ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 139

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
15 ta' April 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 139/01

L-aħħar pubblikazzjonijiettal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-ĠurnalUffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

GCEU

2019/C 139/02

Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

CDJ

2019/C 139/03

Kawżi Magħquda C-115/16, C-118/16, C-119/16 u C-299/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret, Vestre Landsret — id-Danimarka) — N Luxembourg 1 (C-115/16), X Denmark A/S (C-118/16), C Danmark I (C-119/16), Z Denmark ApS (C-299/16) vs Skatteministeriet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall pagamenti ta’ mgħax u ta’ royalties bejn kumpanniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti — Direttiva 2003/49/KE — Sid benefiċjarju tal-imgħax u tar-royalties — Artikolu 5 — Abbuż ta’ dritt — Kumpannija stabbilita fi Stat Membru u li tħallas imgħax lil kumpannija assoċjata stabbilita fi Stat Membru ieħor li sussegwentement jiġu ttrasferiti, totalment jew kważi totalment, barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea — Sussidjarja suġġetta għall-obbligu li tiġbor it-taxxa f’ras il-għajn fuq l-imgħax)

5

2019/C 139/04

Kawżi magħquda C-116/16 u C-117/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret — id-Danimarka) — Skatteministeriet vs T Danmark (C-116/16), Y Denmark Aps (C-117/16) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Sistema fiskali komuni applikabbli għall-kumpanniji omm u kumpanniji sussidjarji ta’ Stati Membri differenti — Direttiva 90/435/KEE — Eżenzjoni tal-profitti mqassma minn kumpanniji ta’ Stat Membru lil kumpanniji ta’ Stat Membru ieħor — Sid benefiċjarju tal-profitti mqassma — Abbuż ta’ dritt — Kumpannija stabbilita fi Stat Membru u li tħallas lill-kumpannija assoċjata stabbilita fi Stat Membru ieħor dividendi li sussegwentement jiġu, totalment jew kważi totalment, ittrasferiti barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea — Sussidjarja suġġetta għall-obbligu li tiġbor t-taxxa f’ras il-għajn fuq il-profitti)

7

2019/C 139/05

Kawża C-465/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Growth Energy, Renewable Fuels Association, Il-Kummissjoni Ewropea, ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol (Appell — Dumping — Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 157/2013 — Importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika — Dazju antidumping definittiv — Marġni ta’ dumping stabbilit fuq skala nazzjonali — Rikors għal annullament — Assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw produtturi mhux esportaturi u operaturi tas-suq/blenders — Locus standi — Inċidenza diretta — Inċidenza individwali)

8

2019/C 139/06

Kawża C-466/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Marquis Energy LLC, Il-Kummissjoni Ewropea, ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol (Appell — Dumping — Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 157/2013 — Importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika — Dazju antidumping definittiv — Marġni ta’ dumping stabbilit fuq skala nazzjonali — Rikors għal annullament — Produttur mhux esportatur — Locus standi — Inċidenza diretta)

9

2019/C 139/07

Kawża C-135/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — X-GmbH vs Finanzamt Stuttgart — Körperschaften (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi — Klawżola ta’ standstill — Leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru li tirrigwarda kumpanniji intermedjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi — Emenda ta’ din il-leġiżlazzjoni, segwita bl-introduzzjoni mill-ġdid tal-leġiżlazzjoni preċedenti — Dħul ta’ kumpannija stabbilita f’pajjiż terz li joriġina miż-żamma ta’ krediti ma’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru — Inklużjoni ta’ tali dħul fil-bażi taxxabbli ta’ persuna taxxabbli li għandha r-residenza fiskali tagħha fi Stat Membru — Restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital — Ġustifikazzjoni)

10

2019/C 139/08

Kawża C-388/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen — L-Isvezja) — Konkurrensverket vs SJ AB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti fis-setturi tat-trasport — Direttiva 2004/17/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 5 — Attivitajiet marbuta mal-provvista jew mal-operat ta’ netwerks maħsuba sabiex jiġi pprovdut servizz lill-pubbliku fil-qasam tat-trasport ferrovjarju — Għoti, minn impriża ferrovjarja nazzjonali pubblika li tipprovdi servizzi ta’ trasport, ta’ kuntratti għal servizzi ta’ tindif tal-ferroviji li jappartjenu lill-imsemmija kumpannija — Assenza ta’ pubblikazzjoni minn qabel)

11

2019/C 139/09

Kawża C-497/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d’appel de Versailles — Franza) — Oeuvre d’assistance aux bêtes d’abattoirs (OABA) vs Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation, Bionoor, Ecocert France, Institut national de l’origine et de la qualité (INAO) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 13 TFUE — Benesseri tal-annimali — Regolament (KE) Nru 1099/2009 — Protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla — Metodi partikolari ta’ qatla preskritti minn riti reliġjużi — Regolament (KE) Nru 834/2007 — Artikolu 3 u Artikolu 14(1)(b)(viii) — Kompatibbiltà mal-produzzjoni organika — Regolament (KE) Nru 889/2008 — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 — Logo ta’ produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea)

12

2019/C 139/10

Kawża C-505/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 — Groupe Léa Nature vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Debonair Trading Internacional Lda (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (CE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) u (5) — Trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali SO’BiO ētic — Trade marks verbali u figurattivi Komunitarji u nazzjonali li jinkludu l-element verbali SO… ? — Oppożizzjoni mill-proprjetarju — Rifjut ta’ reġistrazzjoni)

13

2019/C 139/11

Kawża C-563/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Associação Peço a Palavra et vs Conselho de Ministros (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà ta’ stabbiliment — Regolament (KE) Nru 1008/2008 — Kumpannija ta’ trasport bl-ajru — Proċedura ta’ riprivatizzazzjoni — Bejgħ ta’ ishma rappreżentattivi li jammontaw għal-61 % tal-kapital azzjonarju — Kundizzjonijiet — Obbligu ta’ żamma tas-sede u tal-amministrazzjoni effettiva fi Stat Membru — Obbligi ta’ servizz pubbliku — Obbligu ta’ żamma u ta’ żvilupp ta’ ċentru operattiv (hub) nazzjonali eżistenti)

13

2019/C 139/12

Kawża C-567/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — il-Litwanja) — Bene Factum UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dispożizzjonijiet fiskali — Dazji tas-sisa — Direttiva 92/83/KEE — Artikolu 27(1)(b) — Eżenzjonijiet — Kunċett ta’ prodotti mhux intiżi għall-konsum mill-bniedem — Kriterji ta’ evalwazzjoni)

14

2019/C 139/13

Kawża C-579/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeits- und Sozialgericht Wien — l-Awstrija) — BUAK Bauarbeiter-Urlaubs- u. Abfertigungskasse vs Gradbeništvo Korana d.o.o. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Artikolu 1(1) — Kamp ta’ applikazzjoni — Materji ċivili u kummerċjali — Artikolu 1(2) — Materji esklużi — Sigurtà soċjali — Artikolu 53 — Applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat li juri li d-deċiżjoni mogħtija mill-qorti tal-oriġini hija eżekuttiva — Sentenza li tikkonċerna pretensjoni kkostitwita minn kontribuzzjonijiet għall-kumpens ta’ leave imħallas miżmuma minn korp tas-sigurtà soċjali kontra persuna li timpjega abbażi tal-kollokament ta’ ħaddiema — Eżerċizzju mill-qorti adita minn attività ġudizzjarja)

15

2019/C 139/14

Kawża C-581/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg — il-Ġermanja) — Martin Wächtler vs Finanzamt Konstanz (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni — Trasferiment tal-post tad-domiċilju ta’ persuna fiżika minn Stat Membru lejn l-Isvizzera — Tassazzjoni tal-apprezzamenti latenti fil-valur relatati mal-ishma ta’ kumpannija — Tassazzjoni diretta — Moviment liberu tal-persuni li jaħdmu għal rashom — Ugwaljanza fit-trattament)

16

2019/C 139/15

Kawża C-670/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Frar 2019 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) — Taqsima Gwida — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja — Regolament (KE) Nru 1260/1999 — Programm Operattiv — Korrezzjonijiet finanzjarji — Artikolu 39 — Bażi legali — Dispożizzjonijiet tranżitorji)

17

2019/C 139/16

Kawża C-9/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Karlsruhe — il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra Detlef Meyn (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport — Direttiva 2006/126/KE — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan — Rifjut ta’ rikonoxximent ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor — Dritt ta’ sewqan stabbilit abbażi ta’ liċenzja tas-sewqan)

18

2019/C 139/17

Kawża C-14/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 — Alfamicro — Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda. vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Klawżola ta’ arbitraġġ — Artikolu 272 TFUE — Kunċett ta’ azzjoni dikjaratorja — Artikolu 263 TFUE — Kunċett ta’ deċiżjoni amministrattiva — Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) (2007 sa 2013) — Rapporti ta’ awditu li kkonstataw in-natura ineliġibbli ta’ ċerti spejjeż iddikjarati)

18

2019/C 139/18

Kawżi magħquda C-202/18 u C-238/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2019 — Ilmārs Rimšēvičs (C-202/18), Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (C-238/18) vs Ir-Repubblika tal-Latvja (Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali — Rikors ibbażat fuq ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew — Deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali li tissospendi lill-gvernatur tal-bank ċentrali nazzjonali mill-funzjonijiet tiegħu)

19

2019/C 139/19

Kawża C-278/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Manuel Jorge Sequeira Mesquita vs Fazenda Pública (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Sitt Direttiva 77/388/KEE — Eżenzjoni — Artikolu 13B(b) — Kiri u lokazzjoni ta’ proprjetajiet immobbli — Kunċett — Kuntratt ta’ ċessjoni tal-attività agrikola ta’ art rurali miksija bid-dwieli)

20

2019/C 139/20

Kawża C-771/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2018 — Il-Kummissjoni Ewropea vs l-Ungerija

20

2019/C 139/21

Kawża C-777/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-11 ta’ Diċembru 2018 — WO vs Vas Megyei Kormányhivatal

22

2019/C 139/22

Kawża C-807/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fl-20 ta’ Diċembru 2018 — Telenor Magyarország Zrt. vs Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Elnöke

23

2019/C 139/23

Kawża C-811/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Canarias (Spanja) fil-21 ta’ Diċembru 2018 — KA vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) u Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

24

2019/C 139/24

Kawża C-836/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fit-28 ta’ Diċembru 2018 — Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real vs RH

25

2019/C 139/25

Kawża C-21/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Jannar 2019 — Proċeduri kriminali kontra XN

26

2019/C 139/26

Kawża C-22/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mll-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Jannar 2019 — Proċeduri kriminali kontra YO

27

2019/C 139/27

Kawża C-23/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Jannar 2019 — Proċeduri kriminali kontra BV P.F. Kamstra Recycling

28

2019/C 139/28

Kawża C-24/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad voor Vergunningsbetwistingen (il-Belġju) fil-15 ta’ Jannar 2019 — A, B, C, D, E vs Gewestelijke stedenbouwkundige ambtenaar van het departement Ruimte Vlaanderen, afdeling Oost-Vlaanderen

29

2019/C 139/29

Kawża C-39/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-23 ta’ Jannar 2019 — Telenor Magyarország Zrt. vs Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Elnöke

31

2019/C 139/30

Kawża C-40/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-23 ta’ Jannar 2019 — EY vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

32

2019/C 139/31

Kawża C-42/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-24 ta’ Jannar 2019 — SONAECOM, SGPS, SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

33

2019/C 139/32

Kawża C-43/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbritral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) (il Portugall) fl 24 ta’ Jannar 2019 – Vodafone Portugal - Communicações Pessoais, SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

34

2019/C 139/33

Kawża C-66/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Saarbrücken (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Jannar 2019 — JC vs Kreissparkasse Saarlouis

35

2019/C 139/34

Kawża C-67/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-30 ta’ Jannar 2019 — KD vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

36

2019/C 139/35

Kawża C-73/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fil-31 ta’ Jannar 2019 — Belgische Staat, irrappreżentat mill-Minister van Werk, Economie en Consumenten, belast met de Buitenlandse Handel, Belgische Staat, irrappreżentat mid-Directeur-Generaal van de Algemene Directie Economische Inspectie, Id-Directeur-Generaal van de Algemene Directie Economische Inspectie vs Movic BV, Events Belgium BV, Leisure Tickets & Activities International BV

36

2019/C 139/36

Kawża C-176/19 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-691/14, Servier et vs Il-Kummissjoni

37

2019/C 139/37

Kawża C-201/19 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2019 minn Servier SAS, Servier Laboratories Ltd, Les Laboratoires Servier SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-691/14, Servier et vs Il-Kummissjoni

39

2019/C 139/38

Kawża C-207/19 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2019 minn Biogaran mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (id-Disa’ Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-677/14, Biogaran vs Il-Kummissjoni

40

 

Il-Qorti Ġenerali

2019/C 139/39

Kawża T-289/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2019 — Hamas vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu — Iffriżar ta’ fondi — Possibbiltà għal awtorità ta’ Stat terz li tiġi kklassifikata bħala awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK — Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-proprjet)

42

2019/C 139/40

Kawża T-69/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Ateknea Solutions Catalonia vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (2002-2006) — Rimbors tal-ispejjeż imħallsa mir-rikorrenti flimkien mal-interessi moratorji — Spejjeż eliġibbli — Responsabbiltà kuntrattwali)

43

2019/C 139/41

Kawża T-414/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Drex Technologies vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-unur u għar-rispett tar-reputazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Preżunzjoni tal-innoċenza — Proporzjonalità)

43

2019/C 139/42

Kawża T-415/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-unur u għar-reputazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proporzjonalità)

44

2019/C 139/43

Kawża T-440/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Souruh vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-unur u għar-reputazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proporzjonalità)

45

2019/C 139/44

Kawża T-865/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2019 — Fútbol Club Barcelona vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali — Rata preferenzjali tat-taxxa fuq id-dħul applikata għall-klabbs awtorizzati jużaw status ta’ entità mingħajr skop ta’ qligħ — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Libertà ta’ stabbiliment — Vantaġġ)

46

2019/C 139/45

Kawża T-169/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2019 — Pethke vs EUIPO (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Assenjazzjoni — Assenjazzjoni mill-ġdid ta’ kap ta’ dipartiment għal pożizzjoni ta’ amministratur prinċipali — Artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Interess tas-servizz — Ekwivalenza ta’ karigi — Diskriminazzjoni abbażi ta’ sess — Proporzjonalità — Rikors għad-danni — Inammissibbiltà — Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża)

46

2019/C 139/46

Kawża T-439/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2019 — Yellow Window vs EIGE (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għall-offerti — Provvista ta’ servizzi għall-implimentazzjoni tal-istudju fuq il-mutilazzjoni ġenitali femminili — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Obbligu ta’ motivazzjoni — Koerenza bejn il-kummentarji u n-nota ċifrata — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

47

2019/C 139/47

Kawża T-450/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2019 — Eurosupport — Fineurop support vs EIGE (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għall-offerti — Provvista ta’ servizzi għall-implimentazzjoni tal-istudju fuq il-mutilazzjoni ġenitali femminili — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Obbligu ta’ motivazzjoni — Koerenza bejn il-kummentarji u n-nota ċifrata — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

48

2019/C 139/48

Kawża T-107/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 27 ta’ Frar 2019 — Aytekin vs EUIPO — Dienne Salotti (Dienne) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Dienne — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti ENNE — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

49

2019/C 139/49

Kawża T-216/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Pozza vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowance tal-espatrijazzjoni — Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Post fejn titwettaq l-attività professjonali prinċipali — Trasferiment interistituzzjonali — Deċiżjoni li ma tingħatax iktar l-allowance tal-espatrijazzjoni — Kompetenza — Aspettattivi leġittimi)

50

2019/C 139/50

Kawża T-263/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2019 — Meblo Trade vs EUIPO — Meblo Int (MEBLO) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MEBLO — Użu ġenwin tat-trade mark — Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Prova tal-użu ġenwin)

50

2019/C 139/51

Kawża T-321/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2019 — Serenity Pharmaceuticals vs EUIPO — Gebro Holding (NOCUVANT) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea NOCUVANT — Trade marks verbali preċedenti NOCUTIL — Prova tal-użu ġenwin — Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebħ tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)

51

2019/C 139/52

Kawża T-459/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Lotte vs EUIPO — Générale Biscuit-Glico France (PEPERO original) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PEPERO original — Trade mark nazzjonali tridimensjonali preċedenti — Forma ta’ gallettina parzjalment miksija biċ-ċikkulata — Dikjarazzjoni ta’ invalidità — Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Trade mark preċedenti kkostitwita mill-forma tal-prodott — Użu bħala trade mark — Assenza ta’ bdil tal-karattru distintiv)

52

2019/C 139/53

Kawża T-870/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 — Miserini Johansson vs BEI (Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Assenza fit-tul u ripetuta minħabba mard jew inċident li ma humiex marbuta max-xogħol — Remunerazzjoni mnaqqsa wara assenza’ tnax-il xahar — Artikolu 33 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-BEI — Proċedura ta’ rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-marda)

53

2019/C 139/54

Kawża T-836/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 — Sports Group Denmark vs EUIPO — K&L (WHISTLER) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

53

2019/C 139/55

Kawża T-25/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 — PAN Europe vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Dokumenti dwar interferenti endokrinali — Irtirar tad-deċiżjoni ta’ rifjut għal aċċess — Żvelar wara l-preżentata ta’ rikors — Tmiem tas-suġġett tat-tilwima — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

54

2019/C 139/56

Kawża T-178/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Ir-Reġjun ta’ Brussell vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva glifosat — Tiġdid ta’ l-inklużjoni fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 — Nuqqas ta’ inċidenza diretta — Inammissibbiltà)

55

2019/C 139/57

Kawża T-375/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Gollnisch vs Il-Parlament (Rikors għal annullament u għad-danni — Dritt istituzzjonali — Parlament Ewropew — Xogħol ta’ delegazzjoni barra mill-Unjoni — Deċiżjoni tal-President tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun — Lista ta’ persuni awtorizzati jipparteċipaw f’laqgħa interparlamentari fil-Ġappun li ma tinkludix isem ir-rikorrent — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Ksur tar-rekwiżiti formali — Inammissibbiltà)

56

2019/C 139/58

Kawża T-401/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 — SFIE-PE vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Dritt istituzzjonali — Strajk tal-interpreti — Miżuri adottati mill-Parlament Ewropew li jordnaw lill-interpreti bi strajk jipprovdu servizzi minimi — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Nuqqas ta’ inċidenza individwali — Inammissibbiltà)

57

2019/C 139/59

Kawża T-460/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — eSlovensko Bratislava vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Kuntratti pubbliċi — Tpaċija ta’ krediti — Tmiem tal-iskop tat-tilwima — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

57

2019/C 139/60

Kawża T-581/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 — ND (*1)  u OE (*1) vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Diskriminazzjoni allegata bejn uffiċjali Ewropej u residenti nazzjonali oħra fir-rigward tal-mod ta’ kalkolu tar-remunarazzjoni netta li tiddetermina t-tariffa ta’ ċerti benefiċċji soċjali — Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali — Għeluq ta’ lment — Nuqqas li jingħata bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Inammissibbiltà)

58

2019/C 139/61

Kawża T-675/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 — Trifolio-M et vs EFSA (Talba għal miżuri provviżorji — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — roċedura ta’ reviżjoni tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva azadirachtin — Ċaħda tat-talba għal trattament kunfidenzjali — Nuqqas ta’ fumus boni juris)

59

2019/C 139/62

Kawża T-55/19: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2019 — Cham Holding u Bena Properties vs Il-Kunsill

60

2019/C 139/63

Kawża T-56/19: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2019 — Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

61

2019/C 139/64

Kawża T-57/19: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2019 — Makhlouf vs Il-Kunsill

61

2019/C 139/65

Kawża T-58/19: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2019 — Othman vs Il-Kunsill

62

2019/C 139/66

Kawża T-59/19: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2019 — Makhlouf vs Il-Kunsill

63

2019/C 139/67

Kawża T-61/19: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2019 — Drex Technologies vs Il-Kunsill

64

2019/C 139/68

Kawża T-62/19: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2019 — Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

65

2019/C 139/69

Kawża T-72/19: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2019 — CRIA u CCCMC vs Il-Kummissjoni

66

2019/C 139/70

Kawża T-84/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (We IntelliGence the World)

67

2019/C 139/71

Kawża T-87/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2019 — Broughton vs Eurojust

68

2019/C 139/72

Kawża T-88/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (currencymachineassistant)

69

2019/C 139/73

Kawża T-89/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (robodealer)

70

2019/C 139/74

Kawża T-90/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (currencyassistant)

72

2019/C 139/75

Kawża T-91/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (tradingcurrencyassistant)

73

2019/C 139/76

Kawża T-92/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (CKPL)

74

2019/C 139/77

Kawża T-93/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl v EUIPO — MasterCard International (AI moneypersonalassistant)

75

2019/C 139/78

Kawża T-94/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (moneyassistant)

76

2019/C 139/79

Kawża T-95/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (AI currencypersonalassistant)

77

2019/C 139/80

Kawża T-96/19: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (CNTX Trading)

78

2019/C 139/81

Kawża T-97/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (Aldealer)

79

2019/C 139/82

Kawża T-98/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl v EUIPO — MasterCard International (CNTX)

81

2019/C 139/83

Kawża T-100/19: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2019 — L. Oliva Torras vs EUIPO — Mecánica del Frío (Apparat ta’ gganċjar għall-vetturi)

82

2019/C 139/84

Kawża T-102/19: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2019 — Garriga Polledo et vs Il-Parlament

83

2019/C 139/85

Kawża T-103/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Mende Omalanga vs Il-Kunsill

84

2019/C 139/86

Kawża T-104/19: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2019 — Dermativa vs EUIPO — Allergan Holdings France (JUVÉDERM)

85

2019/C 139/87

Kawża T-105/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Louis Vuitton Malletier vs EUIPO — Wisniewski (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ta’ chequerboard)

86

2019/C 139/88

Kawża T-107/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — ACRE vs Il-Parlament

87

2019/C 139/89

Kawża T-108/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kerry Luxembourg vs EUIPO — Döhler (TasteSense By Kerry)

90

2019/C 139/90

Kawża T-109/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kerry Luxembourg vs EUIPO — Döhler (TasteSense)

91

2019/C 139/91

Kawża T-110/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kazembe Musonda vs Il-Kunsill

92

2019/C 139/92

Kawża T-111/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Boshab vs Il-Kunsill

92

2019/C 139/93

Kawża T-112/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kibelisa Ngambasai vs Il-Kunsill

93

2019/C 139/94

Kawża T-113/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kampete vs Il-Kunsill

94

2019/C 139/95

Kawża T-115/19: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2019 — Bacardi vs EUIPO — La Fée (ANGEL’S ENVY)

95

2019/C 139/96

Kawża T-116/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kande Mupompa vs Il-Kunsill

96

2019/C 139/97

Kawża T-117/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kahimbi Kasagwe vs Il-Kunsill

96

2019/C 139/98

Kawża T-118/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Amisi Kumba vs Il-Kunsill

97

2019/C 139/99

Kawża T-119/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Mutondo vs Il-Kunsill

98

2019/C 139/100

Kawża T-120/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Numbi vs Il-Kunsill

99

2019/C 139/101

Kawża T-121/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Ruhorimbere vs Il-Kunsill

99

2019/C 139/102

Kawża T-122/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Ramazani Shadary vs Il-Kunsill

100

2019/C 139/103

Kawża T-123/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kanyama vs Il-Kunsill

101

2019/C 139/104

Kawża T-124/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Ilunga Luyoyo vs Il-Kunsill

102

2019/C 139/105

Kawża T-127/19: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2019 — Dyson et vs Il-Kummissjoni

102

2019/C 139/106

Kawża T-130/19: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2019 — Spadafora vs Il-Kummissjoni

104

2019/C 139/107

Kawża T-133/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2019 — Off-White vs EUIPO (OFF-WHITE)

105

2019/C 139/108

Kawża T-139/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2019 — Pilatus Bank vs BĊE

106

2019/C 139/109

Kawża T-144/19: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2019 — Kludi vs EUIPO — Adlon Brand (ADLON)

107

2019/C 139/110

Kawża T-674/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 — Seigneurvs BĊE

108

2019/C 139/111

Kawża T-677/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 — Bowles vs BĊE

108

2019/C 139/112

Kawża T-783/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 — Government of Gibraltar vs Il-Kummissjoni

109


 


MT

 

Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità, xi informazzjoni li tinsab f’din il-ħarġa ma tistax tibqa’ tiġi żvelata, u għalhekk ġiet ippubblikata verżjoni awtentika ġdida.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 139/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 131, 8.4.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 122, 1.4.2019

ĠU C 112, 25.3.2019

ĠU C 103, 18.3.2019

ĠU C 93, 11.3.2019

ĠU C 82, 4.3.2019

ĠU C 72, 25.2.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


GCEU

15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/2


Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

(2019/C 139/02)

Fl-20 ta’ Marzu 2019, il-Konferenza Plenarja tal-Qorti Ġenerali ddeċidiet, wara d-dħul fil-kariga bħala Mħallef ta’ R. Frendo, fuq proposta tal-President ippreżentata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regoli tal-Proċedura, li temenda d-deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Awli u dwar l-assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli tal-21 ta’ Settembru 2016 (1), kif emendata fit-8 ta’ Ġunju 2017 (2), fl-4 ta’ Ottubru 2017 (3) u fil-11 ta’ Ottubru 2018 (4) għall-perijodu mill-20 ta’ Marzu 2019 sal-31 ta’ Awwissu 2019 u li tassenja l-Imħallfin lill-Awli kif ġej:

 

L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

I. Pelikánová, President tal-Awla, V. Valančius, P. Nihoul, J. Svenningsen u U. Öberg, Imħallfin

 

L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

I. Pelikánová, President tal-Awla;

a)

P. Nihoul u J. Svenningsen, Imħallfin;

b)

V. Valančius u U. Öberg, Imħallfin.

 

It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

M. Prek, President tal-Awla, E. Buttigieg, F. Schalin, B. Berke u M. J. Costeira, Imħallfin.

 

It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

M. Prek, President tal-Awla;

a)

F. Schalin u M. J. Costeira, Imħallfin;

b)

E. Buttigieg u B. Berke, Imħallfin.

 

It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

S. Frimodt Nielsen, President tal-Awla, V. Kreuschitz, I. S. Forrester, N. Półtorak u E. Perillo, Imħallfin.

 

It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

S. Frimodt Nielsen, President tal-Awla;

a)

I. S. Forrester u E. Perillo, Imħallfin;

b)

V. Kreuschitz u N. Półtorak, Imħallfin.

 

Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

H. Kanninen, President tal-Awla, J. Schwarcz, C. Iliopoulos, L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín u I. Reine, Imħallfin.

 

Ir-Raba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

H. Kanninen, President tal-Awla;

a)

J. Schwarcz u C. Iliopoulos, Imħallfin;

b)

L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín u I. Reine, Imħallfin.

 

Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

D. Gratsias, President tal-Awla, I. Labucka, A. Dittrich, I. Ulloa Rubio u R. Frendo, Imħallfin.

 

Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

D. Gratsias, President tal-Awla;

a)

A. Dittrich u R. Frendo, Imħallfin;

b)

I. Labucka u I. Ulloa Rubio, Imħallfin.

 

Is-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

G. Berardis, President tal-Awla, S. S. Papasavvas, D. Spielmann, Z. Csehi u O. Spineanu-Matei, Imħallfin.

 

Is-Sitt Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

G. Berardis, President tal-Awla;

a)

S. S. Papasavvas u O. Spineanu-Matei, Imħallfin;

b)

D. Spielmann u Z. Csehi, Imħallfin.

 

Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

V. Tomljenović, President tal-Awla, E. Bieliūnas, A. Marcoulli, J. Passer u A. Kornezov, Imħallfin.

 

Is-Seba Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

V. Tomljenović, President tal-Awla;

a)

E. Bieliūnas u A. Kornezov, Imħallfin;

b)

E. Bieliūnas u A. Marcoulli, Imħallfin;

c)

A. Marcoulli u A. Kornezov, Imħallfin.

 

It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

A. Collins, President tal-Awla, M. Kancheva, R. Barents, J. Passer u G. De Baere, Imħallfin.

 

It-Tmien Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

A. Collins, President tal-Awla;

a)

R. Barents u J. Passer, Imħallfin;

b)

M. Kancheva u G. De Baere, Imħallfin.

 

Id-Disa’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

S. Gervasoni, President tal-Awla, L. Madise, R. da Silva Passos, K. Kowalik-Bańczyk u C. Mac Eochaidh, Imħallfin.

 

Id-Disa’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

S. Gervasoni, President tal-Awla;

a)

L. Madise u R. da Silva Passos, Imħallfin;

b)

K. Kowalik-Bańczyk u C. Mac Eochaidh, Imħallfin.


(1)  ĠU 2016, C 392, p. 2.

(2)  ĠU 2017, C 213, p. 2.

(3)  ĠU 2017, C 382, p. 2.

(4)  ĠU 2018, C 408, p. 2.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

CDJ

15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret, Vestre Landsret — id-Danimarka) — N Luxembourg 1 (C-115/16), X Denmark A/S (C-118/16), C Danmark I (C-119/16), Z Denmark ApS (C-299/16) vs Skatteministeriet

(Kawżi Magħquda C-115/16, C-118/16, C-119/16 u C-299/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall pagamenti ta’ mgħax u ta’ royalties bejn kumpanniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti - Direttiva 2003/49/KE - Sid benefiċjarju tal-imgħax u tar-royalties - Artikolu 5 - Abbuż ta’ dritt - Kumpannija stabbilita fi Stat Membru u li tħallas imgħax lil kumpannija assoċjata stabbilita fi Stat Membru ieħor li sussegwentement jiġu ttrasferiti, totalment jew kważi totalment, barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea - Sussidjarja suġġetta għall-obbligu li tiġbor it-taxxa f’ras il-għajn fuq l-imgħax)

(2019/C 139/03)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qrati tar-rinviju

Østre Landsret, Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: N Luxembourg 1 (C-115/16), X Denmark A/S (C-118/16), C Danmark I (C-119/16), Z Denmark ApS (C-299/16)

Konvenut: Skatteministeriet

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi C-115/16, C-118/16, C-119/16 u C-299/16 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties bejn kumpanniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti, moqri flimkien mal-Artikolu 1(4) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni minn kull tassazzjoni fuq pagamenti ta’ mgħax li huwa jipprevedi hija rriżervata biss għas-sidien benefiċjarji ta’ tali mgħax, jiġifieri għall-entitajiet li jibbenefikaw realment minn dan l-imgħax fuq livell ekonomiku u li għalhekk għandhom is-setgħa li jiddeċiedu b’mod liberu xi jsir minn dan l-imgħax.

Il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jgħid li l-individwi ma jistgħux, b’mod frawdolenti jew abbużiv, jinvokaw normi tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-benefiċċju tal-eżenzjoni minn kull tassazzjoni fuq pagamenti ta’ mgħax previst fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2003/49 għandu, meta jkun hemm prattika frawdolenti jew abbużiva, jiġi rrifjutat lil persuna taxxabbli mill-awtoritajiet u mill-qrati nazzjonali, anki fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali jew ta’ konvenzjoni li jipprevedu tali rifjut.

3)

Il-prova ta’ prattika abbużiva teħtieġ, minn naħa, għadd sħiħ ta’ ċirkustanzi oġġettivi li minnhom jirriżulta li, minkejja osservanza formali tar-rekwiżiti previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-għan imfittex minn din il-leġiżlazzjoni ma ntlaħaqx u, min-naħa l-oħra, element suġġettiv li jikkonsisti fir-rieda li jinkiseb vantaġġ li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni billi jinħolqu artifiċjalment il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-ksib tiegħu. Il-kunsiderazzjoni flimkien ta’ għadd ta’ indizji tista’ tikkonferma l-eżistenza ta’ abbuż ta’ dritt, sakemm dawn l-indizji huma oġġettivi u konkordanti. Tali indizji jistgħu jkunu, b’mod partikolari, l-eżistenza ta’ kumpanniji conduit li ma għandhomx ġustifikazzjoni ekonomika u n-natura purament formali tal-istruttura tal-grupp ta’ kumpanniji, tal-arranġament finanzjarju u tas-self. Il-fatt li l-Istat Membru li minnu joriġina l-imgħax ikkonkluda konvenzjoni mal-Istat terz fejn hija residenti l-kumpannija li hija s-sid benefiċjarju ta’ dan l-imgħax ma għandu l-ebda effett fuq l-eventwali konstatazzjoni ta’ abbuż ta’ dritt.

4)

Sabiex tirrifjuta li tirrikonoxxi lil kumpannija l-kwalità ta’ sid benefiċjarju tal-imgħax, jew sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ abbuż ta’ dritt, awtorità nazzjonali ma hijiex obbligata li tidentifika l-entità jew l-entitajiet li hija tqis li huma s-sidien benefiċjarji ta’ dan l-imgħax.

5)

L-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2003/49 għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija in akkomandita b’azzjonijiet (SCA) awtorizzata bħala kumpannija ta’ investiment f’kapital b’riskju (SICAR) taħt id-dritt Lussemburgiż ma tistax tiġi kklassifikata bħala “kumpannija ta’ Stat Membru”, fis-sens tal-imsemmija direttiva, li tista’ tibbenefika mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva jekk, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, l-imgħax irċevut mill-imsemmija SICAR, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma eżenti mit-taxxa fuq id-dħul tal-kollettivitajiet fil-Lussemburgu.

6)

F’sitwazzjoni fejn is-sistema, prevista fid-Direttiva 2003/49, ta’ eżenzjoni tat-taxxa f’ras il-għajn fuq l-imgħax imħallas minn kumpannija residenti ta’ Stat Membru lil kumpannija residenti fi Stat Membru ieħor ma hijiex applikabbli minħabba l-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ frodi jew ta’ abbuż, fis-sens tal-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, l-applikazzjoni tal-libertajiet sanċiti fit-TFUE ma tistax tiġi invokata sabiex tiġi kkontestata l-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru li tirregola l-intaxxar ta’ dan l-imgħax.

Jekk tali sitwazzjoni ma tiġix ikkonstatata, l-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li kumpannija residenti li tħallas imgħax lil kumpannija mhux residenti hija obbligata li tiġbor it-taxxa f’ras il-għajn fuq dan l-imgħax filwaqt li tali obbligu ma huwiex impost fuq din il-kumpannija residenti meta l-kumpannija li tirċievi l-imgħax hija wkoll kumpannija residenti. Dan l-artikolu madankollu jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi tali taxxa f’ras il-għajn fil-każ ta’ ħlas ta’ mgħax minn kumpannija residenti lil kumpannija mhux residenti meta kumpannija residenti li tirċievi mgħax mingħand kumpannija oħra residenti ma hijiex suġġetta għall-obbligu li twettaq ħlas bil-quddiem abbażi tat-taxxa fuq il-kumpanniji fl-ewwel sentejn fiskali u għalhekk hija obbligata li tħallas din it-taxxa fir-rigward ta’ dan l-imgħax biss f’data kunsiderevolment iktar tard minn dik ta’ din it-taxxa f’ras il-għajn.

jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi, fuq il-kumpannija residenti li għandha l-obbligu li tiġbor it-taxxa f’ras il-għajn fuq l-imgħax imħallas minnha lil kumpannija mhux residenti, l-obbligu, fil-każ ta’ ħlas tardiv ta’ din it-taxxa, li tħallas interessi moratorji b’rata ogħla minn dik li tapplika fil-każ ta’ ħlas tardiv tat-taxxa fuq il-kumpanniji imposta, b’mod partikolari, fuq l-imgħax irċevut minn kumpannija residenti mingħand kumpannija residenti oħra;

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, meta kumpannija residenti hija suġġetta għal obbligu ta’ ġbir tat-taxxa f’ras il-għajn fuq l-imgħax li tħallas lil kumpannija mhux residenti, ma jittiħdux inkunsiderazzjoni l-ispejjeż fil-forma ta’ interessi, direttament marbuta mal-attività ta’ self inkwistjoni, li din l-aħħar kumpannija sostniet, filwaqt li, skont din il-leġiżlazzjoni nazzjonali, tali spejjeż jistgħu jitnaqqsu minn kumpannija residenti li tirċievi mgħax minn kumpannija oħra residenti sabiex jiġi stabbilit id-dħul taxxabbli tagħha.


(1)  ĠU C 270, 25.07.2016

ĠU C 279, 01.08.2016


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret — id-Danimarka) — Skatteministeriet vs T Danmark (C-116/16), Y Denmark Aps (C-117/16)

(Kawżi magħquda C-116/16 u C-117/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Sistema fiskali komuni applikabbli għall-kumpanniji omm u kumpanniji sussidjarji ta’ Stati Membri differenti - Direttiva 90/435/KEE - Eżenzjoni tal-profitti mqassma minn kumpanniji ta’ Stat Membru lil kumpanniji ta’ Stat Membru ieħor - Sid benefiċjarju tal-profitti mqassma - Abbuż ta’ dritt - Kumpannija stabbilita fi Stat Membru u li tħallas lill-kumpannija assoċjata stabbilita fi Stat Membru ieħor dividendi li sussegwentement jiġu, totalment jew kważi totalment, ittrasferiti barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea - Sussidjarja suġġetta għall-obbligu li tiġbor t-taxxa f’ras il-għajn fuq il-profitti)

(2019/C 139/04)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skatteministeriet

Konvenuti: T Danmark (C-116/16), Y Denmark Aps (C-117/16)

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi C-116/16 u C-117/16 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jgħid li l-individwi ma jistgħux, b’mod frawdolenti jew abbużiv, jinvokaw normi tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-benefiċċju tal-eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn fuq profitti ddistribwiti minn sussidjarja lill-kumpannija omm tagħha, previst fl-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/123/KE tat-22 ta’ Diċembru 2003, għandu, meta jkun hemm prattika frawdolenti jew abbużiva, jiġi rrifjutat lil persuna taxxabbli mill-awtoritajiet u mill-qrati nazzjonali, anki fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali jew ta’ konvenzjoni li jipprevedu tali rifjut.

3)

Il-prova ta’ prattika abbużiva teħtieġ, minn naħa, għadd sħiħ ta’ ċirkustanzi oġġettivi li minnhom jirriżulta li, minkejja osservanza formali tar-rekwiżiti previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-għan imfittex minn din il-leġiżlazzjoni ma ntlaħaqx u, min-naħa l-oħra, element suġġettiv li jikkonsisti fir-rieda li jinkiseb vantaġġ li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni billi jinħolqu artifiċjalment il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-ksib tiegħu. Il-preżenza ta’ għadd ta’ indizji tista’ tikkonferma l-eżistenza ta’ abbuż ta’ dritt, sakemm dawn l-indizji jkunu oġġettivi u konkordanti. Tali indizji jistgħu jkunu, b’mod partikolari, l-eżistenza ta’ kumpanniji conduit li ma għandhomx ġustifikazzjoni ekonomika u n-natura purament formali tal-istruttura tal-grupp ta’ kumpanniji, tal-arranġament finanzjarju u tas-self.

4)

Sabiex tirrifjuta li tirrikonoxxi lil kumpannija l-kwalità ta’ sid benefiċjarju tad-dividendi, jew sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ abbuż ta’ dritt, awtorità nazzjonali ma hijiex obbligata li tidentifika l-entità jew l-entitajiet li hija tqis li huma s-sidien benefiċjarji ta’ dawn id-dividendi.

5)

F’sitwazzjoni fejn is-sistema, prevista fid-Direttiva 90/435, kif emendata bid-Direttiva 2003/123, ta’ eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn fuq id-dividendi mħallsa minn kumpannija residenti ta’ Stat Membru lil kumpannija residenti fi Stat Membru ieħor ma hijiex applikabbli minħabba l-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ frodi jew ta’ abbuż, fis-sens tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, l-applikazzjoni tal-libertajiet sanċiti fit-Trattat FUE ma tistax tiġi invokata sabiex tiġi kkontestata l-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru li tirregola l-intaxxar ta’ dawn id-dividendi.


(1)  ĠU C 270, 25.07.2016


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Growth Energy, Renewable Fuels Association, Il-Kummissjoni Ewropea, ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol

(Kawża C-465/16 P) (1)

(Appell - Dumping - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 157/2013 - Importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika - Dazju antidumping definittiv - Marġni ta’ dumping stabbilit fuq skala nazzjonali - Rikors għal annullament - Assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw produtturi mhux esportaturi u operaturi tas-suq/blenders - Locus standi - Inċidenza diretta - Inċidenza individwali)

(2019/C 139/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assistita minn N. Tuominen, avocată)

Partijiet oħra fil-proċedura: Growth Energy, Renewable Fuels Association (rappreżentanti: P. Vander Schueren, advocaat, assistita minn N. Mizulin u M. Peristeraki, avocats), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u M. França, aġenti), ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol (rappreżentanti: O. Prost u A. Massot, avocats)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Ġunju 2016, Growth Energy u Renewable Fuels Association vs Il-Kunsill (T-276/13, EU:T:2016:340), hija annullata, ħlief sa fejn ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn Growth Energy u minn Renewable Fuels Association individwalment bħala partijiet ikkonċernati fil-proċedura.

2)

Ir-rikors għal annullament ta’ Growth Energy u ta’ Renewable Fuels Association huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn huma ppreżentaw dan ir-rikors fil-kwalità tagħhom ta’ rappreżentanti tal-interessi tal-produtturi Amerikani tal-bijoetanol fil-kampjun.

3)

Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi dwar ir-rikors għal annullament ta’ Growth Energy u ta’ Renewable Fuels Association sa fejn dawn ippreżentaw dan ir-rikors fil-kwalità tagħhom ta’ rappreżentanti tal-interessi tal-operaturi tas-suq/blenders Murex u CHS.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 402, 31.10.2016.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Marquis Energy LLC, Il-Kummissjoni Ewropea, ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol

(Kawża C-466/16 P) (1)

(Appell - Dumping - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 157/2013 - Importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika - Dazju antidumping definittiv - Marġni ta’ dumping stabbilit fuq skala nazzjonali - Rikors għal annullament - Produttur mhux esportatur - Locus standi - Inċidenza diretta)

(2019/C 139/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assistita minn N. Tuominen, avocată)

Partijiet oħra fil-proċedura: Marquis Energy LLC (rappreżentanti: P. Vander Schueren, advocaat, assistita minn N. Mizulin u M. Peristeraki, avocats), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u M. França, aġenti), ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol (rappreżentanti: O. Prost u A. Massot, avocats)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Ġunju 2016, Marquis Energy vs Il-Kunsill (T-277/13, mhux ippubblikata, EU:T:2016:343), hija annullata.

2)

Ir-rikors għal annullament ippreżentat minn Marquis Energy LLC huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Marquis Energy LLC hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll mal-proċedura tal-appell.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kemm fil-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll fil-proċedura tal-appell.


(1)  ĠU C 402, 31.10.2016.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — X-GmbH vs Finanzamt Stuttgart — Körperschaften

(Kawża C-135/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi - Klawżola ta’ standstill - Leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru li tirrigwarda kumpanniji intermedjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi - Emenda ta’ din il-leġiżlazzjoni, segwita bl-introduzzjoni mill-ġdid tal-leġiżlazzjoni preċedenti - Dħul ta’ kumpannija stabbilita f’pajjiż terz li joriġina miż-żamma ta’ krediti ma’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru - Inklużjoni ta’ tali dħul fil-bażi taxxabbli ta’ persuna taxxabbli li għandha r-residenza fiskali tagħha fi Stat Membru - Restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital - Ġustifikazzjoni)

(2019/C 139/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X-GmbH

Konvenut: Finanzamt Stuttgart — Körperschaften

Dispożittiv

1)

Il-klawżola ta’ standstill, prevista fl-Artikolu 64(1) TFUE, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Artikolu 63(1) TFUE ma jippreġudikax l-applikazzjoni ta’ restrizzjoni għall-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi li jinvolvi investimenti diretti, li essenzjalment kienet teżisti fil-31 ta’ Diċembru 1993 skont leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, minkejja li l-portata ta’ din ir-restrizzjoni kienet ġiet estiża, wara din id-data, għall-ishma li ma jinvolvux investiment dirett.

2)

Il-klawżola ta’ standstill, prevista fl-Artikolu 64(1) TFUE, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-projbizzjoni li tinsab fl-Artikolu 63(1) TFUE tapplika għal restrizzjoni għall-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi li jinvolvi investimenti diretti, meta l-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li minnha tirriżulta din ir-restrizzjoni kienet ġiet, wara l-31 ta’ Diċembru 1993, emendata sostanzjalment minħabba l-adozzjoni ta’ liġi li daħlet fis-seħħ, iżda li ġiet issostitwita, anki qabel ma ġiet applikata fil-prattika, b’leġiżlazzjoni essenzjalment identika għal dik applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 1993, sakemm l-applikabbiltà ta’ din il-liġi ma ġietx iddiferita skont il-liġi nazzjonali, b’mod li, minkejja d-dħul fis-seħħ tagħha, din ma kinitx applikabbli għall-moviment tal-kapital transkonfinali msemmi fl-Artikolu 64(1) TFUE, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

3)

L-Artikolu 63(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, li abbażi tagħha d-dħul magħmul minn kumpannija stabbilita f’pajjiż terz li ma joriġinax minn attività stess ta’ din il-kumpannija, bħal dak ikklassifikat bħala “dħul intermedjarju li għandu n-natura ta’ kapital investit”, fis-sens ta’ din il-leġiżlazzjoni, huwa inkluż, pro rata mas-sehem miżmum, fil-bażi fiskali ta’ persuna taxxabbli residenti f’dan l-Istat Membru, meta din il-persuna taxxabbli jkollha sehem ta’ mill-inqas 1 % f’din il-kumpannija u meta dan id-dħul huwa suġġett, f’dan il-pajjiż terz, għal livell ta’ tassazzjoni iktar baxx minn dak eżistenti fl-Istat Membru kkonċernat, sakemm ma jeżistix kuntest legali li jipprevedi, b’mod partikolari, obbligi konvenzjonali ta’ natura li jawtorizzaw lill-awtoritajiet fiskali nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru jivverifikaw, jekk ikun il-każ, il-veraċità tal-informazzjoni li tirrigwarda lil din l-istess kumpannija pprovduta sabiex jintwera li s-sehem ta’ din il-persuna taxxabbli f’din tal-aħħar ma jirriżultax minn arranġament artifiċjali.


(1)  ĠU C 221, 10.7.2017.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen — L-Isvezja) — Konkurrensverket vs SJ AB

(Kawża C-388/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti fis-setturi tat-trasport - Direttiva 2004/17/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 5 - Attivitajiet marbuta mal-provvista jew mal-operat ta’ netwerks maħsuba sabiex jiġi pprovdut servizz lill-pubbliku fil-qasam tat-trasport ferrovjarju - Għoti, minn impriża ferrovjarja nazzjonali pubblika li tipprovdi servizzi ta’ trasport, ta’ kuntratti għal servizzi ta’ tindif tal-ferroviji li jappartjenu lill-imsemmija kumpannija - Assenza ta’ pubblikazzjoni minn qabel)

(2019/C 139/08)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Konkurrensverket

Konvenuta: SJ AB

Dispożittiv

1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm netwerk ta’ servizzi ta’ trasport bil-ferrovija, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta s-servizzi ta’ trasport jiġu pprovduti, b’applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fuq infrastruttura ferrovjarja amministrata minn awtorità nazzjonali li talloka l-kapaċitajiet ta’ din l-infrastruttura, anki jekk din tkun marbuta tissodisfa l-applikazzjonijiet tal-impriżi ferrovjarji sakemm il-limiti ta’ dawn il-kapaċitajiet ma jkunux intlaħqu.

2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attività eżerċitata minn impriża ferrovjarja, li tikkonsisti fil-provvista ta’ servizzi ta’ trasport lill-pubbliku bl-eżerċizzju ta’ dritt ta’ użu tan-netwerk ferrovjarju, tikkostitwixxi “operat ta’ netwerks” għall-finijiet ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 293, 4.9.17.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d’appel de Versailles — Franza) — Oeuvre d’assistance aux bêtes d’abattoirs (OABA) vs Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation, Bionoor, Ecocert France, Institut national de l’origine et de la qualité (INAO)

(Kawża C-497/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 13 TFUE - Benesseri tal-annimali - Regolament (KE) Nru 1099/2009 - Protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla - Metodi partikolari ta’ qatla preskritti minn riti reliġjużi - Regolament (KE) Nru 834/2007 - Artikolu 3 u Artikolu 14(1)(b)(viii) - Kompatibbiltà mal-produzzjoni organika - Regolament (KE) Nru 889/2008 - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 - Logo ta’ produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea)

(2019/C 139/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Versailles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Oeuvre d’assistance aux bêtes d’abattoirs (OABA)

Konvenuti: Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation, Bionoor, Ecocert France, Institut national de l’origine et de la qualité (INAO)

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2029/91, b’mod partikolari l-Artikolu 3 u l-Artikolu 14(1)(b)(viii) tiegħu, moqri fid-dawl tal-Artikolu 13 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jawtorizzax it-twaħħil tal-logo organiku tal-Unjoni Ewropea, stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008, tal-5 ta’ Settembru 2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 834/2007, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 271/2010, tal-24 ta’ Marzu 2010, fuq prodotti dderivati minn annimali li kienu s-suġġett ta’ qatla bil-forma ritwali mingħajr sturdament minn qabel, fil-kundizzjonijiet stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla, b’mod partikolari mill-Artikolu 4(4) tiegħu.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 — Groupe Léa Nature vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Debonair Trading Internacional Lda

(Kawża C-505/17 P) (1)

(Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (CE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) u (5) - Trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “SO’BiO ētic” - Trade marks verbali u figurattivi Komunitarji u nazzjonali li jinkludu l-element verbali “SO… ?” - Oppożizzjoni mill-proprjetarju - Rifjut ta’ reġistrazzjoni)

(2019/C 139/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Groupe Léa Nature (rappreżentant: E. Baud, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: K. Markakis u D. Botis, aġenti), Debonair Trading Internacional Lda (rappreżentant: T. Alkin, Barrister)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Groupe Léa Nature SA hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Debonair Trading Internacional Lda u mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 437, 18.12.2017.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Associação Peço a Palavra et vs Conselho de Ministros

(Kawża C-563/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Regolament (KE) Nru 1008/2008 - Kumpannija ta’ trasport bl-ajru - Proċedura ta’ riprivatizzazzjoni - Bejgħ ta’ ishma rappreżentattivi li jammontaw għal-61 % tal-kapital azzjonarju - Kundizzjonijiet - Obbligu ta’ żamma tas-sede u tal-amministrazzjoni effettiva fi Stat Membru - Obbligi ta’ servizz pubbliku - Obbligu ta’ żamma u ta’ żvilupp ta’ ċentru operattiv (hub) nazzjonali eżistenti)

(2019/C 139/11)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Associação Peço a Palavra, João Carlos Constantino Pereira Osório, Maria Clara Marques Pires Sarmento Franco, Sofia da Silva Santos Arauz, Maria João Galhardas Fitas

Konvenut: Conselho de Ministros

fil-preżenza ta’: Parpública — Participações Públicas SGPS SA, TAP — Transportes Aéreos Portugueses SGPS SA,

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija irrilevanti għall-finijiet tal-eżami tal-konformità mad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti rekwiżiti dwar l-attivitajiet imwettqa minn kumpannija ta’ trasport bl-ajru, imposti fuq l-entità takkwista sehem azzjonarju kwalifikanti fil-kapital azzjonarju ta’ din il-kumpannija, u b’mod partikolari r-rekwiżit li din hija obbligata li teżegwixxi obbligi ta’ servizz pubbliku u li jinżamm u jiġi żviluppat ċentru operattiv (hub) nazzjonali ta’ din il-kumpannija.

2)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt li jirregolaw il-kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta l-proċedura tar-riprivatizzazzjoni ta’ kumpanija tat-trasport bl-ajru, jissemmew:

rekwiżit li jimponi fuq l-entità li takkwista s-sehem u li hija suġġetta għall-imsemmija proċedura tar-riprivatizzazzjoni, li jkollha l-kapaċità li twettaq l-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq din il-kumpannija tat-trasport bl-ajru, u

rekwiżit li jimponi fuq l-imsemmija entità li takkwista li żżomm is-sede u l-post tal-amministrazzjoni effettiva ta’ din il-kumpannija tat-trasport bl-ajru fl-Istat Membru kkonċernat, peress li t-trasferiment tal-uffiċċju prinċipali tal-kumpannija barra dak l-Istat Membru, li jwassal għal telf ta’ drittijiet tat-traffiku li jagħtuha t-trattati bilaterali konklużi bejn dak l-Istat Membru u pajjiżi terzi li magħhom għandha rabtiet storiċi, kulturali u soċjali speċifiċi, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, f’dawn l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, jissemma rekwiżit, għall-entità li takkwista dan is-sehem, li tiggarantixxi ż-żamma u l-iżvilupp ta’ ċentru operattiv (hub) nazzjonali eżistenti.


(1)  ĠU C 424, 11.12.2017.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — il-Litwanja) — “Bene Factum” UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-567/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dispożizzjonijiet fiskali - Dazji tas-sisa - Direttiva 92/83/KEE - Artikolu 27(1)(b) - Eżenzjonijiet - Kunċett ta’ “prodotti mhux intiżi għall-konsum mill-bniedem” - Kriterji ta’ evalwazzjoni)

(2019/C 139/12)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “Bene Factum”

Konvenut: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-alkoħol etiliku żnaturat konformement mar-rekwiżiti ta’ Stat Membru li jinsab fi prodotti kożmetiċi jew fi prodotti tal-iġjene tal-ħalq li, minkejja li bħala tali ma humiex intiżi għall-konsum mill-bniedem, huma madankollu kkonsmati bħala xarbiet alkoħoliċi minn ċerti persuni.

2)

L-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva 92/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-alkoħol etiliku żnaturat konformement mar-rekwiżiti ta’ Stat Membru li jinsab fi prodotti kożmetiċi jew fi prodotti tal-iġjene tal-ħalq li, minkejja li bħala tali ma humiex intiżi għall-konsum mill-bniedem, huma madankollu kkonsmati bħala xarbiet alkoħoliċi minn ċerti persuni, f’sitwazzjoni fejn il-persuna li timporta dawn il-prodotti minn Stat Membru, sabiex jiġu ddistribwiti fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni minn persuni oħra lil konsumaturi finali, filwaqt li tkun taf li huma kkonsmati wkoll bħala xarbiet alkoħoliċi, tordna l-manifattura u l-ittikkettjar tagħhom filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni dan il-fatt bil-għan li tbigħ iktar minnhom.


(1)  ĠU C 402, 27.11.2017.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeits- und Sozialgericht Wien — l-Awstrija) — BUAK Bauarbeiter-Urlaubs- u. Abfertigungskasse vs Gradbeništvo Korana d.o.o.

(Kawża C-579/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 1(1) - Kamp ta’ applikazzjoni - Materji ċivili u kummerċjali - Artikolu 1(2) - Materji esklużi - Sigurtà soċjali - Artikolu 53 - Applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat li juri li d-deċiżjoni mogħtija mill-qorti tal-oriġini hija eżekuttiva - Sentenza li tikkonċerna pretensjoni kkostitwita minn kontribuzzjonijiet għall-kumpens ta’ leave imħallas miżmuma minn korp tas-sigurtà soċjali kontra persuna li timpjega abbażi tal-kollokament ta’ ħaddiema - Eżerċizzju mill-qorti adita minn attività ġudizzjarja)

(2019/C 139/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeits- und Sozialgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BUAK Bauarbeiter-Urlaubs- u. Abfertigungskasse

Konvenut: Gradbeništvo Korana d.o.o.

Dispożittiv

L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni intiża biex jinkiseb il-ħlas ta’ pretensjoni li tikkonsisti minn kontribuzzjonijiet għal kumpens ta’ leave imħallas, miżmuma minn korp kollettiv tad-dritt pubbliku kontra persuna li timpjega, minħabba l-kollokazzjoni, fi Stat Membru, ta’ ħaddiema li ma għandhomx il-post tax-xogħol abitwali tagħhom hemm, jew fil-kuntest tat-tqegħid għad-dispożizzjoni, f’dan l-Istat Membru, ta’ ħaddiema, jew kontra persuna li timpjega li għandha s-sede tagħha barra mit-territorju tal-Istat Membru msemmi fil-konfront tal-impjieg ta’ ħaddiema li għandhom il-post tax-xogħol abitwali tagħhom fl-istess Stat Membru, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bil-kundizzjoni li l-modalitajiet ta’ eżerċizzju ta’ tali azzjoni ma jidderogawx mir-regoli tad-dritt komuni u, b’mod partikolari, ma jeskludux il-possibbiltà għall-qorti adita li tistħarreġ il-fondatezza tad-data li fuqha hija bbażata l-konstatazzjoni tal-pretensjoni msemmija, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 424, 11.12.2017.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg — il-Ġermanja) — Martin Wächtler vs Finanzamt Konstanz

(Kawża C-581/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni - Trasferiment tal-post tad-domiċilju ta’ persuna fiżika minn Stat Membru lejn l-Isvizzera - Tassazzjoni tal-apprezzamenti latenti fil-valur relatati mal-ishma ta’ kumpannija - Tassazzjoni diretta - Moviment liberu tal-persuni li jaħdmu għal rashom - Ugwaljanza fit-trattament)

(2019/C 139/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Martin Wächtler

Konvenuta: Finanzamt Konstanz

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sistema fiskali ta’ Stat Membru, li, f’sitwazzjoni fejn ċittadin ta’ Stat Membru, persuna fiżika, li jeżerċita attività ekonomika fit-territorju tal-Konfederazzjoni Svizzera, jittrasferixxi d-domiċilju tiegħu mill-Istat Membru li s-sistema fiskali tiegħu hija inkwistjoni lejn l-Isvizzera, tipprevedi l-irkupru, fil-mument ta’ dan it-trasferiment, tat-taxxa dovuta fuq l-apprezzamenti latenti fil-valur relatati ma’ ishma miżmuma minn dan iċ-ċittadin, filwaqt li, fil-każ ta’ żamma tad-domiċilju fl-istess Stat Membru, l-irkupru tat-taxxa jseħħ biss fil-mument li fih l-apprezzamenti fil-valur jiġu rrealizzati, jiġifieri maċ-ċessjoni tal-ishma kkonċernati.


(1)  ĠU C 13, 15.1.2018.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Frar 2019 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-670/17 P) (1)

(Appell - Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) - Taqsima “Gwida” - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Regolament (KE) Nru 1260/1999 - Programm Operattiv - Korrezzjonijiet finanzjarji - Artikolu 39 - Bażi legali - Dispożizzjonijiet tranżitorji)

(2019/C 139/15)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, A. Vasilopoulou u I. Pachi, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u J. Aquilina, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Settembru 2017, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (T-327/15, mhux ippubblikata, EU:T:2017:631), hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 1936 finali tal-25 ta’ Marzu 2015 dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fl-għajnuna tal-FAEGG, Taqsima “Gwida”, mogħtija fil-programm operattiv CCI 2000GR061PO021 (Greċja — Objettiv 1 — Rikostruzzjoni rurali), hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tar-Repubblika Ellenika, relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest tal-appell.


(1)  ĠU C 42, 5.2.2018


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Karlsruhe — il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra Detlef Meyn

(Kawża C-9/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Direttiva 2006/126/KE - Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan - Rifjut ta’ rikonoxximent ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor - Dritt ta’ sewqan stabbilit abbażi ta’ liċenzja tas-sewqan)

(2019/C 139/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Karlsruhe

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Detlef Meyn

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru jirrifjuta li jirrikonoxxi liċenzja tas-sewqan, li d-detentur tagħha jkollu r-residenza normali tiegħu fit-territorju tiegħu, li tkun inħarġet minn Stat Membru ieħor, mingħajr eżami tal-kapaċità, abbażi ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor, li din stess kienet inħarġet minħabba l-iskambju ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat terz.


(1)  ĠU C 134, 16.04.2018.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 — Alfamicro — Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-14/18 P) (1)

(Appell - Klawżola ta’ arbitraġġ - Artikolu 272 TFUE - Kunċett ta’ “azzjoni dikjaratorja” - Artikolu 263 TFUE - Kunċett ta’ “deċiżjoni amministrattiva” - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) (2007 sa 2013) - Rapporti ta’ awditu li kkonstataw in-natura ineliġibbli ta’ ċerti spejjeż iddikjarati)

(2019/C 139/17)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Alfamicro — Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda. (rappreżentanti: G. Gentil Anastácio u D. Pirra Xarepe, advogados)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u M. M. Farrajota, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Alfamicro — Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda hija kkundannata għall ispejjeż.


(1)  ĠU C 72, 26.2.2018.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2019 — Ilmārs Rimšēvičs (C-202/18), Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (C-238/18) vs Ir-Repubblika tal-Latvja

(Kawżi magħquda C-202/18 u C-238/18) (1)

(Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali - Rikors ibbażat fuq ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew - Deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali li tissospendi lill-gvernatur tal-bank ċentrali nazzjonali mill-funzjonijiet tiegħu)

(2019/C 139/18)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Partijiet

Rikorrent: Ilmārs Rimšēvičs (rappreżentanti: S. Vārpiņš, M. Kvēps, I. Pazare, advokāti) (C-202/18), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: C. Zilioli u K. Kaiser kif ukoll C. Kroppenstedt, aġenti, assistiti minn D. Sarmiento Ramírez-Escudero, abogado, u minn V. Čuske-Jurjeva, advokāte (C-238/18)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: I. Kucina u J. Davidoviča, aġenti)

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi C-202/18 u C-238/18 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Id-deċiżjoni tal-Korupcijas novēršanas un apkarošanas birojs (l-Uffiċċju għall-Prevenzjoni u għall-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni, il-Latvja), tad-19 ta’ Frar 2018, hija annullata sa fejn hija tipprojbixxi lil Ilmārs Rimšēvičs milli jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali tal-Latvja.

3)

Ir-Repubblika tal-Latvja hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Manuel Jorge Sequeira Mesquita vs Fazenda Pública

(Kawża C-278/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Eżenzjoni - Artikolu 13B(b) - Kiri u lokazzjoni ta’ proprjetajiet immobbli - Kunċett - Kuntratt ta’ ċessjoni tal-attività agrikola ta’ art rurali miksija bid-dwieli)

(2019/C 139/19)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Manuel Jorge Sequeira Mesquita

Konvenuta: Fazenda Pública

Dispożittiv

L-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud għall-kiri u l-lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli previst f’din id-dispożizzjoni tapplika għal kuntratt ta’ ċessjoni tal-attività agrikola ta’ art rurali miksija bid-dwieli lil kumpannija li teżerċita attività fis-settur tal-vitikultura, konkluż għal perijodu ta’ sena, li jiġġedded awtomatikament, li għandu bħala kontroparti qbiela li titħallas fit-tmiem ta’ kull perijodu annwali.


(1)  ĠU C 259, 23.7.2018


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/20


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2018 — Il-Kummissjoni Ewropea vs l-Ungerija

(Kawża C-771/18)

(2019/C 139/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Konvenuta: l-Ungerija

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (1), u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (2), billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-ispejjeż effettivament sostnuti mill-operaturi tan-netwerk;

tikkonstata li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 37(17) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (3), u l-Artikolu 41(17) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (4), billi ma stabbilixxietx mekkaniżmu adegwat sabiex jiġi żgurat dritt għal appell mid-deċiżjonijiet tal-awtorità regolatorja nazzjonali fis-sens tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tad-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE;

tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 jistabbilixxu l-prinċipju li t-tariffi tal-użu tan-netwerks għandhom ikunu orjentati skont l-ispejjeż. Issa, il-liġi dwar l-elettriku u l-liġi dwar il-gass naturali fis-seħħ fl-Ungerija ma jippermettux li l-awtorità regolatorja nazzjonali tieħu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż kollha effettivament sostnuti mill-operaturi tan-netwerk meta din tistabbilixxi t-tariffi għall-użu tan-netwerks, b’mod partikolari tat-taxxa speċjali fuq in-netwerks ta’ distribuzzjoni tal-enerġija u tal-ispejjeż marbuta mat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji.

Il-Kummissjoni tqis li l-ebda raġuni oġġettiva ma tispjega l-projbizzjoni impostra fuq l-awtorità regolatorja nazzjonali milli tieħu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż suesposti meta din tistabbilixxi t-tariffi għall-użu tan-netwerks.

Barra minn hekk, l-Artikolu 37(17) tad-Direttiva 2009/72/KE u l-Artikolu 41(17) tad-Direttiva 2009/73/KE jipprovdu li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mekkaniżmi adegwati, fil-livell nazzjonali, jippermettu li parti leża minn deċiżjoni ta’ awtorità regolatorja tappella minnha quddiem organu indipendenti mill-partijiet ikkonċernati u minn kull gvern.

Il-Kummissjoni tqis li l-Ungerija ma stabbilixxietx mekkaniżmu adegwat sabiex tiżgura dritt ta’ appell mid-deċiżjonijiet tal-awtorità regolatorja nazzjonali.


(1)  ĠU 2009, L 211, p. 15.

(2)  ĠU 2009, L 211, p. 36.

(3)  ĠU 2009, L 211, p. 55.

(4)  ĠU 2009, L 211, p. 94.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-11 ta’ Diċembru 2018 — WO vs Vas Megyei Kormányhivatal

(Kawża C-777/18)

(2019/C 139/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WO

Konvenuta: Vas Megyei Kormányhivatal

Domandi preliminari

1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fir-rigward tar-rimbors tal-ispejjeż ta’ kura tas-saħħa transkonfinali, teskludi l-possibbiltà li tiġi awtorizzata a posteriori l-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor mingħajr awtorizzazzjoni preliminari, inkluż meta, fil-każ li kieku kellha tiġi mistennija l-awtorizzazzjoni preliminari, kien jeżisti riskju reali li l-istat ta’ saħħa tal-pazjent jiddeterjora b’mod irreversibbli, tikkostitwixxi restrizzjoni kuntrarja għall-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)?

2)

Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni ta’ Stat Membru li, fir-rigward tar-rimbors tal-ispejjeż ta’ kura tas-saħħa transkonfinali, teskludi l-possibbiltà ta’ awtorizzazzjoni a posteriori, inkluż meta fil-każ li kieku kellha tiġi mistennija l-awtorizzazzjoni preliminari, kien jeżisti riskju reali li l-istat ta’ saħħa tal-pazjent jiddeterjora b’mod irreversibbli, hija konformi mal-prinċipji ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/24/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali, kif ukoll mal-prinċipju ta’ moviment liberu tal-pazjenti?

3)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li, indipendentement mill-istat ta’ saħħa tal-pazjent li jagħmel it-talba, tistabbilixxi terminu ta’ proċedura ta’ 31 ġurnata sabiex l-awtorità kompetenti tagħti l-awtorizzazzjoni preliminari u 23 ġurnata sabiex tiċħadha, hija konformi mar-rekwiżit ta’ terminu ta’ proċedura raġonevoli li jieħu inkunsiderazzjoni l-kundizzjoni speċifika u l-urġenza kif ukoll iċ-ċirkustanzi individwali, stabbilit fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali? L-awtorità tista’ teżamina, fir-rigward tat-talba, jekk l-għoti tal-kura huwiex kopert mis-sigurtà soċjali u, fl-affermattiv, jekk jistax jipprovdiha f’terminu ġustifikabbli mill-perspettiva medika fornitur ta’ assistenza finanzjarja ffinanzjat minn fondi pubbliċi, filwaqt li, fin-negattiv, teżamina l-kwalità, is-sigurtà u r-relazzjoni bejn il-prezz u l-effikaċja tal-kura li jipprovdi l-fornitur indikat mill-pazjent?

4)

L-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rimbors tal-ispejjeż ta’ kura tas-saħħa transkonfinali jista’ jintalab biss jekk il-pazjent jitlob awtorizzazzjoni preliminari mingħand l-istituzzjoni kompetenti jew inkella l-Artikolu 20(1) ma jeskludix minnu nnifsu, f’każ bħal dan, il-possibbiltà li ssir talba għal awtorizzazzjoni a posteriori għar-rimbors tal-ispejjeż?

5)

Jaqa’ fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, il-każ fejn il-pazjent jiċċaqlaq lejn Stat Membru ieħor wara li jkun kiseb appuntament konkret għal viżta medika u appuntament provviżorju għal eventwali operazzjoni jew intervent mediku l-għada tal-viżta medika, u, fid-dawl tal-istat ta’ saħħa tal-pazjent, l-operazzjoni jew intervent mediku effettivament isiru? Huwa possibbli, f’dan il-każ, abbażi tal-Artikolu 20(1) li ssir talba ta’ awtorizzazzjoni a posteriori għar-rimbors tal-ispejjeż?

6)

Jaqa’ taħt il-kunċett ta’ trattament ipprogrammat, fis-sens tal-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, il-każ fejn il-pazjent jiċċaqlaq lejn Stat Membru ieħor wara li jkun kiseb appuntament konkret għal viżta medika u appuntament provviżorju għal eventwali operazzjoni jew intervent mediku l-għada tal-viżta medika, u, fid-dawl tal-istat ta’ saħħa tal-pazjent, l-operazzjoni jew intervent mediku effettivament isiru? F’dan il-każ, huwa possibbli, abbażi tal-Artikolu 26, li ssir talba ta’ awtorizzazzjoni a posteriori għar-rimbors tal-ispejjeż? Fil-każ tal-kura urġenti u tan-natura vitali li jirreferi għalihom l-Artikolu 26(3), hija meħtieġa wkoll abbażi tal-leġiżlazzjoni awtoritazzazzjoni preliminari fis-sens tal-Artikolu 26(1)?


(1)  ĠU 2011, L 88, p. 45

(2)  ĠU 2004, L 166, p. 1

(3)  ĠU 2009, L 284, p. 1


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fl-20 ta’ Diċembru 2018 — Telenor Magyarország Zrt. vs Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Elnöke

(Kawża C-807/18)

(2019/C 139/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Telenor Magyarország Zrt.

Konvenuta: Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Elnöke

Domandi preliminari

1)

Ftehim kummerċjali konkluż bejn fornitur ta’ aċċess għall-internet u utent finali, li permezz tiegħu l-fornitur ta’ aċċess għall-internet japplika, fir-rigward tal-utent finali, għal dak li jikkonċerna ċerti applikazzjonijiet, tariffa żero (fi kliem ieħor, it-traffiku ġġenerat mill-applikazzjoni speċifika ma jingħaddx mal-konsum ta’ data eventwali, u lanqas ma jonqos fil-veloċità meta dan il-qafas ta’ data jintuża), u fejn id-distinzjoni tiġi stabbilita biss skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim konkluż mal-utent finali, fil-qafas ta’ dan il-ftehim u biss lejn dan il-konsumatur finali, u mhux lejn l-utenti finali li ma jkunux parti f’dan il-ftehim, għandu jiġi interpretat konformement mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”)?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 3(3) tar-Regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li, fid-dawl ukoll tal-premessa 7 tiegħu, huwa neċessarju, sabiex jiġi kkonstatat ksur, li jiġi eżaminat, fuq il-bażi tal-impatt u tas-suq, jekk il-miżuri tal-fornitur ta’ aċċess għall-internet effettivament ħolqux restrizzjoni, u sa liema portata, fuq id-drittijiet tal-utenti finali msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament?

3)

Indipendentement mid-domandi 1 u 2, l-Artikolu 3(3) tar-Regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni inkluża fih hija ta’ natura ġenerali u oġġettiva, fis-sens li, fuq din il-bażi, huma pprojbiti l-miżuri kollha ta’ ġestjoni tat-traffiku li jistabbilixxu distinzjoni bejn il-kontenuti differenti tal-internet, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk il-fornitur ta’ aċċess għall-internet ikun barra minn hekk għamel dan permezz ta’ ftehim, ta’ prattika kummerċjali jew ta’ aġir ieħor?

4)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda, jista’ jiġi konkluż ukoll mingħajr ma jsiru valutazzjonijiet oħra tas-suq u tal-impatt, billi wieħed jibbaża ruħu fuq il-fatt tad-diskriminazzjoni nnifisha, li jeżisti ksur tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament u għal din ir-raġuni l-eżami tal-konformità li jirriżulta mill-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament huwa ineffettiv f’każ bħal dan?


(1)  ĠU 2015 L 310, p. 1.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Canarias (Spanja) fil-21 ta’ Diċembru 2018 — KA vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) u Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

(Kawża C-811/18)

(2019/C 139/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Canarias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KA

Konvenuti: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) u Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 157 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li s-“suppliment tal-maternità” għall-pensjonijiet kontributorji tal-irtirar, tar-romol, jew ta’ diżabbiltà permanenti, bħal dak kontenzjuż fil-kawża prinċipali li jeskludi assolutament u mingħajr kundizzjonijiet lill-missirijiet pensjonanti li jistgħu jipproduċu l-prova kienu responsabbli mit-trobbija ta’ uliedhom, twassal għal diskriminazzjoni f’termini ta’ remunerazzjoni ta’ missirijiet li jaħdmu mea mqabbla ma’ ommijiet li jaħdmu?

2)

Il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess stabbilita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implementazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 60 tar-Real Decreto Legislativo 8/2015 (id-Digriet Leġiżlattiv Irjali 8/2015), tat-30 ta’ Ottubru, li japprova t-test irriformulat tal-Ley General de la Seguridad Social (il-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali), li jeskludi assolutament u mingħajr kundizzjonijiet il-bonus stabbilit għall-kalkolu tal-pensjonijiet tal-irtirar, tar-romol jew tad-diżabbiltà permanenti, lill-missirijiet pensjonanti li jistgħu jipproduċu l-prova li kienu responsabbli mit-trobbija ta’ uliedhom?

3)

L-Artikolu 2(2), (3) u (4)) u [l-]Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE tad-9 ta’ Frar 1976 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu miżura bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li teskludi assolutament u bla kundizzjonijiet il-bonus stabbilit għall-kalkolu tal-pensjonijiet tal-irtirar, tar-romol jew tad-diżabbiltà permanenti, lill-missirijiet pensjonanti li jistgħu jipproduċu l-prova li kienu responsabbli mit-trobbija ta’ uliedhom?

4)

L-esklużjoni tar-rikorrent mill-aċċess għall-bonus idderivat mis-“suppliment tal-maternità” Spanjol jipprekludi l-projbizzjoni ta’ nondiskriminazzjoni li tinsab fl-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni (ĠU 2000, C 364, p. 1)?


(1)  1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 187.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fit-28 ta’ Diċembru 2018 — Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real vs RH

(Kawża C-836/18)

(2019/C 139/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real

Konvenut: RH

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-Artikolu 68 tal-Kodiċi Ċivili Spanjol li jipprovdi li l-konjuġi għandhom jgħixu flimkien, l-obbligu impost fuq ċittadin Spanjol li ma eżerċitax id-dritt tiegħu ta’ moviment, li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tar-Real Decreto 240/2007, sabiex jiġi rrikonoxxut id-dritt ta’ residenza tal-konjuġi tiegħu ċittadin ta’ Stat terz, skont l-Artikolu 7(2) tar-Real Decreto, jista’ jimplika, f’każ li dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfatti, li hemm ksur tal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jekk, b’konsegwenza tar-rifjut ta’ dan id-dritt, iċ-ċittadin Spanjol jkun obbligat jitlaq mit-territorju tal-Unjoni fl-intier tiegħu?

2)

Fi kwalunkwe każ, indipendentement mis-suespost u mir-risposta għad-domanda preċedenti, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fosthom, inter alia, is-sentenza tat-8 ta’ Mejju 2018, C-82/16, KA et vs Belgische Staat (1), l-Artikolu 20 tat-TFUE jipprekludi l-prassi tal-Istat Spanjol li tikkonsisti fl-applikazzjoni automatika tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-[Real Decreto] 240/2007, billi tirrifjuta l-permess ta’ residenza lil [membru tal-familja] ta’ ċittadin tal-Unjoni li qatt ma eżerċitax id-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, sempliċiment peress li ċ-ċittadin tal-Unjoni ma jissodisfax il-kundizzjonijiet previsti f’dan l-artikolu, mingħajr ma twettaq eżami konkret u individwali tal-kwistjoni dwar jekk teżistix relazzjoni ta’ dipendenza bejn dan iċ-ċittadin tal-Unjoni u ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ta’ natura tali li, għal xi raġuni tkun xi tkun u fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, twassal sabiex f’każ ta’ rifjut tad-dritt ta’ residenza taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, iċ-ċittadin tal-Unjoni ma jkunx jista’ jissepara ruħu mill-membru tal-familja li jiddependi fuqu u jkun obbligat li jitlaq mit-territorju tal-Unjoni?


(1)  Sentenza tat-8 ta’ Mejju 2018, K.A. et (Riunifikazzjoni tal-familja fil-Belġju) (C-82/16, EU:C:2018:308).


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Jannar 2019 — Proċeduri kriminali kontra XN

(Kawża C-21/19)

(2019/C 139/25)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden, li għandha s-sede f’Arnhem

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

XN

Domandi preliminari

1)

Bid-definizzjoni tagħha, sustanza li ma hijiex prodott sekondarju fis-sens tad-Direttiva 2008/98 (1) lanqas ma tikkostiwixxi prodott sekondarju tal-annimali fis-sens tar-Regolament 1069/2009 (2), hekk li din is-sustanza ma hijiex eskluża mill-applikazzjoni tar-Regolament 1013/2006 (3) skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament 1013/2006? Jew, ma huwiex eskluż li sustanza li taqa’ fid-definizzjoni ta’ “prodotti sekondarji tal-annimali” fis-sens tar-Regolament 1069/2009 meta ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/98, hekk li din il-materja ma taqax strettament taħt ir-Regolament 1013/2006?

2)

X’għandu jinftiehem bil-kunsinni li huma suġġetti għar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (4) (issa r-Regolament 1069/2009) fis-sens tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament 1013/2006: huwa t-trasport (bejn pajjiż u pajjiż ieħor) ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, irrispettivament mill-kategorija li taħtha jaqgħu dawn is-sustanzi? Jew, it-trasport ta’ sustanzi msemmija fl-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 (li kien l-Artikolu 8 tar-Regolament 1774/2002), sustanzi limitati għall-prodotti sekondarji tal-annimali jew għall-prodotti dderivati fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni, għaldaqstant sustanzi tal-Kategorija 1, sustanzi tal-Kategorija 2, u ċerti prodotti derivati minnhom, inklużi proteini pproċessati tal-annimali dderivati minn sustanzi tal-Kategorija 3?

3)

Jekk, permezz ta’ kunsinni li huma suġġetti għar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (li sar ir-Regolament 1069/2009), fis-sens tal-Artikolu 1(3), initio u subparagrafu (d) tar-Regolament 1013/2006, għandu jinftiehem it-trasport (bejn pajjiż u ieħor) ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, irrispettivament mill-kategorija li taħtha jaqgħu dawn is-sustanzi, l-Artikolu 1(3), initio u subparagrafu (d) tar-Regolament 1013/2006 għandu wkoll jiġi interpretat fis-sens li t-trasferimenti ta’ taħlit ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ sustanzi oħra u, jekk iva, il-proporzjon li l-prodotti sekondarji tal-annimali jirrappreżentaw fit-taħlita huwa relattiv għal sustanzi oħra li huma rilevanti? Jew, prodott sekondarju tal-annimali jitlef il-karattru ta’ prodott sekondarju tal-annimali fis-sens tar-Regolament 1069/2009 u jsir skart fis-sens tal-Regolament 1013/2006 minħabba li jitħallat ma’ sustanza oħra?


(1)  Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU 2008, L 312, p. 3).

(2)  Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ĠU 2009, L 300, p. 1)

(3)  Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU 2009, L 300, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 277, p. 61).

(4)  Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 37, p. 92, corrigendum fil-ĠU 2007, L 30, p. 3).


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mll-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Jannar 2019 — Proċeduri kriminali kontra YO

(Kawża C-22/19)

(2019/C 139/26)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden, li għandha s-sede f’Arnhem

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

YO

Domandi preliminari

1)

Bid-definizzjoni tagħha, sustanza li ma hijiex prodott sekondarju fis-sens tad-Direttiva 2008/98 (1) lanqas ma tikkostiwixxi prodott sekondarju tal-annimali fis-sens tar-Regolament 1069/2009 (2), hekk li din is-sustanza ma hijiex eskluża mill-applikazzjoni tar-Regolament 1013/2006 (3) skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament 1013/2006? Jew, ma huwiex eskluż li sustanza li taqa’ fid-definizzjoni ta’ “prodotti sekondarji tal-annimali” fis-sens tar-Regolament 1069/2009 meta ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/98, hekk li din il-materja ma taqax strettament taħt ir-Regolament 1013/2006?

2)

X’għandu jinftiehem bil-kunsinni li huma suġġetti għar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (4) (li sar ir-Regolament 1069/2009) fis-sens tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament 1013/2006: huwa t-trasport (bejn pajjiż u pajjiż ieħor) ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, irrispettivament mill-kategorija li taħtha jaqgħu dawn is-sustanzi? Jew, fir-rigward tat-trasport ta’ sustanzi msemmija fl-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 (li kien l-Artikolu 8 tar-Regolament 1774/2002), sustanzi limitati għall-prodotti sekondarji tal-annimali jew għall-prodotti dderivati fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni, għaldaqstant sustanzi tal-Kategorija 1, sustanzi tal-Kategorija 2, u ċerti prodotti derivati minnhom, inklużi proteini pproċessati tal-annimali dderivati minn sustanzi tal-Kategorija 3?

3)

Jekk, permezz ta’ kunsinni li huma suġġetti għar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (li sar ir-Regolament 1069/2009), fis-sens tal-Artikolu 1(3), initio u subparagrafu (d) tar-Regolament 1013/2006, għandu jinftiehem it-trasport (bejn pajjiż u ieħor) ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, irrispettivament mill-kategorija li taħtha jaqgħu dawn is-sustanzi, l-Artikolu 1(3), initio u subparagrafu (d) tar-Regolament 1013/2006 għandu wkoll jiġi interpretat fis-sens li t-trasferimenti ta’ taħlit ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ sustanzi oħra u, jekk iva, il-proporzjon li l-prodotti sekondarji tal-annimali jirrappreżentaw fit-taħlita huwa relattiv għas-sustanzi l-oħra li huma rilevanti? Jew, prodott sekondarju tal-annimali jitlef il-karattru ta’ prodott sekondarju tal-annimali fis-sens tar-Regolament 1069/2009 u jsir skart fis-sens tal-Regolament 1013/2006 minħabba li jitħallat ma’ sustanza oħra?


(1)  Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU 2008, L 312, p. 3).

(2)  Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ĠU 2009, L 300, p. 1)

(3)  Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU 2009, L 300, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 277, p. 61).

(4)  Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 37, p. 92, corrigendum fil-ĠU 2007, L 30, p. 3).


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Jannar 2019 — Proċeduri kriminali kontra BV P.F. Kamstra Recycling

(Kawża C-23/19)

(2019/C 139/27)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden, li għandha s-sede f’Arnhem

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

BV P.F. Kamstra Recycling

Domandi preliminari

1)

Bid-definizzjoni tagħha, sustanza li ma hijiex prodott sekondarju fis-sens tad-Direttiva 2008/98 (1) lanqas ma tikkostiwixxi prodott sekondarju tal-annimali fis-sens tar-Regolament 1069/2009 (2), hekk li din is-sustanza ma hijiex eskluża mill-applikazzjoni tar-Regolament 1013/2006 (3) skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament 1013/2006? Jew, ma huwiex eskluż li sustanza li taqa’ fid-definizzjoni ta’ “prodotti sekondarji tal-annimali” fis-sens tar-Regolament 1069/2009 meta ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/98, hekk li din il-materja ma taqax strettament taħt ir-Regolament 1013/2006?

2)

X’għandu jinftiehem bil-kunsinni li huma suġġetti għar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (4) (li sar ir-Regolament 1069/2009) fis-sens tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament 1013/2006: huwa t-trasport (bejn pajjiż u pajjiż ieħor) ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, irrispettivament mill-kategorija li taħtha jaqgħu dawn is-sustanzi? Jew, fir-rigward tat-trasport ta’ sustanzi msemmija fl-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 (li kien l-Artikolu 8 tar-Regolament 1774/2002), sustanzi limitati għall-prodotti sekondarji tal-annimali jew għall-prodotti dderivati fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni, għaldaqstant sustanzi tal-Kategorija 1, sustanzi tal-Kategorija 2, u ċerti prodotti derivati minnhom, inklużi proteini pproċessati tal-annimali dderivati minn sustanzi tal-Kategorija 3?

3)

Jekk, permezz ta’ kunsinni li huma suġġetti għar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (li sar ir-Regolament 1069/2009), fis-sens tal-Artikolu 1(3), initio u subparagrafu (d) tar-Regolament 1013/2006, għandu jinftiehem it-trasport (bejn pajjiż u ieħor) ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, irrispettivament mill-kategorija li taħtha jaqgħu dawn is-sustanzi, l-Artikolu 1(3), initio u subparagrafu (d) tar-Regolament 1013/2006 għandu wkoll jiġi interpretat fis-sens li t-trasferimenti ta’ taħlit ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ sustanzi oħra u, jekk iva, il-proporzjon li l-prodotti sekondarji tal-annimali jirrappreżentaw fit-taħlita huwa relattiv għas-sustanzi l-oħra li huma rilevanti? Jew, prodott sekondarju tal-annimali jitlef il-karattru ta’ prodott sekondarju tal-annimali fis-sens tar-Regolament 1069/2009 u jsir skart fis-sens tal-Regolament 1013/2006 minħabba li jitħallat ma’ sustanza oħra?


(1)  Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU 2008, L 312, p. 3).

(2)  Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ĠU 2009, L 300, p. 1)

(3)  Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU 2009, L 300, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 277, p. 61).

(4)  Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 37, p. 92, corrigendum fil-ĠU 2007, L 30, p. 3).


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad voor Vergunningsbetwistingen (il-Belġju) fil-15 ta’ Jannar 2019 — A, B, C, D, E vs Gewestelijke stedenbouwkundige ambtenaar van het departement Ruimte Vlaanderen, afdeling Oost-Vlaanderen

(Kawża C-24/19)

(2019/C 139/28)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad voor Vergunningsbetwistingen (Kunsill tal-kontenzjuż tal-permessi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A, B, C, D, E

Konvenut: Gewestelijke stedenbouwkundige ambtenaar van het departement Ruimte Vlaanderen, afdeling Oost-Vlaanderen [l-Uffiċjal Reġjonali tal-Urbaniżmu tad-Dipartiment għall-Ippjanar tat-Territorju ta’ Vlaanderen, sezzjoni Oost-Vlaanderen]

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42/KEE (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva ESIE”) jimponu li l-Artikolu 99 tal-besluit van de Vlamse regering tot wijziging van het besluit van de Vlaamse Regering van 6 februari 1991 houdende de vaststelling van het Vlaams reglement betreffende de milieuvergunning en van het besluit van de Vlaamse regering van 1 juni 1995houdende algemene en sectorale bepalingen inzake milieuhygiëne (id-digriet li jemenda d-digriet tal-Gvern Fjamming tas-6 ta’ Frar 1999 li jistabbilixxi l-leġiżlazzjoni Fjamminga li tikkonċerna l-permess tal-ambjent u d-digriet tal-Gvern Fjamming tal-1 ta’ Ġunju 1995 li jipprovdi dispożizzjonijiet ġenerali u settorjali fil-qasam tal-iġjene tal-ambjent) tat-23 ta’ Diċembru 2011 jiġi kklassifikat bħala “pjan jew programm” fis-sens tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva fir-rigward tal-aġġornament tad-digrieti ċċitati iktar ’il fuq għall-iżvilupp tat-teknika, liema artikolu jinserixxi fil-VLAREM II is-Sezzjoni 5.20.6 dwar l-installazzjonijiet ta’ produzzjoni ta’ elettriku permezz ta’ enerġija eolika u ċ-ċirkolari “qafas ta’ evalwazzjoni u kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jiġu installati arbli eoliċi” tal-2006 [ikkunsidrati flimkien imsemmija l-“istrumenti preżenti”] li jinkludu t-tnejn li huma dispożizzjonijiet differenti għall-installazzjoni ta’ arbli eoliċi fosthom miżuri relatati mas-sigurtà, u skont iż-żoni planoloġiċi għall-projjezzjoni ta’ dell iddefinita kif ukoll ir-regoli ta’ storbju? Jekk ikun jidher li kellha titwettaq evalwazzjoni ambjentali qabel l-adozzjoni ta’ dawn l-istrumenti, il-Kunsill jista’ jindika matul iż-żmien l-effetti legali tan-natura illegali ta’ dawn l-istrumenti? Ċertu numru ta’ domandi sekondarji għandhom isiru f’dan ir-rigward:

1.

Aġir li l-amministrazzjoni tipproponi, bħal permezz ta’ din iċ-ċirkolari, li l-awtorità kkonċernata tadotta fil-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħha u tal-indipendenza li biha hija mogħnija, b’tali mod li l-awtorità kompetenti ma hijiex effettivament mitluba telabora l-“pjan jew programm” u li fir-rigward ta’ dan ma hija prevista ebda proċedura formali ta’ adozzjoni, jista’ jiġi pparagunat ma’ pjan jew programm fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva ESIE?

2.

Huwa suffiċjenti li aġir li l-amministrazzjoni tipproponi jew regola ġenerali, bħal dawn l-istrumenti, tipprevedi limitazzjoni tal-marġni ta’ diskrezzjoni ta’ awtorità inkarigata milli toħroġ permessi sabiex din tkun tista’ tiġi pparagunata ma’ “pjan jew programm” fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva ESIE anki jekk dawn l-istrumenti ma jiġġustifikawx kundizzjoni neċessarja meħtieġa sabiex jinħareġ permess jew ma jkunux intiżi sabiex jirregolaw il-ħruġ ulterjuri ta’ permessi, filwaqt li l-leġiżlatur Ewropew indika li dan l-għan jikkontribwixxi għad-definizzjoni ta’ “pjanijiet u programmi”?

3.

Aġir li l-amministrazzjoni tipproponi, li ġie stabbilit għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u li għaldaqstant jikkostitwixxi deċiżjoni kompletament libera, bħal fil-każ ta’ din iċ-ċirkolari, jista’ jiġi ddefinit bħala “pjan jew programm”fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva ESIE u tali interpretazzjoni tmur kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirrikjedi li interpretazzjoni teleoloġika ta’ direttiva ma tistax fundamentalment teskludi r-rieda espressa b’mod ċar mil-leġiżlatur tal-Unjoni?

4.

Is-Sezzjoni 5.20.6 tal-VLAREM II tista’ tiġi ddefinita, fil-każ li r-regoli li jinsabu fiha ma kellhomx neċessarjament jiġu stabbiliti, bħala “pjan jew programm” fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva ESIE u tali interpretazzjoni tmur kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirrikjedi li interpretazzjoni teleoloġika ta’ direttiva ma tistax fundamentalment teskludi r-rieda espressa b’mod ċar mil-leġiżlatur tal-Unjoni?

5.

Aġir li l-amministrazzjoni tipproponi u digriet ministerjali regolatorju bħal fil-każ ta’ dawn l-istrumenti, li għandhom valur indikattiv limitat, jew minn tal-inqas li ma jistabbilixxux qafas li minnu jista’ jinsilet l-iċken dritt għat-twettiq ta’ proġett u li minnhom ma jista’ jinsilet ebda dritt għal qafas li jindika b’liema mod għandhom jiġu allokati dawn il-proġetti, jistgħu jiġu pparagunati ma’ “pjan jew programm” li jiddefinixxu “l-qafas [ta’ implimentazzjoni tal-proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 85/337/KEE] għall-kunsens futur” fis-sens tal-Artikolu 2(a) u tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva ESIE, u tali interpretazzjoni tmur kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirrikjedi li interpretazzjoni teleoloġika ta’ direttiva ma tistax fundamentalment teskludi r-rieda espressa b’mod ċar mil-leġiżlatur tal-Unjoni?

6.

Aġir li l-amministrazzjoni tipproponi, bħaċ-ċirkolari EME/2006/01-RO/2006/02 li għandha sempliċi valur indikattiv jew digriet regolatorju tal-Gvern, bħas-Sezzjoni 5.20.6 tal-VLAREM II li tiffissa sempliċement limiti minimi għall-ħruġ ta’ permessi u li barra minn hekk għandha effett perfettament awtonomu bħala regola ġenerali; li jikkomportaw biss numru ristrett ta’ kriterji u modalitajiet; u li ebda minnhom ma huwa esklużivament deċiżiv anki għal kriterju jew modalità waħda u li fir-rigward tagħhom ma jistax jiġi sostnut li wieħed jista’ jeskludi, fuq il-bażi ta’ data oġġettiva, li dawn jistgħu jaffettwaw l-ambjent b’mod sinjifikattiv; jistgħu jiġu pparagunati ma’ “pjan jew programm” taħt interpretazzjoni konġunta tal-Artikolu 2(a) u tal-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva ESIE u għaldaqstant jistgħu jiġu pparagunati ma’ atti li jistabbilixxu, billi jiddefinixxu regoli u proċeduri ta’ verifika applikabbli għas-settur ikkonċernat, kollezzjoni sinjifikattiva ta’ kriterji u ta’ modalitajiet għall-awtorizzazzjoni u għall-implimentazzjoni ta’ proġett jew numru ta’ proġetti li jistgħu jkollhom effetti kunsiderevoli fuq l-ambjent?

7.

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda preċedenti, qorti tista’ tiddetermina dan minn rajha wara l-adozzjoni tad-digriet jew tal-psewdo-leġiżlazzjoni (bħar-regoli preżenti tal-Vlarem u ċ-ċirkolari)?

8.

Jekk qorti jkollha biss ġurisdizzjoni indiretta inkwantu tkun ġiet adita b’mod eċċezzjonali, fejn l-eżitu tat-tilwima tkun limitata għall-partijiet, u jekk jirriżulta mir-risposta għad-domandi preliminari li dawn l-istrumenti huma illegali, hija tista’ tiddeċiedi li żżomm fis-seħħ l-effetti tad-digriet illegali jew taċ-ċirkolari illegali jekk l-istrumenti illegali jikkontribwixxu għal għan ta’ protezzjoni tal-ambjent li direttiva tkun trid tilħaq fis-sens tal-Artikolu 288 TFUE u jitqies li ġew issodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ din iż-żamma fis-seħħ meħtieġa mid-dritt tal-Unjoni (hekk kif iddefiniti fis-sentenza Association France Nature Environnement)?

9.

Fil-każ li ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda preċedenti, qorti tista’ tiddeċiedi li żżomm fis-seħħ l-effetti ta’ proġett ikkontestat sabiex b’dan il-mod tissodisfa indirettament il-kundizzjonijiet meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni (hekk kif iddefiniti fis-sentenza Association France Nature Environnement) sabiex iżżomm fis-seħħ l-effetti legali tal-pjan jew programm mhux konformi mad-Direttiva ESIE?


(1)  Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157).


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-23 ta’ Jannar 2019 — Telenor Magyarország Zrt. vs Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Elnöke

(Kawża C-39/19)

(2019/C 139/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Telenor Magyarország Zrt.

Konvenuta: Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Elnöke

Domandi preliminari

1)

Ftehim kummerċjali konkluż bejn fornitur ta’ aċċess għall-internet u utent finali, li bis-saħħa tiegħu l-fornitur ta’ aċċess għall-internet, fil-konfront tal-utent finali, japplika, fir-rigward ta’ ċerti applikazzjonijiet, tariffa żero (fi kliem ieħor, it-traffiku ġġenerat mill-applikazzjoni partikolari ma jingħaddx fil-konsum ta’ data eventwali, u l-veloċità tiegħu lanqas ma hija mnaqqsa meta dan il-pakkett ta’ data jispiċċa), u d-differenzazzjoni hija stabbilita biss skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim konkluż mal-utent finali, fil-kuntest ta’ dan il-ftehim u biss lejn dan il-konsumatur finali, u mhux lejn l-utenti finali li ma humiex parti għal dan il-ftehim, għandu jiġi interpretat konformement mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”)?

2)

Jekk għandha tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 3(3) tar-Regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li, fid-dawl ukoll tal-premessa 7 tiegħu, huwa neċessarju, sabiex jiġi kkonstatat il-ksur, li jiġi eżaminat, abbażi tal-impatt u tas-suq, jekk il-miżuri tal-fornitur ta’ aċċess għall-internet effettivament irrestrinġewx, u sa liema punt, id-drittijiet tal-utenti finali msemmija fil-punt 3(1) tar-Regolament?

3)

Indipendentement mid-domandi 1 u 2, l-Artikolu 3(3) tar-Regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni li huwa jipprevedi hija ta’ natura inkundizzjonata, ġenerali u oġġettiva, fis-sens li, fuq din il-bażi, huma pprojbiti l-miżuri kollha ta’ amministrazzjoni tat-traffiku li jistabbilixxu differenzazzjoni bejn id-diversi kontenuti tal-internet, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk il-fornitur ta’ aċċess għall-internet għamilx dan permezz ta’ ftehim, ta’ prattika kummerċjali jew ta’ aġir ieħor?

4)

Jekk għandha tingħata risposta pożittiva għat-tielet domanda, jista’ jiġi konkluż ukoll, mingħajr ma jitwettqu eżaminazzjonijiet oħrajn tas-suq u tal-impatt, billi wieħed jibbaża ruħu fuq il-fatt tad-diskriminazzjoni fiha nfisha, li hemm ksur tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament, u l-eżami tal-konformità mal-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament huwa mingħajr skop f’tali każ?


(1)  ĠU 2015, L 310, p. 1.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-23 ta’ Jannar 2019 — EY vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

(Kawża C-40/19)

(2019/C 139/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EY

Konvenuta: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2013/32/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (magħrufa bħala d-“Direttiva dwar il-Proċeduri”) jistgħu jiġu interpretati, fid-dawl tal-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fis-sens li huwa possibbli li protezzjoni ġudizzjarja effettiva tiġi ggarantita fi Stat Membru anki jekk il-qrati tiegħu ma jistgħux jemendaw deċiżjonijiet mogħtija fi proċeduri ta’ ażil iżda jistgħu biss jannullawhom u jordnaw li jsiru proċeduri ġodda?

2)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2013/3[2]/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (magħrufa bħala d-“Direttiva dwar il-Proċeduri”) jistgħu jiġu interpretati, għal darba oħra fid-dawl tal-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fis-sens li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistipula terminu mandatorju wieħed ta’ total ta’ 60 jum għal proċeduri ġudizzjarji fi kwistjonijiet tal-ażil, irrispettivament minn kwalunkwe ċirkustanzi individwali and mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi partikolari tal-każ jew kull diffikultà potenzjali marbuta mal-evidenza, hija kompatibbli ma’ dawn id-dispożizzjonijiet?


(1)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 60).


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-24 ta’ Jannar 2019 — SONAECOM, SGPS, SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-42/19)

(2019/C 139/31)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SONAECOM, SGPS, SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

It-tnaqqis tat-taxxa mħallsa mir-rikorrenti Sonaecom SGPS f’servizzi ta’ konsulenza assoċjati mal-istudju tas-suq bil-għan tal-akkwist ta’ ishma, liema akkwist ma seħħx, huwa konformi mar-regoli ta’ tnaqqis tal-VAT imsemmija fis-Sitt Direttiva tal-VAT (1), b’mod speċifiku l-Artikoli 4(1) u (2) u 17(1), (2) u (5)?

2)

It-tnaqqis tat-taxxa mħallsa mir-rikorrenti Sonaecom SGPS fil-ħlas lil BCP ta’ kummissjoni għall-organizzazzjoni u strutturazzjoni ta’ self obbligatorju allegatament miksub bil-għan li tiġi integrata l-istruttura ta’ finanzjament tal-kumpanniji parteċipanti tagħha, u li, ġaladarba dawn l-investimenti ma seħħewx, spiċċat ġiet applikata għal kollox minn Sonae, SGPS, l-impriża omm tal-grupp, huwa konformi mar-regoli ta’ tnaqqis tal-VAT imsemmija fis-Sitt Direttiva tal-VAT, b’mod speċifiku l-Artikoli 4(1) u (2) u 17(1), (2) u (5)?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbritral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) (il Portugall) fl 24 ta’ Jannar 2019 – Vodafone Portugal - Communicações Pessoais, SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-43/19)

(2019/C 139/32)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbritral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vodafone Portugal – Communicações Pessoais, SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 2(1)(c), 9, 24, 72 u 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat 28 ta’ Novembru 2006 [dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jkun hemm provvista ta’ servizzi suġġetta għall-VAT fil-każijiet fejn operatur ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jiġbor mill-ex klijenti tiegħu (li lilhom kien ta vantaġġi promozzjonali bħall-offerta tal-ispejjeż ta’ installazzjoni, attivazzjoni tas-servizz, portabbiltà, tagħmir jew kundizzjonijiet tariffarji speċjali, bħala korrispettiv għall-impenn minn dawn tal-aħħar għal perijodu ta’ fedeltà, iżda li ma osservawx għal raġuni attribwibbli lilhom), ammont li, b’impożizzjoni legali, ma jistax jeċċedi l-ispejjeż li l-fornitur inkorra bl-installazzjoni tal-operazzjoni u li għandu jkun proporzjonali għall-vantaġġ li ngħata lill-klijent u li ġie identifikat u kkwantifikat bħala tali fil-kuntratt iffirmat, fejn konsegwentement is-somma tal-valur tas-servizzi mħallsa ma setgħetx tiġi awtomatikament ikkorrisposta mad-data ta’ waqfien tas-servizz?

2)

Fid-dawl tar-regoli indikati, il-fatt li l-klassifikazzjoni tal-imsemmija ammonti bħala korrispettiv ta’ provvista ta’ servizzi tirrikjedi li dawn jintalbu wara li l-kuntratti jiġu tterminati jipprekludi tali klassifikazzjoni, meta l-operatur ma jkunx ipprovdielhom servizz u ma jkunx jeżisti att ta’ konsum konkret wara li l-kuntratti jkunu ġew xolti?

3)

Fid-dawl tar-regoli indikati, il-klassifikazzjoni tal-imsemmi ammont bħala korrispettiv ta’ provvista ta’ servizzi għandha tiġi eskluża minħabba l-fatt li l-operatur u l-ex klijenti tiegħu, minħabba dispożizzjoni legali espliċita, kellhom preċedentement jiddefinixxu fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ sottoskrizzjoni, il-formola ta’ kalkolu tal-ammont li suppost huwa dovut mill-ex klijenti, fil-każ li dawn ma kellhomx jaderixxu għall-perijodu ta’ fedeltà stipulat fil-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi?

4)

Fid-dawl tar-regoli indikati, il-klassifikazzjoni tal-imsemmi ammont bħala korrispettiv ta’ provvista ta’ servizzi fil-każijiet fejn l-ammont inkwistjoni ma jikkorrispondix mal-ammont li l-operatur suppost irċieva fil-kumplament tal-imsemmi perijodu ta’ fedeltà għandha tiġi eskluża fil-każ fejn ma jkunx ġie vverifikat li l-imsemmi kuntratt ikun ġie xolt?


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/35


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Saarbrücken (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Jannar 2019 — JC vs Kreissparkasse Saarlouis

(Kawża C-66/19)

(2019/C 139/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Saarbrücken

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JC

Konvenuta: Kreissparkasse Saarlouis

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 10(2)(p) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-“perijodu” jew “kondizzjonijiet oħra li jirregolaw l-eżerċizzju tiegħu” għandha tinkludi wkoll ir-rekwiżiti li jirregolaw il-bidu tal-perijodu ta’ rtirar?

2.

Jekk ir-risposta għad-domanda 1 tkun fl-affermattiv:

L-Artikolu 10(2)(p) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE jipprekludi interpretazzjoni fis-sens li l-informazzjoni dwar l-irtirar hija “ċara” u “konċiża” jekk din ma ssemmix b’mod sħiħ l-informazzjoni obbligatorja li għandha tiġi pprovduta fir-rigward tal-bidu tal-perijodu tal-irtirar, iżda f’dan ir-rigward tirreferi għal dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, f’dan il-każ l-Artikolu 492(2) tal-Bürgerliches Gesetzbuch (il-Kodiċi Ċivili Ġermaniż, iktar ’il quddiem il-“BGB”) fil-verżjoni fis-seħħ tiegħu sat-12 ta’ Ġunju 2014 — li min-naħa tiegħu jirreferi għal dispożizzjonijiet nazzjonali sussegwenti — f’dan il-każ, l-Artikolu 247(3) sa (13) tal-Einführungsgesetz zum Bürgerlichen Gesetzbuche (il-Liġi Introduttiva tal-Kodiċi Ċivili, iktar ’il quddiem l-“EGBGB”) fil-verżjoni fis-seħħ tagħha sat-12 ta’ Ġunju 2014 — u l-konsumatur huwa għalhekk obbligat li jaqra numru ta’ dispożizzjonijiet leġiżattivi f’diversi testi leġiżlattivi sabiex jifhem b’mod ċar liema informazzjoni obbligatorja għandha tiġi pprovduta sabiex il-perijodu tal-irtirar jibda jiddekorri fil-każ tal-kuntratt ta’ self tiegħu?

3.

Jekk ir-risposta għad-domanda 2 tkun fin-negattiv (u fil-prinċipju xejn ma jipprekludi riferiment għal dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali):

L-Artikolu 10(2)(p) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE jipprekludi interpretazzjoni fis-sens li l-informazzjoni dwar l-irtrair hija “ċara” u “preċiża” meta r-riferiment għal dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali — f’dan il-każ, l-Artikolu 492(2) tal-BGB fil-verżjoni tagħha fis-seħħ mit-30 ta’ Lulju 2010 sat-12 ta’ Ġunju 2014 — u r-riferiment sussegwenti — f’dan il-każ, għall-Artikolu 247(3) sa (13) tal-EGBGB fil-verżjoni tagħha fis-seħħ mill-4 ta’ Awwissu 2011 sat-12 ta’ Ġunju 2014 — neċessarjament għandu l-konsegwenza li l-konsumatur għandu jwettaq proċess ta’ inferenza legali li jmur lil hinn minn sempliċi qari tad-dispożizzjonijiet — pereżempju dwar jekk is-self ngħatalux taħt kundizzjonijiet li huma konswetudinarji għal kuntratti ggarantiti minn ftehim ta’ kreditu u l-finanzjament provviżorju tagħhom, jew jekk jeżistux kuntratti konnessi — sabiex ikun jaf b’mod ċar liema informazzjoni obbligatorja għandha tiġi pprovduta sabiex il-perijodu ta’ rtirar jibda jiddekorri fil-każ tal-kuntratt ta’ self tiegħu?


(1)  ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2011,L 234, p. 46, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40 u fil-ĠU 2009, L 207, p. 14.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-30 ta’ Jannar 2019 — KD vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

(Kawża C-67/19)

(2019/C 139/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KD

Konvenuta: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2013/32/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (magħrufa bħala d-“Direttiva dwar il-Proċeduri”) jistgħu jiġu interpretati, fid-dawl tal-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fis-sens li huwa possibbli li protezzjoni ġudizzjarja effettiva tiġi ggarantita fi Stat Membru anki jekk il-qrati tiegħu ma jistgħux jemendaw deċiżjonijiet mogħtija fi proċeduri ta’ ażil iżda jistgħu biss jannullawhom u jordnaw li jsiru proċeduri oħrajn?

2)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (magħrufa bħala d-“Direttiva dwar il-Proċeduri”), jistgħu jiġu interpretati, għal darba oħra fid-dawl tal-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fis-sens li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistipula terminu mandatorju wieħed ta’ total ta’ 60 jum għal proċeduri ġudizzjarji fi kwistjonijiet tal-ażil, irrispettivament minn kwalunkwe ċirkustanzi individwali and mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi partikolari tal-każ jew ta’ kull diffikultà potenzjali marbuta mal-evidenza, hija kompatibbli ma’ dawn id-dispożizzjonijiet?


(1)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 60).


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fil-31 ta’ Jannar 2019 — Belgische Staat, irrappreżentat mill-Minister van Werk, Economie en Consumenten, belast met de Buitenlandse Handel, Belgische Staat, irrappreżentat mid-Directeur-Generaal van de Algemene Directie Economische Inspectie, Id-Directeur-Generaal van de Algemene Directie Economische Inspectie vs Movic BV, Events Belgium BV, Leisure Tickets & Activities International BV

(Kawża C-73/19)

(2019/C 139/35)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Belgische Staat, irrappreżentat mill-Minister van Werk, Economie en Consumenten, belast met de Buitenlandse Handel, Belgische Staat, irrappreżentat mid-Directeur-Generaal van de Algemene Directie Economische Inspectie, Id-Directeur-Generaal van de Algemene Directie Economische Inspectie

Konvenuti: Movic BV, Events Belgium BV, Leisure Tickets & Activities International BV

Domanda preliminari

Proċedura ġudizzjarja dwar azzjoni intiża għall-konstatazzjoni u għat-twaqqif tal-prattiki tas-suq jew tal-prattiki kummerċjali illegali fil-konfront tal-konsumaturi, mibdija mill-awtoritajiet Belġjani skont l-Artikolu 14 tal-wet van 30 juli 2013 betreffende de verkoop van toegangsbewijzen tot evenementen (il-Liġi tat-30 ta’ Lulju 2013 fir-rigward tal-bejgħ mill-ġdid tat-titoli ta’ aċċess għal avvenimenti) u abbażi tal-Artikolu XVII.7 tal-Wetboek van Economisch Recht (il-Kodiċi tad-Dritt Ekonomiku), kontra kumpanniji tal-Pajjiżi l-Baxxi li, mill-Pajjiżi l-Baxxi, permezz ta’ siti tal-internet jindirizzaw lil klijentela prinċipalment Belġjana fid-dawl tal-bejgħ mill-ġdid ta’ biljetti għal avvenimenti li jseħħu fil-Belġju, għandha titqies li hija proċedura dwar kwistjoni ċivili u kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, u sentenza mogħtija f’tali proċedura tista’ għal din ir-raġuni tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament?


(1)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1).


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/37


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-691/14, Servier et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-176/19 P)

(2019/C 139/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin, F. Castilla Contreras, J. Norris, C. Vollrath, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Servier SAS, Servier Laboratories Ltd, Les Laboratoires Servier SA, European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA)

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla l-punti 1, 2 u 3 [tad-dispożittiv] tas-sentenza li jannullaw (i) l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali tad-9 ta’ Lulju 2014 dwar proċedura skont l-Artikolu 101 u l-Artikolu 102 TFUE [Każ AT.39612 — Perindopril (Servier)] sa fejn dan jikkonstata l-parteċipazzjoni ta’ Servier fil-ftehimiet konklużi minn Servier mal-kumpannija Krka, (ii) l-Artikolu 7(4)(b) tad-deċiżjoni li jistabbilixxi l-multa imposta fuq Servier talli kkonkluda dawn il-ftehimiet, (iii) l-Artikolu 6 tad-deċiżjoni li jikkonstata ksur, minn Servier, tal-Artikolu 102 TFUE u (iv) l-Artikolu 7(6) tad-deċiżjoni li jistabbilixxi l-ammont tal-multa imposta fuq Servier fir-rigward ta’ dan il-ksur;

tannulla s-sentenza sa fejn din tiddikjara l-Annessi A 286 u A 287 tar-rikors u l-Anness C 29 tar-replika ammissibbli (punti 1461, 1462 u 1463 tas-sentenza);

tiddeċiedi b’mod definittiv dwar ir-rikors għal annullament tad-deċiżjoni ppreżentat minn Servier u tiċħad it-talba ta’ Servier għall-annullament tal-Artikoli 4, 7(4)(b) u 7(6) tad-deċiżjoni u tilqa’ t-talba tal-Kummissjoni sabiex jiġu ddikjarati inammissibbli l-Annessi A 286 u A 287 tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Anness C 29 tar-replika quddiem il-Qorti Ġenerali (punti 1461 sa 1463 tas-sentenza);

tikkundanna lil Servier għall-ispejjeż kollha ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, il-Kummissjoni tinvoka l-ewwel sensiela ta’ aggravji, marbuta mal-ksur tal-Artikolu 101 TFUE [annullament tal-punti 1 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza inkwantu dawn jannullaw l-Artikoli 4 u 7(4)(b) tad-deċiżjoni li jikkonstataw li t-tliet ftehimiet konklużi bejn Servier et u l-kumpannija Krka kienu jikkostitwixxu ksur uniku tal-Artikolu 101 TFUE u li jikkundannaw lil Servier għal multa].

L-ewwel aggravju ta’ annullament parzjali huwa bbażat fuq l-iżball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali meta qieset li Krka ma kinitx sors ta’ pressjoni kompetittiva fuq Servier fid-data tal-ftehimiet inkwistjoni.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi mwettqa mill-Qorti Ġenerali meta analizzat il-kontenut u l-għanijiet tal-ftehim ta’ liċenzja bħala inkoraġġiment għal Krka sabiex taċċetta r-restrizzjonijiet tal-ftehim bonarju.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi mwettqa mill-Qorti Ġenerali fl-applikazzjoni tal-kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq l-iżball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali fl-analiżi tal-intenzjoni tal-partijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE.

Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq l-iżball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali meta ħadet inkunsiderazzjoni l-effetti pro-kompetittivi tal-liċenzja fi swieq li ma jaqgħux fil-kamp tal-ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE identifikat mid-deċiżjoni.

Is-sitt aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mil-Qorti Ġenerali meta analizzat l-għan tal-ftehim ta’ ċessjoni.

Is-seba’ aggravju hwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-effett fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinvoka t-tieni sensiela ta’ aggravji, marbuta mal-ksur tal-Artikolu 102 TFUE (annullament tal-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza inkwantu dawn jannullaw l-Artikoli 6 u 7(6) tad-deċiżjoni li jikkonstataw li Servier kiser l-Artikolu 102 TFUE u li jikkundannaw lil Servier għal multa).

It-tmien aggravju ta’ annullament huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi mwettqa mill-Qorti Ġenerali fl-analiżi tagħha tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-kriterju tal-prezz fid-determinazzjoni tas-suq tal-prodotti lesti.

Id-disa’ aggravju huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi mwettqa mill-Qorti Ġenerali fl-analiżi tagħha tat-teħid inkunsiderazzjoni tas-sostitwibbiltà terapewtika fid-determinazzjoni tas-suq tal-prodotti lesti.

L-għaxar aggravju huwa bbażat fuq l-inammissibbiltà ta’ ċerti annessi.

Il-ħdax-il aggravju huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi mwettqa mill-Qorti Ġenerali fl-analiżi tagħha tas-suq tat-teknoloġija.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/39


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2019 minn Servier SAS, Servier Laboratories Ltd, Les Laboratoires Servier SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-691/14, Servier et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-201/19 P)

(2019/C 139/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Servier SAS, Servier Laboratories Ltd, Les Laboratoires Servier SA (rappreżentanti: M. Utges Manley, Solicitor, A. Robert, advocate, J. Killick, J. Jourdan, T. Reymond, O. de Juvigny, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA)

Talbiet

Prinċipalment, fid-dawl tal-aggravji 1 sa 5 li jikkontestaw l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE:

tannulla l-punti 4, 5 u 6 tad-dispożittiv tas-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T691/14, Servier vs Il-Kummissjoni;

tannulla l-Artikoli 1(b), 2(b), 3(b) u 5(b) u, konsegwentement l-Artikoli 7(1)(b), 7(2)(b), 7(3)(b) u 7(5)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni finali Nru C(2014) 4955 tad-9 ta’ Lulju 2014 [AT.39.612 — Périndopril (Servier)], jew fin-nuqqas tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tagħti deċiżjoni fuq l-effetti tal-ftehimiet ikkonċernati;

Sussidjarjament, fid-dawl tal-aggravju 6:

tannulla l-punti 4 u 5 tad-dispożittiv tas-sentenza sa fejn jikkonferma l-konklużjonijiet tad-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur distint u ta’ multi kumulattivi għall-Ftehimiet Niche u Matrix; konsegwentement, tannulla l-Artikoli 1(b), 2(b), 7(1)(b) u 7(2)(b) tad-deċiżjoni;

U sussidjarjament:

tannulla l-punti 4 u 5 tad-dispożittiv tas-sentenza u l-Artikoli 7(1)(b), 7(2)(b), 7(3)(b) u 7(5)(b) tad-deċiżjoni fid-dawl tal-aggravji 7.1 u 7.2 li jikkontestaw il-prinċipju u l-ammont tal-multi kollha;

tannulla l-punt 5 tad-dispożittiv tas-sentenza u l-Artikoli 5(b) u 7(5)(b) tad-deċiżjoni fid-dawl tal-aggravju 5.4 dwar it-tul tal-ksur allegat u l-kalkolu tal-multa dwar il-ftehim konkluż bejn Servier u Lupin u tiffissa konsegwentement il-multa fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha.

U fi kwalunkwe każ:

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-ewwel aggravju, komuni għall-ftehimiet kollha ssanzjonati, Servier issostni li s-sentenza hija żbaljata fil-liġi sa fejn tibbaża fuq idea estensiva u mhux konformi mal-ġurisprudenza tal-kunċett ta’ ksur minħabba l-għan. Is-sentenza tittraskura l-assenza ta’ esperjenza u ta’ restrizzjoni evidenti u tibbaża fuq test mekkaniku billi jitwarrbu l-kuntest u l-effetti ambivalenti tal-ftehimiet bonarji inkwistjoni.

Fit-tieni aggravju, ukoll trasversali, Servier tikkunsidra li s-sentenza tapplika b’mod żbaljat il-ġurisprudenza dwar il-kunċett ta’ kompetizzjoni potenzjali u li tibbaża fuq l-inverżjoni tal-oneru tal-prova.

It-tieled aggravju bbażat fuq il-fatt li l-ftehimiet konklużi l-istess jum ma’ Matrix u d-distributur tiegħu Niche ma humiex antikompetittivi minħabba l-għan. Skont Servier, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kklassifikat dawn l-impriżi ta’ kompetitturi potenzjali u billi kkunsidrat il-pagamenti bħala ta’ ħsara u mhux inerenti mar-riżoluzzjoni bonarja.

Fir-raba’ aggravju tagħha, Servier tallega żbalji ta’ liġi relatati mal-ftehim konkluż ma’ Teva, li ma huwiex lanqas antikompetittiv minħabba l-għan fid-dawl tal-kuntest legali u ekonomiku li fih huwa inkluż, tal-effetti tiegħu ambivalenti u tal-komplementarjetà tal-partijiet, peress li Teva hija, kuntrarjament għal Servier, distributur ta’ ġeneriċi fir-Renju Unit.

Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi li jikkonċernaw il-ftehim ma’ Lupin. Il-Qorti Ġenerali kien imissha eżaminat l-effetti tal-ftehim minħabba l-portata tiegħu għall-inqas ambivalenti, altrimenti pro-kompetittiv. Sussidjarjament, żball jivvizzja t-tul tal-ksur u għalhekk il-kalkolu tal-multa.

Sussidjarjament, Servier tesponi, fis-sitt aggravju, li l-Qorti Ġenerali kien imissha annullat id-deċiżjoni sa fejn tissanzjona l-ftehim konkluż ma’ Matrix flimkien ma’ dak iffirmat ma’ Niche minkejja li ma kienx jirrigwarda ksur distint.

Sussidjarjament ħafna, is-seba’ motiv huwa ddedikat għat-talba għall-annullament tas-sentenza sa fejn tivvalida il-mod ta’ determinazzjoni tal-multa.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/40


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2019 minn Biogaran mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (id-Disa’ Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-677/14, Biogaran vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-207/19 P)

(2019/C 139/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Biogaran (rappreżentanti: M. Utges Manley, Solicitor, A. Robert, advocate, O. de Juvigny, T. Reymond, J. Killick, J. Jourdan, avocats)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla kompletament is-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-677/14;

tannulla l-Artikoli 1(b)(iv), 7(1)(b) u 8 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, (Każ AT.39612 — Perindopril (Servier)), sa fejn dawn jikkonċernaw lil Biogaran;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-ewwel aggravju, Biogaran issostni li s-sentenza hija vvizzjata bi żbalji ta’ liġi inkwantu din tikkonstata n-natura li tikkostitwixxi ksur tal-liċenzja minħabba li l-ftehim bonarju għandu għan antikompetittiv. Skont l-appellanti, is-sentenza hija bbażata fuq idea estensiva tal-kunċett ta’ ksur skont is-suġġett u tinjora l-assenza ta’ esperjenza u ta’ restrizzjoni evidenti. Is-sentenza hija bbażata, barra minn hekk, fuq test ġuridiku żbaljat li jinjora kemm il-kuntest tal-ftehim bonarju konkluż minn Servier u Niche kif ukoll il-fatt li dawn tal-aħħar ma kinux kompetituri potenzjali.

Fit-tieni aggravju, Biogaran issostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ssostitwixxiet il-motivazzjoni tal-Kummissjoni b’dik tagħha stess. Il-Qorti Ġenerali tqis li l-allegat inċentiv ta’ Biogaran kien “deċiżiv” inkwantu dan kien iddetermina d-deċiżjoni ta’ Niche li ma tidħolx fis-suq. Madankollu, la d-dikjarazzjonijiet tal-oġġezzjonijiet u lanqas id-deċiżjoni ma jsostnu jew jistabbilixxu li dan l-inċentiv, ikklassifikat biss bħala “addizzjonali”, kien “deċiżiv” fl-aċċettazzjoni minn Niche tat-termini tal-ftehim bonarju.

Biogaran tallega, fit-tielet aggravju, li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-għanijiet tal-Artikolu 101 TFUE billi kkonstatat ir-responsabbiltà tagħha minbarra dik tal-kumpannija omm tagħha. Peress li l-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-kumpannija omm kienet ipparteċipat direttament fil-ksur u użat is-setgħa ta’ kontroll tagħha sabiex is-sussidjarja tagħha tikkontribwixxi għall-aġir tagħha stess li jikkostitwixxi ksur, b’mod li s-sussidjarja kienet imċaħħda minn kull awtonomija, hija ma tistax tikkonstata r-responsabbiltà tas-sussidjarja minbarra dik tal-kumpannija omm tagħha, ħlief jekk tmur lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju għall-applikazzjoni tajba tar-regoli tal-kompetizzjoni.

Fir-raba’ aggravju, Biogaran tqis li s-sentenza għandha tiġi annullata inkwantu din tivvalida l-prinċipju u l-metodu ta’ kalkolu tal-multa, minkejja n-natura kumplessa u mingħajr preċedent ta’ din il-kawża u l-assenza ta’ kull rwol deċiżiv ta’ Biogaran.


Il-Qorti Ġenerali

15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2019 — Hamas vs Il-Kunsill

(Kawża T-289/15) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu - Iffriżar ta’ fondi - Possibbiltà għal awtorità ta’ Stat terz li tiġi kklassifikata bħala awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK - Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjet”)

(2019/C 139/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Hamas (Doha, il-Qatar) (rappreżentant: L. Glock, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Driessen u N. Rouam, sussegwentement B. Driessen u F. Naert, u finalment B. Driessen u F. Naert u A. Sikora-Kalėda, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre u R. Tricot, sussegwentement F. Castillo de la Torre, L. Baumgart u C. Zadra, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/521 tas-26 ta’ Marzu 2015 li taġġorna u temenda l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/483/PESK (ĠU 2015, L 82, p. 107), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/513 tas-26 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 790/2014 (ĠU 2015, L 82, p. 1), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Hamas għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Ateknea Solutions Catalonia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-69/16) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (2002-2006) - Rimbors tal-ispejjeż imħallsa mir-rikorrenti flimkien mal-interessi moratorji - Spejjeż eliġibbli - Responsabbiltà kuntrattwali”)

(2019/C 139/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti Ateknea Solutions Catalonia, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: M. Troncoso Ferrer, C. Ruixó Claramunt u S. Moya Izquierdo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Grønfeldt u M. Siekierzyńska, sussegwentement M. Siekierzyńska u R. Lyal, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tinkiseb il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas lir-rikorrenti ta’ ammont ta’ EUR 1258 533.89 jew, sussidjarjament, ta’ ammont ta’ EUR 1025 845.29.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ateknea Solutions Catalonia, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 165, 10.5.2016


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Drex Technologies vs Il-Kunsill

(Kawża T-414/16) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-unur u għar-rispett tar-reputazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Preżunzjoni tal-innoċenza - Proporzjonalità”)

(2019/C 139/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Drex Technologies SA (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Kyriakopoulou, G. Étienne u A. Vitro, sussegwentement S. Kyriakopoulou, A. Vitro u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125), kif ukoll tal-atti sussegwenti ta’ eżekuzzjoni tagħha, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62, rettifika fil-ĠU 2017, L 146, p. 159), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16, rettifika fil-ĠU 2018, L 167, p. 36), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Drex Technologies SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 364, 03.10.2016.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

(Kawża T-415/16) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-unur u għar-reputazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità”)

(2019/C 139/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Almashreq Investment Fund (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Kyriakopoulou, G. Étienne u A. Vitro, sussegwentement S. Kyriakopoulou u A. Vitro, u fl-aħħar nett S. Kyriakopoulou, A. Vitro u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125), u tal-atti ta’ implimentazzjoni sussegwenti tagħha, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62, rettifika fil-ĠU 2017, L 146, p. 159), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16, rettifika fil-ĠU 2018, L 167, p. 36), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Almashreq Investment Fund hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Souruh vs Il-Kunsill

(Kawża T-440/16) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-unur u għar-reputazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità”)

(2019/C 139/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Souruh SA (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Kyriakopoulou, G. Étienne u A. Vitro, sussegwentement S. Kyriakopoulou u A. Vitro u fl-aħħar nett S. Kyriakopoulou, A. Vitro u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125), u tal-atti ta’ implimentazzjoni sussegwenti tagħha, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62, rettifika fil-ĠU 2017, L 146, p. 159), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16, rettifika fil-ĠU 2018, L 167, p. 36), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Souruh SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2019 — Fútbol Club Barcelona vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-865/16) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali - Rata preferenzjali tat-taxxa fuq id-dħul applikata għall-klabbs awtorizzati jużaw status ta’ entità mingħajr skop ta’ qligħ - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Libertà ta’ stabbiliment - Vantaġġ”)

(2019/C 139/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Fútbol Club Barcelona (Barcelone, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment minn J. Roca Sagarra, J. del Saz Cordero, R. Vallina Hoset, A. Sellés Marco u C. Iglesias Megías, sussegwentement minn J. Roca Sagarra, J. del Saz Cordero, R. Vallina Hoset u A. Sellés Marco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn A. Gavela Llopis u J. García-Valdecasas Dorrego, sussegwentement minn A. Gavela Llopis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2391 tal-4 ta’ Lulju 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.29769 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentata minn Spanja għal ċerti klabbs tal-futbol (ĠU 2016, L 357, p. 1).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2391 tal-4 ta’ Lulju 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.29769 (2013/C) (l-ex 2013/NN) implimentata minn Spanja għal ċerti klabbs tal-futbol hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Fútbol Club Barcelona.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2019 — Pethke vs EUIPO

(Kawża T-169/17) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Assenjazzjoni - Assenjazzjoni mill-ġdid ta’ kap ta’ dipartiment għal pożizzjoni ta’ amministratur prinċipali - Artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Interess tas-servizz - Ekwivalenza ta’ karigi - Diskriminazzjoni abbażi ta’ sess - Proporzjonalità - Rikors għad-danni - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża”)

(2019/C 139/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ralph Pethke (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tad-direttur eżekuttiv tal-EUIPO tas-17 ta’ Ottubru 2016 li temenda l-aassenjazzjoni tar-rikorrent mill-pożizzjoni ta’ direttur tad-Dipartiment “Operazzjonijiet” għal pożizzjoni fi ħdan id-Dipartiment “Osservatorju”” tal-EUIPO u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ralph Pethke huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 151, 15.5.2017.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2019 — Yellow Window vs EIGE

(Kawża T-439/17) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għall-offerti - Provvista ta’ servizzi għall-implimentazzjoni tal-istudju fuq il-mutilazzjoni ġenitali femminili - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Koerenza bejn il-kummentarji u n-nota ċifrata - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

(2019/C 139/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Yellow Window (Anvers, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (rappreżentanti: V. Ost u M. Vanderstraeten, avukati)

Suġġett

L-ewwel nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EIGE, tat-8 ta’ Mejju 2017, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt EIGE/2017/OPER/04, kif ukoll tad-deċiżjonijiet li għażlu l-offerta magħmula mill-kumpannija Y u li tawha dan il-kuntratt, it-tieni nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni sostnuti minħabba dawn id-deċiżjonijiet u, it-tielet nett, sussidjarjament, talba għal kumpens minħabba l-irregolaritajiet imwettqa fil-kuntest tal-għoti tal-kuntratt.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) tat-8 ta’ Mejju 2017, li tiċħad l-offerta magħmula minn Yellow Window NV fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt EIGE/2017/OPER/04, kif ukoll id-deċiżjonijiet tat-8 ta’ Mejju 2017 li għażlu l-offerta magħmula mill-kumpannija Y fil-kuntest ta’ dik il-proċedura u li tawha dan il-kuntratt huma annullati.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Yellow Window għandha tbati 25 % tal-ispejjeż rispettivi tagħha u EIGE għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u 75 % tal-ispejjeż sostnuti minn Yellow Window.


(1)  ĠU C 338, 9.10.2017.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2019 — Eurosupport — Fineurop support vs EIGE

(Kawża T-450/17) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għall-offerti - Provvista ta’ servizzi għall-implimentazzjoni tal-istudju fuq il-mutilazzjoni ġenitali femminili - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Koerenza bejn il-kummentarji u n-nota ċifrata - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

(2019/C 139/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti Eurosupport — Fineurop support Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (rappreżentanti: V. Ost u M. Vanderstraeten, avukati)

Suġġett

L-ewwel nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EIGE, tat-8 ta’ Mejju 2017, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt EIGE/2017/OPER/04, kif ukoll tad-deċiżjonijiet li għażlu l-offerta magħmula mill-kumpannija Y u li tawha dan il-kuntratt, it-tieni nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni sostnuti minħabba dawn id-deċiżjonijiet u, it-tielet nett, sussidjarjament, talba għal kumpens minħabba l-irregolaritajiet imwettqa fil-kuntest tal-għoti tal-kuntratt.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar id-deċiżjonijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) tat-8 ta’ Mejju 2017 li għażlu l-offerta magħmula mill-kumpannija Y fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt EIGE/2017/OPER/04 u li tawha dan il-kuntratt.

2)

Id-deċiżjoni tal-EIGE tat-8 ta’ Mejju 2017, li tiċħad l-offerta magħmula minn Eurosupport –Fineurop support Srl fil-kuntest tal-imsemmija proċedura hija annullata.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Eurosupport –Fineurop support għandha tbati 25 % tal-ispejjeż rispettivi tagħha u EIGE għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u 75 % tal-ispejjeż sostnuti minn Eurosupport –Fineurop support.


(1)  ĠU C 357, 23.10.2017.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 27 ta’ Frar 2019 — Aytekin vs EUIPO — Dienne Salotti (Dienne)

(Kawża T-107/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Dienne - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti ENNE - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 139/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Erkan Aytekin (Ankara, it-Turkija) (rappreżentant: V. Martin Santos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u G. Sakalaite-Orlovskiene, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dienne Salotti SRL (Altamura, l-Italja) (rappreżentant: D. Russo, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1444/2017-2), dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn E. Aytekin u Dienne Salotti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

E. Erkan Aytekin huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Dienne Salotti Srl.


(1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Pozza vs Il-Parlament

(Kawża T-216/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Post fejn titwettaq l-attività professjonali prinċipali - Trasferiment interistituzzjonali - Deċiżjoni li ma tingħatax iktar l-allowance tal-espatrijazzjoni - Kompetenza - Aspettattivi leġittimi”)

(2019/C 139/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Geoffray Pozza (Waldbillig, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Van Pottelberge u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tat-8 ta’ Ġunju 2017 li permezz tagħha l-Parlament ma jagħtix iktar lir-rikorrent l-allowance tal-espatrijazzjoni b’effett mid-data li fiha beda jokkupa l-kariga tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Geoffray Pozza huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 18.6.2018.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2019 — Meblo Trade vs EUIPO — Meblo Int (MEBLO)

(Kawża T-263/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MEBLO - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Prova tal-użu ġenwin”)

(2019/C 139/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Meblo Trade d.o.o. (Żagreb, il-Kroazja) (rappreżentant: A. Ivanova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Meblo Int, proizvodnja izdelkov za spanje d.o.o. (Nova Gorica, is-Slovenja) (rappreżentant: A. Plesničar, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ Frar 2018 (Każ R 883/2017-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Meblo Trade u Meblo Int, proizvodnja izdelkov za spanje.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Meblo Trade d.o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2019 — Serenity Pharmaceuticals vs EUIPO — Gebro Holding (NOCUVANT)

(Kawża T-321/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea NOCUVANT - Trade marks verbali preċedenti NOCUTIL - Prova tal-użu ġenwin - Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebħ tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001”)

(2019/C 139/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Serenity Pharmaceuticals LLC (Milford, Pennsylvania, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Day, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gebro Holding GmbH (Fieberbrunn, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Konzett, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2018 (Każ R 584/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gebro Holding et Allergan, Inc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Serenity Pharmaceuticals LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 240, 9.7.2018.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/52


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Lotte vs EUIPO — Générale Biscuit-Glico France (PEPERO original)

(Kawża T-459/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PEPERO original - Trade mark nazzjonali tridimensjonali preċedenti - Forma ta’ gallettina parzjalment miksija biċ-ċikkulata - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Trade mark preċedenti kkostitwita mill-forma tal-prodott - Użu bħala trade mark - Assenza ta’ bdil tal-karattru distintiv”)

(2019/C 139/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Lotte Corp. (Seul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentant: G. Ringeisen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Générale Biscuit-Glico France (Clamart, Franza) (rappreżentant: A. Lecomte, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Mejju 2018 (Każ R 913/2017-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Générale Biscuit-Glico France u Lotte.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lotte Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 364, 8.10.2018


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/53


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 — Miserini Johansson vs BEI

(Kawża T-870/16) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Assenza fit-tul u ripetuta minħabba mard jew inċident li ma humiex marbuta max-xogħol - Remunerazzjoni mnaqqsa wara assenza’ tnax-il xahar - Artikolu 33 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-BEI - Proċedura ta’ rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-marda”)

(2019/C 139/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Virna Miserini Johansson (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Senes, avukat)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: T. Gilliams, G. Faedo u K. Carr, aġenti, assistiti minn J. Currall u B. Wägenbaur, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża, prinċipalment, għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-BEI tal-25 ta’ Jannar 2016 u għar-riżarċiment ta’ danni materjali u morali marbuta ma’ din id-deċiżjoni u, sussidjarjament, sempliċiment għar-riżarċiment ta’ danni materjali u morali mitluba b’mod prinċipali kif ukoll għar-rimbors tal-ispejjeż marbuta ma’ problemi ta’ saħħa żviluppati minħabba l-istress qawwi li soffriet minnu r-rikorrenti u li ma ġews irrimborsati mill-iskema tal-assigurazzjoni tal-mard tal-BEI.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Virna Miserini Johansson hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 86, 20.3.2017.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/53


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 — Sports Group Denmark vs EUIPO — K&L (WHISTLER)

(Kawża T-836/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2019/C 139/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sports Group Denmark A/S (Ikast, id-Danimarka) (rappreżentant: E. Skovbo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: K&L GmbH & Co. Handels-KG (Weilheim, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Ottubru 2017 (Każ R 311/2017-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn K&L u Sports Group Denmark.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Sports Group Denmark A/S hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 19.2.2018.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/54


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 — PAN Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-25/18) (1)

(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Dokumenti dwar interferenti endokrinali - Irtirar tad-deċiżjoni ta’ rifjut għal aċċess - Żvelar wara l-preżentata ta’ rikors - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2019/C 139/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Kloostra, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet, I. Naglis u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7604 finali, tad-9 ta’ Novembru 2017, sa fejn tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti dwar interferenti endokrinali.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 104, 19.3.2018.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/55


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Ir-Reġjun ta’ Brussell vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-178/18) (1)

(“Rikors għal annullament - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva ‘glifosat’ - Tiġdid ta’ l-inklużjoni fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”)

(2019/C 139/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Région de Bruxelles-Capitale (rappreżentanti: A. Bailleux u B. Magarinos Rey, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Lewis, I. Naglis u G. Koleva, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2324 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva “glifosat” skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2017, L 333, p. 10).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud għaliex inammissibbli.

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent ta’ Justice Pesticides, ir-Région wallonne, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe), Health & Environment Alliance (HEAL), Nature & Progrès Belgique (Nature & Progrès), SomeOfUs, WeMove Europe (WeMove.EU), Monsanto Europe NV/SA, Monsanto Company, Helm AG, Barclay Chemicals Manufacturing Ltd, Albaugh Europe Sàrl, Albaugh TKI D.O.O. u Albaugh UK Ltd.

3)

Ir-Région de Bruxelles-Capitale hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Région de Bruxelles-Capitale, il-Kummissjoni, Justice Pesticides, ir-Région wallonne, PAN Europe, HEAL, Nature & Progrès, SomeOfUs, WeMove.EU, Monsanto Europe, Monsanto Company, Helm, Barclay Chemicals Manufacturing, Albaugh Europe, Albaugh TKI D.O.O. u Albaugh UK għandhom isostnu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet ta’ intervent.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/56


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Gollnisch vs Il-Parlament

(Kawża T-375/18) (1)

(“Rikors għal annullament u għad-danni - Dritt istituzzjonali - Parlament Ewropew - Xogħol ta’ delegazzjoni barra mill-Unjoni - Deċiżjoni tal-President tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun - Lista ta’ persuni awtorizzati jipparteċipaw f’laqgħa interparlamentari fil-Ġappun li ma tinkludix isem ir-rikorrent - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Ksur tar-rekwiżiti formali - Inammissibbiltà”)

(2019/C 139/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bruno Gollnisch (Villiers-le-Mahieu, Franza) (rappreżentant: B. Bonnefoy-Claudet, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u S. Alonso de León, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun, tal-20 ta’ Marzu 2018, li tistabbilixxi l-lista ta’ persuni awtorizzati jipparteċipaw f’laqgħa interparlamentari fil-Ġappun u, sussidjarjament, għall-annullament ta’ żewġ deċiżjonijiet impliċiti ta’ ċaħda u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab b’riżultat ta’ dan l-att.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bruno Gollnisch għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Parlamnt Ewropew.


(1)  ĠU C 364, 8.10.2018.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 — SFIE-PE vs Il-Parlament

(Kawża T-401/18) (1)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Strajk tal-interpreti - Miżuri adottati mill-Parlament Ewropew li jordnaw lill-interpreti bi strajk jipprovdu servizzi minimi - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà”)

(2019/C 139/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Syndicat des fonctionnaires internationaux et européens — Section du Parlement européen (SFIE-PE) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau u E. Taneva, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 263 u 268 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tat-2 ta’ Lulju 2018 tad-Direttur Ġenerali tal-Persunal tal-Parlament li tordna lill-interpreti u lill-interpreti ta’ konferenzi bi strajk jipprovdu servizzi minimi fit-3 ta’ Lulju 2018 kif ukoll tad-deċiżjonijiet sussegwenti tad-Direttur Ġenerali tal-Persunal tal-Parlament li jordnaw lill-interpreti u lill-interpreti ta’ konferenzi bi strajk jipprovdu servizzi minimi fl-4, fil-5, fl-10 u fil-11 ta’ Lulju 2018 u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Parlament għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali kkawżat minn dawn id-deċiżjonijiet stmat ex æquo et bono fl-ammont ta’ EUR 10 000.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Is-syndicat des fonctionnaires internationaux et européens — Section du Parlement européen (SFIE-PE) huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talba għal intervent tal-Kunsill.

4)

Is-SFIE-PE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talba għal intervent tal-Kunsill.


(1)  ĠU C 364, 8.10.2018.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — eSlovensko Bratislava vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-460/18) (1)

(“Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi - Tpaċija ta’ krediti - Tmiem tal-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2019/C 139/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: eSlovensko Bratislava (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentant: B. Fridrich, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Verheecke, J. Estrada de Solà u F. van den Berghe, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2018 dwar l-irkupru tas-somma ta’ EUR 229 711.16 permezz tat-tpaċija tal-ħlas li għandu jsir mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) lir-rikorrenti mal-kreditu tal-Kummissjoni fil-konfront ta’ eSlovensko.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 328, 17.9.2018.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/58


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 —  ND (*1) u  OE (*1) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-581/18) (1)

(“Rikors għal annullament - Diskriminazzjoni allegata bejn uffiċjali Ewropej u residenti nazzjonali oħra fir-rigward tal-mod ta’ kalkolu tar-remunarazzjoni netta li tiddetermina t-tariffa ta’ ċerti benefiċċji soċjali - Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali - Għeluq ta’ lment - Nuqqas li jingħata bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Inammissibbiltà”)

(2019/C 139/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ND (*1),  OE (*1) (rappreżentant: A. Bove, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Martin, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 2018, innotifikata lir-rikorrenti fit-30 ta’ Lulju 2018, li permezz tagħha din għalqet l-ilment tagħhom kontra l-belt tal-Lussemburgu, l-Istat tal-Lussemburgu u l-Qorti Amministrattiva tal-Lussemburgu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

 ND (*1) u  OE (*1) huma kkundannati għall-ispejjeż.


(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.

(1)  ĠU C 408, 12.11.2018.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/59


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 — Trifolio-M et vs EFSA

(Kawża T-675/18 R)

(Talba għal miżuri provviżorji - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - roċedura ta’ reviżjoni tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva azadirachtin - Ċaħda tat-talba għal trattament kunfidenzjali - Nuqqas ta’ fumus boni juris)

(2019/C 139/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Trifolio-M GmbH (Lahnau, il-Ġermanja), Oxon Italia SpA (Milan, l-Italja), Mitsui AgriScience International SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Mereu u S. Englebert, avukati)

Konvenut: Autorité européenne de sécurité des aliments (rappreżentanti: D. Detken u S. Gabbi, aġenti, assistiti minn S. Raes, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-11 ta’ Settembru 2018 tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel li tirrigwarda talbiet għal trattament kunfidenzjali tal-konklużjonijiet dwar l-eżami kolleġjali tal-evalwazzjoni tar-riskji marbuta mas-sustanza attiva azadirachtin użata bħala pestiċida (EFSA1LA1DEC/19777743/2018).

Dispożittiv

1)

talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tal-20 ta’ Novembru 2018, Trifolio-M et vs EFSA, (T-675/18 R) huwa annullat.

3)

Kull parti tbati l-ispejjeż tagħha.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/60


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2019 — Cham Holding u Bena Properties vs Il-Kunsill

(Kawża T-55/19)

(2019/C 139/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cham Holding Co. SA (Damas, is-Sirja) u Bena Properties Co. SA (Damas) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tikkumpensa d-dannu kollu sostnut mir-rikorrenti fl-ammont li l-Qorti Ġenerali għandha tiffissa b’mod ekwu;

sussidjarjament, taħtar il-ħatra ta’ espert sabiex tiġi stabbilita l-portata tad-dannu sostnut mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed prinċipali u ieħor sussidjarju bbażati fuq dannu li hija allegatament ġarrbet u li r-responsabbiltà għalih hija tal-Kunsill tal-unjoni Ewropea.

Il-motiv prinċipali huwa bbażat fuq il-fatt li l-miżuri ristrettivi kkontestati, jiġifieri d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u l-atti ta’ eżekuzzjoni sussegwenti, huma illegali. L-ewwel nett, huma jiksru l-obbligu ta’ motivazzjoni kif previst fl-Artikoli 296 TFUE u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, fit-tieni lok, huma jiksru d-dritt ta’ proprjetà tar-rikorrenti u dritt għar-rispett tar-reputazzjoni tagħha. Dan il-ksur qed jiġi allegat li kien il-kawża diretta ta’ dannu sostanzjali morali u pekunjarju kontriha, li jikkonsisti rispettivament minn preġudizzju għar-reputazzjoni tagħha, minn naħa, u għal ksur ta’ kuntratti, telf ta’ tagħmir u telf ta’ dħul, min-naħa l-oħra, li għalih hija intitolata għal kumpens.

Il-motiv sussidjarju huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ sistema ta’ responsabbiltà mingħajr nuqqas tal-Unjoni Ewropea.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/61


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2019 — Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

(Kawża T-56/19)

(2019/C 139/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Syriatel Mobile Telecom (Joint Stock Company) (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tikkumpensa d-dannu kollu sostnut mir-rikorrenti fl-ammont li l-Qorti Ġenerali għandha tiffissa b’mod ekwu;

sussidjarjament, taħtar il-ħatra ta’ espert sabiex tiġi stabbilita l-portata tad-dannu sostnut mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed prinċipali u ieħor sussidjarju bbażati fuq dannu li hija allegatament ġarrbet u li r-responsabbiltà għalih hija tal-Kunsill tal-unjoni Ewropea.

Il-motiv prinċipali huwa bbażat fuq il-fatt li l-miżuri ristrettivi kkontestati, jiġifieri d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u l-atti ta’ eżekuzzjoni sussegwenti, huma illegali. L-ewwel nett, huma jiksru l-obbligu ta’ motivazzjoni kif previst fl-Artikoli 296 TFUE u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, fit-tieni lok, huma jiksru d-dritt ta’ proprjetà tar-rikorrenti u dritt għar-rispett tar-reputazzjoni tagħha. Dan il-ksur qed jiġi allegat li kien il-kawża diretta ta’ dannu sostanzjali morali u pekunjarju kontriha, li jikkonsisti rispettivament minn preġudizzju għar-reputazzjoni tagħha, minn naħa, u għal ksur ta’ kuntratti, telf ta’ tagħmir u telf ta’ dħul, min-naħa l-oħra, li għalih hija intitolata għal kumpens. Il-motiv sussidjarju huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ sistema ta’ responsabbiltà mingħajr nuqqas tal-Unjoni Ewropea.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/61


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2019 — Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-57/19)

(2019/C 139/64)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Rami Makhlouf (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tikkumpensa d-dannu kollu sostnut mir-rikorrent fl-ammont li l-Qorti Ġenerali għandha tiffissa b’mod ekwu;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed prinċipali u ieħor sussidjarju bbażati fuq dannu li huwa allegatament ġarrab u li r-responsabbiltà għalih hija tal-Kunsill tal-unjoni Ewropea.

Il-motiv prinċipali huwa bbażat fuq il-fatt li l-miżuri ristrettivi kkontestati, jiġifieri d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u l-atti ta’ eżekuzzjoni sussegwenti, huma illegali. L-ewwel nett, huma jiksru l-obbligu ta’ motivazzjoni kif previst fl-Artikoli 296 TFUE u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, fit-tieni lok, huma jiksru d-dritt ta’ proprjetà tar-rikorrent u dritt għar-rispett tar-reputazzjoni tiegħu. Dan il-ksur qed jiġi allegat li kien il-kawża diretta ta’ dannu sostanzjali morali u pekunjarju kontrieh, li jikkonsisti rispettivament minn preġudizzju għar-reputazzjoni tiegħu, minn naħa, u għal ksur ta’ kuntratti, telf ta’ tagħmir u telf ta’ dħul, min-naħa l-oħra, li għalih huwa intitolat għal kumpens. Il-motiv sussidjarju huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ sistema ta’ responsabbiltà mingħajr nuqqas tal-Unjoni Ewropea.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/62


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2019 — Othman vs Il-Kunsill

(Kawża T-58/19)

(2019/C 139/65)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Razan Othman (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tordna lill-Unjoni Ewropea tikkumpensa d-dannu kollu mġarrab mir-rikorrenti b’ammont li l-Qorti Ġenerali tistabbilixxi b’ekwità;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv prinċipali u motiv sussidjarju, ibbażati fuq l-allegat dannu li hija ġarrbet u li huwa responsabbli għalih il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-motiv prinċipali huwa bbażat fuq il-fatt li l-miżuri restrittivi inkwistjoni, jiġifieri d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u l-atti sussegwenti ta’ implimentazzjoni, huma illegali. L-ewwel nett, huma jiksru l-obbligu ta’ motivazzjoni kif previst fl-Artikoli 296 TFUE u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentalii tal-Unjoni Ewropea u, it-tieni nett, huma jiskru d-dritt tar-rikorrenti għal proprjetà, u d-dritt għar-rispett tar-reputazzjoni tagħha. Dan il-ksur kien il-kawża diretta ta’ dannu morali u materjali fil-konfront tagħha, li jikkonsisti rispettivament fi ksur għar-reputazzjoni tagħha, minn naħa, u fi ksur ta’ kuntratti, telf ta’ materjal u telf ta’ dħul, min-naħa l-oħra, li fir-rigward tagħhom hija ssostni li għandha dritt għal kumpens.

Il-motiv sussidjarju huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ sistema ta’ responsabbiltà mingħajr nuqqas fl-Unjoni Ewropea.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/63


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2019 — Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-59/19)

(2019/C 139/66)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ehab Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tordna lill-Unjoni Ewropea tipprovdi kumpens għad-danni subiti mir-rikorrent f’ammont li għandu jiġi stabbilit b’mod ekwu mill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ din l-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv prinċipali u motiv sussidjarju, ibbażati fuq id-danni allegatament subiti minnu u li huwa responsabbli għalihom il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-motiv prinċipali huwa bbażat fuq il-fatt li l-miżuri restrittivi kontenzjużi, jiġifieri id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u l-atti sussegwenti ta’ eżekuzzjoni tagħha, huma illegali. Fl-ewwel lok, dawn jiksru l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikoli 296 TFUE u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, fit-tieni lok, dawn jippreġudikaw id-dritt tal-proprjetà tar-rikorrent, u d-dritt tar-rispett lejn ir-reputazzjoni tiegħu. Dan il-ksur ikkawżalu direttament danni morali u materjali, li jikkonsistu fi ħsara għar-reputazzjoni tiegħu wara l-inklużjoni tiegħu fil-listi ta’ sanzjonijiet u li għandu dritt li jiġi kkumpensat għalihom.

Il-motiv sussidjarju, min-naħa tiegħu, huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ sistema ta’ sistema ta’ responsabbiltà mingħajr ħtija tal-Unjoni Ewropea.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/64


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2019 — Drex Technologies vs Il-Kunsill

(Kawża T-61/19)

(2019/C 139/67)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Drex Technologies SA (Tortola, Il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tordna lill-Unjoni Ewropea tipprovdi kumpens għad-danni subiti mir-rikorrenti f’ammont li għandu jiġi stabbilit b’mod ekwu mill-Qorti Ġenerali;

sussidjarjament, tordna l-ħatra ta’ espert bil-ħsieb li dan jistabbilixxi l-entità totali tad-danni subiti mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ din l-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv prinċipali u motiv sussidjarju, ibbażati fuq id-danni allegatament subiti minnha u li huwa responsabbli għalihom il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-motiv prinċipali huwa bbażat fuq il-fatt li l-miżuri restrittivi kontenzjużi, jiġifieri id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u l-atti sussegwenti ta’ eżekuzzjoni tagħha, huma illegali. Fl-ewwel lok, dawn jiksru l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikoli 296 TFUE u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, fit-tieni lok, dawn jippreġudikaw id-dritt tal-proprjetà tar-rikorrenti, u d-dritt tar-rispett lejn ir-reputazzjoni tagħha. Dan il-ksur ikkawżalha direttament danni morali u materjali, li jikkonsistu respettivament, minn naħa, fi ħsara għar-reputazzjoni tagħha u min-naħa l-oħra, f’terminazzjoni ta’ kuntratti, telf materjali u telf ta’ qligħ, li għandha dritt li tiġi kkumpensata għalihom.

Il-motiv sussidjarju, min-naħa tiegħu, huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ sistema ta’ sistema ta’ responsabbiltà mingħajr ħtija tal-Unjoni Ewropea.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/65


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2019 — Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

(Kawża T-62/19)

(2019/C 139/68)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Almashreq Investment Fund (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tordna lill-Unjoni Ewropea tipprovdi kumpens għad-danni subiti mir-rikorrenti f’ammont li għandu jiġi stabbilit b’mod ekwu mill-Qorti Ġenerali;

sussidjarjament, tordna l-ħatra ta’ espert bil-ħsieb li dan jistabbilixxi l-entità totali tad-danni subiti mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ din l-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv prinċipali u motiv sussidjarju, ibbażati fuq id-danni allegatament subiti minnha u li huwa responsabbli għalihom il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-motiv prinċipali huwa bbażat fuq il-fatt li l-miżuri restrittivi kontenzjużi, jiġifieri id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u l-atti sussegwenti ta’ eżekuzzjoni tagħha, huma illegali. Fl-ewwel lok, dawn jiksru l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikoli 296 TFUE u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, fit-tieni lok, dawn jippreġudikaw id-dritt tal-proprjetà tar-rikorrenti, u d-dritt tar-rispett lejn ir-reputazzjoni tagħha. Dan il-ksur ikkawżalha direttament danni morali u materjali, li jikkonsistu respettivament, minn naħa, fi ħsara għar-reputazzjoni tagħha u min-naħa l-oħra, f’terminazzjoni ta’ kuntratti, telf materjali u telf ta’ qligħ, li għandha dritt li tiġi kkumpensata għalihom.

Il-motiv sussidjarju, min-naħa tiegħu, huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ sistema ta’ sistema ta’ responsabbiltà mingħajr ħtija tal-Unjoni Ewropea.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/66


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2019 — CRIA u CCCMC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-72/19)

(2019/C 139/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: China Rubber Industry Association (CRIA) (Beijing, iċ-Ċina) u China Chamber of Commerce of Metals, Minerals & Chemicals Importers & Exporters (CCCMC) (Beijing) (rappreżentanti: R. Antonini, E. Monard u B. Maniatis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorji impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163, sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti u lill-membri rilevanti tagħhom; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega li billi wettaq l-evalwazzjoni tad-dannu abbażi tad-data “ponderata” tal-kumpanniji fil-kampjun, ir-Regolament ikkontestat kiser l-Artikoli 2(d), 8(1), (4) u (7) u 27 (flimkien mal-Artikolu 10(6)) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-“Regolament bażiku kontra s-sussidji”). (1) Anki jekk jitqies li l-ponderazzjoni hija permessa, il-metodu li bih din saret jirriżulta fi ksur tal-Artikoli 8(1), (2) u (4) u 15(1) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji.

2.

It-tieni motiv, li jallega li l-inklużjoni ta’ tajers b’wiċċ ġdid ma tippermettix li l-Kummissjoni tikseb xi bażi biex loġikament tkompli bl-investigazzjoni tagħha, bi ksur tal-Artikoli 2(d), 8(1), (4) u (5) u 9(1) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji. In-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni mill-analiżi tad-dannu u tal-kawża tad-dannu, tas-segmentazzjoni bejn tajers ġodda u tajers b’wiċċ ġdid, ma huwiex ibbażat fuq provi reali u ma jammontax għal eżami oġġettiv bi ksur tal-Artikolu 8(1), (4) u (5) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji.

3.

It-tielet motiv, li jallega li l-evalwazzjoni tal-effetti fuq il-prezzijiet (twaqqigħ tal-prezz u bejgħ taħt il-prezz) u d-determinazzjoni tal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu jiksru l-Artikoli 8(1) u (2) u 15(1) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, billi jonqsu milli jieħdu inkunsiderazzjoni l-ispiża ħafna ogħla għal kull kilometru ta’ tajer ġdid meta pparagunat ma’ tajer b’wiċċ ġdid u billi jibbażaw ruħhom fuq prezzijiet għall-esportazzjoni mibnija.

4.

Ir-raba’ motiv, li jallega li l-inkoerenzi, l-inkonsistenzi u n-nuqqas ta’ bażi ta’ prova reali u/jew oġġettiva tal-evalwazzjoni tal-kawża tad-dannu jikser l-Artikolu 8(1) u (5) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji. Ir-regolament ikkontestat jonqos ukoll milli jeżamina b’mod xieraq fatturi magħrufa oħrajn biex jiżgura li d-dannu kkawżat minn dawk il-fatturi l-oħra ma jiġix attribwit lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping b’mod kuntrarju għall-Artikolu 8(1) u (6) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji.

5.

Il-ħames motiv, li jallega li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u l-Artikoli 11(7), 29(1), (2) u (3) u 30(2) u (4) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, billi naqset milli tikxef u tagħti aċċess lir-rikorrenti għal informazzjoni rilevanti għall-investigazzjoni u għad-determinazzjoni tad-dumping.

6.

Is-sitt motiv, li jallega l-livell tad-dazji antidumping imposti mir-Regolament ikkontestat jikser id-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-“Regolament bażiku antidumping”) (2) u l-Artikoli 2(10)(b) u 2(7)(a) tar-Regolament bażiku antidumping.


(1)  Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55).

(2)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/67


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (We IntelliGence the World)

(Kawża T-84/19)

(2019/C 139/70)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cinkciarz.pl sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska u K. Gajek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MasterCard International, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata:applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva tal-Unjoni (We IntelliGence the World) — applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15225246

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 1062/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-MasterCard International Incorporated għall-ispejjeż tagħhom u dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż tal- proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430, moqri flimkien mal-Artikolu 41 (2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

ksur tal-Artikolu 94(1) tar- Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba;

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/68


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2019 — Broughton vs Eurojust

(Kawża T-87/19)

(2019/C 139/71)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Jon Broughton (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: D.C. Coppens, avukat)

Konvenuta: Eurojust

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla bis-saħħa tal-Artikolu 270 TFUE, id-deċiżjonijiet ikkontestati ta’ Eurojust 62/2018/AD, tal-20 ta’ Novembru 2018, AD 2018-26 u AD 2018-27, tal-4 ta’ Mejju 2018, kif ukoll id-deċiżjoni ta’ rkupru tal-ammonti mħallsa indebitament tal-4 ta’ Mejju 2018;

tiddikjara li l-Franċiż għandu jitqies bħala t-tieni lingwa ta’ J. Broughton u l-Olandiż għandu jitqies bħala t-tielet lingwa tiegħu;

tiddikjara li l-irkupru ordnat fir-rigward tar-rikorrent huwa illegali, twaqqfu u tiddikjara li l-ammonti rkuprati minn Eurojust għandhom jingħataw lura lir-rikorrent;

tiddikjara li Eurojust għandha terġa’ tqiegħed lir-rikorrent fl-istess sitwazzjoni ġuridika li huwa kien jinsab fiha qabel id-deċiżjonijiet ikkontestati;

tikkundanna lil Eurojust għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, intiż kontra d-deċiżjonijiet ikkontestati kollha, huwa ibbażat fuq il-fatt li:

l-investigazzjoni ma twettqitx b’mod oġġettiv u metikoluż;

il-fatti li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni ma ġewx stabbiliti abbażi ta’ investigazzjoni metikoluża u indipendenti;

id-deċiżjoni ma hijiex sostnuta mill-fatti;

l-interessi tar-rikorrent ma ttieħdux biżżejjed inkunsiderazzjoni, bi ksur tal-prinċipju ta’ “opportunitajiet ugwali għall-partijiet”.

2.

It-tieni motiv, intiż kontra d-deċiżjonijiet AD 2018-26 u AD 2018-27, huwa ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ma humiex sostnuti mill-fatti:

il-fatti li fuqhom id-deċiżjoni hija bbażata ma jistgħux isostnuha;

il-fatti ġew evalwati b’mod żbaljat;

il-provi ġew evalwati b’mod żbaljat.

3.

It-tielet motiv, intiż kontra d-deċiżjoni ta’ rkupru, huwa bbażat fuq il-fatt li:

id-deċiżjoni ma hijiex sostnuta mill-fatti;

id-deċiżjoni ma hijiex motivata biżżejjed.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/69


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (currencymachineassistant)

(Kawża T-88/19)

(2019/C 139/72)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cinkciarz.pl sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska u K. Gajek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MasterCard International, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni currencymachineassistnat — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15225071

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 1059/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil MasterCard International Incorporated għall-ispejjeż tagħhom u kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430, moqri flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ amministrazzjoni tajba.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/70


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (robodealer)

(Kawża T-89/19)

(2019/C 139/73)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cinkciarz.pl sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska u K. Gajek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MasterCard International, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (robodealer) — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15225212

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 1058/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil MasterCard International Incorporated għall-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430, moqri flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba;

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/72


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (currencyassistant)

(Kawża T-90/19)

(2019/C 139/74)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cinkciarz.pl sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska u K. Gajek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MasterCard International, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea currencyassistant — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15224876

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 1057/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil MasterCard International Incorporated għall-ispejjeż tagħhom stess u kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti fil-proċeduri quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430, moqri flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ amministrazzjoni tajba;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/73


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (tradingcurrencyassistant)

(Kawża T-91/19)

(2019/C 139/75)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cinkciarz.pl sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska u K. Gajek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MasterCard International, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea tradingcurrencyassistant — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15225238

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 1056/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil MasterCard International Incorporated għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430 flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar- Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u amministrazzjoni tajba;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/74


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (CKPL)

(Kawża T-92/19)

(2019/C 139/76)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cinkciarz.pl sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska u K. Gajek, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MasterCard International, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva (CKPL) — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15368897

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 1060/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-MasterCard International Incorporated għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti fil-proċedura quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 71 (1) tar- Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430, konġuntament mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/75


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl v EUIPO — MasterCard International (AI moneypersonalassistant)

(Kawża T-93/19)

(2019/C 139/77)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cinkciarz.pl sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska u K. Gajek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MasterCard International, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea AI moneypersonalassistant — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15225188

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 1055/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil MasterCard International Incorporated għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430, flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar_Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ amministrazzjoni tajba;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/76


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (moneyassistant)

(Kawża T-94/19)

(2019/C 139/78)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cinkciarz.pl sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska u K. Gajek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MasterCard International, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea moneyassistant — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15225105

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 1054/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil MasterCard International Incorporated ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430, flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u amministrazzjoni tajba;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/77


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (AI currencypersonalassistant)

(Kawża T-95/19)

(2019/C 139/79)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cinkciarz.pl sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska u K. Gajek, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MasterCard International, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (AI currencypersonalassistant) — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 015225097

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 1053/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrent titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-MasterCard International Incorporated għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż tal-proċedura quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430 moqri flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Funamentali tal-Unjoni Ewropea

Ksur tal-Artikolu 94(1), tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea moqri flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/78


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (CNTX Trading)

(Kawża T-96/19)

(2019/C 139/80)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cinkciarz.pl sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska u K. Gajek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MasterCard International, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CNTX Trading — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15368939

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 986/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil MasterCard International Incorporated għall-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430, moqri flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba;

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/79


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl vs EUIPO — MasterCard International (Aldealer)

(Kawża T-97/19)

(2019/C 139/81)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cinkciarz.pl sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: Skrzydło-Tefelska u K. Gajek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MasterCard International, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Aldealer — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15216765

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 1063/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil MasterCard International Incorporated ibatu l-ispejjeż tagħhom stess u kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti fil-proċeduri quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430, moqri flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ amministrazzjoni tajba;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/81


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 — Cinkciarz.pl v EUIPO — MasterCard International (CNTX)

(Kawża T-98/19)

(2019/C 139/82)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cinkciarz.pl sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska u K. Gajek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MasterCard International, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CNTX — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15368954

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 1064/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil MasterCard International Incorporated għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430 flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u amministrazzjoni tajba;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/82


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2019 — L. Oliva Torras vs EUIPO — Mecánica del Frío (Apparat ta’ gganċjar għall-vetturi)

(Kawża T-100/19)

(2019/C 139/83)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: L. Oliva Torras, SA (Manresa, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mecánica del Frío, SL (Cornellá de Llobregat, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni (Igganċjar għall-vetturi) — disinn tal-Unjoni Nru 2217 588-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1397/2017-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

fuq il-motiv ta’ invalidità, qed tintalab li l-konklużjonijiet tal-Bord tal-Appell jiġu kkonfermati fuq dan il-punt u li l-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ppreżentati għall-finijiet tal-invalidità ta’ disinn Komunitarju jitwettqu fir-rigward ta’ kull wieħed mill-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament dwar id-disinji Komunitarji “Ħtiġiet għall-protezzjoni”.

rigward id-data preċedenti li fuqha huma bbażati l-allegazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ novità u ta’ karattru individwali, il-paragun magħmul mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u mill-Bord tal-Appelli huwa bbażat esklużivament fuq l-immaġni A (rendiment tal-katalgu) huwa żbaljat u huwa mitlub li l-paragun isir billi jitqiesu l-provi kollha prodotti u ċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ inkwistjoni.

fuq il-mertu: nuqqas ta’ novità tad-disinn Komunitarju rreġistrat. Hija mitluba li tiddikjarah invalidu peress li huwa kważi identiku u għaldastant jikkonsisti f’imitazzjoni kważi identika mingħajr awtorizzazzjoni tad-disinn ikkummerċjalizzat mir-rikorrenti. B’riżultat ta’ dan, id-disinn Komunitarju rreġistrat kkontestat ma għandux ir-rekwiżit ta’ novità meħtieġ sabiex jakkwista l-protezzjoni permezz tar-reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju.

fuq il-mertu: nuqqas ta’ karattru individwali tad-disinn Komunitarju rreġistrat. Huwa mitlub li d-disinn ikkontestat jiġi ddikkjarat invalidu minħabba nuqqas ta’ karattru individwali fir-rigward tad-disinni żvelati minn qabel minn L. Oliva Torras, S.A. filwaqt li jitqies il-marġni żgħir ta’ libertà kreattiva impost mill-funzjonalità teknika tal-parti li għandha tkun immuntata fuq magna partikolari tal-vettura, il-karatteristiċi tal-utent infurmat u x-xebh bejn il-partijiet l-oħra mqabbla.

fuq il-mertu: eżistenza ta’ każijiet ta’ esklużjoni għall-protezzjoni tad-disinn Komunitarju rreġistrat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar id-disinji Komunitarji. Ir-rikorrenti titlob li d-disinn ikkontestat jiġi ddikjarat invalidu minħabba li huwa suġġett għall-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 8(1) u (2) peress li d-dehra tad-disinn hija ddettata esklużivament mill-funzjoni teknika tiegħu, u jiġi ddikjarat invalidu minħabba li huwa suġġett għall-projbizzjoni assoluta li hemm fl-Artikolu 4 tar-Regolament dwar id-disinji Komunitarji peress li jikkostitwixxi komponent ta’ prodott kumpless.

fuq il-mertu: id-disinn Komunitarju rreġistrat imur kontra l-Artikolu 9 tar- Regolament dwar id-disinji Komunitarji. Huwa mitlub li tiġi kkonfermata d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appelli dwar dan il-punt.

konformement mal-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, “Regoli ġenerali dwar it-tqassim tal-ispejjeż”, huwa mitlub li l-parti li ġiet miċħuda t-talbiet tagħha tiġi ordnata tbati l-ispejjeż, jekk il-parti l-oħra tkun talbet dan.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 5, 6, 8 u 9 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/83


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2019 — Garriga Polledo et vs Il-Parlament

(Kawża T-102/19)

(2019/C 139/84)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Salvador Garriga Polledo (Madrid, Spanja) u 45 rikorrent ieħor (rappreżentanti: A. Schmitt u A. Waisse, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

sa fejn huwa meħtieġ, inkwantu miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jew miżuri istruttorji tal-kawża, tordna lill-Parlament Ewropew jipproduċi l-opinjonijiet maħruġa mis-servizz legali tal-Parlament Ewropew, li ngħataw fis-16 ta’ Lulju 2018 kif ukoll fit-3 ta’ Diċembru 2018, mingħajr preġudizzju għad-data eżatta, iżda f’kull każ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni meħuda mill-bureau tal-Parlament fl-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU 2018, C 466, p. 8);

tannulla d-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq meħuda mill-bureau tal-Parlament fl-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, sa fejn hija temenda l-Artikolu 76 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut (premessi (5) u (6), Artikolu 1(7)) u l-Artikolu 2 sa fejn huwa jirrigwarda l-Artikolu 76 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tad-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq), jew inkella, jekk l-elementi ċċitati iktar ’il fuq ma jitqiesux bħala separabbli mill-bqija tal-att ikkontestat, tannulla d-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq meħuda fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza ratione materiae tal-bureau

minn naħa, l-att ikkontestat ġie adottat bi ksur tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew adottat b’deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2005, 2005/684/KE, Euratom, (ĠU 2005, L 262, p. 1) (iktar ’il quddiem l-“Istatut”). L-att ikkontestat imur b’mod partikolari kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27 tal-Istatut li jimponi ż-żamma tad-“drittijiet miksuba” u tad-“drittijiet futuri”.

min-naħa l-oħra, l-att ikkontestat joħloq taxxa billi jistabbilixxi imposta speċjali ta’ 5 % tal-ammont nominali tal-pensjoni minkejja li l-ħolqien ta’ taxxa ma jaqax taħt il-kompetenza tal-bureau skont l-Artikolu 223(2) TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali

minn naħa, il-bureau huwa kkritikat li adotta l-att ikkontestat mingħajr ma osserva r-regoli imposti permezz tal-Artikolu 223 TFUE.

min-naħa l-oħra, l-att ikkontestat ma huwiex immotivat suffiċjentement u jikser għalhekk l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, u l-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet miksuba u drittijiet fil-proċess li jkunu miksuba u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi

minn naħa, l-att ikkontestat jikser id-drittijiet miksuba u drittijiet fil-proċess li jkunu miksuba li jirriżultaw kemm mill-prinċipji ġenerali tad-dritt kif ukoll mill-Istatut, li jimponi b’mod esplitu li huma għandhom jinżammu “fl-intier tagħhom” (Artikolu 27).

min-naħa l-oħra, l-att ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni

minn naħa, il-ksur tad-drittijiet tar-rikorrenti huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-għanijiet segwiti permezz tal-att ikkontestat.

min-naħa l-oħra, l-att ikkontestat għandu jiġi annullat minħabba ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u fuq l-assenza ta’ miżuri tranżitorji

minn naħa, l-att ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali sa fejn huwa għandu, b’mod irregolari, effetti retroattivi.

min-naħa l-oħra, l-att ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali sa fejn huwa naqas milli jadotta miżuri tranżitorji.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/84


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Mende Omalanga vs Il-Kunsill

(Kawża T-103/19)

(2019/C 139/85)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Lambert Mende Omalanga (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois, u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 11 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 11 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(a) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(a) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, inkluż ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jippermetti li jiġu ġġustifikati l-miżuri u li tiġi ggarantita protezzoni ġudizzjarja effettiva, kif ukoll ksur tad-dritt għal smigħ.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-implikazzjoni tar-rikorrenti f’atti li jostakolaw soluzzjoni kunsenswali u paċifika bil-għan ta’ żamma ta’ elezzjonijiet fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal ħajja privata u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-inapplikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(a) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal- 20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (ĠU 2010, L 336, p. 30) u tal-Artikolu 2b(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo ta’ l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2008, L 352M, p. 231). F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-kriterju legali kif iddefinit f’dawn l-artikoli, li fuqu hija bbażata l-inklużjoni tar-rikorrent fil-listi inkwistjoni, jikser il-prinċipju ta’ prevedibbiltà tal-atti tal-Unjoni u l-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn jikkonferixxi lill-Kunsill setgħa arbitrarja u diskrezzjonali.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/85


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2019 — Dermativa vs EUIPO — Allergan Holdings France (JUVÉDERM)

(Kawża T-104/19)

(2019/C 139/86)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dermativa Co. Ltd (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: G. Paricheva, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allergan Holdings France SAS (Courbevoie, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVÉDERM — Trade mark tal-Unjoni Nru 5 807 169

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 263/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell sabiex ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti f’kull stadju tal-azzjoni għal revoka u tal-proċedimenti ta’ appell, inklużi l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/86


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Louis Vuitton Malletier vs EUIPO — Wisniewski (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ta’ chequerboard)

(Kawża T-105/19)

(2019/C 139/87)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Louis Vuitton Malletier (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, N. Parrotta u F. Rossi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Norbert Wisniewski (Varsavja, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea dwar trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn ta’ chequerboard — Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 2 829 851 li tindika l-Unjoni Ewropea

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 274/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO jbati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti matul dawn il-proċeduri;

tikkundanna lil Norbert Wisniewski jbati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċeduri.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/87


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — ACRE vs Il-Parlament

(Kawża T-107/19)

(2019/C 139/88)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Alliance of Conservatives and Reformists in Europe (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Plasschaert u E. Montens, lawyers)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2018, li tinsab fl-ittra tat-12 ta’ Diċembru 2018 bir-referenza D202862 dwar il-konċessjoni finali tar-rikorrent għall-2017, sa fejn:

irriklassifikat l-ammont rrelattiv għas-“Survey on attitude on UK minority groups in the EU” [Studju fuq l-atteġġjament dwar gruppi minoritarji fir-RU], għall-ammont ta’ EUR 108,985.58, bħala nefqa mhux eliġibbli li għandha tiġi rrimborsata bbażata fuq l-allegata non-osservanza tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003; (1)

irriklassifikat l-ammont relattiv għall-“UK Trade Partnership Conference”[Konferenza dwar partenarjat ta’ kummerċ tar-RU], għall-ammont ta’ EUR 122,295.10, bħala nefqa mhux eliġibbli li għandha tiġi rrimborsata bbażata fuq l-allegata non-osservanza tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003;

irriklassifikat l-ammont relattiv għall-“Conservative International — Miami Conference of 26-27 May 2017” [Internazzjonali Konservattiv — Konferenza ta’ Miami tas-26/27 ta’ Mejju 2017]’, għall-ammont ta’ EUR 249,589.17, bħala nefqa mhux eliġibbli li għandha tiġi rrimborsata bbażata fuq l-allegata non-osservanza tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003;

irriklassifikat l-ammont relattiv għall-“Conservative International — Kampala Conference of 13-15 July 2017” [Internazzjonali Konservattiv — Konferenza ta’ Kampala tat-13/15 ta’ Lulju 2017], għall-ammont ta’ EUR 91,546.58, bħala nefqa mhux eliġibbli li għandha tiġi rrimborsata bbażata fuq l-allegata non-osservanza tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003;

qieset li l-ħlas tal-miżata bħala membru ta’ EUR 133,043.80 mill-Prosperous Armenian Party [Partit Prosperu Armenjan] hija suġġetta għal-limitu ta’ EUR 12,000 impost fuq id-donazzjonijiet; u ġiegħlet lir-rikorrent jirrimborsa l-eċċess ta’ iktar minn EUR 12,000 lill-imsemmi membru, jiġifieri ammont ta’ EUR 121,043.80;

tannulla d-deċiżjoni ta’ kontribuzzjoni bin-numru FINS-2019-5, sa fejn tirrendi l-pagament mill-Parlament Ewropew ta’ 100 % tal-ammont ta’ prefinanzjament ta’ EUR 4,422,345.48, dipendenti fuq ir-rimbors qabel il-15 ta’ Jannar 2019 ta’ (i) l-ammont ta’ EUR 535,609.48 lill-Parlament Ewropew ta’ (ii) kull pagament irċevut indebitament minn kull terz lill-imsemmi terz u, bħala konsegwenza, tannulla l-Artikolu 1.5.1 tat-termini u kundizzjonijiet speċjali marbuta mal-imsemmija deċiżjoni ta’ kontribuzzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tlettax-il motiv.

Motivi li jirrigwardaw l-aspetti kollha tad-deċiżjoni:

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tal-Artikoli 7 u 8 tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2004, li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003, tal-Artikolu II.14.1 tad-deċiżjoni ta’ konċessjoni tal-2017, u ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament 2004/2003.

Motivi li jirrigwardaw ir-riklassifikazzjoni tal-ammont ta’ EUR 108,985.58 bħala mhux eliġibbli u li għandu jiġi rrimborsat:

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament 2004/2003, u almenu żball manifest ta’ evalwazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ġenerali tal-Unjoni ta’ ċertezza legali.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ġenerali tal-Unjoni ta’ trattament ugwali.

Motivi li jirrigwardaw ir-riklassifikazzjoni tal-ammont ta’ EUR 122,295.10 bħala mhux eliġibbli u li għandu jiġi rrimborsat:

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament 2004/2003, u almenu żball manifest ta’ evalwazzjoni.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ġenerali tal-Unjoni ta’ trattament ugwali.

Motivi li jirrigwardaw ir-riklassifikazzjoni tal-ammonti ta’ EUR 249,589.17 u ta’ EUR 91,546.58 bħala mhux eliġibbli u li għandhom jiġu rrimborsati:

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament 2004/2003, tal-Artikolu 10(4) TUE, tal-Artikolu 204a tar-Regolament Finanzjarju kif ukoll tal-Artikoli 11 u 12 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u min tal-inqas żball manifest ta’ evalwazzjoni.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ġenerali tal-Unjoni ta’ ċertezza legali.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ġenerali tal-Unjoni ta’ trattament ugwali u ta’ non-diskriminazzjoni.

Motivi li jirrigwardaw ir-riklassifikazzjoni tal-ammont ta’ EUR 133,043 u l-ordni li jiru rrimborsati EUR 121,043.80:

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikoli 2 u 6 tar-Regolament 2004/2003, u min tal-inqas żball manifest ta’ evalwazzjoni.

12.

It-tnax-il motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ġenerali tal-Unjoni ta’ ċertezza legali.

13.

It-tlettax-il motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ġenerali tal-Unjoni ta’ trattament ugwali u ta’ non-diskriminazzjoni.

Insostenn tat-tieni talba, ir-rikorrent iressaq żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tal-Artikolu 19 tar-Regolament (EU, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 (2) u ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 6(1) tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Mejju 2018 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1141/2014.


(1)  Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 500).

(2)  Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1).


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/90


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kerry Luxembourg vs EUIPO — Döhler (TasteSense By Kerry)

(Kawża T-108/19)

(2019/C 139/89)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kerry Luxembourg Sàrl (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Döhler GmbH (Darmstadt, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata:Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TasteSense By Kerry — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 820 509

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1179/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni mressqa minn Döhler GmbH kontra r-reġistrazzjoni tat-trademark TasteSense By Kerry Nru 15 820 509;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Döhler, jekk tintervjeni f’dawn il-proċedimenti, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/91


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kerry Luxembourg vs EUIPO — Döhler (TasteSense)

(Kawża T-109/19)

(2019/C 139/90)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kerry Luxembourg Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Döhler GmbH (Darmstadt, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TasteSense — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 820 525

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1178/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni mressqa minn Döhler GmbH kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark TasteSense Nru 15 820 525;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Döhler, jekk din tal-aħħar kellha tintervjeni fil-proċedura, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/92


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kazembe Musonda vs Il-Kunsill

(Kawża T-110/19)

(2019/C 139/91)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Claude Kazembe Musonda (Lubumbashi, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois, u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 10 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 10 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/19, Mende Omalanga vs Il-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/92


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Boshab vs Il-Kunsill

(Kawża T-111/19)

(2019/C 139/92)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Évariste Boshab (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois, u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 8 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 8 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/19, Mende Omalanga vs Il-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/93


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kibelisa Ngambasai vs Il-Kunsill

(Kawża T-112/19)

(2019/C 139/93)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Roger Kibelisa Ngambasai (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois, u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 6 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 6 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/19, Mende Omalanga vs Il-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/94


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kampete vs Il-Kunsill

(Kawża T-113/19)

(2019/C 139/94)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ilunga Kampete (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois, u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 1 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/19, Mende Omalanga vs Il-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/95


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2019 — Bacardi vs EUIPO — La Fée (ANGEL’S ENVY)

(Kawża T-115/19)

(2019/C 139/95)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bacardi Co. Ltd (Vaduz, Liechtenstein) (rappreżentant: A. Parassina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: La Fée LLP (Hertfordahire, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva “ANGEL’S ENVY” — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 13 896 551

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 338/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni indirizzata kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali — figurattiva Nru 13 896 551 għal prodotti fil-klassi 33;

titrażmetti s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea lill-EUIPO;

tikkundanna lil La Fée LLP għall-ispejjeż kollha.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 27(2) u (4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625

Ksur tal-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/96


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kande Mupompa vs Il-Kunsill

(Kawża T-116/19)

(2019/C 139/96)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alex Kande Mupompa (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois, u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 9 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 9 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/19, Mende Omalanga vs Il-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/96


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kahimbi Kasagwe vs Il-Kunsill

(Kawża T-117/19)

(2019/C 139/97)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Delphin Kahimbi Kasagwe (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois, u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 7 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 7 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/19, Mende Omalanga vs Il-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/97


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Amisi Kumba vs Il-Kunsill

(Kawża T-118/19)

(2019/C 139/98)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gabriel Amisi Kumba (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois, u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 2 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/19, Mende Omalanga vs Il-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/98


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Mutondo vs Il-Kunsill

(Kawża T-119/19)

(2019/C 139/99)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kalev Mutondo (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois, u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 14 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 14 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/19, Mende Omalanga vs Il-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/99


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Numbi vs Il-Kunsill

(Kawża T-120/19)

(2019/C 139/100)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: John Numbi (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois, u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 5 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 5 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/19, Mende Omalanga vs Il-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/99


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Ruhorimbere vs Il-Kunsill

(Kawża T-121/19)

(2019/C 139/101)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Éric Ruhorimbere (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois, u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 12 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 12 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/19, Mende Omalanga vs Il-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/100


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Ramazani Shadary vs Il-Kunsill

(Kawża T-122/19)

(2019/C 139/102)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Emmanuel Ramazani Shadary (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois, u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 13 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 13 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/19, Mende Omalanga vs Il-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/101


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Kanyama vs Il-Kunsill

(Kawża T-123/19)

(2019/C 139/103)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Célestin Kanyama (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois, u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 4 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/19, Mende Omalanga vs Il-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/102


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Ilunga Luyoyo vs Il-Kunsill

(Kawża T-124/19)

(2019/C 139/104)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ferdinand Ilunga Luyoyo (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois, u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn ir-rikorrent jinżamm fin-Nru 3 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/19, Mende Omalanga vs Il-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/102


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2019 — Dyson et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-127/19)

(2019/C 139/105)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dyson Ltd (Malmesbury, ir-Renju Unit) u 14-il rikorrent ieħor (rappreżentanti: E. Batchelor, T. Selwyn Sharpe u M. Healy, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-konvenut responsabbli għad-dannu subit mir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 (1), fl-ammont ta’ madwar:

EUR 176 100 000, inklużi l-interessi kumpensatorji, għas-sitwazzjoni kontrofattwali li tikkonsisti fl-assenza ta’ ttikkettar, sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Delega Nru 665/2013 sad-19 ta’ Jannar 2019, meta r-regolament dwar l-ittikkettar ġie annullat; u/jew, sussidjarjament

EUR 127 100 000, inklużi l-interessi kumpensatorji, għas-sitwazzjoni kontrofattwali għal kontenitur mimli, sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Delega Nru 665/2013 sad-19 ta’ Jannar 2019, meta r-regolament dwar l-ittikkettar ġie annullat; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret l-Artikolu10(1) tad-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 (2), u li din qabżet il-limiti tal-kompetenza ġuridika tagħha kif permess mill-Artikolu 290 TFUE meta adottat metodu ta’ ttestjar ta’ kontenitur vojt fir-Regolament ta’ Delega Nru 665/2013.

Il-konvenuta naqset milli tirrikonoxxi element essenzjali tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2010/30 u qabżet il-kompetenza tagħha, b’mod kuntrarju għall-Artikolu 290 TFUE.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret il-prinċipju fundamentali ta’ ugwaljanza fit-trattament meta adottat ir-Regolament ta’ Delega Nru 665/2013, li jwettaq diskriminazzjoni illegali bejn il-magni li jiġbdu t-trab tradizzjonali bil-borża u dawk mingħajr borża b’teknoloġija ċiklonika, bħal dawk tar-rikorrenti, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret il-prinċipju fundamentali ta’ amministrazzjoni tajba u/jew id-dmir ta’ diliġenza tagħha meta adottat metodu ta’ ttestjar ta’ kontenitur vojt li: (i) jonqos milli jirrikonoxxi element essenzjali tad-Direttiva 2010/30; (ii) iwettaq diskriminazzjoni kontra teknoloġiji fundamentalment differenti; u (iii) ma jevalwax b’reqqa u b’imparzjalità l-metodi alternattivi ta’ ttestjar ta’ kontenitur mimli disponibbli f’mument partikolari.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret id-dritt fundamentali tar-rikorrenti għall-eżerċizzju ħieles ta’ attività kummerċjali.

Il-konvenuta adottat regolament li jiffavorixxi magni li jiġbdu t-trab tradizzjonali bil-borża li jbatu minn telf fil-prestazzjoni sa fejn il-kontenitur tagħhom jimtela’ bit-trab, b’detriment għal magni li jużaw teknoloġija ċiklonika, bħal dik tar-rikorrenti, li jżommu l-prestazzjoni tagħhom għall-perijodu kollu tal-użu. Dan irrestrinġa l-kapaċità tar-rikorrenti li jagħmlu l-kummerċ u li jikkompetu b’mod ġust ma’ kompetituri li l-prestazzjoni inferjuri tagħhom meta l-kontenitur jimtela’ bit-trab hija mgħottija bl-ittikkejjtar tal-konvenuta, previst għal ittestjar b’kontenitur vojt.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li dan il-ksur importanti tad-dritt tal-Unjoni kkawża lir-rikorrenti danni materjali u mhux materjali sinjifikattivi, li għalihom il-konvenuta għandha tinżamm responsabbli sabiex tikkumpensa lir-rikorrenti.


(1)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013 tat 3 ta’ Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-vacuum cleaners (ĠU 2010, L 153, p. 1, u rettifika ĠU 2017, L 59, p. 40)

(2)  Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (ĠU 2010, L 153, p. 1)


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/104


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2019 — Spadafora vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-130/19)

(2019/C 139/106)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Sergio Spadafora (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni, adottata fis-26 ta’ Novembru 2018 mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF, li permezz tagħha ġie miċħud l-ilment imressaq mir-rikorrent fl-24 ta’ Lulju 2018;

tannulla d-deċiżjoni adottata mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF ta’ dak iż-żmien, li kien qiegħed jaġixxi bħala Awtorità tal-Ħatra, fir-rigward tal-ħatra tal-Kap tal-Unità OLAF.C4 (“Konsulenza legaliˮ”) sa mill-1 ta’ Ġunju 2018;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-kumpens tad-dannu patrimonjali u mhux patrimonjali sostnut mir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jirrigwarda prinċipalment id-deċiżjoni ta’ ħatra, sa mill-1 ta’ Ġunju 2018, tal-Kap tal-Unità ‘Konsulenza legaliˮ tad-Direttorat “Appoġġ għall-Investigazzjonijietˮ” tal-OLAF, u d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment imressaq mir-rikorrent, skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, kontra l-imsemmija deċiżjoni ta’ ħatra.

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(1) u (2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016)3288 finali.

Ir-rikorrent f’dan ir-rigward jsostni li l-evalwazzjonijiet li jinsabu fir-rapporti tal-kumpannija ta’ konsultazzjoni esterna ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Awtorita tal-Ħatra, kuntrarjament għal dak li kien previst, skont l-Artikolu 8(1) tad-deċiżjoni tal-Kummisssjoni msemmija hawn fuq, għall-finijiet ta’ għażla leġittima tal-kap ta’ unità.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ imparzjalità.

Ir-rikorrent f’dan ir-rigward isostni li l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma ġiex osservat fil-kawża ineżami, u dan għaliex id-deċiżjoni ta’ ħatra tal-kap ta’ unità inkwistjoni, minflok ma kienet ir-riżultat leġittimu ta’ proċess ta’ għażla ekwu, kienet l-għan imfittex skont pjan illeġittimu mfassal bil-quddiem tal-konvenuta. Fil-pjan illeġittimu mfassal bil-quddiem tal-konvenuta wieħed jista’ jidentifika żewġ elementi prinċipali: i) il-favoritiżmu fir-rigward ta’ kompetitur tar-rikorrent; ii) it-tnaqqis tal-importanza tas-sentenza tal-5 ta’ Diċembru 2017, Spadafora vs Il-Kummissjoni (T-250/16 P, mhux ippubblikata, EU:T:2017:866) mogħtija mill-Awla tal-Appell tal-Qorti Ġenerali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li, minkejja li abbażi tal-Artikolu 8(2)(a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3288 finali,”avant de procéder à une nomination, le directeur général concerné consulte le Commissaire de tutelleˮ [qabel ma jwettaq il-ħatra, id-Direttur Ġenerali għandu jikkonsulta l-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għad-dipartiment][traduzzjoni mhux uffiċjali], f’dan il-każ l-Awtorità tal-Ħatra ma osservatx din il-proċedura ta’ konsultazzjoni, u għall-kuntrarju qablet ma’ persuna waħda jew iktar dwar il-kandidat li għandu jinħatar bħala kap tal-unità.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/105


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2019 — Off-White vs EUIPO (OFF-WHITE)

(Kawża T-133/19)

(2019/C 139/107)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Off-White LLC (Springfield, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Decker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea OFF-WHITE — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 360 009

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tatat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 580/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn OFF-WHITE LLC quddiem din il-qorti u quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motivi invokati

Id-deċiżjoni kkontestata ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-prattika preċedenti u tikser il-prinċipji legali ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ ċertezza legali u ta’ trattament ugwali.

Ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/106


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2019 — Pilatus Bank vs BĊE

(Kawża T-139/19)

(2019/C 139/108)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pilatus Bank plc (Ta’ Xbiex, Malta) (rappreżentanti: O. Behrends, M. Kirchner u L. Feddern, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, konformement mal-Artikolu 264 TFUE, id-deċiżjoni kkontestata li permezz tagħha l-BĊE rrifjuta li jassumi r-responsabbiltà li jissorvelja direttament lir-rikorrenti skont l-Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament Nru 1024/2013 (1),

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż konformement mal-Artikoli 134 u 135 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-BĊE assuma b’mod żbaljat li ma kienx għad għandu kompetenza jissorvelja lir-rikorrenti wara l-irtirar tal-liċenzja tagħha.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-BĊE huwa obbligat jassumi r-responsabbiltà ta’ sorveljanza għaliex għandu jżomm standards għolja ta’ sorveljanza.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal rimedju effettiv u tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq użu ħażin ta’ poter.

7.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti.

8.

It-tmien motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ.

9.

Id-disa’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nemo auditur.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/107


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2019 — Kludi vs EUIPO — Adlon Brand (ADLON)

(Kawża T-144/19)

(2019/C 139/109)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kludi GmbH & Co. KG (Menden, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Zafar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Adlon Brand GmbH & Co. KG (Düren, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “ADLON” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 115 961

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1500/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-prinċipju li s-suġġett tal-kawża jiġi ddefinit mill-partijiet.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/108


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 — Seigneurvs BĊE

(Kawża T-674/16) (1)

(2019/C 139/110)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 419, 14.11.2016.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/108


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 — Bowles vs BĊE

(Kawża T-677/16) (1)

(2019/C 139/111)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 419, 14.11.2016.


15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/109


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 — Government of Gibraltar vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-783/16) (1)

(2019/C 139/112)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.