ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 131

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
8 ta' April 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 131/01

L-aħħar pubblikazzjonijiettal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-ĠurnalUffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

2019/C 131/02

Teħid ta’ ġurament minn Membru ġdid tal-Qorti tal-Ġustizzja

2

 

CDJ

2019/C 131/03

Teħid ta’ ġurament minn Membru ġdid tal-Qorti tal-Ġustizzja

3

 

GCEU

2019/C 131/04

Teħid ta’ ġurament minn Membru ġdid tal-Qorti Ġenerali

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

CDJ

2019/C 131/05

Kawża C-322/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) — l-Irlanda) — Eugen Bogatu vs Minister for Social Protection (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikolu 67 — Talba għall-benefiċċji tal-familja magħmula minn persuna li ma baqgħetx taħdem fl-Istat Membru kompetenti iżda tkompli tgħix hemmhekk — Dritt għall-benefiċċji tal-familja għal membri tal-familja li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor — Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà)

5

2019/C 131/06

Kawża C-345/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa — il-Litwanja) — Proċedura mibdija minn minn Sergejs Buivids (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ipproċessar ta’ data personali — Direttiva 95/46/KE — Artikolu 3 — Kamp ta’ applikazzjoni — Reġistrazzjoni video ta’ membri tal-pulizija f’għassa tal-pulizija matul l-eżekuzzjoni ta’ atti ta’ natura proċedurali — Pubblikazzjoni fuq sit Internet ta’ videos — Artikolu 9 — Ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet biss ta’ ġurnaliżmu — Kunċett — Libertà tal-espressjoni — Protezzjoni tal-ħajja privata)

6

2019/C 131/07

Kawża C-423/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Den Haag — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staat der Nederlanden vs Warner-Lambert Company LLC (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Direttiva 2001/83/KE — Artikolu 11 — Prodotti mediċinali ġeneriċi — Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott — Esklużjoni ta’ riferimenti li jirreferu għal indikazzjonijiet jew għal forom ta’ dożaġġ li għadhom protetti mid-dritt tal-privattivi fil-mument meta l-prodott mediċinali ġeneriku tqiegħed fis-suq)

6

2019/C 131/08

Kawża C-434/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Zalaegerszegi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság — l-Ungerija) — Human Operator Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Tnaqqis tal-VAT — Determinazzjoni tal-persuna suġġetta għall-ħlas tal-VAT — Applikazzjoni retroattiva ta’ miżura derogatorja — Prinċipju ta’ ċertezza legali)

7

2019/C 131/09

Kawża C-531/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Vetsch Int. Transporte GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 143(1)(d) — Eżenzjonijiet mill-VAT fuq l-importazzjoni — Importazzjonijiet segwiti minn trasferiment intra-Komunitarju — Kunsinna intra-Komunitarja sussegwenti — Frodi fiskali — Rifjut tal-eżenzjoni — Kundizzjonijiet)

8

2019/C 131/10

Kawża C-535/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — NK, fil-kwalità tiegħu ta’ likwidatur tal-fallimenti ta’ PI Gerechtsdeurwaarderskantoor BV u ta’ PI vs BNP Paribas Fortis NV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 u Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi — Falliment ta’ uffiċjal ġudizzjarju — Azzjoni mressqa mil-likwidatur responsabbli għall-Amministrazzjoni u ta’ falliment)

9

2019/C 131/11

Kawża C-554/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Svea hovrätt — l-Isvezja) — Rebecka Jonsson vs Société du Journal L’Est Républicain (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Proċedura Ewropea għal talbiet żgħar — Regolament (KE) Nru 861/2007 — Artikolu 16 — ‘Il-parti telliefa’ — Spejjeż tal-kawża — Tqassim — Artikolu 19 — Liġi proċedurali tal-Istati Membri)

9

2019/C 131/12

Kawża C-562/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Nacional — Spanja) — Nestrade SA vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT), Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tlettax-il Direttiva 86/560/KEE — Modalitajiet ta’ rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività — Impriża mhux stabbilita fl-Unjoni Ewropea — Deċiżjoni preliminari u definittiva ta’ rifjut tar-rimbors tal-VAT — Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT żbaljat)

10

2019/C 131/13

Kawża C-630/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski Sud u Rijeci — il-Kroazja) — Anica Milivojević vs Raiffeisenbank St. Stefan-Jagerberg-Wolfsberg eGen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 56 u 63 TFUE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Moviment liberu tal-kapital — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi n-nullità tal-kuntratti ta’ kreditu li għandhom aspetti internazzjonali konklużi ma’ kreditur mhux awtorizzat — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Artikolu 17(1) — Kuntratt ta’ kreditu konkluż minn persuna fiżika fid-dawl ta’ provvista ta’ servizzi ta’ akkomodazzjoni turistika — Kunċett ta’ konsumatur — Artikolu 24(1) — Kompetenzi esklużivi fil-qasam tad-drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli — Rikors għan-nullità ta’ kuntratt ta’ kreditu u għall-kanċellazzjoni ta’ iskrizzjoni ipotekarja fir-Reġistru tal-Proprjetà)

11

2019/C 131/14

Kawża C-710/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — CCC — Consorzio Cooperative Costruzioni Soc. Cooperativa vs Comune di Tarvisio (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 48(3) — Evalwazzjoni u verifika tal-kapaċitajiet tekniċi tal-operaturi ekonomiċi — Dispożizzjoni nazzjonali li ma tistax tiġi kkunsidrata bħala traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/18 — Assenza ta’ riferiment dirett u inkondizzjonat għad-dritt tal-Unjoni — Assenza ta’ talba bbażata fuq l-eżistenza ta’ interess transkonfinali ċert — Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

12

2019/C 131/15

Kawża C-49/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Catalunya — Spanja) — Carlos Escribano Vindel vs Ministerio de Justicia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Miżuri ta’ awsterità baġitarja — Tnaqqis tar-remunerazzjonijiet fis-servizz pubbliku nazzjonali — Modalitajiet — Impatt iddifferenzjat — Politika soċjali — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Direttiva 2000/78/KE — Artikolu 2(1) u (2)(b) — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 21 — Indipendenza tal-imħallfin — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE)

13

2019/C 131/16

Kawża C-154/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Labour Court, Ireland — l-Irlanda) — Tomás Horgan, Claire Keegan vs Minister for Education & Skills, Minister for Finance, The Minister for Public Expenditure & Reform, Ireland, Attorney General (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Direttiva 2000/78/KE — Artikolu 2(2)(b) — Diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq l-età — Għalliema li jkunu ġew irreklutati reċentement — Data ta’ reklutaġġ — Tabella ta’ salarji u ta’ klassifikazzjoni fil-mument tar-reklutaġġ, fl-iskali inqas favorevoli minn dawk applikabbli għall-għalliema li diġà qegħdin fis-servizz)

14

2019/C 131/17

Kawża C-179/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidsrechtbank Gent — il-Belġju) — Ronny Rohart vs Federale Pensioendienst (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Drittijiet għall-pensjoni taħt l-iskema nazzjonali tal-pensjoni għall-ħaddiema impjegati — Rifjut li jittieħed inkunsiderazzjoni l-perijodu tas-servizz militari obbligatorju mwettaq minn uffiċjal tal-Unjoni Ewropea wara d-dħul fil-kariga tiegħu — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali)

14

2019/C 131/18

Kawża C-231/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Oldenburg — il-Ġermanja) — NK (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport — Trasport bit-triq — Regolament (KE) Nru 561/2006 — Regolament (UE) Nru 165/2014 — Obbligu ta’ użu ta’ takografu — Deroga għall-vetturi użati għat-trasport ta’ annimali ħajjin mill-irziezet lejn is-swieq lokali u viċe versa jew mis-swieq lejn il-biċċeriji lokali)

15

2019/C 131/19

Kawża C-492/18 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra TC (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Mandat ta’ arrest Ewropew — Artikolu 12 — Żamma tal-persuna taħt detenzjoni — Artikolu 17 — Termini għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi s-sospensjoni ex officio tal-miżura ta’ detenzjoni 90 jum wara l-arrest — Interpretazzjoni konformi — Sospensjoni tat-termini — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 6 — Dritt għal-libertà u għas-sigurtà — Interpretazzjonijiet diverġenti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali — Ċarezza u prevedibbiltà)

16

2019/C 131/20

Kawża C-571/18 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2018 minn Felismino Pereira mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-13 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-606/16, Pereira vs Il-Kummissjoni

17

2019/C 131/21

Kawża C-577/18 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2018 minn Petrus Kerstens mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2018 fil-Kawża T-757/17, Kerstens vs Il-Kummissjoni

17

2019/C 131/22

Kawża C-669/18 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2018 minn Adis Higiene, S.L. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fl-10 ta’ Awwissu 2018 fil-Kawża T-309/18 — Adis Higiene vs EUIPO — Farecla Products (G3 Extra Plus)

17

2019/C 131/23

Kawża C-711/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-9 ta’ Novembru 2018 — Ascopiave SpA et vs Ministero dello Sviluppo Economico et

18

2019/C 131/24

Kawża C-754/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-3 ta’ Diċembru 2018 — Ryanair Designated Activity Company vs Országos Rendőr-főkapitányság

18

2019/C 131/25

Kawża C-763/18 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2018 minn Wallapop, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-3 ta’Ottubru 2018 fil-Kawża T-186/17 — Unipreus vs EUIPO — Wallapop (wallapop)

20

2019/C 131/26

Kawża C-830/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht Rheinland-Pfalz (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Diċembru 2018 — Landkreis Südliche Weinstraße vs PF et

21

2019/C 131/27

Kawża C-835/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Timișoara (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Diċembru 2018 — SC Terracult SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Timișoara — Administrația Județeană a Finanțelor Publice Arad — Serviciul Inspecție Fiscală Persoane Juridice 5 and Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Timișoara — Serviciul de Soluționare a Contestațiilor

21

2019/C 131/28

Kawża C-9/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunalul București (ir-Rumanija) fit-3 ta’ Jannar 2019 — SC Mitliv Exim SRL vs Agenția Națională de Administrare Fiscală and Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

22

2019/C 131/29

Kawża C-32/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2019 — AT vs Pensionsversicherungsanstalt

23

2019/C 131/30

Kawża C-47/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Jannar 2019 — HA vs Finanzamt Hamburg-Barmbek-Uhlenhorst

24

2019/C 131/31

Kawża C-77/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fl-1 ta’ Frar 2019 — Kaplan International colleges UK Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

25

2019/C 131/32

Kawża C-79/19 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2019 mir-Repubblika tal-Litwanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-22 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-508/15, Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

26

2019/C 131/33

Kawża C-100/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fit-8 ta’ Frar 2019 — Viasat UK Ltd, Viasat Inc. vs Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)

27

2019/C 131/34

Kawża C-107/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obvodní soud pro Prahu 9 (ir-Repubblika Ċeka) fit-12 ta’ Frar 2019 — XR v Dopravní podnik hl. m. Prahy, akciová společnost

28

2019/C 131/35

Kawża C-119/19 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fl-4 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-518/16, Carreras Sequeros et vs Il-Kummissjoni

29

2019/C 131/36

Kawża C-122/19 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2019 mill-Hamas mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fl-14 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-400/10 RENV, Hamas vs Il-Kunsill

30

2019/C 131/37

Kawża C-126/19 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2019 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fl-4 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-518/16, Carreras Sequeros et vs Il-Kummissjoni

31

2019/C 131/38

Kawża C-132/19 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2019 minn Groupe Canal + mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-873/16, Groupe Canal + vs Il-Kummissjoni

33

2019/C 131/39

Kawża C-160/19 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2019 mill-Comune di Milano mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-167/13, Comune di Milano vs Il-Kummissjoni Ewropea

34

2019/C 131/40

Kawża C-167/19 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-683/15, Freistaat Bayern vs Il-Kummissjoni Ewropea

35

2019/C 131/41

Kawża C-171/19 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawżi T-722/15, T-723/15 u T-724/15, Interessengemeinschaft privater Milchverarbeiter Bayerns e.V. et vs Il-Kummissjoni Ewropea

36

 

Il-Qorti Ġenerali

2019/C 131/42

Kawża T-292/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2019 — Vakakis kai Synergates vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Kunflitti ta’ interessi — Obbligu ta’ diliġenza — Nuqqas ta’ opportunità — Kumpens)

38

2019/C 131/43

Kawżi T-131/16 u T-263/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Il-Belġju u Magnetrol International vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna implimentata mill-Belġju — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tal-għajnuna mħallsa — Deċiżjoni fiskali bil-quddiem (tax ruling) — Eżenzjoni tal-profitti eċċessivi — Awtonomija fiskali tal-Istati Membri — Kunċett ta’ skema ta’ għajnuna — Miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni)

39

2019/C 131/44

Kawża T-679/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2019 — Athletic Club vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali — Rata preferenzjali tat-taxxa fuq id-dħul ta’ klabbs awtorizzati jużaw l-istatus ta’ entità mingħajr skop ta’ qligħ — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Miżura infrastatali — Natura selettiva — Distorsjoni tal-kompetizzjoni — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Modifika ta’ għajnuna eżistenti — Obbligu ta’ motivazzjoni)

40

2019/C 131/45

Kawża T-903/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — RE vs Il-Kummissjoni (Data personali — Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ din id-data — Dritt ta’ aċċess għal din id-data — Regolament (KE) Nru 45/2001 — Rifjut ta’ aċċess — Rikors għal annullament — Ittra li tirreferi għal rifjut parzjali ta’ aċċess preċedenti mingħajr ma jgħaddi għal eżami mill-ġdid — Kunċett ta’ att kontestabbli fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE — Kunċett ta’ att purament konfermattiv — Applikabbiltà fir-rigward tal-aċċess għal data personali — Fatti ġodda u sostanzjali — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni)

40

2019/C 131/46

Kawża T-91/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — L vs Il-Parlament (Servizz Pubbliku — Assistenti parlamentari akkreditati — Leave tal-mard — Leave tal-mard imqatta’ barra mill-post ta’ assenjazzjoni — Assenza irregolari — Artikolu 60 tal-Istatut — Dmir ta’ diliġenza — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

41

2019/C 131/47

Kawża T-366/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (FEŻR — Rifjut li tiġi kkonfermata kontribuzzjoni finanzjarja għal proġett kbir — Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 — Evalwazzjoni tal-koerenza ta’ proġett kbir mal-prijoritajiet tal-programm operattiv — Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru 1083/2006 — Qbiż tat-terminu)

42

2019/C 131/48

Kawża T-34/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Giove Gas vs EUIPO — Primagaz (KALON AL CENTRO DELLA FAMIGLIA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea KALON AL CENTRO DELLA FAMIGLIA — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea CALOON — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

42

2019/C 131/49

Kawża T-63/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Torro Entertainment vs EUIPO — Grupo Osborne (TORRO Grande MEAT IN STYLE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TORRO Grande MEAT IN STYLE — Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti TORO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Obbligu ta’ motivazzjoni — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 — Obbligu ta’ diliġenza — Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001)

43

2019/C 131/50

Kawża T-123/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Bayer Intellectual Property vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ qalb) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta qalb — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

44

2019/C 131/51

Kawża T-162/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Beko vs EUIPO — Acer (ALTUS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ALTUS — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti ALTOS — Proċedimenti ta’ revoka ta’ ċerti trade marks preċedenti mibdija quddiem l-awtoritajiet nazzjonali — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva — Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li sar l-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625))

45

2019/C 131/52

Kawża T-524/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2019 — Aresu vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-1 ta’ Jannar 2014 — Numru mnaqqas ta’ ġranet ta’ leave annwali — Sostituzzjoni ta’ ġranet ta’ leave għal raġuni ta’ distanza b’leave għall-pajjiż tal-oriġini — Talba għal miżuroi provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza)

45

2019/C 131/53

Kawża T-768/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Comprojecto-Projectos e Construções et vs BĊE (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, għal annullament u għad-danni — Politika ekonomika u monetarja — Sorveljanza tal-istabbilimenti ta’ kreditu — Atti illegali allegatament imwettqa minn ċerti istituzzjonijiet ta’ kreditu Portugiżi — Ċaħda impliċita tat-talba li tittieħed azzjoni indirizzata lill-BĊE — Inammissibbiltà manifesta parzjali — Nuqqas ta’ kompetenza manifesta parzjali — Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

46

2019/C 131/54

Kawża T-817/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2019 — Schokker vs AESA (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — AESA — Reklutaġġ — Proċedura ta’ selezzjoni — Inklużjoni tar-rikorrent fil-lista ta’ riżerva — Irtirar tal-offerta ta’ impjieg indirizzata lir-rikorrent — Responsabbiltà — Assenza ta’ aġir illegali tal-AESA — Rikors manifestement infondat fid-dritt)

47

2019/C 131/55

Kawża T-125/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Associazione GranoSalus vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva ‘glifosat — Tiġdid tal-inklużjoni fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 — Nuqqas ta’ inċidenza individwali — Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà)

48

2019/C 131/56

Kawża T-137/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Chrome Hearts vs EUIPO — Shenzhen Van St. Lonh Jewelry (Rappreżentazzjoni ta’ salib) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Talba għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta salib — Revoka tad-deċiżjoni kkontestata — Tmiem tal-iskop tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

48

2019/C 131/57

Kawża T-224/18 RII: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — PV vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji — Servizz Pubbliku — Proċedura dixxiplinari — Iffissar tas-salarju għal żero — Bdil taċ-ċirkstuanzi — Inammissibbiltà — Assenza ta’ fatti ġodda)

49

2019/C 131/58

Kawża T-258/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Brunke vs Il-Kummissjoni (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Terminu tar-rikors — Bidu tad-dekorrenza — Assenza ta’ talba li tittieħed azzjoni — Talba oħra li tittieħed azzjoni — Inammissibbiltà manifesta — Talba ta’ natura dikjaratorja — Talba intiża sabiex jinkiseb l-għoti ta’ ordnijiet — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni)

50

2019/C 131/59

Kawża T-376/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2019 — Front Polisario vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Ftehimiet internazzjonali — Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk — Deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati bejn l-Unjoni u l-Marokk għall-emenda tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni — Nuqqas ta’ inċidenza diretta — Inammissibbiltà)

50

2019/C 131/60

Kawża T-429/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2019 — BRF u SHB Comercio e Industria de Alimentos vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Saħħa pubblika — Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/700 — Emenda tal-lista ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom hija permessa l-importazzjoni ta’ prodotti speċifiċi li joriġinaw mill-annimali, rigward ċerti stabbilimenti mill-Brażil — Nuqqas ta’ urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi)

51

2019/C 131/61

Kawża T-511/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2019 — XH vs Il-Kummissjoni

52

2019/C 131/62

Kawża T-65/19: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2019 — AI vs ECDC

53

2019/C 131/63

Kawża T-77/19: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2019 — Alcar Aktiebolag vs EUIPO — Alcar Holding (alcar.se)

54

2019/C 131/64

Kawża T-79/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2019 — Lantmännen and Lantmännen Agroetanol vs Il-Kummissjoni

55

2019/C 131/65

Kawża T-101/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2019 — Rezon OOD vs EUIPO (imot.bg)

56

2019/C 131/66

Kawża T-106/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Abarca vs EUIPO — Abanca Corporación Bancaria (ABARCA SEGUROS)

57

2019/C 131/67

Kawża T-726/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — VFP vs Il-Kummissjoni

58

2019/C 131/68

Kawża T-60/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2019 — Hangzhou Lezoo traveling equipment vs EUIPO — Promotional Traders (GREEN HERMIT)

58

2019/C 131/69

Kawża T-725/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2019 — Intercontinental Exchange Holdings vs EUIPO (BRENT)

59


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 131/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 122, 1.4.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 112, 25.3.2019

ĠU C 103, 18.3.2019

ĠU C 93, 11.3.2019

ĠU C 82, 4.3.2019

ĠU C 72, 25.2.2019

ĠU C 65, 18.2.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/2


Teħid ta’ ġurament minn Membru ġdid tal-Qorti tal-Ġustizzja

(2019/C 131/02)

Maħtur bħala Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-1 ta’ Frar 2019 (1), għall-perijodu bejn il-5 ta’ Frar 2019 u s-6 ta’ Ottubru 2024, P. Pikamäe ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-6 ta’ Frar 2019.


(1)  ĠU L 32, 4.2.2019, p. 7.


CDJ

8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/3


Teħid ta’ ġurament minn Membru ġdid tal-Qorti tal-Ġustizzja

(2019/C 131/03)

Maħtur bħala Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Marzu 2019 (1), għall-perijodu bejn it-12 ta’ Marzu 2019 u s-6 ta’ Ottubru 2024, A. Kumin ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl-20 ta’ Marzu 2019.


(1)  ĠU L 70, 12.3.2019, p. 32.


GCEU

8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/4


Teħid ta’ ġurament minn Membru ġdid tal-Qorti Ġenerali

(2019/C 131/04)

Maħtura bħala Mħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Marzu 2019 (1), għall-perijodu bejn il-11 ta’ Marzu 2019 u l-31 ta’ Awwissu 2019, R. Frendo ħadet il-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl-20 ta’ Marzu 2019.


(1)  ĠU L 69, 11.3.2019, p. 50.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

CDJ

8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) — l-Irlanda) — Eugen Bogatu vs Minister for Social Protection

(Kawża C-322/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 67 - Talba għall-benefiċċji tal-familja magħmula minn persuna li ma baqgħetx taħdem fl-Istat Membru kompetenti iżda tkompli tgħix hemmhekk - Dritt għall-benefiċċji tal-familja għal membri tal-familja li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor - Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà)

(2019/C 131/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Eugen Bogatu

Konvenut: Minister for Social Protection

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, u b’mod partikolari l-Artikolu 67 tiegħu, moqri flimkien mal-Artikolu 11(2) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-eliġibbiltà ta’ persuna għal benefiċċji tal-familja fl-Istat Membru kompetenti ma teżiġix li din il-persuna teżerċita attività bħala persuna impjegata f’dan l-Istat Membru u lanqas li dan tal-aħħar kien iħallasha benefiċċju fi flus minħabba jew bħala konsegwenza ta’ attività bħal din.


(1)  ĠU C 277, 21.8.2017.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa — il-Litwanja) — Proċedura mibdija minn minn Sergejs Buivids

(Kawża C-345/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ipproċessar ta’ data personali - Direttiva 95/46/KE - Artikolu 3 - Kamp ta’ applikazzjoni - Reġistrazzjoni video ta’ membri tal-pulizija f’għassa tal-pulizija matul l-eżekuzzjoni ta’ atti ta’ natura proċedurali - Pubblikazzjoni fuq sit Internet ta’ videos - Artikolu 9 - Ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet biss ta’ ġurnaliżmu - Kunċett - Libertà tal-espressjoni - Protezzjoni tal-ħajja privata)

(2019/C 131/06)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Sergejs Buivids

Fil-preżenza ta’: Datu valsts inspekcija

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 95/46 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva r-reġistrazzjoni video ta’ membri tal-pulizija f’għassa, waqt għoti ta’ xhieda, u l-pubblikazzjoni tal-video rreġistrat b’dan il-mod fuq sit Internet ta’ videos fejn l-utenti jistgħu jibagħtu, jaraw u jaqsmu dawn tal-aħħar.

2)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri r-reġistrazzjoni video ta’ membri tal-pulizija f’għassa, waqt għoti ta’ xhieda, u l-pubblikazzjoni tal-video rreġistrat b’dan il-mod fuq sit Internet ta’ videos fejn l-utenti jistgħu jibagħtu, jaraw u jaqsmu dawn dawn tal-aħħar, jistgħu jikkostitwixxu pproċessar ta’ data personali għall-finijiet biss ta’ ġurnaliżmu, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sa fejn jirriżulta mill-imsemmi video li l-imsemmija reġistrazzjoni u l-imsemmija pubblikazzjoni għandhom bħala uniku skop it-tixrid lill-pubbliku ta’ informazzjoni, ta’ opinjonijiet jew ta’ ideat, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 277, 21.08.2017


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Den Haag — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staat der Nederlanden vs Warner-Lambert Company LLC

(Kawża C-423/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Artikolu 11 - Prodotti mediċinali ġeneriċi - Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - Esklużjoni ta’ riferimenti li jirreferu għal indikazzjonijiet jew għal forom ta’ dożaġġ li għadhom protetti mid-dritt tal-privattivi fil-mument meta l-prodott mediċinali ġeneriku tqiegħed fis-suq)

(2019/C 131/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staat der Nederlanden

Konvenuta: Warner-Lambert Company LLC

Dispożittiv

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-komunikazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti mill-applikant jew mid-detentur ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali ġeneriku tal-fuljett tal-pakkett jew ta’ sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott ta’ dan il-prodott mediċinali li ma tinkludix riferiment għal indikazzjonijiet jew għal forom ta’ dożaġġ li kienu għadhom koperti mid-dritt tal-privattivi fil-mument meta l-imsemmi prodott mediċinali kien tqiegħed fis-suq tikkostitwixxi talba għal limitazzjoni tal-kamp tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali ġeneriku inkwistjoni.


(1)  ĠU C 318, 25.9.2017.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Zalaegerszegi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság — l-Ungerija) — Human Operator Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-434/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Tnaqqis tal-VAT - Determinazzjoni tal-persuna suġġetta għall-ħlas tal-VAT - Applikazzjoni retroattiva ta’ miżura derogatorja - Prinċipju ta’ ċertezza legali)

(2019/C 131/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Zalaegerszegi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Human Operator Zrt.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni ta’ miżura li tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud tal-VAT, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/43/UE tat-22 ta’ Lulju 2013, qabel ma l-att tal-Unjoni li jawtorizza l-imsemmija deroga jkun ġie innotifikat lill-Istat Membru li jkun talabha, minkejja li l-imsemmi att tal-Unjoni ma jipprovdi xejn dwar id-dħul fis-seħħ tiegħu jew id-data li fiha għandu jibda japplika, u dan anki meta l-imsemmi Stat Membru jkun esprima x-xewqa li din id-deroga tapplika b’effett retroattiv.


(1)  ĠU C 318, 25.09.2017


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Vetsch Int. Transporte GmbH

(Kawża C-531/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 143(1)(d) - Eżenzjonijiet mill-VAT fuq l-importazzjoni - Importazzjonijiet segwiti minn trasferiment intra-Komunitarju - Kunsinna intra-Komunitarja sussegwenti - Frodi fiskali - Rifjut tal-eżenzjoni - Kundizzjonijiet)

(2019/C 131/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Parti fil-kawża prinċipali

Vetsch Int. Transporte GmbH

fil-preżenza ta’: Zollamt Feldkirch Wolfurt

Dispożittiv

L-Artikolu 143(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u l-Artikolu 143(1)(d) ta’ din id-direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/69/KE tal-25 ta’ Ġunju 2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-benefiċċju tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni, prevista f’dawn id-dispożizzjonijiet, ma għandux jiġi rrifjutat lill-importatur indikat jew irrikonoxxut bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas ta’ din it-taxxa fis-sens tal-Artikolu 201 tad-Direttiva 2006/112 f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn, minn naħa, id-destinatarju tat-trasferiment intra-Komunitarju sussegwenti għal din l-importazzjoni jwettaq frodi fir-rigward ta’ tranżazzjoni sussegwenti għal dan it-trasferiment u li ma tkunx marbuta mal-imsemmi trasferiment, u fejn, min-naħa l-oħra, ma hemm ebda element li jippermetti li jitqies li l-importatur kien jaf jew kien imissu kien jaf li din it-tranżazzjoni sussegwenti kienet involuta fi frodi mwettaq mid-destinatarju.


(1)  ĠU C 412, 4.12.2017.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — NK, fil-kwalità tiegħu ta’ likwidatur tal-fallimenti ta’ PI Gerechtsdeurwaarderskantoor BV u ta’ PI vs BNP Paribas Fortis NV

(Kawża C-535/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 u Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi — Falliment ta’ uffiċjal ġudizzjarju - Azzjoni mressqa mil-likwidatur responsabbli għall-Amministrazzjoni u ta’ falliment)

(2019/C 131/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NK, fil-kwalità tiegħu ta’ likwidatur tal-fallimenti ta’ PI Gerechtsdeurwaarderskantoor BV u ta’ PI

Konvenut: BNP Paribas Fortis NV

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1) u (2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha bħala suġġett talba għad-danni għal responsabbiltà delittwali jew kważi delittwali, eżerċitata mil-likwidatur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ falliment u li, fil-każ ta’ suċċess, il-massa tal-kredituri, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali”, fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ din id-dispożizzjoni u, għaldaqstant, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 412, 4.12.2017.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Svea hovrätt — l-Isvezja) — Rebecka Jonsson vs Société du Journal L’Est Républicain

(Kawża C-554/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċedura Ewropea għal talbiet żgħar - Regolament (KE) Nru 861/2007 - Artikolu 16 - ‘Il-parti telliefa’ - Spejjeż tal-kawża - Tqassim - Artikolu 19 - Liġi proċedurali tal-Istati Membri)

(2019/C 131/11)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Svea hovrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rebecka Jonsson

Konvenuta: Société du Journal L’Est Républicain

Dispożittiv

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, meta parti tirbaħ biss parzjalment, il-qorti nazzjonali tista’ tordna li kull waħda mill-partijiet fil-kawża għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess tal-kawża jew tista’ tqassam dawn l-ispejjeż bejn dawn il-partijiet. F’tali każ, il-qorti nazzjonali tibqa’, bħala prinċipju, ħielsa li tqassam l-ammont tal-imsemmija spejjeż, dejjem jekk ir-regoli proċedurali nazzjonali ta’ tqassim tal-ispejjeż tal-kawża fit-talbiet transkonfinali żgħar ma jkunux inqas favorevoli mir-regoli proċedurali li jirregolaw sitwazzjonijiet simili suġġetti għad-dritt nazzjonali u jekk ir-rekwiżiti proċedurali marbuta mat-tqassim ta’ dawn l-ispejjeż tal-kawża ma jwasslux lill-persuni kkonċernati biex jirrinunzjaw milli jagħmlu użu minn din il-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar billi jimponu fuq l-attur, meta dan ikun rebaħ il-biċċa l-kbira tal-kawża, li xorta waħda jsostni l-ispejjeż tal-kawża tiegħu jew parti sostanzjali minnhom.


(1)  ĠU C 402, 27.11.2017.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Nacional — Spanja) — Nestrade SA vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT), Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)

(Kawża C-562/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tlettax-il Direttiva 86/560/KEE - Modalitajiet ta’ rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Impriża mhux stabbilita fl-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni preliminari u definittiva ta’ rifjut tar-rimbors tal-VAT - Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT żbaljat)

(2019/C 131/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nestrade SA

Konvenuti: Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT), Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tat-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE tas-17 ta’ Novembru 1986 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta’ turnover taxes — Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru jillimita ratione temporis il-possibbiltà li jiġu rrettifikati fatturi żbaljati, pereżempju permezz tar-rettifika tan-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) inizjalment inkluż fil-fattura, għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għar-rimbors tal-VAT, sa fejn il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività jiġu osservati, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 437, 18.12.2017.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski Sud u Rijeci — il-Kroazja) — Anica Milivojević vs Raiffeisenbank St. Stefan-Jagerberg-Wolfsberg eGen

(Kawża C-630/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 56 u 63 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Moviment liberu tal-kapital - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi n-nullità tal-kuntratti ta’ kreditu li għandhom aspetti internazzjonali konklużi ma’ kreditur mhux awtorizzat - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 17(1) - Kuntratt ta’ kreditu konkluż minn persuna fiżika fid-dawl ta’ provvista ta’ servizzi ta’ akkomodazzjoni turistika - Kunċett ta’ “konsumatur” - Artikolu 24(1) - Kompetenzi esklużivi fil-qasam tad-drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli - Rikors għan-nullità ta’ kuntratt ta’ kreditu u għall-kanċellazzjoni ta’ iskrizzjoni ipotekarja fir-Reġistru tal-Proprjetà)

(2019/C 131/13)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Općinski Sud u Rijeci

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Anica Milivojević

Konvenut: Raiffeisenbank St. Stefan-Jagerberg-Wolfsberg eGen

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li b’mod partikolari għandha bħala effett li l-kuntratti ta’ kreditu u l-atti legali bbażati fuq tali kuntratti, konklużi fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru bejn debituri u kredituri, stabbiliti fi Stat Membru ieħor, li ma jkollhomx awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-ewwel Stat Membru, sabiex jeżerċitaw l-attività tagħhom fit-territorju tiegħu, ikunu nulli u mingħajr effett mill-jum tal-konklużjoni tagħhom, anki jekk dawn ikunu ġew konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni.

2)

L-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-kuntest ta’ kawżi dwar kuntratti ta’ kreditu li għandhom aspetti internazzjonali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, tippermetti lid-debituri li jressqu azzjoni kontra dawk il-kredituri li ma għandhomx awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-Istat Membru biex jeżerċitaw l-attività tagħhom fuq it-territorju tiegħu, jew quddiem il-qrati tal-Istat li fit-territorju tiegħu dawn il-kredituri għandhom is-sede tagħhom, jew fil-qrati tal-post fejn id-debituri jkollhom id-domiċilju jew is-sede tagħhom u tirriżerva l-ġurisdizzjoni fir-rigward tal-azzjoni tal-imsemmija kredituri kontra debitur biss għall-qrati tal-Istat li fit-territorju tiegħu dawn id-debituri jkollhom id-domiċilju tagħhom, kemm jekk dawn tal-aħħar ikunu konsumaturi jew negozjanti.

3)

L-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li debitur li kkonkluda kuntratt ta’ kreditu biex iwettaq xogħlijiet ta’ tiġdid fi proprjetà immobbli li hija d-domiċilju tiegħu, b’mod partikolari bil-għan li jipprovdi servizzi ta’ akkomodazzjoni turistika fiha, ma jistax jiġi kklassifikat bħala “konsumatur”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sakemm, fid-dawl tal-kuntest tat-tranżazzjoni, ikkunsidrat fit-totalità tiegħu, li għalih ikun ġie konkluż dan il-kuntratt, dan tal-aħħar ma jkollux rabta tant dgħajfa ma’ din l-attività professjonali li jkun jidher b’mod ċar li l-imsemmi kuntratt essenzjalment isegwi għanijiet privati, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

4)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxu azzjonijiet “li għandhom x’jaqsmu ma’ drittijiet in rem fuq propjetà immobbli”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, azzjonijiet intiżi għat-tħassir mir-reġistru tal-artijiet tal-ipoteka fuq proprjetà immobbli, iżda li ma taqax taħt dan il-kunċett azzjoni għal dikjarazzjoni tan-nullità ta’ kuntratt ta’ kreditu u ta’ att notarili dwar il-ħolqien ta’ ipoteka rreġistrata bħala garanzija tad-dejn li nħoloq minn dan il-kuntratt.


(1)  ĠU C 22, 22.01.2018.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — CCC — Consorzio Cooperative Costruzioni Soc. Cooperativa vs Comune di Tarvisio

(Kawża C-710/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 48(3) - Evalwazzjoni u verifika tal-kapaċitajiet tekniċi tal-operaturi ekonomiċi - Dispożizzjoni nazzjonali li ma tistax tiġi kkunsidrata bħala traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/18 - Assenza ta’ riferiment dirett u inkondizzjonat għad-dritt tal-Unjoni - Assenza ta’ talba bbażata fuq l-eżistenza ta’ interess transkonfinali ċert - Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

(2019/C 131/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CCC — Consorzio Cooperative Costruzioni Soc. Cooperativa

Konvenut: Comune di Tarvisio

fil-preżenza ta’: Incos Srl, RTI — Idrotermica F.lli Soldera, Gabriele Indovina

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-28 ta’ Settembru 2017, hija inammissibbli.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Catalunya — Spanja) — Carlos Escribano Vindel vs Ministerio de Justicia

(Kawża C-49/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Miżuri ta’ awsterità baġitarja - Tnaqqis tar-remunerazzjonijiet fis-servizz pubbliku nazzjonali - Modalitajiet - Impatt iddifferenzjat - Politika soċjali - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 2(1) u (2)(b) - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 21 - Indipendenza tal-imħallfin - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE)

(2019/C 131/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Catalunya

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Carlos Escribano Vindel

Konvenut: Ministerio de Justicia

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 2(1) u 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78 tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, bla ħsara għall-verifiki li għandhom jitwettqu mill-qorti tar-rinviju, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li stabbilixxiet, fil-kuntest ta’ miżuri ġenerali ta’ tnaqqis fis-salarji marbuta ma’ restrizzjonijiet li jeliminaw defiċit baġitarju eċċessiv, perċentwali ta’ tnaqqis fis-salarji differenti għar-remunerazzjonijiet bażiċi u addizzjonali tal-membri tal-maġistratura ġudizzjarja, fatt li, skont il-qorti tar-rinviju, jinvolvi tnaqqis fis-salarji iktar sinjifikattiv bħala perċentwali għal dawk li jagħmlu parti minn żewġ gruppi ta’ remunerazzjoni tal-kategoriji inferjuri ta’ din il-maġistratura ġudizzjarja milli għal dawk li jagħmlu parti minn grupp ta’ remunerazzjoni ta’ kategorija superjuri tal-imsemmija maġistratura, filwaqt li tal-ewwel jirċievu remunerazzjoni iktar baxxa, huma ġeneralment iżgħar u ġeneralment għandhom inqas anzjanità mit-tieni.

2)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipju tal-indipendenza tal-imħallfin ma jipprekludix l-applikazzjoni għar-rikorrent fil-kawża prinċipali ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li stabbilixxiet mingħajr teħid inkunsiderazzjoni tan-natura tal-funzjonijiet eżerċitati, l-anzjanità jew l-importanza tal-kompiti mwettqa, fil-kuntest ta’ miżuri ġenerali ta’ tnaqqis fis-salarji marbuta ma’ restrizzjonijiet li jeliminaw defiċit baġitarju eċċessiv, perċentwali ta’ tnaqqis fis-salarji differenti għar-remunerazzjonijiet bażiċi u addizzjonali tal-membri tal-maġistratura ġudizzjarja, fatt li, skont il-qorti tar-rinviju, jinvolvi tnaqqis fis-salarji iktar sinjifikattiv bħala perċentwali għal dawk li jagħmlu parti minn żewġ gruppi ta’ remunerazzjoni tal-kategoriji inferjuri ta’ din il-maġistratura ġudizzjarja milli għal dawk li jagħmlu parti minn grupp ta’ remunerazzjoni ta’ kategorija superjuri tal-imsemmija maġistratura, filwaqt li tal-ewwel jirċievu remunerazzjoni iktar baxxa mit-tieni, sakemm il-livell ta’ remunerazzjoni li jirċievi, b’applikazzjoni tat-tnaqqis fis-salarji inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali tkun adegwata meta mqabbla mal-importanza tal-funzjonijiet li huwa jwettaq u tiġi żgurata, għaldaqstant, l-indipendenza ta’ ġudizzju tiegħu, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Labour Court, Ireland — l-Irlanda) — Tomás Horgan, Claire Keegan vs Minister for Education & Skills, Minister for Finance, The Minister for Public Expenditure & Reform, Ireland, Attorney General

(Kawża C-154/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 2(2)(b) - Diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq l-età - Għalliema li jkunu ġew irreklutati reċentement - Data ta’ reklutaġġ - Tabella ta’ salarji u ta’ klassifikazzjoni fil-mument tar-reklutaġġ, fl-iskali inqas favorevoli minn dawk applikabbli għall-għalliema li diġà qegħdin fis-servizz)

(2019/C 131/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Labour Court, Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tomás Horgan, Claire Keegan

Konvenuti: Minister for Education & Skills, Minister for Finance, The Minister for Public Expenditure & Reform, Ireland, Attorney General

Dispożittiv

L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li, b’effett minn data partikolari, tipprevedi l-applikazzjoni waqt ir-reklutaġġ ta’ għalliema ġodda ta’ tabella ta’ salarju u ta’ klassifikazzjoni fl-iskali inqas favorevoli minn dawk applikati, skont ir-regoli preċedenti għal din il-miżura, għall-għalliema rreklutati qabel din id-data, tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq l-età, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 166, 14.5.2018.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidsrechtbank Gent — il-Belġju) — Ronny Rohart vs Federale Pensioendienst

(Kawża C-179/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Drittijiet għall-pensjoni taħt l-iskema nazzjonali tal-pensjoni għall-ħaddiema impjegati - Rifjut li jittieħed inkunsiderazzjoni l-perijodu tas-servizz militari obbligatorju mwettaq minn uffiċjal tal-Unjoni Ewropea wara d-dħul fil-kariga tiegħu - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali)

(2019/C 131/17)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidsrechtbank Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ronny Rohart

Konvenut: Federale Pensioendienst

Dispożittiv

L-Artikolu 4(3) TUE, inkonnessjoni mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra ta’ dawn il-Komunitajiet, u li jistabbilixxi miżuri partikolari applikabbli temporanjament għall-uffiċjali tal-Kummissjoni, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li, meta jiġu ddeterminati d-drittijiet għall-pensjoni ta’ ħaddiem li okkupa impjieg bħala ħaddiem impjegat f’dan l-Istat Membru qabel ma sar uffiċjal tal-Unjoni Ewropea u li wettaq, wara li sar uffiċjal tal-Unjoni, is-servizz militari obbligatorju tiegħu f’dan l-Istat Membru, dan il-ħaddiem għandu jiġi mċaħħad mill-benefiċċju tal-assimilazzjoni tal-perijodu li matulu serva fil-forzi armati ma’ perijodu ta’ xogħol effettiv bħala ħaddiem impjegat, benefiċċju li kien ikun intitolat għalih li kieku kien jeżerċita, fil-mument li fih issejjaħ sabiex iwettaq dan is-servizz jew matul minn tal-inqas sena matul it-tliet snin wara li lesta s-servizz militari obbligatorju tiegħu, impjieg kopert mill-iskema tal-pensjoni nazzjonali.


(1)  ĠU C 182, 28.5.2018.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Oldenburg — il-Ġermanja) — NK

(Kawża C-231/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Trasport bit-triq - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Regolament (UE) Nru 165/2014 - Obbligu ta’ użu ta’ takografu - Deroga għall-vetturi użati għat-trasport ta’ annimali ħajjin mill-irziezet lejn is-swieq lokali u viċe versa jew mis-swieq lejn il-biċċeriji lokali)

(2019/C 131/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Oldenburg

Parti fil-kawża prinċipali

NK

fil-preżenza ta’: Staatsanwaltschaft Oldenburg, Staatliches Gewerbeaufsichtsamt Oldenburg

Dispożittiv

L-espressjoni “swieq lokali”, li tidher fl-Artikolu 13(1)(p) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tistax titqies la bħala t-tranżazzjoni imwettqa bejn negozjant tal-bhejjem bl-ingrossa u bidwi, u lanqas bħala n-negozjant tal-bhejjem bl-ingrossa nnifsu, b’tali mod li d-deroga prevista f’din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi estiża għall-vetturi li jittrasportaw annimali ħajjin direttament mill-irziezet lejn il-biċċeriji lokali.


(1)  ĠU C 221, 25.6.2018.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra TC

(Kawża C-492/18 PPU) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Mandat ta’ arrest Ewropew - Artikolu 12 - Żamma tal-persuna taħt detenzjoni - Artikolu 17 - Termini għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi s-sospensjoni ex officio tal-miżura ta’ detenzjoni 90 jum wara l-arrest - Interpretazzjoni konformi - Sospensjoni tat-termini - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 6 - Dritt għal-libertà u għas-sigurtà - Interpretazzjonijiet diverġenti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali - Ċarezza u prevedibbiltà)

(2019/C 131/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

TC

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi obbligu ġenerali u inkundizzjonat ta’ ħelsien ta’ persuna mfittxija u arrestata bis-saħħa ta’ mandat ta’ arrest Ewropew hekk kif ikun għadda terminu ta’ 90 jum mill-arrest tagħha, meta jkun hemm riskju kbir ħafna li din il-persuna taħrab, li ma jistax jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tal-impożizzjoni ta’ miżuri adegwati.

L-Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tippermetti ż-żamma taħt detenzjoni tal-persuna mfittxija lil hinn minn dan it-terminu ta’ 90 jum, abbażi ta’ interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li dan it-terminu huwa sospiż meta l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tiddeċiedi jew li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea b’talba għal deċiżjoni preliminari, jew li tistenna r-risposta għal talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni oħra, jew li tipposponi d-deċiżjoni dwar il-konsenja minħabba li jista’ jkun hemm, fl-Istat Membru emittenti, riskju reali ta’ kundizzjonijiet ta’ detenzjoni inumani jew degradanti, sa fejn din il-ġurisprudenza ma tiżgurax il-konformità ta’ din id-dispożizzjoni nazzjonali mad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 u tinvolvi diverġenzi li jistgħu jwasslu għal tul ta’ żamma taħt detenzjoni differenti.


(1)  ĠU C 381, 22.10.2018.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/17


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2018 minn Felismino Pereira mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-13 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-606/16, Pereira vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-571/18 P)

(2019/C 131/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Felismino Pereira (rappreżentant: N. de Montigny, avocate)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tal-14 ta’ Frar 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament inammissibbli.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/17


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2018 minn Petrus Kerstens mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2018 fil-Kawża T-757/17, Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-577/18 P)

(2019/C 131/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Petrus Kerstens (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-22 ta’ Jannar 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/17


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2018 minn Adis Higiene, S.L. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fl-10 ta’ Awwissu 2018 fil-Kawża T-309/18 — Adis Higiene vs EUIPO — Farecla Products (G3 Extra Plus)

(Kawża C-669/18 P)

(2019/C 131/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Adis Higiene, S.L. (rappreżentant: M. J. Sanmartín Sanmartín, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tas-27 ta’ Frar 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil Adis Higiene, S.L. għall-ispejjeż tagħha.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-9 ta’ Novembru 2018 — Ascopiave SpA et vs Ministero dello Sviluppo Economico et

(Kawża C-711/18)

(2019/C 131/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ascopiave SpA, Bim Belluno Infrastrutture SpA, Centria Srl, Retipiù Srl, Pasubio Distribuzione Gas Srl — Unipersonale, Pasubio Group SpA, Unigas Distribuzione Srl

Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero per gli Affari Regionali e le Autonomie

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari r-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku u tal-gass naturali u l-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi jippermettu applikazzjoni retroattiva tal-kriterji għad-determinazzjoni tal-ammont tar-rimborsi dovuti lill-ex konċessjonarji, b’effett fuq relazzjonijiet kuntrattwali preċedenti, jew din l-applikazzjoni hija ġġustifikata, anki fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, mill-ħtieġa li jiġu protetti interessi pubbliċi oħra, ta’ importanza Ewropea, li jirrelataw mal-ħtieġa li titjieb il-protezzjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq inkwistjoni u li tingħata protezzjoni ikbar lill-utenti tas-servizz, li jistgħu jbatu, indirettament, l-effetti ta’ żieda eventwali tas-somom dovuti lill-ex konċessjonarji?


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-3 ta’ Diċembru 2018 — Ryanair Designated Activity Company vs Országos Rendőr-főkapitányság

(Kawża C-754/18)

(2019/C 131/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ryanair Designated Activity Company

Konvenut: Országos Rendőr-főkapitányság

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5(2), dwar id-dritt ta’ dħul, tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet ta’ din id-direttiva, kemm il-pussess ta’ karta ta’ residenza, prevista fl-Artikolu 10 tad-direttiva, kif ukoll il-pussess ta’ karta ta’ residenza permanenti, prevista fl-Artikolu 20 tad-direttiva, jeżentaw membru tal-familja mir-rekwiżit li jkun fil-pussess ta’ viża fil-mument tad-dħul fit-territorju ta’ Stat Membru?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/38, u l-paragrafu 2 tiegħu, għandhom jiġu interpretati bl-istess mod meta persuna li tkun membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni u ma tkunx ċittadina ta’ Stat Membru ieħor tkun akkwistat id-dritt għal residenza permanenti fir-Renju Unit u meta r-Renju Unit ikun l-Istat li ħareġ il-karta ta’ residenza permanenti fir-rigward ta’ din il-persuna? Fi kliem ieħor, il-pussess ta’ karta ta’ residenza permanenti prevista fl-Artikolu 20 ta’ din id-direttiva, kif maħruġa mir-Renju Unit, teżenta lill-pussessur ta’ din il-karta mir-rekwiżit li jikseb viża, indipendentement mill-fatt li la r-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħjom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa, li jirreferi għalih l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/38, u lanqas ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) ma japplikaw fir-rigward ta’ dan l-Istat Membru?

3)

Fil-każ li r-risposti għall-ewwel u għat-tieni domanda jkunu fl-affermattiv, il-pussess ta’ karta ta’ residenza maħruġa konformement mal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/38 għandu jitqies fih innifsu bħala prova suffiċjenti li l-pussessur tal-karta huwa membru tal-familja taċ-ċittadin tal-Unjoni u li, bħala membru tal-familja, huwa għandu d-dritt, mingħajr ma jkun neċessarju li tiġi prodotta prova jew attestazzjoni oħra, jidħol fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u huwa eżentat mir-rekwiżit li jikseb viża konformement mal-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva?

4)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja twieġeb fin-negattiv għat-tielet domanda, l-Artikolu 26(1)(b) u (2) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen għandu jiġi interpetat fis-sens li trasportatur tal-ajru għandu l-obbligu li jivverifika mhux biss id-dokumenti tal-ivvjaġġar iżda wkoll il-fatt li l-passiġġier li għandu l-intenzjoni jivvjaġġa b’karta ta’ residenza permanenti prevista fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/38 huwa effettivament membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni fil-mument tad-dħul?

5)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja twieġeb fl-affermattiv għar-raba’ domanda:

(i)

fil-każ li trasportatur tal-ajru ma jkunx f’pożizzjoni li jistabbilixxi li passiġġier li għandu l-intenzjoni jivvjaġġa b’karta ta’ residenza permanenti prevista fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/38 huwa effettivament membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni fil-mument tad-dħul, l-imsemmi trasportatur tal-ajru għandu jirrifjuta l-imbark fuq l-ajruplan u t-trasport ta’ din il-persuna lejn Stat Membru ieħor?

(ii)

fil-każ li trasportatur tal-ajru ma jivverifikax dan il-fatt jew ma jirrifjutax it-trasport lil passiġġier li ma jistax jipproduċi prova li huwa membru tal-familja — u li, barra minn hekk huwa fil-pussess ta’ karta ta’ residenza permanenti — huwa possibbli li tiġi imposta multa fuq dan it-trasportatur tal-ajru abbażi ta’ dan il-fatt konformement mal-Artikolu 26(2) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 77.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/20


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2018 minn Wallapop, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-3 ta’Ottubru 2018 fil-Kawża T-186/17 — Unipreus vs EUIPO — Wallapop (wallapop)

(Kawża C-763/18 P)

(2019/C 131/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Wallapop, S.L. (rappreżentanti: D. Sarmiento Ramírez-Escudero u N. Porxas Roig, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea u Unipreus, S.L.

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza, għar-raġunijiet esposti fl-aggravju uniku, billi tiddikjara li s-servizzi kkontestati ma jixxibhux.

tikkundanna lill-Unipreus għall-ispejjeż sostnuti minn Wallapop kemm fil-kuntest tal-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta’ din il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Wallapop, S.L. tappella mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2018, mogħtija fil-Kawża T-186/17 (1), fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni mibdija mill-kumpannija Unipreus, S.L. kontra l-applikazzjoni min-naħa ta’ Wallapop, S.L. għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Nru 13 268 941.

L-appell huwa bbażat fuq aggravju uniku li permezz tiegħu qiegħed jiġi allegat il-ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (2) [li issa sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea] u tal-ġurisprudenza li tinterpreta l-evalwazzjoni ta’ xebh bejn is-servizzi.

B’mod partikolari, l-appellanti tibbaża l-aggravju uniku fuq l-applikazzjoni żbaljata, mill-Qorti Ġenerali, tal-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza għad-determinazzjoni tax-xebh fl-applikazzjoni bejn trade marks; essenzjalment, billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kunċett ta’ kummerċjalizzazzjoni u s-servizzi li normalment jipprovdi suq online fid-dawl tat-tifsira legali u ġurisprudenzjali tiegħu; jiġifieri, servizzi ta’ intermedjazzjoni u mhux servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni jew servizzi simili.

Il-Qorti Ġenerali kompliet b’din l-evalwazzjoni żbaljata fil-kuntest tal-analiżi tax-xebh bejn is-servizzi inkwistjoni li hija wettqet fis-sentenza tagħha bl-applikazzjoni tal-kriterji ġurisprudenzjali stabbiliti għal dan il-għan (bħan-natura, il-kanali ta’ distribuzzjoni, l-użu intenzjonat u l-perċezzjoni, jew il-kompetizzjoni u l-kumplimentarjetà bejn is-servizzi).


(1)  Sentenza tat-3 ta’ Ottubru 2018, Unipreus vs EUIPO — Wallapop (wallapop) (T-186/17, mhux ippubblikata, EU:T:2018:640)

(2)  ĠU 2009, L 78, p. 1


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht Rheinland-Pfalz (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Diċembru 2018 — Landkreis Südliche Weinstraße vs PF et

(Kawża C-830/18)

(2019/C 131/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht Rheinland-Pfalz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Landkreis Südliche Weinstraße

Konvenuti: PF et

Parti oħra fil-proċedura: Vertreter des öffentlichen Interesses

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tillimita l-obbligu ta’ awtoritajiet nazzjonali lokali (distretti amministrattivi) fir-rigward tat-trasport skolastiku lir-residenti tal-Istat federali (Bundesland) għandha effett diskriminatorju indirett, anki jekk ikun stabbilit, abbażi ta’ ċirkustanzi fattwali, li r-rekwiżit ta’ residenza b’mod predominanti jeskludi lir-residenti tal-bqija tat-territorju tal-Istat Membru mill-benefiċċju?

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

2)

L-organizzazzjoni effettiva tas-sistema skolastika tikkostitwixxi rekwiżit imperattiv ta’ interess pubbliku li jista’ jiġġustifika diskriminazzjoni indiretta?


(1)  ĠU 2011 L 141, p. 1.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Timișoara (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Diċembru 2018 — SC Terracult SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Timișoara — Administrația Județeană a Finanțelor Publice Arad — Serviciul Inspecție Fiscală Persoane Juridice 5 and Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Timișoara — Serviciul de Soluționare a Contestațiilor

(Kawża C-835/18)

(2019/C 131/27)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Timișoara

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Terracult SRL

Konvenuti: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Timișoara — Administrația Județeană a Finanțelor Publice Arad — Serviciul Inspecție Fiscală Persoane Juridice 5 and Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Timișoara — Serviciul de Soluționare a Contestațiilor

Domanda preliminari

Id-Direttiva tal-VAT (1) kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità jipprekludu, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, prattika amministrattiva u/jew interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, li ma tippermettix il-korrezzjoni ta’ fatturi u, konsegwentement, l-inklużjoni ta’ fatturi kkoreġuti fid-dikjarazzjoni tal-VAT li tikkonċerna l-perijodu li matulu saret il-korrezzjoni, għall-operazzjonijiet li twettqu matul perijodu li kien suġġett għal kontroll fiskali, u li insegwitu tiegħu l-awtoritajiet fiskali ħarġu avviż ta’ tassazzjoni li sar definittiv, meta d-data u l-informazzjoni supplimentari li jeżiġu l-applikazzjoni ta’ sistema fiskali differenti saru magħrufa wara l-ħruġ tal-avviż ta’ tassazzjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU 2006, L 347, p. 1.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunalul București (ir-Rumanija) fit-3 ta’ Jannar 2019 — SC Mitliv Exim SRL vs Agenția Națională de Administrare Fiscală and Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

(Kawża C-9/19)

(2019/C 131/28)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul București

Partijiet fil-kawża prinċipali

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 325 TFUE, applikati għal ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fil-kawża prinċipali, li tippermetti l-azzjonijiet kontestwali li ġejjin:

–il-ħlas ta’ danni f’kuntest kriminali, impost matul il-fażi tal-investigazzjoni ta’ qabel il-prosekuzzjoni fuq bażi li ma hijiex dik ta’ titolu ta’ dejn fiskali;

–it-twettiq sussegwenti ta’ ispezzjoni tat-taxxa, b’mod parallel ma’ proċedura kriminali li matulha l-persuna taxxabbli tkun ġiet mixlija bir-reat ta’ evażjoni tat-taxxa u li timponi fuq il-persuna taxxabbli obbligi fiskali anċillari kemm minħabba l-perijodu kif ukoll l-ammont diġà ipprovdut għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet statali matul il-fażi tal-investigazzjoni ta’ qabel il-prosekuzzjoni, filwaqt li l-ipproċessar tal-ilment amministrattiv imressaq kontra l-miżuri amministrattivi tat-taxxa stabbiliti waqt li l-ispezzjoni ġie sospiż sal-għoti ta’ deċiżjoni finali fil-proċeduri kriminali;

–il-konklużjoni tal-kawża kriminali fl-ewwel istanza, bil-kundanna tal-mixli, fost oħrajn, għall-ħlas in solidum tal-ammont sħiħ impost fuq is-suspettati kollha fl-istadju tal-investigazzjoni kriminali, minkejja li ċerta parti biss minn dan l-ammont kienet imposta fuq il-persuna taxxabbli inkwistjoni, liema parti, barra minn hekk, ġiet imħallsa, u sa liema punt dawn l-azzjonijiet kollha, ikkunsidrati flimkien, huma ta’ natura eċċessiva fil-konfront tal-istess persuna taxxabbli?

2)

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-attitudni tal-awtoritajiet tal-Istat li tikkonsisti fin-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni, mill-perspettiva fiskali, ta’ ħlas imwettaq qabel ma jkunu saru definittivi s-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali, meta dan il-ħlas ikopri parti mill-obbligu fiskali impost fuq [il-persuna taxxabbli], hija kompatibbli mal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni b’mod ġenerali u mal-prinċipju ne bis in idem b’mod partikolari, anki jekk l-għan previst huea l-ġbir tad-djun fiskali favur l-Istat u l-ġlieda kontra l-frodi?

3)

Fid-dawl tar-risposti għall-[ewwel] u [t-tieni] domandi suesposti, id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fil-kawża prinċipali li ma tqisx bħala ġbir tat-taxxa li jmur kontra d-ritt tal-Unjoni […] is-sitwazzjoni li fiha, minkejja li l-persuna taxxabbli tkun ħallset id-danni kriminali fl-istadju tal-investigazzjoni kriminali, bil-għan li tnaqqas il-piena tagħha bin-nofs, fl-assenza ta’ titolu ta’ dejn fiskali maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti sabiex joħorġu tali titolu jew fl-assenza ta’ deċiżjoni definittiva mogħtija minn qorti kriminali, l-awtoritajiet fiskali jimponu, waqt kontrolli fiskali, obbligi fiskali aċċessorji, kemm minħabba l-perijodu kif ukoll l-ammont diġà ipprovdut għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet statali, fejn it-taxxa tinġabar mingħajr ebda bażi mill-mument tal-ħlas ta’ din tal-aħħar sal-mument li fih jiġu imposti l-obbligi fiskali permezz ta’ titolu ta’ dejn fiskali jew permezz ta’ deċiżjoni kriminali definittiva?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2019 — AT vs Pensionsversicherungsanstalt

(Kawża C-32/19)

(2019/C 131/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AT

Konvenuta: Pensionsversicherungsanstalt

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2004/38”), għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiksbu dritt ta’ residenza permanenti qabel ma jiddekorri perijodu ta’ ħames snin ta’ residenza, il-ħaddiema li, fil-mument li fih iwaqqfu l-attività tagħhom, ikunu laħqu l-età prevista mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-attività sabiex ikunu jistgħu jinvokaw id-drittijiet tagħhom għal pensjoni tax-xjuħija, għandhom ikunu eżerċitaw l-attività tagħhom għal mill-inqas it-tnax-il xahar preċedenti u għandhom ikunu rrisjedew fl-Istat Membru ta’ attività mingħajr interruzzjoni għal mill-inqas tliet snin?

2.

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv:

Il-ħaddiema jistgħu jkunu intitolati għad-dritt ta’ residenza permanenti taħt l-ewwel alternattiva tal-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2004/38 meta huma jibdew attività fi Stat Membru ieħor f’mument li fih huwa prevedibbli li huma ser ikunu jistgħu jeżerċitaw l-attività tagħhom biss għal perijodu relattivament qasir qabel ma jilħqu l-età legali tal-irtirar u li ser ikunu, f’kull każ, minħabba d-dħul baxx tagħhom, dipendenti fuq l-għajnuna soċjali tal-Istat Membru ospitanti wara li jkunu waqqfu l-attività tagħhom?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Jannar 2019 — HA vs Finanzamt Hamburg-Barmbek-Uhlenhorst

(Kawża C-47/19)

(2019/C 131/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HA

Konvenut: Finanzamt Hamburg-Barmbek-Uhlenhorst

Domandi preliminari

1)

It-tagħlim tas-serfing u tal-ibburdjar jaqa’ wkoll taħt il-kunċett ta’ edukazzjoni skolastika jew universitarja fis-sens tal-Artikolu 132(1)(i) u (j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)? Huwa biżżejjed li tali tagħlim jiġi offrut minn tal-inqas fi skola jew f’università tal-Istat Membru?

2)

Sabiex jitqies li hemm inkwistjoni edukazzjoni skolastika jew universitarja fis-sens tal-Artikolu 132(1)(i) u (j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE huwa neċessarju li l-edukazzjoni tagħti lok għal rapport ta’ evalwazzjoni jew huwa biżżejjed li l-kors tas-serfing jew tal-ibburdjar jiġi offrut fil-kuntest ta’ attività organizzata mill-iskola jew l-università, bħal vjaġġ tal-klassi?

3)

Ir-rikonoxximent ta’ skola tas-serfing u tal-ibburdjar bħala korp li għandu għanijiet simili fis-sens tal-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE jista’ jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tad-dritt għal edukazzjoni skolastika jew universitarja, li jipprevedu li anki l-korsijiet esterni tas-serfing jew tal-ibburdjar jagħmlu parti mill-edukazzjoni tal-isport jew mit-taħriġ universitarju ta’ għalliema tal-isport li jinkludu rapport ta’ evalwazzjoni jew ċertifikat ta’ prestazzjoni ieħor, u/jew mill-interess ġenerali għall-prattika ta’ attività sportiva? Tali rikonoxximent huwa suġġett għat-teħid ta’ responsabbiltà diretta jew indiretta tal-ispejjeż mill-iskola jew mill-università?

4)

Korsijiet tas-serfing jew tal-ibburdjar mogħtija fil-kuntest ta’ vjaġġ tal-klassi jikkostitwixxu provvista ta’ servizzi marbuta mill-qrib mal-protezzjoni tat-tfal u taż-żagħżagħ fis-sens tal-Artikolu 132(1)(h) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE; fl-affermattiv, huwa neċessarju tul minimu għal dan it-taħriġ?

5)

L-espressjoni “tagħlim mogħti privatament minn għalliema u li jkopri edukazzjoni skolastika jew universitarja” prevista fl-Artikolu 132(1)(j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE teżiġi li l-persuna taxxabbli tipprovdi t-tagħlim hija stess?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fl-1 ta’ Frar 2019 — Kaplan International colleges UK Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-77/19)

(2019/C 131/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kaplan International colleges UK Ltd

Konvenuti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Domandi preliminari

1.

X’inhu l-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1)? B’mod partikolari (i) din l-eżenzjoni tapplika għal grupp li jaqsam l-ispejjeż (CSG) li jkun stabbilit fi Stat Membru ieħor għajr dak jew dawk fejn ikunu stabbiliti l-membri taċ-CSG? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, (ii) din l-eżenzjoni hija wkoll applikabbli għal CSG stabbilit barra mill-Unjoni Ewropea?

2.

Jekk l-eżenzjoni favur iċ-CSG tapplika bħala prinċipju għal entità stabbilita fi Stat Membru ieħor għajr dak jew dawk fejn ikunu stabbiliti l-membri taċ-CSG kif ukoll għal CSG stabbilit barra mill-Unjoni, kif għandu jiġi applikat il-kriterju li jgħid li l-eżenzjoni ma għandhiex tkun tista’ tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni? B’mod partikolari,

a)

dan il-kriterju japplika għal distorsjonijiet eventwali li jaffettwaw lil benefiċjarji oħra ta’ servizzi simili li ma humiex membri taċ-CSG jew japplika biss għad-distorsjonijiet eventwali li jaffettwaw lil fornituri eventwali oħra li jipprovdu servizzi lill-membri taċ-CSG?

b)

Fil-każ li dan il-kriterju japplika biss għal benefiċjarji oħra, tkun tista’ teżisti possibbiltà reali ta’ distorsjoni jekk benefiċjarji oħra li ma jkunux membri taċ-CSG ikunu jistgħu jitolbu li jingħaqdu maċ-CSG inkwistjoni jew joħolqu CSG tagħhom stess bil-għan li jinkisbu servizzi simili jew ekonomiji ekwivalenti tal-VAT permezz ta’ metodi oħra (bħall-ħolqien ta’ fergħa fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz inkwistjoni)?

c)

Fil-każ li dan il-kriterju japplika biss għal fornituri oħra, il-possibbiltà reali ta’ distorsjoni għandha tiġi evalwata billi jiġi ddeterminat jekk iċ-CSG huwiex żgur li ser iżomm il-klijentela tal-membri tiegħu, irrispettivament mill-applikazzjoni tal-eżenzjoni tal-VAT — u, konsegwentement, għandha tiġi evalwata fir-rigward tal-aċċess ta’ fornituri oħra għas-suq nazzjonali li fih ikunu stabbiliti l-membri taċ-CSG? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, il-kwistjoni dwar jekk iċ-CSG huwiex żgur li ser iżomm il-klijentela tal-membri tiegħu, għaliex dawn tal-aħħar huma parti mill-istess grupp ta’ kumpanniji, hija rilevanti?

d)

Distorsjonijiet potenzjali għandhom jiġu evalwati fuq livell nazzjonali fir-rigward ta’ fornituri oħra li jeżerċitaw l-attività tagħhom fil-pajjiż terz li fih ikun stabbilit iċ-CSG?

e)

L-oneru tal-prova għal dak li jirrigwarda l-probabbiltà ta’ distorsjoni taqa’ fuq l-awtorità tat-taxxa tal-Unjoni li tamministra d-Direttiva tal-VAT?

f)

Huwa neċessarju li l-awtorità tat-taxxa tal-Unjoni tikkummissjona perizja speċifika tas-suq tal-pajjiż terz li fih ikun stabbilit iċ-CSG?

g)

L-eżistenza ta’ possibbiltà reali ta’ distorsjoni tista’ tiġi stabbilita permezz tal-identifikazzjoni ta’ suq kummerċjali fil-pajjiż terz?

3.

L-eżenzjoni favur iċ-CSG tista’ tapplika f’sitwazzjoni bħal dik f’dan il-każ, li fiha l-membri taċ-CSG ikunu marbuta flimkien b’rabtiet ekonomiċi, finanzjarji u organizzattivi?

4.

L-eżenzjoni favur iċ-CSG tista’ tapplika meta l-membri jkunu ħolqu grupp VAT li jikkostitwixxi persuna taxxabbli waħda? Huwa rilevanti l-fatt li KIC, il-membru rappreżentattiv li (fid-dritt nazzjonali) huwa l-benefiċjarju tas-servizzi, ma hijiex membru taċ-CSG? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, din ir-rilevanza hija eskluża mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jipprevedu li l-membru rappreżentattiv għandu l-karatteristiċi u l-istatus ta’ membri taċ-CSG għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni favur iċ-CSG?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/26


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2019 mir-Repubblika tal-Litwanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-22 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-508/15, Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-79/19 P)

(2019/C 131/32)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentant: R. Krasuckaitė)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-508/15 (1) (“is-sentenza appellata”) sa fejn, f’dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ċaħdet azzjoni għal annullament tad-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015;

tannulla d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015 (2) jew tirrinvija s-sentenza appellata lura lill-Qorti Ġenerali għal stħarriġ mill-ġdid;

tordna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika tal-Litwanja titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-508/15 fuq il-bażi legali segwenti:

(1)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat, fil-punt 83 tas-sentenza appellata, li d-deroga prevista fl-Artikolu 33m(1) tar-Regolament Nru 1257/1999 (3) tirrigwarda biss l-età tal-persuni li jitrasferixxu r-razzett, peress li dik id-dispożizzjoni hija relatata b’mod ċar mal-kwota tal-ħalib bħala prova tal-produzzjoni agrikola kummerċjali.

(2)

Il-Qorti Ġenerali żnaturat ukoll il-fatti fil-punti 74 sa 79 tas-sentenza appellata, billi kkonkludiet li l-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja naqas li juri li jkollok kwota tal-ħalib kien ifisser li r-rikorrent kien impenjat fil-produzzjoni agrikola kummerċjali, fatt li essenzjalment ma kienx jikkorrispondi mad-dokumenti tal-kawża ppreżentati lilha.


(1)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018, iIr-Repubbika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni, T-508/15 (EU:T:2018:828).

(2)  (ĠU 2015 L 182, p. 39)

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 391).


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fit-8 ta’ Frar 2019 — Viasat UK Ltd, Viasat Inc. vs Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)

(Kawża C-100/19)

(2019/C 131/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Viasat UK Ltd, Viasat Inc.

Konvenut: Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)

Partijiet oħra: Inmarsat Ventures Ltd c.o., Eutelsat SA

Domandi preliminari

1)

Il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 4(1), l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2008 dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ fejn jirriżulta li l-operatur magħżul konformement mat-Titolu II ta’ din l-aħħar deċiżjoni ma pprovdiex servizzi mobbli permezz tas-satellita bl-użu ta’ sistema mobbli permezz tas-satellita fit-terminu previst fil-punt (c)(ii) tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-deċiżjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 8(1) tal-istess deċiżjoni għandhom jirrifjutaw li jagħtu awtorizzazzjonijiet sabiex jiġu installati komponenti terrestri komplimentari għal dan l-operatur, għar-raġuni li dan l-operatur ma osservax l-impenn li ħa matul il-kandidatura tiegħu?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, dawn l-istess dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-istess kuntest, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 8(1) tal-istess deċiżjoni jistgħu jirrifjutaw li jagħtu awtorizzazzjonijiet sabiex jiġu installati komponenti terrestri komplimentari għal dan l-operatur, għar-raġuni li dan l-operatur ma osservax l-impenn ta’ kopertura tat-13 ta’ Ġunju 2016?


(1)  ĠU L 172, p. 15.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obvodní soud pro Prahu 9 (ir-Repubblika Ċeka) fit-12 ta’ Frar 2019 — XR v Dopravní podnik hl. m. Prahy, akciová společnost

(Kawża C-107/19)

(2019/C 131/34)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Obvodní soud pro Prahu 9

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XR

Konvenuta: Dopravní podnik hl. m. Prahy, akciová společnost

Domandi preliminari

1)

Il-perijodu ta’ pawża li matul tiegħu impjegat għandu jkun għad-dispożizzjoni tal-persuna li timpjegah fi żmien żewġ minuti fil-każ ta’ intervent ta’ emerġenza għandu jiġi kklassifikat bħala “ħin tax-xogħol” fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol?

2)

L-evalwazzjoni tad-domanda preċedenti hija influwenzata mill-fatt li l-interruzzjoni [tal-pawża] fil-każ ta’ intervent ta’ emerġenza ssir biss okkażjonalment u imprevedibbilment jew, skont il-każ, mill-frekwenza li biha sseħħ l-interruzzjoni?

3)

Qorti tal-ewwel istanza, li tiddeċiedi wara li d-deċiżjoni tagħha tkun ġiet annullata minn qorti superjuri u l-kawża tkun intbagħtet lura quddiemha għal proċeduri sussegwenti, tista’ ma tosservax l-opinjoni legali ta’ qorti superjuri li hija vinkolanti fuq il-qorti tal-ewwel istanza, jekk din l-opinjoni ma tkunx konformi mad-dritt tal-Unjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/29


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fl-4 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-518/16, Carreras Sequeros et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-119/19 P)

(2019/C 131/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. S. Bohr, G. Gattinara, L. Vernier, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Francisco Carreras Sequeros, Mariola de las Heras Ojeda, Olivier Maes, Gabrio Marinozzi, Giacomo Miserocchi, Marc Thieme Groen, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

Tannulla s-sentenza tal-4 ta’ Diċembru 2018, Carreras Sequeros et vs Il-Kummissjoni, T-518/16;

Tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar it-tieni, it-tielet u r-raba’ motivi tar-rikors fl-ewwel istanza;

Tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tinvoka żewġ aggravji.

1.

Permezz tal-ewwel motiv, il-Kummissjoni ssostni żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”).

L-ewwel parti tirreferi għal żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kontenut tal-Artikolu 31(2) tal-Karta. Il-kontenut tad-dritt għal perijodu ta’ leave annwali mħallas li dan l-Artikolu 31(2) jiggarantixxi huwa ppreċiżat mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 (1). Għalhekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ħadet inkunsiderazzjoni dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva 2033/88, bħall-Artikoli 14 u 23, u l-premessi applikabbli għal-leġiżlatur statutorju.

Permezz tat-tieni parti, il-Kummissjoni ssostni żball ta’ liġi fl-intrepretazzjoni tal-Artikolu 31(2) tal-Karta sa fejn il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li l-tnaqqis imwettaq mill-Artikolu 6 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal ma huwiex kompatibbli mal-allegat prinċipju intiż li jiffavorixxi t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol tal-persuni kkonċernati. Tali prinċipju ma għandu ebda bażi legali.

It-tielet parti tirreferi, sussidjarjament, għal żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet statutorji oħra li jikkostitwixxu l-kuntest tal-Artikolu 6 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat teskludi dispożizzjonijiet statutorji oħra mill-eżami tagħha unikament minħabba li dawn kienu diġà jeżistu qabel il-modifika li saret fl-Artikolu 6 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-leġiżlatur igawdi minn setgħa diskrezzjonali wiesgħa fl-għażla tal-miżuri li għandhom jiġu emendati jew li għandhom jinżammu.

2.

Permezz tat-tieni aggravju, il-Kummissjoni tinvoka żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 52(1) tal-Karta. Il-Qorti Ġenerali tikser il-ġurisprudenza li tgħid li l-leġiżlatur għandu setgħat diskrezzjonali wiesgħa meta jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u li ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità ma jistax jiġi kkonstatat ħlief meta l-leġiżlatur ikun qabez b’mod manifest, il-limiti ta’ din is-setgħa diskrezzjonali.


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/30


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2019 mill-Hamas mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fl-14 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-400/10 RENV, Hamas vs Il-Kunsill

(Kawża C-122/19 P)

(2019/C 131/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Hamas (rappreżentant: L. Glock, avocat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-14 ta’ Diċembru 2018, Hamas vs Il-Kunsill, T-400/10 RENV, sa fejn tiċħad it-talba għall-annullament tal-atti segwenti:

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/430/PESK tat-18 ta’ Lulju 2011 (ĠU 2011, L 188, p. 47) li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/872/PESK tat-22 ta’ Diċembru 2011 (ĠU 2011, L 343, p. 54), 2012/333/PESK tal-25 ta’ Ġunju 2012 (ĠU 2012, L 165, p. 72), 2012/765/PESK tal-10 ta’ Diċembru 2012 (ĠU 2012, L 337, p. 50), 2013/395/PESK tal-25 ta’ Lulju 2013 (ĠU 2013, L 201, p. 57), 2014/72/PESK tal-10 ta’ Frar 2014 (ĠU 2014, L 40, p. 56), u 2014/483/PESK tat-22 ta’ Lulju 2014 (ĠU 2014, L 217, p. 35) li jaġġornaw u, jekk ikun il-każ, jemendaw il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li jħassru, rispettivament, id-Deċiżjonijiet 2011/430, 2011/872, 2012/333, 2012/765, 2013/395 u 2014/72,

kif ukoll

Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011 tat-18 ta’ Lulju 2011 (ĠU 2011, L 188, p. 2), Nru 1375/2011 tat-22 ta’ Diċembru 2011 (ĠU 2011, L 343, p. 10), Nru 542/2012 tal-25 ta’ Ġunju 2012 (ĠU 2012, L 165, p. 12), Nru 1169/2012 tal-10 ta’ Diċembru 2012 (ĠU 2012, L 337, p. 2), Nru 714/2013 tal-25 ta’ Lulju 2013 (ĠU 2013, L 201, p. 10), Nru 125/2014 tal-10 ta’ Frar 2014 (ĠU 2014, L 40, p. 9), u Nru 790/2014 tat-22 ta’ Lulju 2014 (ĠU 2014, L 217, p. 1), li jimplimentaw l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassru r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nri 83/2011, 687/2011, 1375/2011, 542/2012, 1169/2012, 714/2013 u 125/2014,

sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lill-Hamas, inkluż lil Hamas-Izz al-Din al-Qassem.

tiddeċiedi definittivament fuq il-kwistjonijiet li huma s-suġġett ta’ dan l-appell;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha fil-Kawżi T-400/10, T-400/10 RENV, C-79/15 P u f’din il-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji li jirregolaw l-attribuzzjoni tal-oneru tal-prova tal-materjalità tal-fatti:

Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji dwar l-attribuzzjoni tal-oneru tal-prova ddefiniti fis-sentenza Il-Kunsill vs Hamas, C-79/15 P, u imponiet fuq il-Hamas oneru tal-prova estremament diffiċli, jekk mhux impossibbli;

Sussidjarjament, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji dwar l-attribuzzjoni tal-oneru tal-prova billi ddeċidiet li l-Hamas ma kinitx ifformolat kontestazzjoni konkreta u ddettaljata tal-fatti stabbiliti mill-Kunsill;

Il-Qorti Ġenerali naqset milli twettaq l-obbligi tagħha li tirrispondi b’mod suffiċjenti fid-dritt għall-argumenti kollha invokati mill-appellanti dwar il-possibbiltà li jiġu imputati lilha atti ta’ terroriżmu.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq il-ksur tad-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv:

Il-Qorti Ġenerali ċaħħdet lill-appellanti mid-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv billi ma kkonstatatx li l-Kunsill ma kienx wera l-materjalità tal-fatti li jinsabu fl-espożizzjoni tal-motivi tiegħu;

Il-Qorti Ġenerali kompliet tikser id-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv minkejja li miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura kienet ikkonfermat li l-atti kontenzjużi ma kinux ibbażati fuq bażi fattwali solida biżżejjed;

Il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-motiv ibbażat fuq żball tal-Kunsill dwar il-materjalità tal-fatti wara proċedura żbilanċjata, liema fatt ikkawża preġudizzju lill-appellanti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni billi ddeċidiet li d-deċiżjoni Brittanika li invoka l-Kunsill kienet kundanna:

Il-klassifikazzjoni ta’ kundanna proposta mill-Qorti Ġenerali ma hijiex konformi mal-kriterji stabbiliti fil-Pożizzjoni Konġunta 2001/931 u xxejjen minn kull sustanza l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti;

Billi telqet minn din il-klassifikazzjoni żbaljata, il-Qorti Ġenerali għamlet ukoll impossibbli l-istħarriġ ġudizzjarju tal-klassifikazzjoni tal-fatti bbażati fuq deċiżjonijiet nazzjonali.

4.

Ir-raba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali setgħet tiċħad il-motiv li jgħid li l-Kunsill ma kienx ħa suffiċjentement inkunsiderazzjoni l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni minħabba l-iżvolġiment taż-żmien biss bi ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’sostituzzjoni illegali tal-motivi, u billi titlaq minn premessa żbaljata.

5.

Il-ħames motiv: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 296 TFUE billi ddeċidiet li l-fatti stabbiliti b’mod awtonomu mill-Kunsill u l-klassifikazzjoni tagħhom huma esposti b’mod suffiċjentement preċiż u konkret fil-motivi sabiex jiġu kkontestati mill-appellanti u mistħarrġa mill-qorti.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/31


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2019 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fl-4 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-518/16, Carreras Sequeros et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-126/19 P)

(2019/C 131/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, R. Meyer, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Francisco Carreras Sequeros, Mariola de las Heras Ojeda, Olivier Maes, Gabrio Marinozzi, Giacomo Miserocchi, Marc Thieme Groen, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tilqa’ l-appell;

tiddeċiedi l-kawża u tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza bħala infondat;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill fil-kuntest ta’ din il-proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi tal-Qorti Ġenerali inkonnessjoni mal-ġurisdizzjoni tagħha. Dan huwa maqsum f’żewġ partijiet.

L-ewwel parti tikkonċerna s-suġġett tar-rikors. Il-Kunsill isostni li billi annullat id-dispożittiv tas-sentenza “id-deċiżjonijiet li fl-2014 naqqsu n-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali [tar-irkorrenti]”, il-Qorti Ġenerali impliċitament ordnat lill-Kummissjoni li tistabbilixxi mill-ġdid, għall-eżekuzzjoni tas-sentenza, in-numru ta’ ġranet ta’ leave li kellhom dritt għalih ir-rikorrenti qabel ma ġew emendati r-Regolamenti tal-Persunal. Permezz ta’ dan u billi ma rrettifikatx is-suġġett tar-rikors, il-Qorti Ġenerali marret lil hinn mill-ġurisdizzjoni tagħha. Fin-nuqqas, jekk ma kinitx possibbli tali klassifikazzjoni mill-ġdid, ir-rikors kellu jiġi ddikjarat inammissibbli.

Fit-tieni parti, il-Kunsill jirrileva li billi kkonkludiet favur l-ammissibbiltà tar-rikorrenti li jikkontestaw, permezz ta’ eċċezzjoni, il-legalità tal-tas-sistema kollha tal-leave annwali ddefinita fl-Artikolu 6 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, b’mod partikolari dawk applikabbli mill-2016, u mhux unikament id-dispożizzjoni implimentata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni li tistabbilixxi il-leave tar-rikorrenti għall-2014, il-Qorti Ġenerali marret kontra l-portata tal-ġurisdizzjoni tagħha, bi ksur tal-ġurisprudenza stabbilita li skontha il-portata ta’ eċċezzjoni ta’ illegalità għandha tkun limitata għal dak li huwa indispensabbli għas-soluzzjoni tal-kawża u li għandu jkun hemm rabta kawżali diretta bejn id-deċiżjoni idividwali kkontestata u l-att ġenerali li huwa s-suġġett tal-eċċezzjoni.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi tal-Qorti Ġenerali meta kkonstatat li t-tnaqqis tan-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali mwettaq mill-Artikolu 6 il-ġdid tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal jinċidi fuq id-dritt għal-leave annwali tar-rikorrenti.

Fl-ewwel lok, billi ddeċidiet li, f’ċerti ipoteżijiet, direttiva (f’dan il-każ id-Direttiva 2003/88 (1)) tista’ tiġi invokata fil-konfront tal-istituzzjonijiet, il-Qorti Ġenerali marret kontra l-ġurisprudenza stabbilita li d-direttivi huma indirizzati lil-Istati Membri u mhux lill-istituzzjonijiet jew l-organi tal-Unjoni, u konsegwentement id-dispożizzjonijiet ta’ direttiva ma jistgħux jitqiesu bħala li jimponu bħala tali obbligi fuq l-istituzzjonijiet fir-relazzjoni tagħhom mal-persunal tagħhom.

Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-leġiżlatur kien marbut bil-kontenut tad-Direttiva 2003/88 imsemmija fl-ispjegazzjonijiet tal-praesidium marbuta mal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali marret kontra l-portata tal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jistabbilixxi, b’mod kuntrarju għal dak li ġie deċiż mill-Qorti Ġenerali, li m’għandux bħala l-għan tiegħu li jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, iżda dak li jiżgura livell ta’ protezzjoni suffiċjenti għall-ħaddiema kollha tal-Unjoni.

Fir-raba’ lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ddeċidiet li l-Artikolu 6 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal kien imur kontra d-dritt għal-leave annwali ggarantit mill-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, peress li l-uffiċjali assenjati f’pajjiżi terzi jibbenefikaw minn numru totali ta’ ġranet ta’ leave nettament supejuri għall-minimu ta’ 20 ġurnata previst fid-Direttiva 2003/88.

3.

It-tielet aggravju, invokat b’mod sussidjarju, huwa bbażat fuq żball ta’ liġi li jikkonċerna n-natura ġġustifkata ta’ allegat ksur tad-dritt għal-leave. Il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi meta ddeċidiet li l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura kkontestata ma kinux ta’ natura li jikkostitwixxu għanijiet ta’ interess ġenerali kif ukoll billi ma eżaminatx jekk ir-restrizzjoni tad-dritt għal-leave kinitx tikkostitwixxix, inkonnessjoni mal-għan segwit, intervent sproporzjonat u intollerabbli li kien jippreġudika s-sustanza stess tad-dritt iggarantit.


(1)  Ir-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5,Vol. 4, p 381).


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/33


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2019 minn Groupe Canal + mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-873/16, Groupe Canal + vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-132/19 P)

(2019/C 131/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Groupe Canal + (rappreżentanti: P. Wilhelm, P. Gassenbach, O. de Juvigny, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Franċiża, Union des producteurs de cinéma (UPC), C More Entertainment AB, European Film Agency Directors — EFAD's, Bureau européen des unions de consommateurs (BEUC)

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-873/16 sa fejn ċaħdet l-appell ta’ Canal + Group intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2016 dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.40023 — Aċċess transkonfinali għal televiżjoni bi ħlas) u billi kkundanna lill-appellant għall-ispejjeż;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2016 fil-Każ AT.40023, iċċitata iktar ’il fuq;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-ewwel aggravju tiegħu, GCP isostni li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx teskludi l-eżistenza ta’ użu ħażin ta’ poter li għall-Kummissjoni jikkonsisti f’li tikseb, permezz ta’ impenji, it-tmiem tal-operazzjonijiet ta’ imblukkar ġeografiku filwaqt li r-Regolament (UE) Nru 2018/302 (1) jipprevedi espressament li l-kontenut awdjoviżiv jista’ jkun suġġett għal restrizzjonijiet ġeografiċi.

Fit-tieni aggravju tiegħu, GCP jiddikjara li l-Qorti Ġenerali wettqet irregolarità proċedurali u kisret il-prinċipju tal-kontradittorju peress li l-ebda wieħed mill-argumenti dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 101(3) TFUE ma ġie diskuss mill-partijiet fil-kawża. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali naqset milli tirrispetta d-drittijiet tad-difiża ta’ GCP.

Fit-tielet aggravju tiegħu, GCP isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-ksur tal-obbligu tiegħu ta’ motivazzjoni billi naqset milli twieġeb għall-motiv li l-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra l-kuntest ekonomiku u ġuridiku legali Franċiż fih jinsabu l-klawżoli kkontestati. Is-sentenza hija bbażata fuq premessa żbaljata u tinjora l-kuntest ekonomiku u ġuridiku speċifiku tas-settur taċ-ċinema u hija kuntrarja għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li espliċitament iddikjarat li l-klawżoli kkontestati jistgħu jkunu validi perfettament fis-settur taċ-ċinema.

Fir-raba’ aggravju tiegħu, GCP isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 (2) u l-punt 128 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-aħjar prattiki għat-tmexxija tal-proċedimenti li jikkonċernaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE, li jwasslu għal ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ rispett għad-drittijiet ta’ terzi. Fil-fatt, it-tħassib dwar il-kompetizzjoni espress fl-evalwazzjoni preliminari tal-Kummissjoni kien jirrigwarda biss it-territorji tar-Renju Unit u l-Irlanda u s-sitwazzjoni kompetittiva li tikkonċerna lil Franza lanqas ma ġie eżaminata. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat, minn naħa, li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma kkostitwixxieetx il-libertà kuntrattwali ta’ GCP u, min-naħa l-oħra, li ma affettwatx il-possibbiltà għal GCP li jmur quddiem il-qorti nazzjonali sabiex din tikkonstata l-kompatibbiltà tal-klawżoli mal-Artikolu 101(1) TFUE, filwaqt li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-qorti nazzjonali ma tistax tinjora d-deċiżjoni meħuda fuq abbażi tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1/2003 u l-evalwazzjoni preliminari li takkumpanjaha.


(1)  Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2018 dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħrajn ta’ diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-klijenti fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 601, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/34


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2019 mill-Comune di Milano mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-167/13, Comune di Milano vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-160/19 P)

(2019/C 131/39)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Comune di Milano (rappreżentanti: A. Mandarano, E. Barbagiovanni, S. Grassani, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fit-13 ta’ Diċmebru 2018 fil-Kawża T-167/13, Comune di Milano vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/1225 tad-19 ta’ Diċembru 2012 rigward l-injezzjonijiet ta’ kapital minn SEA SpA f’SEA Handling SpA [Każ SA.21420 (C14/10) (ex NN25/10)];

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji T-167/13 R.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mill-Komun ta’ Milano (Comune di Milano) kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni hawn fuq imsemmija.

Insostenn tal-appell tiegħu, il-Komun ta’ Milano jressaq erba’ aggravji, ilkoll ibbażati fuq il-ksur, mill-Qorti Ġenerali, tal-Artikolu 107 TFUE u fuq l-assenza, fil-każ ineżami, ta’ miżuri li jistgħu jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat.

Permezz tal-ewwel aggravju tiegħu, il-Komun ta’ Milano, minn naħa, jikkontesta li l-allegati miżuri ta’ għajnuna jagħmlu użu minn “riżorsi statali”, u, min-naħa l-oħra, isostni l-inkompatibbiltà tat-“test” ta’ imputabbiltà elaborat mill-Qorti Ġenerali bil-prinċipji stabbiliti mill-ġurisprudenza Komunitarja.

Permezz tat-tieni aggravju tiegħu, il-Komun ta’ Milano jsostni l-ksur, mill-Qorti Ġenerali, tal-prinċipji fil-qasam tal-prova tal-imputabbiltà, mill-perspettiva kemm tal-inugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-prova kif ukoll tal-assenza ta’ prova fis-sens “diakroniku”.

Permezz tat-tielet aggravju tiegħu, il-Komun ta’ Milano jinvoka l-iżnaturament tal-fatti u tal-provi mwettaq mill-Qorti Ġenerali fl-evalwazzjoni tal-indizji mressqa mill-Kummissjoni insostenn tal-allegata imputabbiltà tal-miżuri inkwistjoni lill-Komun ta’ Milano.

Permezz tar-raba’ aggravju tiegħu, il-Komun ta’ Milano jikkontesta, f’diversi aspetti, l-evalwazzjonijiet kollha tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-applikazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-kriterju ta’ investitur privat li jopera f’ekonomija tas-suq (imsejjaħ “MEIP”) u l-konklużjonijiet proposti f’dan ir-rigward fis-sentenza.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/35


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-683/15, Freistaat Bayern vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-167/19 P)

(2019/C 131/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, T. Maxian Rusche, P. Němečková, rappreżentanti)

Parti oħra fil-proċedura: Freistaat Bayern

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tiddikjara l-ewwel motiv tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali bħala infondat;

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-bqija tal-motivi;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell, jew, b’mod alternattiv, fil-każ li tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali, tirriżerva l-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell għas-sentenza finali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju:

Il-Qorti Ġenerali, fil-punti 60 sa 67 tas-sentenza appellata, meta ddefinixxiet ir-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti mill-motivazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ftuħ, wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 108(2) TFUE kif ukoll tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 659/1999 (1) u tal-ġurisprudenza tal-qorti tal-Unjoni: huwa biss f’każijiet eċċezzjonali u f’ċirkustanzi speċjali li s-sors finanzjarju tal-għajnuna għandu jissemma fid-deċiżjoni ta’ ftuħ.

It-tieni aggravju:

Il-Qorti Ġenerali, fil-punti 53 sa 58 u 62 tas-sentenza appellata, interpretat b’mod żbaljat id-deċiżjoni ta’ ftuħ u b’hekk wettqet żball ta’ motivazzjoni u naqset milli twieġeb għall-argumenti tal-Kummissjoni; effettivament, id-deċiżjoni ta’ ftuħ tkopri l-metodu tal-finanzjament mill-baġit.

It-tielet aggravju:

Il-Qorti Ġenerali, fil-punti 70 u 71 tas-sentenza appellata, wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u tal-ġurisprudenza tal-qorti tal-Unjoni relatata ma’ dan l-artikolu, sa fejn din bdiet mill-premessa li d-drittijiet ta’ parteċipazzjoni ta’ terzi għandhom in-natura ta’ formalità essenzjali għall-finijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.

Ir-raba’ aggravju:

Il-Qorti Ġenerali, fil-punti 72 sa 75 tas-sentenza appellata, interpretat b’mod żbaljat id-dritt ta’ parteċipazzjoni stabbilit fl-Artikolu 108(2) u (3) TFUE kif ukoll fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 659/1999, kif ukoll il-ġurisprudenza tal-qorti tal-Unjoni dwar il-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt ta’ parteċipazzjoni, sa fejn din ikkonstatat li l-osservazzjonijiet tal-partijiet dwar il-kwistjoni jekk il-baġit kienx jikkostitwixxi jew le riżorsi tal-Istat setgħu jbiddlu l-eżitu tal-proċedura. F’dan il-kuntest, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat ukoll il-kunċett ta’ riżorsi tal-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE u l-kunċett ta’ għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 108(1) TFUE, żnaturat il-fatti kkonstatati fid-deċiżjoni kkontestata u mressqa quddiemha, u ma eżaminatx l-argumenti mressqa mill-Kummissjoni quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/36


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawżi T-722/15, T-723/15 u T-724/15, Interessengemeinschaft privater Milchverarbeiter Bayerns e.V. et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-171/19 P)

(2019/C 131/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, T. Maxian Rusche, P. Němečková, rappreżentanti)

Parti oħra fil-proċedura: Interessengemeinschaft privater Milchverarbeiter Bayerns e.V., Genossenschaftsverband Bayern e.V., Verband der Bayerischen Privaten Milchwirtschaft e.V.

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tiddikjara l-ewwel motiv tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali bħala infondat;

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-bqija tal-motivi;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell, jew, b’mod alternattiv, fil-każ li tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali, tirriżerva l-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell għas-sentenza finali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju:

Il-Qorti Ġenerali, fil-punti 56 sa 64 tas-sentenza appellata, meta ddefinixxiet ir-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti mill-motivazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ftuħ, wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 108(2) TFUE kif ukoll tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 659/1999 (1) u tal-ġurisprudenza tal-qorti tal-Unjoni: huwa biss f’każijiet eċċezzjonali u f’ċirkustanzi speċjali li s-sors finanzjarju tal-għajnuna għandu jissemma fid-deċiżjoni ta’ ftuħ.

It-tieni aggravju:

Il-Qorti Ġenerali, fil-punti 47 sa 53 u 56 tas-sentenza appellata, interpretat b’mod żbaljat id-deċiżjoni ta’ ftuħ u b’hekk wettqet żball ta’ motivazzjoni u naqset milli twieġeb għall-argumenti tal-Kummissjoni; effettivament, id-deċiżjoni ta’ ftuħ tkopri l-metodu tal-finanzjament mill-baġit.

It-tielet aggravju:

Il-Qorti Ġenerali, fil-punti 66 u 68 tas-sentenza appellata, wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u tal-ġurisprudenza tal-qorti tal-Unjoni relatata ma’ dan l-artikolu, sa fejn din bdiet mill-premessa li d-drittijiet ta’ parteċipazzjoni ta’ terzi għandhom in-natura ta’ formalità essenzjali għall-finijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.

Ir-raba’ aggravju:

Il-Qorti Ġenerali, fil-punti 70 sa 72 tas-sentenza appellata, interpretat b’mod żbaljat id-dritt ta’ parteċipazzjoni stabbilit fl-Artikolu 108(2) u (3) TFUE kif ukoll fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 659/1999, kif ukoll il-ġurisprudenza tal-qorti tal-Unjoni dwar il-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt ta’ parteċipazzjoni, sa fejn din ikkonstatat li l-osservazzjonijiet tal-partijiet dwar il-kwistjoni jekk il-baġit kienx jikkostitwixxi jew le riżorsi tal-Istat setgħu jbiddlu l-eżitu tal-proċedura. F’dan il-kuntest, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat ukoll il-kunċett ta’ riżorsi tal-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE, żnaturat il-fatti kkonstatati fid-deċiżjoni kkontestata u mressqa quddiemha, u ma eżaminatx l-argumenti mressqa mill-Kummissjoni quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


Il-Qorti Ġenerali

8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2019 — Vakakis kai Synergates vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-292/15) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Kunflitti ta’ interessi - Obbligu ta’ diliġenza - Nuqqas ta’ opportunità - Kumpens”)

(2019/C 131/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vakakis kai Synergates — Symvouloi gia Agrotiki Anaptixi AE Meleton, anciennement Vakakis International — Symvouloi gia Agrotiki Anaptixi AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: B. O’Connor, solicitor, S. Gubel u E. Bertolotto, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, E. Georgieva u L. Baumgart, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti sforz l-irregolaritajiet mwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti “Tisħiħ tas-sistema ta’ sikurezza tal-ikel fl-Albanija” (EuropeAid/129820/C/SER/AL).

Dispożittiv

1)

L-ammont tal-kumpens dovut mill-Kummissjoni Ewropea lil Vakakis kai Synergates — Symvouloi gia Agrotiki Anaptixi AE Meleton skont is-sentenza tat-28 février 2018, Vakakis kai Synergates vs Il-Kummissjoni (T-292/15), huwa ta’ EUR 234 353, miżjud bl-interessi moratorji dekorribbli mit-28 ta’ Frar 2018 sal-ħlas sħiħ, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċedura li tat lok għas-sentenza tat-28 ta’ Frar 2018, Vakakis kai Synergates vs Il-Kummissjoni (T-292/15).

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha sostnuti fil-kuntest tal-proċedura sussegwenti għas-sentenza tat-28 ta’ Frar 2018, Vakakis kai Synergates vs Il-Kummissjoni (T-292/15).


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Il-Belġju u Magnetrol International vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-131/16 u T-263/16) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna implimentata mill-Belġju - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tal-għajnuna mħallsa - Deċiżjoni fiskali bil-quddiem (tax ruling) - Eżenzjoni tal-profitti eċċessivi - Awtonomija fiskali tal-Istati Membri - Kunċett ta’ skema ta’ għajnuna - Miżuri supplimentari ta’ implimentazzjoni”)

(2019/C 131/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent fil-Kawża T-131/16: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: inizjalment C. Pochet, M. Jacobs u J.-C. Halleux, sussegwentement C. Pochet u J.-C. Halleux, aġenti, assistiti minn M. Segura Catalán u M. Clayton, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-263/16: Magnetrol International (Zele, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Gilliams u J. Bocken, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. J. Loewenthal u B. Stromsky, sussegwentement P. J. Loewenthal u F. Tomat, aġenti)

Intervenjenti fil-Kawża T-131/16: L-Irlanda (rappreżentanti: inizjalment E. Creedon, G. Hodge u A. Joyce, sussegwentement K. Duggan, M. Browne u M. Joyce, u fl-aħħar nett M. Joyce u J. Quaney, aġenti, assistiti minn P. Gallagher, M. Collins, SC, B. Doherty u S. Kingston, barristers)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699 tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju (ĠU 2016, L 260, p. 61).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-131/16 u T-263/16 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699 tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tar-Renju tal-Belġju, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji, u ta’ Magnetrol International.

4)

L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2019 — Athletic Club vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-679/16) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali - Rata preferenzjali tat-taxxa fuq id-dħul ta’ klabbs awtorizzati jużaw l-istatus ta’ entità mingħajr skop ta’ qligħ - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Miżura infrastatali - Natura selettiva - Distorsjoni tal-kompetizzjoni - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Modifika ta’ għajnuna eżistenti - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2019/C 131/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Athletic Club (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: E. Lucas Murillo de la Cueva u J.M. Luís Carrasco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikoli 1, 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2391 tal-4 ta’ Lulju 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.29769 (2013/C) (l-ex 2013/NN) implimentata minn Spanja għal ċerti klabbs tal-futbol (ĠU 2016, L 357, p. 1), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Athletic Club huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 419, 14.11.2016.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — RE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-903/16) (1)

(“Data personali - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ din id-data - Dritt ta’ aċċess għal din id-data - Regolament (KE) Nru 45/2001 - Rifjut ta’ aċċess - Rikors għal annullament - Ittra li tirreferi għal rifjut parzjali ta’ aċċess preċedenti mingħajr ma jgħaddi għal eżami mill-ġdid - Kunċett ta’ att kontestabbli fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE - Kunċett ta’ att purament konfermattiv - Applikabbiltà fir-rigward tal-aċċess għal data personali - Fatti ġodda u sostanzjali - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2019/C 131/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: RE (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Kranenborg u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tan-nota tad-direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Ottubru 2016, li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jitlob aċċess għal ċerta data tagħha personali.

Dispożittiv

1)

In-nota tad-Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u tas-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea, tat-12 ta’ Ottubru 2016, li tiċħad it-talba tal-21 ta’ Settembru 2016 ta’ RE li jitlob aċċess għal ċerta data personali tiegħu, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 53, 20.2.2017.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — L vs Il-Parlament

(Kawża T-91/17) (1)

(“Servizz Pubbliku - Assistenti parlamentari akkreditati - Leave tal-mard - Leave tal-mard imqatta’ barra mill-post ta’ assenjazzjoni - Assenza irregolari - Artikolu 60 tal-Istatut - Dmir ta’ diliġenza - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

(2019/C 131/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: L (rappreżentant: I Coutant Peyre, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Windisch u Í. Ní Riagáin Düro, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta’ Awwissu 2016 dwar ċerti assenzi mhux awtorizzati tar-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 29.1.2018.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-366/17) (1)

(“FEŻR - Rifjut li tiġi kkonfermata kontribuzzjoni finanzjarja għal proġett kbir - Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Evalwazzjoni tal-koerenza ta’ proġett kbir mal-prijoritajiet tal-programm operattiv - Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru 1083/2006 - Qbiż tat-terminu”)

(2019/C 131/47)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, A. Kyratsou u M. Siekierzyńska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1904 finali, tat-23 ta’ Marzu 2017, li tirrifjuta li tikkonferma lir-Repubblika tal-Polonja kontribuzzjoni finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-proġett kbir “Tnedija tal-produzzjoni ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ muturi dijżil minn Volkswagen Motor Polska” fil-kuntest tal- assi prijoritarja IV tal-programm operattiv “Ekonomija Innovattiva”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 249, 31.7.2017.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Giove Gas vs EUIPO — Primagaz (KALON AL CENTRO DELLA FAMIGLIA)

(Kawża T-34/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea KALON AL CENTRO DELLA FAMIGLIA - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea CALOON - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 131/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giove Gas Srl (Tarquinia, l-Italja) (rappreżentanti: A. Bergonzini u F. Dinelli, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Compagnie des gaz de pétrole Primagaz (Pariġi, Franza) (rappreżentant: D. Régnier, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2017 (Każ R 1271/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Compagnie des gaz de pétrole Primagaz u Giove Gas

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Giove Gas Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 182, 28.5.2018.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Torro Entertainment vs EUIPO — Grupo Osborne (TORRO Grande MEAT IN STYLE)

(Kawża T-63/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TORRO Grande MEAT IN STYLE - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti TORO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 - Obbligu ta’ diliġenza - Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2019/C 131/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Torro Entertainment (Plovdiv, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Kostov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1776/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Grupo Osborne u Torro Entertainment.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Torro Entertainment Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 134, 16.4.2018


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Bayer Intellectual Property vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ qalb)

(Kawża T-123/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta qalb - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 131/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bayer Intellectual Property GmbH (Monheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Graul, S. Hanne u D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2017 (Każ R-145/2017-1), rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta qalb bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bayer Intellectual Property GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 142, 23.4.2018.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Beko vs EUIPO — Acer (ALTUS)

(Kawża T-162/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ALTUS - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti ALTOS - Proċedimenti ta’ revoka ta’ ċerti trade marks preċedenti mibdija quddiem l-awtoritajiet nazzjonali - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva - Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li sar l-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625)”)

(2019/C 131/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Beko plc (Watford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. Tritton, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Acer, Inc. (Tajpei, it-Tajwan)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1991/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Acer u Beko.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1991/2016-5) hija annullata.

2)

EUIPO hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Beko plc.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/45


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2019 — Aresu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-524/16 R)

(“Miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-1 ta’ Jannar 2014 - Numru mnaqqas ta’ ġranet ta’ leave annwali - Sostituzzjoni ta’ ġranet ta’ leave għal raġuni ta’ distanza b’leave għall-pajjiż tal-oriġini - Talba għal miżuroi provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2019/C 131/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Antonio Aresu (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u M. Ecker, aġenti); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li tnaqqas in-numru ta’ ġranet addizzjonali li minnu jibbenefika r-rikorrent minn ħames ġranet għal jumejn u nofs abbażi tal-Artikolu 7 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, kien emendati bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013 (ĠU 2013, L 287, p. 15), u, min-naħa l-oħra, għall-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji intiżi sabiex jippermettu lir-rikorrent ikompli jibbenefika — fuq bażi provviżorja — mill-istess numru ta’ ġranet ta’ leave addizzjonali li kien jibbenefika minnu, bħala leave għal raġuni ta’ distanza, qabel l-1 ta’ Jannar 2014, u dan b’effett retroattiv sa mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-għoti tad-deċiżjoni fil-kawża prinċipali jew, jekk qabel l-għoti tad-deċiżjoni, sad-data tal-irtitrar tar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Comprojecto-Projectos e Construções et vs BĊE

(Kawża T-768/17) (1)

(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, għal annullament u għad-danni - Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza tal-istabbilimenti ta’ kreditu - Atti illegali allegatament imwettqa minn ċerti istituzzjonijiet ta’ kreditu Portugiżi - Ċaħda impliċita tat-talba li tittieħed azzjoni indirizzata lill-BĊE - Inammissibbiltà manifesta parzjali - Nuqqas ta’ kompetenza manifesta parzjali - Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

(2019/C 131/53)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Comprojecto-Projectos e Construções, Lda (Lisbona, il-Portugall), Paulo Eduardo Matos Gomes de Azevedo (Lisbona), Julião Maria Gomes de Azevedo (Lisbona), Isabel Maria Matos Gomes de Azevedo (Lisbona) (rappreżentant: M. Ribeiro, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta u P. Ferreira Jorge, aġenti)

Suġġett

L-ewwel nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-BĊE astjena illegalment milli jieħu azzjoni fil-konfront ta’ istituzzjoni ta’ kreditu Portugiża fil-kuntest tal-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus, it-tieni nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li ma jieħux azzjoni u, it-tielet nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu minħabba dan in-nuqqas li tittieħed azzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Comprojecto-Projectos e Construções, Lda, Paulo Eduardo Matos Gomes de Azevedo, Julião Maria Gomes de Azevedo u Isabel Maria Matos Gomes de Azevedo huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 52, 12.2.2018.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/47


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2019 — Schokker vs AESA

(Kawża T-817/17) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - AESA - Reklutaġġ - Proċedura ta’ selezzjoni - Inklużjoni tar-rikorrent fil-lista ta’ riżerva - Irtirar tal-offerta ta’ impjieg indirizzata lir-rikorrent - Responsabbiltà - Assenza ta’ aġir illegali tal-AESA - Rikors manifestement infondat fid-dritt”)

(2019/C 131/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Boudewijn Schokker (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (rappreżentanti: S. Rostren u F. Pavesi, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba l-aġir żbaljat tal-AESA matul il-proċedura ta’ selezzjoni għar-reklutaġġ ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Boudewijn Schokker huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 19.2.2018.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/48


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Associazione GranoSalus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-125/18) (1)

(“Rikors għal annullament - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva ‘glifosat” - Tiġdid tal-inklużjoni fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà)

(2019/C 131/55)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Associazione Nazionale GranoSalus — Liberi Cerealicoltori & Consumatori (Associazione GranoSalus) (Foggia, l-Italja) (rappreżentant: G. Dalfino, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, D. Bianchi, G. Koleva u I. Naglis, aġenti)

Suġġett

Talba ibbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2324 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva “glifosat” skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2017, L 333, p. 10).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Konsegwentement, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent ta’ Helm AG, Monsanto Europe NV/SA, Monsanto Company, Nufarm GmbH & Co. KG, Nufarm, Albaugh Europe Sàrl, Albaugh UK Ltd, Albaugh TKI d.o.o. u Barclay Chemicals Manufacturing Ltd.

3)

Associazione Nazionale GranoSalus — Liberi Cerealicoltori & Consumatori (Associazione GranoSalus) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Helm, Monsanto Europe, Monsanto, Nufarm GmbH & Co. KG, Nufarm, Albaugh Europe, Albaugh UK, Albaugh TKI u Barclay Chemicals Manufacturing għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talba għal intervent.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/48


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Chrome Hearts vs EUIPO — Shenzhen Van St. Lonh Jewelry (Rappreżentazzjoni ta’ salib)

(Kawża T-137/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta salib - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tal-iskop tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2019/C 131/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chrome Hearts LLC (Hollywood, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Shenzhen Van St. Lonh Jewelry Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 766/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Chrome Hearts u Shenzhen Van St. Lonh Jewelry Co.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 166, 14.5.2018.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/49


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — PV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-224/18 RII)

(“Miżuri provviżorji - Servizz Pubbliku - Proċedura dixxiplinari - Iffissar tas-salarju għal żero - Bdil taċ-ċirkstuanzi - Inammissibbiltà - Assenza ta’ fatti ġodda”)

(2019/C 131/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PV (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid, B. Mongin u R. Striani, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, l-ewwel nett, tal-proċedura dixxiplinari CMS 17/025 u, it-tieni nett, tad-deċiżjoni li s-salarju tar-rikorrent jiġi ffissat għal żero.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Brunke vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-258/18) (1)

(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Terminu tar-rikors - Bidu tad-dekorrenza - Assenza ta’ talba li tittieħed azzjoni - Talba oħra li tittieħed azzjoni - Inammissibbiltà manifesta - Talba ta’ natura dikjaratorja - Talba intiża sabiex jinkiseb l-għoti ta’ ordnijiet - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”)

(2019/C 131/58)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Lothar Brunke (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Schniebel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u H. Støvlbæk, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba intiża sabiex jiġi “kkonstatat l-effett diskriminatorju” tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU 2005, L 255, p. 22, rettifiki fil-ĠU 2007, L 271, p. 18, fil-ĠU 2008, L 93, p. 28 u fil-ĠU 2014, L 305, p. 115), u, sussidjarjament, minn naħa, talba intiża, essenzjalment, sabiex jinkiseb l-għoti ta’ ordni kontra l-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni asteniet illegalment milli tagħti segwitu l-ittri tar-rikorrent tas-6 ta’ Ġunju u tas-27 ta’ Diċembru 2017.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud parzjalment minħabba n-nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu u parzjalment bħala manifestament inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew.

3)

Lothar Brunke għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati mat-talba tiegħu għal intervent.

5)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati mat-talba tiegħu għal intervent.


(1)  ĠU C 276, 6.8.2018.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2019 — Front Polisario vs Il-Kunsill

(Kawża T-376/18) (1)

(“Rikors għal annullament - Ftehimiet internazzjonali - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk - Deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati bejn l-Unjoni u l-Marokk għall-emenda tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”)

(2019/C 131/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Front populaire pour la libération de la Saguia el-Hamra et du Rio de oro (Front Polisario) (rappreżentant: G. Devers, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Elera-San Miguel Hurtado u F. Naert, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2018, li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mar-Renju tal-Marokk għall-emenda tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk u għall-konklużjoni ta’ protokoll għall-implimentazzjoni tal-imsemmi ftehim.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Franċiża u tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Front populaire pour la libération de la Saguia-el-Hamra et du Rio de Oro (Front Polisario) għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 319, 10.9.2018


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/51


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2019 — BRF u SHB Comercio e Industria de Alimentos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-429/18 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Saħħa pubblika - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/700 - Emenda tal-lista ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom hija permessa l-importazzjoni ta’ prodotti speċifiċi li joriġinaw mill-annimali, rigward ċerti stabbilimenti mill-Brażil - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi”)

(2019/C 131/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BRF SA (Itajaí, il-Brażil), SHB Comercio e Industria de Alimentos SA (Itajaí) (rappreżentanti: D. Arts u G. van Thuyne, avukati)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis, B. Eggers u B. Hofstötter, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, prinċipalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/700 tat-8 ta’ Mejju 2018 li jemenda l-lista ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom hija permessa l-importazzjoni ta’ prodotti speċifiċi li joriġinaw mill-annimali, rigward ċerti stabbilimenti mill-Brażil (ĠU 2018, L 118, p. 1), jew sakemm tingħata deċiżjoni definittiva fuq ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, jew sad-data stabbilita mill-President tal-Qorti Ġenerali, u, sussidjarjament, għas-sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament fir-rigward tal-istabbilimenti tar-rikorrenti inklużi fil-lista ta’ stabbilimenti li għandhom il-permess jimportaw laħam minn pollam u lagomorfi mill-Brażil (Taqsima II), fil-lista ta’ stabbilimenti li għandhom il-permess jimportaw kapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam, prodotti tal-laħam u laħam isseparat mekkanikament mill-Brażil (Taqsima V) li ma ġġenerawx iktar minn żewġ notifiki permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf bejn l-1 ta’ Marzu 2017 u d-19 ta’ April 2018 kif ukoll fil-lista ta’ stabbilimenti li għandhom il-permess jimportaw prodotti tal-laħam mill-Brażil (Taqsima VI), jew għall-għoti ta’ kull miżura oħra jew addizzjonali li l-President tal-Qorti Ġenerali jqis neċessarja jew adatta.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/52


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2019 — XH vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-511/18)

(2019/C 131/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: XH (rappreżentant: E. Auleytner, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Novembru 2017 (IA Nru 25-2017), li tirrigwarda n-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ uffiċjali promossi fl-2017;

tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fis-7 ta’ Ġunju 2018, bi tweġiba għall-ilment imressaq mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ kumpens fl-ammont ta’ EUR 20 000 għad-danni morali u ta’ EUR 45 000 għad-danni materjali;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrenti tikkontesta l-kontenut tar-rapporti ta’ evalwazzjoni tal-karriera tagħha (iktar ’il quddiem ir-“REK”), bħala bażi tal-proċedura ta’ promozzjoni inkwistjoni, u ssostni l-irregolarità tal-proċedura ta’ promozzjoni magħluqa inkwistjoni, kif ukoll l-impossibbiltà u l-illegalità ta’ regolarizzazzjoni a posteriori, wara l-għeluq tal-proċedura ta’ promozzjoni.

Ir-rikorrenti ssostni li kien impossibbli li jiġi stabbilit li l-ġudizzji setgħu saru b’mod differenti, li kieku ir-rapport intermedju irregolari ma kienx ittieħed inkunsiderazzjoni fi stadji differenti tal-proċedura ta’ promozzjoni.

Ir-rikorrenti tinvoka żball ta’ liġi u l-irregolarità tal-proċedura ta’ promozzjoni kkontestata: il-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 89 68 final, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), il-ksur tal-Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal fid-dawl tal-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), kif ukoll l-assenza ta’ paragun effettiv tal-merti.

Ir-rikorrenti tinvoka barra minn hekk żball manifest ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kriterji ta’ promozzjoni msemmija fl-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal, moqri fid-dawl tal-Artikolu 7 tal-Karta.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-effett allegat tal-irregolarità fuq il-proċedura ta’ promozzjoni kkontestata, fid-dawl tal-fajl tal-promozzjoni tar-rikorrenti u tar-REK tagħha. Din l-irregolarità wasslet allegatament għall-esklużjoni mill-promozzjoni li setgħet tkun mistennija li kieku twettaq paragun korrett tal-merti.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/53


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2019 — AI vs ECDC

(Kawża T-65/19)

(2019/C 131/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AI (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-ECDC tat-18 ta’ Mejju 2018 li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrent tal-20 ta’ Ġunju 2017,

tannulla d-deċiżjoni tal-ECDC tal-20 ta’ Ġunju 2018 li tiċħad it-talba tar-rikorrent tat-30 ta’ Mejju 2018 għal aċċess għar-rapport ta’ inkjesta;

tannulla, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni tal-ECDC tas-26 ta’ Ottubru 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tat-2 ta’ Lulju 2018;

tordna lill-ECDC tħallas kumpens finanzjarju evalwat, ex aequo et bono, fl-ammont ta’ EUR 40 000, fir-rigward tad-dannu morali allegatament imġarrab mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata tat-18 ta’ Mejju 2018 u motiv wieħed fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata tal-20 ta’ Ġunju 2018.

1.

L-ewwel motiv, fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata tat-18 ta’ Mejju 2018, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ.

2.

It-tieni motiv, fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata tat-18 ta’ Mejju 2018, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

3.

It-tielet motiv, fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata tat-18 ta’ Mejju 2018, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u ta’ fatti u fuq ksur tal-Artikolu 86 tar-Regolamenti tal-Persunal.

4.

Motiv wieħed, fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata tal-20 ta’ Ġunju 2018, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 45/2001. (1)


(1)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/54


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2019 — Alcar Aktiebolag vs EUIPO — Alcar Holding (alcar.se)

(Kawża T-77/19)

(2019/C 131/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alcar Aktiebolag (Bromma, l-Isvezja) (rappreżentant: M. Ateva, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alcar Holding GmbH (Wien, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea alcar.se f’kuluri abjad u blu — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 508 583

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 378/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tissospendi l-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali sakemm jiġu konklużi l-proċedimenti ta’ revoka kontra t-trade mark ta’ Alcar Holding GmbH, u tkun ġiet iddeterminata l-portata reali tal-protezzjoni tat-trade mark ta’ Alcar Holding GmbH;

tannulla fit-totalità tagħha d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell;

tikkonferma fit-totalittà tagħha d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;

tikkundanna lill-Alcar Holding GmbH għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell żbaljatament estenda l-portata tal-protezzjoni tat-trade mark ta Alcar Holding GmbH;

Il-Bord tal-Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/55


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2019 — Lantmännen and Lantmännen Agroetanol vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-79/19)

(2019/C 131/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lantmännen ek för (Stokkolma, l-Isvezja), Lantmännen Agroetanol AB (Norrköping, l-Isvezja) (rappreżentanti: S. Perván Lindeborg, A. Johansson, lawyers, u R. Bachour, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2019) 743 finali tat-28 ta’ Jannar 2019 dwar oġġezzjoni għall-iżvelar invokata mir-rikorrenti skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU 2011 L 275, p 29) (Każ AT.40054 — Parametri referenzjarji għall-etanol); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq ksur tar-regoli tad-dritt li jirregolaw il-proċedimenti ta’ riżolviment ta’ tilwim

Skont ir-rikorrenti, l-atti legali li jirregolaw il-proċeduri ta’ riżolviment ta’ tilwim jipprekludu l-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati. B’mod partikolari, jirriżulta minn qari konġunt tal-Artikolu 10a, l-Artikolu 15(1)(b) u l-Artikolu 16a(2) tar- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 (1) li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-iżvelar tal-minuti tad-diskussjonijiet imwettqa għal riżolviment ta’ tilwim għandu jkun limitat għall-proposta ta’ riżolviment ta’ tilwim bħala tali, billi dan jista’ jiġi żvelat biss skont kundizzjonijiet stretti.

2.

It-tieni motiv, huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

Skont ir-rikorrenti, permezz tal-prattika stabbilita tagħha li tikkonsisti fl-esklużjoni tad-dokumenti uffiċjali sottomessi fil-kuntest ta’ diskussjonijiet għal għal riżolviment ta’ tilwim ta’ fajl li għalih għandhom aċċess il-partijiet l-oħra, kif ukoll permezz ta’ assigurazzjonijiet speċifiċi mogħtija għal dan il-għan, il-konvenuta setgħet ħolqot aspettattivi leġittimi min-naħa tar-rikorrenti dwar it-trattament kunfidenzjali tad-dokumenti inkwistjoni.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ġenerali ta’ opportunitajiet ugwali

Skont ir-rikorrenti, billi żvela lill-partijiet l-oħra r-rendikonti tad-diskussjonijiet mal-konvenut bil-ħsieb ta’ riżolviment ta’ tilwim, il-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali billi poġġiet lill-partijiet li qegħdin jittranżiġu f’pożizzjoni inqas favorevoli mill-partijiet li rrinunzjaw għal tali diskussjonijiet. L-estensjoni mhux iġġustifikata tal-aċċess għall-fajl mill-partijiet li mhux qegħdin jittranżiġu kisret ukoll il-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali, billi dawn il-partijiet ibbenefikaw minn vantaġġ fil-kuntest tar-relazzjoni essenzjalment antagonistika, li torbot lill-allegati ko-awturi tar-reat fir-rigward ta’ talbiet futuri għal kumpens.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba

Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li, bl-awtorizzazzjoni għall-iżvelar tal-informazzjoni inkwistjoni, id-deċiżjoni kkontestata ppermettiet lill-Kummissjoni tadotta politika totalment inkoerenti li fiha r-rikorrenti ġew ittrattati b’mod sinjifikattivament inqas favorevoli mid-destinatarji tad-deċiżjonijiet preċedenti kollha tal-Kummissjoni. Għal din ir-raġuni, id-deċiżjoni kkontestata għandha titqies li tikser id-dritt tar-rikorrenti li jippretendu li l-kawżi tagħhom jiġu ttrattati b’mod “imparzjali, b’mod ġust u f’terminu raġonevoli” mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni bħalm hija l-konvenut, bi ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

5.

Il-ħames motiv, imressaq b’mod sussidjarju, huwa bbażat fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-espożizzjoni tal-motivi

Permezz tal-ħames motiv tagħhom, imressaq b’mod sussidjarju, r-rikorrenti jsostnu li, anki jekk jassumu li, fl-analiżi finali, il-Qorti Ġenerali tilqa’ l-opinjoni tal-konvenuta skont liema d-dokumenti inkwistjoni għandhom jiġu żvelati lill-impriżi l-oħra, id-deċiżjoni kkontestata għandha minkejja kollox, tiġi annullata minħabba l-iżbalji li hemm fl-espożizzjoni tal-motivi.

Il-konvenuta invokat il-punt 35 tal-avviż dwar ir-riżolviment tat-tilwim sabiex tagħti l-aċċess għad-dokumenti kkontestati. Il-punt 35 jirreferi biss għal proposti ta’ riżolviment tat-tilwim u mhux għal “dokumenti ta’ riżolviment tat-tilwim”, il-kunċett użat fid-deċiżjoni kkontestata. Sabiex l-espożizzjoni tal-motivi ssir koerenti internament, id-deċiżjoni kkontestata għandha tinkiteb mill-ġdid sabiex tagħmilha ċara li dawn id-dokumenti jagħmlu parti mill-proposta ta’ riżolviment ta-talwim.


(1)  1Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, tas-7 ta’ April 2004, dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81),


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/56


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2019 — Rezon OOD vs EUIPO (imot.bg)

(Kawża T-101/19)

(2019/C 131/65)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Rezon OOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: M. Yordanova-Charizanova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva “imot.bg” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 203 316

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’Novembru 2018 fil-Każ R 999/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara li t-trade mark kontenzjuża hija rreġistrata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura kif ukoll għall-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/57


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2019 — Abarca vs EUIPO — Abanca Corporación Bancaria (ABARCA SEGUROS)

(Kawża T-106/19)

(2019/C 131/66)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Abarca — Companhia de Seguros SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: J. Pimenta u Á. Pinho, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Abanca Corporación Bancaria, SA (Betanzos, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ABARCA SEGUROS bil-kuluri roża, blu ċar, aħdar ċar u iswed — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 041 519

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1370/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

temenda kompletament id-deċiżjoni kkontestata;

konsegwentement, tilqa’ l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Nru 16 041 519 fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-partijiet l-oħra għall-ispejjeż, inklużi dawk esposti waqt il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/58


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — VFP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-726/16) (1)

(2019/C 131/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Awla Manja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 462, 12.12.2016.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/58


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2019 — Hangzhou Lezoo traveling equipment vs EUIPO — Promotional Traders (GREEN HERMIT)

(Kawża T-60/18) (1)

(2019/C 131/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 104, 19.3.2018.


8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 131/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2019 — Intercontinental Exchange Holdings vs EUIPO (BRENT)

(Kawża T-725/18) (1)

(2019/C 131/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 65, 18.2.2019