ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 169

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
17 ta' Mejju 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 169/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9304 — Tenaris/Severstal/JV) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2019/C 169/02

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Ungerija

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 169/03

Rata tal-kambju tal-euro

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2019/C 169/04

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

5

2019/C 169/05

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

6

2019/C 169/06

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — L-istabbiliment ta’ obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

7

2019/C 169/07

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

8


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 169/08

Notifika ta’ bidu dwar ir-rieżami tal-miżuri ta’ salvagwardja applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar

9

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 169/09

Avviż għall-attenzjoni tal-ISTAT IŻLAMIKU FL-IRAQ U L-LEVANTE - KHORASAN (ISIL-K) li ismu żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet ta’ Al-Qaida, bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/791

16


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 169/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9304 — Tenaris/Severstal/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 169/01)

Fl-10 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9304. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

17.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 169/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Mejju 2019

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Ungerija

(2019/C 169/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi ta' kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tat-28 ta' Settembru 2018 (2), il-15 ta' Ottubru 2018 (3), id-19 ta' Novembru 2018 (4) u t-18 ta' Frar 2019 (5), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta' Settembru 2018 sal-24 ta' Settembru 2020.

(2)

Il-Gvern tal-Ungerija ppreżenta nomini għal diversi karigi li jridu jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu li jintemm fl-24 ta' Settembru 2020:

II.   RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Ungerija

Is-Sinjura Judit CZUGLERNE IVÁNY

Is-Sur László KOZÁK

Is-Sinjura Annamária KUNERT

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membru supplenti li għadhom ma ġewx innominati f'data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

P. DAEA


(1)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2018 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C 366, 10.10.2018, p. 3).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 2018 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Portugall (ĠU C 376, 18.10.2018, p. 9).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2018 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Italja (ĠU C 421, 21.11.2018, p. 7).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Greċja (ĠU C 67, 20.2.2019, p. 2).


Il-Kummissjoni Ewropea

17.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 169/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ Mejju 2019

(2019/C 169/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1203

JPY

Yen Ġappuniż

122,81

DKK

Krona Daniża

7,4678

GBP

Lira Sterlina

0,87463

SEK

Krona Żvediża

10,7590

CHF

Frank Żvizzeru

1,1306

ISK

Krona Iżlandiża

137,00

NOK

Krona Norveġiża

9,7513

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,696

HUF

Forint Ungeriż

324,28

PLN

Zloty Pollakk

4,2962

RON

Leu Rumen

4,7620

TRY

Lira Turka

6,7483

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6213

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5039

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7934

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7063

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5340

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 332,17

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,8555

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7067

HRK

Kuna Kroata

7,4245

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 188,34

MYR

Ringgit Malażjan

4,6655

PHP

Peso Filippin

58,797

RUB

Rouble Russu

72,2886

THB

Baht Tajlandiż

35,396

BRL

Real Brażiljan

4,4784

MXN

Peso Messikan

21,3161

INR

Rupi Indjan

78,4690


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

17.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 169/5


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 169/04)

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Rodez - Pariġi (Orly)

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

l-20 ta’ Jannar 2020 - id-19 ta’ Jannar 2024

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

l-24 ta’ Lulju 2019 qabel nofsinhar (ħin lokali)

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti, u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Syndicat Mixte pour l’Aménagement et l’Exploitation de l’aéroport de Rodez-Aveyron

Hôtel du Département

7 Place Charles de Gaulle

BP 724

12007 RODEZ CEDEX

FRANCE

Tel. +33 565757610

Indirizz tal-posta elettronika: smaeroport-rodez-aveyron@orange.fr

Indirizz tal-profil tax-xerrej:

http://www.e-occitanie.fr


17.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 169/6


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 169/05)

Stat Membru

Il-Finlandja

Rotta kkonċernata

Mariehamn (MHQ) — Stokkolma Arlanda (ARN)

Id-data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

L-1 ta’ Marzu 2016

Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-modifiki

L-1 ta’ Marzu 2020

L-indirizz mnejn jistgħu jinkisbu bla ħlas it-test u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligi tas-servizz pubbliku mmodifikati

Għal iktar tagħrif ikkuntattja lil:

Ålands Landskapsregering

Indirizz:

P.O.B. 1060

AX-22111 Mariehamn

ÅLAND/IL-FINLANDJA

Numru tat-telefown: +358 1825000

Indirizz tal-posta elettronika: registrator@regeringen.ax

Sit web:

https://www.e-avrop.com/portaler/Alandsportalen/Default.aspx


17.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 169/7


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

L-istabbiliment ta’ obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 169/06)

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Rotot ikkonċernati

Mill-Ajruport ta’ Dundee sal-Ajruport ta’ Heathrow;

mill-Ajruport ta’ Dundee sal-Ajruport ta’ Gatwick;

mill-Ajruport ta’ Dundee sal-Ajruport ta’ Stansted;

mill-Ajruport ta’ Dundee sal-Ajruport ta’ Luton;

mill-Ajruport ta’ Dundee sal-Ajruport tal-Belt ta’ Londra; u

mill-Ajruport ta’ Dundee sal-Ajruport ta’ Southend

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

It-30 ta’ Ottubru 2019

Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligi tas-servizz pubbliku

Għall-attenzjoni ta’:

Karen Lawson

Maniġer tal-akkwist korporattiv

Numru tat-telefown: +44 1382433860

Indirizz tal-posta elettronika: karen.lawson@dundeecity.gov.uk


17.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 169/8


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 169/07)

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Rotot ikkonċernati

Mill-Ajruport ta’ Dundee sal-Ajruport ta’ Heathrow;

mill-Ajruport ta’ Dundee sal-Ajruport ta’ Gatwick;

mill-Ajruport ta’ Dundee sal-Ajruport ta’ Stansted;

mill-Ajruport ta’ Dundee sal-Ajruport ta’ Luton;

mill-Ajruport ta’ Dundee sal-Ajruport tal-Belt ta’ Londra; u

mill-Ajruport ta’ Dundee sal-Ajruport ta’ Southend

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Sentejn bil-possibbiltà li dan il-perjodu jittawwal b’sentejn oħra.

Minn Ottubru tal-2019 sa Ottubru tal-2023

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

61 jum mill-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Għall-attenzjoni ta’:

Karen Lawson

Maniġer tal-akkwist korporattiv

Numru tat-telefown: +44 1382 433860

Indirizz tal-posta elettronika: karen.lawson@dundeecity.gov.uk


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 169/9


Notifika ta’ bidu dwar ir-rieżami tal-miżuri ta’ salvagwardja applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar

(2019/C 169/08)

Fil-31 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet miżuri ta’ salvagwardja definittivi fuq ċerti prodotti tal-azzar u ħabbret l-intenzjoni tagħha li tibda ex officio investigazzjoni ta’ rieżami mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2019 (1).

1.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri fis-seħħ bħalissa jikkonsistu fi kwota tar-rata tariffarja miftuħa fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ 26 kategorija ta’ prodotti tal-azzar. Dawn se jibqgħu fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2021.

Għal kull waħda minn dawn il-kategoriji ta’ prodotti, ħlief għall-kategorija tal-prodotti 1 (Folji u Strippi Mhux tal-Liga u Oħrajn tal-Liga Illaminati bis-Sħana), parti minn kull kwota tar-rata tariffarja hija allokata lil pajjiżi speċifiċi (kwoti speċifiċi għall-pajjiżi) u liberament disponibbli sal-aħħar ta’ kull wieħed mit-tliet perjodi annwali li jdumu l-miżuri. Għall-kategorija ta’ prodotti 1, u l-parti li jifdal minn kull kwota tar-rata tariffarja (l-hekk imsejħa kwoti tariffarji residwi), il-kwota annwali rilevanti hija maqsuma fi kwarti u allokata fuq bażi ta’ min hu l-ewwel jinqeda l-ewwel matul kull wieħed minn dawn il-kwarti. Fl-aħħar ta’ kull kwart tas-sena, il-bilanċi mhux użati tal-kwota residwa jkunu trasferiti awtomatikament għall-kwart li jmiss. L-ebda bilanċ mhux użat fi tmiem l-aħħar kwart ta’ perjodu annwali ma jiġi ttrasferit għall-perjodu li jmiss. Fejn il-kwota rilevanti speċifika għall-pajjiż tiġi eżawrita għal kategorija ta’ prodotti partikolari, l-importazzjonijiet minn dak il-pajjiż jistgħu jsiru taħt il-parti li jifdal tal-kwota tariffarja residwa għall-istess kategorija ta’ prodotti iżda biss matul l-aħħar kwart ta’ kull perjodu annwali ta’ applikazzjoni tal-miżuri.

Fejn il-kwota tariffarja rilevanti tiġi eżawrita jew fejn l-importazzjonijiet tal-kategoriji tal-prodotti taħt miżuri ma jibbenefikawx mill-kwota tariffarja rilevanti, dazju addizzjonali ta’ 25 % jiġi impost fuq il-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott importat.

2.   Il-prodott li qed jiġi rieżaminat

Il-prodott taħt rieżami jikkonsisti f’ċerti prodotti tal-azzar li huma elenkati fl-Anness I ta’ din in-Notifika.

3.   Raġunijiet u kamp ta’ applikazzjoni tar-rieżami

Il-Premessa (161) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jimponi miżuri ta’ salvagwardja definittivi tistabbilixxi li l-Kummissjoni, abbażi tal-interess tal-Unjoni, jista’ jkollha taġġusta l-livell jew l-allokazzjoni tal-kwota tariffarja f’każ ta’ bidliet fiċ-ċirkostanzi matul il-perjodu ta’ impożizzjoni tal-miżuri.

Ġie kkunsidrat li ċ-ċirkustanzi mibdula jistgħu, pereżempju, jimmaterjalizzaw fil-każ ta’ żieda ġenerali fid-domanda tal-Unjoni għal xi kategoriji ta’ prodotti li jkunu jeħtieġu rivalutazzjoni tal-livell tal-kwota tar-rata tariffarja, l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping jew antisussidji li jistgħu jaffettwaw b’mod sinifikanti l-iżviluppi tal-importazzjoni fil-ġejjieni, jew saħansitra kwalunkwe żvilupp li jikkonċerna t-Taqsima 232 tal-Istati Uniti li jista’ jkollu impatt dirett fuq il-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni, jiġifieri f’termini ta’ devjazzjoni tal-kummerċ.

Il-Kummissjoni hija wkoll f’pożizzjoni li tista’ teżamina jekk l-operat tal-miżuri jistax ikollu effetti detrimentali biex jinkisbu l-objettivi ta’ integrazzjoni segwiti mis-sħab kummerċjali preferenzjali, bħal pereżempju r-riskju tal-istabilizzazzjoni jew tal-iżvilupp ekonomiku tagħhom. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni impenjat ruħha wkoll li tirrevedi l-ħtieġa li taġġorna l-lista ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma esklużi mill-ambitu tal-miżuri definittivi bbażati fuq l-aktar livell ta’ importazzjoni riċenti tagħhom.

Fuq din il-bażi, u meta jitqies l-iżvilupp tal-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar soġġetti għal miżuri ta’ salvagwardja u l-użu tal-kwota korrispondenti tagħhom mill-introduzzjoni tal-miżuri, il-Kummissjoni biħsiebha tinvestiga b’mod speċifiku l-kwistjonijiet li ġejjin sabiex teżamina jekk hemmx ċirkustanzi mibdula li jiġġustifikaw aġġustament fil-livell jew l-allokazzjoni tal-kwota tariffarja eżistenti:

A.

Il-livell u l-allokazzjoni ta’ kwota tar-rata tariffarja għal għadd ta’ kategoriji speċifiċi ta’ prodotti

Il-Kummissjoni qed tagħmel monitoraġġ fuq bażi ta’ kuljum tal-użu tal-kwota tar-rata tariffarja. Abbażi tal-użu sal-4 ta’ April 2019, il-Kummissjoni osservat li parti mill-kwota tariffarja speċifika għall-pajjiż għal ċerti kategoriji ta’ prodotti, kif ukoll il-kwota tariffarja residwa korrispondenti għal dawn l-aħħar tliet xhur, ġew eżawriti b’pass mgħaġġel aktar mis-soltu (qabel ma għaddew xahrejn mill-perjodu ta’ ħames xhur) meta mqabbla mal-importazzjonijiet tal-livell tradizzjonali. Fil-każ ta’ kwoti tar-rati tariffarji speċifiċi għall-pajjiż, it-Turkija eżawriet il-kwoti għall-kategoriji 5, 13, 16, 17 u 25; Ir-Russja eżawriet il-kwoti tagħha fil-kategoriji 13 u 16; filwaqt li ċ-Ċina eżawriet il-kwota tagħha fil-kategoriji 4B u 15. Fil-każ ta’ kwoti tariffarji residwi, xi kwoti tar-rati tariffarji kienu diġà ġew eżawriti jew kważi ġew eżawriti (2) ftit wara l-ftuħ tal-kwota residwa fl-1 ta’ April 2019. Il-Kummissjoni għalhekk se tinvestiga r-raġunijiet li jispjegaw dawn l-iżviluppi, u tiddetermina jekk dawn humiex ir-riżultat ta’ ċirkostanzi mibdula, bħal żieda sostanzjali fid-domanda tal-UE għal dawn il-prodotti jew xi raġuni sostantiva oħra li tagħti prova li l-livell eżistenti tal-kwota huwa inadegwat, jew jekk dawn joriġinawx minn attivitajiet ta’ ħażna jew ta’ devjazzjoni tal-kummerċ li jirriżultaw minn miżuri restrittivi meħuda barra l-pajjiż.

B.

Esklużjoni ta’ flussi ta’ kummerċ tradizzjonali

Għal ċerti kategoriji ta’ prodotti, il-kwota tariffarja residwa ġiet eżawrita malajr b’importazzjonijiet minn pajjiż wieħed jew minn diversi pajjiżi, li xi kultant jibbenefikaw minn kwota tar-rata tariffarja speċifika għall-pajjiż, li jeskludi l-flussi ta’ importazzjoni tradizzjonali minn oriġini oħra, u b’hekk tiġi ristretta l-għażla tal-klijenti. Dan kien il-każ pereżempju għall-kategoriji tal-prodotti 4B, 13, u 16. Għalhekk, il-Kummissjoni se tinvestiga jekk dan il-fatt affettwax b’mod negattiv l-interess tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa li jinżammu l-flussi kummerċjali tradizzjonali, u, fejn xieraq, tiddeċiedi dwar rimedji potenzjali għal din is-sitwazzjoni.

C.

Effetti detrimentali potenzjali fil-kisba tal-objettivi ta’ integrazzjoni mas-sħab kummerċjali preferenzjali

Il-Kummissjoni se tinvestiga jekk il-funzjonament tal-miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar eżistenti kkawżax riskji sostanzjali għall-istabilizzazzjoni jew l-iżvilupp ekonomiku ta’ ċerti sħab kummerċjali preferenzjali sal-punt li jkun ta’ detriment għall-objettivi ta’ integrazzjoni tal-Ftehimiet tagħhom mal-UE.

D.

Aġġornament tal-lista tal-pajjiżi membri tad-WTO li qed jiżviluppaw esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri bbażati fuq l-aktar livell reċenti tagħhom ta’ importazzjonijiet

Skont ir-Regolament tal-UE 2015/478 (3), ma għandhomx jiġu applikati miżuri ta’ salvagwardja fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiż Membru tad-WTO li qed jiżviluppa sakemm is-sehem tiegħu fit-total ta’ importazzjonijiet tal-prodott soġġett għall-miżuri ma jaqbiżx it-3 %. Il-Premessa (192) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jimponi miżuri ta’ salvagwardja definittivi tistabbilixxi li l-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni tas-sitwazzjoni fuq bażi regolari, u mill-inqas fl-aħħar ta’ kull sena ta’ impożizzjoni ta’ miżuri. Għalhekk, il-Kummissjoni beħsiebha taġġorna l-lista tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma membri tad-WTO u li għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri.

E.

Bidliet oħra fiċ-ċirkostanzi li jistgħu jeħtieġu aġġustament fil-livell ta’ allokazzjoni tal-kwota tariffarja

Il-partijiet huma mistiedna wkoll iqajmu kwistjonijiet oħra — għal kategoriji ta’ prodotti għajr dawk diġà msemmija hawn fuq u sal-punt li jikkonċernaw bidliet dejjiema ta’ ċirkostanzi meta mqabbla mas-sitwazzjoni prevalenti matul l-investigazzjoni oriġinali –, li jista’ jkun hemm bżonn li l-effetti tagħha jiġu riveduti u jistgħu jiġġustifikaw aġġustament għal-livell jew l-allokazzjoni tal-kwota tariffarja f’kategoriji speċifiċi ta’ prodotti. Il-partijiet li jixtiequ jqajmu kwistjonijiet addizzjonali huma mitluba jipprovdu evidenza suffiċjenti sabiex isostnu t-talbiet tagħhom.

4.   Proċedura

Wara li ddeterminat li hemm biżżejjed evidenza għar-rieżami ta’ ċerti aspetti tal-miżuri ta’ salvagwardja eżistenti tal-azzar, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami tal-miżuri eżistenti, limitata għall-ambitu tal-kwistjonijiet speċifikati hawn fuq.

4.1.   Sottomissjonijiet bil-miktub

Sabiex tinkiseb l-informazzjoni rilevanti kollha meqjusa bħala meħtieġa għall-investigazzjoni, il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn lill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-partijiet li jagħmlu sottomissjoni jintalbu jiddikjaraw b’mod ċar, fil-korrispondenza tagħhom, liema waħda mill-kwistjonijiet tar-rieżami msemmija hawn fuq hija/huma kkonċernata/i permezz tas-sottomissjoni tagħhom.

4.2.   Possibbiltà għal kummenti dwar is-sottomissjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw il-kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet tal-partijiet interessati l-oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.

Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sebat (7) ijiem minn meta s-sottomissjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4.1 ikunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati.

L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ Tron.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq din il-paġna sabiex ikollok aċċess.

L-iskeda ta’ żmien deskritta hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

Minħabba l-ħtieġa li jitlesta r-rieżami f’perjodu ta’ żmien qasir — ara t-Taqsima 6 hawn taħt — u l-fatt li l-partijiet interessati se jingħataw il-possibbiltà li jikkummentaw fuq is-sottomissjonijiet ta’ partijiet oħra, li se jiżgura biżżejjed opportunitajiet biex jiddefendu l-interessi tagħhom, il-Kummissjoni mhijiex se torganizza seduti ta’ smigħ għall-fini ta’ din l-investigazzjoni.

4.3.   Sottomissjoni ta’ informazzjoni u estensjoni għal limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jissottomettu biss l-informazzjoni fil-perjodi ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika. Kwalunkwe estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti f’dan l-Avviż tista’ tintalab biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u tingħata biss jekk tkun debitament ġustifikata. L-estensjonijiet eċċezzjonalment ġustifikati debitament sad-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni normalment ikunu limitati għal 3 ijiem addizzjonali.

4.4.   Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlijin u l-korrispondenza

It-tagħrif mibgħut lill-Kummissjoni għall-fini tal-proċediment għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni (a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment ta’ difiża tal-kummerċ u (b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Is-sottomissjonijiet bil-miktub kollha pprovduti mill-partijiet interessati li jintalab trattament kunfidenzjali għalihom għandhom ikunu mmarkati “Ristretti” (4). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Ristretta” huma obbligati jfasslu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-UE 2015/478 (5) u l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-UE 2015/755 (6), li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawk is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali u għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fl-istess ħin tal-verżjoni “Ristretta”.

Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tagħtix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi prokuri skenjati. Meta jużaw il-posta elettronika jew TRON.tdi, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES (KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ)” ippubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf

Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi vverifikat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal aktar regoli u tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet permezz ta’ TRON.tdi, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H, unit H5

Uffiċċju: CHAR 03/66

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

TRON.tdi: https://webgate.ec.europa.eu/tron/tdi

Email: TRADE-SAFE009-REVIEW@ec.europa.eu

5.   L-iskeda tar-rieżami

Sabiex tiġi evitata kwalunkwe inċertezza u interruzzjoni bla bżonn tas-sistema ta’ salvagwardja tal-azzar attwalment fis-seħħ, ir-rieżami attwali għandu jiġi konkluż fl-iqsar żmien u, kull meta jkun possibbli, qabel it-30 ta’ Settembru 2019.

6.   Nuqqas ta’ Kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fit-termini preskritti stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/755. Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

7.   Uffiċjal tas-Seduta

L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-iskadenzi u kull talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu intervent mill-Uffiċjal tas-Seduta. Fil-prinċipju, dawn l-interventi għandhom ikunu limitati għall-kwistjonijiet li nqalgħu matul il-proċediment ta’ rieżami attwali.

Jenħtieġ li t-talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Fil-prinċipju, il-perjodi ta’ żmien stabbiliti fit-Taqsima 5.1 tat-Taqsima 5.3 ta’ dan l-Avviż għas-sottomissjonijiet lill-Kummissjoni japplikaw mutatis mutandis għal talbiet għal intervent lill-Uffiċjal tas-Seduta. Fejn talbiet bħal dawn jiġu ppreżentati barra l-iskedi ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina wkoll ir-raġunijiet għaliex dawn kienu tard, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-interessi tal-amministrazzjoni tajba u t-tlestija fil-ħin tal-investigazzjoni.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ KUMMERĊ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/

8.   Proċessar ta’ data personali

Kull data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/html/157639.htm


(1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27).

(2)  Għall-kuntrarju tal-kategoriji 4B u 16, li ġew kompletament eżawriti fil-perjodu ta’ bejn Frar u Marzu 2019, xorta kien hemm volum rilevanti ta’ kwota tar-rata tariffarja residwa mhux użata għall-kategorija 13 f’dak il-perjodu. Għalhekk, l-użu tal-kwota fil-bidu ta’ April 2019 ma kienx jirrifletti bis-sħiħ il-kwota tar-rata tariffarja attwali disponibbli. Kif iddikjarat fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (UE) 2019/159, il-volumi mhux użati fi kwart wieħed se jiġu trasferiti effettivament għall-kwart li jmiss b’dewmien ta’ 20 jum tax-xogħol (fil-bidu ta’ Mejju 2019). Dan ifisser li fil-bidu ta’ Mejju 2019, ikun hemm għal darb’ oħra l-kwota tariffarja disponibbli għal din il-kategorija ta’ prodotti.

(3)  ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16.

(4)  Dokument “Ristrett” huwa dokument li jitqies kunfidenzjali skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/478, l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/755 u l-Artikolu 3.2 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji. Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(5)  ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16.

(6)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33.

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Lista ta’ kategoriji ta’ prodotti suġġetti għal miżuri ta’ salvagwardja definittivi

Numru tal-Prodott

Kategorija tal-prodott

1

Folji u Strixxi Mhux Illigati u Oħrajn Illigati Illaminati bis-Sħana

2

Folji Mhux Illigati u Oħrajn Illigati Llaminati bil-Kesħa

3.A

Folji Elettriċi (għajr GOES)

3.B

4.A

Folji Miksija Metalliċi

4.B

5

Folji Miksija Organiċi

6

Prodotti Stanjati

7

Pjanċi Kwarto Mhux Illigati u Oħrajn Illigati

8

Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Llaminati bis-Sħana

9

Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Llaminati bil-Kesħa

10

Pjanċi Kwatro Inossidabbli Llaminati bis-Sħana

12

Forom tal-Metall u Forom Ħfief Mhux Illigati u Oħrajn Illigati

13

Vireg tar-rinforz

14

Vireg Inossidabbli u Forom Ħfief

15

Virga tal-Wajer Inossidabbli

16

Virga tal-Wajer Mhux Illigati u Oħrajn Illigati

17

Angoli, Forom u Qatgħat tal-Ħadid jew tal-Azzar Mhux Illigat

18

Gzuz ta’ Pjanċi

19

Materjali tal-Ferrovija

20

Pajpijiet tal-gass

21

Pajpijiet vojta minn ġewwa

22

Tubi u Pajpijiet Inossidabbli Mingħajr Saldatura

24

Tubi Mingħajr Saldatura

25

Tubi kbar iwweldjati

27

Żbarri mhux Illigati u oħrajn illigati b'finatura bil-kesħa

28

Wajer Mhux Illigat


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

17.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 169/16


Avviż għall-attenzjoni tal-ISTAT IŻLAMIKU FL-IRAQ U L-LEVANTE - KHORASAN (ISIL-K) li ismu żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet ta’ Al-Qaida, bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/791

(2019/C 169/09)

1.   

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da’esh) u tal-Al-Qaida u ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista miktuba skont UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b’mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont UNSCR 1267(1999).

Il-lista miktuba minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

ISIL (Da'esh) u Al-Qaida;

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati ma’ ISIL (Da’esh) u Al Qaida; kif ukoll

persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta’ xi waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi jew huma kkontrollati minnhom, jew b’xi mod iservu ta’ appoġġ għalihom.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità huma “assoċjati ma’” ISIL (Da’esh) u Al Qaida, jinkludu:

(a)

il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta’ atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma’, taħt isem, f’isem jew b’appoġġ għal ISIL (Da’esh) u Al-Qaida jew minn kull ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata’ minnhom jew derivat tagħhom;

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat lil xi waħda minnhom;

(c)

ir-reklutaġġ għal xi waħda minnhom; jew

(d)

xi forma oħra ta’ appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta’ xi waħda minnhom.

2.   

Il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-14ta’ Mejju 2019 approva ż-żieda tal-entrata tal-ISTAT IŻLAMIKU FL-IRAQ U L-LEVANTE - KHORASAN (ISIL-K) mal-lista tal-ISIL (Da’esh) u tal-Al-Qaida tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

L-ISTAT IŻLAMIKU FL-IRAQ U L-LEVANTE - KHORASAN (ISIL-K) jista' jippreżenta f'kull ħin talba lill-Ombudsperson tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li jiġi inkluż fil-lista tan-NU msemmija hawn fuq. Dawn it-talbiet jenħtieġ li jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

United Nations - Office of the Ombudsperson

Room TB-08041D

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel: +1 2129632671

Faks: +1 2129631300/3778

Posta elettronika: ombudsperson@un.org

Għal aktar informazzjoni ara https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/1267/aq_sanctions_list/procedures-for-delisting.

3.   

Wara d-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/791 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (3). L-emenda, li saret skont l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid l-isem tal-ISTAT IŻLAMIKU FL-IRAQ U L-LEVANTE - KHORASAN (ISIL-K) mal-lista fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament (“Anness I”).

Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-individwi u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:

(1)

l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli jagħmel disponibbli fondi u riżorsi ekonomiċi lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikoli 2 u 2a); kif ukoll

(2)

il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta’ pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari lil kull individwu jew entità kkonċernata, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3).

4.   

L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jipprovdi għal proċess ta’ rieżami meta jiġu ppreżentati l-osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjudin fl-Anness I permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/791 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħha. Din it-talba jenħtieġ li tintbagħat lil:

European Commission

“Restrictive measures”

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.   

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u tal-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament (UE) Nru 791/2019 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-raba’ u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.   

Għall-korrettezza, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/Membri rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati għal bżonnijiet essenzjali jew għal pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dan ir-Regolament.


(1)  ĠU L 255, 21.09.2016, p. 25.

(2)  ĠU L 129, 17.5.2019, p. 1.

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.