ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2019/C 151/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9172 — Liberty House Group/ArcelorMittal Divestment Businesses) ( 1 ) |
|
2019/C 151/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9347 — OEP/WP Group) ( 1 ) |
|
2019/C 151/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9288 — CACF/BBPM/Agos Ducato/ProFamily) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2019/C 151/04 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2019/C 151/05 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2019/C 151/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9238 — INEOS/Ashland Global (Composites Business and Butanediol Manufacturing Facility)) ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
3.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9172 — Liberty House Group/ArcelorMittal Divestment Businesses)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 151/01)
Fis-17 ta’ April 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9172. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
3.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9347 — OEP/WP Group)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 151/02)
Fl-24 ta’ April 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9347. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
3.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9288 — CACF/BBPM/Agos Ducato/ProFamily)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 151/03)
Fil-25 ta’ April 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9288. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
3.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/3 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
0,00 % fl-1 ta’ Mejju 2019
Rata tal-kambju tal-euro (2)
It-2 ta’ Mejju 2019
(2019/C 151/04)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1212 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
125,01 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4655 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,85930 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,6850 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1419 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
137,40 |
NOK |
Krona Norveġiża |
9,7450 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,648 |
HUF |
Forint Ungeriż |
324,00 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2800 |
RON |
Leu Rumen |
4,7583 |
TRY |
Lira Turka |
6,6872 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5970 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5064 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7958 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6916 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5259 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 304,15 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,2178 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,5508 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4143 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 977,10 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6384 |
PHP |
Peso Filippin |
58,023 |
RUB |
Rouble Russu |
73,2535 |
THB |
Baht Tajlandiż |
35,906 |
BRL |
Real Brażiljan |
4,4095 |
MXN |
Peso Messikan |
21,2467 |
INR |
Rupi Indjan |
77,7820 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
3.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/4 |
Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping li jirrigwarda l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Bahrain u mill-Eġittu
(2019/C 151/05)
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) “rċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu (“rinforzi tal-fibra tal-ħġieġ” jew “GFR, glass fibre reinforcements”), li joriġinaw mill-Bahrain u mill-Eġittu, qed ikunu oġġett ta’ dumping u għaldaqstant qed joħolqu dannu (2) lill-industrija tal-Unjoni.
1. Ilment
L-ilment tressaq fil-21 ta’ Marzu 2019 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Fibra tal-Ħġieġ (“APFE, European Glass Fibre Producers Association” jew “l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-GRF tal-Unjoni.
Verżjoni pubblika tal-ilment u l-analiżi tal-livell ta’ sostenn għall-ilment minn produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-fajl li jista’ jiġi eżaminat mill-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl mill-partijiet interessati.
2. Prodott li qed jiġi investigat
Il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni huwa t-trofof tal-fibra tal-ħġieġ imqattgħin, ta’ tul ta’ mhux aktar minn 50 mm (“trofof imqattgħin”); ftietel tal-fibra tal-ħġieġ, għajr dawk li huma mimlijin u miksijin u li għandhom telf malli jitqabbdu ta’ iktar minn 3 % (kif stipulat mill-Istandard ISO 1887); (“ftietel”); u mats magħmula minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ minbarra mats tas-suf tal-ħġieġ (“mats”), (“il-prodott investigat”).
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw informazzjoni dwar l-ambitu tal-prodott iridu jagħmlu dan fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika (3).
3. Allegazzjoni ta’ dumping
Il-prodott li allegatament qiegħed ikun oġġett ta’ dumping huwa l-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina mill-Bahrain u mill-Eġittu (“il-pajjiżi kkonċernati”), u li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 7019 11 00, ex 7019 12 00, 7019 31 00 (il-kodiċijiet TARIC 7019120022, 70191200257019120026 u 7019120039). Il-kodiċijiet NM u TARIC huma mogħtija biss bħala informazzjoni.
Fin-nuqqas ta’ data affidabbli, disponibbli għall-ilmentatur, dwar il-prezzijiet domestiċi għall-pajjiżi kkonċernati, l-allegazzjonijiet ta’ dumping tal-ilmentatur huma bbażati fuq it-tqabbil tal-valur normali maħdum (spejjeż tal-manifattura, bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi – SG&A – u l-profitt) mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Fuq din il-bażi, il-marġni ta’ dumping ikkalkulat huwa sinifikanti kemm għall-Bahrain u kemm għall-Eġittu.
4. Allegazzjoni ta’ dannu u kawżalità
L-ilmentatur ippreżenta evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu f’termini assoluti b’mod ġenerali u żdiedu f’termini ta’ sehem mis-suq.
L-evidenza li pprovda l-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f’effetti negattivi sostanzjali fuq il-qagħda finanzjarja, il-qagħda tal-impjiegi u l-prestazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni.
5. Proċedura
Il-Kummissjoni, wara li stabbiliet u infurmat lill-Istati Membri, li l-ilment ġie ppreżentat mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha, u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, b’dan hija qed tiftaħ investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni se tistabbilixxi jekk il-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina fil-pajjiżi kkonċernati, huwiex oġġett ta’ dumping, u jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping kinux ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.
Jekk il-konklużjonijiet ikunu affermattivi, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku.
Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Ġunju 2018, (il-pakkett tal-Modernizzazzjoni tat-TDI) daħħal, fost affarijiet oħra tibdiliet sinifikanti fl-iskeda ta’ żmien u fl-iskadenzi li kienu applikabbli preċedentement fil-proċedimenti anti-dumping (5). B’mod partikolari, l-investigazzjonijiet se jsiru b’aktar ħeffa u kwalunkwe miżura proviżorja tista’ tiġi imposta sa xahrejn iktar kmieni milli minn kif kien qabel. Il-limiti ta’ żmien għall-partijiet interessati biex jipprovdu evidenza, b’mod partikolari fl-istadju bikri tal-investigazzjonijiet, tqassru.
5.1. Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
L-investigazzjoni ta’ dumping u ta’ dannu se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ April 2018 sal-31 ta’ Marzu 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).
5.2. Kummenti dwar l-ilment u l-bidu tal-investigazzjoni
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar l-ilment (inklużi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dannu u ma’ kawżalità) jew dwar kull aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għall-ilment) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Kull talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
5.3. Proċedura ta’ kif jiġi stabbilit id-dumping
Il-produtturi esportaturi (6) tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiżi kkonċernati huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.3.1. Il-proċedura għall-produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati fil-Bahrain u fl-Eġittu
Il-produtturi esportaturi u l-assoċjazzjonijiet kollha tal-produtturi esportaturi fil-Bahrain u fl-Eġittu huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, preferibbilment bil-posta elettronika, sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sabiex jippreżentaw lilhom infushom u jitolbu kwestjonarju.
Il-produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati jridu jimlew kwestjonarju fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kwestjonarju se jkun disponibbli wkoll għal kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi, u għall-awtoritajiet tal-Bahrain u tal-Eġittu.
Kopja tal-kwestjonarju hawn fuq imsemmi għall-produtturi esportaturi hija disponibbli fil-fajl li jista’ jiġi eżaminat mill-partijiet interessati u fuq il-website tad-DĠ KUMMERĊ
http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2397
5.3.2. Investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (7) (8)
L-importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni huma mistiedna jieħdu sehem f’din l-investigazzjoni.
Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ importaturi li mhumiex relatati involuti f’dan il-proċediment, u sabiex l-investigazzjoni titlesta sal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi li mhumiex relatati u li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “it-teħid ta’ kampjun”). It-teħid ta’ kampjun se jsir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
B’hekk, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ it-teħid ta’ kampjun, u jekk dan ikun il-każ, biex għaldaqstant tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom, mitluba fl-Anness ta’ din in-Notifika fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli.
Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar il-kampjun tal-importaturi. Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota li tirrifletti l-għażla tal-kampjun fil-fajl li jista’ jiġi eżaminat mill-partijiet interessati. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati li jkunu parti mill-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Kopja tal-kwestjonarju għall-importaturi hija disponibbli fil-fajl li jista’ jiġi eżaminat mill-partijiet interessati u fuq is-sit elettroniku tad-DĠ KUMMERĊ
http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2397.
5.4. Proċedura għall-istabbiliment tad-dannu u għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
L-istabbiliment tad-dannu jissejjes fuq evidenza pożittiva u jinvolvi eżami oġġettiv tal-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, tal-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u tal-impatt konsegwenti ta’ dawn l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx xi dannu, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni kkonċernati, u biex tlesti l-investigazzjoni sal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “it-teħid ta’ kampjun”). It-teħid ta’ kampjun isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
B’mod proviżorju, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li jista’ jiġi eżaminat mill-partijiet interessati. B’hekk, il-partijiet interessati huma mistiedna jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Barra minn hekk, produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kampjun, iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kummenti kollha dwar il-kampjun proviżorju jridu jaslu fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u/jew lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji li fl-aħħar mill-aħħar ikunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.
Il-produtturi tal-Unjoni li jkunu parti mill-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-fajl li jista’ jiġi eżaminat mill-partijiet interessati u fuq il-website tad-DĠ KUMMERĊ
http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2397
5.5. Proċedura għall-valutazzjoni tal-interessi tal-Unjoni
Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ta’ dannu kkawżat minnu, tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interessi tal-Unjoni. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi jridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.
L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interessi tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta jew f’format ħieles jew inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott li qed jiġi investigat, hija disponibbli fil-fajl li jista’ jiġi eżaminat mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ KUMMERĊ
http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2397.
L-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 21 titqies biss jekk tkun appoġġata minn evidenza fattwali meta tkun tressqet.
5.6. Il-partijiet interessati
Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.
Il-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li ppreżentaw informazzjoni disponibbli skont il-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.3, 5.4 u 5.5 ta’ hawn fuq, jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.
Partijiet oħra jkunu jistgħu jieħdu sehem biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument li fih jippreżentaw lilhom infushom, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat. Il-fatt li wieħed jitqies bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
L-aċċess għall-fajl li jista’ jiġi eżaminat mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ TRON.tdi f’dan l-indirizz: https://webgate.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq din il-paġna sabiex ikollok aċċess.
5.7. Possibbiltà ta’ seduta ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu seduta ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni.
Kull talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.
L-iskeda ta’ żmien għas-seduti ta’ smigħ hija kif ġejja:
— |
Għal kwalunkwe seduta ta’ smigħ li ssir qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, jenħtieġ li t-talba ssir fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika u s-seduta ta’ smigħ normalment isseħħ fi żmien 60 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. |
— |
Wara l-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji, jenħtieġ li ssir talba fi żmien ħamest ijiem mid-data tal-iżvelar tal-konstatazzjonijiet proviżorji jew tad-dokument ta’ informazzjoni, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tal-iżvelar jew mid-data tad-dokument ta’ informazzjoni. |
— |
Fl-istadju tal-konstatazzjonijiet definittivi, jenħtieġ li ssir talba fi żmien tlett ijiem mid-data tal-iżvelar finali, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir fil-perjodu mogħti biex isiru kummenti dwar l-iżvelar finali. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li ssir talba minnufih malli jseħħ l-iżvelar finali addizzjonali, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir sal-iskadenza sabiex jiġu pprovduti kummenti dwar dan l-iżvelar. |
L-iskeda ta’ żmien deskritta hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tas-servizzi tal-Kummissjoni li jaċċettaw seduti ta’ smigħ barra l-limitu ta’ żmien f’każijiet debitament ġustifikati u għad-dritt tal-Kummissjoni li tiċħad seduti ta’ smigħ f’każijiet debitament ġustifikati. Meta s-servizzi tal-Kummissjoni jirrifjutaw talba għal seduta ta’ smigħ, il-parti kkonċernata tiġi infurmata bir-raġunijiet għal tali rifjut.
Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess tal-amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.
5.8. Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment ta’ difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Ristretti” (9). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.
Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Ristretta” huma obbligati jfasslu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Jenħtieġ li dawn is-sommarji jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli.
Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tagħtix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://webgate.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jiġu ppreżentati fuq CD-R jew fuq DVD bl-idejn jew permezz tal-posta rreġistrata.
Sabiex ikollhom aċċess għal TRON.tdi, il-partijiet interessati jeħtieġu kont tal-EU Login. L-istruzzjonijiet kollha dwar kif wieħed għandu jirreġistra u juża TRON.tdi huma disponibbli fuq https://webgate.ec.europa.eu/tron/resources/documents/gettingStarted.pdf.
Meta jużaw il-posta elettronika jew TRON.tdi, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES (KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ)” ippubblikat fuq il-website tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni ulterjuri dwar korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għal sottomissjonijiet permezz ta’ TRON.tdi u bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmijin hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Commission |
|||
Directorate-General for Trade |
|||
Directorate H |
|||
Uffiċċju: CHAR 04/039 |
|||
1049 Brussels |
|||
1049 Bruxelles/Brussel |
|||
BELGIQUE/BELGIË |
|||
TRON.tdi: https://webgate.ec.europa.eu/tron/tdi |
|||
|
6. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni, kull meta possibli, trid titlesta fi żmien sena iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 14-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, normalment il-miżuri proviżorji jistgħu jiġu imposti sa mhux aktar tard minn seba’ xhur, iżda fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn tmien xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Skont l-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazju proviżorju tliet ġimgħat qabel din l-impożizzjoni. Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu din l-informazzjoni bil-miktub fi żmien erba’ xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-partijiet interessati se jingħataw tlett ijiem ta’ xogħol biex jikkummentaw bil-miktub dwar kemm il-kalkoli huma preċiżi.
F’każijiet fejn il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li ma timponix dazju proviżorju iżda li tkompli l-investigazzjoni, il-partijiet interessati se jiġu infurmati bil-miktub bin-nuqqas ta’ impożizzjoni tad-dazju tliet ġimgħat qabel ma tagħlaq l-iskadenza skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet interessati jingħataw 15-il jum biex jikkummentaw bil-miktub dwar il-konstatazzjonijiet proviżorji u 10 ijiem biex jikkummentaw bil-miktub dwar il-konstatazzjonijiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Fejn ikun applikabbli, l-iżvelar addizzjonali finali jispeċifika l-iskadenza għall-partijiet interessati sabiex jikkummentaw bil-miktub.
7. Sottomissjoni tal-informazzjoni
Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni biss fl-iskedi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsimiet 5 u 6 ta’ din in-Notifika. Is-sottomissjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra li ma tkunx koperta minn dawn it-taqsimiet, jenħtieġ li tirrispetta l-iskeda li ġejja:
— |
Kull informazzjoni għall-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji jenħtieġ li tiġi ppreżentata fi żmien 70 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
— |
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, jenħtieġ li l-partijiet interessati ma jippreżentawx informazzjoni fattwali ġdida wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar tal-konstatazzjonijiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni fl-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji. Wara din l-iskadenza, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss informazzjoni fattwali ġdida jekk ikunu jistgħu juru li tali informazzjoni fattwali ġdida hija meħtieġa biex tirribatti l-allegazzjonijiet fattwali magħmula minn partijiet interessati oħra u dment li tali informazzjoni fattwali ġdida tista’ tiġi vverifikata fiż-żmien disponibbli biex l-investigazzjoni titlesta fil-ħin. |
— |
Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi obbligatorji, il-Kummissjoni mhijiex se taċċetta iktar sottomissjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali addizzjonali. |
8. Possibbiltà għal kummenti dwar is-sottomissjonijiet ta’ partijiet oħra
Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fis-sottomissjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.
Tali kummenti jenħtieġ li jsiru skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:
— |
Jenħtieġ li kwalunkwe kumment dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra qabel l-iskadenza tal-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, isir mhux iktar tard mill-75 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
— |
Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet oħra interessati b’reazzjoni għall-iżvelar tal-konstatazzjonijiet proviżorji jew għad-dokument ta’ informazzjoni, jiġu ppreżentati fi żmien sebat ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar il-konstatazzjonijiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
— |
Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet oħra interessati b’reazzjoni għall-iżvelar finali, jiġu ppreżentati fi żmien tlett ijiem mill-iskadenza għall-kummenti dwar l-iżvelar finali, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal dan l-iżvelar isiru fi żmien jum wieħed mill-iskadenza għall-kummenti dwar dan l-iżvelar, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
L-iskeda ta’ żmien deskritta hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.
9. Estensjoni tal-limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika
Kwalunkwe estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika tista’ tintalab biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u tingħata biss jekk tkun debitament ġustifikata.
L-estensjonijiet tal-iskadenza biex jimtlew il-kwestjonarji jistgħu jingħataw, jekk debitament ġustifikati, u normalment ikunu limitati sa tlett ijiem oħra. Bħala regola, tali estensjonijiet ma jaqbżux is-sebat ijiem. Rigward l-iskadenzi għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata f’din in-Notifika, l-estensjonijiet ikunu limitati għal tlett ijiem sakemm ma jintweriex li seħħew ċirkostanzi eċċezzjonali.
10. Nuqqas ta’ kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limitu tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, il-konstatazzjonijiet proviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal din il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandux jiġi kkunsidrat bħala nonkooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew fi spejjeż addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih.
11. Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti tal-kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-iskadenzi u kull talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.
L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.
Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. Fil-prinċipju, l-iskedi ta’ żmien stabbiliti fit-Taqsima 5.7 sabiex jintalbu seduti ta’ smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni japplikaw mutatis mutandis għal talbiet għal seduti ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta. Meta t-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu ppreżentati barra mill-iskedi ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-website tad-DĠ KUMMERĊ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.
12. Proċessar ta’ data personali
Kull data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).
Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet ta’ difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fuq il-website tad-DĠ KUMMERĊ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/html/157639.htm
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) It-terminu ġenerali “dannu” jirreferi għal dannu materjali kif ukoll għat-theddida ta’ dannu materjali jew għad-dewmien materjali fil-ħolqien ta’ industrija kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament bażiku.
(3) Ir-referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika jimplikaw il-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 143, 07/06/2018, p. 1).
(5) “Short overview of the deadlines and timelines in the investigative process” (Ħarsa ġenerali fil-qosor dwar l-iskadenzi u l-iskedi ta’ żmien tal-proċess investigattiv”) fuq il-website tad-DĠ KUMMERĊ http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2018/june/tradoc_156922.pdf
(6) Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiżi kkonċernati li tipproduċi u li tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe waħda mill-kumpaniji relatati tagħha involuti fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.
(7) Din it-taqsima tkopri biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu sħab rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi, tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjonijiet jew ismha maħruġa bi dritt għal vot tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu bħala membri tal-istess familja jekk ikollhom xi waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika, u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(8) Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti milli biex jiġi stabbilit id-dumping.
(9) Dokument “Ristrett” huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(10) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
3.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/14 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9238 — INEOS/Ashland Global (Composites Business and Butanediol Manufacturing Facility))
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 151/06)
1.
Fil-25 ta’ April 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
INEOS Enterprises Holdings Limited (“INEOS”, l-Iżvizzera), |
— |
Negozju ta’ kompożiti globali u faċilità ta’ manifattura f’Marl (il-Ġermanja) ta’ Ashland Global Holdings Inc. (“Ashland”, l-Istati Uniti) (“il-Mira”). |
INEOS takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ partijiet minn Ashland.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Għal INEOS, il-manifattura u l-bejgħ ta’ petrokimiċi, kimiċi ta’ speċjalità u prodotti taż-żejt, globalment; |
— |
għall-Mira, il-manifattura u l-bejgħ ta’ kimiċi ta’ speċjalità użati fil-produzzjoni ta’ reżini komposti bħar-reżini ester tal-vinil, kisjiet tal-ġel u reżini tal-poliester mhux saturati, kif ukoll il-manifattura (f’Marl) u l-bejgħ ta’ butadiol, tetraidrofuran u kimiċi oħra ta’ speċjalità użati fil-produzzjoni ta’ plastik għall-inġinerija, elastomeri termoplastiċi u solvent ta’ speċjalità, globalment. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9238 — INEOS/Ashland Global (Composites Business and Butanediol Manufacturing Facility)
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 122964301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).