ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 155

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
6 ta' Mejju 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 155/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

CDJ

2019/C 155/02

Kawża C-118/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budai Központi Kerületi Bíróság — l-Ungerija) — Zsuzsanna Dunai vs ERSTE Bank Hungary Zrt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Artikolu 1(2) — Artikolu 6(1) — Kuntratt ta’ self ddenominat f’munita barranija — Differenza fir-rati tal-kambju — Sostituzzjoni b’dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ klawżola inġusta ddikjarata nulla — Riskju tal-kambju — Kuntratt li jibqa’ fis-seħħ wara t-tneħħija tal-klawżola inġusta — Sistema nazzjonali ta’ interpretazzjoni uniformi tad-dritt)

2

2019/C 155/03

Kawża C-128/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 — Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Direttiva (UE) 2016/2284 — Tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti sustanzi atmosferiċi li jniġġsu — Adozzjoni ta’ atti tad-dritt tal-Unjoni — Żvolġiment tal-proċedura leġiżlattiva — Artikolu 4(3) TUE — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali — Eżerċizzju effettiv tas-setgħa diskrezzjonali tal-leġiżlatur tal-Unjoni — Valutazzjoni tal-impatt — Evalwazzjoni suffiċjenti tal-effetti tal-att ikkontestat — Artikolu 5(4) TUE — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Artikolu 4(2) TUE — Ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati — Artikolu 191(2) TFUE — Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent — Teħid inkunsiderazzjoni tad-diversità tar-reġjuni tal-Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju)

3

2019/C 155/04

Kawża C-221/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi — M.G. Tjebbes et vs Minister van Buitenlandse Zaken (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 20 TFUE — Artikoli 7 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Nazzjonalità ta’ Stat Membru u ta’ Stat terz — Telf ipso jure tan-nazzjonalità tal-Istat Membru u taċ-ċittadinanza tal-Unjoni — Konsegwenzi — Proporzjonalità)

4

2019/C 155/05

Kawża C-399/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Regolament (KE) Nru 1013/2006 — Trasferiment ta’ skart — Rifjut tar-Repubblika Ċeka li tiżgura t-teħid lura tat-taħlita TPS-NOLO (Geobal) ttrasferita minn dan l-Istat Membru lejn il-Polonja — Eżistenza ta’ skart — Oneru tal-prova — Prova)

5

2019/C 155/06

Kawża C-428/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 — Meta Group Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas għal Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2002-2006) — Kuntratti ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tal-Programm Qafas għall-Innovazzjoni u l-Kompetittività (2007-2013) — Somom allegatament dovuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti — Bilanċ li għandu jitħallas mill-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija lill-appellanti — Responsabbiltà kuntrattwali)

5

2019/C 155/07

Kawża C-437/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Gemeinsamer Betriebsrat EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH vs EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-ħaddiema — Artikolu 45 TFUE — Regolament (UE) Nru 492/2011 — Artikolu 7(1) — Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’ ċittadinanza — Drittijiet għal leave annwali mħallas skont l-anzjanità tal-impjegat mal-persuna li timpjega — Teħid inkunsiderazzjoni parzjali biss tal-perijodi ta’ attività preċedenti mwettqa ma’ persuni li jimpjegaw oħra — Dritt soċjali — Diskrepanza bejn is-sistemi u l-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri)

6

2019/C 155/08

Kawża C-449/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — A & G Fahrschul-Akademie GmbH vs Finanzamt Wolfenbüttel (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 132(1)(i) u (j) — Eżenzjoni, favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali — Edukazzjoni skolastika jew universitarja — Kunċett — Kors tas-sewqan tal-karozzi mogħti minn skola tas-sewqan)

7

2019/C 155/09

Kawża C-557/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi il-Baxxi) — Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs Y.Z., Z.Z., Y.Y. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja — Direttiva 2003/86/KE — Artikolu 16(2)(a) — Artikolu 17 — Irtirar tal-permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz — Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal perijodu twil — Direttiva 2003/109/KE — Artikolu 9(1)(a) — Telf ta’ dan l-istatus — Frodi — Nuqqas ta’ għarfien tal-frodi)

7

2019/C 155/10

Kawża C-635/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem — il-Pajjiżi l-Baxxi) — E. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Politika tal-immigrazzjoni — Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja — Direttiva 2003/86/KE — Esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva — Artikolu 3(2)(c) — Esklużjoni ta’ persuni li jibbenefikaw minn protezzjoni sussidjarja — Estensjoni mid-dritt nazzjonali tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja lil dawn il-persuni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Artikolu 11(2) — Assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn uffiċjali li jattestaw rabtiet tal-familja — Spjegazzjonijiet ikkunsidrati bħala mhux suffiċjentement plawżibbli — Obbligi tal-awtoritajiet tal-Istati Membri li jwettqu l-passi ulterjuri kollha — Limiti)

8

2019/C 155/11

Kawża C-647/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen — l-Isvezja) — Skatteverket vs Srf konsulterna AB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 53 — Provvisti ta’ servizzi li jikkonsistu fl-għoti ta’ aċċess għal avvenimenti edukattivi — Post tat-tranżazzjonijiet taxxabbli)

9

2019/C 155/12

Kawża C-666/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 — AlzChem AG vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) — Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità tad-dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ investigazzjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Portata)

10

2019/C 155/13

Kawża C-695/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Helsingin käräjäoikeus — il-Finlandja) — Metirato Oy, fi stralċ vs Suomen valtio/Verohallinto, Eesti Vabariik/Maksu- ja Tolliamet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2010/24/UE — Assistenza reċiproka fil-qasam tal-irkupru tal-krediti relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra — Artikolu 13(1) — Artikolu 14(2) — Rkupru forzat, mill-awtoritajiet tal-Istat Membru rikjest, ta’ krediti tal-Istat Membru applikant — Proċedura dwar talba intiża għar-reintegrazzjoni, fl-assi tal-falliment ta’ kumpannija stabbilita fl-Istat Membru rikjest, ta’ dawn il-krediti — Konvenut għal din il-proċedura — Determinazzjoni)

11

2019/C 155/14

Kawża C-724/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus — il-Finlandja — Vantaan kaupunki vs Skanska Industrial Solutions Oy, NCC Industry Oy, Asfaltmix Oy (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Artikolu 101 TFUE — Kumpens għad-danni kkawżati minn akkordju pprojbit minn dan l-artikolu — Determinazzjoni tal-entitajiet responsabbli għall-ħlas tal-kumpens — Suċċessjoni ta’ entitajiet ġuridiċi — Kunċett ta’ impriża — Kriterju tal-kontinwità ekonomika)

11

2019/C 155/15

Kawża C-21/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Isvea hovrätt — l-Isvezja — Textilis Ltd, Ozgur Keskin vs Svenskt Tenn Aktiebolag (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Kunċett ta’ forma — Forma li tagħti valur sostanzjali lill-prodott — Trade mark bidimensjonali — Trade mark figurattiva li tikkostitwixxi wkoll xogħol fis-sens tad-drittijiet tal-awtur — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 7(1)(e)(iii) — Regolament (UE) 2015/2424)

12

2019/C 155/16

Kawża C-134/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidsrechtbank Antwerpen — il-Belġju) — Maria Vester vs Rijksinstituut voor ziekte- en invaliditeitsverzekering (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Skemi ta’ sigurtà soċjali — Benefiċċji tal-invalidità — Artikoli 45 u 48 TFUE — Moviment liberu tal-ħaddiema — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Skemi distinti ta’ allowance skont l-Istati Membri — Perijodu minn qabel ta’ inkapaċità għax-xogħol — Tul taż-żmien — Għoti tal-allowance ta’ inkapaċità għax-xogħol — Żvantaġġi għall-ħaddiema migranti)

13

2019/C 155/17

Kawża C-174/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège — il-Belġju) — Jean Jacob, Dominique Lennertz vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-ħaddiema — Ugwaljanza fit-trattament — Taxxa fuq id-dħul — Leġiżlazzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja — Pensjoni rċevuta fi Stat Membru differenti minn dak ta’ residenza — Modi ta’ kalkolu tal-eżenzjoni fl-Istat Membru ta’ residenza — Telf ta’ parti mill-benefiċċju ta’ ċerti vantaġġi fiskali)

14

2019/C 155/18

Kawża C-195/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Piotrkowie Trybunalskim — il-Polonja) — proċeduri kriminali kontra B. S. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku — Direttiva 92/83/KEE — Artikolu 2 — Kunċett ta’ birra — Birra prodotta minn most miksub minn taħlita li tinkludi iktar glukożju milli xgħir — Nomenklatura Magħquda — Intestaturi 2203 (birra magħmula minn xgħir (malt)) jew 2206 (xorb ieħor iffermentat)

14

2019/C 155/19

Kawża C-372/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d’appel de Nancy — Franza) — Ministre de l'Action et des Comptes publics vs Sinjur u Sinjura Raymond Dreyer (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikolu 3 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Imposti fuq id-dħul mill-assi ta’ resident Franċiż affiljat mal-iskema ta’ sigurtà soċjali Svizzera — Imposti assenjati għall-finanzjament ta’ żewġ benefiċċji ġestiti mill-fond nazzjonali Franċiż ta’ solidarjetà għall-għajxien indipendenti — Rabta diretta u suffiċjentement rilevanti ma’ ċerti fergħat tas-sigurtà soċjali — Kunċett ta’ benefiċċju tas-sigurtà soċjali — Evalwazzjoni individwali tal-ħtiġijiet personali tal-applikant — Teħid inkunsiderazzjoni tar-riżorsi tal-applikant fil-kalkolu tal-ammont tal-benefiċċji)

15

2019/C 155/20

Kawża C-510/18 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2018 minn Prada SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-5 ta’ Ġunju 2018 fil-Kawża T-111/16, Prada vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

16

2019/C 155/21

Kawża C-631/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2018 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

16

2019/C 155/22

Kawża C-733/18 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2018 minn Sevenfriday AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-27 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-449/17, Sevenfriday vs EUIPO

17

2019/C 155/23

Kawża C-734/18: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2018 minn Sevenfriday AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-27 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-448/17 — Sevenfriday vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

17

2019/C 155/24

Kawża C-808/18: Rikors ippreżentat fil-21 ta Diċembru 2018 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

18

2019/C 155/25

Kawża C-20/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (l-Awstrija) fil-15 ta’ Jannar 2019 — kunsthaus muerz gmbh vs Zürich-Versicherungs AG

19

2019/C 155/26

Kawża C-41/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Jannar 2019 — FX vs GZ, irrappreżentata għal finijiet legali minn ommha

20

2019/C 155/27

Kawża C-44/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-24 ta’ Jannar 2019 — Repsol Petróleo, S.A. vs Administración del Estado

20

2019/C 155/28

Kawża C-45/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de A Coruña (Spanja) fl-24 ta’ Jannar 2019 — Compañía de Tranvías de la Coruña, S.A. vs Ayuntamiento de A Coruña

21

2019/C 155/29

Kawża C-59/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Jannar 2019 — Wikingerhof GmbH & Co. KG vs Booking.com BV

22

2019/C 155/30

Kawża C-72/19 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2019 minn Suzanne Saleh Thabet, Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh, Khadiga Mahmoud El Gammal mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-22 ta’ Novembru 2018 fil-Kawżi magħquda T-274/16 u T-275/16: Saleh Thabet et vs Il-Kunsill

23

2019/C 155/31

Kawża C-76/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fil-31 ta’ Jannar 2019 — Direktor na Teritorialna direktsia Yugozapadna Agentsia Mitnitsi pravopriemnik na Mitnitsa Aerogara Sofia vs Curtis Balkan EOOD

24

2019/C 155/32

Kawża C-87/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fis-7 ta’ Frar 2019 — TV Play Baltic AS vs Lietuvos radijo ir televizijos komisija

26

2019/C 155/33

Kawża C-93/19 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2019 mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-27 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-315/17, Hebberecht vs SEAE

27

2019/C 155/34

Kawża C-104/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Frar 2019 — Donex Shipping and Forwarding B.V. parti oħra: Staatssecretaris van Financiën

28

2019/C 155/35

Kawża C-120/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Frar 2019 — X vs College van burgemeester en wethouders van de gemeente Purmerend, Tamoil Nederland BV

28

2019/C 155/36

Kawża C-177/19 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2019 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawżi magħquda T-339/16, T-352/16 u T-391/16, Ville de Paris, Ville de Bruxelles u Ayuntamiento de Madrid vs Il-Kummissjoni Ewropea

29

2019/C 155/37

Kawża C-178/19 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2009 mill-Ungerija mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-339/16, T-352/16 u T-391/16, Ville de Paris, Ville de Bruxelles u Ayuntamiento de Madrid vs Il-Kummissjoni Ewropea

31

2019/C 155/38

Kawża C-179/19 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawżi magħquda T-339/16, T-352/16 u T-391/16, Ville de Paris, Ville de Bruxelles u Ayuntamiento de Madrid vs Il-Kummissjoni Ewropea

32

2019/C 155/39

Kawża C-186/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederladen (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Frar 2019 — Supreme Site Service GmbH, Supreme Fuels GmbH & Co KG, Supreme Fuels Trading Fze vs Supreme Headquarters Allied Powers Europe

33

2019/C 155/40

Kawża C-193/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Malmö (l-Isvezja) fis-27 ta’ Frar 2019 — A vs Migrationsverket

34

2019/C 155/41

Kawża C-206/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā rajona tiesa (il-Latvja) fil-5 ta’ Marzu 2019 — SIA KOB vs Madonas novada pašvaldības Administratīvo aktu strīdu komisija

34

 

GCEU

2019/C 155/42

Kawżi magħquda T-98/16, T-196/16 u T-198/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2019 — L-Italja et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Intervent ta’ konsorzju rregolat mid-dritt privat bejn banek favur wieħed mill-membri tiegħu — Awtorizzazzjoni tal-intervent mill-Bank Ċentrali tal-Istat Membru — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Kunċett ta’ għajnuna — Imputabbiltà lill-Istat — Riżorsi ta’ Stat)

36

2019/C 155/43

Kawża T-220/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 12 ta’ Marzu 2019 — Perry Ellis International Group vs EUIPO (PRO PLAYER) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali PRO PLAYER — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

37

2019/C 155/44

Kawżi Magħquda T-282/16 u T-283/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2019 — Inpost Paczkomaty u Inpost vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Settur postali — Kumpens għall-ispejjeż netti li jirriżultaw mill-obbligi ta’ servizz universali — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità — Dritt għall-proprjetà — Libertà ta’ intrapriża)

37

2019/C 155/45

Kawża T-310/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2019 — Foshan Lihua Ceramic vs Il-Kummissjoni (Dumping — Importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina miċ-Ċina — Artikolu 11(4) u (5) u Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li saru Artikolu 11(4) u (5), u Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/1036] — Rifjut li jingħata l-istatus ta’ produttur-esportatur ġdid fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 917/2011 — Teħid ta’ kampjuni — Eżaminazzjoni individwali — Kunfidenzjalità)

38

2019/C 155/46

Kawża T-138/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2019 — Prim vs EUIPO — Primed Halberstadt Medizintechnik (PRIMED) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali PRIMED — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti PRIM S.A., PRiM, S.A. SUMINISTROS MEDICOS u GRUPO PRiM — Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti — Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Dritt għal smigħ — It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li saret it-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2017/1001) — Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell — Klassifikazzjoni bħala provi ġodda jew addizzjonali — Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001))

39

2019/C 155/47

Kawża T-237/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2019 — Spanja vs Il-Kummissjoni (FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Infiq imwettaq minn Spanja — Kriterju ta’ rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi — Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 — Korrezzjoni finanzjarja)

40

2019/C 155/48

Kawża T-760/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2019 — Meesenburg Großhandel vs EUIPO (Triotherm+) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Triotherm+ — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Dritt għal smigħ)

41

2019/C 155/49

Kawża T-762/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2019 — Grammer vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ forma) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta forma — Raġuni assolut ta’ rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

41

2019/C 155/50

Kawża T-777/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Marzu 2019 — Pan vs EUIPO — Entertainment One UK (TOBBIA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TOBBIA — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Peppa Pig — Raġuni relattiva ta’ rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b), u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b), u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

42

2019/C 155/51

Kawża T-133/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 19 ta’ Marzu 2019 — IQ Group Holdings Bhd vs EUIPO — Krinner Innovation (Lumiqs) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva Lumiqs — Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali u figurattiva preċedenti Lumix — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

43

2019/C 155/52

Kawża T-784/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2019 — Strabag Belgium vs Il-Parlament (Rikors għal annullament — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Xogħlijiet minn kuntrattur ġenerali fuq il-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussell — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerenti oħra — Sostituzzjoni tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża — Tmiem tas-suġġett tat-tilwima — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

43

2019/C 155/53

Kawża T-156/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2019 — Legutko u Poręba vs Il-Parlament (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Dritt istituzzjonali — Regolament intern tal-Parlament — Artikolu 130 — Anness II — Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub — Talba għal trażmissjoni lill-Kunsill — Notifika tad-deċiżjoni li tikkonstata l-inammissibbiltà tal-mistoqsija — Sejħa għal teħid ta’ azzjoni — Teħid ta’ pożizzjoni tal-Parlament — Talba għal ordni — Inammissibbiltà)

44

2019/C 155/54

Kawża T-129/19: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2019 — Necci vs Il-Kummissjoni

45

2019/C 155/55

Kawża T-134/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2019 — AM vs BEI

46

2019/C 155/56

Kawża T-140/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2019 — ZU vs Il-Kummissjoni

47

2019/C 155/57

Kawża T-145/19: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2019 — Jap Energéticas y Medioambientales vs Il-Kummissjoni Ewropea

47

2019/C 155/58

Kawża T-149/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2019 — Société des produits Nestlé vs EUIPO — Jumbo Africa (Rappreżentazzjoni ta’ figura ta’ bniedem fiċ-ċentru ta’ tarka)

48

2019/C 155/59

Kawża T-152/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2019 — Brunswick Bowling Products vs Il-Kummissjoni

49

2019/C 155/60

Kawża T-153/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2019 — European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni

51

2019/C 155/61

Kawża T-154/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2019 — ZU vs EEAS

52

2019/C 155/62

Kawża T-155/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu — AP vs EIF

53

2019/C 155/63

Kawża T-159/19: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2019 — Bog-Fran vs EUIPO — Fabryki Mebli Forte (Furniture)

54

2019/C 155/64

Kawża T-160/19: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2019 — LTTE vs Il-Kunsill

54

2019/C 155/65

Kawża T-167/19: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2019 — Tempus Energy Germany u T Energy Sweden vs Il-Kummissjoni

55

2019/C 155/66

Kawża T-169/19: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2019 — Style & Taste vs EUIPO — The Polo/Lauren Company (Rappreżentazzjoni ta’ plejer tal-polo)

56

2019/C 155/67

Kawża T-170/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2019 — Sherpa Europe vs EUIPO — Núcleo de comunicaciones y control (SHERPA NEXT)

57

2019/C 155/68

Kawża T-311/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2019 — Buck vs EUIPO — Unger Holding (BUCK)

58


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 155/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 148, 29.4.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 139, 15.4.2019

ĠU C 131, 8.4.2019

ĠU C 122, 1.4.2019

ĠU C 112, 25.3.2019

ĠU C 103, 18.3.2019

ĠU C 93, 11.3.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

CDJ

6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budai Központi Kerületi Bíróság — l-Ungerija) — Zsuzsanna Dunai vs ERSTE Bank Hungary Zrt

(Kawża C-118/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 1(2) - Artikolu 6(1) - Kuntratt ta’ self ddenominat f’munita barranija - Differenza fir-rati tal-kambju - Sostituzzjoni b’dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ klawżola inġusta ddikjarata nulla - Riskju tal-kambju - Kuntratt li jibqa’ fis-seħħ wara t-tneħħija tal-klawżola inġusta - Sistema nazzjonali ta’ interpretazzjoni uniformi tad-dritt)

(2019/C 155/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budai Központi Kerületi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zsuzsanna Dunai

Konvenuta: ERSTE Bank Hungary Zrt

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-qorti adita milli tilqa’ talba intiża għall-annullament ta’ kuntratt ta’ self ibbażata fuq in-natura inġusta ta’ klawżola dwar id-differenza fir-rati tal-kambju, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sakemm il-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ tali klawżola tkun tippermetti li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni fid-dritt u fil-fatt li l-konsumatur kien ikun fiha fin-nuqqas ta’ din il-klawżola inġusta, u

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-qorti adita milli tilqa’ talba intiża għall-annullament ta’ kuntratt ta’ self ibbażata fuq in-natura inġusta ta’ klawżola dwar ir-riskju tal-kambju, meta jiġi kkonstatat li din il-klawżola tkun inġusta u li l-kuntratt ma jkunx jista’ jibqa’ fis-seħħ mingħajr l-imsemmija klawżola.

2)

Id-Direttiva 93/13, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, ma tipprekludix li qorti suprema ta’ Stat Membru tadotta, fl-interess ta’ interpretazzjoni uniformi tad-dritt, deċiżjonijiet vinkolanti dwar il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta’ din id-direttiva, sakemm dawn la jipprojbixxu lill-qorti kompetenti milli tiżgura l-effett sħiħ tar-regoli previsti fl-imsemmija direttiva u toffri lill-konsumatur rimedju effettiv għall-protezzjoni tad-drittijiet li huwa jista’ jislet minnhom, u lanqas milli tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja talba għal deċiżjoni preliminari f’dan ir-rigward, liema fatt madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 221, 10.7.2017.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 — Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-128/17) (1)

(“Rikors għal annullament - Direttiva (UE) 2016/2284 - Tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti sustanzi atmosferiċi li jniġġsu - Adozzjoni ta’ atti tad-dritt tal-Unjoni - Żvolġiment tal-proċedura leġiżlattiva - Artikolu 4(3) TUE - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali - Eżerċizzju effettiv tas-setgħa diskrezzjonali tal-leġiżlatur tal-Unjoni - Valutazzjoni tal-impatt - Evalwazzjoni suffiċjenti tal-effetti tal-att ikkontestat - Artikolu 5(4) TUE - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Artikolu 4(2) TUE - Ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati - Artikolu 191(2) TFUE - Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent - Teħid inkunsiderazzjoni tad-diversità tar-reġjuni tal-Unjoni Ewropea - Stħarriġ ġudizzjarju”)

(2019/C 155/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: Z. Fehér, G. Koós u E. Tóth, aġenti), ir-Rumanija (rappreżentanti: C. Canțăr, R. H. Radu, A. Wellman u M. Chicu, aġenti)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Tamás u A. Pospíšilová Padowska, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm, A.-Z. Varfi, K. Adamczyk Delamarre u A. Sikora-Kalėda, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Petersen, K. Herrmann u G. Gattinara, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-Ungerija, ir-Rumanija kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom


(1)  ĠU C 151, 15.5.2017.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi — M.G. Tjebbes et vs Minister van Buitenlandse Zaken

(Kawża C-221/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 20 TFUE - Artikoli 7 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Nazzjonalità ta’ Stat Membru u ta’ Stat terz - Telf ipso jure tan-nazzjonalità tal-Istat Membru u taċ-ċittadinanza tal-Unjoni - Konsegwenzi - Proporzjonalità)

(2019/C 155/04)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M.G. Tjebbes, G.J.M. Koopman, E. Saleh Abady, L. Duboux

Konvenut: Minister van Buitenlandse Zaken

Dispożittiv

L-Artikolu 20 TFUE, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, taħt ċerti kundizzjonijiet, it-telf ipso jure tan-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru, li jwassal, fir-rigward tal-persuni li ma jkollhomx ukoll in-nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor, għat-telf tal-istatus tagħhom ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea u tad-drittijiet marbuta magħhom, sakemm l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inkluż, jekk ikun il-każ, il-qrati nazzjonali, ikunu f’pożizzjoni li jeżaminaw, b’mod inċidentali, il-konsegwenzi ta’ dan it-telf ta’ nazzjonalità u, possibbilment, li jirkupraw ex tunc in-nazzjonalità tal-persuni kkonċernati, fl-okkażjoni tal-applikazzjoni, minn dawn tal-aħħar, għal dokument tal-ivvjaġġar jew prova oħra tan-nazzjonalità tagħhom. Fil-kuntest ta’ dan l-eżami, dawn l-awtoritajiet u qrati għandhom jivverifikaw jekk it-telf tan-nazzjonalità tal-Istat Membru kkonċernat, li jġib miegħu l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni, josservax il-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-konsegwenzi tiegħu fuq is-sitwazzjoni ta’ kull persuna kkonċernata u, jekk ikun il-każ, fuq dik tal-membri tal-familja tiegħu fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-399/17) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 1013/2006 - Trasferiment ta’ skart - Rifjut tar-Repubblika Ċeka li tiżgura t-teħid lura tat-taħlita TPS-NOLO (Geobal) ttrasferita minn dan l-Istat Membru lejn il-Polonja - Eżistenza ta’ skart - Oneru tal-prova - Prova)

(2019/C 155/05)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková, E. Sanfrutos Cano u L. Haasbeek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, T. Müller u L. Dvořáková,)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 293, 4.9.2017.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 — Meta Group Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-428/17 P) (1)

(Appell - Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas għal Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2002-2006) - Kuntratti ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tal-Programm Qafas għall-Innovazzjoni u l-Kompetittività (2007-2013) - Somom allegatament dovuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti - Bilanċ li għandu jitħallas mill-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija lill-appellanti - Responsabbiltà kuntrattwali)

(2019/C 155/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Meta Group Srl (rappreżentant: A. Formica, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u D. Recchia, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Meta Group Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 293, 4.9.2017


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Gemeinsamer Betriebsrat EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH vs EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH

(Kawża C-437/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 7(1) - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’ ċittadinanza — Drittijiet għal leave annwali mħallas skont l-anzjanità tal-impjegat mal-persuna li timpjega - Teħid inkunsiderazzjoni parzjali biss tal-perijodi ta’ attività preċedenti mwettqa ma’ persuni li jimpjegaw oħra - Dritt soċjali - Diskrepanza bejn is-sistemi u l-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri)

(2019/C 155/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gemeinsamer Betriebsrat EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH

Konvenuta: EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH

Dispożittiv

L-Artikoli 45 TFUE u 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex jiġi ddeterminat jekk ħaddiem b’total ta’ 25 sena ta’ attività professjonali huwiex intitolat għal żieda fil-leave annwali mħallas tiegħu minn 5 għal 6 ġimgħat, tipprevedi li s-snin imwettqa fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol waħda jew diversi preċedenti għal dik mibdija mal-persuna li attwalment timpjegah jiswew biss sa massimu ta’ 5 snin ta’ attività professjonali, anki jekk l-għadd reali tagħhom ikun itwal minn 5 snin.


(1)  ĠU C 382, 13.11.2017.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — A & G Fahrschul-Akademie GmbH vs Finanzamt Wolfenbüttel

(Kawża C-449/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(i) u (j) - Eżenzjoni, favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali - Edukazzjoni skolastika jew universitarja - Kunċett - Kors tas-sewqan tal-karozzi mogħti minn skola tas-sewqan)

(2019/C 155/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A & G Fahrschul-Akademie GmbH

Konvenut: Finanzamt Wolfenbüttel

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “edukazzjoni skolastika jew universitarja” fis-sens tal-Artikolu 132(1)(i) u (j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li din l-edukazzjoni ma tkoprix tagħlim tas-sewqan mogħti minn skejjel tas-sewqan, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bil-għan li jinkisbu liċenzji tas-sewqan għall-vetturi tal-kategoriji B u C1 imsemmija fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan.


(1)  ĠU C 330, 2.10.2017.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi il-Baxxi) — Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs Y.Z., Z.Z., Y.Y.

(Kawża C-557/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Direttiva 2003/86/KE - Artikolu 16(2)(a) - Artikolu 17 - Irtirar tal-permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz - Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal perijodu twil - Direttiva 2003/109/KE - Artikolu 9(1)(a) - Telf ta’ dan l-istatus - Frodi - Nuqqas ta’ għarfien tal-frodi)

(2019/C 155/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Konvenuti: Y.Z., Z.Z., Y.Y.,

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 16(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li ġew prodotti dokumenti ffalsifikati għall-ħruġ tal-permessi ta’ residenza lill-membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, il-fatt li dawn il-membri tal-familja ma kinux jafu bin-natura frawdolenti ta’ dawn id-dokumenti ma tipprekludix lill-Istat Membru kkonċernat milli, b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, jirtira dawn il-permessi. Konformement mal-Artikolu 17 ta’ din id-direttiva, madankollu, huma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li l-ewwel għandhom iwettqu eżami individwalizzat tas-sitwazzjoni ta’ dawn il-membri, billi jwettqu evalwazzjoni bbilanċjata u raġonevoli tal-interessi kollha involuti.

2)

L-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ fejn l-istatus ta’ resident għal perijodu twil ingħata lil ċittadini ta’ pajjiż terz abbażi ta’ dokumenti ffalsifikati, il-fatt li dawn iċ-ċittadini ma kinux jafu bin-natura frawdolenti ta’ dawn id-dokumenti ma jipprekludix lill-Istat Membru kkonċernat milli, b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, jirtira dan l-istatus.


(1)  ĠU C 402, 27.11.2017.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem — il-Pajjiżi l-Baxxi) — E. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-635/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni - Politika tal-immigrazzjoni - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Direttiva 2003/86/KE - Esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva - Artikolu 3(2)(c) - Esklużjoni ta’ persuni li jibbenefikaw minn protezzjoni sussidjarja - Estensjoni mid-dritt nazzjonali tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja lil dawn il-persuni - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 11(2) - Assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn uffiċjali li jattestaw rabtiet tal-familja - Spjegazzjonijiet ikkunsidrati bħala mhux suffiċjentement plawżibbli - Obbligi tal-awtoritajiet tal-Istati Membri li jwettqu l-passi ulterjuri kollha - Limiti)

(2019/C 155/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E.

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Dispożittiv

1)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 267 TFUE, sabiex tinterpreta l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-qorti tar-rinviju hija mitluba tiddeċiedi fuq applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja mressqa minn benefiċjarju tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja, meta din id-dispożizzjoni tkun ġiet reża applikabbli għal tali sitwazzjoni, b’mod dirett u inkundizzjonat, mid-dritt nazzjonali.

2)

L-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/86 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ġiet ippreżentata applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja minn sponsor li tgawdi minn status ta’ protezzjoni sussidjarja favur minuri li tiegħu hija z-zija u allegatament il-kuratriċi, u li jirrisjedi bħala refuġjat u ma għandux rabtiet familjari f’pajjiż terz, sabiex din l-applikazzjoni tiġi miċħuda għar-raġuni biss li l-isponsor ma pprovdietx id-dokumenti ta’ sostenn uffiċjali li jattestaw il-mewt tal-ġenituri bijoloġiċi tal-minuri u, għalhekk, in-natura attwali tar-rabtiet familjari tagħha miegħu, u li l-ispjegazzjoni li l-isponsor ippreżentat biex tiġġustifika l-inkapaċità tagħha li tipproduċi tali dokumenti tqieset li mhix plawżibbli mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-mertu biss tal-informazzjoni ġenerali disponibbli dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż tal-oriġini, mingħajr ma titqies is-sitwazzjoni konkreta tal-isponsor u tal-minuri kif ukoll id-diffikultajiet partikolari li kellhom jaffaċċjaw, skonthom, qabel u wara li ħarbu mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom.


(1)  ĠU C 63, 19.2.2018.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen — l-Isvezja) — Skatteverket vs Srf konsulterna AB

(Kawża C-647/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 53 - Provvisti ta’ servizzi li jikkonsistu fl-għoti ta’ aċċess għal avvenimenti edukattivi - Post tat-tranżazzjonijiet taxxabbli)

(2019/C 155/11)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skatteverket

Konvenuta: Srf konsulterna AB

Dispożittiv

L-Artikolu 53 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/UE tat-12 ta’ Frar 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-termini “servizzi fir-rigward tad-dħul għal attivitajiet” li hemm riferiment għalihom f’din id-dispożizzjoni jinkludu servizz, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsisti fit-taħriġ ta’ kontabbiltà u ta’ ġestjoni, fuq perijodu ta’ ħamest ijiem, ipprovdut lill-persunal taxxabbli biss u li jeżiġi reġistrazzjoni u ħlas bil-quddiem.


(1)  ĠU C 52, 12.02.2018


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 — AlzChem AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-666/17 P) (1)

(Appell - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) - Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità tad-dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ investigazzjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Portata)

(2019/C 155/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: AlzChem AG (rappreżentanti: A. Borsos, avocat, J. A. Guerrero Pérez, abogado)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati u A. Buchet, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

AlzChem AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Helsingin käräjäoikeus — il-Finlandja) — Metirato Oy, fi stralċ vs Suomen valtio/Verohallinto, Eesti Vabariik/Maksu- ja Tolliamet

(Kawża C-695/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2010/24/UE - Assistenza reċiproka fil-qasam tal-irkupru tal-krediti relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra - Artikolu 13(1) - Artikolu 14(2) - Rkupru forzat, mill-awtoritajiet tal-Istat Membru rikjest, ta’ krediti tal-Istat Membru applikant - Proċedura dwar talba intiża għar-reintegrazzjoni, fl-assi tal-falliment ta’ kumpannija stabbilita fl-Istat Membru rikjest, ta’ dawn il-krediti - Konvenut għal din il-proċedura - Determinazzjoni)

(2019/C 155/13)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Helsingin käräjäoikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Metirato Oy, fi stralċ

Konvenuti: Suomen valtio/Verohallinto, Eesti Vabariik/Maksu- ja Tolliamet

Dispożittiv

L-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra għandhom jiġu interpretati fis-sens li, minn naħa, dawn japplikaw għal proċedura intiża għar-reintegrazzjoni, fl-assi tal-falliment ta’ kumpannija stabbilita fl-Istat Membru rikjest, ta’ krediti li kienu s-suġġett ta’ rkupru fuq it-talba tal-Istat Membru applikant, meta din il-proċedura hija bbażata fuq il-kontestazzjoni ta’ miżuri ta’ infurzar, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 14(2), u, min-naħa l-oħra, l-Istat Membru rikjest, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jitqies bħala l-konvenut għall-imsemmija proċedura, u ċ-ċirkustanza li l-ammont ta’ dawn il-krediti jkun isseparat mill-beni ta’ dan l-Istat Membru jew ikun flimkien magħhom ma għandhiex effett f’dan ir-rigward.


(1)  ĠU C 83, 5.3.2018.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus — il-Finlandja — Vantaan kaupunki vs Skanska Industrial Solutions Oy, NCC Industry Oy, Asfaltmix Oy

(Kawża C-724/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Artikolu 101 TFUE - Kumpens għad-danni kkawżati minn akkordju pprojbit minn dan l-artikolu - Determinazzjoni tal-entitajiet responsabbli għall-ħlas tal-kumpens - Suċċessjoni ta’ entitajiet ġuridiċi - Kunċett ta’ impriża - Kriterju tal-kontinwità ekonomika)

(2019/C 155/14)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vantaan kaupunki

Konvenuti: Skanska Industrial Solutions Oy, NCC Industry Oy, Asfaltmix Oy

Dispożittiv

L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-azzjonijiet kollha tal-kumpanniji li pparteċipaw f’akkordju pprojbit minn dan l-artikolu nxtraw minn kumpanniji oħra, li xoljew dawn l-ewwel kumpanniji u komplew l-attivitajiet kummerċjali tagħhom, il-kumpanniji xerrejja jistgħu jinżammu responsabbli għad-danni kkawżati minn dan l-akkordju.


(1)  ĠU C 83, 05.03.2018


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Isvea hovrätt — l-Isvezja — Textilis Ltd, Ozgur Keskin vs Svenskt Tenn Aktiebolag

(Kawża C-21/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Kunċett ta’ “forma” - Forma li tagħti valur sostanzjali lill-prodott - Trade mark bidimensjonali - Trade mark figurattiva li tikkostitwixxi wkoll xogħol fis-sens tad-drittijiet tal-awtur - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(1)(e)(iii) - Regolament (UE) 2015/2424)

(2019/C 155/15)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Svea hovrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Textilis Ltd, Ozgur Keskin

Konvenuta: Svenskt Tenn Aktiebolag

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea], kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma huwiex applikabbli għal trade marks irreġistrati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament Nru 207/2009, kif emendat bir-Regolament 2015/2424.

2)

L-Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li sinjal, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsisti f’disinni bidimensjonali dekorattivi, li huwa mwaħħal fuq prodotti, bħal tessut jew karta, ma “jikkonsistix esklużivament f’forma”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 94, 12.3.2018.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidsrechtbank Antwerpen — il-Belġju) — Maria Vester vs Rijksinstituut voor ziekte- en invaliditeitsverzekering

(Kawża C-134/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skemi ta’ sigurtà soċjali - Benefiċċji tal-invalidità - Artikoli 45 u 48 TFUE - Moviment liberu tal-ħaddiema - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Skemi distinti ta’ allowance skont l-Istati Membri - ‘Perijodu minn qabel ta’ inkapaċità għax-xogħol’ - Tul taż-żmien - Għoti tal-allowance ta’ inkapaċità għax-xogħol - Żvantaġġi għall-ħaddiema migranti)

(2019/C 155/16)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidsrechtbank Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria Vester

Konvenut: Rijksinstituut voor ziekte- en invaliditeitsverzekering

Dispożittiv

L-Artikoli 45 u 48 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha ħaddiem, li kien inkapaċi għax-xogħol matul sena u li ġie rrikonoxxut bħala persuna invalida mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tiegħu mingħajr għaldaqstant ma jkun jista’ jibbenefika minn allowance tal-invalidità abbażi tal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru, jiġi impost fuqu, mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa kkompleta l-perijodi ta’ assigurazzjoni tiegħu kollha, perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol addizzjonali ta’ sena sabiex jiġi rrikonoxxut lilu l-istatus bħala persuna invalida u jingħatawlu l-benefiċċji tal-invalidità pro rata, mingħajr madankollu ma jirċievi allowance ta’ inkapaċità għax-xogħol matul dan il-perijodu.


(1)  ĠU C 182, 28.5.2018.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège — il-Belġju) — Jean Jacob, Dominique Lennertz vs État belge

(Kawża C-174/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Ugwaljanza fit-trattament - Taxxa fuq id-dħul - Leġiżlazzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja - Pensjoni rċevuta fi Stat Membru differenti minn dak ta’ residenza - Modi ta’ kalkolu tal-eżenzjoni fl-Istat Membru ta’ residenza - Telf ta’ parti mill-benefiċċju ta’ ċerti vantaġġi fiskali)

(2019/C 155/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jean Jacob, Dominique Lennertz

Konvenut: État belge

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha l-effett li ċċaħħad kopja residenti f’dan l-Istat, li wieħed mill-membri tagħha jirċievi pensjoni fi Stat Membru ieħor li hija eżentata mit-taxxa fl-ewwel Stat Membru abbażi ta’ ftehim bilaterali intiż għall-ħelsien mit-taxxa doppja, minn parti mill-benefiċċju tal-vantaġġi fiskali mogħtija minn dan.


(1)  ĠU C 166, 14.5.2018


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Piotrkowie Trybunalskim — il-Polonja) — proċeduri kriminali kontra B. S.

(Kawża C-195/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku - Direttiva 92/83/KEE - Artikolu 2 - Kunċett ta’ “birra” - Birra prodotta minn most miksub minn taħlita li tinkludi iktar glukożju milli xgħir - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 2203 (birra magħmula minn xgħir (malt)) jew 2206 (xorb ieħor iffermentat)

(2019/C 155/18)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Piotrkowie Trybunalskim

Fil-proċeduri kriminali kontra:

B. S.

fil-preżenza ta’: Prokuratura Okręgowa w Piotrkowie Trybunalskim, Łódzki Urząd Celno-Skarbowy w Łodzi, Urząd Celno-Skarbowy w Piotrkowie Trybunalskim

Dispożittiv

L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott intermedjarju, iddestinat li jitħallat ma’ xorb mhux alkoħoliku, li jinkiseb minn most li jinkludi inqas ingredjenti li fihom ix-xgħir milli ingredjenti li ma fihomx ix-xgħir u li fih ġie miżjud il-ġulepp tal-glukożju qabel il-proċess ta’ fermentazzjoni, jista’ jiġi kklassifikat bħala “birra magħmula minn xgħir” li taqa’ taħt l-intestatura 2203 tan-Nomenklatura Magħquda li jinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2587/91, tas-26 ta’ Lulju 1991, sakemm il-karatteristiċi organoleptiċi ta’ dan il-prodott jikkorrispondu ma’ dawk tal-birra, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 221, 25.6.2018.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d’appel de Nancy — Franza) — Ministre de l'Action et des Comptes publics vs Sinjur u Sinjura Raymond Dreyer

(Kawża C-372/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 3 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Imposti fuq id-dħul mill-assi ta’ resident Franċiż affiljat mal-iskema ta’ sigurtà soċjali Svizzera - Imposti assenjati għall-finanzjament ta’ żewġ benefiċċji ġestiti mill-fond nazzjonali Franċiż ta’ solidarjetà għall-għajxien indipendenti - Rabta diretta u suffiċjentement rilevanti ma’ ċerti fergħat tas-sigurtà soċjali - Kunċett ta’ “benefiċċju tas-sigurtà soċjali” - Evalwazzjoni individwali tal-ħtiġijiet personali tal-applikant - Teħid inkunsiderazzjoni tar-riżorsi tal-applikant fil-kalkolu tal-ammont tal-benefiċċji)

(2019/C 155/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Nancy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministre de l’Action et des Comptes publics

Konvenuti: Sinjur u Sinjura Raymond Dreyer

Dispożittiv

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li benefiċċji, bħall-allowance personali għall-għajxien indipendenti u l-benefiċċju kumpensatorju għad-diżabbiltà, għandhom, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom bħala “benefiċċji tas-sigurtà soċjali” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jitqiesu li huma mogħtija mingħajr ebda evalwazzjoni individwali tal-ħtiġijiet personali tal-benefiċjarju, peress li r-riżorsi ta’ dan tal-aħħar jittieħdu inkunsiderazzjoni biss għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont effettiv ta’ dawn il-benefiċċji abbażi ta’ kriterji oġġettivi u legalment iddefiniti.


(1)  ĠU C 285, 13.8.2018.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/16


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2018 minn Prada SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-5 ta’ Ġunju 2018 fil-Kawża T-111/16, Prada vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-510/18 P)

(2019/C 155/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Prada SA (rappreżentanti: C. Mazzi, G. Guglielmetti, P. Tammaro, avocats)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, The Rich Prada International PT

Permezz ta’ digriet tal-14 ta’ Frar 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/16


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2018 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-631/18)

(2019/C 155/21)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Scharf u B. Rous Demiri, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, peress li ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji (kollha) sabiex tikkonforma mad-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/593 tas-7 ta’ April 2016 li tissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew peress li naqset milli tikkomunika lill-Kummissjoni bl-adozzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva; u

tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2017/593, l-Istati Membri kienu meħtieġa jadottaw u jippubblikaw, sat-3 ta’ Lulju 2017, id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-direttiva u jikkomunikawhom immedjatament lill-Kummissjoni. Peress li r-Repubblika tas-Slovenja ma nnotifikatx lill-Kummissjoni bil-miżuri għat-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva qabel it-tmiem ta’ dan it-terminu, din tal-aħħar iddeċidiet li tirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja.

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fit-3 ta’ Lulju 2017.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/17


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2018 minn Sevenfriday AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-27 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-449/17, Sevenfriday vs EUIPO

(Kawża C-733/18 P)

(2019/C 155/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Sevenfriday AG (rappreżentanti: M. Mostardini, F. Mellucci, S. Pallavicini, avvocati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Seven SpA

Permezz ta’ digriet tad-19 ta’ Marzu 2019 il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) iddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/17


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2018 minn Sevenfriday AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-27 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-448/17 — Sevenfriday vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-734/18)

(2019/C 155/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Sevenfriday AG (rappreżentanti: M. Mostardini, F. Mellucci, S. Pallavicini, avvocati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Seven SpA

Permezz ta’ digriet tad-19 ta’ Marzu 2019 il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/18


Rikors ippreżentat fil-21 ta Diċembru 2018 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-808/18)

(2019/C 155/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande, A. Tokár u J. Tomkin, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tikkonstata li:

billi stabbilixxiet li l-applikazzjoni għall-ażil għandha tiġi ppreżentata fiżikament mill-persuna quddiem l-awtorità kompetenti, u esklużivament fiż-żoni ta’ tranżitu, li fihom hija tawtorizza d-dħul biss ta’ numru żgħir ta’ persuni,

billi applikat proċedura partikolari bħala regola ġenerali, li matulha ma ġewx osservati l-garanziji stabbiliti fid-Direttiva 2013/32 (1),

billi ddeċidiet li jeħtieġ li tiġi applikata għall-applikanti kollha għal ażil (bl-eċċezzjoni ta’ minuri ta’ inqas minn 14-il sena) proċedura li r-riżultat tagħha huwa li dawn għandhom jibqgħu f’detenzjoni matul il-perijodu kollu tal-proċedura tal-ażil fl-installazzjonijiet ta’ żoni ta’ tranżitu li jistgħu joħorġu minnhom biss fid-direzzjoni tas-Serbja, u billi ma akkumpanjatx din id-detenzjoni bil-garanziji previsti mid-Direttiva 2013/33 (2),

billi spostjat lejn in-naħa l-oħra tal-għeluq tal-fruntiera liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu b’mod irregolari fit-territorju mingħajr ma osservat il-proċeduri u l-garanziji ddefiniti fl-Artikolu 5, fl-Artikolu 6(1), fl-Artikolu 12(1) u fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/115 (3),

billi ma ttrasponietx fid-dritt nazzjonali, l-Artikolu 46(5) tad-Direttiva 2013/32 u billi addottat dispożizzjonijiet li jidderogaw mir-regola ġenerali tal-effett awtomatiku ta’ sospensjoni f’sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 46(6) ta’ din l-istess direttiva, l-Ungerija naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli 3 u 6, l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 43 u l-Artikolu 46(5) u (6) tad-Direttiva 2013/32, l-Artikolu 2(h), u l-Artikoli 8, 9 u 11 tad-Direttiva 2013/33 u l-Artikolu 5, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 12(1) u l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/115, moqrija flimkien mal-Artikoli 6, 18 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li billi stabbilixxiet li l-applikazzjoni għal ażil għandha tiġi ppreżentata fiżikament mill-persuna quddiem l-awtorità kompetenti, u esklużivament fiż-żoni ta’ tranżitu, li fihom hija tawtorizza d-dħul biss ta’ numru żgħir ta’ persuni, l-Ungerija tikser l-Artikoli 3 u 6 tad-Direttiva 2013/32. Effettivament, permezz ta’ dan, l-Ungerija ma tiżgurax l-aċċess effettiv għall-proċedura ta’ ażil lill-applikanti għal protezzjoni intenazzjonali.

Il-Kummissjoni tqis li mid-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar l-ażil li tistabbilixxi li l-applikanti għal ażil għandhom jirrisjedu f’żona ta’ tranżitu matul l-eżami tal-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali jirriżulta li l-applikanti għal ażil huma sistematikament detenuti fl-Ungerija, fatt li ma huwiex konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/33.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li billi spostjat lejn in-naħa l-oħra tal-għeluq tal-fruntiera liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu b’mod irregolari fit-territorju Ungeriż mingħajr ma osservat il-proċeduri u l-garanziji ddefiniti fl-Artikolu 5, fl-Artikolu 6(1), fl-Artikolu 12(1) u fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/115, l-Ungerija ma osservatx l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 5, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 12(1) u l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/115.

Il-Kummissjoni tqis li, sa fejn, fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju ta’ applikazzjonijiet miċħuda bħala infondati, il-liġi dwar id-dritt tal-ażil ħassret id-dispożizzjoni li tipprovdi għall-effett awtomatiku ta’ sospensjoni tar-rikors, l-Ungerija ma ttrasponietx fid-dritt nazzjojnali r-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 46(5) tad-Direttiva 2013/32.

Il-Kummissjoni iżżomm il-pożizzjoni tagħha li l-Ungerija qiegħda tikser l-Artikolu 46(5) u (6) tad-Direttiva 2013/32, peress li fil-każ ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali miċħuda, il-liġi dwar id-dritt għal ażil ma tipprovdix espliċitament għall-possibbiltà ta’ effett ta’ sospensjoni tar-rikors. Konsegwentment, id-dritt tal-applikanti għal ażil li jibqgħu fit-territorju Ungeriż fl-istennija tal-eżitu tar-rikors ma huwiex iggarantit, peress li deċiżjoni negattiva hija eżiġibbli indipendentement mill-preżentata ta’ rikors.


(1)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 60).

(2)  Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 96).

(3)  Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU 2008, L 348, p. 98).


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (l-Awstrija) fil-15 ta’ Jannar 2019 — kunsthaus muerz gmbh vs Zürich-Versicherungs AG

(Kawża C-20/19)

(2019/C 155/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: kunsthaus muerz gmbh

Konvenuta: Zürich-Versicherungs AG

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2002/83/KE (1) — b’mod partikolari l-Artikoli 35 u 36 tagħha — għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-terminu ta’ kanċellament jintemm, indipendentement mill-komunikazzjoni ta’ informazzjoni (eżatta) dwar id-dritt għal kanċellament qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, mal-iskadenza ta’ perijodu ta’ 30 jum mill-konklużjoni tal-kuntratt, (ukoll) meta d-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni ma jkunx konsumatur?


(1)  Direttiva 2002/83 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 3).


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Jannar 2019 — FX vs GZ, irrappreżentata għal finijiet legali minn ommha

(Kawża C-41/19)

(2019/C 155/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FX

Konvenuta: GZ, irrappreżentata għal finijiet legali minn ommha

Domandi preliminari

1)

Meta tkun diretta kontra titolu barrani li jikkonstata dritt għall-manteniment, l-azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni prevista fl-Artikolu 767 taz-Zivilprozessordnung Ġermaniż (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Ġermaniż, iktar ’il quddiem iz-“ZPO”) hija azzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (1)?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda preċedenti, l-azzjoni għal oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni prevista fl-Artikolu 767 taz-ZPO, meta tkun diretta kontra titolu barrani li jikkonstata dritt għall-manteniment, hija azzjoni f’materji ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenzi fis-sens tal-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (2)?


(1)  ĠU 2009, L 7, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 281, p. 29, fil-ĠU 2013, L 8, p. 19, fil-ĠU 2011, L 131, p. 26).

(2)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-24 ta’ Jannar 2019 — Repsol Petróleo, S.A. vs Administración del Estado

(Kawża C-44/19)

(2019/C 155/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Repsol Petróleo, S.A.

Konvenuta: Administración del Estado

Domanda preliminari

L-Artikolu 21.3 tad-Direttiva 2003/96, tas-27 ta’ Ottubru (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li jiġu suġġetti għat-taxxa speċjali fuq iż-żjut minerali, dawk it-tranżazzjonijiet ta’ awto-konsum ta’ prodotti tal-enerġija, imwettqa fl-impjanti tal-produttur, fil-proporzjon li fih jinkisbu prodotti mhux tal-enerġija.

Jew inkella, għall-kuntrarju, l-għan ta’ din id-dispożizzjoni, li huwa li jiġi eskluż mit-tassazzjoni l-użu ta’ prodotti tal-enerġija li huma meqjusa neċessarji sabiex jinkisbu l-prodotti tal-enerġija finali jimpedixxi t-tassazzjoni tal-istess awto-konsum sa fejn dan iwassal għall-kisba ta’ prodotti oħra mhux tal-enerġija, anki jekk din il-produzzjoni tkun residwa u sseħħ b’mod inevitabbli bħala konsegwenza tal-proċess ta’ produzzjoni nniffsu?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de A Coruña (Spanja) fl-24 ta’ Jannar 2019 — Compañía de Tranvías de la Coruña, S.A. vs Ayuntamiento de A Coruña

(Kawża C-45/19)

(2019/C 155/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de A Coruña

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Compañía de Tranvías de la Coruña, S.A.

Konvenut: Ayuntamiento de A Coruña

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-Artikolu 8(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (1), it-terminu massimu tal-kuntratti stabbilit għal tletin sena minn din id-dispożizzjoni jibda jiddekorri (a) mill-għoti jew mill-konklużjoni tal-kuntratt, (b) mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni, (c) mill-ġurnata ta’ wara l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju stabbilit fl-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-regolament (it-3 ta’ Diċembru 2019), jew (d) minn kwalunkwe data oħra stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja?


(1)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU 2007, L 315, p. 1).


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Jannar 2019 — Wikingerhof GmbH & Co. KG vs Booking.com BV

(Kawża C-59/19)

(2019/C 155/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wikingerhof GmbH & Co. KG

Konvenuta: Booking.com BV

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ġurisdizzjoni tal-post tal-avveniment dannuż tista’ tapplika fil-każ ta’ azzjoni għal inibizzjoni ta’ ċerti prattiki, jekk ikun possibbli li dawn il-prattiki kkontestati jkunu koperti minn regoli kuntrattwali iżda r-rikorrenti tallega li dawn ir-regoli huma bbażati fuq abbuż ta’ pożizzjoni dominanti min-naħa tal-konvenuta?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/23


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2019 minn Suzanne Saleh Thabet, Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh, Khadiga Mahmoud El Gammal mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-22 ta’ Novembru 2018 fil-Kawżi magħquda T-274/16 u T-275/16: Saleh Thabet et vs Il-Kunsill

(Kawża C-72/19 P)

(2019/C 155/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Suzanne Saleh Thabet, Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh, Khadiga Mahmoud El Gammal (rappreżentanti: D. Anderson QC, B. Kennelly QC, J. Pobjoy, Barrister, G. Martin, C. Enderby Smith, F. Holmey, Solicitors)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni appellata;

tiddeċiedi l-kawża hija stess, tannulla l-atti kkontestati sa fejn dawn jirrigwardaw lill-appellanti;

alternattivament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal ġudizzju, fuq il-linji tal-analiżi legali tal-Qorti tal-Ġustizzja, u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-appellanti għall-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta ddeċidiet li l-Kunsill ma kienx meħtieġ jivverifika li l-awtoritajiet Eġizzjani kienu osservaw id-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ereopea tal-appellanti.

It-tieni aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta ddeċidiet li l-Kunsill ma kienx meħtieġ jivverifika li l-proċeduri ġudizzjarji u l-investigazzjonijiet li jikkonċernaw lill-appellanti jirrigwardaw atti li huma ta’ natura li jimminaw l-istat tad-dritt fl-Eġittu.

It-tielet aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta ddeċidiet li l-Kunsill ma kienx wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta bbaża ruħu fuq il-Każ Nru 10427 (l-allegazzjonijiet ta’ Al Watany Bank).

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta ddeċidiet li l-Kunsill ma kienx wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta bbaża ruħu fuq il-Każ Nru 8897 (il-każ tal-arranġament mill-ġdid ta’ villa privata).

Il-ħames aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta ddeċidiet li l-Kunsill ma kienx wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta bbaża ruħu fuq il-Każ Nru 756 (l-allegazzjonijiet ta’ rigali mill-istabbiliment Al-Ahram) u fuq il-Każ Nru 53(l-allegazzjonijiet ta’ rigali minn Dar El Tahrir).

Is-sitt aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta ddeċidiet li l-Kunsill ma kienx wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta bbaża ruħu fuq il-Każ Nru 144 (l-allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus).


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fil-31 ta’ Jannar 2019 — Direktor na Teritorialna direktsia Yugozapadna Agentsia “Mitnitsi” pravopriemnik na Mitnitsa Aerogara Sofia vs “Curtis Balkan” EOOD

(Kawża C-76/19)

(2019/C 155/31)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Direktor na Teritorialna direktsia Yugozapadna Agentsia “Mitnitsi” pravopriemnik na Mitnitsa Aerogara Sofia

Konvenuta:“Curtis Balkan” EOOD

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 158(3) tar-Regolament Nru 2454/93 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jservi bħala bażi legali distinta għall-aġġustament tal-valur doganali bl-addizzjoni ta’ drittijiet mal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata, irrispettivament mir-regola prevista fl-Artikolu 157 tar-Regolament Nru 2454/93?

2)

L-Artikolu 158(3) tar-Regolament Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprevedi żewġ sitwazzjonijiet alternattivi għall-aġġustament tal-valur doganali: minn naħa, is-sitwazzjoni fejn id-drittijiet, bħal dawk inkwistjoni hawnhekk, jikkonċernaw parzjalment il-merkanzija importata u parzjalment komponenti oħra miżjuda mal-merkanzija wara l-importazzjoni tagħha, u, min-naħa l-oħra, is-sitwazzjoni fejn id-drittijiet jikkonċernaw attivitajiet jew servizzi mwettqa wara l-importazzjoni?

3)

L-Artikolu 158(3) tar-Regolament Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprevedi tliet sitwazzjonijiet għall-aġġustament tal-valur doganali: l-ewwel nett, is-sitwazzjoni fejn id-drittijiet jikkonċernaw parzjalment il-merkanzija importata u parzjalment komponenti oħra miżjuda mal-merkanzija wara l-importazzjoni tagħhom, it-tieni nett, is-sitwazzjoni fejn id-drittijiet jikkonċernaw parzjalment il-merkanzija importata u parzjalment l-attivitajiet jew servizzi mwettqa wara l-importazzjoni u, it-tielet nett is-sitwazzjoni fejn id-drittijiet jikkonċernaw parzjalment il-merkanzija importata u parzjalment komponenti oħra miżjuda mal-merkanzija wara l-importazzjoni jew attivitajiet jew servizzi mwettqa wara l-importazzjoni?

4)

L-Artikolu 158(3) tar-Regolament Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza aġġustament tal-valur doganali meta jiġi stabbilit li d-drittijiet imħallsa jikkonċernaw attivitajiet jew servizzi mwettqa wara l-importazzjoni tal-merkanzija li tkun qiegħda tiġi vvalutata, li, f’dan il-każ partikolari huma servizzi pprovduti mill-kumpannija Bulgara lill-kumpannija Amerikana (inkonnessjoni ma’ manifattura u amministrazzjoni), irrispettivament minn jekk humiex issodisfatti r-rekwiżiti għall-aġġustament skont l-Artikolu 157 tar-Regolament Nru 2454/93?

5)

L-Artikolu 158(3) tar-Regolament Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi każ partikolari ta’ aġġustament tal-valur doganali taħt l-arranġamenti u l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 157 tar-Regolament Nru 2454/93, b’tali mod li n-natura partikolari tinsab biss fil-fatt li d-drittijiet jikkonċernaw biss parzjalment il-merkanzija li tkun qiegħda tiġi vvalutata, u għalhekk dawn id-drittijiet għandhom jitqassmu pro rata?

6)

L-Artikolu 158(3) tar-Regolament Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll fil-każ li x-xerrej iħallas onorarji jew ħlasijiet ta’ liċenzja lil terz?

7)

Fil-każ li ż-żewġ domandi preċedenti jingħataw, it-tnejn li huma, risposta fl-affermattiv, il-qorti hija meħtieġa tevalwa, għall-finijiet tat-tqassim pro rata tad-drittijiet skont l-Artikolu 158(3) tar-Regolament Nru 2454/93, jekk humiex issodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 157(2), jiġifieri li d-drittijiet jikkonċernaw, anki jekk parzjalment, il-merkanzija importata u li d-drittijiet jikkostitwixxu kundizzjoni tal-bejgħ ta’ din il-merkanzija, u, jekk dan ikun il-każ, f’din l-evalwazzjoni għandha tittieħed inkunsiderazzjoni r-regola prevista fl-Artikolu 160, fis-sens li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 157(2) għandhom jitqiesu li huma ssodisfatti jekk il-bejjiegħ jew persuna relatata miegħu jeżiġu li x-xerrej jagħmel dan il-ħlas?

8)

L-Artikolu 160 tar-Regolament Nru 2454/93 japplika għar-regola fundamentali prevista fl-Artikolu 157 tar-Regolament Nru 2454/93 fil-każ biss li d-drittijiet għandhom jitħallsu lil terz u jikkonċernaw kompletament il-merkanzija li tkun qiegħda tiġi vvalutata, jew japplika wkoll f’każijiet fejn id-drittijiet jikkonċernaw biss parzjalment il-merkanzija importata?

9)

L-Artikolu 160 tar-Regolament Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-“relazzjoni” bejn min jagħti l-liċenzja u l-bejjiegħ għandha tinftiehem fis-sens li tirreferi għal każijiet fejn min jagħti l-liċenzja jkun relatat mal-bejjiegħ għaliex jeżerċita kontroll dirett fuq ix-xerrej li jmur lil hinn minn kontroll tal-kwalità, jew għandu jiġi interpretat fis-sens li r-relazzjoni bejn min jagħti l-liċenzja u x-xerrej deskritta iktar ’il fuq ma hijiex suffiċjenti sabiex tiġi preżunta relazzjoni (indiretta) bejn min jagħti l-liċenzja u l-bejjiegħ, b’mod partikolar fil-każ li dan tal-aħħar joġġezzjona għall-pożizzjoni li l-prezzijiet għall-ordni tax-xerrej għall-merkanzija importata kienet tiddependi mill-ħlas ta’ drittijiet u joġġezzjona wkoll għall-pożizzjoni li min ta l-liċenzja kien f’pożizzjoni li jikkontrolla jew jillimita l-azzjonijiet operazzjonali tiegħu?

10)

L-Artikolu 160 tar-Regolament Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti aġġustament tal-valur doganali fil-każ biss li jkunu ssodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 157 tar-Regolament Nru 2454/93, jiġifieri li d-drittijiet imħallsa lil terz jikkonċernaw il-merkanzija li tkun qiegħda tiġi vvalutata u jikkostitwixxu kundizzjoni tal-bejgħ ta’ din il-merkanzija, u tkun issodisfatta wkoll il-kundizzjoni li l-bejjiegħ jew persuna relatata miegħu jeżiġu li x-xerrej iħallas id-drittijiet?

11)

Ir-rekwiżit previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 157(2) tar-Regolament Nru 2454/93 — li d-drittijiet ikunu jikkonċernaw il-merkanzija li tkun qiegħda tiġi vvalutata — għandu jitqies li ġie ssodisfatt fil-każ li jkun hemm relazzjoni indiretta bejn id-drittijiet u l-merkanzija importata, bħal dik fil-kawża ineżami, jekk il-merkanzija li tkun qiegħda tiġi vvalutata tkun komponent tal-prodott finali kopert minn liċenzja?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fis-7 ta’ Frar 2019 — TV Play Baltic AS vs Lietuvos radijo ir televizijos komisija

(Kawża C-87/19)

(2019/C 155/32)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TV Play Baltic AS

Konvenuta: Lietuvos radijo ir televizijos komisija

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(m) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Id-Direttiva “qafas”) (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma taqax taħt il-kunċett ta’ “provista ta’ network ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” attività ta’ ritrażmissjoni ta’ programmi televiżivi permezz ta’ netwerks ta’ satelliti li jappartjenu lil terzi bħal dik eżerċitata mir-rikorrenti?

2)

L-Artikolu 31(1)tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (2), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 (3), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jimponu obbligu ta’ xandir (“must carry”) (obbligu li jirrittrażmettu programm televiżiv permezz ta’ netwerks ta’ satelliti li jappartjenu lil terzi u li jippermettu lill-utenti finali li jaċċedu għal dan il-programm) fuq impriżi bħar-rikorrenti, impriżi li (1) ixandru, permezz ta’ netwerks ta’ satelliti li jappartjenu lil terzi, programmi televiżivi protetti minn sistema ta’ aċċess kundizzjonali, billi jirċievu s-sinjal ta’ programmi televiżivi (kanali tat-televiżjoni) imxandra, jikkonvertuh, jikkriptjawh u jwassluh sas-satellita, li minnha dawn is-sinjali jiġu sussegwentement trażmessi, b’mod kontinwu, lejn id-dinja u (2) joffru lill-klijenti pakketti ta’ programmi televiżivi, li jippermettulhom, bi ħlas, li jaċċedu permezz ta’ aċċess kundizzjonali għall-imsemmi kanal (programm) tat-televiżjoni protett?

3)

L-Artikolu 31(1)tad-Direttiva 2002/22/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma hemmx lok li jitqies li numru sinifikattiv ta’ utenti finali jużaw in-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (f’dan il-każ, in-netwerk ta’ xandir bis-satellita) bħala l-mezz priniċpali tagħhom sabiex jirċievu kanali tat-televiżjoni, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, meta huwa biss 6 % mill-utenti finali kollha (f’dan il-każ, djar) li jużaw dawn in-netwerks bħala l-mezz priniċpali tagħhom sabiex jirċievu kanali tat-televiżjoni?

4)

Sabiex jiġi ddeterminat jekk hijiex iġġustifikata l-applikazzjoni tal-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 2002/22, kif emendata bid-Direttiva 2009/136, jeħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-utenti tal-internet, li jistgħu jaraw il-kanal inkwistjoni (il-programmi tiegħu) bla ħlas u b’mod dirett fuq l-internet?

5)

L-Artikolu 56 TFUE jeħtieġ li jiġi interpretat bħala li jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jimponu fuq impriżi bħar-rikorrenti obbligu ta’ ritrażmissjoni bla ħlas ta’ kanal tat-televiżjoni permezz ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi meta x-xandar li fir-rigward tiegħu jiġi impost dan l-obbligu għandu l-possibbiltà li jxandar huwa stess il-kanal inkwistjoni bl-istess netwerk, bi spejjeż tiegħu?

6)

L-Artikolu 56 TFUE jeħtieġ li jiġi interpretat bħala li jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jimponu fuq impriżi bħar-rikorrenti obbligu ta’ ritrażmissjoni bla ħlas ta’ kanal tat-televiżjoni permezz ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi meta dan l-obbligu kien jippermetti li jintlaħqu madwar 6 % tad-djar kollha u meta dawn tal-aħħar għandhom il-possibbiltà li jaraw l-imsemmi kanal billi jużaw in-netwerk ta’ xandir terrestri jew l-internet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29 p. 349.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29 p. 367.

(3)  ĠU 2009, L 337, p. 11.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/27


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2019 mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-27 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-315/17, Hebberecht vs SEAE

(Kawża C-93/19 P)

(2019/C 155/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt, R. Spac, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Chantal Hebberecht

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-315/17;

tiċħad ir-rikors oriġinali bħala infondat;

tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont is-SEAE, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta bbażat is-sentenza tagħha fuq ksur tal-Artikolu 1d(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u billi qieset li din id-dispożizzjoni tinkludi prinċipju direttament applikabbli għad-deċiżjonijiet individwali adottati mill-istituzzjoni b’applikazzjoni tal-imsemmija Regolamenti (punti 93-94 tas-sentenza kkontestata).

Barra minn hekk, anki jekk jingħad li l-Artikolu 1d(2) tar-Regolamenti tal-Persunal jimponi obbligu li huwa direttament applikabbli, din id-dispożizzjoni ma setgħetx tapplika fil-każ inkwistjoni minħabba n-natura tad-deċiżjoni kontenzjuża, li kienet tikkonċerna lir-rikorrent biss fil-kapaċità tiegħu ta’ kap ta’ delegazzjoni u li ma kinitx xierqa għall-applikazzjoni ta’ prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Frar 2019 — Donex Shipping and Forwarding B.V. parti oħra: Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-104/19)

(2019/C 155/34)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Donex Shipping and Forwarding B.V.

Parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament (KE) Nru 91/2009 (1) huwa invalidu fir-rigward ta’ importatur stabbilit fl-Unjoni minħabba ksur tal-Artiklu 2(11) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (2) sa fejn il-Kunsill, fid-determinazzjoni tal-marġni ta’ dumping għall-prodotti kkonċernati ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi li ma jikkooperawx, eskluda t-tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni ta’ ċerti tipi tal-prodott mill-paragun imsemmi f’dan l-artikolu?

2)

Ir-Regolament (KE) Nru 91/2009 huwa invalidu fir-rigward ta’ importatur stabbilit fl-Unjoni minħabba ksur tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 sa fejn, fil-kuntest tal-kalkolu tal-estent tal-marġni ta’ dumping għall-prodotti kkonċernati, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni rrifjutaw li jieħdu inkunsiderazzjoni, fil-paragun tal-valur normali ta’ prodotti ta’ produttur Indjan mal-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ prodotti Ċiniżi simili, aġġustamenti marbuta mad-dazji tal-importazzjonijiet fuq materja prima u taxxi indiretti fil-pajjiż ta’ riferiment (jiġifieri l-Indja) u ma’ differenzi fil-produzzjoni (fl-ispejjeż tal-produzzjoni) u/jew sa fejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, matul l-investigazzjoni, ma pprovdewx lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li jikkooperaw (fi żmien xieraq) id-data kollha tal-produttur Indjan fir-rigward tad-determinazzjoni tal-valur normali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2009 L 29, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45).


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Frar 2019 — X vs College van burgemeester en wethouders van de gemeente Purmerend, Tamoil Nederland BV

(Kawża C-120/19)

(2019/C 155/35)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X

Partijiet oħra: College van burgemeester en wethouders van de gemeente Purmerend, Tamoil Nederland BV

Domandi preliminari

1)

a.

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/68/KE (1) […] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi rekwiżit ta’ permess mogħti għal pompa tal-petrol LPG, li jipprevedi li l-pompa tal-petrol LPG speċifika inkwistjoni tista’ tiġi fornuta biss minn tankers tat-triq tal-LPG mgħammar b’kisi ta’ protezzjoni mis-sħana, minkejja li dan l-obbligu ma huwiex impost direttament fuq operaturi jew operaturi ta’ tankers tat-triq tal-LPG?

b.

Ir-risposta għall-ewwel domanda hija influwenzata mill-fatt li l-Istat Membru kkonkluda ftehim fil-forma ta’ “Safety Deal hittewerende bekleding op LPG-autogastankwagens” ma’ organizzazzjonijiet ta’ operaturi tas-settur LPG (fost oħrajn operaturi ta’ pompi tal-petrol LPG u produtturi, bejjiegħa u trasportaturi ta’ LPG), fejn l-operaturi impenjaw ruħhom li jużaw il-kisi ta’ protezzjoni mis-sħana u li, f’dak ir-rigward, l-Istat Membru ħareġ ċirkulari, jiġifieri ċ-“Circulaire effectafstanden externe veiligheid LPG-tankstations voor besluiten met gevolgen voor de effecten van een ongeval” (“Ċirkolari dwar distanzi ta’ sigurtà fir-rigward tas-sigurtà esterna ta’ pompi tal-petrol LPG f’deċiżjonijiet b’konsegwenzi għall-effetti ta’ inċident”), fejn hija żviluppata politika komplementari ta’ ġestjoni ta’ riskji bbażata fuq l-ipoteżi li l-pompi tal-petrol LPG huma fornuti permezz ta’ tankers tat-triq mgħammra b’kisi ta’ protezzjoni mis-sħana?

2)

a.

Meta qorti nazzjonali teżamina deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li għandha l-għan li timponi fuq id-destinatarju obbligu ta’ rekwiżit li ma jistax jiġi kkontestat fid-dritt u kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni:

id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-awtonomija tal-proċedura nazzjonali, jippermetti lill-qorti nazzjonali li titlaq fil-prinċipju mill-idea li tali rekwiżit ta’ permess huwa legali sakemm ma jkunx manifestament kuntrarju għad-dritt superjuri, u b’mod partikolari għad-dritt tal-Unjoni? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, id-dritt tal-Unjoni jistabbilixxi rekwiżiti (supplimentari) għal din l-eċċezzjoni?

jew id-dritt tal-Unjoni jimplika li, fid-dawl b’mod partikolari tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 1999, Ciola (C-224/97, EU:C:1999:212) u tas-6 ta’ April 2000, ED ED & F Man Sugar (C-274/04, EU:C:2006:233), li l-qorti nazzjonali għandha tinjora tali rekwiżit ta’ permess peress li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni?

b.

Fir-rigward tar-risposta għad-domanda 2) a. għandu jkun magħruf jekk id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni hijiex sanzjoni ta’ kumpens (remedy) jew sanzjoni ta’ ripressiva (criminal charge)?


(1)  Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU 2008, L 260, p. 13).


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/29


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2019 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawżi magħquda T-339/16, T-352/16 u T-391/16, Ville de Paris, Ville de Bruxelles u Ayuntamiento de Madrid vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-177/19 P)

(2019/C 155/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol u l-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, S. Eisenberg u D. Klebs, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ville de Paris, Ville de Bruxelles, Ayuntamiento de Madrid

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawżi magħquda T-339/16, T-352/16 u T-391/16.

tiċħad ir-rikorsi;

tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

sussidjarjament, temenda l-punt 3 tad-dispożittiv ta’ din is-sentenza fis-sens li l-effetti tad-dispożizzjoni annullata jinżammu għal perijodu massimu nettament itwal minn tnax-il xahar mir-res judicata tas-sentenza.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka erba’ aggravji insostenn tal-appell:

L-ewwel nett, kien b’mod żbaljat li l-Qorti Ġenerali ddikjarat ir-rikorsi bħala ammissibbli. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-komuni rikorrenti kienu direttament affettwati mir-Regolament (UE) 2016/646 (1) fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħhom fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tniġġis atmosferiku.

It-tieni nett, is-sentenza għandha nuqqas ta’ motivazzjoni gravi, peress li ma tinkludi ebda motivazzjoni li tikkonċerna l-kwistjoni sa fejn dan ir-regolament jikkonċerna lir-rikorrenti direttament. Il-Qorti Ġenerali ddeduċiet il-kwalità bħala persuni direttament ikkonċernati tar-rikorrenti mill-fatt biss li d-Direttiva 2007/46/KE (2) kienet tipprekludi milli jiġu imposti projbizzjonijiet ta’ ċirkulazzjoni li jikkonċernaw vetturi konformi mal-istandard Euro 6. Din l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2007/46 hija wkoll żbaljata.

It-tielet nett, huwa b’mod legalment żbaljat u b’mod partikolari bi ksur tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 (3) li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni ma kellhiex kompetenza sabiex tadotta r-Regolament 2016/646 kif jippreżenta ruħu konkretament. Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazjoni l-fatt li l-Kummissjoni kellha marġni ta’ diskrezzjoni sinjifikattiva meta stabbilixxiet, fir-Regolament 2016/646, fatturi ta’ konformità għall-kejl tal-emissjonijiet fil-kuntest tal-proċedura ta’ ttestajar f’kundizzjonijiet ta’ sewqan reali (RDE). Kuntrarjament għall-analiżi li saret dwar dan mill-Qorti Ġenerali, din ma hijiex hawnhekk modifika tal-valuri limitu stabbiliti mir-Regolament Nru 715/2007, iżda ta’ speċifikazzjonijiet neċessarji minħabba n-natura ġdida u speċifika tal-proċedura ta’ ttestjar (marġni ta’ tolleranza).

Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li kien legalment possibbli li tiddeċiedi għal annullament parzjali tar-Regolament 2016/646. Fil-fatt ma ħaditx inkunsiderazzoni l-fatt li, fuq livell prattiku, il-proċedura ta’ kejl ma tistax tiġi implimentata mingħajr fatturi ta’ konformità u li l-Kummissjoni kienet espressament issuġġettat in-natura obbligatorja tal-proċedura RDE għall-finijiet tar-riċezzjoni għall-introduzzjoni ta’ fatturi korretturi.

Sussidjarjament, il-Gvern Ġermaniż isostni li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx debitament inkunsiderazzjoni l-fatt li huwa impossibbli għal-leġiżlatur tal-Unjoni li jadotta leġiżlazzjoni ġdida fit-terminu stabbilit mis-sentenza. Għal din ir-raġuni għandhom jinżammu l-effetti tad-dispożizzjoni annullata mis-sentenza għal perijodu massimu nettament itwal minn tnax-il xahar mid-data tar-res judicata tas-sentenza.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta’ April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU 2016, L 109, p. 1).

(2)  Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU 2007, L 263, p. 1).

(3)  Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU 2007, L 171, p. 1).


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/31


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2009 mill-Ungerija mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-339/16, T-352/16 u T-391/16, Ville de Paris, Ville de Bruxelles u Ayuntamiento de Madrid vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-178/19 P)

(2019/C 155/37)

Lingwi tal-kawża: l-Ispanjol u l-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L-Ungerija (rappreżentant: M. Z. Fehér, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ville de Paris, Ville de Bruxelles u Ayuntamiento de Madrid

Talbiet

Fl-appell tiegħu, il-Gvern Ungeriż jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħgobha:

 

prinċipalment:

tannulla s-sentenza mogħtija fit-13 ta’ Diëembru 2018 mill-Qorti Ġenerali fil-Kawżi Ville de Paris, Ville de Bruxelles u Ayuntamiento de Madrid vs il-Kummissjoni (T-339/16, T-352/16 u T-391/16, EU:T:2018:927), u tiċħad ir-rikors tal-ville de Paris, tal-ville de Bruxelles u tal-ayuntamiento de Madrid bħala infondati,

 

sussidjarjament:

tannulla d-dispożittiv tas-sentenza sa fejn tiddetermina t-tul taż-żamma tal-effetti tad-dispożizzjoni annullata għal tnax-il xahar mid-data li fiha s-sentenza tidħol fis-seħħ u, fl-istess ħin, tiddeċiedi li żżomm l-effetti tad-dispożizzjoni annullata sa l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida li tieħu post dawn id-dispożizzjonijiet,

 

u

tikkundanna lill-partijiet fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ispejjeż tal-prodeduri tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-appell tiegħu, il-Gvern Ungeriż jikkontesta, minn naħa, il-konstatazzjonijiet tas-sentenza appellata dwar l-ammissibbiltà u, għalhekk, l-ammissibbiltà tar-rikorsu, u, fuq in-naħa l-oħra, l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali dwar l-effetti ratione temporis tad-dispożizzjonijiet annullati u l-konklużjoni li tiġbed minnhom.

Skont il-Gvern Ungeriż, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonkludiet li r-Regolament Nru 2016/646 (1) ma jeħtieġ ebda miżura ta’ eżekuzzjoni fir-rigward tar-rikorrenti u li jikkonċernahom direttament u li, konsegwentement, huma għandhom id-dritt li jippreżetnaw rikors skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Fil-fatt, ir-Regolament 2016/646 jirrikjedi miżuri ta’ implimentazzjoni wkoll fir-rigward tar-rikorrenti, u, barra minn hekk, ma jikkonċernahomx direttament, minħabba li ma jillimitax, kuntrarjament għal dak li huwa ddikjarat fis-sentenza appellata, is-setgħa tar-rikorrenti li jadottaw miżuri li jirrestrinġu l-moviment ta’ ċerti vetturi.

Skont il-Gvern Ungeriż, il-Qorti Ġenerali kisret barra minn hekk il-prinċipju taċ-ċertezza legali meta stabbilixxiet fis-sentenza appellata tul massimu ta’ 12-il xahar għaż-żamma tal-effetti ġuridiċi tad-dispożizzjoni annullata, peress li dak it-tul ma jistax jitqies bħala biżżejjed sabiex tkun tista’ tiġi adottata dispożizzjoni legali sabiex tissostitwixxi d-dispożizzjoni annullata. It-tqassir tat-terminu ta’ aġġustament għall-impriżi ma jippermettilhomx li jippreparaw għad-dispożizzjonijiet emendati u l-kwistjoni tal-mitigazzjoni tad-danni tagħhom, li diġà jistgħu jiġu stmati, ma hijiex solvuta. Is-sitwazzjoni matul il-perjodu bejn l-iskadenza tal-effetti ratione temporis tad-dispożizzjoni annullata u l-adozzjoni tad-dispożizzjoni l-ġdida tmur kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali u kemm id-drittijiet tal-manifatturi tal-karozzi u dawk tal-konsumaturi jkunu affettwati serjament.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta’ April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU 2016, L 109, p. 1).


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/32


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawżi magħquda T-339/16, T-352/16 u T-391/16, Ville de Paris, Ville de Bruxelles u Ayuntamiento de Madrid vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-179/19 P)

(2019/C 155/38)

Lingwi tal-kawża: l-Ispanjol u l-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J.-F. Brakeland, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ville de Paris, Ville de Bruxelles, Ayuntamiento de Madrid

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, innotifikata lill-Kummissjoni fl-istess jum, fil-Kawżi magħquda T-339/16, T-352/16 u T-391/16, Ville de Paris, Ville de Bruxelles u Ayuntamiento de Madrid vs Il-Kummissjoni Ewropea, tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza u tikkundanna lill-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż;

jew, sussidjarjament,

tannulla s-sentenza u tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid; tirriżerva l-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa bbażat fuq aggravju wieħed. Il-Kummissjoni tqis li, fil-punti 121 sa 151 tas-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li r-Regolament 2016/646 (1) jemenda element essenzjali tar-Regolament Nru 715/2007 (2). Dan l-iżball joriġina, minn naħa, minn interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ emenda, kif juri l-użu mill-Qorti Ġenerali tal-kunċett ta’ “emenda de facto”, u, min-naħa l-oħra, minn interpretazzjoni żbaljata tal-portata tar-Regolament 2016/646. B’hekk, is-sentenza hija ta’ theddida għall-bilanċ interistituzzjonali tal-Unjoni.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta’ April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU 2016, L 109, p. 1).

(2)  Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU 2007, L 171, p. 1).


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederladen (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Frar 2019 — Supreme Site Service GmbH, Supreme Fuels GmbH & Co KG, Supreme Fuels Trading Fze vs Supreme Headquarters Allied Powers Europe

(Kawża C-186/19)

(2019/C 155/39)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hooge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Supreme Site Services GmbH, Supreme Fuels GmbH & Co KG, Supreme Fuels Trading Fze

Konvenuta: Supreme Headquarters Allied Powers Europe

Domandi preliminari

1)

(a)

Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1) għandu jiġi interpretat fis-sens li kawża bħal dik ineżami, li fiha organizzazzjoni internazzjonali titlob (i) ir-revoka ta’ mandat ta’ qbid kawtelatorju impost fi Stat Membru ieħor mill-parti avversarja u (ii) li l-parti avversarja tiġi pprojbita milli timponi mandat ta’ qbid kawtelatorju ġdid, abbażi tal-istess fatti, u tinvoka insostenn tat-talbiet tagħha l-immunità minn eżekuzzjoni, għandha titqies, totalment jew parzjalment, bħala kwistjoni ċivili jew kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012?

(b)

Il-fatt li qorti ta’ Stat Membru awtorizzat il-qbid fuq il-bażi ta’ kreditu li l-parti avversarja tiddikjara li għandha fil-konfront tal-organizzazzjoni internazzjonali, kreditu li huwa s-suġġett ta’ proċedura pendenti fuq il-mertu f’dan l-Istat Membru fil-kuntest ta’ tilwima kuntrattwali dwar il-ħlas ta’ karburanti pprovduti għall-finijiet ta’ operazzjoni għaż-żamma tal-paċi mwettqa minn organizzazzjoni internazzjonali konnessa ma’ dik tal-ewwel, għandu effett fuq ir-risposta għall-punt (a) tal-ewwel domanda, u, jekk iva, liema effett?

2)

(a)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-punt (a) tal-ewwel domanda, il-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-qorti ta’ Stat Membru tagħti awtorizzazzjoni li jiġi impost mandat ta’ qbid kawtelatorju u meta dan il-mandat jiġi sussegwentement impost fi Stat Membru ieħor, il-qrati tal-Istat Membru fejn jiġi impost il-mandat ta’ qbid kawtelatorju għandhom il-ġurisdizzjoni esklużiva sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ talba għar-revoka ta’ dan il-mandat?

(b)

Il-fatt li l-organizzazzjoni internazzjonali invokat l-immunità minn eżekuzzjoni insostenn tat-talba tagħha għar-revoka tal-mandat ta’ qbid kawtelatorju għandu effett fuq ir-risposta għall-punt (a) tat-tieni domanda, u, jekk iva, liema effett?

3)

Jekk il-fatt li l-organizzazzjoni internazzjonali invokat l-immunità minn eżekuzzjoni insostenn tat-talbiet tagħha għandu effett fuq ir-risposti, minn naħa, għall-kwistjoni dwar jekk hijiex kwistjoni ċivili jew kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, u, min-naħa l-oħra, għall-kwistjoni dwar jekk hijiex talba li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012, sa liema punt il-qorti adita hija obbligata tevalwa jekk l-invokazzjoni tal-immunità minn eżekuzzjoni hijiex fondata u, f’dan ir-rigward, għandha tiġi applikata r-regola li tgħid li hija għandha tevalwa l-elementi kollha disponibbli għaliha, inklużi, f’dan il-każ, il-kontestazzjonijiet magħmula mill-konvenuta, jew kwalunkwe regola oħra?


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Malmö (l-Isvezja) fis-27 ta’ Frar 2019 — A vs Migrationsverket

(Kawża C-193/19)

(2019/C 155/40)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Förvaltningsrätten i Malmö

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: Migrationsverket

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet relatati mar-riċerki sistematiċi fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), u tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, b’mod partikolari l-obbligu stabbilit fih dwar id-detenzjoni ta’ passaport validu, jipprekludu l-għoti ta’ permess ta’ residenza permezz ta’ talba mressqa fl-Isvezja, li la tkun ibbażata fuq raġunijiet ta’ protezzjoni u lanqas fuq raġunijiet umanitarji, sa fejn l-identità tal-persuna li tkun ressqet it-talba ma tkunx stabbilita b’mod ċar?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva, l-istabbiliment tal-identità jista’ jkun suġġett għal eċċezzjonijiet skont il-leġiżlazzjoni jew il-ġurisprudenza nazzjonali?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda, liema eċċezzjonijiet jippermetti d-dritt tal-Unjoni, jekk ikun il-każ?


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā rajona tiesa (il-Latvja) fil-5 ta’ Marzu 2019 — SIA “KOB” vs Madonas novada pašvaldības Administratīvo aktu strīdu komisija

(Kawża C-206/19)

(2019/C 155/41)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā rajona tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “KOB”

Konvenuta: Madonas novada pašvaldības Administratīvo aktu strīdu komisija

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 18, 49 u 63 TFUE, jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi fuq il-persuni ġuridiċi, sabiex ikunu jistgħu jakkwistaw il-proprjetà ta’ art agrikola, fil-każ fejn is-soċju jew is-soċji li flimkien jirrappreżentaw iktar minn nofs id-drittijiet ta’ vot fil-kumpannija u l-persuni kollha li għandhom is-setgħa li jirrappreżentaw lil din tal-aħħar huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, l-obbligu li jippreżentaw iċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni tas-soċji u tar-rappreżentanti tagħha bħala ċittadini tal-Unjoni u dokument li jistabbilixxi li dawn tal-aħħar għandhom konoxxenza tal-lingwa uffiċjali li tikkorrispondi tal-inqas għal-livell B2?


GCEU

6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2019 — L-Italja et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-98/16, T-196/16 u T-198/16) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Intervent ta’ konsorzju rregolat mid-dritt privat bejn banek favur wieħed mill-membri tiegħu - Awtorizzazzjoni tal-intervent mill-Bank Ċentrali tal-Istat Membru - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Kunċett ta’ għajnuna - Imputabbiltà lill-Istat - Riżorsi ta’ Stat”)

(2019/C 155/42)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-98/16: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn S. Fiorentino u P. Gentili, avvocati dello Stato)

Rikorrenti fil-Kawża T-196/16: Banca Popolare di Bari SCpA, li kienet Tercas-Cassa di risparmio della provincia di Teramo SpA. (Banca Tercas SpA), (Teramo, l-Italja) (rappreżentanti: A. Santa Maria, M. Crisostomo, E. Gambaro u F. Mazzocchi, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-198/16: Fondo interbancario di tutela dei depositi (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, G. Scassellati Sforzolini u G. Faella, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Stancanelli, L. Flynn, A. Bouchagiar u D. Recchia, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-198/16: Banca d’Italia (rappreżentanti: M. Perassi, O. Capolino, M. Marcucci u M. Todino, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1208 tat-23 ta’ Diċembru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja implimentat favur il-Banca Tercas (Il-każ SA.39451 (2015/C) (ex 2015/NN)) (ĠU 2016, L 203, p. 1).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1208 tat-23 ta’ Diċembru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja implimentat favur il-Banca Tercas (Il-każ SA.39451 (2015/C) (ex 2015/NN)), hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 145, 25.4.2016.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 12 ta’ Marzu 2019 — Perry Ellis International Group vs EUIPO (PRO PLAYER)

(Kawża T-220/16) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali PRO PLAYER - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

(2019/C 155/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Perry Ellis International Group Holdings Ltd (Nassaw, il-Baħamas) (rappreżentanti: O. Günzel u C. Tenkhoff, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u K. Markakis, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2016 (Każ R 1091/2015-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PRO PLAYER bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Perry Ellis International Group Holdings Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 232, 27.6.2016.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2019 — Inpost Paczkomaty u Inpost vs Il-Kummissjoni

(Kawżi Magħquda T-282/16 u T-283/16) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Settur postali - Kumpens għall-ispejjeż netti li jirriżultaw mill-obbligi ta’ servizz universali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Libertà ta’ intrapriża”)

(2019/C 155/44)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-282/16: Inpost Paczkomaty sp. z o.o. (Kraków, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment T. Proć, sussegwentement D. Doktór, avukati)

Rikorrenti fil-kawża T-283/16: Inpost S.A. (Kraków, il-Polonja) (rappreżentant: W. Knopkiewicz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, K. Blanc u D. Recchia, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Suġġett

Talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8236 finali, tas-26 ta’ Novembru 2015, li permezz tagħha hija ma qajmitx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-miżura nnotifikata mill-awtoritajiet Pollakki dwar l-għajnuna mogħtija lil Poczta Polska fil-forma ta’ kumpens għall-ispejjeż netti li jirriżultaw mit-twettiq, minn din il-kumpannija, tal-obbligi tagħha ta’ servizz postali universali għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2015

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Inpost Paczkomaty sp. z o.o. u Inpost S.A. għandhom ibatu kull waħda minnhom l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 270, 25.7.2016.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2019 — Foshan Lihua Ceramic vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-310/16) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina miċ-Ċina - Artikolu 11(4) u (5) u Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li saru Artikolu 11(4) u (5), u Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/1036] - Rifjut li jingħata l-istatus ta’ produttur-esportatur ġdid fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 917/2011 - Teħid ta’ kampjuni - Eżaminazzjoni individwali - Kunfidenzjalità)

(2019/C 155/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Foshan Lihua Ceramic Co. Ltd (Foshan, iċ-Ċina) (rappreżentanti: B. Spinoit, D. Philippe u A. Wese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Demeneix, M. França u T. Maxian Rusche, sussegwentement minn A. Demeneix, T. Maxian Rusche u N. Kuplewatzky, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Cerame-Unie AISBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: V. Akritidis, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2016) 2136 finali, tal-15 ta’ April 2016, li tiċħad talba għall-istatus ta’ produttur esportatur ġdid f’dak li jikkonċerna l-miżuri antidumping definittivi imposti fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 917/2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Foshan Lihua Ceramic Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Cerame-Unie AISBL għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 305, 22.8.2016.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2019 — Prim vs EUIPO — Primed Halberstadt Medizintechnik (PRIMED)

(Kawża T-138/17 (1))

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali PRIMED - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti PRIM S.A., PRiM, S.A. SUMINISTROS MEDICOS u GRUPO PRiM - Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti - Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Dritt għal smigħ - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li saret it-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2017/1001) - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Klassifikazzjoni bħala provi ġodda jew addizzjonali - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001)”)

(2019/C 155/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Prim, SA (Móstoles, Spanja) (rappreżentant: L. Broschat García, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Primed Halberstadt Medizintechnik GmbH (Halberstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Donath, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2016 (Każijiet magħquda R 2494/2015-4 u R 163/2016-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Prim u Primed Halberstadt Medizintechnik.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Diċembru 2016 (Każijiet magħquda R 2494/2015-4 u R 163/2016-4) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Prim, SA.

4)

Primed Halberstadt Medizintechnik GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Prim.


(1)  ĠU C 129, 24.4.2017.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2019 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-237/17 (1)

(“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imwettaq minn Spanja - Kriterju ta’ rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi - Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 - Korrezzjoni finanzjarja”)

(2019/C 155/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment A. Gavela Llopis, M. A. Sampol Pucurull u S. Jiménez García, sussegwentement M. A. Sampol Pucurull u S. Jiménez García, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: D. Triantafyllou u I. Galindo Martín, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/264 tal-14 ta’ Frar 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2017, L 39, p. 12), sa fejn din teskludi ċerti infiq imwettaq mir-Renju ta’ Spanja.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/264 tal-14 ta’ Frar 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn din teskludi ċerti infiq imwettaq mir-Renju ta’ Spanja, hija annullata sa fejn din tapplika korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 %.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 202, 26.6.2017.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2019 — Meesenburg Großhandel vs EUIPO (Triotherm+)

(Kawża T-760/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Triotherm+ - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Dritt għal smigħ”)

(2019/C 155/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Meesenburg Großhandel KG (Flensburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Freiherr von Oldershausen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1786/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Triotherm+ bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Meesenburg Großhandel KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22, 22.01.2018.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2019 — Grammer vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ forma)

(Kawża T-762/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta forma - Raġuni assolut ta’ rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2019/C 155/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Grammer AG (Amberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2017 (Każ R 2250/2016-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ forma bħala trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Settembru 2017 (Każ R 2250/2016-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Grammer AG għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 22, 22.1.2018.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Marzu 2019 — Pan vs EUIPO — Entertainment One UK (TOBBIA)

(Kawża T-777/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TOBBIA - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Peppa Pig - Raġuni relattiva ta’ rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b), u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b), u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2019/C 155/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Xianhao Pan (Rome, l-Italja) (rappreżentant: M. Oliva, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Walicka u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Entertainment One UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Guise, L. Cassidy u N. Rose, solicitors)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Astley Baker Davies Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1776/2016-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, Entertainment One UK u Astley Baker Davies u, min-naħa l-oħra, Xianhao Pan.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Xianhao Pan huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22, 22.1.2018.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 19 ta’ Marzu 2019 — IQ Group Holdings Bhd vs EUIPO — Krinner Innovation (Lumiqs)

(Kawża T-133/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva Lumiqs - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali u figurattiva preċedenti Lumix - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 155/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: IQ Group Holdings Bhd (Heckmondwike, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Carter, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Krinner Innovation GmbH (Straßkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schmidpeter, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 983/2017-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Krinner Innovation u IQ Group Holdings Bhd.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 983/2017-1) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn IQ Group Holdings Bhd.

3)

Krinner Innovation GmbH għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.


(1)  ĠU C 142, 23.4.2018.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2019 — Strabag Belgium vs Il-Parlament

(Kawża T-784/17) (1)

(“Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Xogħlijiet minn kuntrattur ġenerali fuq il-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussell - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerenti oħra - Sostituzzjoni tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2019/C 155/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Strabag Belgium (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment M. Schoups, K. Lemmens u M. Lahbib, sussegwentement M. Schoups u K. Lemmens, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Eweropew (rappreżentanti: Z. Nagy u B. Simon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-24 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li tagħti lil ħames offerenti l-kuntratt dwar kuntratt qafas dwar xogħlijiet minn kuntrattur ġenerali fuq il-bini tal-Parlament fi Brussell (il-Belġju) (sejħa għal offerti 06D20/2017/M036) u, min-naħa l-oħra, għall-għoti ta’ ordni lill-Parlament sabiex jipproduċi diversi dokumenti.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk mabuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

3)

It-talba intiża li l-Parlament jiġi kkundannat għal “allowance proċedurali” hija miċħuda bħala inammissibbli.


(1)  ĠU C 32, 29.1.2018.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2019 — Legutko u Poręba vs Il-Parlament

(Kawża T-156/18) (1)

(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Dritt istituzzjonali - Regolament intern tal-Parlament - Artikolu 130 - Anness II - Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub - Talba għal trażmissjoni lill-Kunsill - Notifika tad-deċiżjoni li tikkonstata l-inammissibbiltà tal-mistoqsija - Sejħa għal teħid ta’ azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni tal-Parlament - Talba għal ordni - Inammissibbiltà”)

(2019/C 155/53)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ryszard Antoni Legutko (Morawica, il-Polonja), Tomasz Piotr Poręba (Mielec, il-Polonja) (rappreżentant: M. Mataczyński, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, S. Alonso de León u A. Pospíšilová Padowska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Parlament b’mod illegali, naqas milli jittrażmetti lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea l-mistoqsija għal tweġiba bil-miktub P-003358/17, bi ksur tal-Artikolu 130 tar-Regolament intern tal-Parlament u tad-dispożizzjonijiet tal-Anness II tal-imsemmi regolament.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ryszard Antoni Legutko u Tomasz Piotr Poręba huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/45


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2019 — Necci vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-129/19)

(2019/C 155/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Claudio Necci (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ April 2018 dwar iċ-ċaħda impliċita tat-talba tagħha ta’ affiljazzjoni mar-RKAM;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv prinċipali u motiv sussidjarju.

Prinċipalment, huwa jsostni li l-Kummissjoni Ewropea kisret l-Artikolu 95 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra (iktar ’il quddiem il-“Kondizzjonijiet tal-impjieg”) billi rrifjutat li taffiljah mar-RKAM (sistema komuni ta’ assigurazzjoni medika), mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni t-tul tal-kontribuzzjoni supplimentari li ġie rrikonoxxut lilu fis-sistema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni bħala korrispettiv għat-trasferiment tad-drittijiet nazzjonali tiegħu għal pensjoni.

Sussidjarjament, ir-rikorrent jinvoka l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 95 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg fir-rigward tal-Artikolu 45 TFUE.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/46


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2019 — AM vs BEI

(Kawża T-134/19)

(2019/C 155/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AM (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjonijiet tal-President tal-BEI tat-30 ta’ Ġunju 2017 u tal-11 ta’ Diċembru 2017 sa fejn dawn jirrifjutaw lir-rikorrent il-benefiċċju tal-allowance tal-mobbiltà ġeografika prevista fl-Artikolu 1.4 tad-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-persunal;

sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-BEI tal-20 ta’ Novembru 2018 li tiċħad il-konklużjonijiet tal-kummissjoni ta’ konċiljazzjoni u li tikkonferma d-deċiżjonijiet tat-30 ta’ Ġunju 2017 u tal-11 ta’ Diċembru 2017;

għaldaqstant,

tikkundanna lill-konvenut iħallas l-allowance tal-mobbiltà ġeografika retroattivament mill-1 ta’ April 2017, jiġifieri, fil-jum tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, EUR 36 045.6 (EUR 1 567.20 x 23 xahar);

tikkundanna lill-konvenut iħallas l-interessi moratorji fuq l-allowance tal-mobbiltà ġeografika dovuta mill-1 ta’ April 2017 u dan sal-ħlas sħiħ, fejn l-interessi moratorji huma ffissati bir-rata ta’ interessi tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’2 punti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1.4 tad-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-persunal u fuq ksur tal-Artikoli 1 u 11 tal-Anness VII ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ prevedibbiltà ġuridika u tal-prinċipju ta’ premura.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, tal-Artikolu 1.3 tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Persunal tal-BEI u tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-prinċipju ta’ terminu raġonevoli.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/47


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2019 — ZU vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-140/19)

(2019/C 155/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZU (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, l-ewwel nett, ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent tal-25 ta’ April 2018;

tannulla, it-tieni nett, id-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ promozzjoni tat-18 ta’ Ġunju 2018;

tannulla, it-tielet nett, id-deċiżjoni tat-28 ta’ Mejju 2018, li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrent;

tannulla, ir-raba’ nett, sa fejn ikun hemm bżonn, id-deċiżjoni Nru R/400/18 tal-21 ta’ Novembru 2018, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra r-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu u kontra d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ promozzjoni;

tannulla, il-ħames nett, sa fejn ikun hemm bżonn, id-deċiżjoni Nru R/461/18 tal-21 ta’ Novembru 2018, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal assistenza tiegħu.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, insostenn tat-talba tar-rikorrent għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal assistenza tiegħu, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, ksur tad-dmir ta’ premura, ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, u użu ħażin ta’ poter.

2.

It-tieni motiv, insostenn tat-talba tar-rikorrent għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu u tad-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ promozzjoni, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, ommissjoni ta’ fatti rilevanti u użu ħażin ta’ poter.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/47


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2019 — Jap Energéticas y Medioambientales vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-145/19)

(2019/C 155/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Jap Energéticas y Medioambientales, SL (Valencia, Spanja) (rappreżentant: G. Alabau Zabal, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla l-att maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea li jistabbilixxi s-somma li għandha tiġi rrimborsata mir-rikorrenti minħabba t-tnaqqis tal-ammont għal sussidju fil-kuntest tal-Programm LIFE 11.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa indirizzat kontra l-att maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea fl-14 ta’ Jannar 2019, innotifikat fl-24 ta’ Jannar 2019, li jistabbilixxi s-somma li għandha tiġi rrimborsata mir-rikorrenti, peress li l-ispejjeż li għandhom jiġu ssussidjati fil-kuntest tal-proġett LIFE 11 ENYES/000593-H2AL RECYCLING tnaqqsu, u li fih ordni ta’ ħlas.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ ksur ta’ forom proċedurali sostanzjali.

F’dan ir-rigward huwa allegat li l-Kummissjoni Ewropea ma ppreżentatx argumenti jew data li jippermettu lir-rikorrenti li tirribatti l-argumenti tagħha lil hinn mill-kontenut tal-ittra inizjali tagħha ta’ Jannar 2017, li fiha l-Kummissjoni informat lir-rikorrenti li l-ispejjeż li ma setgħux jiġu koperti b’finanzjament, minħabba li fil-komunikazzjonijiet kollha tagħha hija llimitat ruħha għar-riproduzzjoni tal-istess argumenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tat-Trattat jew ta’ kwalunkwe dispożizzjoni legali marbuta mal-applikazzjoni tiegħu.

F’dan ir-rigward huwa allegat li l-atti li jillimitaw drittijiet suġġettivi jew interessi leġittimi għandhom ikunu motivati, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, peress li fil-każ kuntrarju jista’ jkun hemm aġir arbitrarju għall-benefiċċju ta’ min jadottah u abbuż ta’ poter, bi ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ “projbizzjoni tal-arbitrarjetà”, li huma rrikonoxxuti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża

F’dan ir-rigward huwa allegat li minħabba l-assenza ta’ motivazzjoni ta’ dan l-att ma humiex issoddisfatti l-kunduzzjonijiet amministrattivi solidi li jippermettu li jiġu ddikjarati ċerti spejjeż bħala mhux eliġibbli u, konsegwentement, ma huwiex possibbli li dawn jiġi miċħuda.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/48


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2019 — Société des produits Nestlé vs EUIPO — Jumbo Africa (Rappreżentazzjoni ta’ figura ta’ bniedem fiċ-ċentru ta’ tarka)

(Kawża T-149/19)

(2019/C 155/58)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, A. Lambrecht u C. Elkemann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jumbo Africa, SL (L’Hospitalet de Llobregat, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta figura ta’ bniedem fiċ-ċentru ta’ tarka bil-kuluri aħmar, blu, blu ċar, blu skur, griż u abjad — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 273 634.

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni.

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 876/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad ir-rikors li jikkonċerna l-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2 738 030; u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u tikkundanna lill-intervenjenti eventwali għall-ispejjeż sostnuti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 91(1) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 46(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (UE) Nru 2017//1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/49


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2019 — Brunswick Bowling Products vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-152/19)

(2019/C 155/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Brunswick Bowling Products LLC (Muskegon, Michigan, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Martens u V. Ostrovskis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, fl-intier tagħha, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1960 (1);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur (i) tar-regoli proċedurali inklużi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u fl-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u (ii) tal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stipulat fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament Nru 765/2008, peress li l-miżura ta’ salvagwardja Svediża ma hijiex iġġustifikata fid-dawl tal-fatt li r-rikorrenti ġiet żgwidata mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u miżuri inqas estensivi kienu disponibbli għal finijiet ta’ konformità mad-Direttiva 2006/42/KE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, peress li l-osservazzjonijiet u l-approċċ sussegwenti tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq tar-Renju Unit, tal-Ġermanja, tal-Finlandja u tad-Danimarka ma tteħdux inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni u ma ġie previst ebda terminu ta’ implimentazzjoni raġonevoli u effettiv fid-deċiżjoni kkontestata.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tar-regoli proċedurali inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE, peress li mid-deċiżjoni kkontestata u mid-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ambjent tax-Xogħol Svediża tat-30 ta’ Awwissu 2013 jidher li ma sar ebda riferiment adegwat għall-prinċipju ġenerali tal-aħħar żviluppi fl-eżami tal-prodotti inkwistjoni fuq il-bażi tar-rekwiżiti essenzjali għas-saħħa u għas-sigurtà (“RESS”) stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ evalwazzjoni tal-fatti u aġixxiet b’mod li jmur kontra l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, peress li ebda informazzjoni neċessarja ma ntalbet mingħand il-manifattur minkejja l-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tipprovdi li l-manifattur ma pprovdiex fil-fajl tekniku link bejn ir-referenzi tal-istandards armonizzati u r-RESS rispettivi kif rikjest mill-Anness VII tad-Direttiva 2006/42/KE. Ċertament, amministrazzjoni raġonevoli li taġixxi b’mod diċenti kienet titlob din l-informazzjoni nieqsa qabel ma tagħti deċiżjoni ta’ din il-portata.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/42/KE u tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, peress li l-miżura inkwistjoni hija speċifikament intiża għall-prodotti tar-rikorrenti, meta prodotti simili u li huma inqas konformi ta’ manifatturi oħra jeżistu fis-suq intern tal-Unjoni. Barra minn hekk, billi kkunsidrat biss l-irtirar u l-ġbir lura tal-prodotti inkwistjoni, id-deċiżjoni kkontestata toħloq distorsjoni tas-suq, peress li makkinarji simili ta’ manifatturi oħra għadhom permessi fis-suq intern tal-Unjoni.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1960 tal-10 ta’ Diċembru 2018 dwar miżura ta’ salvagwardja meħuda mill-Iżvezja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ tip ta’ magna pinsetter u kitt supplimentari li għandu jintuża flimkien ma’ dik it-tip ta’ magna pinsetter, immanifatturata minn Brunswick Bowling & Billiards, u biex tirtira dawk il-magni li diġà tqiegħdu fis-suq (notifikata bid-dokument C(2018) 8253) (ĠU L 315, 12.12.2018, p. 29).

(2)  Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).

(3)  Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/51


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2019 — European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-153/19)

(2019/C 155/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: European Union Copper Task Force (Essex, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: I. Moreno-Tapia Rivas u C. Vila Gisbert, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1981 (1) sa fejn iġedded l-approvazzjoni tal-komposti tar-ram bħala kandidati għas-sostituzzjoni fuq bażi legali illegali;

testendi l-effetti tal-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 (2) sa fejn implimenta l-Artikolu 80(7) tar-Regolament 1107/2009 u inkluda l-komposti tar-ram fil-lista tas-sustanzi attivi bħala kandidati għas-sostituzzjoni;

tiddikjara li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1981 kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1981 iġedded l-approvazzjoni tal-komposti tar-ram bħala kandidati għas-sostituzzjoni fuq bażi legali illegali. B’mod partikolari:

L-Artikolu 24 u l-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (3) jiksru d-dritt tal-Unjoni Ewropea billi:

(i)

L-evidenza xjentifika tindika li “kriterji PBT”, partikolarment il-persistenza, ma humiex adegwati għar-ram Scientific.

(ii)

L-applikazzjoni tal-kriterji PBT għal sustanzi inorganiċi ma hijiex konsistenti ma’ atti leġiżlattivi oħra li ġew implimentati fil-qasam tas-sustanzi kimiċi rregolati.

(iii)

Fir-rigward tal-kandidati għas-sostituzzjoni, l-applikazzjoni tal-kriterji PBT għall-komposti tar-ram tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet imfittxija mir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Barra dan, ir-Regolament Nru 1107/2009 jinterpreta b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ prekwazjoni.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-komposti tar-ram bħala kandidati tas-sostituzzjoni.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat sussidjarjament, fuq il-fatt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408, kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1981 tat-13 ta' Diċembru 2018 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanzi attivi komposti tar-ram bħala kandidati għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2018 L 317, p. 16).

(2)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni (ĠU 2015 L 67, p. 18).

(3)  Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009 L 309, p. 1).


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/52


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2019 — ZU vs EEAS

(Kawża T-154/19

(2019/C 155/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZU (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenut: European External Action Service (EEAS)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-EEAS tat-30 ta’ Novembru 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tas-27 ta’ Lulju 2018 sa fejn din tiċħad impliċitament id-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tiegħu tas-26 ta’ Frar 2018;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolamenti tal-Persunal (b’mod partikolari l-Artikoli 12a, 56 u 71 tagħhom) u fuq il-ksur tal-Artikoli 31(1) u (2), 41(1) u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ “terminu raġonevoli”, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba (ħela ta’ riżorsi tal-Unjoni), fuq l-abbuż ta’ poter u ta’ ħabi ta’ provi, fuq il-ksur tar-regoli dwar ir-rimbors tal-ispejjeż ta’ ċaqliq, fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità; fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura, u fuq in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi li prima facie jinsabu fl-ilment tar-rikorrent skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/53


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu — AP vs EIF

(Kawża T-155/19)

(2019/C 155/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AP (irrappreżentat minn: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Fond Ewropew tal-Investiment

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet tal-konvenut datati t-30 ta’ Awwissu 2018 u t-3 ta’ Ottubru 2018 li jiċħdu t-talba tar-rikorrent datata l-20 ta’ Ġunju 2018;

tordna lill-konvenut iħallas il-benefiċċji pprovduti mill-Artikolu 33 tar-Regolamenti tal-Persunal b’mod retroattiv mill-1 ta’ April 2018 flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati fil-livell tar-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew b’żieda ta’ 2 punti dekorribbli sal-ħlas sħiħ irċevut mir-rikorrent;

tordna lill-konvenut jikkumpensa d-dannu morali, li jista’ jiġi evalwat, ex aequo et bono fl-ammont ta’ mill-inqas EUR 20 000;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-mard tar-rikorrent kien jinvolvi s-sospensjoni taż-żmien tan-notice u l-applikazzjoni tal-iskema tas-sigurtà soċjali. Ir-rikorrent jissottometti li l-kuntrarju ta’ dan jikkostitwixxi ksur tar-Regolamenti tal-Persunal, tad-dmir ta’ prudenza u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-rifjut ta’ aċċettazzjoni tal-irtirar tar-riżenja tar-rikorrent jikser id-dmir ta’ prudenza.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/54


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2019 — Bog-Fran vs EUIPO — Fabryki Mebli “Forte” (Furniture)

(Kawża T-159/19)

(2019/C 155/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bog-Fran sp. z o.o. sp.k. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Mikosza, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fabryki Mebli “Forte” S.A. (Ostrów Mazowiecka, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 1384 002-0034

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 291/2018-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni tal-invalidità;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż u jirrimborsaw l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/54


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2019 — LTTE vs Il-Kunsill

(Kawża T-160/19)

(2019/C 155/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE) (Herning, id-Danimarka) (rappreżentanti: A. van Eik u T. Buruma, lawyers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/25 (1) safejn din tikkonċerna lir-rikorrent.

Alternattivament, ir-rikorrenti ssostni li f’dan il-każ huwa xieraq li tiġi adottata fil-konfront tagħha miżura inqas severa minn dik li tinżamm fil-lista tal-UE ta’ Organizzazzjonijiet Terroristiċi.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġusitzzja tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż miżjuda bl-interessi u li għandhom jiġu speċifikati fi stadju ulterjuri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija nulla safejn din tikkonċerna lir-rikorrenti peress li din tal-aħħat ma tistax tiġi kklassifikata bħala organizzazzjoni terrorista skont id-definizzjoni pprovduta fl-Artikolu 1(3) tal-Poiżizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (2).

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija nulla safejn din tikkonċerna lir-rikorrenti peress li ġiet adottata l-ebda deċiżjoni minn awtorità kompetenti, kif rikjest mill-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija nulla safejn din tikkonċerna lir-rikorrenti peress li l-Kunsill ma wettaq l-ebda reviżjoni xierqa kif rikjesta mill-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija nulla safejn din tikkonċerna lir-rikorrenti peress li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ proporzjonalità u sussidjarjetà.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija nulla safejn din tikkonċerna lir-rikorrenti peress li ma tissodisfax l-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFEU.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija nulla safejn din tikkonċerna lir-rikorrenti peress li tikser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u d-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/25 tat-8 ta’ Jannar 2019 li temenda u taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1084 (ĠU L 6, 9.1.2019, p. 6).

(2)  Pożizzjoni komuni tal-kunsill tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 217).


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/55


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2019 — Tempus Energy Germany u T Energy Sweden vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-167/19

(2019/C 155/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tempus Energy Germany GmbH (Berlin, il-Ġermanja), T Energy Sweden AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: D. Fouquet u J. Derenne, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Frar 2018 dwar il-mekkaniżmu ta’ kapaċità Pollakk previst (SA.46100, C(2018) 601 final) (1);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li, billi ma fetħitx il-proċedura ta’ investigazzjoni formali wara n-notifika tal-mekkaniżmu ta’ kapaċità Pollakk previst, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 108(2) TFUE, l-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament 2015/1589 (2), flimkien mal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi, u wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-fatti. Il-Kummissjoni ma rnexxilhiex tegħleb id-dubji li hija ffaċċjat matul il-fażi ta’ investigazzjoni preliminari u dan affettwa d-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li, bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE, il-Kummissjoni ma pprovdietx motivazzjoni suffiċjenti fid-deċiżjoni kkontestata.


(1)  ĠU 2018, C 462, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/56


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2019 — Style & Taste vs EUIPO — The Polo/Lauren Company (Rappreżentazzjoni ta’ plejer tal-polo)

(Kawża T-169/19)

(2019/C 155/66)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Style & Taste, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: L. Plaza Fernández-Villa, abogado)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Polo/Lauren Company LP (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ plejer tal-polo) — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 4 049 201

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 1272/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiddikjara li t-trade mark Komunitarja Nru 4049201 kienet ippreċeduta mid-disinn industrijali 24087, u, konsegwentement, tiddikjara li t-trade mark Ewropea Nru 4 049 201, proprjetà tal-PRL, hija nieqsa minn kull novità rikjesta mir-regoli applikabbli u għaldaqstant hija nulla.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 207/2009.

Ksur tar-regola interna fil-qasam tal-protezzjoni legali tad-disinn industrijali, kif ukoll tal-Estatuto sobre la propiedad Intelectual (Statut dwar il-proprjetà intellettwali).


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/57


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2019 — Sherpa Europe vs EUIPO — Núcleo de comunicaciones y control (SHERPA NEXT)

(Kawża T-170/19)

(2019/C 155/67)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sherpa Europe, SL (Erandio, Spanja) (rappreżentant: M. Esteve Sanz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Núcleo de comunicaciones y control, SL (Tres Cantos, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni SHERPA NEXT — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 891 495

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 523/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut u, fejn xieraq, lill-parti intervenjenti, għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, u l-ispejjeż inkorsi fl-appell quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/58


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2019 — Buck vs EUIPO — Unger Holding (BUCK)

(Kawża T-311/18) (1)

(2019/C 155/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 240, 9.7.2018.