’origine protégée” jew “AOP”. |
Dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikunu miġbura fl-istess kamp viżiv, fuq l-istess tikketta.
Għandhom ikunu ppreżentati f’karattri viżibbli, li jinqraw faċilment, li ma jitħassrux u li jkunu kbar biżżejjed u jispikkaw sew mill-isfond li fuqu jiġu stampati biex ikunu jingħarfu b’mod ċar mill-bqija tal-indikazzjonijiet l-oħra miktuba u mpinġija fuq it-tikketta.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tinsab fit-territorju ta’ dawn il-muniċipalitajiet tad-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône:
Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Les Baux-de-Provence, Maussane-les-Alpilles, Paradou;
Partijiet mill-muniċipalitajiet ta’: Arles, Aureille, Eygalières, Eyguières, Fontvieille, Lamanon, Mas-Blanc-des-Alpilles, Mouriès, Orgon, Saint-Etienne-du-Grès, Saint-Martin-de-Crau, Saint-Rémy-de-Provence, Sénas, Tarascon.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tinsab bejn il-Massif des Alpilles, bil-fruntieri kolluvjali tiegħu u t-tarf tat-Tramuntana tal-pjanura ta’ Crau. Il-katina tal-Alpilles (b’għoli massimu ta’ 400 m) testendi mill-Punent għal-Lvant, għal madwar tletin kilometru u tinkludi l-għoljiet tal-franka l-aktar tipiċi ta’ Provenza, li jinsabu bejn ir-Rhône, id-Durance u l-Crau. Dawn il-muntanji jifformaw il-katina l-aktar fil-Punent tal-antiklinali Provenzali. Huma muntanji mgħawra, b’topografija pittoreska u mżerżqa, magħmulin essenzjalment minn franka tal-Kretaċju u tal-Ġurassiku fin-Nofsinhar tagħhom.
Iż-żona ġeografika għandha l-karatteristiċi klimatiċi li ġejjin:
|
— |
klima Mediterranja; |
|
— |
temperaturi sħan u xita li jvarjaw ħafna bejn l-istaġuni u bejn sena u oħra; |
|
— |
xita kkaratterizzata minn maltempati qosra imma qawwija, l-aktar fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Tinżel madwar 700 mm xita fis-sena, li huma kkonċentrati fuq 50 jum; |
|
— |
staġun xott ikkaratterizzat minn sjuf xotti u sħan, saħansitra sħan ħafna, b’nuqqas frekwenti ta’ ilma, speċjalment fix-xahar ta’ Lulju; |
|
— |
xtiewi moderati, bl-aktar xahar kiesaħ ikun Jannar; |
|
— |
temperaturi medji ta’ bejn 13,6 °C b’varjazzjonijiet ta’ 1 sa 2 °C inqas fit-Tramuntana tal-Alpilles u b’possibbiltajiet ta’ ġlata fir-rebbiegħa; |
|
— |
il-preżenza ta’ rjieħ qawwija, li jonfħu għal aktar minn 100 jum fis-sena u li jiġu l-aktar mit-Tramuntana (Mistral) jew mill-Punent (Tramuntana); |
|
— |
insolazzjoni pjuttost eċċezzjonali b’tul totali ta’ aktar minn 2 800 siegħa fis-siegħa. |
Iż-żona ġeografika tikkorrispondi għal muntanji mgħawra b’pajsaġġ pittoresk, li l-qafas tagħhom huwa essenzjalment magħmul mill-formazzjonijiet tal-franka Kretaċej kif ukoll franka dolomitika tal-Ġurassiku fin-Nofsinhar tagħhom.
Il-ħamrija karatteristika taż-żona ġeografika fiha ħafna ġebel (40 sa 80 % ġebel), hija tal-franka b’matriċi ramlija-ġulġliena jew ramlija-ġulġliena-taflija fil-muntanji tal-Alpilles u fit-truf kolluvjali tagħhom. It-tarf tat-Tramuntana tal-Crau antika li għadha tissejjaħ “Crau d’Eyguières”, għandu ħamrija fersjalitika ħamra u ġeblija ħafna (ġebel siliċjuż irrumblat ta’ 30 sa 60 cm fil-wiċċ), arrikkita b’kolluvjonijiet tal-ġir lil jirriżultaw mill-erożjoni tal-pajsaġġ tan-Nofsinhar tal-Alpilles.
L-imsaġar taż-żebbuġ tal-muntanji tal-Alpilles huma miżrugħin f’ħamrija ġeblija tal-franka li żviluppat fuq il-ġnub imżerżqa ta’ taħt il-muntanji, fuq żrar stratifikat, fuq kolluvjonijiet xi ftit jew wisq ħoxnin li jimlew il-widien. Il-konsistenza tal-frazzjoni fina hija ġeneralment ramlija-ġulġliena, u aktar rari ramlija-ġulġliena-taflija. Ir-rata ta’ ġir totali, minn medja ta’ 20 sa 30 % tista’ tilħaq l-40 % u r-rata ta’ ġir attiv rarament taqbeż it-8 %. Il-pH tal-ħamrija jvarja bejn 8 u 8,5.
Flimkien maċ-ċereali u mad-dwieli, iż-żebbuġa minn dejjem kienet tagħmel parti mit-trio ta’ għelejjel essenzjali ta’ Provenza. Fl-1786, fit-trattat tiegħu dwar is-suġġett, l-Abbé Couture innota li waħda mill-partikolaritajiet tal-Vallée des Baux-de-Provence kienet ir-rikkezza kbira tiegħu ta’ varjetajiet ta’ żebbuġ, u semma minn tal-inqas sitt speċijiet ewlenin fosthom is-Salonenque, li qabel kienet tissejjaħ “Plant de Salon” u l-Béruguette, li qabel kienet magħrufa bħala “Aglandau” jew “Blanquette”. Huma dawn iż-żewġ varjetajiet antiki u tradizzjonali biss li huma awtorizzati u użati għall-produzzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence”.
Din ir-rikkezza għamlet lill-Vallée des Baux-de-Provence wieħed mit-territorji l-aktar għanja fil-preparazzjoni taż-żebbuġ. Id-drawwiet antiki dejjem ippermettew li jiġi kkunsmat żebbuġ aħdar maqsum, u żebbuġ iswed sħiħ. Il-produzzjoni taż-żebbuġ aħdar maqsum hija produzzjoni li tinsab kważi esklussivament fil-Vallée des Baux-de-Provence. Fl-aħħar ta’ Awwissu ta’ kull sena, il-ħsad taż-żebbuġ maħsub għal dan il-metodu ta’ preparazzjoni jiftaħ il-kampanja taż-żebbuġ fil-Vallee des Baux-de-Provence. L-oriġinalità ta’ din il-produzzjoni ġejja essenzjalment mill-“qsim” taż-żebbuġ li, għalkemm illum isir bil-magni, għamel żmien twil isir bl-idejn, u dan ħoloq attività tradizzjonali f’dan ir-reġjun. Il-metodu ta’ preparazzjoni huwa sempliċi u tradizzjonali: wara li jinqasam, iż-żebbuġ jitħalla jimmaċera f’soluzzjoni alkalina sakemm titneħħa parti mill-imrar. Is-soluzzjoni alkalina mbagħad tiġi sostitwita bl-ilma pur li fih iż-żebbuġ jitħalla għal mill-inqas sitta u tletin siegħa, bl-ilma jiġi mibdul b’mod regolari. Iż-żebbuġ jinħażen fis-salmura f’densità ta’ bejn 1 036 u 1 050. L-aċidi ċitriċi u lattiċi biss huma permessi biex jitbaxxa l-pH tas-salmura.
L-“Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence” huwa żebbuġ tal-ikel li l-ispeċifiċità tiegħu hija marbuta:
|
— |
mal-karattru tiegħu ta’ żebbuġ aħdar “maqsum”. Il-qsim isir b’mod mekkaniku fuq frott sħiħ frisk; |
|
— |
mal-użu esklussiv tal-varjetajiet Salonenque jew Aglandau; |
|
— |
mat-togħma qawwija tiegħu ta’ bużbież dovuta għall-użu esklussiv ta’ dan il-ħwar biex jagħtih it-togħma; |
|
— |
mal-preżenza ta’ biċċiet ta’ friegħi tal-bużbież fis-salmura; |
|
— |
mal-għebusija tiegħu; |
|
— |
mad-daqs minimu li jikkorrispondi għal massimu ta’ 35 frotta f’kull 100 gramma. |
F’din iż-żona tal-għoljiet, il-ħamrija tal-franka, bi ftit li xejn kulur u mimlija ġebel irqiq għandha potenzjal qawwi ta’ tisħin, ventilazzjoni u permeabbiltà għoljin ħafna li jiffavorixxu l-produzzjoni taż-żebbuġ. Imħares mill-katina tal-Alpilles, il-Vallée de Baux de Provence ftit li xejn huwa soġġett għaċ-ċpar li jaffettwa ħażin il-fjoritura tas-siġra taż-żebbuġ u li jiffavorixxi ċertu mard fungali. Għaldaqstant il-Vallée des Baux-de-Provence huwa art ideali għall-produzzjoni taż-żebbuġ. Il-karatteristiċi tal-klima u dawk pedoloġiċi taż-żona ġeografika wkoll affettwaw l-għażla tal-varjetajiet li jikkomponu l-“Olives cassées de la Vallée des Baux-de-Provence”. Is-Salonenque hija varjetà perfettament adatta għall-ħamrija kalkarja, ġeblija u baxxa, kif ukoll għan-nixfa tas-sajf u għar-riħ. Il-frott malajr isir; jintuża wkoll għad-denominazzjoni ta’ oriġini “Huile d’olive de la Vallée des Baux-de-Provence”. L-Aglandau, li hija aktar sensittiva għan-nixfa mis-Salonenque, imponiet ruħha minħabba r-reżistenza tagħha għall-kesħa u għar-riħ, għall-fatt li ssir aktar tard u li hija adattata għall-klima lokali. Hija mifruxa sew fi Provenza. Il-bużbież selvaġġ huwa mifrux ħafna fil-Vallée des Baux de Provence. Peress li jiffjorixxi fis-sajf, jagħmel iż-żerriegħa fi żmien il-ħsad tas-Salonenques, u b’hekk tradizzjonalment huwa inkluż fit-tħejjija taż-żebbuġ maqsum, peress li t-togħmiet tagħhom imorru tajjeb ħafna flimkien. Il-metodu sempliċi u tradizzjonali ta’ preparazzjoni taż-żebbuġ iżomm it-togħmiet karatteristiċi u l-għebusija ta’ din il-frotta.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1), ta’ dan ir-Regolament)
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-e30d06c0-b702-446d-b66d-b3408eea5852