ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 129

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
5 ta' April 2019


Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2017–2018
Dati tas-seduti: 28 ta’ Frar u 1 ta’ Marzu 2018
Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 336, 20.9.2018 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

Il-Ħamis 1 ta’ Marzu 2018

2019/C 129/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D054772-02 – 2018/2568(RSP))

2

2019/C 129/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (D054771-02 – 2018/2569(RSP))

7

2019/C 129/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja (2018/2541(RSP))

13

2019/C 129/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar ir-Rapport Annwali dwar is-Sitwazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali fl-UE fl-2016 (2017/2125(INI))

14

2019/C 129/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar Prospettivi u sfidi għas-settur tal-apikultura tal-UE (2017/2115(INI))

25

2019/C 129/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-Unjoni Bankarja – Rapport Annwali 2017 (2017/2072(INI))

38

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

Il-Ħamis 1 ta’ Marzu 2018

2019/C 129/07

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar il-qtugħ tas-sorsi ta' dħul għall-ġiħadisti – nindirizzaw il-finanzjament tat-terroriżmu (2017/2203(INI))

49

2019/C 129/08

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 lill-Kunsill dwar il-prijoritajiet tal-UE għat-62 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa (2017/2194(INI))

58


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

Il-Ħamis 1 ta’ Marzu 2018

2019/C 129/09

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar it-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa (TAX3), u d-definizzjoni tar-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni u l-mandat tiegħu (2018/2574(RSO))

65


 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

Il-Ħamis 1 ta’ Marzu 2018

2019/C 129/10

P8_TA(2018)0044
Distribuzzjoni tal-assigurazzjoni: data tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' traspożizzjoni tal-Istati Membri ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Marzu 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2016/97 rigward id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' traspożizzjoni tal-Istati Membri (COM(2017)0792 – C8-0449/2017 – 2017/0350(COD))
P8_TC1-COD(2017)0350
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-1 ta’ Marzu 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/97 rigward id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' traspożizzjoni tal-Istati Membri

68

2019/C 129/11

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni (08054/2017 – C8-0338/2017 – 2017/0075(NLE))

70

2019/C 129/12

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar il-ħatra proposta ta' Annemie Turtelboom bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0008/2018 – 2018/0801(NLE))

71

2019/C 129/13

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0052/2018 – C8-0036/2018 – 2018/0901(NLE))

72

2019/C 129/14

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-1 ta’ Marzu 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (COM(2016)0750 – C8-0496/2016 – 2016/0392(COD))

73

2019/C 129/15

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Marzu 2018 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti transkonfinali rapportabbli (COM(2017)0335 – C8-0195/2017 – 2017/0138(CNS))

134

2019/C 129/16

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata minn Spanja – EGF/2017/006/Galicia apparel) (COM(2017)0686 – C8-0011/2018 – 2018/2014(BUD))

154

2019/C 129/17

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Iżvezja – EGF/2017/007 SE/Ericsson) (COM(2017)0782 – C8-0010/2018 – 2018/2012(BUD))

158


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2017–2018

Dati tas-seduti: 28 ta’ Frar u 1 ta’ Marzu 2018

Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 336, 20.9.2018.

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

Il-Ħamis 1 ta’ Marzu 2018

5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/2


P8_TA(2018)0051

Qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-59122-7

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D054772-02 – 2018/2568(RSP))

(2019/C 129/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D054772-02),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 23(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tas-16 ta' Jannar 2018, li matulha ma ngħatat l-ebda opinjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fit-18 ta' Mejju 2017, u ppubblikata fid-29 ta' Ġunju 2017 (3),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, COD(2017)0035),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw l-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (4),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/702/KE awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta' ikel u għalf li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (“Qamħirrum ĠM 59122”); billi, qabel dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, fit-23 ta' Marzu 2007, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li ġiet ippubblikata fit-3 ta' April 2007 (5) (“l-ewwel opinjoni tal-EFSA”);

B.

billi fid-19 ta' Lulju 2016, Pioneer Overseas Corporation u Dow AgroSciences Ltd. (“l-applikant”) ippreżentaw b'mod konġunt applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' ikel u għalf li fihom, li jikkonsistu minn, jew li ġew prodotti minn qamħirrum ĠM 59122 skont l-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi dik l-applikazzjoni kopriet ukoll l-introduzzjoni fis-suq tal-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 fi prodotti li jikkonsistu minnu jew li jkun fihom dan il-qamħirrum għal użu ieħor għajr għall-ikel u għall-għalf bħal kwalunkwe tip ta' qamħirrum ieħor, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

C.

billi fit-18 ta' Mejju 2017, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li ġiet ippubblikata fid-29 ta' Ġunju 2017 (6) (“it-tieni opinjoni tal-EFSA”);

D.

billi l-qamħirrum ĠM 59122 jesprimi l-proteini CRY34Ab1 u CRY35Ab1 li jagħtu reżistenza għal pesti insetti koleotterani li jappartjenu għall-genus Diabrotica bħal-larva tad-dudu tal-għeruq tal-qamħirrum tal-Punent (western corn rootworm), u l-proteina PAT li tagħti tolleranza għall-erbiċidi li jkun fihom il-glufosinat;

E.

billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li ikel jew għalf ġenetikament modifikat ma għandux ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa umana, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent u li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħrajn li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha;

F.

billi l-Istati Membri ppreżentaw bosta kummenti kritiċi fir-rigward tal-ewwel opinjoni tal-EFSA matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur (7) dwar, fost oħrajn, il-pjan ta' sorveljanza insuffiċjenti, ir-riskju ta' esponiment għat-tossini BT ta' organiżmi li mhumiex fil-mira, l-assenza ta' bażi għall-konklużjoni li prodotti tal-għalf minn qamħirrum ĠM 59122 huma sostanzjalment ekwivalenti, għandhom nutrizzjoni ekwivalenti u huma sikuri daqs prodotti tal-għalf minn qamħirrum kummerċjali u, fir-rigward tal-istudju fuq il-firien li dam 90 jum, il-fatt li l-qamħirrum ĠM 59122 ingħata f'livell ta' doża waħda biss għall-istudju kollu, bi ksur tar-rakkomandazzjoni fil-linji gwida rilevanti tal-OECD;

G.

billi, wara l-preżentazzjoni mill-applikant għall-awtorizzazzjoni mill-ġdid, l-EFSA ntalbet tivvaluta d-data ppreżentata mill-applikant, inklużi r-rapporti ta' monitoraġġ ambjentali ta' wara t-tqegħid fis-suq u 11-il studju ta' riċerka primarja li ġew ippubblikati bejn l-2007 u l-2016; billi, abbażi tal-valutazzjoni tagħha tad-data ppreżentata, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli (it-tieni opinjoni tal-EFSA, kif imsemmi hawn fuq), fejn ikkonkludiet li ma ġie identifikat ebda periklu jew esponiment modifikat ġdid u ebda inċertezza xjentifika ġdida li setgħu jibdlu l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju oriġinali dwar il-qamħirrum 59122;

H.

billi l-Istati Membri ressqu bosta kummenti kritiċi fir-rigward tat-tieni opinjoni tal-EFSA matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur (8) inkluż, fost oħrajn, li l-monitoraġġ li sar għall-qamħirrum ĠM 59122 ma jistax jipprovdi riżultati sinifikanti għall-valutazzjoni attwali u jsolvi l-inċertezzi assoċjati mal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa qabel l-awtorizzazzjoni, pereżempju fir-rigward tal-esponiment tal-ambjent u li l-approċċ ta' monitoraġġ implimentat għall-qamħirrum ĠM 59122 mhuwiex konformi mar-rekwiżiti tal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE;

I.

billi Stat Membru staqsa għala diversi studji pubbliċi li juru l-immunoġeniċità tal-proteini Cry fil-ġrieden ma ġewx ippreżentati mill-applikant, u għaldaqstant ivvalutati mill-EFSA, u rrakkomanda li t-tħassib dwar l-immunoġeniċità u l-aġġuvantiċità tal-proteini Cry li jidhru fil-qamħirrum ĠM 59122 għandhom jissolvew qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni għat-tiġdid;

J.

billi kien hemm Stat Membru li nnota li l-Unjoni approvat il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, li tqiegħed responsabbiltajiet internazzjonali kemm fuq pajjiżi esportaturi kif ukoll fuq dawk importaturi fir-rigward tad-diversità bijoloġika u li għaldaqstant huwa importanti li jitqiesu l-impatti tal-importazzjoni tal-qamħirrum ĠM 59122 fl-Unjoni, kemm fuq il-bijodiversità tal-Unjoni kif ukoll fuq il-bijodiversità fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

K.

billi l-glufosinat huwa klassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni u għalhekk jaqa' taħt il-kriterji ta' esklużjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9); billi l-approvazzjoni tal-glufosinat tiskadi fil-31 ta' Lulju 2018 (10);

L.

billi l-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari hija parti minn prattika agrikola regolari fil-kultivazzjoni ta' pjanti reżistenti għall-erbiċidi u għalhekk jista' jkun mistenni li r-residwi mill-bexx dejjem ser ikunu preżenti fil-ħsad u huma kostitwenti inevitabbli; billi ntwera li għelejjel ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi jwasslu għal użu akbar ta' erbiċidi komplementari minn dawk tal-kontropartijiet konvenzjonali tagħhom (11);

M.

billi r-residwi mill-bexx bil-glufosinat ma ġew ivvalutati fl-ebda opinjoni tal-EFSA; billi r-residwi tal-glufosinat ser ikunu fl-għelejjel tal-qamħirrum ĠM 59122 importati fl-Unjoni għal użu fl-ikel u fl-għalf;

N.

billi jkun kemm inaċċettabbli mill-perspettiva tas-sikurezza tal-ikel, kif ukoll ferm inkonsistenti, li tiġi awtorizzata l-importazzjoni ta' qamħirrum ĠM li huwa tolleranti għall-glufosinat meta jitqies li l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni tiskadi fil-31 ta' Lulju 2018 minħabba t-tossiċità riproduttiva tiegħu (12);

O.

billi l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, imsemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, fis-16 ta' Jannar 2018, ma rriżultat fl-ebda opinjoni; billi 12-il Stat Membru vvutaw kontra, filwaqt li 12-il Stat Membru – li jirrappreżentaw 38,83 % biss tal-popolazzjoni tal-Unjoni – ivvutaw favur, u erba' Stati Membri astjenew;

P.

billi f'diversi okkażjonijiet il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għal deċiżjoni finali, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha kemm hi, sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati; billi anke l-President Juncker iddeplora din il-prattika bħala waħda mhux demokratika (13);

Q.

billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari (14) l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

R.

billi l-premessa 14 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tiddikjara li jenħtieġ li l-Kummissjoni, kemm jista' jkun, timxi b'tali mod li topponi kwalunkwe pożizzjoni predominanti li tista' tqum fil-kumitat ta' appell kontra l-idoneità ta' att ta' implimentazzjoni, speċjalment dwar kwistjonijiet sensittivi bħalma huma s-saħħa tal-konsumatur, is-sikurezza tal-ikel u l-ambjent;

1.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.

Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi din mhijiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati sa ma l-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhix adegwata;

5.

Jistieden lil-leġiżlaturi responsabbli jkomplu b'urġenza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 u jiżguraw li, fost l-oħrajn, jekk il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma jagħti l-ebda opinjoni fir-rigward ta' approvazzjonijiet ta' OĠM, sew għall-kultivazzjoni u sew għall-ikel u l-għalf, il-Kummissjoni tirtira l-proposta;

6.

Jistieden, b'mod partikolari, lill-Kummissjoni biex ma tawtorizza l-importazzjoni ta' ebda pjanta ġenetikament modifikata għal użu fl-ikel u fl-għalf li tkun saret tolleranti għal erbiċida komplementari li jkun ipprojbit, jew li ser jiġi pprojbit fil-futur qarib, fl-Unjoni;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4861

(4)  

Riżoluzzjoni tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).

Riżoluzzjoni tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (ĠU C 399, 24.11.2017, p. 71).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 19).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 17).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2)(ĠU C 35, 31.1.2018, p. 15).

Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti milll-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta minn dawk l-events (Testi adottati P8_TA(2016)0271).

Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (Testi adottati P8_TA(2016)0272).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (Testi adottati P8_TA(2016)0388).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (Testi adottati P8_TA(2016)0389).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (Testi adottati P8_TA(2016)0386).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (Testi adottati P8_TA(2016)0387).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (Testi adottati P8_TA(2016)0390).

Riżoluzzjoni tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati P8_TA(2017)0123).

Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati P8_TA(2017)0215).

Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati P8_TA(2017)0214).

Riżoluzzjoni tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0341).

Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0377).

Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0378).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0396).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata 305423 x 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0397).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 × Ms8 × Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 × Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2017)0398).

(5)  https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/470

(6)  http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4861

(7)  Anness G – Kummenti tal-Istati Membri u tweġibiet tal-Bord tal-OĠM http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2016-00526

(8)  Anness G – Kummenti tal-Istati Membri u tweġibiet tal-Bord tal-OĠM http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2016-00526

(9)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(10)  Punt 7 tal-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/404 (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 6).

(11)  https://link.springer.com/article/10.1007%2Fs00267-015-0589-7

(12)  Anness G – Kummenti tal-Istati Membri u tweġibiet tal-Bord tal-OĠM http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2013-01002

(13)  Pereżempju, fid-dikjarazzjoni inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).

(14)  ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.

(15)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/7


P8_TA(2018)0052

Qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (D054771-02 – 2018/2569(RSP))

(2019/C 129/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 (D054771-02),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tas-16 ta' Jannar 2018, li matulha ma ngħatat l-ebda opinjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-28 ta' Ġunju 2017, u ppubblikata fl-1 ta' Awwissu 2017 (3),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, COD(2017)0035),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw l-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (4),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, fit-13 ta' Settembru 2013, Monsanto Europe S.A. ressqet applikazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu, jew huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikata (ĠM) MON 87427 ×MON 89034 ×NK603 lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Belġju, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi dik l-applikazzjoni kopriet wkoll it-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jikkonsistu jew li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 ×MON 89034 ×NK603 għal użi oħra għajr għall-ikel u għall-għalf bħal kull tip ta' qamħirrum ieħor, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.

billi l-applikazzjoni kopriet, għal tali użi, it-tliet subkombinazzjonijiet kollha ta' qamħirrum ĠM MON 87427 ×MON 89034 ×NK603;

C.

billi l-qamħirrum ĠM MON 87427 ×MON 89034 ×NK603 fih żewġ ġeni għar-reżistenza għall-glifosat u jipproduċi l-proteini Cry1A.105 u Cry2Ab2 li jikkonferixxu reżistenza għal lepidotteri speċifiċi;

D.

billi fit-28 ta' Ġunju 2017, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat opinjoni favorevoli, skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li ġiet ippubblikata fl-1 ta' Awwissu 2017 (5);

E.

billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li ikel jew għalf ġenetikament modifikat ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent u li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħrajn li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha;

F.

billi, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur, l-Istati Membri ressqu ħafna kummenti kritiċi (6); billi l-maġġor parti tal-kummenti kritiċi jinkludu l-fatt li l-analiżi tal-kompożizzjoni la tkopri r-residwi tal-erbiċidi komplementari u lanqas il-metaboliti tagħhom; billi, minħabba tħassib, fost affarijiet oħra, rigward studji li juru żieda fl-inċidenza tal-ġebla fil-bużżieqa tal-awrina fil-ġrieden magħlufa bil-MON 89034, ma tistax tinsilet konklużjoni dwar ir-riskji assoċjati mal-użu ta' dan l-organiżmu ġenetikament modifikat (OĠM) fl-ikel jew fl-għalf; billi hija meħtieġa aktar informazzjoni qabel ma tista' tiġi finalizzata l-valutazzjoni tar-riskju, u li l-ebda konklużjoni mhi possibbli fir-rigward tal-effetti subkroniċi (ma sar l-ebda studju fuq 90 jum), tal-effetti fit-tul, tal-effetti fuq ir-riproduzzjoni u tal-effetti fuq l-iżvilupp tal-ikel u/jew tal-għalf kollha kemm huma;

G.

billi l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru wieħed ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li, għall-qamħirrum ĠM MON 87427 ×MON 89034 ×NK603 (ittrattat bil-glifosat), ġew identifikati differenzi statistikament sinifikanti mal-komparatur mhux ĠM għal 16-il punt tat-tmiem taċ-ċereali (7) u 2 punti tat-tmiem tal-foraġġ (8), u differenzi statistiċi għal numru saħansitra akbar tal-punti tat-tmiem taċ-ċereali (42) ġew identifikati f'paragun bejn il-qamħirrum ĠM mhux ittrattat bil-glifosat u l-komparatur tiegħu mhux ĠM, u li tnaqqis sinifikanti fil-kontenut ta' vitamini u minerali ta' għelejjel iqajjem tħassib kbir għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali peress li l-malnutrizzjoni tat-tip B hi problema globali;

H.

billi studju indipendenti (9) sab li, minħabba dawn id-differenzi statistiċi, wieħed jista' jassumi li l-qamħirrum ĠM huwa essenzjalment differenti mill-komparatur tiegħu fir-rigward ta' ħafna karatteristiċi bijoloġiċi u ta' kompożizzjoni u li, filwaqt li l-bidliet ikkunsidrati bħala data iżolata jistgħu ma jqajmux tħassib dwar is-sikurezza, l-għadd ġenerali ta' effetti u s-sinifikat qawwi tagħhom kellu jittieħed bħala punt ta' tluq għal aktar investigazzjonijiet dettaljati; billi l-EFSA ma wettqet l-ebda studju ieħor;

I.

billi l-ebda data sperimentali ma ġiet ipprovduta mill-applikant għas-subkombinazzjonijiet MON 87427 ×MON 89034 u MON 87427 ×NK603; billi, għalkemm il-Bord dwar l-OĠM tal-EFSA jistenna li, wara l-estrapolazzjoni ta' data sperimentali pprovduta għas-subkombinazzjoni l-oħra u għall-eventi uniċi, iż-żewġ subkombinazzjonijiet huma sikuri daqs l-eventi uniċi valutati tal-qamħirrum MON ×x NK603 u MON 87427 ×MON 89034 ×NK603, ma saret l-ebda evalwazzjoni tal-inċertezza relatata mal-estrapolazzjoni; billi din id-dgħufija tista' xxejjen il-konklużjoni ġenerali tal-opinjoni tal-EFSA u tista' wkoll tmur kontra l-Gwida dwar l-Analiżi tal-Inċertezza fil-Valutazzjoni Xjentifika (“Guidance on Uncertainty Analysis in Scientific Assessment”) ippubblikata f'Jannar 2018 (10); billi l-awtorizzazzjoni m'għandhiex titqies mingħajr valutazzjoni profonda ta' data sperimentali għal kull subkombinazzjoni ta' event ta' trasformazzjoni multiplu;

J.

billi l-bord dwar l-OĠM tal-EFSA osserva li l-pjan ta' monitoraġġ ambjentali ta' wara t-tqegħid fis-suq imressaq mill-applikant għall-qamħirrum li għandu tliet eventi ta' trasformazzjoni multipli ma jinkludi l-ebda dispożizzjoni għaż-żewġ subkombinazzjonijiet MON 87427 ×MON 89034 u MON 87427 × NK603, u għalhekk irrakkomanda li l-applikant jirrevedi l-pjan f'dan is-sens; billi, skont il-pjan ta' monitoraġġ imressaq mill-applikant, din ir-rakkomandazzjoni ma ġietx segwita (11);

K.

billi wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-event ta' trasformazzjoni multiplu hu li tiżdied it-tolleranza tal-pjanta għall-glifosat (kemm NK603 u MON 87427 jesprimu enzimi EPSPS li jikkonferixxu tolleranza għall-glifosat); billi, bħala konsegwenza, huwa mistenni li l-pjanta se tkun esposta għal dożi ogħla kif ukoll ripetuti ta' glifosat li mhux biss iwasslu għal piż ogħla ta' residwi fil-ħsad iżda jistgħu wkoll jinfluwenzaw il-kompożizzjoni tal-pjanti u l-karatteristiċi agronomiċi tagħhom; billi dan l-aspett ma kienx kopert fil-valutazzjoni tar-riskju; billi r-residwi mill-bexx bil-glifosat lanqas ma kienu vvalutati fl-opinjoni tal-EFSA;

L.

billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi l-EFSA kkonkludiet, f'Novembru 2015, li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġeniku filwaqt li l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kkonkludiet, f'Marzu 2017, li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015 l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer tad-WHO kklassifikat il-glifosat bħala probabbilment karċinoġeniku għall-bnedmin; billi l-Parlament stabbilixxa kumitat speċjali dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-pestiċidi, li se jgħin biex jiġi stabbilit jekk kienx hemm influwenza mhux dovuta mill-industrija fuq il-konklużjonijiet tal-aġenziji tal-Unjoni dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat;

M.

billi, skont il-bord dwar il-pestiċidi tal-EFSA, abbażi tad-data pprovduta s'issa, ma jistgħux isiru konklużjonijiet dwar is-sikurezza ta' residwi mill-bexx ta' għelejjel ġenetikament modifikati b'formazzjonijiet ta' glifosat (12); billi l-addittivi u t-taħlitiet tagħhom użati f'formulazzjonijiet kummerċjali tal-glisofat għall-bexx jistgħu juru tossiċità ogħla minn ingredjenti attivi waħedhom (13); billi l-Unjoni diġà neħħiet mis-suq addittiv magħruf bħala “POE tallowamine” minħabba tħassib dwar it-tossiċità tiegħu; billi madankollu, l-addittivi u t-taħlitiet problematiċi xorta jistgħu jiġu permessi f'pajjiżi fejn huwa kkultivat dan il-qamħirrum ĠM;

N.

billi l-qamħirrum ĠM impurtat huwa użat ħafna għall-għalf fl-Unjoni; billi studju xjentifiku evalwat bejn il-pari sab korrelazzjoni possibbli bejn il-glifosat f'għalf mogħti lill-ħnieżer nisa tqal u żieda fl-inċidenza ta' anomaliji konġeniti severi fid-driefeġ tagħhom (14);

O.

billi l-iżvilupp ta' għelejjel ġenetikament modifikati tolleranti għal diversi erbiċidi selettivi huwa prinċipalment dovut għall-evoluzzjoni mgħaġġla tar-reżistenza tal-ħaxix ħażin għall-glifosat f'pajjiżi li kienu jiddependu ħafna minn għelejjel ġenetikament modifikati;

P.

billi l-karatteristiċi reżistenti għall-insetti tal-event ta' trasformazzjoni multiplu huma dovuti għal MON 89034 li jesprimi proteini Bt (Cry1A.105 u Cry2Ab2), li jikkonferixxu reżistenza għal-lepidotteri speċifiċi (pereżempju l-Ostrinia nubilalis); billi, skont studju indipendenti, fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riskju tal-EFSA, ir-residwi mill-glifosat kellhom jitqiesu wkoll bħala fatturi stressanti qawwija peress li l-impatt fuq iċ-ċelloli u l-organiżmi esposti għal bosta fatturi stressanti jista' jkun ukoll ta' importanza kbira għall-effikaċja ta' tossini Bt (15); billi studju xjentifiku fl-2017 dwar l-impatti possibbli fuq is-saħħa ta' tossini Bt u residwi minn bexx b'erbiċidi komplementari jikkonkludi li għandha tingħata attenzjoni speċifika għar-residwi tal-erbiċidi u l-interazzjoni tagħhom ma' tossini Bt (16); billi l-EFSA ma eżaminatx tali kwistjonijiet;

Q.

billi l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, imsemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, fis-16 ta' Jannar 2018, ma rriżultat fl-ebda opinjoni; billi 14-il Stat Membru vvutaw kontra, filwaqt li 11-il Stat Membru biss, li jirrappreżentaw 38,75 % biss tal-popolazzjoni tal-Unjoni, ivvutaw favur, u tliet Stati Membri astenew;

R.

billi f'diversi okkażjonijiet il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni kellhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għal deċiżjoni finali, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha kemm hi, sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati; billi anke l-President Juncker iddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika (17);

S.

billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari (18) l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

T.

billi l-premessa 14 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tiddikjara l-Kummissjoni għandha, kemm jista' jkun, timxi b'tali mod li tevita l-kunflitt ma' xi pożizzjoni predominanti li tista' tqum fil-kumitat ta' appell kontra l-idoneità ta' att ta' implimentazzjoni, speċjalment dwar kwistjonijiet sensittivi bħalma huma s-saħħa tal-konsumatur, is-sikurezza tal-ikel u l-ambjent;

1.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.

Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi din mhijiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' OĠM sa ma l-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhix adegwata;

5.

Jistieden lil-leġiżlaturi responsabbli jkomplu b'urġenza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 u jiżguraw li, fost l-oħrajn, jekk il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali ma jagħti l-ebda opinjoni fir-rigward ta' approvazzjonijiet ta' OĠM, sew għall-kultivazzjoni u sew għall-ikel u l-għalf, il-Kummissjoni tirtira l-proposta;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizza l-ebda pjanta ġenetikament modifikata tolleranti għall-erbiċida (HT GMP) mingħajr valutazzjoni sħiħa tar-residwi minn bexx b'erbiċidi komplementari u l-formulazzjonijiet kummerċjali tagħhom kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni titlob testijiet ħafna aktar dettaljati tar-riskji għas-saħħa b'rabta ma' eventi ta' trasformazzjoni multipli bħall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġiji għall-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa, it-tossikoloġija, u l-monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq, li jkollhom fil-mira l-katina tal-ikel u tal-għalf kollha kemm hi;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskju tal-HT GMP, irrispettivament minn jekk il-pjanta ĠM tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni għall-ikel u l-għalf;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4922

(4)  

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (ĠU C 399, 24.11.2017, p. 71).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 19).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 17).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2)(ĠU C 35, 31.1.2018, p. 15).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti milll-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta mill-events (Testi adottati P8_TA(2016)0271).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (Testi adottati P8_TA(2016)0272).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (Testi adottati P8_TA(2016)0388).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (Testi adottati P8_TA(2016)0389).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (Testi adottati P8_TA(2016)0386).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (Testi adottati P8_TA(2016)0387).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (Testi adottati P8_TA(2016)0390).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati P8_TA(2017)0123).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati P8_TA(2017)0215).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati P8_TA(2017)0214).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0341).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0377).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0378).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0396).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0397).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 ×Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2017)0398).

(5)  https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4922

(6)  Anness G – il-kummenti tal-Istati Membri u t-tweġibiet tal-Bord dwar l-OĠM: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2013-00765

(7)  ADF, irmied, kalċju, manjeżju, fosforu, żingu, arġinina, gliċina, aċidu steariku, niaċina, α-tokoferol, aċidu feruliku u aċidu ρ-kumariku. Ara paġna 94 tal-Anness G – il-kummenti tal-Istati Membri u t-tweġibiet tal-Bord dwar l-OĠM (http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2013-00765) u paġna 13 tal-opinjoni tal-EFSA (https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4922)

(8)  Umdità u kalċju.

(9)  https://www.testbiotech.org/sites/default/files/Testbiotech_Comment_Maize%20MON%2087427%20%C3%97%20MON%2089034%20%C3%97%20NK603%20.pdf

(10)  https://www.efsa.europa.eu/en/press/news/180124-0

(11)  Anness F – Pjan ta' monitoraġġ ambjentali ta' wara t-tqegħid fis-suq http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2013-00765

(12)  Konklużjoni tal-EFSA dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva glifosat. Journal tal-EFSA 2015, 13 (11):4302: http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.2903/j.efsa.2015.4302/epdf

(13)  https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC3955666

(14)  https://www.omicsonline.org/open-access/detection-of-glyphosate-in-malformed-piglets-2161-0525.1000230.php?aid=27562

(15)  https://www.testbiotech.org/sites/default/files/Testbiotech_Comment_Maize%20MON%2087427%20%C3%97%20MON%2089034%20%C3%97%20NK603%20.pdf

(16)  https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC5236067/

(17)  Pereżempju, fid-dikjarazzjoni inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).

(18)  ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.


5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/13


P8_TA(2018)0055

Deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja (2018/2541(RSP))

(2019/C 129/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta motivata tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2017 skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja: Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni ta' riskju ċar ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja (COM(2017)0835),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/103 tal-20 ta' Diċembru 2017 dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja kumplimentari għar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni (UE) 2016/1374, (UE) 2017/146 u (UE) 2017/1520 (1),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirreferi lill-Polonja għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-ksur tad-dritt tal-Unjoni permezz tal-liġi li temenda l-liġi dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-qagħda tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija fil-Polonja (3) u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-suġġett,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-qagħda tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija fil-Polonja tiddikjara li s-sitwazzjoni attwali fil-Polonja tirrappreżenta riskju ċar ta' ksur serju tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE;

1.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2017 biex tattiva l-Artikolu 7(1) tat-TUE fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Polonja u jappoġġa l-appell tal-Kummissjoni lill-awtoritajiet Pollakki biex jindirizzaw il-problemi;

2.

Jistieden lill-Kunsill jieħu azzjoni rapida skont id-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 7(1) tat-TUE;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iżommu lill-Parlament informat b'mod sħiħ u regolari dwar il-progress magħmul u l-azzjoni meħuda f'kull stadju tal-proċedura;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Polonja, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

(1)  ĠU L 17, 23.1.2018, p. 50.

(2)  SEC(2017)0560.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2017)0442.


5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/14


P8_TA(2018)0056

Sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE fl-2016

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar ir-Rapport Annwali dwar is-Sitwazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali fl-UE fl-2016 (2017/2125(INI))

(2019/C 129/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-referenzi magħmula fir-rapporti preċedenti dwar l-istat tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet eżistenti tal-Parlament Ewropew u tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji l-oħra Ewropej u internazzjonali,

wara li kkunsidra d-diversi rapporti mill-NGOs nazzjonali, Ewropej u internazzjonali,

wara li kkunsidra l-ħidma mwettqa mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), il-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni ta' Venezja,

wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB),

wara li kkunsidra l-ħidma tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali kif ukoll tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità, id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol u d-Direttiva tal-Kunsill 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-mexxejja Afrikani u Ewropej dwar is-sitwazzjoni tal-migranti fil-Libja tal-1 ta' Diċembru 2017 wara s-summit Unjoni Afrikana – Unjoni Ewropea (UA-UE) f'Abidjan,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0025/2018),

A.

billi l-bażi tal-integrazzjoni Ewropea hija r-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali, tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tal-valuri u l-prinċipji minquxa fit-Trattati tal-UE, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u fl-istrumenti internazzjonali relatati mad-drittijiet tal-bniedem;

B.

billi, skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Unjoni hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, il-primat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-persuni li jappartienu lil minoranzi – valuri li huma kondiviżi mill-Istati Membri kollha u li għandhom jiġu rispettati u attivament promossi kemm mill-Unjoni kif ukoll minn kull Stat Membru individwalment fil-politiki kollha tagħhom, kemm fil-livell intern kif ukoll fil-livell estern b'mod konsistenti; billi l-Artikolu 17 tat-TUE jgħid li l-Kummissjoni għandha tiżgura l-applikazzjoni tat-Trattati;

C.

billi r-rispett tal-istat tad-dritt huwa prerekwiżit għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u billi l-Istati Membri għandhom ir-responsabilità aħħarija li jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni kollha billi jadottaw u jimplimentaw it-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali jenħtieġ li jiġu kontinwament konsolidati; billi kull tentattiv biex dawn il-prinċipji jiddgħajfu huwa għad-detriment mhux biss tal-Istat Membru kkonċernat iżda anki tal-Unjoni kollha kemm hi;

D.

billi l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali hija obbligu tat-Trattat taħt l-Artikolu 6(2) tat-TUE;

E.

billi għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-iktar gruppi vulnerabbli;

F.

billi d-devjazzjonijiet ta' governanza osservati f'xi Stati Membri juru approċċ selettiv tal-benefiċċji u r-responsabilitajiet ta' Stat Membru tal-Unjoni, u billi r-rifjut min-naħa ta' dawn l-Istati li jirrispettaw b'mod sħiħ id-dritt Ewropew, is-separazzjoni tal-poteri, l-indipendenza tal-ġudikatura u l-prevedibilità tal-azzjoni tal-istat ipoġġi fid-dubju l-kredibilità tal-Unjoni Ewropea bħala spazju tad-dritt;

G.

billi fl-2016 komplew jaslu fl-Ewropa migranti u persuni li jfittxu asil (1); billi ħafna minn dawn il-migranti jieħdu rotot estremament perikolużi, u jqiegħdu ħajjithom f'idejn it-traffikanti tal-bnedmin u l-kriminali, u huma vulnerabbli għall-vjolenza, l-abbuż u l-isfruttament; billi, skont iċ-ċifri tal-UNHCR, 27 % tal-migranti li jaslu l-Ewropa minn rotta tal-Mediterran huma tfal; billi, skont ir-rapporti tal-Unicef-IOM (Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni), madwar kwart l-adolexxenti mistħarrġa fir-rotta tal-Mediterran ċentrali qatt ma kienu marru l-iskola;

H.

billi fl-2016 ir-reazzjonijiet razzisti u ksenofobiċi kontra r-rifuġjati, il-persuni li jfittxu asil u l-migranti kienu mifruxa ma' kullimkien, u billi popolazzjonijiet partikolarment vulnerabbli qed ikomplu jesperjenzaw livelli ogħla ta' diskriminazzjoni, vjolenza u trawmatizzazzjoni mill-ġdid waqt il-proċess tal-asil;

I.

billi l-pressjoni migratorja qawwija li ċerti Stati Membri ġew soġġetti għaliha għal għadd ta' snin titlob solidarjetà reali tal-UE biex jiġu stabbiliti strutturi ta' akkoljenza adegwati għal dawk li l-aktar jinsabu fil-bżonn u vulnerabbli; billi ħafna migranti jqiegħdu ħajjithom f'idejn il-kuntrabandisti u l-kriminali u huma vulnerabbli għall-ksur tad-drittijiet tagħhom, inklużi l-vjolenza, l-abbuż u l-isfruttament;

J.

billi n-nisa u t-tfal jinsabu f'riskju akbar li jiġu ttraffikati, sfruttati u abbużati sesswalment f'idejn it-traffikanti u għalhekk hemm il-ħtieġa li jinbnew u jissaħħu s-sistemi ta' protezzjoni tat-tfal biex il-vjolenza, l-abbuż, in-negliġenza u l-isfruttament tat-tfal jiġu pprevenuti u tingħata reazzjoni għalihom, f'konformità mal-impenji mogħtija fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Belt Valletta;

K.

billi l-mewġa kontinwa ta' attakki terroristiċi madwar it-territorju tal-Unjoni wasslet biex żviluppa nuqqas ta' fiduċja ġenerali fil-konfront tal-Musulmani, kemm jekk dawn huma ċittadini tal-UE u kemm jekk huma migranti, u billi ċerti partiti politiċi qed jisfruttaw dan in-nuqqas ta' fiduċja u qed jaddottaw retorika ta' iżolazzjoniżmu kulturali u ta' mibegħda fil-konfront ta' dawk li huma differenti;

L.

billi l-użu sistematiku ta' stati ta' emerġenza u miżuri ġudizzjarji u amministrattivi straordinarji kif ukoll ta' kontrolli fil-fruntieri huwa fil-parti l-kbira ineffettiv biex jiskoraġġixxi lit-terroristi, li spiss kienu ilhom żmien twil residenti u saħansitra ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni;

M.

billi l-miżuri politiċi meħuda minn għadd ta' Stati Membri b'reazzjoni għall-wasla ta' persuni li jfittxu asil u migranti jinkludu l-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli fil-fruntieri interni fiż-żona Schengen, pass li kulma jmur qed jitqies bħala wieħed permanenti pjuttost milli temporanju;

N.

billi d-diskors ta' mibegħda jinkludi l-forom kollha ta' espressjoni, kemm online kif ukoll offline, li jxerrdu, jħeġġu, jippromwovu jew jiġġustifikaw il-mibegħda razzjali, il-ksenofobija, jew il-preġudizzju kontra s-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza lil minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali ta' persuna jew forom oħra ta' mibegħda bbażati fuq l-intolleranza, inklużi l-partiti politiċi u l-mexxejja politiċi li jippromwovu ideat, politiki, diskorsi u prattiki razzisti u ksenofobiċi u li jxerrdu aħbarijiet foloz; billi l-iżvilupp ta' tipi ġodda ta' midja qed jagħmilha eħfef biex dak li jkun jinvolvi ruħu f'diskors ta' mibegħda online; billi, skont il-fehma tal-Kunsill tal-Ewropa, id-diskors ta' mibegħda fl-ambjent online jirrikjedi riflessjoni u azzjoni ulterjuri dwar ir-regolamentazzjoni u l-modi ġodda kif dan id-diskors jista' jiġi miġġieled;

O.

billi jeżisti r-riskju li l-livelli ogħla tal-mibegħda u l-vjolenza razzista jew sessista u l-ksenofobija, kemm jekk espressi fis-sura ta' reati ta' mibegħda, aħbarijiet foloz, messaġġi anonimi mxerrda fuq in-netwerks soċjali u pjattaformi oħra tal-internet, protesti jew propaganda politika, qed jibdew jitqiesu bħala normali fl-Istati Membri;

P.

billi s-soċjetajiet moderni ma jistgħux jiffunzjonaw u ma jistgħux jiżviluppaw mingħajr sistema ta' midja tal-massa ħielsa, indipendenti, professjonali u responsabbli ibbażata fuq prinċipji bħalma huma l-verifika tal-fatti, ir-rieda li tiġi riflessa pluralità ta' opinjonijiet informati u l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tas-sorsi tal-midja u s-sikurezza tal-ġurnalisti, kif ukoll il-protezzjoni tal-libertà tal-espressjoni u l-mezzi maħsuba biex jillimitaw tal-aħbarijiet foloz; billi l-midja pubblika taqdi rwol essenzjali biex tiġi ggarantita l-indipendenza tal-midja;

Q.

billi r-rapporti reċenti kollha tal-aġenziji u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u Ewropej u tas-soċjetà ċivili, inklużi l-NGOs, jindikaw bosta oqsma ta' progress; billi, madankollu, il-ksur tad-drittijiet fundamentali għadu jippersisti f'xi Stati Membri, fost l-oħrajn fir-rigward tad-diskriminazzjoni kontra l-minoranzi, korruzzjoni, tolleranza ta' diskors ta' mibegħda, kundizzjonijiet tal-detenzjoni u kundizzjonijiet tal-għajxien għall-migranti;

R.

billi r-rapport tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali bit-titolu “Violence against women: an EU-wide survey” (“Il-vjolenza kontra n-nisa: stħarriġ madwar l-UE kollha”), ippubblikat f'Marzu 2014, sab li terz tan-nisa kollha fl-Ewropa kienu ġarrbu atti ta' vjolenza fiżika jew sesswali tal-anqas darba matul il-ħajja adulta tagħhom, u li 20 % tan-nisa kienu ġarrbu fastidju online; billi l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza sessista, kemm fiżiċi kif ukoll psikoloġiċi, huma mifruxa ħafna fl-UE u għandhom jiġu mifhuma bħala forma estrema ta' diskriminazzjoni li taffettwa lin-nisa fil-livelli kollha tas-soċjetà; billi aktar miżuri huma meħtieġa biex in-nisa li kienu vittmi ta' vjolenza jiġu inkoraġġiti jirrapportaw l-esperjenzi tagħhom u jfittxu l-għajnuna;

S.

billi r-rispett tad-drittijiet tal-persuni li jappartienu għal minoranzi u tad-dritt għal trattament indaqs huwa wieħed mill-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-UE; billi madwar 8 % taċ-ċittadini tal-Unjoni jappartienu għal xi minoranza nazzjonali, u madwar 10 % jitkellmu lingwa reġjonali jew minoritarja; billi, bħalissa, ħlief għall-proċedimenti ta' ksur, l-UE għandha biss għodod b'effikaċja limitata biex tirrispondi għal manifestazzjonijiet sistematiċi u istituzzjonali ta' diskriminazzjoni, razziżmu u ksenofobija kontra l-minoranzi; billi hemm diskrepanzi fost l-Istati Membri f'dawk li huma rikonoxximent tal-minoranzi u rispett tad-drittijiet tagħhom; billi, minkejja għadd kbir ta' appelli lill-Kummissjoni, ittieħdu biss passi limitati sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tal-minoranzi;

T.

billi l-midja diġitali pprovdew lit-tfal opportunitajiet vasti; billi, madankollu, fl-istess ħin it-tfal jiffaċċjaw riskji ġodda; billi t-tfal jenħtieġ li jiġu edukati dwar id-drittijiet fundamentali tagħhom fid-dinja diġitali ħalli nagħmluhielhom iktar sikura; billi l-linji telefoniċi għall-għajnuna għat-tfal huma għodod indispensabbli f'każijiet marbuta mal-ksur tad-drittijiet tat-tfal; billi l-iżvilupp tal-litteriżmu diġitali, inklużi l-litteriżmu fil-midja u dak fl-informazzjoni, jenħtieġ li jiġi promoss bħala parti mill-kurrikulu edukattiv bażiku u mis-snin l-aktar bikrija tal-iskola; billi d-drittijiet fundamentali jenħtieġ li jiġu promossi u protetti online bl-istess mod u sal-istess livell bħal fid-dinja offline;

U.

billi s-servizzi ta' Gvern elettroniku kulma jmur saru dejjem aktar aċċessibbli madwar l-UE fl-2016; billi l-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jippermetti liċ-ċittadini u lill-ġuristi jiksbu informazzjoni dwar proċeduri legali Ewropej u nazzjonali u dwar il-funzjonament tal-ġustizzja;

L-istat tad-dritt

1.

Jiddikjara li la s-sovranità nazzjonali u lanqas is-sussidjarjetà ma jistgħu jiġġustifikaw jew jagħmlu leġittimu li Stat Membru sistematikament jirrifjuta li jirrispetta l-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea li nebbħu l-artikoli introduttorji tat-Trattati Ewropej, li kull Stat Membru volontarjament approva u impenja ruħu li jirrispetta;

2.

Jinnota li l-konformità mal-Kriterji ta' Copenhagen min-naħa tal-istati fi żmien l-adeżjoni tagħhom mal-UE għandha tkun soġġetta għal monitoraġġ kostanti u għal djalogu kostanti fi ħdan u bejn il-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill;

3.

Ifakkar li, skont l-Artikolu 17(1) tat-TUE, il-Kummissjoni, bħala l-gwardjana tat-Trattati, għandha l-leġittimità u l-awtorità li tiżgura li l-Istati Membri kollha qed jirrispettaw il-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-valuri l-oħra msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE; iqis, għaldaqstant, li l-miżuri meħuda mill-Kummissjoni biex twettaq il-kompitu u tiżgura li l-kundizzjonijiet li kienu jeżistu qabel l-adeżjoni ta' Stat Membru għadhom qed jiġu ssodisfati ma jiksrux is-sovranità tal-Istati Membri; ifakkar fir-responsabilità li għandu l-Kunsill stess li jkun involut fil-kwistjonijiet marbuta mal-istat tad-dritt u l-governanza; jilqa' l-idea li jsiru taħdidiet regolari dwar l-istat tad-dritt fi ħdan il-Kunsill Affarijiet Ġenerali u jistieden lill-Kunsill ikompli miexi f'din it-triq ħalli kull Stat Membru jkun soġġett għal evalwazzjoni regolari;

4.

Jinnota l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-Istati Membri kollha jirrispettaw bis-sħiħ l-istat tad-dritt, iżda jinnota wkoll l-ineffikaċja tal-istrumenti implimentati s'issa; iqis li l-kanali ta' djalogu kollha għandhom jiġu esplorati iżda li m'għandhomx jiġu mtawla b'mod indefinit mingħajr riżultati tanġibbli; jinsisti li l-Artikolu 7 tat-TUE ma jibqax jitqies bħala sempliċi għodda ipotetika, imma li jenħtieġ li jiġi applikat f'każ li l-mezzi kollha l-oħra jfallu; ifakkar, f'dak il-kuntest, li l-attivazzjoni tal-Artikolu 7 mhux awtomatikament tfisser li se jiġu imposti sanzjonijiet fuq l-Istat Membru kkonċernat;

5.

Jenfasizza li l-Unjoni teħtieġ approċċ komuni għall-governanza ta' stat demokratiku u l-applikazzjoni tal-valuri fundamentali, li s'issa għadu ma jeżistix, u li dan għandu jiġi deċiż u żviluppat b'mod demokratiku permezz tal-konverġenza tal-esperjenzi tal-governanza Ewropea; Iqis li dan l-approċċ komuni għall-governanza għandu jinkludi fehim komuni tar-rwol tal-maġġoranza fi ħdan demokrazija biex jiġi pprevenut l-abbuż li jista' jwassal għal tirannija mill-maġġoranza;

6.

Ifakkar fir-rabta intrinsika li teżisti bejn l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; jinnota l-mobilizzazzjoni qawwija taċ-ċittadini tal-UE li permezz tagħha huma juru l-impenn qawwi tagħhom għad-drittijiet fundamentali u għall-valuri Ewropej; ifakkar, f'dan il-kuntest, fil-ħtieġa li tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni tal-Ewropej dwar il-valuri komuni tal-UE u dwar il-Karta;

7.

Iqis li d-differenzi fl-interpretazzjoni u n-nuqqas ta' konformità mal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE jdgħajfu l-koeżjoni tal-proġett Ewropew, id-drittijiet tal-Ewropej kollha u l-fiduċja reċiproka meħtieġa fost l-Istati Membri;

8.

josserva li fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 (2) huwa jirrakkomanda l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; josserva li dan il-mekkaniżmu jkun jikkontribwixxi bil-kbir għall-approċċ ikkoordinat Ewropew lejn il-governanza, ħaġa li attwalment hija nieqsa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposta biex tistabbilixxi tali mekkaniżmu f'konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

9.

Jissottolinja li qafas ta' monitoraġġ usa' f'dak li jikkonċerna l-istat tad-dritt ikun jirriżulta f'koeżjoni aħjar bejn l-għodod eżistenti, effikaċja mtejba u ffrankar ta' spejjeż annwali. jissottolinja l-importanza li jsir użu minn sorsi varjati u indipendenti tul il-proċess ta' monitoraġġ kollu; itenni l-importanza tal-prevenzjoni tal-ksur tad-drittijiet fundamentali, aktar mit-teħid ta' azzjoni meta dan il-ksur jiġi ripetut;

10.

Jikkundanna bil-qawwa ż-żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-għaqda, f'xi każijiet b'reazzjonijiet vjolenti min-naħa tal-awtoritajiet fil-konfront tad-dimostranti; jafferma mill-ġdid ir-rwol kruċjali ta' dawn il-libertajiet fundamentali fil-funzjonament tas-soċjetajiet demokratiċi, u jistieden lill-Kummissjoni tadotta rwol attiv fil-promozzjoni ta' dawn id-drittijiet f'konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

11.

Ifakkar li d-dritt għall-aċċess għall-ġustizzja hu indispensabbli għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali kollha, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt;

12.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 huwa jistieden lill-Kummissjoni tissieħeb mas-soċjetà ċivili biex tiżviluppa u timplimenta kampanja ta' sensibilizzazzjoni, biex tippermetti liċ-ċittadini u r-residenti tal-Unjoni jieħdu sjieda sħiħa tad-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mit-Trattati u mill-Karta (pereżempju l-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-għaqda u d-dritt tal-vot), li tipprovdi informazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini għal rimedju ġudizzjarju u azzjonijiet legali f'kawżi relatati mal-ksur tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali mill-gvernijiet nazzjonali jew l-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni, bħala l-gwardjana tat-Trattati, tipproduċi bażijiet tad-data aġġornati dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri individwali, bi sħubija mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA);

14.

Ifakkar li l-korruzzjoni tipperikola l-istat tad-dritt, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u t-trattament ugwali taċ-ċittadini kollha; itenni li l-korruzzjoni tikkostitwixxi theddida għall-governanza tajba u għall-eżistenza ta' sistema ġudizzjarja ġusta u soċjalment ekwa, u xxekkel l-iżvilupp ekonomiku; jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jintensifikaw il-ġlieda tagħhom kontra l-korruzzjoni billi b'mod regolari jwettqu monitoraġġ tal-mod kif ikun qed jintuża il-finanzjament pubbliku tal-UE u dak nazzjonali;

15.

Jissottolinja r-rwol essenzjali li jaqdu x-xhieda u l-informaturi biex jiġi żgurat li l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet kriminali jew il-ksur gravi tal-istat tad-dritt jiġu mħarrka u kkastigati;

16.

Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-istabbiliment rapidu tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

Il-migrazzjoni u l-integrazzjoni

17.

Jinnota li l-fatturi li jikkawżaw il-migrazzjoni f'pajjiżi terzi huma prinċipalment il-kunflitti vjolenti, il-persekuzzjoni, l-inugwaljanza, it-terroriżmu, ir-reġimi ripressivi, id-diżastri naturali, il-kriżijiet ikkawżati mill-bniedem u l-faqar kroniku;

18.

Ifakkar li dawk li jfittxu l-asil u l-migranti qed ikomplu jitilfu ħajjithom u jiffaċċjaw diversi perikli waqt li jkunu qed jippruvaw jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE b'mod irregolari;

19.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li għadd ta' Stati Membri webbsu l-approċċ politiku tagħhom lejn l-asil u l-migrazzjoni u li ċerti Stati Membri mhumiex kompletament konformi mal-obbligi tagħhom fir-rigward ta' dawn l-oqsma;

20.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jqiegħdu s-solidarjetà u r-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-migranti u ta' dawk li jfittxu l-asil fil-qalba tal-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni;

21.

Jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw u jimplimentaw bis-sħiħ il-pakkett komuni Ewropew dwar l-asil li ġie adottat kif ukoll il-leġiżlazzjoni komuni dwar il-migrazzjoni, partikolarment bil-ħsieb li jħarsu lil dawk li jfittxu l-asil konrta l-vjolenza, id-diskriminazzjoni u t-trawmatizzazzjoni mill-ġdid waqt il-proċess tal-asil, u bil-ħsieb ukoll li jagħtu attenzjoni partikolari lill-gruppi vulnerabbli; ifakkar li t-tfal jirrappreżentaw kważi terz tal-persuni li jfittxu asil u li huma partikolarment vulnerabbli; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-isforzi tagħhom biex jipprevjenu l-għajbien ta' minorenni mhux akkumpanjati;

22.

Jilqa' l-kooperazzjoni bejn il-FRA u l-FRONTEX biex jinħoloq manwal dwar it-trattament tat-tfal fil-fruntieri tal-art;

23.

Jinsab imħasseb dwar id-diverġenzi wiesgħa fil-kundizzjonijiet ta' akkoljenza offruti minn ċerti Stati Membri, fejn xi Stati Membri jonqsu milli jiżguraw it-trattament adegwat u dinjituż ta' min ikun qed japplika għall-protezzjoni internazzjonali;

24.

Jikkundanna bil-qawwa l-eskalazzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, li l-awturi tiegħu – inklużi uffiċjali u atturi governattivi – jenħtieġ li jinżammu responsabbli u jitressqu quddiem il-ġustizzja u jħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-kooperazzjoni u jintensifikaw il-ġlieda tagħhom kontra l-kriminalità organizzata, inkluż l-kuntrabandu u t-traffikar tal-bnedmin, iżda wkoll l-isfruttament, ix-xogħol furzat, l-abbuż sesswali, u t-tortura, dan kollu filwaqt li jiġu protetti l-vittmi;

25.

Ifakkar li n-nisa u t-tfal jinsabu f'riskju akbar li jiġu traffikati u li jiġu sfruttati u abbużati sesswalment f'idejn it-traffikanti;

26.

Huwa tal-fehma li jeħtieġ li jkunu disponibbli rotot sikuri u legali għall-migrazzjoni, u li l-aħjar mod kif jiġu mħarsa d-drittijiet tal-persuni li ma jistgħux jidħlu legalment fl-Ewropa huwa li jiġu indirizzati l-kawżi oriġinali tal-flussi migratorji, jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli għall-kunflitti u jiġu żviluppati l-kooperazzjoni u sħubijiet; jemmen li dawn għandom jikkontribwixxu għall-iżvilupp b'saħħtu u robust tal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu billi jiġu żviluppati l-ekonomiji lokali u jiġu offruti opportunitajiet ġodda hemmhekk, kif ukoll billi jsir investiment f'sistemi ta' asil fil-pajjiżi ta' tranżitu, liema sistemi jkunu jirrispettaw bis-sħiħ id-dritt internazzjonali u d-drittijiet fundamentali f'dan il-qasam;

27.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jsaħħu rotot sikuri u legali għar-rifuġjati u, b'mod partikolari, jżidu l-għadd ta' postijiet ta' risistemazzjoni offruti lir-rifuġjati l-aktar vulnerabbli;

28.

Ifakkar li l-politika tar-ritorn għandha tirrispetta għalkollox id-drittijiet fundamentali tal-migranti, inkluż id-dritt ta' non-refoulement; iqis li jenħtieġ li tingħata l-attenzjoni neċessarja lill-protezzjoni tad-dinjità tal-individwi li jkunu qed jintbagħtu lura u jitlob, f'dan ir-rigward, li r-ritorni volontarji u l-għajnuna għar-riintegrazzjoni fis-soċjetajiet ta' oriġini jiġu msaħħa;

29.

Jisħaq li l-UE jenħtieġ li tippromwovi politika ta' akkoljenza u ta' integrazzjoni fl-Istati Membri kollha, u li huwa inaċċettabbli li ċerti Stati Membri jallegaw li ma għandhomx x'jaqsmu mal-fenomenu tal-migrazzjoni; jenfasizza l-fatt li l-prinċipji ta' trattament ugwali u ta' nondiskriminazzjoni jenħtieġ li dejjem jiġu żgurati fil-politiki kollha tal-migrazzjoni u tal-integrazzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon il-varar tan-Netwerk Ewropew ta' Integrazzjoni u jirrakkomanda li jiżdied l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri fil-qasam tal-integrazzjoni;

30.

Ifakkar fl-importanza li l-migranti, kemm tfal kif ukoll adulti, jingħataw edukazzjoni bħala neċessità għall-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà ospitanti; jinsisti fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tat-tagħlim tal-lingwi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jittieħdu miżuri fl-Istati Membri kollha biex lill-migranti jingħatalhom aċċess għall-kura tas-saħħa, għal kundizzjonijiet tal-għajxien tajba u għall-opportunità li jingħaqdu mill-ġdid mal-familja tagħhom;

31.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat il-provvediment ta' riżorsi edukattivi dwar id-djalogu interkulturali għall-popolazzjoni ġenerali;

32.

Jenfasizza l-ħtieġa li f'kull Stat Membru jittieħdu miżuri bħala kwistjoni ta' prijorità biex it-tfal migranti kollha jingħataw kundizzjonijiet ta' akkoljenza adegwati u dinjitużi, korsijiet tal-lingwa, bażi fid-djalogu interkulturali, edukazzjoni u taħriġ professjonali;

33.

Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu s-servizzi tagħhom tal-protezzjoni tat-tfal, inklużi dawk għat-tfal li jfittxu asil, dawk għat-tfal rifuġjati u dawk għat-tfal migranti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq kunċett koerenti ta' sistemi ta' tutela biex tipproteġi l-aħjar interess tal-minorenni mhux akkumpanjati; jitlob li jiġu żviluppati u stabbiliti proċeduri speċifiċi biex tiġi żgurata l-protezzjoni tat-tfal kollha, f'konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal;

34.

Jisħaq fuq il-ħtieġa assoluta li n-nies ta' sfond reliġjuż divers, inklużi dawk li diġà ilhom ħafna jgħixu fl-Unjoni Ewropea, jiġu integrati bl-aktar mod effettiv possibbli fis-soċjetà Ewropea;

35.

Jenfasizza li l-iżvilupp ta' strateġiji ta' inklużjoni soċjali u ta' edukazzjoni u l-iżvilupp ta' politiki li jindirizzaw b'mod determinat id-diskriminazzjoni u l-esklużjoni jistgħu jżommu lill-individwi vulnerabbli milli jingħaqdu ma' organizzazzjonijiet estremisti vjolenti;

36.

Jirrakkomanda li l-approċċi tas-sigurtà biex jiġu indirizzati b'mod determinat is-suriet kollha ta' radikalizzazzjoni u terroriżmu fl-Ewropa jiġu kkumplementati, b'mod partikolari fl-isfera ġudizzjarja, b'politiki fit-tul għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u tar-reklutaġġ ta' ċittadini tal-UE minn organizzazzjonijiet estremisti vjolenti;

37.

Jinsab imħasseb dwar iż-żieda allarmanti fil-manifestazzjonijiet ta' mibegħda, fid-diskors ta' mibegħda u fl-aħbarijiet foloz; jikkundanna l-każijiet ta' reati ta' mibegħda u ta' diskors ta' mibegħda motivati mir-razziżmu, il-ksenofobija jew l-intolleranza reliġjuża jew minn preġudizzji kontra d-diżabilità, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru ta' persuna, li jseħħu ta' kuljum fl-UE; jenfasizza li t-tolleranza għall-propagazzjoni tar-retorika ta' mibegħda u tal-aħbarijiet foloz ikebbes lill-populiżmu u lill-estremiżmu; jemmen li miżuri sistematiċi tal-liġi ċivili jew kriminali jistgħu jwaqqfu din ix-xejra ta' ħsara;

38.

Jenfasizza li t-tixrid intenzjonat ta' informazzjoni falza dwar kwalunkwe kategorija ta' nies li jgħixu fl-UE, l-istat tad-dritt jew id-drittijiet fundamentali jirrappreżenta theddida enormi għall-valuri demokratiċi tal-UE u għall-unità tagħha;

39.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li n-netwerks soċjali u l-anonimità garantita minn ħafna pjattaformi tal-midja differenti jinkoraġġixxu bosta forom ta' espressjoni ta' mibegħda, inklużi l-estremiżmu tal-lemin estrem u l-estremiżmu ġiħadist, u jfakkar li l-internet ma jistax jikkostitwixxi spazju mingħajr liġi;

40.

Ifakkar li l-libertà tal-espressjoni, tal-informazzjoni u tal-midja huma fundamentali biex jiġu żgurati d-demokrazija u l-istat tad-dritt; jesprimi l-kundanna qawwija tiegħu tal-vjolenza, il-pressjoni jew it-theddid kontra l-ġurnalisti u l-midja, inkluż b'rabta mal-iżvelar ta' informazzjoni dwar il-ksur tad-drittijiet fundamentali;

41.

Jikkundanna n-normalizzazzjoni tad-diskors ta' mibegħda sponsorjat jew appoġġjat mill-awtoritajiet, mill-partiti politiċi jew mill-mexxejja politiċi u rrappurtat mill-midja soċjali;

42.

Ifakkar li l-ġlieda kontra dawn il-fenomeni tiddependi mill-edukazzjoni u mis-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku; jistieden lill-Istati Membri jintroduċu programmi ta' sensibilizzazzjoni fl-iskejjel u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġa l-isforzi li jsiru mill-Istati Membri f'dan ir-rigward, b'mod partikolari billi toħloq linji gwida għal dan il-proċess;

43.

Jemmen li s-sensibilizzazzjoni dwar ir-reati ta' mibegħda jenħtieġ li tiġi sistematikament żviluppata fost l-uffiċjali tal-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istati Membri, u li l-vittmi ta' dawn ir-reati jenħtieġ li jingħataw il-parir u jiġu mħeġġa jirrappurtaw l-inċidenti; jitlob li fl-UE kollha jingħata taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-pulizija fl-UE biex ikunu jistgħu jiġġieldu lir-reati ta' mibegħda u lid-diskors ta' mibegħda b'mod effettiv; jenfasizza li dan it-taħriġ jenħtieġ li jiġi pprovdut mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jkun mibni fuq l-aħjar prattiki fil-livell nazzjonali u l-ħidma tal-FRA;

44.

Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ħolqot grupp ta' livell għoli biex tikkumbatti lir-razziżmu, lill-ksenofobija u lil forom oħra ta' intolleranza;

45.

Jistieden lil dan il-grupp ta' livell għoli li nħoloq mill-Kummissjoni biex jaħdem b'mod partikolari l-armonizzazzjoni tad-definizzjoni ta' “reat ta' mibegħda” u “diskors ta' mibegħda” fl-Ewropa kollha; jemmen li l-grupp jenħtieġ li jindirizza wkoll id-diskors ta' mibegħda u l-inċitament għall-vjolenza li jistgħu jiġu attribwiti lil personalitajiet politiċi;

46.

Jappella biex dan il-fenomenu jiġi mrażżan permezz tal-monitoraġġ, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni mtejba, min-naħa tal-awtoritajiet ġudizzjarji rilevanti, tal-awturi ta' dikjarazzjonijiet jew kliem li hu inkompatibbli mal-liġijiet Ewropej, filwaqt li jiġu mħarsa l-libertà tal-kelma u l-libertà għall-privatezza, b'kollaborazzjoni mas-soċjetà ċivili u l-kumpaniji tal-IT;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tipproponi riformulazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali sabiex tkopri forom oħra ta' reati ta' preġudizzju;

Id-diskriminazzjoni

48.

Jikkundanna kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta' kwalunkwe raġuni bħalma hu l-preġudizzju kontra s-sess, ir-razza, il-kulur tal-ġilda, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza lil minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali ta' persuna, kif hemm iddikjarat fl-Artikolu 21 tal-Karta, jew kwalunkwe sura oħra ta' intolleranza jew ksenofobija u jfakkar fl-Artikolu 2 tat-TUE;

49.

Jirrikonoxxi li s-sekulariżmu, f'dik li hi s-separazzjoni stretta bejn il-knisja u l-Istat, u n-newtralità tal-Istat huma essenzjali għall-protezzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew twemmin, peress li jiggarantixxu t-trattament indaqs ta' kull reliġjon u twemmin u jiġġieldu lid-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin;

50.

Jinnota li d-Direttiva proposta dwar it-Trattament Ugwali tal-2008 għadha pendenti għall-approvazzjoni mill-Kunsill; itenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill sabiex jadotta l-proposta mill-aktar fis possibbli;

51.

Ifakkar fl-obbligu tal-Istati Membri li jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri;

52.

Ifakkar li d-drittijiet tal-bniedem huma universali u li l-ebda minoranza ma għandha ġġarrab diskriminazzjoni; Jenfasizza l-fatt li d-drittijiet tal-minoranzi huma parti inaljenabbli mill-prinċipju tal-istat tad-dritt; jinnota li r-riskju ta' ksur tad-drittijiet tal-minoranzi huwa ogħla meta l-istat tad-dritt ma jiġix irrispettat;

53.

Jikkundanna l-każijiet ta' diskriminazzjoni, segregazzjoni, diskors ta' mibegħda, reati ta' mibegħda u esklużjoni soċjali mġarrba mir-Rom; jikkundanna d-diskriminazzjoni kontinwa kontra l-persuni Rom fl-aċċess għall-akkomodazzjoni, għall-kura tas-saħħa, għall-edukazzjoni u għas-suq tax-xogħol; ifakkar li ċ-ċittadini Ewropej kollha għandhom jirċievu l-istess assistenza u l-istess protezzjoni tkun x'itkun l-oriġini etnika tagħhom;

54.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġbru data affidabbli u komparabbli dwar l-ugwaljanza b'konsultazzjoni ma' rappreżentanti tal-minoranzi bil-għan li jitkejlu l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni;

55.

Jistieden lill-Istati Membri jiskambjaw il-prattika tajba u japplikaw soluzzjonijiet ipprovati u ttestjati fl-indirizzar tal-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-minoranzi fl-Unjoni Ewropea kollha;

56.

Jinsisti fuq l-importanza li jiġu segwiti politiki ta' ugwaljanza li jippermettu lill-minoranzi etniċi, kulturali u reliġjużi kollha jgawdu d-drittijiet fundamentali tagħhom mingħajr kontestazzjoni;

57.

Iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji biex dan jagħmluh; ifakkar, barra minn hekk, fil-ħtieġa li jiġu implimentati l-prinċipji żviluppati fil-qafas tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE);

58.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu kunsiderazzjoni xierqa lid-drittijiet tal-minoranzi, jiżguraw id-dritt għall-użu ta' lingwa ta' minoranza u jħarsu d-diversità lingwistika fi ħdan l-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-pjan tagħha li tippromwovi t-tagħlim u l-użu tal-lingwi reġjonali, bħala mod potenzjali kif tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni bejn il-lingwi fl-UE;

59.

Jinkoraġġixxi li fil-kurrikuli skolastiċi tiġi inkluża edukazzjoni dwar il-valur tat-tolleranza biex it-tfal jingħataw l-għodod li jeħtieġu biex jidentifikaw is-suriet kollha ta' diskriminazzjoni, kemm jekk tkun ta' natura anti-Musulmana, anti-Semitika, anti-Afrikana, anti-Rom jew anti-LGBTI, jew immirata lejn kwalunkwe minoranza oħra;

60.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkondividi l-aħjar prattiki tal-Istati Membri għall-indirizzar tal-istereotipi tal-ġeneri fl-iskejjel;

61.

Jiddispjaċih għall-fatt li l-persuni LGBTI iġarrbu ibbuljar u intimidazzjoni, u jbatu d-diskriminazzjoni f'aspetti differenti tal-ħajja tagħhom;

62.

Jikkundanna s-suriet kollha ta' diskriminazzjoni kontra l-persuni LGBTI; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jadottaw liġijiet u politiki biex jiġġieldu lill-omofobija u lit-transfobija;

63.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta aġenda li tiżgura drittijiet u opportunitajiet indaqs għaċ-ċittadini kollha, filwaqt li tirrispetta l-kompetenzi tal-Istati Membri, u tissorvelja t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni korretti tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti għall-persuni LGBTI; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu b'kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu għad-drittijiet tal-persuni LGBTI;

64.

Jistieden lil dawk l-Istati Membri li adottaw leġiżlazzjoni dwar sħubiji u/jew żwieġ bejn persuni tal-istess sess biex jirrikonoxxu dispożizzjonijiet b'effetti simili adottati minn Stati Membri oħra; ifakkar fl-obbligu tal-Istati Membri li jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva 2004/38/KE, inkluż għal koppji tal-istess sess u għat-tfal tagħhom; jilqa' l-fatt li aktar u aktar Stati Membri introduċew u/jew adattaw il-liġijiet tagħhom dwar il-koabitazzjoni, is-sħubija ċivili u ż-żwieġ biex jegħlbu d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali li jgħaddu minnha l-koppji tal-istess sess u t-tfal tagħhom u jistieden lil Stati Membri oħra jintroduċu liġijiet simili; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għar-rikonoxximent reċiproku sħiħ tal-effetti tad-dokumenti kollha tal-istat ċivili fl-UE kollha, inkluż rikonoxximent tas-sess legali, żwiġijiet u sħubijiet irreġistrati, sabiex jitnaqqsu l-ostakoli legali u amministrattivi diskriminatorji għaċ-ċittadini li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu;

65.

Jilqa' pożittivament l-inizjattivi li jipprojbixxu t-terapiji ta' konverżjoni għall-persuni LGBTI kif ukoll il-patoloġizzazzjoni tal-identitajiet trans u jħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jadottaw miżuri simili li jirrispettaw u jiddefendu d-dritt għall-identità u għall-espressjoni tal-ġeneru;

66.

Jiddeplora l-fatt li l-persuni transġeneru għadhom meqjusa bħala persuni b'mard mentali fil-maġġoranza tal-Istati Membri, u jistieden lil dawk l-istati jagħmlu rieżami tal-katalogi nazzjonali tas-saħħa mentali tagħhom u jiżviluppaw mudelli alternattivi ta' aċċess ħieles mill-istigmi, filwaqt li jiżguraw li l-kura medikament neċessarja tibqa' disponibbli għall-persuni transġeneru kollha; jiddeplora l-fatt li għadd ta' Stati Membri llum-il-ġurnata għadhom jimponu rekwiżiti fuq il-persuni transġeneru bħalma huma l-intervent mediku bil-għan li l-ġeneru mibdul ikun rikonoxxut (inkluż fil-passaporti u fid-dokumenti ta' identità uffiċjali) u l-isterilizzazzjoni furzata bħala kundizzjoni għall-bidla fis-sess; jinnota li tali rekwiżiti jikkostitwixxu ksur ċar tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni toffri gwida lill-Istati Membri dwar l-aqwa mudelli ta' rikonoxximent ġuridiku tal-ġeneru fl-Ewropa; jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-bidla fis-sess u jagħtu aċċess għal proċeduri rapidi, aċċessibbli u trasparenti għar-rikonoxximent ġuridiku tal-ġeneru mingħajr rekwiżiti mediċi bħalma huma l-intervent kirurġiku, l-isterilizzazzjoni jew il-kunsens psikjatriku;

67.

Jilqa' l-inizjattiva li wriet il-Kummissjoni li tirsisti favur l-idea li l-identitajiet transġeneru ma jibqgħux jitqiesu bħala patoloġija fir-rieżami tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard (ICD) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi ħalli timpedixxi li l-varjanza tal-ġeneru fit-tfulija ssir dijanjosi ġdida tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard (ICD);

68.

Jistieden lill-Kummissjoni tiġbor data dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jħabbtu wiċċhom miegħu l-persuni intersesswali f'kull qasam tal-ħajja u toffri gwida lill-Istati Membri dwar l-aħjar prattiki għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuni intersesswali; jiddispjaċih li l-interventi kirurġiċi ta' “normalizzazzjoni” ġenitali għat-tfal intersesswali għadhom jiġu pprattikati fl-Istati Membri tal-UE minkejja l-fatt li mil-lat mediku mhumiex neċessarji, anki jekk il-proċeduri mediċi fuq it-tfal jikkawżawlhom trawma psikoloġiku li tibqa' għal żmien twil;

69.

Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva dwar id-drittijiet tal-vittmi (3) u jidentifikaw u jimlew il-lakuni li hemm fis-sistema tagħhom tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-vittmi, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lill-gruppi vulnerabbli, bħalma huma t-tfal, il-gruppi ta' minoranza jew il-vittmi ta' reati ta' mibegħda;

70.

Jitlob, bħala kwistjoni ta' urġenza, li l-UE u l-Istati Membri tagħha jiġġieldu lill-forom kollha ta' vjolenza u diskriminazzjoni kontra n-nisa u jħarrku lit-trasgressuri; jistieden lill-Istati Membri b'mod partikolari jittrattaw b'mod effettiv l-effetti tal-vjolenza domestika u tal-isfruttament sesswali fil-forom kollha tagħhom, inkluż dak tar-rifuġjati u tat-tfal migranti, u ż-żwieġ prekoċi jew furzat;

71.

Jistieden lill-Istati Membri jiskambjaw bejniethom l-aħjar prattiki u jipprovdu taħriġ regolari għall-pulizija u għall-persunal fil-qasam ġudizzjarju dwar il-forom ġodda ta' vjolenza kontra n-nisa;

72.

Jilqa' l-fatt li kull Stat Membru ffirma l-Konvenzjoni ta' Istanbul u li l-Unjoni Ewropea ffirmatha; jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni biex jagħmlu dan;

73.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu lill-fastidju sesswali u lill-aggressjoni sesswali;

74.

Ifakkar li l-faqar fost l-anzjani jqanqal tħassib speċjalment fil-każ tan-nisa, minħabba d-differenza fil-pagi bejn is-sessi li għadha teżisti u li tirriżulta f'diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi;

75.

Jistieden lill-Istati Membri jfasslu politiki xierqa biex jappoġġjaw in-nisa anzjani u jeliminaw il-kawżi strutturali tad-differenzi bejn in-nisa u l-irġiel fir-rigward tal-kumpens;

76.

Jisħaq fuq il-bżonn li titwaqqaf id-diskriminazzjoni fil-konfront tal-persuni b'diżabilità, billi jingħataw drittijiet soċjali u politiċi ndaqs, fosthom id-dritt tal-vot, kif iddikjarat fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità;

77.

Jirrikonoxxi li s-saħħa sesswali u riproduttivi tan-nisa hija marbuta ma' bosta drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt għall-ħajja, id-dritt għall-ħelsien mit-tortura, id-dritt għas-saħħa, id-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-edukazzjoni u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-punt li n-nies b'diżabilità huma intitolati li jgawdu d-drittijiet fundamentali tagħhom kollha fuq bażi ugwali mal-bqija tas-soċjetà;

78.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jirrikonoxxu d-dritt fundamentali għall-aċċess għall-kura tas-saħħa preventiva; jinsisti li l-Unjoni jeħtieġ li tiżvolġi rwol fis-sensibilizzazzjoni dwar l-aqwa prattiki, u fil-promozzjoni tagħhom, b'rabta ma' din il-kwistjoni, inkluż fil-kuntest tal-Istrateġija tal-UE dwar is-Saħħa, filwaqt li tirrispetta l-kompetenzi tal-Istati Membri, peress li s-saħħa hija dritt fundamentali tal-bniedem li hu essenzjali biex persuna tkun tista' teżerċita d-drittijiet tal-bniedem tagħha l-oħra; ifakkar, f'dan ir-rigward, li l-koerenza u l-konsistenza bejn il-politiki interni u dawk esterni tal-UE relatati mad-drittijiet tal-bniedem huma ta' importanza kbira;

79.

Jenfasizza li kwalunkwe sistema ta' sorveljanza indiskriminata tal-massa tikkostitwixxi indħil serju fid-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini; jenfasizza li kwalunkwe proposta leġiżlattiva fl-Istati Membri relatata mal-kapaċitajiet ta' sorveljanza tal-korpi tal-intelligence jenħtieġ li dejjem tkun konformi mal-Karta u mal-prinċipji tan-neċessità, proporzjonalità u legalità;

80.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu n-numru tal-hotline Ewropew għat-tfal neqsin (116 000) u n-numri tal-linji telefoniċi għall-għajnuna għat-tfal (116 u 111) fost il-pubbliku ġenerali u fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti fis-sistemi nazzjonali tal-protezzjoni tat-tfal; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għal servizzi adegwati u li jaġevolaw lit-tfal, aċċessibbli fl-UE kollha, 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jallokaw biżżejjed fondi jekk ikun meħtieġ;

81.

Jappella, bħala kwistjoni ta' urġenza, li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jingħaqdu fl-isforzi tagħhom biex jiġġieldu lill-ksur tad-drittijiet tat-tfal online; itenni t-talba tiegħu lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma ttrasponux u ma implimentawx b'mod effettiv id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija (4) biex jagħmlu dan; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-kapaċità legali, il-kapaċitajiet tekniċi u r-riżorsi finanzjarji tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex iżidu l-kooperazzjoni, inkluż mal-Europol, bil-ħsieb li dan il-fenomenu jiġi indirizzat; jenfasizza r-rwol tal-professjonisti li jaħdmu mat-tfal fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' sinjali ta' vjolenza fiżika u psikoloġika kontra t-tfal, inkluż l-ibbuljar fuq l-internet; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li dawn il-professjonisti jiġu sensibilizzati u li jirċievu taħriġ adegwat;

82.

Jieħu nota tax-xejriet pożittivi f'ċerti Stati Membri fir-rigward tad-drittijiet tal-vittmi; jinnota, madankollu, li għad hemm lakuni ovvji fis-servizzi ġenerali li jipprovdu appoġġ għall-vittmi tal-kriminalità;

83.

Jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Gvern elettroniku għall-2016-2020 u l-Pjan ta' Azzjoni Ewropew dwar il-Ġustizzja Elettronika (2014-2018);

84.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni taħtar Koordinaturi tal-UE dwar l-Afrofobija u l-anti-Żingariżmu, li jkunu responsabbli mit-titjib tal-koordinament u tal-koerenza fost l-istituzzjonijiet tal-UE, l-aġenziji tal-UE, l-Istati Membri u l-atturi internazzjonali u mill-iżvilupp ta' politiki tal-UE eżistenti u ġodda bil-għan li jindirizzaw l-Afrofobija u l-anti-Żingariżmu; jenfasizza, b'mod partikolari, li r-rwol ta' Koordinatur tal-UE dwar l-anti-Żingariżmu jenħtieġ li jkun dak li jsaħħaħ u jikkomplementa l-ħidma tal-Unità tal-Kummissjoni responsabbli mill-koordinament ta' kwistjonijiet marbuta man-nondiskriminazzjoni u r-Rom billi jsaħħaħ it-tim, jalloka riżorsi adegwati u jimpjega lil aktar membri tal-persunal sabiex ikun hemm biżżejjed kapaċitajiet biex jiġi miġġieled l-anti-Żingariżmu, titqajjem kuxjenza dwar l-Olokawst tar-Rom u tiġi promossa t-tifkira tal-Olokawst; jirrakkomanda l-adozzjoni ta' oqfsa Ewropej biex l-istrateġiji nazzjonali jiġġieldu lill-Afrofobija, lill-anti-Semitiżmu u lill-Iżlamofobija;

85.

Jikkundanna l-azzjonijiet li ħadu l-gvernijiet tal-Istati Membri biex jimminaw u jiddemonizzaw lis-soċjetà ċivili u lill-NGOs; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu sostenn lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili peress li spiss jagħmlu xogħol importanti li jikkomplementa lis-servizzi soċjali mogħtija mill-Istat jew saħansitra jimlew il-vojt li mhux kopert mill-istat;

86.

Jipproponi li jinħatar koordinatur tal-UE għall-ispazju ċiviku u d-demokrazija, bil-kompitu li jikkoordina l-ħidma mwettqa mill-UE u mill-Istati Membri f'dan il-qasam, filwaqt li jwettaq rwol superviżorju u jservi bħala punt ta' kuntatt għall-NGOs fir-rigward ta' inċidenti relatati mal-fastidju li jirrestrinġu l-ħidma tagħhom;

87.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi linji gwida għall-involviment tas-soċjetà ċivili u indikaturi għall-ispazju ċiviku;

o

o o

88.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  http://migration.iom.int/docs/2016_Flows_to_Europe_Overview.pdf

(2)  Testi adottati, P8_TA(2016)0409.

(3)  Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI.

(4)  Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1).


5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/25


P8_TA(2018)0057

Prospettivi u sfidi għas-settur tal-apikultura tal-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar Prospettivi u sfidi għas-settur tal-apikultura tal-UE (2017/2115(INI))

(2019/C 129/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2011 dwar is-saħħa tan-naħal tal-għasel u l-isfidi għas-settur tal-apikultura (1),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd (8606/11 ADD 1 REV 1) fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar is-saħħa tan-naħal tal-għasel (COM(2010)0714),

wara li kkunsidra l-Ġimgħa Ewropea tan-Naħal u d-dakkir tan-naħal u – EU Bee Week – li ilha ssir fil-Parlament Ewropew mill-2012,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) “Ġbir u Kondiviżjoni ta' Data dwar is-Saħħa tan-Naħal: Lejn Sħubija Ewropea tan-Naħal” ta' Settembru 2017, li poġġa fil-prattika is-Sħubija Ewropea tan-Naħal

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0014/2018),

A.

billi s-settur tal-apikultura huwa parti integrali mill-agrikoltura Ewropea fejn jirrappreżenta aktar minn 620 000 apikultur fl-UE (2); billi l-apikultura hija prattikata ħafna bħala delizzju jew għall-finijiet ta' konsum proprju, u hija wkoll ipprattikata b'mod professjonali;

B.

billi l-valur ekonomiku fornut min-naħal jinvolvi d-dakkir u l-produzzjoni tal-għasel, tax-xama' tal-għasel, u ta' prodotti oħra tan-naħal, filwaqt li l-oqfsa tal-injam jew id-doqqajs, kif ukoll apituriżmu, huma wkoll ta' importanza kbira;

C.

billi s-settur tal-apikultura huwa vitali għall-UE u tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għas-soċjetà, kemm ekonomikament b'madwar EUR 14.2-il biljun kull sena, u kemm ambjentalment billi jżomm il-bilanċ ekoloġiku u d-diversità bioloġika, peress li 84 % tal-ispeċijiet tal-pjanti u 76 % tal-produzzjoni tal-ikel fl-Ewropa huma dipendenti mid-dakkir min-naħal selvaġġ u domestiku;

D.

billi n-naħal u dakkara oħra jipprovdu d-dakkir u b'hekk jiżguraw ir-riproduzzjoni ta' għadd kbir ta' pjanti kkultivati u selvaġġi, b'tali mod li jiġu żgurati l-produzzjoni tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel u tiġi preservata l-bijodiversità mingħajr ħlas fl-Ewropa u fid-dinja; billi l-importanza tad-dakkir fl-UE mhijiex rikonoxxuta biżżejjed u spiss neħduh bħala ħaġa fatta, filwaqt li fl-Istati Uniti, pereżempju, jintefqu total ta' EUR 2 biljun kull sena fid-dakkir artifiċjali; billi l-Ewropa fiha madwar 10 % tad-diversità globali tan-naħal; billi skont l-Istitut Nazzjonali Franċiż għar-Riċerka Agrikola, il-mortalità tan-naħal se tiswa EUR 150 biljun madwar id-dinja, jew 10 % tal-valur tas-suq tal-ikel, fatt li jagħti xhieda tal-ħtieġa li nħarsu lill-insetti dakkara;

E.

billi r-riċerka riċenti mwettqa mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) tan-NU turi li żieda fid-densità u fil-varjetà ta' insetti dakkara għandha impatt dirett fuq ir-rendimenti tal-ħsad u, għaldaqstant, tista' tgħin lill-bdiewa żgħar iżidu l-produttività tagħhom b'medja ta' 24 % b'mod globali;

F.

billi mhux il-pajjiżi kollha għandhom sistema ta' reġistrazzjoni ta' min irabbi n-naħal u tad-doqqajs, ħaġa li kieku tiffaċilita l-monitoraġġ tal-iżviluppi fis-settur, fis-suq u fis-saħħa tan-naħal;

G.

billi fl-2004 il-Kummissjoni assigurat is-somma ta' EUR 32 miljun lill-programmi nazzjonali tal-apikultura għall-benefiċċju uniku tal-apikultura, u billi sal-2016 din iċ-ċifra żdiedet għal EUR 36 miljun, iżda għad jonqosha ħafna biex tkun biżżejjed (tirrappreżenta 0.0003 % tal-baġit tal-PAK);

H.

billi bejn l-2004 u l-2016 il-għadd ta' kolonji tan-naħal tal-għasel żdied b'47.8 % permezz ta' l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda, iżda l-finanzjament mill-UE żdied biss bi 12 %, li jfisser li l-finanzjament tal-UE disponibbli mhuwiex biżżejjed għall-manutenzjoni tal-popolazzjoni tan-naħal u biex jassisti kif xieraq lil dawk li jrabbu n-naħal fit-tiġdid tal-kolonji tan-naħal tagħhom wara t-telfiet fil-popolazzjoni fi Stati Membri li jsofru minn rati għolja ta' mortalità;

I.

billi, minkejja din iż-żieda ta' statistika, ħafna persuni professjonali li jrabbu n-naħal waqqfu l-attività tagħhom, u f'xi Stati Membri l-għadd ta' kolonji tan-naħal naqas sa saħansitra 50 % jew aktar (3), minħabba l-effetti tat-tibdil fil-klima (eż. ġlata fir-Rebbiegħa, nixfa, nirien), ċerti sustanzi kimiċi attivi, u disturbi fis-suq intern tal-għasel tal-UE; billi sal-ġurnata tal-lum għadhom qed jiġu rreġistrati għadd kbri ta' każijiet ta' telf u diżorni ta' żmien ix-xitwa;

J.

billi l-programmi nazzjonali għas-settur tal-apikultura li jirċievu kofinanzjament tal-UE għandhom effett ġenerali pożittiv; billi huwa aktar probabbli li tkun l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali li tista' xi drabi tiġġenera nuqqas ta' fiduċja min-naħa tas-settur u, għalhekk, titnaqqas ir-rata ta' assorbiment;

K.

billi s-settur tal-apikultura jbati minn problema demografika u tat-tixjiħ partikolarment serja, fejn persentaġġ żgħir biss ta' dawk li jrabbu n-naħal huma taħt l-età ta' 50 sena, sitwazzjoni li qed tipperikola l-ġejjieni tas-settur; billi l-apikultura tirrappreżenta għajn potenzjali ta' xogħol u integrazzjoni għaż-żgħażagħ fiż-żoni rurali, peress li l-aċċess għall-art huwa limitat f'ħafna reġjuni Ewropej;

L.

billi l-għarfien teoretiku flimkien mat-taħriġ prattiku jistgħu jgħinu biex jiġi aġevolat fehim aħjar tal-isfidi li ġejjin għall-kolonji tan-naħal u biex tiġi aġevolata l-azzjoni biex dawn l-isfidi jiġu indirizzati, u għalhekk huma importanti; billi dawk li jrabbu n-naħal għandhom joperaw b'mod responsabbli u professjonali u b'koperazzjoni mill-qrib mal-bdiewa sabiex jittrattaw b'mod determinat l-isfidi futuri bħat-tibdil fil-klima, id-diżastri naturali, it-tnaqqis taż-żoni fil-miftuħ fejn in-naħal jista' jfittex l-ikel, l-attakki minn annimali selvaġġi u minn speċijiet ta' għasafar migratorji f'uħud mir-reġjuni (id-doqqajs huma ferm esposti għal tali predaturi peress li l-apikultura spiss tiġi pprattikata fil-beraħ), u l-piżijiet amministrattivi għolja f'xi Stati Membri;

M.

billi l-Programmi Nazzjonali tal-Apikultura kofinanzjati mill-UE jagħti lill-parteċipanti l-opportunità li jwettqu proġetti ta' riċerka u żvilupp; billi l-proġetti li jagħmlu suċċess jistgħu jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għat-tisħiħ tas-settur u għat-titjib tal-kapaċità tiegħu li jirreżisti lill-kriżijiet naturali u tas-suq; billi t-trasferiment tal-għarfien u l-iskambju tal-prattiki tajba u innovattivi jipprovdu valur miżjud lis-settur tal-apikultura Ewropew, b'mod partikolari jekk jiġu kkumplementati bi programm speċifiku, bħalma hu dak tal-“Erasmus għal min irabbi n-naħal” taħt il-Pilastru II tal-PAK;

N.

billi l-prattika tal-hekk imsejħa biedja nomadika għandha ħafna aspetti pożittivi iżda wkoll uħud problematiċi, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-konformità mar-regoli biex sitwazzjonijiet ta' riskji jiġu pprevenuti milli jinfirxu; billi, għalhekk, jeħtieġ li jsir aktar monitoraġġ bir-reqqa;

O.

billi ż-żieda attwalment osservata fir-rata tal-mortalità fost in-naħal tal-għasel u d-dakkara selvaġġi fl-Ewropa hija inkwetanti minħabba l-impatt negattiv tagħha fuq l-agrikoltura, il-bijodiversità u l-ekosistemi; billi hemm diversi fatturi ta' stress li jikkawżaw żieda fir-rata ta' mortalità tan-naħal, li jvarjaw skont iż-żona ġeografika, il-karatteristiċi lokali u l-kundizzjonijiet klimatiċi; billi dawn il-fatturi jinkludu l-impatt sever ta' speċijiet aljeni invażivi bħalma huma l-Varroa destructor, il-ħanfusa żgħira tal-ġabsala (Aethina tumida), iż-żunżan bagħal ażjatiku (Vespa velutina) u l-batterja Amerikana tal-larva tan-naħal (Paenibacillus larvae), kif ukoll patoġeni tal-annimali bħan-nosemosis, l-impatt ta' ċerti sustanzi attivi fil-prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti u bijoċidi oħra, it-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali, id-deġenerazzjoni tal-ħabitats u l-għajbien progressiv tal-pjanti li jagħmlu l-fjuri; billi n-naħal huma dipendenti mill-art agrikola, fejn l-erjas tal-wiċċ u d-diversità tal-għelejjel jipprovdu l-għajn ewlenija tal-ikel tagħhom, u għalhekk ikun utli li kemm dawk li jrabbu n-naħal u kemm il-bdiewa japplikaw ċertu tip ta' erjas ta' attenzjoni ekoloġiku partikolari msejħa “żoni għall-apikultura”, li jistgħu sussegwentement jiġu użati b'mod mifrux fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari matul l-istaġun meta joħorġu inqas fjuri;

P.

billi dawk li jrabbu n-naħal ħafna drabi ma jkollhomx il-kapaċità li jiġġieldu lill-mard u lill-parassiti tan-naħal, minħabba nuqqas ta' informazzjoni u taħriġ u nuqqas ta' mezzi effettivi biex biex jilqgħu għalihom, bħalma hu l-aċċess għall-mediċini ta' trattament tan-naħal; billi dawk li jrabbu n-naħal qed jirċievu appoġġ għal miżuri protettivi kontra l-Varroa destructor, għalkemm dawn il-miżuri għadhom mhumiex kompletament ta' suċċess peress li l-isforzi li jsiru fir-riċerka u l-iżvilupp għadhom inadegwati fir-rigward tal-kura kontra l-ispeċijiet parassitiċi, l-impatt tad-dieti tan-naħal u l-esponiment għal prodotti kimiċi;

Q.

billi l-fatt li dawk li jrabbu n-naħal huma obbligati jiddikjaraw il-mard u l-parassiti jwassal għall-qerda sistematika tad-doqqajs u dan jista' jħajjarhom ma jiddikjarawhom xejn; billi l-mediċini disponibbli fis-suq biex jiġi ttrattat il-mard tan-naħal huma limitati u ma jippermettux li tiġi mwieġba l-ħtieġa dejjem akbar ta' mediċini veterinarji effettivi; billi ġew ittestjati għadd ta' sustanzi naturali għall-kontroll tal-varroażi, u tlieta minnhom saru l-bażi għat-trattamenti organiċi, jiġifieri l-aċidu formiku, l-aċidu ossaliku u t-timol;

R.

billi l-biedja bbażata fuq il-monokultura bl-użu ta' varjetajiet ta' għelejjel u ibridi b'rendimenti aktar baxxi ta' nektar u għabra tad-dakra u perjodi iqsar ta' ħruġ ta' fjuri tnaqqas bil-kbir kemm il-bijodiversità u kemm il-firxa tal-meded ta' art użati biex in-naħal ifittex l-ikel tiegħu; billi xjenzjati Brittaniċi dan l-aħħar ikkonkludew li r-razez tan-naħal lokali u reġjonali jkampaw aħjar f'żona partikolari mir-razez ta' naħal tal-għasel li jkunu nġabu jgħixu hemm minn xi mkien ieħor (4); billi s-saħħa u s-sostenibilità fit-tul tas-settur tal-apikultura fl-Ewropa huma bbażati fuq li jiġu żgurati s-saħħa u s-sostenibilità fit-tul tal-ekotipi tan-naħal tal-għasel lokali, minħabba d-diversità tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jadattaw ruħhom għal ambjenti lokali;

S.

billi l-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi (IPBES), fir-rapport tagħha adottat fis-26 ta' Frar 2016, kif ukoll l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura u tar-Riżorsi Naturali (IUCN) fil-Valutazzjonijiet Integrati Mondjali (Worldwide Integrated Assessments) tagħha dwar l-insettiċidi sistemiċi, wissew kontra t-tnaqqis fid-dakkara; billi n-naħal huma indikatur importanti tal-kwalità tal-ambjent;

T.

billi dawk li jrabbu n-naħal, il-bdiewa, l-ambjentalisti u ċ-ċittadini jistennew azzjonijiet ibbażati fuq kunsens xjentifiku ċar dwar il-kawżi kollha tal-mortalità tan-naħal, inklużi l-effetti tas-sustanzi attivi tal-pestiċidi (eż. xi neonikotinojdi u ċerti insettiċidi sistemiċi oħra), kif identifikati mill-EFSA;

U.

billi l-varjazzjoni fis-sejbiet xjentifiċi tista' tiġi parzjalment attribwita għall-użu ta' metodi analitiċi u ta' protokolli ta' riċerka differenti; billi n-nuqqas ta' koordinazzjoni tar-riċerka dwar id-dakkar fil-livell tal-UE u n-nuqqas ta' data aċċessibbli u armonizzata bejn partijiet ikkonċernati qed jirriżultaw fi proliferazzjoni ta' studji diverġenti jew kontradittorji;

V.

billi huwa importanti li jinżammu u jiġu approfonditi d-djalogu u l-kooperazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati kollha (dawk li jrabbu n-naħal, il-bdiewa, ix-xjenzjati, l-NGOs, l-awtoritajiet lokali, l-industriji tal-protezzjoni tal-pjanti, is-settur privat, il-veterinarji u l-pubbliku ġenerali), ħalli r-riċerka tiġi kkoordinata u d-data relevanti miġbura kollha tiġi kondiviża f'waqtha;

W.

billi hemm talba ġenerali għal bażi tad-data komuni u armonizzata, li tkun tinkludi, inter alia, it-tip ta' wiċċ tar-raba' u l-prattika agrikola, il-preżenza ta' pesti u mard, il-kundizzjonijiet tal-klima u tat-temp, il-pajsaġġ u l-infrastruttura, id-densità tal-kolonji tan-naħal u r-rata tal-mortalità tan-naħal għal kull reġjun, u hemm talba ġenerali wkoll għal għodod u teknoloġiji diġitali rilevanti li ma jagħmlux ħsara lin-naħal, kif ukoll għal midja kif issuġġerit mill-inizjattiva “Sħubija Ewropea tan-Naħal” adottata f'Ġunju 2017; billi r-riżultati tar-rieżami xjentifiku komprensiva tal-EFSA, li diġà ttardja b'aktar minn sena, huma meħtieġa biex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza l-aktar reċenti; billi huma meħtieġa malajr kemm jista' jkun riżultati ċari dwar l-indikaturi kollha tas-saħħa tan-naħal sabiex titwaqqaf u titnaqqsu il-mortalità tan-naħal, b'mod partikolari permezz ta' testijiet fuq il-post; billi dawk li jrabbu n-naħal, il-bdiewa u ċ-ċittadini jistennew li l-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib, flimkien mal-aġenziji rilevanti tal-UE u l-esperti mill-Istati Membri, l-Gwida tal-EFSA għall-valutazzjoni tal-impatt tal-prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti fuq in-naħal, u li hija tistenna li l-Istati Membri jimplimentawha b'mod xieraq;

X.

billi l-produzzjoni tal-għasel hija affettwata wkoll mill-kundizzjonijiet tat-temp, peress li t-temp sħun u umdu jippromwovi l-produzzjoni tal-għasel, filwaqt li temp li fl-istess ħin ikun kiesaħ u milwiem ixekkilha; billi t-telf li jseħħ fil-ħarifa u fix-xitwa jikkontribwixxi biex il-popolazzjonijiet tal-kolonji jsiru inqas iffullati u wkoll għat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-għasel, liema tnaqqis jaf jilħaq il-50 % f'ċerti Stati Membri, u saħansitra 100 % f'xi reġjuni;

Y.

billi għandha tingħata attenzjoni lid-daqs tal-popolazzjoni tan-naħal tal-għasel li jvarja f'żoni agrikoli differenti, minħabba li qed tikber f'xi pajjiżi li jipproduċu l-għasel u qed tonqos f'oħrajn;

Z.

billi ż-żieda fil-mortalità tan-naħal ġiegħlet lil dawk li jrabbu n-naħal jixtru kolonji ġodda b'mod aktar regolari, li wassal biex l-ispejjeż tal-produzzjoni jiżdiedu; billi l-ispiża ta' kolonja tan-naħal żdied mill-inqas erba' darbiet mill-2002 'il hawn; billi s-sostituzzjoni tal-kolonji tan-naħal spiss tista' twassal għal tnaqqis fil-produzzjoni, kemm fuq perjodu qasir u kemm fuq perjodu medju, peress li l-kolonji ġodda huma anqas produttivi meta jkunu għadhom qed jiġu stabbiliti; billi fil-produzzjoni tal-għasel, dawk li jrabbu n-naħal qatt ma jużaw daqstant kolonji tan-naħal daqskemm turi l-istatistika, peress li matul is-sena huma jerġgħu jibnu l-għadd oriġinali ta' kolonji, a skapitu tal-kwantità tal-produzzjoni peress li l-istokkjar mill-ġdid tal-kolonji li jkunu ntilfu wkoll jeħtieġ l-għasel;

AA.

billi kien hemm żieda doppja fl-ammont ta' għasel li jiġi prodott u esportat f'ċerti pajjiżi terzi matul dawn l-aħħar 15-il sena; billi l-UE bilkemm tipproduċi 60 % tal-bżonnijiet tagħha ta' għasel – ċifra li mhix qed tiżdied – filwaqt li l-għadd ta' doqqajs fl-UE kważi rdoppja bejn l-2003 u l-2016 u n-numru ta' dawk li jrabbu n-naħal żdied minn madwar 470 000 għal madwar 620 000 matul l-istess perjodu; billi fl-2016 it-tliet produtturi Ewropej ewlenin tal-għasel kienu r-Rumanija, Spanja u l-Ungerija, segwiti mill-Ġermanja, l-Italja u l-Greċja;

AB.

billi kull sena, l-UE timporta madwar 40 % tal-għasel tagħha; billi fl-2015 l-għasel importat kien bħala medja 2.3 darbiet orħos mill-għasel prodott fl-UE; billi l-UE timporta madwar 200 000 tunnellata għasel fis-sena, prinċipalment miċ-Ċina, l-Ukrajna, l-Arġentina u l-Messiku, fatt li qed joħloq żvantaġġ kompetittiv serju għal dawk li jrabbu n-naħal fl-Ewropa meta mqabbla ma' produtturi minn pajjiżi terzi u mhux qed jippermetti livell ogħla ta' awtosuffiċjenza; billi l-għasel importat spiss ma jilħaqx l-istandards applikati lil dawk li jrabbu n-naħal fl-UE;

AC.

billi l-konsumaturi sikwit jaħsbu li qed jieklu għasel mill-UE, meta proporzjon minn dak l-għasel fil-fatt huwa taħlita ta' għasel tal-UE u għasel ta' pajjiżi terzi, filwaqt li proporzjon kbir tal-għasel importat huwa adulterat;

AD.

billi mill-2002 'il hawn l-ammont ta' għasel mir-reġjuni ewlenin li jipproduċu l-għasel fid-dinja staġna jew naqas kawża tal-istat ħażin tas-saħħa tan-naħal, filwaqt li l-ammont ta' għasel prodott fiċ-Ċina irdoppja (għal madwar 450 000 tunnellata fis-sena mill-2012 'il hawn), li jirrappreżenta aktar mill-produzzjoni tal-għasel tal-UE, l-Arġentina, il-Messiku, l-Istati Uniti u l-Kanada kollha f'daqqa;

AE.

billi fl-2015 aktar minn nofs l-għasel impurtat tal-UE ġie miċ-Ċina – madwar 100 000 tunnellata, id-doppju tal-ammont tal-2002 – alavolja l-għadd ta' kolonji tan-naħal naqas f'partijiet oħra tad-dinja; billi, skont l-assoċjazzjonijiet ta' dawk li jrabbu n-naħal u l-professjonisti, proporzjon kbir tal-għasel importat miċ-Ċina jista' jkun adulterat b'zokkor eżoġenu tal-kannamieli jew tal-qamħirrum; billi mhux l-Istati Membri kollha huma f'pożizzjoni li jwettqu analiżijiet biex isibu l-irregolaritajiet fl-għasel importat fil-postijiet ta' kontroll fil-fruntieri esterni tal-UE;

AF.

billi l-għasel huwa t-tielet l-aktar prodotti adulterat fid-dinja; billi l-adulterazzjoni tagħmel ħsara kbira lil dawk li jrabbu n-naħal fl-Ewropa u tesponi lill-konsumaturi għal riskji tas-saħħa serji;

AG.

billi skont l-esperti, il-problema kloramfenikola tal-2002 ġiet solvuta minn kumpaniji li jesportaw għasel miċ-Ċina, mhux billi kkonformaw mar-regoli iżda billi użaw filtri tar-reżina;

AH.

billi fil-laqgħa tiegħu f'Diċembru 2015 il-Kunsill Agrikoltura u Sajd iddiskuta preokkupazzjonijiet dwar il-kwalità fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-għasel u l-kompetittività tas-settur tal-apikultura Ewropew; billi wara dik il-laqgħa l-Kummissjoni ordnat l-ittestjar ċentralizzat tal-għasel;

AI.

billi ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka ttestja l-kampjuni tal-għasel tal-Istati Membri, u sab, fost affarijiet oħra, li 20 % tal-kampjuni meħuda fil-fruntieri esterni tal-UE u fil-bini tal-importaturi ma kinux jirrispettaw il-kompożizzjoni tal-għasel u/jew il-proċessi tal-produzzjoni tal-għasel stabbiliti fid-Direttiva dwar l-Għasel (2001/110/KE), u li 14 % tal-kampjuni kienu miżjuda z-zokkor; billi, minkejja dan, għadu jidħol fl-Ewropa għasel falz u adulterat;

AJ.

billi skont il-Codex Alimentarius, li jintuża fl-UE, l-għasel huwa prodott naturali li ma tista' tiżdied miegħu l-ebda sustanza u li minnu ma jista' jiġi estratt xejn, u li ma jistax jitnixxef barra d-doqqajs;

AK.

billi l-iżbilanċ fis-suq tal-għasel Ewropew li jirriżulta mill-importazzjoni bl-ingrossa ta' għasel irħis adulterat naqqas il-prezz tax-xiri tal-għasel fil-pajjiżi produtturi ewlenin tal-UE (ir-Rumanija, Spanja, l-Ungerija, il-Bulgarija, il-Portugall, Franza, l-Italja, il-Greċja u l-Kroazja) bin-nofs bejn l-2014 u l-2016, u dan ikompli jpoġġi lil dawk li jrabbu n-naħal fl-Ewropa f'pożizzjoni diffiċli u ta' ħsara;

AL.

billi fit-tieni paragrafu tal-punt (a) tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva dwar l-Għasel hekk kif emendata mid-Direttiva 2014/63/UE jipprovdi li jekk l-għasel joriġina f'aktar minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed, l-indikazzjoni mandatorja tal-pajjiżi tal-oriġini tista' tiġi sostitwita b'waħda minn dawn li ġejjin, kif ikun xieraq: “taħlita ta' għasel tal-UE”, “taħlita ta' għasel mhux tal-UE” jew “taħlita ta' għasel tal-UE u mhux tal-UE”; billi l-indikazzjoni “taħlita ta' għasel tal-UE u mhux tal-UE” ma tagħtix biżżejjed informazzjoni għall-konsumatur;

AM.

billi ħafna persuni li jippakkjaw l-għasel u negozjanti tal-għasel issa qed jabbużaw minn dan il-mod ta' kif jindikaw l-oriġini sabiex jaħbu l-pajjiż ta' oriġini reali, kif ukol il-proporzjon ta' għasel mill-pajjiżi differenti kkonċernati, peress li x-xerrejja qed isiru aktar konxji u mhux qed jafdaw oġġetti tal-ikel minn ċerti pajjiżi; billi ħafna pajjiżi produtturi tal-għasel kbar bħalma huma l-Istati Uniti, il-Kanada, l-Arġentina jew il-Messiku għandhom rekwiżiti wisq aktar stretti dwar it-tikkettar tal-għasel mir-regoli ssimplifikati tal-UE, u għalhekk joffru garanziji ferm aħjar minn tal-UE f'dik li hi l-informazzjoni li huma meħtieġa jagħtu lill-konsumaturi;

AN.

billi r-regoli attwali ma jqisux il-prattiki qarrieqa li jaffettwaw lill-prodotti pproċessati bħalma huma l-gallettini, iċ-ċereali għall-kolazzjon, il-ħelu, eċċ; billi t-tikketta “għasel” tista' tiżgwida lill-konsumaturi fir-rigward tal-kontenut reali ta' prodott partikolari, għaliex ta' spiss tintuża meta ħafna anqas minn 50 % tal-kontenut ta' zokkor tal-prodott joriġina mill-għasel;

AO.

billi l-inizjattiva “European Honey Breakfast” (“Kolazzjon b'Għasel Ewropew”) li ġiet varata fl-2014 kienet ta' suċċess kbir, u din l-inizjattiva eċċellenti hija miftuħa għall-Istati Membri kollha, fejn l-għan tagħha hu li tikkontribwixxi għall-edukazzjoni tat-tfal fir-rigward tal-konsum ta' ikel tajjeb għas-saħħa bħalma hu l-għasel u li tippromwovu s-settur tal-apikultura; billi fil-11 ta' Mejju 2015, is-Slovenja, fil-laqgħa tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd, tat bidu għar-rikonoxximent uffiċjali tal-20 ta' Mejju bħala l-Jum Dinji tan-Naħal li għandu jiġi ddikjarat min-NU, liema idea ġiet appoġġata b'mod ġenerali mill-Istati Membri kollha u ġiet approvata mill-FAO waqt il-Konferenza tagħha li saret f'Ruma f'Lulju 2017; billi hemmhekk ġie miftiehem li għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-settur tal-apikultura f'dawk li huma agrikultura, protezzjoni tal-pjanti u biedja sostenibbli, peress li n-naħal għandu impatt kbir fuq il-bilanċ ekoloġiku fid-dinja kollha;

AP.

billi l-programmi tal-UE tal-iskemi tal-frott, tal-ħaxix u tal-ħalib għall-iskejjel jirrappreżentaw għodda essenzjali biex jerġgħu jqarrbu lit-tfal lejn l-agrikoltura u l-varjetà tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk prodotti fir-reġjun tagħhom; billi flimkien mal-promozzjoni tal-konsum tal-ħaxix u l-frott frisk u tal-ħalib, dawn il-programmi jippermettu lill-Istati Membri jinkludu speċjalitajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali oħra bħalma hu l-għasel;

AQ.

billi, għalkemm il-fatt li wieħed jinvolvi lill-produtturi lokali fil-programmi taħt l-iskema tal-UE “tal-frott, il-ħaxix u l-ħalib għall-iskejjel” jfisser piż amministrattiv u finanzjarju addizzjonali, il-benefiċċji potenzjali f'dawk li huma t-tisħiħ tal-għarfien dwar il-benefiċċji nutrittivi ta' għasel, l-importanza tal-apikultura, l-inkoraġġiment biex jiżdied il-konsum u l-involviment bla xkiel prinċipalment ta' dawk li jrabbu n-naħal lokalment, jistgħu jkunu pożittivi għas-settur u għall-katina tal-għasel b'mod ġenerali; billi l-produtturi lokali jesperjenzaw diffikultajiet biex jipparteċipaw fil-programmi taħt l-iskema tal-iskejjel tal-UE minħabba l-applikazzjoni ristrettiva tal-leġiżlazzjoni dwar il-forniment dirett ta' kwantitajiet żgħar ta' għasel f'xi Stati Membri; billi huwa essenzjali li jiġu promossi l-produzzjoni u l-konsum lokali;

AR.

billi l-konsum annwali tal-għasel ivarja bil-kbir fost l-Istati Membri: filwaqt li l-Istati Membri fl-Ewropa tal-Punent għandhom konsum medju ta' 2.5-2.7 kg għal kull persuna, iċ-ċifra għall-Istati Membri li ssieħbu fl-UE mill-2004 'l quddiem huwa biss ta' 0.7 kg f'xi każijiet; billi l-iskemi Ewropej tal-kwalità u b'mod partikolari l-iskemi ta' indikazzjoni ġeografika (IĠ) huma ta' importanza kbira għall-preservazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi; billi s'issa ġew irreġistrati aktar minn 30 IĠ għall-għasel; billi t-tikketti “Ewropew” (“European”) u “Magħmul fl-Ewropa” (“Made in Europe”) spiss huma assoċjati ma' prodotti ta' valur għoli;

AS.

billi l-għasel għandu impatt psikoloġiku pożittiv, b'mod partikolari f'dik li hi saħħa, minħabba l-proprjetajiet antisettiċi, antiinfjammatorja, u ta' fejqan tiegħu, li jistgħu jiġu rikonoxxuti ulterjorment fil-politika agrikola futura;

AT.

billi diversi eżempji ta' organizzazzjoni awtonoma u ta' bejgħ dirett minn dawk li jrabbu n-naħal qegħdin juru li l-bejgħ tal-għasel u b'mod partikolari l-għasel organiku, u ta' prodotti oħra tal-apikultura bi ktajjen tal-provvista qosra u fis-swieq tal-produtturi lokali huwa ta' suċċess kbir;

AU.

billi l-apikultura urbana żdiedet fil-popolarità f'dawn l-aħħar snin u għandha l-potenzjal li żżid l-għarfien fost ċirku usa' ta' ċittadini, inklużi t-tfal, tan-natura u l-benefiċċji tal-apikultura; billi t-tħawwil, mill-membri tal-pubbliku u/jew mill-awtoritajet lokali u reġjonali, ta' pjanti li jagħmlu l-fjuri, fil-ġonna u fiż-żoni urbani, wkoll jikkontribwixxi biex jiġu arrikkiti s-sorsi dijetetiċi tad-dakkara;

AV.

billi prodotti oħra tal-apikultura bħall-għabra tad-dakra, iż-żaftur (propolis), ix-xama' tan-naħal, il-velenu tan-naħal u ħalib in-naħal (royal jelly) jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-benesseri taċ-ċittadini u huma użati bħala ikel ta' kwalità għolja u mfittxija bħala parti minn stil ta' ħajja naturali; billi huma jaqdu wkoll rwol ewlieni fis-settur tal-kura tas-saħħa u f'dak tal-kosmetiċi, u għalhekk jikkostitwixxu riżors addizzjonali għat-titjib tas-sitwazzjoni ekonomika ta' dawk li jrabbu n-naħal; billi, madankollu, dawn il-prodotti mhumiex iddefiniti fid-Direttiva dwar l-Għasel, u din l-ommissjoni taħdem kontra l-implimentazzjoni ta' politika settorjali effettiva u ma timpedixxi approċċi bbażati fuq il-kwalità u l-ġlieda kontra l-frodi u l-adulterazzjoni; billi kwalunkwe Stat Membru jista' jiddeċiedu li jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OĠM fit-territorju tiegħu sabiex jipproteġi lill-konsumaturi Ewropej minn għasel ikkontaminat minn għabra tad-dakra ġenetikament modifikat;

AW.

billi fl-UE jiġu importati kwantitajiet kbar ta' għasel u dan il-fatt, f'ħafna każijiet, jikkawża disturbi serji u saħansitra kriżijiet fis-suq tal-għasel tal-UE, u b'hekk jikkontribwixxi għad-dgħajfien tas-settur Ewropew tal-apikultura; billi s-settur tal-apikultura jistħoqqlu jiġi ttratta bħala prijorità fl-UE fin-negozjati dwar ftehimiet ta' kummerċ ħieles, u l-prodotti tal-għasel u prodotti oħra tan-naħal jinħtieġ li jiġu kklassifikati bħala “prodotti sensittivi”.

L-importanza tal-apikultura

1.

Jenfasizza li n-naħal tal-għasel, flimkien man-naħal selvaġġ u dakkara oħra, iwettqu servizzi fundamentali għall-ekosistemi u għall-agrikoltura billi jdakkru l-fjuri, inklużi l-għelejjel, li mingħajrhom l-agrikoltura Ewropea, u b'mod partikolari l-kultivazzjoni tal-pjanti entomofili (pjanti imdakkra mill-insetti), ma tkunx teżisti; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' PAK orjentata lejn l-iżvilupp sostenibbli u t-tisħiħ tal-bijodiversità, li hija aħjar mhux biss biex in-naħal ikompli jeżisti u jkompli jiġġedded fil-popolazzjoni tiegħu, iżda wkoll għar-rendimenti tal-uċuħ tar-raba';

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-prominenza tal-apikultura fil-proposti futuri ta' politiki agrikoli, f'dawk li huma appoġġ u simplifikazzjoni, riċerka u innovazzjoni, u programmi ta' edukazzjoni dwar l-apikultura;

3.

Jissottolinja li, filwaqt li l-UE tista' tieħu azzjoni ulterjuri għal dawk li jrabbu n-naħal u għan-naħal, jeħtieġ li jiġi rikonoxxut il-kontribut tal-PAK fl-appoġġ attwali mogħti lill-apikultura u potenzjalment ukoll lit-titjib tal-ambjent u l-biodiversità permezz ta' diversi għodod, bħalma huma l-miżuri ta' diversifikazzjoni tal-għelejjel, iż-żoni ta' interess ekoloġiku (ŻIE), Natura 2000, il-biedja organika, miżuri oħra agroambjentali li jgħinu biex l-istabbiliment ta' kolonji tan-naħal, miżuri għall-protezzjoni tal-klima jew is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni;

L-appoġġ mill-UE lil dawk li jrabbu n-naħal

4.

Jissottolinja li l-finanzjament tal-apikultura għall-produzzjoni tal-ikel u għal finijiet terapewtiċi irid ikun strutturat b'mod aktar immirat u effettiv, u jrid jiżdied b'mod xieraq f'politika agrikola futura (mistennija mill-2021 'il quddiem);

5.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ għas-settur tal-apikultura tal-UE permezz ta' għodod ta' politika b'saħħithom u miżuri ta' finanzjament xierqa li jikkorrispondu għall-istokk attwali tan-naħal; jipproponi, għalhekk, li jkun hemm żieda ta' 50 % fil-linja tal-baġit tal-UE allokata għall-programmi nazzjonali tal-apikultura, li tkun tirrifletti l-popolazzjoni attwali tan-naħal tal-għasel fl-UE u l-importanza tas-settur b'mod ġenerali; iħeġġeġ bil-qawwa lil kull Stat Membru, skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013/UE dwar l-OKS Unika, jiżviluppa programm nazzjonali għas-settur tal-apikultura tiegħu;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra bir-reqqa l-inklużjoni ta' skema ġdida ta' appoġġ għal dawk li jrabbu n-naħal għall-PAK ta' wara l-2020, sabiex b'mod adegwat tirrifletti r-rwol ekoloġiku tan-naħal bħala dakkara; jissottolinja f'dan ir-rigward li għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, inklużi dawk li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fir-reġjuni ultraperiferiċi u muntanjużi u fil-gżejjer; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tinvestiga miżuri addizzjonali, bħalma hu l-appoġġ għax-xiri tal-fondazzjonijiet tax-xehda;

7.

Jistieden lil dawk li jrabbu n-naħal jidħlu fi djalogu attiv mal-awtoritajiet kompetenti bil-ħsieb li ssir applikazzjoni aktar effettiva tal-programmi nazzjonali tal-apikultura, għall-fini li jittejbu u tiġi kkoreġuta kwalunkwe problema li tista' tinqala';

Il-ġestjoni tar-riskju

8.

Jistieden lill-Kummissjoni tvara studju dwar il-fattibilità ta' skema ta' mmaniġġjar tar-riskju tal-apikultura bħala parti mill-programmi nazzjonali tal-apikultura, sabiex jiġi ttrattat it-telf fil-produzzjoni mġarrab minn dawk li jipprattikaw l-apikultura b'mod professjonali; jissuġġerixxi, għalhekk, indennizz ikkalkolat skont il-fatturat tan-negozji affettwati; jenfasizza li f'għadd ta' Stati Membri l-kumpaniji tal-assigurazzjoni jirrifjutaw li jassiguraw il-kolonji tan-naħal u li dawk li jrabbu n-naħal għandhom diffikultajiet biex ikollhom aċċess għall-għodod tal-ġestjoni tar-riskju taħt il-Pilastru II tal-PAK; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaġevolaw l-aċċess ta' dawk li jrabbu n-naħal għall-għodod tal-ġestjoni tar-riskju;

Programmi Nazzjonali tal-Apikultura kofinanzjati mill-UE

9.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' taħriġ xieraq fl-apikultura, u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinkludu dan bħala prerekwiżit fil-programmi nazzjonali; jemmen li n-nefqa fix-xiri tat-tagħmir għall-apikultura, fejn huwa eliġibbli u kofinanzjati skont il-programmi nazzjonali individwali tal-apikultura, jenħtieġ li tiġi rrikonoxxuta matul il-perjodu ta' programmazzjoni ta' tliet snin kollu kemm hu, u mhux biss fis-sena tal-programm li fiha tkun ġiet imġarrba n-nefqa;

10.

Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw l-introduzzjoni ta' skema ta' kumpens fil-programmi nazzjonali tagħhom tal-apikultura għall-mortalitajiet tal-kolonji tan-naħal li jirriżultaw minn diżastri naturali, mard jew attakki minn predaturi;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi bidla fl-iskedar tas-sena tal-programm, għall-finijiet tal-programmi nazzjonali tal-apikultura, fejn l-aħħar tas-sena jiġi estiż sat-30 ta' Ottubru, filwaqt li wieħed jiftakar li, skont ir-regolament attwalment fis-seħħ, is-sena tal-programm tintemm fil-31 ta' Lulju, data li taħbat fl-aqwa tal-istaġun tal-apikultura f'xi Stati Membri, u dan jagħmilha mument partikolari li mhuwiex adattat;

12.

Jirrimarka li t-tifrix tal-orsijiet kannella u ta' annimali predatorji oħra f'xi reġjuni fl-Ewropa qed joħloq sfidi ġodda għal dawk li jrabbu n-naħal fir-rigward tas-sikurezza personali tagħhom u l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw modi xierqa li bihom jistgħu jindirizzaw dan il-fatt, b'mod partikolari permezz ta' kumpens għall-ħsara kkawżata;

Riċerka taħriġ u edukazzjoni

13.

Jissuġġerixxi li s-suġġetti u s-sejbiet tar-riċerka dwar l-apikultura jiġu estiżi u kondiviżi wkoll fuq il-linji tal-konsorzju tal-proġett tal-apiterapija – b'mod partikolari fejn dawn huma ffinanzjati mill-UE – fost l-Istati Membri sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni; jitlob, f'dan ir-rigward, it-twaqqif ta' bażi tad-data diġitali komuni, armonizzata fil-livell tal-UE, għall-iskambju ta' informazzjoni fost dawk li jrabbu n-naħal, ir-riċerkaturi u l-partijiet kollha involuti; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tippromwovi u tagħti spinta lill-proġetti ta' riċerka Ewropej dwar l-apikultura, bħalma l-programm ta' riċerka tal-EFSA taħt il-proġett “Collecting and Sharing Data on Bee Health: towards a European Bee Partnership” (“Il-Ġbir u l-Kondiviżjoni ta' Data dwar is-Saħħa tan-Naħal: lejn Sħubija Ewropea tan-Naħal”); iqis li huwa essenzjali li jsir investiment privat u pubbliku akbar fil-kompetenza teknika u xjentifika u li għandu jiġi inċentivizzat, fil-livell nazzjonali u f'dak tal-UE, b'mod partikolari dwar l-aspetti ġenetiċi u veterinarji u l-iżvilupp ta' mediċini innovattivi għas-saħħa tan-naħal; jappoġġa l-attività tal-istituzzjonijiet u l-laboratorji ta' referenza tal-UE, li tirriżulta f'titjib fil-koordinazzjoni tar-riċerka, inter alia għal skopijiet ta' investigazzjoni ulterjuri tal-kawżi tal-mortalità tan-naħal;

14.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm programmi ta' taħriġ bażiku u vokazzjonali xierqa għal dawk li jrabbu n-naħal; jenfasizza li lil hinn mill-aspett agrikolu u aspetti ekonomiċi oħra tal-apikultura, il-materjal tat-tagħlim għandu jkun fih l-għarfien relatat mad-dakkir u prattiki ambjentali oħra, bħalma huma ż-żamma tal-bilanċ ekoloġiku u l-preservazzjoni tal-bijodiversità, u t-titjib tal-kondizzjonijiet tas-sopravivenza għad-dakkara fil-pajsaġġi fejn isseħħ il-biedja; jemmen li, flimkien ma' dawk li jrabbu n-naħal, jenħtieġ li jiġu żviluppati moduli ta' taħriġ speċifiċi dwar dawn il-kwistjonijiet għall-produtturi agrikoli involuti fil-koltivazzjoni tal-art; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu kooperazzjoni akbar u l-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-informazzjoni, inklużi sistemi ta' twissija bikrija avvanzati u reċiproċi bejn il-bdiewa u dawk li jrabbu n-naħal, dawk li jieħdu ħsieb il-foresti, ix-xjenzjati u l-veterinarji dwar il-perjodi tal-bexx u applikazzjonijiet oħra ta' insettiċidi, il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard, teknoloġiji li ma jagħmlux ħsara lin-naħal, u metodi ta' protezzjoni tal-pjanti li jnaqqsu l-mortalità tad-dakkara;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni tadotta rakkomandazzjonijiet sabiex fl-UE tagħti appoġġ lil programmi nazzjonali differenti ta' edukazzjoni bażika u vokazzjonali ta' kwalità għolja dwar l-apikultura; jitlob programmi li jinkoraġġixxu liż-żgħażagħ jaqbdu l-professjoni tal-apikultura, minħabba l-ħtieġa urġenti ta' tiġdid ġenerazzjonali fis-settur; iqis li huwa neċessarju li l-potenzjal tas-settur tal-apikultura jiġi żviluppat aktar b'modi li huma mfassla għall-ħtiġijiet ta' dawk kollha li jrabbu n-naħal; jistieden ukoll lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri u mas-settur biex tiżviluppa kodiċi tal-aħjar prattika fl-apikultura, appoġġjat permezz ta' aċċess fil-livell ta' Stat Membru għal taħriġ ta' kwalità għolja; f'dak li għandu x'jaqsam mal-edukazzjoni professjonali, jinkoraġġixxi lill-fakultajiet tal-mediċina veterinarja fl-universitajiet isaħħu l-qasam tas-sorveljanza veterinarja u dak tal-involviment veterinarju; iqis li programmi bħalma huma Orizzont 2020 u Erasmus + għandhom jinkoraġġixxu r-riċerka u t-taħriġ fil-qasam tal-apiterapija;

Is-saħħa tan-naħal u aspetti ambjentali

16.

Itenni t-tħassib li ż-żieda fir-rata tal-mortalità, u t-tnaqqis, fost in-naħal tal-għasel u d-dakkara selvaġġi, inklużi n-naħal selvaġġ, fl-Ewropa se jkollhom impatt negattiv profond fuq l-agrikoltura, il-produzzjoni u s-sikurezza tal-ikel, il-bijodiversità, is-sostenibilità ambjentali u l-ekosistemi;

17.

Jissottolinja l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri tagħha jieħdu l-passi neċessarji u immedjati meħtieġa biex tiġi implimentata strateġija fuq skala kbira u fit-tul għas-saħħa u r-ripopolazzjoni tan-naħal sabiex jiġi ppreservata l-istokk tan-naħal selvaġġ li attwalment qed jonqos fl-UE, anke permezz ta' miżuri agroambjentali li jappoġġjaw l-istabbiliment ta' kolonji tan-naħal;

18.

Jenfasizza l-importanza tal-bijodiversità għas-saħħa u l-benesseri tan-naħal, li tipprovdilhom artijiet fejn jistgħu jfittxu l-ikel kif ukoll ħabitati naturali u seminaturali flimkien ma' mergħat permanenti estensivi; jiġbed l-attenzjoni lejn l-għajbien gradwali tal-pjanti siewja li joffru l-ikel għan-naħal – pjanti bħalma huma wardet il-qamħ, il-ġulbiena, ix-xewk tal-Madonna jew is-silla bajda – ikkawża mill-użu ħażin ta' prodotti ta' ħarsien tal-pjanti, it-tnaqqis fl-użu tal-bwar biex l-annimali jirgħu fihom u ż-żieda fl-użu tagħhom għall-produzzjoni tal-ħuxlief; jirrimarka li dan jirriżulta f'nuqqas ta' għabra tad-dakra u dan in-nuqqas jikkawża malnutrizzjoni fin-naħal, li mbagħad tikkontribwixxi biex tonqos is-saħħa tan-naħal u tiżdied is-suxxettibilità tagħhom għall-patoġeni u għall-parassiti; jenfasizza l-ħtieġa jiġu protetti l-fjuri selvaġġi u l-ispeċijiet favorevoli għall-insetti fl-Ewropa kollha; ifakkar li “ż-żoni tal-apikultura” b'fattur ta' ponderazzjoni ta' 1.5 huma tip taż-ŻIE fl-ekoloġizzazzjoni tal-PAK; jistieden lill-Kummissjoni, lil dawk li jnisslu ż-żrieragħ u lill-bdiewa jippromwovu skemi ta' kwalità tat-tnissil tal-pjanti b'kapaċità għolja u ppruvata ta' produzzjoni tal-għasel jew tal-għabra tad-dakra fil-kriterji tal-għażla, bi preferenza diversità bijoloġika massima ta' speċijiet u varjetajiet adattati lokalment u li huma fornuti lokalment;

19.

Jindika l-ħtieġa ta' inċentivi finanzjarji xierqa għal min jipprattika l-apikultura organika, minħabba r-rekwiżiti addizzjonali li jeħtieġ li jissodisfaw u l-impatti dejjem ikbar li jirriżultaw mill-ambjent;

20.

Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu ppreservati l-wirt ġenetiku straordinarji, id-diversità u l-kapaċità ta' adattament tal-popolazzjonijiet tan-naħal tal-għasel endemiċi lokali, kull waħda mfassla tul ġenerazzjonijiet skont il-partikularitajiet tal-ambjent lokali tagħhom, filwaqt li jfakkar li din id-diversità hija importanti fil-ġlieda kontra l-ispeċijiet invażivi, inklużi l-parassiti u l-mard;

21.

Jinnota li l-biedja bbażata fuq il-monokultura tnaqqas il-bijodiversità u tippreżenta r-riskju ta' dakkir insuffiċjenti u ta' għajbien tal-flora li tipproduċi l-għasel, u jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji għaż-żrigħ, fuq art mhix użata, ta' pjanti li jipproduċu n-nektar; jenfasizza f'dan ir-rigward li l-preservazzjoni tar-riżorsi abijotiċi, b'mod partikolari tal-ħamrija u tal-ilma, kif ukoll diversità sostanzjali ta' għabra tad-dakra u varjetà kbira ta' nutriment, huma essenzjali għall-protezzjoni tan-naħal;

22.

Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu l-inċentivi neċessarji ħalli jinkoraġixxu prattiki żviluppati lokalment, sabiex jiġu ppreservati l-ekotipi tan-naħal tal-għasel u kultivazzjoni tagħhom fl-UE kollha;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu miżuri biex jiżdiedu l-protezzjoni legali u l-appoġġ finanzjarju għall-ekotipi u l-popolazzjonijiet tan-naħal tal-għasel lokali fl-UE kollha, inkluż permezz ta' żoni ta' konservazzjoni, legalment protetti, tan-naħal tal-għasel lokali endemiċi;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni tfassal inventarju sabiex tevalwa r-riskji emerġenti tas-saħħa, kemm dawk eżistenti u kemm dawk emerġenti, fil-livell tal-UE u f'dak internazzjonali, bil-għan li tistabbilixxi pjan ta' azzjoni biex tiġġieled lill-mortalità tan-naħal;

25.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel progress fl-implimentazzjoni tal-proġetti pilota fuq in-naħal u dakkara oħra bħala indikaturi ta' saħħa ambjentali u tal-ħabitats, peress li dawn jistgħu joħorġu utli għall-iżvilupp ta' politiki futuri;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-sussidji għall-azjendi tal-biedja mid-diversi linji baġitarji tal-PAK iqisu l-prattiki li jiffavorixxu n-naħal, pereżempju l-istabbiliment ta' żoni ta' interess ekoloġiku jew it-tkabbir ta' fjuri selvaġġi li huma ppreferuti min-naħal fuq art mistrieħa;

27.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi applikat il-prinċipju ta' prekawzjoni ħalli d-dakkara b'mod ġenerali jiġu protetti, kemm dawk domestiċi kif ukoll dawk selvaġġi;

28.

Jinnota li n-naħal b'saħħtu huwa f'pożizzjoni aħjar sabiex jirreżisti parassitiżmu, il-mard u l-attakki mill-predaturi; jifhem li xi speċijiet aljeni invażivi bħalma huma l-Varroa destructor, il-ħanfusa żgħira tal-ġabsala (Aethina tumida), iż-żunżan bagħal ażjatiku (Vespa velutina) – speċi li hija estremament aggressiva lejn insetti oħra), kif ukoll il-batterja Amerikana tal-larva tan-naħal (Paenibacillus larvae), u ċerti patoġeni bħan-nosemosis, huma l-kawżi ewlenin tal-mortalità tan-naħal u jikkawżaw dannu ekonomiku serju għal dawk li jrabbu n-naħal; jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-proġett pilota varat mill-Parlament dwar il-programm ta' tnissil u selezzjoni għar-riċerka dwar ir-reżistenza għall-Varroa destructor; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw ir-riċerka applikata madwar l-UE kollha permezz ta' programmi ta' tnissil effettivi li jipproduċu speċijiet ta' naħal li jkunu reżiljenti quddiem l-ispeċijiet invażivi u l-mard u li jkollhom il-karatteristika ta' mġiba tal-iġjene sensittiva għall-varroa (VSH); fid-dawl tar-riskju li xi speċijiet aljeni invażivi bħall-Varroa destructor huma kapaċi jiżviluppaw reżistenza għal ċerti prodotti mediċinali veterinarji (PMV), iħeġġeġ lill-Istati Membri biex kull sena jwettqu testijiet fuq il-livell ta' reżistenza tad-dud għas-sustanzi attivi differenti użati fil-PMV; jipproponi li l-ġlieda obbligatorja kontra l-Varroa tinżamm għaddejja fil-livell tal-UE;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-produtturi rilevanti kollha tal-mediċini fir-riċerka dwar mediċini tan-naħal, inter alia sabiex tiġi miġġielda l-Varroa destructor u jiġu evitati l-effetti sekondarji negattivi fuq is-sistemi immunitarji tan-naħal minn dawn il-mediċini, u tistabbilixxi pjattaforma tal-informatika komuni sabiex taqsam l-aħjar soluzzjonijiet u mediċini mal-partijiet interessati, ittejjeb id-disponibilità tal-prodotti veterinarji vitali għall-apikultura, issaħħaħ ir-rwol tal-veterinarji fil-ġestjoni tas-saħħa tan-naħal, u tagħmel lil dawk li jrabbu n-naħal konxji tas-soluzzjonijiet disponibbli kollha; jitlob li ssir riċerka pubblika u privata dwar metodi alternattivi bijoloġiċi u fiżiċi li ma jkunux ta' ħsara la għas-saħħa tal-bniedem u lanqas għal tal-annimali, kif ukoll dwar l-użu ta' sustanzi u komposti naturali għall-kontroll tal-varrożi, b'kont meħud tal-vantaġġi speċifiċi tat-trattamenti organiċi;

30.

Jirrikonoxxi l-fatt li r-riżultati tal-eżerċizzji ta' monitoraġġ sabiex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tas-saħħa tan-naħal li saru minn xi Stati Membri huma importanti u li jenħtieġ li jiġu kondiviżi mal-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni;

31.

Jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni jużaw il-mezzi kollha possibbli sabiex jipproteġu l-ispeċijiet lokali u reġjonali tan-naħal tal-għasel (razez ta' naħal tal-Apis Mellifera) mit-tifrix mhux mixtieq ta' speċijiet aljeni naturalizzati jew invażivi li jkollhom impatt dirett jew indirett fuq id-dakkara; jappoġġja r-ripopolament tad-doqqajs li jkun intilef minħabba speċijiet aljeni invażivi b'naħal ta' speċijiet nattivi lokali; jirrakkomanda lill-Istati Membri joħolqu ċentri ddedikati għat-tnissil u s-salvagwardja tal-ispeċijiet nattivi tan-naħal; jissottolinja, f'dan ir-rigward, kemm hu importanti li jiġu żviluppati strateġiji ta' tnissil biex jiżdiedu l-frekwenzi ta' karatteristiċi siewja fil-popolazzjonijiet lokali tan-naħal tal-għasel; jinnota l-possibilitajiet li jiddisponi għalihom ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 dwar l-Ispeċijiet Aljeni Invażivi, kif ukoll potenzjalment ir-regolamenti adottati dan l-aħħar dwar is-Saħħa tal-Annimali u tal-Pjanti (ir-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 rispettivament); jesprimi t-tħassib tiegħu li x-xama' tan-naħal ikkontaminata importata miċ-Ċina spiss tista' tikkawża problemi tas-saħħa għan-naħal;

32.

Jappella għal proċedura meqjusa biex tiġi estiża l-lista ta' speċijiet ta' pjanti invażivi li jistgħu jwasslu għal tnaqqis fid-diversità fil-mergħat tan-naħal fl-UE;

Sustanzi kimiċi perikolużi għan-naħal

33.

Jitlob lill-Kummissjoni tissospendi l-awtorizzazzjoni ta' dawk is-sustanzi attivi tal-pestiċidi li jipperikolaw is-saħħa tan-naħal fuq il-bażi tas-sejbiet xjentifiċi tal-EFSA bbażati fuq testijiet fuq il-post, sa ma tiġi ppubblikata l-valutazzjoni tal-impatt dettaljata finali mwettqa mill-EFSA; itenni li kwalunkwe proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni u sejbiet xjentifiċi;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaġixxu fuq il-kunsens xjentifiku stabbilit u jipprojbixxu dawk is-sustanzi attivi tal-pestiċidi, inklużi dawk in-neonikotinojdi u dawk l-insettiċidi sistemiċi li huma xjentifikament ippruvati (fuq il-bażi tar-riżultati tal-analiżijiet tal-laboratorju u, speċjalment, it-testijiet fuq il-post) li huma ta' periklu għas-saħħa tan-naħal; jitlob, fl-istess ħin, li jiġu implimentati prodotti alternattivi jew metodi agronomiċi sikuri (eż. diversi forom effettivi ta' ġestjoni tal-organiżmi ta' ħsara li jikkontribwixxu livell baxx ta' pestiċidi, ta' kontroll bijoloġiku u ta' ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara) biex jieħdu post dawk is-sustanzi attivi li huma ta' riskju għan-naħal;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni jimmonitorjaw mill-qrib, flimkien mal-aġenziji rilevanti tal-UE u l-esperti tal-Istati Membri, il-Gwida tal-EFSA għall-valutazzjoni tal-impatt tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fuq in-naħal, u jistieden lill-Istati Membri jimplimentawha;

36.

Jissottolinja li kwalunkwe prodott li fih sustanzi li huma kkonfermati li huma ta' ħsara għan-naħal fl-użu agrikolu għandu jiġi ttikkettat bħala “perikoluż għan-naħal”;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex immedjatament iżidu r-riċerka xjentifika, bi skeda ddeterminata b'mod ċar, dwar is-sustanzi kollha li x'aktarx jipperikolaw is-saħħa tan-naħal;

38.

Jenfasizza li l-effetti fit-tul ta' prodotti sistemiċi għall-protezzjoni tal-pjanti huma sottovalutati; jilqa' l-adozzjoni riċenti ta' proġett pilota dwar għall-monitoraġġ ambjentali tal-użu tal-pestiċidi permezz tan-naħal tal-għasel;

39.

Jirrikonoxxi li, skont evidenza xjentifika indipendenti vvalutati mill-pari, ir-reżistenza tan-naħal hija mdgħajfa b'mod konsiderevoli mill-esponiment kimiku kumulattiv, li jħallihom inkapaċi li jiffaċċjaw kundizzjonijiet stressanti bħas-snin umdi, in-nuqqas ta' nektar, il-mard jew il-parassiti;

40.

Ifakkar fid-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha, li jagħmilha mandatarja li l-bdiewa kollha japplikaw il-prinċipji ġenerali tal-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara fl-azjenda tal-biedja tagħhom mill-2014 'il quddiem, u l-Artikolu 9, li jistabbilixxi projbizzjoni ġenerali fuq il-bexx mill-ajru;

41.

Jirrimarka li l-UE introduċiet restrizzjonijiet temporanji fuq l-użu ta' erba' insettiċidi neonikotinojdi (klotijanidin, tijametoksam, imidakloprid u fipronil) sabiex jittaffa l-impatt minn fuq in-naħal;

Il-ġlieda kontra l-adulterazzjoni tal-għasel

42.

Jistenna lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jiggarantixxu l-konformità sħiħa tal-għasel importat u tal-prodotti importati l-oħra tan-naħal mal-istandards ta' kwalità għolja tal-UE, u b'hekk jiġġieldu kemm lill-produtturi tal-għasel f'pajjiżi mhux tal-UE li jużaw metodi mhux onesti u kemm lil dawk fl-UE li jippakkjaw u lin-negozjanti tal-UE li intenzjonalment iħalltu għasel impurtat adulterat ma' għasel Ewropew;

43.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa proċeduri effettivi ta' analiżi fil-laboratorju, bħalma huma l-ittestjar bir-reżonanza manjetika nukleari, li jidentifikaw peptidi speċifiki għan-naħal u markaturi oħra speċifiċi għan-naħal, sabiex taqbad il-każijiet ta' adulterazzjoni tal-għasel, u jistieden lill-Istati Membri jimponu penali aktar ħorox fuq it-trasgressuri; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi laboratorji privati li huma internazzjonalment rikonoxxuti, bħal dak Franċiż EUROFINS jew il-Ġermaniża QSI, biex iwettqu eżamijiet l-aktar sofistikati; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa bażi tad-data uffiċjali għall-għasel, fejn tikkategorizza l-għasel ta' oriġini differenti bl-użu ta' metodu komuni ta' analiżi;

44.

Jinnota li l-impjanti tal-ippakkjar tal-għasel, li jħalltu jew jipproċessaw l-għasel minn diversi produtturi, huma soġġetti għal monitoraġġ tas-sikurezza tal-ikel tal-UE kif stabbiliti fir-Regolament Nru (KE) Nru 853/2004; jemmen li dan għandu jiġi estiż għall-impjanti kollha li jipproċessaw l-għasel importat; jispeċifika l-ħtieġa li jiġi evitat il-ħolqien ta' kwalunkwe piż finanzjarju jew amministrattiv għal dawk li jrabbu n-naħal fl-UE li jippakkjaw l-għasel tagħhom stess;

45.

Jenfasizza li l-miżuri ssuġġeriti se jsaħħu l-monitoraġġ tal-UE applikat għal dawk li jippakkjaw l-għasel f'pajjiżi mhux tal-UE, u b'hekk jippermettu lill-awdituri uffiċjali jsiru jafu jekk ikunx intuża għasel adulterat u jiżguraw it-tneħħija tiegħu mill-katina tal-ikel;

46.

Jemmen li l-għasel għandu dejjem ikun identifikabbli tul il-katina tal-provvista tal-ikel u għandu jkun jista' jiġi kklassifikat skont il-pjanta li minnu joriġina, irrispettivament jekk huwiex prodott domestiku jew prodott impurtat, ħlief fil-każijiet ta' tranżazzjonijiet diretti bejn il-produttur u l-konsumatur; jitlob, f'dan ir-rigward, l-issikkar tar-rekwiżit tat-traċċabilità għall-għasel; jemmen li l-kumpaniji li jimpurtaw l-għasel barrani, kif ukoll il-bejjiegħa bl-imnut, jenħtieġ li jikkonformaw mar-regoli tal-UE jenħtieġ li jbiegħu biss prodotti tal-apikultura li jissodisfaw id-definizzjoni tal-għasel kif stabbilit fil-Codex Alimentarius;

47.

Jitlob li l-Kummissjoni temenda l-hekk imsejħa Direttiva dwar l-Għasel bil-ħsieb li tipprovdi definizzjonijiet ċari u tispjega l-karatteristiċi distintivi ewlenin tal-prodotti kollha tal-apikultura, bħalma huma l-għasel ġej minn tip wieħed ta' fjura u l-għasel ġej minn varjetà ta' tipi ta' fjuri, iż-żaftur, ħalib in-naħal, ix-xama' tan-naħal, il-gerbub tal-għabra tad-dakra, it-taħlita ta' għasel u għabra tad-dakra, u l-velenu tan-naħal, kif diġà ġie mitlub f'testi adottati mill-Parlament;

48.

Jistieden lill-Kummissjoni teżamina bir-reqqa t-tħaddim tas-suq tal-UE tal-għalf, is-supplimenti u l-mediċini tan-naħal, u tieħu l-miżuri meħtieġa biex tissemplifika s-suq u tipprevjeni l-adulterazzjoni u l-ikkummerċjar illegali ta' dawk il-prodotti;

49.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-protokolli ta' livell ta' azzjoni żero, punti ta' referenza għall-azzjoni, jew il-limiti massimi ta' residwu għall-għasel u prodotti oħra tal-apikultura, sabiex tkopri sustanzi li ma jistgħux jiġu awtorizzati għas-settur tal-apikultura tal-UE, u tarmonizza l-ispezzjonijiet veterinarji fil-fruntieri u l-kontrolli tas-suq interni, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li sa fejn għandu x'jaqsam l-għasel, l-importazzjonijiet ta' kwalità baxxa, l-adulterazzjoni u s-sostituti jgħawġu s-suq u qed ikomplu jagħmlu pressjoni fuq il-prezzijiet u, fl-aħħar mill-aħħar, fuq il-kwalità tal-prodotti fi ħdan is-suq intern, u li għandu jkun hemm kundizzjonijiet ekwi għall-prodotti u għall-produtturi kemm mill-UE kif ukoll minn pajjiżi terzi;

50.

Jinsab konxju li sistema ta' twissija bikrija għall-ikel u l-għalf ikollha sinifikat prattiku, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex dejjem tqiegħed il-każijiet tal-għasel li jkun ċar li hu falz fuq il-lista tal-RASFF (Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf);

51.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprojbixxi kemm jista' jkun malajr id-distribuzzjoni ta' għasel iffiltrat mir-reżina, peress li dan l-għasel ma fih l-ebda valur bijoloġiku ta' xejn;

52.

Jitlob li jsiru kontrolli kontinwi fuq il-kwalità tal-għasel impurtat minn pajjiżi terzi li l-leġiżlazzjoni tagħhom tippermetti t-trattament tal-kolonji tan-naħal bl-antibijotiċi;

53.

Jistieden lill-Kummissjoni tfassal standards tal-manifattura għall-fondazzjonijiet tax-xehdiet, li għandhom jinkludu l-proporzjonijiet rispettivi permessi ta' paraffina, ta' spori tal-batterja tal-larva, u ta' residwi tal-akariċida, bid-dispożizzjoni li l-kontenut tar-residwu tal-akariċida tax-xama' li jkun se jifforma l-fondazzjonijiet ma jridx ikun tali li r-residwi jkunu jistgħu jibdew jgħaddu għal ġol-għasel;

54.

Jistieden lill-Kummissjoni tittestja bir-reqqa l-importazzjoni fuq skala kbira ta' għasel miċ-Ċina f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 2016/1036, u b'mod partikolari teżamina l-operazzjoni tal-kumpaniji li jesportaw l-għasel miċ-Ċina u tevalwa l-kwalità, il-proporzjon tal-kwantità u l-livell tal-prezz tal-bejgħ tal-għasel fis-suq tal-għasel tal-UE;

55.

Iqis li, fid-dawl tal-kwantitajiet kbar ta' għasel li jiġu importati miċ-Ċina, tendenza li aċċelerat f'dawn l-aħħar 15-il sena, il-prezz tax-xiri tal-għasel skont il-kosti reali tal-produzzjoni fl-UE u l-kwalità ħażina tal-għasel importat “manifatturat” (u mhux prodott) għandhom jagħmluha ċara lill-Kummissjoni li wasal iż-żmien li tibda tinvestiga l-prattiki ta' xi esportaturi Ċiniżi, sabiex possibilment jinbdew proċeduri ta' “anti-dumping”;

56.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrikjedi li fil-fruntieri esterni tal-UE jsir l-ikkampjunar u l-ittestjar uffiċjali tal-lottijiet ta' għasel ġej minn pajjiżi mhux tal-UE, f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 (dak li kien ir-Regolament (KE) Nru. 882/2004);

57.

Jinnota li d-Direttiva dwar l-Għasel hekk kif emendata mid-Direttiva 2014/63/UE tistipula li l-pajjiż li fih ikun inġabar l-għasel irid jiġi indikat fuq it-tikketta meta l-għasel joriġina minn Stat Membru wieħed jew minn pajjiż terz wieħed; jirrikonoxxi, madankollu, li tinħtieġ aktar azzjoni biex tiġi indirizzata l-frodi fil-qasam tal-prodotti tan-naħal u biex tiġi indirizzata l-kompetizzjoni inġusta rappreżentata mill-“għasel” adulterat;

58.

Ifakkar lill-Kummissjoni li l-konsumaturi għandhom id-dritt li jkunu jafu l-post tal-oriġini tal-oġġetti tal-ikel kollha; iqis, madankollu, li tikkettar bħal “taħlita ta' għasel tal-UE”, “taħlita ta' għasel mhux tal-UE”, u speċjalment “taħlita ta' għasel tal-UE u mhux tal-UE”, kompletament jaħbi l-oriġini tal-għasel mill-konsumatur u konsegwentement jonqos milli jissodisfa l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tiżgurata b'mod preċiż u mandatarju t-tikkettar tal-għasel u tal-prodotti tan-naħal, kif ukoll armonizzazzjoni akbar għall-produzzjoni tal-għasel, f'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar skemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli, ħalli l-konsumaturi ma jitħallewx jiġu mqarrqa u tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tal-frodi; jirrikonoxxi s-suċċess tal-bejgħ dirett tal-għasel, li jeliminaw parti mill-problema fir-rigward tat-tikkettar tal-oriġini;

59.

Jitlob li d-deskrittur tat-“taħlita ta' għasel tal-UE u mhux tal-UE” fuq it-tikketti jiġi sostitwit b'indikazzjoni ta' mil-liema pajjiż jew pajjiżi eżattament hu ġej l-għasel użat fil-prodott finali, u li dawn jiġu elenkati fl-ordni li tikkorrispondi għall-proporzjonijiet perċentwali użati fil-prodott finali (filwaqt li addizzjonalment jiġi ddikjarat il-perċentwal skont il-pajjiż fi prodott partikolari);

60.

Jitlob lill-Kummissjoni temenda d-Direttiva dwar l-Għasel fir-rigward tal-użu tal-kelma “għasel” jew it-termini “li fih/li fiha l-għasel” jew “magħmul/magħmula mill-għasel” fid-denominazzjoni tal-prodotti pproċessati, jew fi kwalunkwe element grafiku jew mhux grafiku li jindika li l-prodott fih l-għasel, b'tali mod li dawk it-termini jkunu jistgħu jintużaw biss jekk mill-inqas 50 % tal-kontenut ta' zokkor tal-prodott jkun joriġina mill-għasel;

61.

Jappoġġja l-idea li l-Istati Membri jagħmluha obbligatorja li fuq il-prodotti tal-għasel u prodotti oħra tan-naħal jiġi indikat il-post ta' oriġini tal-għasel, bħalma huwa l-każ b'ċerti prodotti tal-laħam u tal-ħalib;

Il-promozzjoni tal-prodotti tan-naħal u l-użu terapewtiku tal-għasel

62.

Jilqa' l-inizjattiva Kolazzjon b'Għasel Ewropew, u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinfurmaw lit-tfal dwar il-prodotti magħmula lokalment u l-iskoperta mill-ġdid tat-tradizzjonijiet ta' produzzjoni li ilhom stabbiliti żmien twil; jinnota li l-għasel fih ammont kbir ta' kaloriji u jista' jintuża b'moderazzjoni biex jieħu post iz-zokkor raffinat u dolċifikanti oħra, u b'hekk jikkontribwixxi għas-saħħa pubblika;

63.

jenfasizza li l-għasel huwa wieħed mill-prodotti agrikoli li jistgħu jiġu inklużi fl-iskema tal-“frott, ħaxix u ħalib għall-iskejjel”; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu spinta lill-parteċipazzjoni tal-produtturi lokali tal-għasel fil-programmi skolastiċi rilevanti, u jenfasizza l-importanza ta' miżuri edukattivi li għandhom l-għan li jqajmu kuxjenza fost iż-żgħażagħ tal-prodotti lokali, filwaqt li jiftħu d-dinja tal-biedja għat-tfal;

64.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta sabiex l-appoġġ annwali tal-UE għal dawn il-progammi jiżdied b'50 %, ħalli jkunu jistgħu jiġu operati b'mod effettiv, fejn l-organizzazzjoni ta' kompetizzjonijiet għat-tfal fit-tagħlim preprimarju u prodotti lokali bħalma huma l-għasel, iż-żebbuġ u ż-żejt taż-żebbuġa jiġu inklużi kif xieraq;

65.

Jistieden lill-Kummissjoni tfassal rapport dwar l-ammont ta' għasel ikkunsmat u x-xejriet tal-konsum fl-Istati Membri kollha, kif ukoll rapport ieħor dwar id-diversi prattiki terapewtiċi li jużaw l-għasel, l-għabra tad-dakra, ħalib in-naħal u l-velenu tan-naħal fl-UE; jenfasizza l-importanza li kulma jmur qed tikber tal-apiterapija bħala alternattiva naturali għat-trattament li juża mediċini konvenzjonali, u għalhekk iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jippromwovu dawk il-prodotti fost il-professjonisti mediċi u paramediċi u fost il-pubbliku fl-UE;

66.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-introduzzjoni volontarja tal-marka “Għasel mill-UE”, li tidenomina l-għasel li joriġina 100 % u esklussivament fl-Istati Membri tal-UE; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tagħmel l-almu tagħha kollu biex tiżgura li n-NU tiddikjara l-20 ta' Mejju bħala l-Jum Dinji tan-Naħal;

67.

Jistieden lill-Kummissjoni talloka somma speċifika mill-baġit promozzjonali tal-UE għar-reklamar tal-prodotti tal-għasel tal-UE għall-konsum u għal skopijiet mediċi, inklużi miżuri bħalma huma l-promozzjoni tal-bejgħ dirett tal-għasel fis-swieq lokali, avvenimenti pubbliċi ta' tidwiq tal-għasel, workshops u avvenimenti oħra; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu spinta lill-bejgħ lokali u reġjonali tal-għasel, b'mod partikolari lill-għasel organiku, bil-mezzi kollha li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom, b'mod partikolari billi jipprovdu appoġġ intensiv għall-ktajjen tal-provvista qosra permezz tal-programmi tagħhom ta' żvilupp rurali, u billi jippromwovu prodotti ta' kwalità għolja abbażi ta' skemi ta' indikazzjoni ġeografika; jirrikonoxxi r-rwol li għandu l-konsum tal-għasel prodott lokalment bħala mezz biex tinbena r-reżistenza għall-allerġeni lokali; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi x-xama' tal-għasel bħala prodott kopert mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, minħabba l-interess li kulma jmur qed jikber min-naħa tal-konsumaturi u tal-produtturi kif ukoll il-produzzjoni tradizzjonali tagħha li ilha teżisti f'ċerti Stati Membri;

68.

Jipproponi li l-Istati Membri jinkoraġġixxu, b'kull mezz li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom, l-użu tal-prodotti tal-apikultura, bħalma huma l-għabra tad-dakra, iż-żaftur (propolis) jew ħalib in-naħal (royal jelly), fl-industrija farmaċewtika;

69.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-produzzjoni tal-għasel organiku, sabiex tingħeleb kwalunkwe diskrepanza li tista' tipprevjeni lil dawk li jipprattikaw l-apikultura organika fl-Ewropa milli jkollhom aċċess għas-suq taħt l-istess regoli;

70.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-għasel u prodotti oħra tan-naħal jitqiesu bħala “prodotti sensittivi” kemm fin-negozjati li għaddejjin attwalment u kemm f'dawk futuri għal ftehimiet ta' kummerċ ħieles, peress li kompetizzjoni diretta tista' tesponi lis-settur tal-apikultura tal-UE għal pressjoni eċċessiva jew mhux sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex potenzjalment teskludihom mill-kamp ta' applikazzjoni tan-negozjati għal ftehimiet ta' kummerċ ħieles;

71.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw, flimkien mas-settur tal-biedja u dak tal-apikultura, sistema ta' tikkettar li tippromwovi l-istabbiliment ta' sistema ta' produzzjoni responsabbli għan-naħal;

72.

Jilqa' x-xejra attwali li hemm lejn l-apikultura urbana u, fl-istess ħin, jappella għall-integrazzjoni mandatarja u mill-qrib bejn l-assoċjazzjonijiet reġjonali ta' dawk li jrabbu n-naħal u l-awtoritajiet, u għall-introduzzjoni ta' standards minimi biex jitwaqqfu l-prattiki ta' trobbija abbużivi u jiġi pprevenut it-tixrid intenzjonat tal-mard fost il-popolazzjonijiet tan-naħal;

o

o o

73.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 43.

(2)  https://ec.europa.eu/agriculture/honey_en

(3)  dan iwassal għal telf fil-produttività għax dawk li jrabbu n-naħal ikollhom iżidu l-istokkijiet tan-naħal tagħhom biex jipproduċu ammonti ekwivalenti ta' għasel;

(4)  “Honey bee genotypes and the environment” (“Il-ġenotipi tan-naħal tal-għasel u l-ambjent”), fil-Journal of Agricultural Research 53(2), pp. 183-187 (2014)


5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/38


P8_TA(2018)0058

Unjoni Bankarja – Rapport Annwali 2017

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-Unjoni Bankarja – Rapport Annwali 2017 (2017/2072(INI))

(2019/C 129/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2017 dwar “L-Unjoni Bankarja – Rapport Annwali 2016” (1),

wara li kkunsidra l-feedback tal-Kummissjoni u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta' Frar 2017 dwar “L-Unjoni Bankarja – Rapport Annwali 2016”,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ottubru 2017 dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (COM(2017)0591),

wara li kkunsidra l-proposti li jemendaw ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (CRR), u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (CRDIV),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta' Novembru 2017 dwar emendi fil-qafas tal-Unjoni għal rekwiziti tal-kapital ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti tal-investiment (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) tal-9 ta' Lulju 2017 dwar l-implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2017 dwar il-pjan ta' azzjoni biex jiġi indirizzat is-self improduttiv fl-Ewropa,

wara li kkunsidra r-rapport tas-Sottogrupp dwar Self Improduttiv (NPLs) tal-Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 2017,

wara li kkunsidra l-gwida tal-BĊE lill-banek dwar is-self improduttiv tal-20 ta' Marzu 2017, u l-konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz tal-addendum għal din il-gwida tal-4 ta' Ottubru 2017,

wara li kkunsidra d-Dokument ta' konsultazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Novembru 2017 dwar garanziji statutorji ta' kontinġenza prudenzjali li jindirizzaw il-provvediment insuffiċjenti ta' self li għadu kif joriġina u li jsir improduttiv,

wara li kkunsidra r-rapport tal-BERS tal-11 ta' Lulju 2017 dwar is-sejba ta' soluzzjoni għal self improduttiv fl-Ewropa,

wara li kkunsidra l-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni tal-10 ta' Lulju 2017 dwar l-iżvilupp ta' swieq sekondarji għal self improduttiv u assi f'diffikultà u l-protezzjoni ta' kredituri garantiti mill-inadempjenza tas-selliefa,

wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-BĊE tas-6 ta' Ġunju 2017 li fiha ddetermina li Banco Popular Español S.A. kien qed ifalli jew x'aktarx kien se jfalli,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRB) tas-7 ta' Ġunju 2017 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' Banco Popular Español S.A.,

wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-BĊE tat-23 ta' Ġunju 2017 li fiha ddetermina li Veneto Banca u Banca Popolare di Vicenza kienu qed ifallu jew x'aktarx kienu se jfallu,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-SRB tat-23 ta' Ġunju 2017 dwar id-deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' Banca Popolare di Vicenza u Veneto Banca,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2017 dwar l-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għall-ħruġ mis-suq ta' Banca Popolare di Vicenza u ta' Veneto Banca skont il-liġi Taljana dwar l-insolvenza, li tinvolvi l-bejgħ ta' xi partijiet lil Intesa Sanpaolo,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Lulju 2017 dwar l-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat biex tiġi appoġġata r-rikapitalizzazzjoni prekawzjonarja ta' Monte dei Paschi di Siena,

wara li kkunsidra l-verżjoni ta' Frar 2017 tal-gwida tal-BĊE għar-reviżjoni mmirata ta' mudelli interni (TRIM),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-verżjoni ta' Lulju 2017 tal-gwida tal-BĊE għall-ispezzjonijiet fuq il-post u l-investigazzjonijiet ta' mudell intern,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) tal-31 ta' Mejju 2017 dwar prinċipji ġenerali li jappoġġaw il-konverġenza superviżorja fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, kif ukoll it-tliet opinjonijiet tagħha tat-13 ta' Lulju 2017 dwar konverġenza superviżorja fl-oqsma ta' mmaniġġjar tal-investiment, ditti ta' investiment u swieq sekondarji fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tat-12 ta' Ottubru 2017 dwar kwistjonijiet relatati mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2017 dwar it-tisħiħ tas-superviżjoni integrata biex tissaħħaħ l-Unjoni tas-Swieq Kapitali u l-integrazzjoni finanzjarja f'ambjent li qed jinbidel (COM(2017)0542) u l-proposti tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2017 dwar ir-rieżami tas-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF), inkluża l-proposta “omnibus” li temenda l-governanza, il-finanzjament u s-setgħat tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE),

wara li kkunsidra l-konsultazzjonijiet pubbliċi tal-BĊE tal-21 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' gwidi għal valutazzjonijiet ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-istituzzjoni ta' kreditu u tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-istituzzjoni ta' kreditu FinTech,

wara li kkunsidra d-dokument dwar il-kundizzjonijiet tal-kapaċità totali ta' assorbiment tat-telf (TLAC) tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja ta' Novembru 2015,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek – BRRD),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (Regolament SRM),

wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2016 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE dwar il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u li temenda d-Direttiva 98/26/KE, id-Direttiva 2002/47/KE, id-Direttiva 2012/30/UE, id-Direttiva 2011/35/UE, id-Direttiva 2005/56/KE, id-Direttiva 2004/25/KE u d-Direttiva 2007/36/KE, (COM(2016)0852), u għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 fir-rigward tal-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment (COM(2016)0851),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta' Novembru 2017 dwar reviżjonijiet tal-qafas tal-Unjoni għall-immaniġġjar ta' kriżi (3),

wara li kkunsidra r-Rapporti Speċjali Nru 3/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tad-19 ta' Diċembru 2017 bit-titolu “Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni: Bdiet il-ħidma fuq kompitu diffikultuż relatat mal-Unjoni Bankarja, iżda għad hemm ħafna xi jsir”,

wara li kkunsidra l-irtirar mill-Kummissjoni tal-proposta dwar miżuri strutturali li jtejbu r-reżiljenza ta' istituzzjonijiet ta' kreditu tal-UE (COM(2014)0043),

wara li kkunsidra d-dokument tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2017 bit-titolu “Il-pakkett ta' proċeduri ta' ksur għax-xahar ta' April: deċiżjonijiet ewlenin” (MEMO/17/1045),

wara li kkunsidra t-Tabella Operattiva tar-Riskji tal-EBA, ir-Rapport dwar it-Tendenzi tal-ESMA, ir-Riskji u l-Vulnerabbiltajiet Nru 2 (2017), it-Tabella Operattiva tar-Riskji tal-BERS, ir-Rapport Annwali tal-BERS 2016, ir-Rieżami tal-BERS dwar il-Politika Makroprudenzjali fl-UE ta' April 2017,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2017/2399/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza,

wara li kkunsidra l-Artikolu 107(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar analiżi u sfidi tar-Regolament tal-UE dwar is-Servizzi Finanzjarji: l-impatt u t-triq 'il quddiem lejn qafas tal-UE aktar effiċjenti u effikaċi għal Regolamentazzjoni Finanzjarja u Unjoni tas-Swieq Kapitali (4),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat għal miżuri ta' appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (“il-Komunikazzjoni dwar il-Banek”) (5),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (id-DGSD),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Ħames Presidenti tat-22 ta' Ġunju 2015 dwar Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-24 ta' Novembru 2015 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 sabiex tiġi stabbilita Skema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti (“EDIS”) (COM(2015)0586),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Novembru 2015 bit-titolu “Lejn it-tlestija tal-Unjoni Bankarja” (COM(2015)0587),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar pjan direzzjonali biex titlesta l-Unjoni Bankarja,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ottubru 2017 dwar it-tlestija tal-Unjoni Bankarja (COM(2017)0592),

wara li kkunsidra l-Monitoraġġ tas-Sistema Bankarja “parallela” tal-UE tal-BERS Nru 2 ta' Mejju 2017,

wara li kkunsidra r-rapport tal-BERS ta' Marzu 2015 dwar it-trattament regolatorju ta' skoperturi sovrani,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0019/2018),

A.

billi fuq bażi mhux ikkonsolidata, in-numru totali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro kien ta' 5 073 fi tmiem l-2016, li niżel minn 5 474 fi tmiem l-2015 u minn 6 768 fi tmiem l-2008, li jammonta għal tnaqqis ta' 25 % matul il-perjodu mill-2008 sal-2016; billi fuq bażi kkonsolidata, in-numru totali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro kien ta' 2 290 fi tmiem l-2016, li niżel minn 2 904 fi tmiem l-2008 u 2 379 fi tmiem l-2005 (6); billi, madankollu, huwa xieraq li tiġi inkluża referenza dwar kif il-proporzjon ta' banek “kbar wisq biex ifallu” inbidel matul l-istess perjodu;

B.

billi hemm dispersjoni kbira tal-ammont totali u tal-proporzjonijiet tas-self improduttiv bejn l-Istati Membri, u hemm differenzi sostanzjali fil-banek f'dawk il-pajjiżi li għandhom l-ogħla perċentwalijiet tas-self improduttiv; billi l-istokk ta' self improduttiv kien jammonta għal total ta' EUR 1 triljun, skont rapport tal-BERS ta' Lulju 2017 bit-titolu, “Is-sejba ta' soluzzjoni għal self improduttiv fl-Ewropa”; billi, skont it-Tabella Operattiva tar-Riskji trimestrali tal-EBA, il-banek prinċipali tal-Ewropa rrapportaw perċentwal medju ponderat tas-self improduttiv (self improduttiv, gross tal-indebolimenti, diviż bis-self totali) ta' 4,47 % sa mit-30 ta' Ġunju 2017; billi dan il-proporzjon were xejra ta' tnaqqis matul dawn l-aħħar 30 xahar;

C.

billi skont studju riċenti li tal-Awtorità Ewropea għas-Swieq Finanzjarji (ESMA), is-suq tad-derivattivi fl-Unjoni Ewropea għandu valur nozzjonali totali ta' EUR 453 000 biljun;

D.

billi l-Unjoni Bankarja teħtieġ tisħiħ peress li hija objettiv fundamentali għall-istabbiltà finanzjarja taż-żona euro, u hija element kostitwenti indispensabbli għal Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina; billi jinħtieġu aktar sforzi għat-tlestija tal-Unjoni Bankarja, peress li hija tibqa' mhux kompluta sakemm din ma jkollhiex garanzija ta' kontinġenza fiskali u t-tielet pilastru, li huwa approċċ Ewropew għall-assigurazzjoni/riassigurazzjoni tad-depożiti; billi l-President tal-BĊE, Mario Draghi, ddikjara ripetutament li Skema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS) tibqa' pilastru fundamentali tal-Unjoni Bankarja; billi Unjoni Bankarja kompluta hija fundamentali biex tinkiser ir-rabta bejn ir-riskji bankarji u r-riskji s-sovrani; billi jeħtieġ li jissaħħu l-isforzi biex issir bidla minn rikapitalizzazzjoni għal rikapitalizzazzjoni interna; billi r-riskji f'ċerti sistemi bankarji nazzjonali għadhom mhux indirizzati biżżejjed; billi l-kundizzjonijiet ekonomiċi favorevoli attwali jikkostitwixxu tieqa ta' opportunità biex jitmexxew 'il quddiem ir-riformi neċessarji biex titlesta l-Unjoni Bankarja;

E.

billi d-dewmien ta' tindif xieraq tal-karti bilanċjali tal-banek wara l-kriżi, xorta waħda qiegħed ixekkel it-tkabbir ekonomiku; billi, b'mod ġenerali, il-perċentwali kapitali u tal-likwidità tal-banek fl-UE tjiebu f'dawn l-aħħar snin, filwaqt li ħafna banek, inkluż dawk kbar, għadhom sottokapitalizzati; billi għalkemm għadhom jippersistu r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja, dawn diġà tnaqqsu b'mod sostanzjali mill-bidu tal-istabbiliment tal-Unjoni Bankarja; billi l-qafas istituzzjonali u regolatorju tal-banek Ewropew ssaħħaħ b'mod fundamentali;

F.

billi l-parteċipazzjoni fl-Unjoni Bankarja hija miftuħa għall-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro; billi l-ebda Stat Membru sa issa ma ddeċieda li jipparteċipa fuq din il-bażi; billi bosta Stati Membri qegħdin jiddiskutu l-possibbiltà li jissieħbu fl-Unjoni Bankarja; billi l-istituzzjonijiet finanzjarji differenti jaraw vantaġġi fil-fatt li jkunu jagħmlu parti mill-Unjoni Bankarja;

G.

billi l-ħidma tagħna fuq l-unjoni tas-swieq kapitali jenħtieġ li ma tbiegħedx il-pressjoni mit-tlestija tal-ħidma tagħna fuq l-unjoni bankarja, li xorta għadha prerekwiżit għall-istabbiltà finanzjarja fil-kuntest ta' dipendenza fuq il-banek li tikkaratterizza lill-Unjoni Ewropea;

H.

billi r-responsabbiltà primarja tal-banek hija li jipprovdu finanzi lill-ekonomija reali;

I.

billi minkejja li l-BĊE jeħtieġlu ċertu grad ta' flessibbiltà fit-twettiq tar-rwol superviżorju tiegħu, finalment id-deċiżjonijiet fundamentali u estensivi jridu fl-aħħar mill-aħħar jittieħdu mil-leġiżlatur Ewropew;

1.   

Jistieden lill-Kummissjoni tuża r-regolament bħala l-għodda leġiżlattiva meta tipproponi leġiżlazzjoni bankarja;

Superviżjoni

2.

Jieħu nota tal-valutazzjonijiet “li qed ifallu jew li x'aktarx se jfallu” tal-BĊE fil-każijiet bankarji tal-2017; jinnota wkoll li l-mekkaniżmu ta' superviżjoni u l-mekkaniżmu uniku ta' riżoluzzjoni b'mod ġenerali qegħdin jaħdmu f'dan il-kuntest, u jaqbel mal-Kummissjoni li l-proċeduri li jwasslu għal deċiżjonijiet dwar jekk bank hux “qiegħed ifalli jew li x'aktarx se jfalli” jeħtieġ li jitjiebu;

3.

Jinnota t-testijiet tal-istress li jmiss tal-EBA fl-2018; jistieden lill-EBA, lill-BERS, lill-BĊE u lill-Kummissjoni jużaw metodoloġiji, xenarji u suppożizzjonijiet konsistenti meta jiddefinixxu t-testijiet tal-istress sabiex jiġu evitati kemm jista' jkun possibbli distorzjonijiet potenzjali bejn ir-riżultati u l-ispariġġ, kif muri, bejn ir-riżultati tat-testijiet tal-istress u d-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni meħuda ftit wara l-preżentazzjoni ta' dawn ir-riżultati; jissottolinja, madankollu, li s-solidità ta' bank ma tistax tiġi koperta minn valutazzjoni abbażi ta' punt fiż-żmien tal-karta bilanċjali tiegħu biss, peress li din tiġi żgurata permezz ta' interazzjonijiet dinamiċi bejn il-bank u s-swieq, u hija affettwata minn diversi elementi fl-ekonomija kollha kemm hi; iqis, barra minn hekk, li t-test tal-istress tal-BĊE għal banek addizzjonali taħt is-superviżjoni tiegħu jista' jgawdi minn aktar trasparenza;

4.

Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-EBA bħala awtorità regolatorja u l-MSU bħala awtorità superviżorja; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, għad-diviżjoni tar-responsabbiltajiet bejn il-BĊE u l-EBA, u għad-differenza fil-kamp ta' applikazzjoni ġeografika tal-attivitajiet ta' kull istituzzjoni; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, li koordinazzjoni konkreta tal-inizjattivi li għandhom jittieħdu miż-żewġ istituzzjonijiet titjieb kull fejn huwa prattikabbli sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-ġabra unika tar-regoli, filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-MSU għandu jkollu rwol ewlieni meta jiġu identifikati kwistjonijiet speċifiċi għall-Unjoni Bankarja jew lakuni regolatorji;

5.

Jilqa' l-fatt li l-Unjoni Bankarja tejbet l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti bejn l-awtoritajiet superviżorji, u tejbet il-ġbir u l-iskambju ta' data dwar is-sistema bankarja Ewropea, b'hekk tikkontribwixxi għal pereżempju valutazzjoni komparattiva aħjar, u tippermetti superviżjoni aktar olistika tal-gruppi bankarji transfruntiera; jilqa' l-ħidma eċċellenti tat-timijiet superviżorji konġunti (JSTs); jinnota, madankollu, li l-Kummissjoni identifikat oqsma fejn jeħtieġ li jsir titjib b'rabta mal-iskambju ta' informazzjoni u koordinazzjoni bejn is-superviżjoni bankarja tal-BĊE u l-SRB, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwistjonijiet kruċjali ta' jekk istituzzjoni hijiex eliġibbli għal rikapitalizzazzjoni prekawzjonarja u jekk hijiex qed tfalli jew x'aktarx li se tfalli; jinnota li l-memorandum ta' qbil attwali bejn il-BĊE u l-SRB mhuwiex komprensiv biżżejjed biex jiżgura li l-SRB jkollu l-informazzjoni kollha li jeħtieġ mill-BĊE biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effiċjenti u f'waqtu; jistieden lill-BĊE u lill-SRB biex jieħdu l-opportunità li qegħdin joffru d-diskussjonijiet attwali dwar l-aġġornament tal-memorandum ta' qbil bejniethom sabiex jagħlqu l-lakuni eżistenti u jtejbu l-effikaċja tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni; jitlob li jsir titjib fil-modalitajiet prattiċi ta' kooperazzjoni u fl-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u ta' riżoluzzjoni, li huma kruċjali għat-twettiq ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li jkunu mingħajr xkiel u effikaċi, u bejn il-korpi Ewropej u nazzjonali kollha involuti fl-intervent bikri u fir-riżoluzzjoni; jistieden lill-BĊE u lill-SRB jibqgħu jtejbu l-kooperazzjoni tagħhom ta' kuljum u jsaħħu r-relazzjoni tal-ħidma tagħhom; jilqa', f'dan ir-rigward, il-bidla fir-Regolament MSU rilevanti sabiex rappreżentant tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni jitħalla jkun osservatur permanenti fil-laqgħat tal-Bord Superviżorju tal-MSU; jitlob li jkun hemm ftehim interistituzzjonali bejn il-BĊE u l-ECA sabiex jiġi speċifikat l-iskambju ta' informazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet fi ħdan il-mandati rispetti tagħhom kif definiti fit-Trattati;

6.

Jinnota li fl-2017, ġiet applikata d-dispożizzjoni dwar ir-rikapitalizzazzjoni prekawzjonarja tad-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (BRRD); jinnota li jenħtieġ li jiġi ċċarat l-użu tal-analiżi tal-kwalità tal-assi sabiex jiġi ddeterminat jekk humiex issodisfati il-kundizzjonijiet għar-rikapitalizzazzjoni prekawzjonarja; jenfasizza li l-valutazzjoni minn qabel tal-assi trid tkun ibbażata fuq evidenza soda, b'mod partikolari li turi li l-bank huwa solventi u konformi mar-regoli Ewropej dwar l-għajnuna mill-Istat; jistieden lill-Kummissjoni, lill-MSU u lill-SRB biex jirriflettu dwar modi biex iżidu t-trasparenza meta jivvalutaw is-solvenza tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u meta jqisu d-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni;

7.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-livell għoli ta' self improduttiv (NPLs) f'ċerti ġurisdizzjonijiet; jilqa' l-isforzi ta' diversi Stati Membri biex inaqqsu l-livell ta' self improduttiv; jaqbel mal-Kummissjoni li “filwaqt li l-Istati Membri u l-banek stess għandhom responsabbiltà primarja fl-indirizzar tas-Selfiet Improduttivi, l-integrazzjoni tal-isforzi fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea hi ġġustifikata biex jitħalla impatt fuq l-akkumulazzjonijiet ta' Selfiet Improduttivi u biex tiġi evitata l-akkumulazzjoni fil-futur ta' Selfiet Improduttivi ġodda fuq il-karti tal-bilanċ tal-banek” (7);

8.

Jilqa', b'mod ġenerali, il-ħidma li saret mill-istituzzjonijiet u l-korpi differenti tal-UE dwar din il-kwistjoni; jixtieq jara, madankollu, koordinazzjoni aħjar bejn l-isforzi tagħhom; jistieden lil dawn l-atturi u lill-Istati Membri jimplimentaw kif xieraq u malajr il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2017 dwar il-pjan ta' azzjoni biex jiġi indirizzat is-self improduttiv fl-Ewropa; jistenna b'interess il-pakkett ta' miżuri biex jiġi aċċellerat it-tnaqqis tas-self improduttiv li se jiġi propost fix-xhur li ġejjin; jappoġġa, f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tesplora l-armonizzazzjoni potenzjali f'termini prudenzjali fil-livell tal-UE ta' self ġdid li jsir self improduttiv; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjonijiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi biex tħeġġeġ l-għoti ta' informazzjoni lill-investituri potenzjali, l-istabbiliment ta' kumpaniji maniġerjali tal-assi ddedikati (“banek tal-assi ħżiena”) u l-iżvilupp ta' swieq sekondarji għas-self improduttiv sabiex tiġi indirizzata l-problema kbira ta' self improduttiv; ifakkar il-ħtieġa għall-Istati Membri biex itejbu u jarmonizzaw fejn meħtieġ il-qafas tal-insolvenza, inkluż permezz ta' ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-ristrutturar bikri u t-tieni opportunità, u bl-għan li jiġu salvagwardjati d-debituri l-aktar vulnerabbli bħalma huma l-SMEs u l-unitajiet domestiċi;

9.

Jilqa' l-intenzjoni li jiġi aċċellerat it-tindif tal-karti bilanċjali tal-banek, filwaqt li jenfasizza li r-rimi obbligatorju ta' self improduttiv f'suq illiwkwidu u opak jista' jirriżulta f'telf mhux ġustifikat fil-karti bilanċjali tal-banek; itenni t-tħassib tiegħu dwar l-abbozz ta' addendum għall-gwida tal-BĊE dwar is-self improduttiv; jissottolinja li, f'dan il-proċess ta' monitoraġġ u valutazzjoni skont il-ftehimiet ta' superviżjoni bankarja, il-BĊE taħt l-ebda ċirkostanza m'għandu jillimita l-privileġġi tal-leġiżlatur Ewropew; ifakkar li l-prinċipji ġenerali tat-tfassil tal-liġijiet fl-Unjoni li jirrikjedu valutazzjonijiet tal-impatt u konsultazzjoni, kif ukoll il-valutazzjoni tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà huma wkoll rilevanti għal-leġiżlazzjoni tat-tielet livell;

10.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar ir-riskji li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'assi tat-tielet livell, inklużi d-derivattivi, u b'mod partikolari mid-diffikultà tal-valutazzjoni tagħhom; jilqa' f'dan ir-rigward l-inklużjoni min-naħa tal-EBA fil-proċeduri għat-testijiet tal-istress tal-2018 ta' trattament speċifiku għar-riskji li jirriżultaw mill-istrumenti tat-tieni u tat-tielet livell; itenni mill-ġdid l-appell tiegħu lill-MSU biex jagħmel il-kwistjoni waħda ta' prijorità fis-superviżjoni unika għall-2018;

11.

Ifakkar li hemm riskji assoċjati mad-dejn sovran; jinnota li f'xi Stati Membri l-istituzzjonijiet finanzjarji investew wisq f'bonds maħruġa mill-gvernijiet tagħhom stess, u dan jikkostitwixxi “tendenza għas-suq domestiku (home bias)” eċċessiv, filwaqt li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Unjoni Bankarja huwa li tinkiser ir-rabta tar-riskju tal-banek u tar-riskju sovran; jinnota li jkun aħjar jekk ikun hemm aktar diversità fil-portafolli ta' bonds tal-gvern tal-banek sabiex jonqsu r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja; iqis li l-qafas regolatorju tal-UE dwar it-trattament prudenzjali ta' dejn sovran jenħtieġ li jkun konsistenti mal-istandard internazzjonali; jirrimarka l-ħidma kontinwa tal-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) fuq ir-riskju sovran, u b'mod aktar speċifiku d-dokument ta' diskussjoni tiegħu li ġie ppubblikat reċentament dwar, “It-trattament regolatorju tal-iskoperturi sovrani”; jistenna, għalhekk, b'interess kbir ir-riżultati tal-ħidma tal-FSB fuq id-dejn sovran sabiex jiġu ggwidati deċiżjonijiet futuri; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-bonds tal-gvern fil-provvediment ta' assi ta' kwalità għolja u likwidi għall-investituri u ta' sorsi ta' finanzjament stabbli għall-gvernijiet; jieħu nota, f'dan ir-rigward, tal-ħidma kontinwa tal-Kummissjoni fuq l-idea tal-hekk imsejħa titoli koperti minn bonds sovrani (SBBSs) bħala mod possibbli biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni; ifakkar li l-SBBSs ma jikkostitwixxux forma ta' mutwalizzazzjoni tad-dejn; iqis li l-kontribut minn parteċipanti tas-suq jista' jkun ta' għajnuna sabiex jiġi żgurat l-interess tas-suq fis-SBBSs;

12.

Jenfasizza l-importanza li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati f'mudelli interni sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-kredibbiltà tagħhom u jinkisbu kundizzjonijiet ekwi fl-istituzzjonijiet kollha; jirrimarka, f'dan ir-rigward, l-istudju ta' riċerka esterna, “What conclusions can be drawn from the EBA 2016 Market Risk Benchmarking Exercise?” (X'konklużjonijiet jistgħu jinsiltu mill-Eżerċizzju ta' Benchmarking tar-Riskju tas-Suq tal-EBA 2016?), ikkummissjonat mill-Unità tas-Sostenn għall-Governanza Ekonomika tal-Parlament Ewropew, li fost oħrajn jiddikjara li “jekk ir-riżultati tal-istudju tal-EBA dwar il-benchmarking huma korretti, u safejn l-istrumenti tal-portafoll tat-test huma rappreżentattivi, il-mudelli ta' riskju tas-suq intern attwali li jużaw il-banek Ewropej huma fi ksur gravi tal-prinċipju tal-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni ('jekk il-banek differenti għandhom l-istess portafoll, huma għandhom ikunu meħtieġa jkollhom l-istess ammont ta' kapital regolatorju.')”; jinnota f'dan il-kuntest l-approvazzjoni tal-emendi mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) għall-finalizzazzjoni ta' Basel III, kif ukoll il-valutazzjoni tal-impatt tal-EBA fuq is-settur bankarju tal-UE; ifakkar li l-ftehim m'għandux jirriżulta f'żieda sinifikanti fir-rekwiżiti kapitali fil-livell tal-Unjoni, u lanqas m'għandu jippreġudika l-kapaċità tal-banek li jiffinanzjaw l-ekonomija reali, b'mod partikolari l-SMEs; jilqa' l-ħidma li saret mill-BĊE biex jivvaluta l-adegwatezza tal-mudelli interni, inkluża l-gwida ġdida tiegħu għat-TRIM, bl-għan li tiġi indirizzata l-varjabbiltà fil-piżijiet tar-riskju applikati għal assi mwieżna għar-riskju tal-istess klassi fl-istituzzjonijiet ta' kreditu; jilqa', finalment, il-ħidma li saret mill-EBA f'dan il-qasam fil-qafas tal-eżerċizzji ta' benchmarking tagħha; iqis li l-pożizzjoni kapitali tal-banek tista' tissaħħaħ, fost oħrajn, billi jitnaqqsu l-pagamenti tal-imgħax u tiżdied l-ekwità ġdida, u jqis li t-tisħiħ tal-pożizzjoni finanzjarja ġenerali tal-banek Ewropej jenħtieġ li tibqa' prijorità;

13.

Jenfasizza li l-proposti li saru minn korpi internazzjonali jenħtieġ li jissarrfu, f'xi forma jew oħra, fid-dritt Ewropew, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur bankarju Ewropew;

14.

Jenfasizza li, b'mod partikolari, l-istandards tal-BCBS ma jenħtieġx li jiġu trasposti fid-dritt Ewropew f'daqqa mingħajr ma jitqiesu sew il-karatteristiċi speċifiċi tas-sistema bankarja Ewropea u l-prinċipju tal-proporzjonalità;

15.

Ifakkar il-prinċipju ta' separazzjoni bejn il-funzjoni ta' politika monetarja u l-funzjoni superviżorja tal-MSU, u jqis li konformità ma' dan il-prinċipju hija kruċjali sabiex jiġu evitati kunflitti ta' interess; huwa tal-fehma li dan il-prinċipju, b'mod ġenerali, ġie osservat tajjeb; jemmen li t-test li għandu jintuża sabiex tiġi ddeterminata l-adegwatezza ta' servizzi kondiviżi jenħtieġ li tkun ir-rilevanza tal-politika tal-kompiti li jwettqu; iqis, għalhekk, li s-servizzi kondiviżi mhumiex problematiċi meta jindirizzaw kwistjonijiet li mhumiex kritiċi f'termini tat-tfassil ta' politika, iżda jistgħu jagħtu lok għal tħassib u jistgħu jiġġustifikaw salvagwardji addizzjonali fejn u meta dan ma jkunx il-każ;

16.

Huwa tal-fehma li l-involviment ta' aktar persunal tal-BĊE fi spezzjonijiet fuq il-post jista' jikkontribwixxi biex tkompli tissaħħaħ l-indipendenza tas-superviżjoni bankarja minn kunsiderazzjonijiet nazzjonali;

17.

Jinnota l-pakkett tar-riforma bankarja propost mill-Kummissjoni f'Novembru 2016; jissottolinja l-importanza tal-proċedura rapida li wasslet għall-ftehim dwar l-introduzzjoni tal-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 9, kif ukoll l-arranġamenti tranżitorji għall-eżenzjoni mil-limitu tal-iskopertura kbira disponibbli għall-iskoperturi għal ċertu dejn tas-settur pubbliku tal-Istati Membri denominati f'muniti fi kwalunkwe Stat Membru (Regolament (UE) 2017/2395) sabiex jiġu evitati l-effetti ta' preċipizju fuq il-kapital regolatorju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu; jinnota, madankollu, l-opinjonijiet tal-BĊE u tal-EBA li l-eżistenza ta' ftehim tranżitorju jenħtieġ li ma twassalx għal dewmien bla bżonn tal-implimentazzjoni tal-IFRS 9; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi mmonitorjat l-impatt tal-IFRS 9 fuq in-natura u l-allokazzjoni ta' self mill-banek, kif ukoll fuq l-effetti proċikliċi potenzjali derivati mis-sensittività ċiklika tal-parametri tar-riskju tal-kreditu; jistieden lill-BERS u lill-MSU jinvestigaw dawn il-kwistjonijiet; jitlob lill-EBA u lill-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BIS) jipprovdu gwida xierqa f'dan ir-rigward;

18.

Jirrimarka li l-istituzzjonijiet huma mitluba, skont ir-regoli dwar is-sorveljanza, biex jirrappurtaw għadd kbir ta' rapporti simili, f'formati differenti, lil diversi awtoritajiet, u li dan jirrappreżenta piż addizzjonali sinifikanti; jitlob, għalhekk, li tiġi introdotta sistema ta' rappurtar uniformi, fejn it-talbiet tal-awtoritajiet kollha responsabbli għas-sorveljanza jiġu kkonsolidati f'punt uniku ta' kuntatt ċentrali, li jgħaddi dawn it-talbiet lill-istituzzjonijiet superviżorji, u mbagħad jittrażmetti d-data miġbura lill-awtoritajiet kompetenti; jenfasizza li b'hekk jistgħu jiġu evitati talbiet doppji u talbiet għal data identika, filwaqt li dan inaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv fuq il-banek u l-awtoritajiet kompetenti, u fl-istess ħin itejjeb l-effiċjenza tas-superviżjoni;

19.

Jirrikonoxxi li l-ispejjeż għolja marbuta mal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' superviżjoni jistgħu jkunu diffiċli sabiex jiġu ġestiti, speċjalment mill-banek iżgħar; iqis li l-prinċipju tal-proporzjonalità jista' jiġi kkunsidrat b'mod aħjar f'ċerti arranġamenti ta' superviżjoni mill-BĊE meta huwa jwettaq l-attivitajiet superviżorji tiegħu; jissottolinja, għalhekk, il-ħtieġa urġenti ta' sforzi akbar għal aktar proporzjonalità fis-superviżjoni bankarja għall-istituzzjonijiet żgħar, b'riskju baxx; jenfasizza li titjib fil-proporzjonalità bl-ebda mod ma timplika tnaqqis fl-istandards superviżorji, iżda sempliċement timplika ffiċilitar tal-piż amministrattiv, pereżempju, f'termini ta' rekwiżiti ta' konformità u rappurtar; jilqa', għalhekk, it-tweġiba tal-Kummissjoni għar-Rapport Annwali tal-Unjoni Bankarja 2016, li tikkondividi l-opinjoni tal-Parlament li r-rekwiżiti ta' rappurtar jenħtieġ li jiġu ssimplifikati, kif ukoll l-isforzi tal-Kummissjoni biex tintroduċi aktar proporzjonalità fis-superviżjoni;

20.

Ifakkar li l-għażliet u s-setgħat diskrezzjonali previsti fid-dritt tal-Unjoni għas-sorveljanza tal-banek jenħtieġ li jkunu armonizzati kemm jista' jkun possibbli; iqis li ħafna drabi dawn iridu jkunu kemm jista' jkun tranżitorji, u jridu jiġu rtirati meta ma jibqgħux aktar meħtieġa, sabiex jiġu evitati kumplikazzjonijiet żejda fil-ħidma ta' kuljum tas-superviżuri Ewropej u dawk nazzjonali;

21.

Jenfasizza li l-qafas regolatorju jenħtieġ li jakkomoda l-prinċipji operazzjonali partikolari u jirrispetta l-missjoni speċifika tal-banek kooperattivi u reċiproċi, u li l-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jikkunsidrawhom u jirriflettuhom fil-prattiki u l-approċċi tagħhom;

22.

Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Mejju 2017 (8) dwar FinTech; iqis li l-FinTechs, li jwettqu l-istess tip ta' attivitajiet bħall-atturi l-oħra tas-sistema finanzjarja, għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħhom; jitlob, f'dan ir-rigward, li jittieħed approċċ fir-rigward tal-FinTechs li jsib bilanċ tajjeb bejn il-protezzjoni tal-konsumaturi, iż-żamma tal-istabbiltà finanzjarja u l-inkoraġġiment tal-innovazzjoni; jinnota, f'dan ir-rigward, il-ħidma tal-Kummissjoni, l-inklużjoni proposta ta' innovazzjoni teknoloġika fil-mandati tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (ASE), u l-konsultazzjoni pubblika kontinwa dwar l-abbozz ta' gwida tal-BĊE għall-valutazzjonijiet tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji bankarji ta' FinTech;

23.

Jirrikonoxxi li ż-żieda fid-diġitalizzazzjoni tal-aspetti kollha tas-servizzi bankarji wasslet biex il-banek saru konsiderevolment aktar vulnerabbli għar-riskji taċ-ċibersigurtà; jenfasizza li l-ġestjoni taċ-ċibersigurtà hija l-ewwel u qabel kollox ir-responsabbiltà tal-banek stess; jenfasizza li r-rwol kruċjali taċ-ċibersigurtà għas-servizzi bankarji u l-ħtieġa li jiġu inċentivati l-istituzzjonijet finanzjarji biex ikunu ambizzjużi ħafna fil-ħarsien tad-data tal-konsumatur u l-garanzija taċ-ċibersigurtà; jistieden lill-awtoritajiet superviżorji jissorveljaw mill-qrib u jivvalutaw ir-riskji taċ-ċibersigurtà, u jistieden ukoll lill-istituzzjonijiet finanzjarji madwar l-UE biex ikunu ambizzjużi ħafna fil-protezzjoni tad-data dwar il-konsumaturi u fil-garanzija taċ-ċibersigurtà; jilqa' l-inizjattiva tal-BĊE li tobbliga lill-banek taħt superviżjoni jirrapportaw ċiberattakki sinifikanti taħt servizz ta' twissija f'ħin reali, u jilqa' wkoll l-ispezzjonijiet fuq il-post tal-SMU biex tiġi ssorveljata ċ-ċibersigurtà; jistieden lill-MSU jżid l-isforzi tiegħu u formalment jagħmel iċ-ċibersigurtà waħda mill-prijoritajiet tiegħu ta' livell għoli;

24.

Jilqa' l-ħidma li saret mill-EBA, mill-ESMA u mill-MSU dwar il-promozzjoni ta' konverġenza superviżorja fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, bl-għan li jiġi limitat l-iżvilupp ta' riskji ta' arbitraġġ regolatorji u superviżorji; jemmen li, kwalunkwe mudell ta' kooperazzjoni superviżorja li għandu jiġi żviluppat bejn l-UE u r-Renju Unit jenħtieġ li jirrispetta l-istabbiltà finanzjarja tal-UE, u r-reġim u l-istandards regolatorji u superviżorji tagħha u l-applikazzjoni tagħhom; ifakkar l-importanza tat-tħejjija u tal-ippjanar adegwat tal-kontinġenza mill-banek sabiex jiġi mmitigat l-effett ta' tfixkil tal-Brexit; huwa mħasseb dwar il-fatt li xi banek, b'mod partikolari l-banek iżgħar, jaf għadhom lura fit-tħejjijiet tagħhom għall-Brexit, u jistedinhom biex jintensifikaw il-ħidma tagħhom; ifakkar li l-proċess għall-ksib tal-liċenzji bankarji u l-approvazzjoni tal-mudelli interni jdumu bosta snin u jenħtieġ li dan il-fatt jiġi kkunsidrat;

25.

Jieħu nota tal-proposti dwar ir-reviżjoni tas-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF), inkluża l-proposta “omnibus” li temenda l-governanza, il-finanzjament u s-setgħat tal-ESA;

26.

Huwa mħasseb dwar l-iżviluppi li juru tendenzi għall-gruppi bankarji li jużaw dejjem aktar strutturi kumplessi u entitajiet li fil-parti l-kbira tagħhom iwettqu l-istess attivitajiet bħall-banek iżda jevitaw is-superviżjoni bankarja; jinnota, f'dan ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni dwar id-ditti ta' investiment, li jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn id-ditti ta' investiment u l-istituzzjonijiet ta' kreditu, u għall-eliminazzjoni tad-diskrepanzi li jistgħu jippermettu l-użu ta' ditti ta' investiment kbar sabiex jiġu evitati r-rekwiżiti regolatorji bankarji;

27.

Jinsab imħasseb dwar it-tixrid tas-sistema bankarja “parallela” fl-UE; jieħu nota tal-Monitoraġġ Bankarju “parallel” tal-UE 2017 mill-BERS li jissottolinja diversi riskji u vulnerabbiltajiet li jeħtieġ li jiġu mmonitorjati fis-sistema bankarja “parallela” tal-UE; jitlob, għalhekk, biex azzjoni kkoordinata tindirizza dawn ir-riskji sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u stabbiltà finanzjarja; jirrikonoxxi, madankollu, li mill-kriżi finanzjarja, ġew introdotti politiki sabiex tiġi indirizzata l-instabbiltà finanzjarja li tirriżulta mis-sistema bankarja “parallela”; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet biex ikomplu jissorveljaw u jindirizzaw b'mod viġilanti r-riskji ta' stabbiltà finanzjarja emerġenti, u biex kull azzjoni dwar ir-regolamentazzjoni tas-settur bankarju tkun akkumpanjata minn regolamentazzjoni xierqa tas-settur bankarju “parallel”; jiddispjaċih li l-Kummissjoni naqset milli tindirizza din il-kwistjoni fit-tweġibiet tagħha għar-rapport tas-sena li għaddiet (9);

28.

Iqis li, għalkemm huwa mixtieq titjib, l-aktar f'termini ta' komunikazzjoni u ta' trasparenza, l-Unjoni Bankarja tibqa' bidla pożittiva u fundamentali għall-Istati Membri li għandhom l-euro; ifakkar li l-Unjoni Bankarja hija miftuħa għall-Istati Membri kollha; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha li għadhom ma adottawx l-euro biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jissieħbu mal-Unjoni Bankarja, sabiex b'mod progressiv jallinjaw l-Unjoni Bankarja mas-suq intern kollu;

29.

Jilqa' l-progress li sar mid-Deċiżjoni tal-BĊE ta' Ġunju 2017, billi din ippermettiet ċerta delegazzjoni fil-qasam tad-deċiżjonijiet ta' kompetenza u idoneità; itenni li hemm bżonn ta' bidla fir-regolamenti biex tiġi permessa aktar delegazzjoni u delegazzjoni aktar faċli tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar ċerti kwistjonijiet ta' rutina, mingħand il-Bord Superviżorju għal għand l-uffiċjali rilevanti; itenni l-opinjoni favorevoli tiegħu li tali bidla tikkontribwixxi sabiex is-superviżjoni bankarja tal-BĊE issir aktar effiċjenti u effettiva; jistieden lill-BĊE jispeċifika l-kompiti għad-delegazzjoni tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

Riżoluzzjoni

30.

Jilqa' l-ewwel applikazzjoni tar-reġim ta' riżoluzzjoni l-ġdid; jieħu nota tal-għadd kbir ta' applikazzjonijiet legali ppreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali tal-UE b'rabta ma' dan il-każ; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta kif u jekk dan jistax jipperikola l-effettività tar-reġim ta' riżoluzzjoni il-ġdid, u jekk irendix il-qafas ta' riżoluzzjoni fis-seħħ inapplikabbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-SRB jippubblikaw b'mod konġunt sommarju tal-kwistjonijiet l-aktar ikkritikati mill-applikazzjonijiet legali; iqis li l-każijiet bankarji tal-2017 iqajmu mistoqsijiet f'termini ta' trasparenza u komunikazzjoni, u jitlob li jkun hemm aktar trasparenza f'deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni futuri, inkluż l-aċċess għall-Parlament Ewropew, skont kundizzjonijiet ċari u xierqa, għal dokumenti ewlenin li jinfurmaw dwar id-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni, bħal rapporti tal-valutazzjoni minn valutaturi indipendenti, sabiex jinftiehem aħjar ir-reġim ta' riżoluzzjoni ex-ante; jistieden lill-koleġiżlaturi jqisu l-każijiet bankarji tal-2017 bħala lezzjonijiet meħuda fil-kodeċiżjoni dwar il-proposti tal-Kummissjoni fir-rigward tat-TLAC/MREL u l-għodda moratorja;

31.

Jinsab imħasseb dwar id-diskrepanza bejn ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata mal-kapaċità ta' skemi ta' garanzija tad-depożiti (SGD) li jipparteċipaw f'riżoluzzjoni kif previst fil-BRRD u fid-DGSD, kif imsemmi fir-rapport preċedenti (10); jistieden lill-Kummissjoni terġa' tikkunsidra l-interpretazzjoni tagħha tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat billi tirreferi għall-Artikoli 11(3) u 11(6) tad-DGSD sabiex jiġi ggarantit li l-miżuri preventivi u alternattivi previsti mil-leġiżlatur Ewropew ikunu jistgħu jiġu effettivament implimentati; iqis li fil-każijiet bankarji tal-2017 ġie kkonfermat, kif previst fil-BRRD, li l-Istati Membri jistgħu jipproċedu bil-proċedimenti normali ta' insolvenza, li jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jiġu akkumpanjati minn “għajnuna għal-likwidazzjoni”; jemmen li kawża tal-opportunitajiet ta' arbitraġġ żvelati mill-każijiet riċenti ta' riżoluzzjoni hija d-diskrepanza bejn ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li japplikaw skont ir-reġim ta' riżoluzzjoni u d-dritt nazzjonali dwar l-insolvenza rispettivament; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni twettaq rieżami tal-oqsfa għall-insolvenza tal-banek fl-Unjoni, inkluż il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013, sabiex jinsiltu lezzjonijiet mill-każijiet bankarji tal-2017;

32.

Ifakkar li l-BRRD ġiet imfassla biex tiġi żgurata l-kontinwità ta' funzjonijiet kritiċi, jiġu evitati l-effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja, jiġu protetti fondi pubbliċi billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq l-għajnuna finanzjarja straordinarja għal istituzzjonijiet li qed ifallu, u sabiex jiġu protetti d-depożituri koperti, l-investituri, il-fondi tal-klijent u l-assi tal-klijent; ifakkar li l-miżuri ta' appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarji jistgħu jintużaw biss biex jirrimedjaw “tfixkil serju fl-ekonomija” u biex “jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja”, u li huma “ma għandhomx jintużaw biex jibbilanċjaw telf li l-istituzzjoni ġarrbet jew li probabbilment se ġġarrab fil-futur qarib”; iqis li appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju għandu jkun akkumpanjat ukoll, fejn xieraq, minn azzjonijiet ta' rimedju; jistieden lill-Kummissjoni twettaq malajr kemm jista' jkun possibli r-rieżami msemmi fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 32(4) tal-BRRD, li ilhu mistenni mill-2015; jinnota li r-rikapitalizzazzjoni prekawzjonarja hija strument għall-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni terġa' teżamina fuq bażi annwali jekk ir-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE dwar il-possibbiltà ta' għajununa mill-Istat fis-settur finanzjarju baqgħux jiġu ssodisfati;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk is-settur bankarju bbenefikax sa mill-bidu tal-kriżi minn sussidji impliċiti u għajnuna mill-Istat permezz tal-forniment ta' appoġġ ta' likwidità mhux konvenzjonali;

35.

Jilqa' l-prijoritizzazzjoni iddikjarata tal-SRB li tittejjeb il-riżolvibbiltà tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, kif ukoll il-progress li sar fl-istabbiliment ta' miri vinkolanti fir-rigward tal-iżvilupp ta' rekwiżit minimu individwali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL) fil-livell konsolidat; jenfasizza l-importanza tal-pjanijiet operazzjonali u kredibbli ta' riżoluzzjoni, u f'dak il-kuntest jirrikonoxxi l-problemi li l-istrateġiji ta' punt ta' dħul uniku jistgħu jimplikaw għall-istabbiltà finanzjarja tal-pajjiżi ospitanti jekk ma jitfasslux kif xieraq; jissottolinja l-ħtieġa għal reġim effettiv li jindirizza l-ksur ta' dan ir-rekwiżit u li l-MREL jenħtieġ li jqis il-mudelli ta' negozju tal-istituzzjonijiet għall-fini li jiżgura r-riżolvibbiltà ta' dawn l-istituzzjonijiet; jistieden lill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni jipprovdi lista komprensiva ta' ostakoli għar-riżolvibbiltà li jinstabu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew Ewropea; jenfasizza li r-reviżjoni tal-BRRD ma għandha taħt l-ebda ċirkostanza taqa' lura mill-istandards miftiehma fuq livell internazzjonali;

36.

Jilqa' l-ftehim li ntlaħaq dwar l-armonizzazzjoni addizzjonali fil-klassifikazzjoni ta' prijorità ta' strumenti ta' dejn mhux garantiti permezz tad-Direttiva (UE) 2017/2399; jitlob implimentazzjoni rapida mill-Istati Membri sabiex il-banek ikunu jistgħu joħorġu dejn fil-klassi l-ġdida ta' insolvenza u b'hekk jibnu l-buffers meħtieġa; itenni l-pożizzjoni tiegħu, kif espressa fir-rapport preċedenti (11), li strumenti ta' rikapitalizzazzjoni interna jenħtieġ li jinbiegħu lil investituri adegwati li jistgħu jassorbu telf potenzjali mingħajr ma jipperikolaw il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom stess; jirrakkomanda, għalhekk, li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jeħtieġ li jissorveljaw il-punt sa fejn l-istrumenti suxxettibbli għal rikapitalizzazzjoni interna jinżammu minn investituri mhux professjonali, u li l-EBA jeħtieġ li tipproċedi għal divulgazzjoni annwali ta' dawn l-ammonti kif ukoll, fejn xieraq, toħroġ twissijiet u rakkomandazzjonijiet għal azzjoni rimedjali;

37.

Jinnota l-proposti leġiżlattivi li għaddejjin dwar l-implimentazzjoni ta' kapaċità totali ta' assorbiment tat-telf (TLAC) fid-dritt tal-Unjoni, li għandhom l-għan li jnaqqsu r-riskji fis-settur bankarju Ewropew;

38.

Ifakkar li s-sustanza tal-Ftehim Intergovernattiv fir-rigward tal-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRF) hija li fl-aħħar mill-aħħar ikun inkorporat fil-qafas ġuridiku tal-Unjoni; ifakkar li l-garanzija ta' kontinġenza fiskali hija essenzjali sabiex jiġu żgurati qafas ta' riżoluzzjoni kredibbli u effiċjenti, u l-kapaċità li jiġu ġestiti kriżijiet sistemiċi fl-Unjoni Bankarja, kif ukoll biex jiġi evitat ir-rikors għal rikapitalizzazzjonijiet tal-banek iffinanzjati minn fondi pubbliċi; jinnota l-proposta tal-Kummissjoni biex il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà jinbidel f'Fond Monetarju Ewropew, li jkollu l-funzjoni ta' garanzija ta' kontinġenza fiskali għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni;

39.

Jilqa' l-ħidma li saret mill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni fil-bini tal-kapaċità tiegħu għal riżoluzzjoni bankarja fil-livell tal-Unjoni; jinnota, madankollu, li l-ippjanar tar-riżoluzzjoni bħalissa għadu pjuttost fl-istadju ta' xogħol fl-idejn; jinnota wkoll li l-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għandu nuqqas sinifikanti tal-persunal; jistieden lill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni biex jintensifika l-isforzi tiegħu ta' reklutaġġ, u jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali biex jagħmlu lill-esperti nazzjonali faċilment disponibbli għall-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni; ifakkar, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa fi ħdan il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, għal bilanċ xieraq bejn il-persunal mil-livell ċentrali u l-persunal mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, kif ukoll il-ħtieġa għal diviżjoni ċara tal-ħidma bejn il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni; jilqa', f'dan ir-rigward, il-passi li ttieħdu mill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni fl-allokazzjoni ta' rwoli u kompiti fi ħdan il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni; jirrimarka li minbarra l-banek taħt superviżjoni diretta mill-BĊE, il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni wkoll għandu responsabbiltà diretta għall-istituzzjonijiet transfruntiera sinifikanti; jistieden lill-Istati Membri, lil-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u lill-BĊE biex jaġixxu b'tali mod li jillimitaw kemm jista' jkun possibbli l-piż addizzjonali u l-kumplessità għall-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni li jirriżultaw minn din id-differenza fil-kamp ta' applikazzjoni;

40.

Jitlob li l-kontribuzzjonijiet ex-ante għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni jiġu kkalkulati b'mod trasparenti, permezz tal-għoti ta' informazzjoni dwar il-metodoloġija tal-kalkolu, flimkien mal-isforzi sabiex tiġi armonizzata l-informazzjoni dwar l-eżiti tal-kalkolu;

41.

Huwa mħasseb dwar l-influwenza li d-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni jista' jkollhom fuq l-istruttura tas-sistema bankarja; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib din il-kwistjoni, issegwi d-deċiżjonijiet li jittieħdu u tinforma lill-Parlament Ewropew dwar is-sejbiet tagħha fuq bażi regolari;

L-assigurazzjoni tad-depożiti

42.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-EBA li tippubblika fuq bażi annwali, id-data li tirċievi skont l-Artikolu 10(10) tad-DGSD; jissuġġerixxi li l-preżentazzjoni tad-data tittejjeb sabiex ikun jista' jsir paragun dirett tal-adegwatezza tal-finanzjament fl-iskemi kollha ta' garanzija tad-depożiti (SGD); jinnota, madankollu, il-ħtieġa li bosta SGD jaċċelleraw l-akkumular ta' mezzi finanzjarji disponibbli sabiex jintlaħqu l-miri ġodda tagħhom sat-3 ta' Lulju 2024;

43.

Jistieden lill-EBA tespandi l-analiżi tagħha għal, fost aspetti oħra, l-arranġamenti ta' finanzjament alternattiv stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10(9) tad-DGSD, u tippubblika din l-analiżi flimkien mal-informazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 10(10) tad-DGSD;

44.

Jiġbed l-attenzjoni għall-għadd kbir ta' għażliet u diskrezzjonijiet skont id-DGSD; huwa tal-fehma li hija meħtieġa armonizzazzjoni ulterjuri tar-regoli li japplikaw għall-iskemi ta' garanzija ta' depożiti sabiex ikun hemm kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni Bankarja;

45.

Ifakkar li l-protezzjoni tad-depożiti hija ta' tħassib komuni għaċ-ċittadini kollha tal-UE, u li l-Unjoni Bankarja tibqa' mhux kompluta mingħajr it-tielet pilastru tagħha; qiegħed attwalment jiddibatti l-proposta dwar Skema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS) fil-livell ta' Kumitat; jinnota, f'dan ir-rigward, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ottubru 2017;

46.

Jirrimarka li għad hemm diskussjonijiet għaddejjin dwar il-bażi ġuridika xierqa għall-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti;

o

o o

47.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-EBA, lill-BĊE, lill-SRB, lill-parlamenti nazzjonali u lill-awtoritajiet kompetenti kif definit fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0041.

(2)  ĠU C 34, 31.1.2018, p. 5.

(3)  ĠU C 34, 31.1.2018, p. 17.

(4)  ĠU C 11, 12.1.2018, p. 24.

(5)  ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1.

(6)  Bank Ċentrali Ewropew, Rapport dwar strutturi finanzjarji, Ottubru 2017, pp. 23-24.

(7)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja, 11 ta' Ottubru 2017,(COM(2017)0592), p. 17.

(8)  Testi adottati, P8_TA(2017)0211.

(9)  Parlament Ewropew, Riżoluzzjoni tal-15 ta' Frar 2017 dwar “L-Unjoni Bankarja – Rapport Annwali 2016”, paragrafu 9.

(10)  Parlament Ewropew, riżoluzzjoni tal-15 ta' Frar 2017 dwar “L-Unjoni Bankarja – Rapport Annwali 2016”, paragrafu 38.

(11)  Parlament Ewropew, Riżoluzzjoni tal-15 ta' Frar 2017 dwar “L-Unjoni Bankarja – Rapport Annwali 2016”, paragrafu 48.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

Il-Ħamis 1 ta’ Marzu 2018

5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/49


P8_TA(2018)0059

Il-qtugħ tas-sorsi ta' dħul għall-ġiħadisti – nindirizzaw il-finanzjament tat-terroriżmu

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar il-qtugħ tas-sorsi ta' dħul għall-ġiħadisti – nindirizzaw il-finanzjament tat-terroriżmu (2017/2203(INI))

(2019/C 129/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin tal-Finanzjament tat-Terroriżmu tal-1999,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sitwazzjoni fit-Tramuntana tal-Iraq/Mosul (1) u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' April 2015 dwar il-qerda ta' siti kulturali mwettqa mill-ISIS/Da'esh (2),

wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali tal-UE għall-Politika Estera u ta' Sigurtà,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2465/96 (3),

wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali kontra t-Terroriżmu tan-Nazzjonijiet Uniti u r-riżoluzzjonijiet 1267 (1999), 1373 (2001), 1989 (2011), 2133 (2014), 2199 (2015), 2253 (2015) u 2368 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU,

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (4),

wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu u li temenda d-Direttiva 2009/101/KE (COM(2016)0450),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Manama dwar il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, tat-9 ta' Novembru 2014,

wara li kkunsidra d-dokument tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) dwar l-Aħjar Prattiki dwar Sanzjonijiet Finanzjarji Mmirati relatati mat-Terroriżmu u l-Finanzjament tat-Terroriżmu,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-24 ta' Ottubru 2014 tal-FATF dwar il-ġlieda kontra l-finanzjament tal-Organizzazzjoni Terroristika Stat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (ISIL) u tar-rapport tat-Task force, ta' Frar 2015 dwar il-Finanzjament tal-ISIL,

wara li kkunsidra l-ħdax-il Rapport ta' Progress tal-Unjoni tas-Sigurtà, ippubblikat mill-Kummissjoni fit-18 ta' Ottubru 2017,

wara li kkunsidra l-Addendum tal-Memorandum tal-Alġier dwar Prattiki Tajbin fil-Prevenzjoni u ċ-Ċaħda tal-Benefiċċji tal-Ħtif tal-Persuni għal Riskatt mit-Terroristi, tal-Forum Globali Kontra t-Terroriżmu (GCTF), ta' Settembru 2015,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Taormina tal-G7 tas-26 ta' Mejju 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti,

wara li kkunsidra l-Kumitat Speċjali dwar it-Terroriżmu, li għadu kemm ġie stabbilit,

wara li kkunsidra l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/827 tat-28 ta' Mejju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (5),

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni ta' Frar 2016 għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Europol dwar is-Sitwazzjoni u t-Tendenzi tat-Terroriżmu fl-UE fl-2017 (TE-SAT),

wara li kkunsidra rapport tas-26 ta' Ġunju 2017 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li jaffettwaw is-suq intern u li huma relatati ma' attivitajiet transfruntiera (COM(2017)0340),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (6),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (7),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2017 dwar l-importazzjoni ta' beni kulturali (COM(2017)0375),

wara li kkunsidra d-disa' Rapport ta' Progress tal-Unjoni tas-Sigurtà, ippubblikat mill-Kummissjoni fis-27 ta' Lulju 2017,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tat-18 ta' Ottubru 2017 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Il-ħdax-il rapport dwar il-progress lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina” (COM(2017)0608),

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0035/2018),

A.

billi wieħed mill-elementi ewlenin fil-ġlieda kontra t-terroriżmu huwa l-qtugħ tas-sorsi ta' finanzjament tiegħu, fosthom permezz taċ-ċirkwiti moħbija ta' frodi u evażjoni tat-taxxa, il-ħasil tal-flus u r-rifuġji fiskali;

B.

billi xi finanzjament jista' jiġi minn pajjiżi Ewropej biex jintuża xi mkien ieħor mill-organizzazzjonijiet terroristiċi, filwaqt li finanzjament ieħor jiġi minn barra l-Ewropa, sabiex jiffinanzja r-radikalizzazzjoni u l-atti terroristiċi veri u proprji; billi d-dimensjonijiet esterna u interna tal-ġlieda kontra t-terroriżmu huma interrelatati, billi l-qtugħ tas-sorsi ta' finanzjament tat-terroriżmu għandu jkun parti minn strateġija usa' tal-UE li tintegra d-dimensjonijiet esterna kif ukoll interna tas-sigurtà;

C.

billi n-netwerks moderni ta' komunikazzjoni, u l-finanzjament kollettiv (crowdfunding) b'mod partikolari, urew li huma mezz irħis u effiċjenti biex jiġu ġġenerati fondi għall-finanzjament ta' attivitajiet terroristiċi jew il-ġestjoni tan-netwerk ġiħadista; billi l-gruppi terroristiċi kienu kaġaċi jiġbru fondi addizzjonali għall-attivitajiet tagħhom permezz tal-“phishing”, is-serq tal-identità u x-xiri ta' dettalji tal-karti tal-kreditu misruqa minn forua online;

D.

billi dan il-finanzjament jista' jintuża bi tliet modi: għal attakki terroristiċi li jeħtieġu finanzjament fuq skala kbira; għal attakki oħra li, minkejja li l-effetti tagħhom ikunu daqstant brutali, jirrikjedu ammonti iżgħar ta' flus; u għall-finanzjament ta' propaganda li tista' tnebbaħ attakki minn “lupu solitarju” li jistgħu jsiru anke b'ammont ċkejkejn ta' flus u bi ftit ppjanar minn qabel; billi r-rispons jeħtieġ li jkun effettiv fl-indirizzar ta' kull sitwazzjoni;

E.

billi finanzjament minn għejun legali jista' jiġi mgħoddi minn min jirċevih lil partijiet terzi, individwi, gruppi, kumpaniji jew entitajiet b'rabtiet ma' attivitajiet terroristiċi;

F.

billi minħabba li t-terroriżmu hu reat globali, ir-rispons effettiv għalih irid ukoll ikun globali u olistiku, b'koordinament bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-aġenziji inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-liġi u l-organi ġudizzjarji, waqt li l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti dwar persuni fiżiċi u ġuridiċi u dwar attività suspetta huwa assolutament essenzjali, meta niftakru li l-protezzjoni tad-data personali u r-rispett għall-privatezza huma drittijiet fundamentali importanti;

G.

billi, bħala riżultat ta' leaks ta' data f'dawn l-aħħar snin, żiedet b'mod konsiderevoli s-sensibilizzazzjoni dwar ir-rabtiet bejn il-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa minn naħa waħda u l-kriminalità organizzata u l-finanzjament tat-terroriżmu min-naħa l-oħra, u billi dawn il-kwistjonijiet saru punt fokali ewlieni ta' tħassib politiku internazzjonali; billi, kif rikonoxxut mill-Kummissjoni, rapporti reċenti fil-midja wrew li teżisti rabta bejn il-frodi fuq skala kbira tal-VAT u tas-sisa u l-kriminalità organizzata, inkluż it-terroriżmu (8);

H.

billi l-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Membri kważi kollha kkriminalizzaw l-finanzjament tat-terroriżmu bħala reat għalih waħdu;

I.

billi d-data finanzjarja hija għodda importanti għall-ġbir tal-intelligence sabiex jiġu analizzati n-netwerks terroristiċi u l-aħjar modi biex jiġu sfrattati l-attivitajiet tagħhom; billi teżisti ħtieġa li għadha għaddejja ta' infurzar adegwat tal-leġiżlazzjoni għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; billi huma meħtieġa strateġiji komprensivi u preventivi msejsa fuq l-iskambju ta' informazzjoni bażika u kooperazzjoni mtejba bejn l-unitajiet tal-intelligence finanzjarja, l-aġenziji tal-intelligence u l-aġenziji inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-liġi involuti fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu; billi din l-informazzjoni għandha tkopri x-xejriet li qed jevolvu fil-qasam tal-finanzi internazzjonali bħalma huma Bitmap, il-kodifikazzjoni SWIFT, il-kriptovaluti u l-mekkaniżmi regolatorji korrispondenti; billi l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu fil-livell dinji trid tinvolvi standards dinjija ta' trasparenza rigward is-sidien benefiċjarji aħħarin tal-entitajiet korporattivi, trusts u arranġamenti simili, sabiex jinxteħet dawl fuq l-opaċità finanzjarja, li tiffaċilita l-ħasil ta' rikavat minn attivitajiet kriminali u l-finanzjament ta' organizzazzjonijiet u atturi terroristiċi;

J.

billi teżisti ħtieġa ta' pjattaforma Ewropea formalizzata fi ħdan l-istrutturi eżistenti – li s'issa eżistiet biss fuq bażi informali – għaċ-ċentralizzazzjoni tal-ġbir tal-informazzjoni, li bħalissa hija mifruxa fuq 28 Stat Membru, u li permezz tagħha l-Istati Membri jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar il-livelli tagħhom ta' impenn u ta' progress fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu; billi dan l-iskambju ta' informazzjoni għandu jkun proattiv;

K.

billi għadd ta' organizzazzjonijiet internazzjonali mingħajr skop ta' lukru, organizzazzjonijiet karitattivi, fondazzjonijiet, netwerks u donaturi privati, li għandhom jew li jaffermaw li għandhom għanijiet soċjali jew kulturali, poġġew is-sisien għall-kapaċitajiet finanzjarji tal-ISIS/Da'esh, Al-Qaeda u organizzazzjonijiet ġiħadisti oħrajn, u jaġixxi bħala paraventu għal prattiki abbużivi; billi għaldaqstat, is-sorveljanza u l-ġbir ta' intelligence dwar dawn l-organizzazzjonijiet, il-finanzjaturi tagħhom, l-attivitajiet tagħhom u r-rabtiet tagħhom ma' atturi fl-UE, li sikwit huma estensivi, huma essenzjali; billi l-appoġġ tagħhom għall-espansjoni tar-radikaliżmu ġiħadista fl-Afrika, fil-Lvant Nofsani, fl-Asja u fl-Ewropa għandu jitwaqqaf; billi din l-espansjoni fil-fruntieri tal-UE u fil-pajjiżi ġirien u sħab tagħna hija partikolarment allarmanti; billi l-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet tal-FATF f'dawn l-oqsma min-naħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (GCC) u tal-Istati Membri tiegħu hija ta' importanza kruċjali għall-ġlieda kontra t-terroriżmu dinji;

L.

billi n-netwerk dinji tal-ġbir ta' fondi ta' Al-Qaeda huwa mibni fuq donazzjonijiet lil organizzazzjonijiet karitattivi u NGOs, li jikkomunikaw mad-donaturi permezz tal-midja soċjali u fora online; billi l-kontijiet intużaw ukoll biex jintalbu donazzjonijiet mingħand is-sostenituri tal-kawża tal-ġiħad; billi f'dawn l-aħħar snin ġew żviluppati diversi applikazzjonijiet tal-ismartphones minn organizzazzjonijiet terroristiċi biex jimmassimizzaw l-ilħuq u jinkoraġġixxu donazzjonijiet mingħand is-sostenituri, li ħafna minnhom jinsabu fil-pajjiżi tal-Golf;

M.

billi l-mikrostati u l-istati bi preċedenti medjokri fir-rigward tal-istat tad-dritt huma partikolarment vulnerabbli u f'riskju li jsiru punti ċentrali għall-finanzjament tat-terroriżmu;

N.

billi l-intelligence tissuġġerixxi li istituzzjonijiet u individwi fil-Golf qed jipprovdu appoġġ finanzjarju u loġistiku lill-ISIS/Da'esh, lil Al-Qaeda u lil gruppi radikali oħra; billi mingħajr dan il-finanzjament ħafna minn dawn il-gruppi terroristiċi ma jkunux awtosuffiċjenti;

O.

billi l-ISIS/Da'esh u Al-Qaeda saru finanzjarjament awtosuffiċjenti; billi l-ISIS/Da'esh u Al-Qaeda qed jippruvaw jgħaddu flushom lejn is-Sirja u l-Iraq permezz tal-esportazzjonijiet taż-żejt u l-investiment fin-negozji, fosthom permezz kurrieri tal-flus u professjonali, trasferimenti illegali tal-fondi u servizzi tal-flus u professjonali; billi l-ISIS/Da'esh u Al-Qaeda qed jaħslu r-rikavat mill-attivitajiet kriminali tagħhom billi jixtru kull xorta ta' impriżi u assi; billi l-ISIS/Da'esh u Al-Qaeda qegħdin ukoll jaħslu r-rikavat minn antikitajiet misruqa u kkuntrabandaw opri tal-arti u artefatti billi bigħuhom barra minn pajjiżhom, fosthom fi swieq fl-Istati Membri; billi l-kummerċ illeċitu f'beni, armi tan-nar, żejt, drogi, sigaretti u oġġetti kulturali, fost affarijiet oħra, kif ukoll it-traffikar tal-bnedmin, l-iskjavitù, l-isfruttament tat-tfal, ir-racketeering u l-estorsjoni, saru mezzi li jiffinanzjaw il-gruppi terroristiċi; billi r-rabtiet bejn il-kriminalità organizzata u l-gruppi terroristiċi, li kulma jmur qed ikomplu jiżdiedu, jikkostitwixxu theddida dejjem tikber għas-sigurtà tal-Unjoni; billi dawn is-sorsi jistgħu jippermettu lill-ISIS/Da'esh u lil Al-Qaeda jkomplu jiffinanzjaw atti kriminali fil-ġejjieni wara l-kollass territorjali tagħhom fis-Sirja u fl-Iraq;

P.

billi ġiet stabbilita projbizzjoni internazzjonali tar-riskatti, permezz ta' sensiela ta' impenji internazzjonali mirfuda b'riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u b'liġijiet nazzjonali; billi fil-prattika, il-projbizzjoni tan-NU jonqosha l-appoġġ ta' firmatarji ewlenin li jagħtu prijorità lill-preservazzjoni immedjata tal-ħajja aktar milli lill-impenji tagħhom kontra t-terroriżmu, u b'hekk involontarjament jiffinanzjaw lill-organizzazzjonijiet terroristiċi;

1.

Jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGĦ):

(a)

jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jikkunsidraw il-qtugħ tas-sorsi ta' finanzjament ta' netwerks terroristiċi bħala prijorità ewlenija, peress dan jikkostitwixxi għodda effettiva li tostakola l-effikaċja ta' dawn in-netwerks; hu tal-fehma li l-istrateġiji ta' prevenzjoni bbażati fuq il-kondiviżjoni tal-aħjar prattika u l-iskambju ta' informazzjoni suspetta u rilevanti fost l-aġenziji tal-intelligence huma fundamentali fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u, b'mod aktar ġenerali, l-attakki terroristiċi; jistieden lill-aġenziji tal-intelligence tal-Istati Membri, għaldaqstant, biex itejbu l-koordinament u l-kooperazzjoni permezz tat-twaqqif ta' pjattaforma stabbli Ewropea ta' intelligence finanzjarja għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, fil-qafas ta' strutturi eżistenti (eż. l-Europol) sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta' aġenzija oħra, b'enfasi profonda fuq l-iskambju proattiv ta' informazzjoni dwar l-appoġġ finanzjarju għal netwerks terroristiċi; iqis li dan it-tip ta' pjattaforma toħloq bażi ta' data komuni għad-data dwar persuni fiżiċi u ġuridiċi u dwar tranżazzjonijiet suspetti; jenfasizza li data b'valur għoli miġbura minn kwalunkwe aġenzija tas-sigurtà nazzjonali għandha tiġi trażmessa rapidament fil-waqt li fih tiġi rreġistrata fuq is-sistema ċentrali, li għandha tingħata l-permess li tinkludu informazzjoni dwar persuni li mhumiex ċittadini tal-UE, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-impatti possibbli fuq id-drittijiet fundamentali u b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u l-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop; jenfasizza li din il-lista jeħtieġ li tinkludi, fost l-oħrajn, direttorju ta' banek, istituzzjonijiet finanzjarji u entitajiet kummerċjali fl-Ewropa u barra minnha, kif ukoll pajjiżi terzi li għandhom nuqqasijiet fir-rigward tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu; jistieden lill-Kummissjoni tħejji tali direttorju malajr kemm jista' jkun, fuq il-bażi ta' kriterji u analiżi proprji skont id-Direttiva (UE) 2015/849; itenni li dawk li b'mod dirett jew indirett iwettqu, jorganizzaw jew jappoġġaw atti terroristiċi jeħtieġ li jinżammu responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom;

(b)

jistieden lill-pajjiżi Ewropej, kemm l-Istati Membri tal-UE kif ukoll il-pajjiżi terzi, jiffinanzjaw il-programmi ta' kondiviżjoni tal-prattiki tajba bejn is-servizzi tal-intelligence tagħhom, inkluż f'dawk li huma l-investigazzjoni u l-analiżi tat-terroristi u tal-metodi użati mill-organizzazzjonijiet terroristiċi fir-reklutaġġ u fit-trasferiment tal-finanzjament tat-terroriżmu; jirrakkomanda l-introduzzjoni ta' valutazzjonijiet tat-theddid pubbliku fuq bażi trimestrali li jgħaqqdu l-intelligence u l-informazzjoni li jiġbru l-Europol u ċ-Ċentru tal-Intelligence u tas-Sitwazzjonijiet tal-UE (INTCEN); jistieden lill-Istati Membri jiżguraw biżżejjed finanzjament u riżorsi umani għall-aġenziji tal-intelligence;

(c)

jissottolinja, bħalma tenniet it-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF), li żviluppat strateġija għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, kemm hu importanti li l-kondiviżjoni tal-informazzjoni titjieb u ssir b'aktar ħeffa, bejn l-unitajiet tal-intelligence finanzjarja, il-forzi tas-sigurtà u l-aġenziji inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-liġi u dawk tal-intelligence fi ħdan il-ġurisdizzjonijiet tagħhom stess, bejn id-diversi ġurisdizzjonijiet kif ukoll fis-settur privat, b'mod partikolari dak bankarju;

(d)

jilqa' pożittivament l-impenn tal-GCC mal-FATF; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jinkoraġġixxu b'mod attiv lis-sħab tal-UE, partikolarment il-GCC u l-Istati Membri tiegħu, jimplimentaw għalkollox ir-rakkomandazzjonijiet tal-FATF bil-għan li jkunu indirizzati n-nuqqasijiet fl-oqsma tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terrożimu kif ukoll joffru assistenza teknika biex isir progress f'dawn l-oqsma;

(e)

jistieden lill-VP/RGħ tappoġġa l-isforzi tal-FATF u tagħti prijorità lill-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, partikolarment billi tidentifika, f'kollaborazzjoni ma' Stati Membri tan-NU li għandhom nuqqasijiet fuq il-livell strateġiku fl-ambitu tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu;

(f)

jitlob li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Europol u s-sħab strateġiċi l-aktar importanti tal-UE li jiżvolġu rwol fundamentali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fil-livell dinji; jemmen li kooperazzjoni aktar mill-qrib tkun tippermetti aktar effikaċja fil-prevenzjoni, fl-identifikazzjoni u fir-risposti biex jingħelbu ċ-ċentri finanzjarji tat-terroriżmu; jistieden lill-Istati Membri jużaw aħjar in-netwerk informali ta' Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (FIU.net), abbażi tal-ħidma mwettqa mill-Europol, permezz tal-implimentazzjoni tal-ħames Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u bis-saħħa tal-adozzjoni ta' miżuri regolatorji biex ikunu indirizzati kwistjonijiet oħra li ġejjin mill-istatus u mill-kompetenzi diverġenti tal-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja, partikolarment biex ikunu faċilitati l-koordinament u l-iskambju ta' informazzjoni kemm bejniethom kif ukoll bejnhom u bejn l-awtoritajiet inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-liġi, bl-għan li din l-informazzjoni tkun kondiviża mal-Pjattaforma tal-Intelligence Antiterroristika Ewropea;

(g)

ifakkar li djalogu politiku msaħħaħ, aktar assistenza finanzjarja u sostenn lit-tisħiħ tal-kapaċitajiet kontra t-terroriżmu tas-sħab tal-UE li jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra t-terroriżmu għandhom importanza enormi;

(h)

jistieden lill-Istati Membri tal-UE jissorveljaw aħjar l-attivitajiet finanzjarji ta' organizzazzjonijiet suspetti involuti f'dan it-tip ta' attivitajiet, bħall-kummerċ illeċitu, il-kuntrabandu, il-falsifikazzjoni u l-prattiki frawdolenti, permezz tal-ħolqien ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunta mal-Europol u jiffaċilitaw l-aċċess lill-aġenziji inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-liġi għat-tranżazzjonijiet suspetti, filwaqt li fl-istess ħin iqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità u d-dritt għall-privatezza; jistieden lill-Istati Membri biex għal dan l-għan iżidu t-taħriġ u l-ispeċjalizzazzjoni tal-investigaturi; jistieden lill-Kummissjoni ssostni u tiffinanzja adegwatament l-iżvilupp ta' programmi ta' taħriġ għall-awtoritajiet inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-liġi u għall-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istati Membri;

(i)

jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jipprovdu rapport annwali dwar il-progress li jkun sar u dwar il-miżuri meħuda fil-qasam tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u, partikolarment, dwar l-isforzi li saru biex ikunu ostakolat il-finanzjament tal-ISIS/Da'esh u ta' Al-Qaeda; ifakkar li ċerti Stati Membri jinvestu aktar minn oħrajn fil-qasam tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u li, għalhekk, l-aħjar risposta tkun li tiżdied il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, partikolarment rigward l-effikaċja tal-miżuri diġà attwati;

(j)

jilqa' favorevolment il-proposta tal-Kummissjoni li toħloq reġistri tal-kontijiet bankarji u tiffaċilita l-aċċess għal dawn ir-reġistri lill-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn involuti fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; josserva li l-Kummissjoni dalwaqt se tipproponi inizjattiva biex twessa' l-aċċess tal-aġenziji inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-liġi għal dawn ir-reġistri; jissottolinja l-bżonn li jiġu rispettati r-regoli dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija u dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji, partikolarment fil-kuntest tal-proċedimenti kriminali; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Istati Membri li għadhom ma ttrasponewx id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew f'materji kriminali biex jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli;

(k)

jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri leġiżlattivi meħtieġa biex il-banek ikunu jistgħu jissorveljaw mill-qrib il-karti ta' debitu mħallsa minn qabel b'tali mod li jkun żgurat li l-flus li jitpoġġew fuqhom jitpoġġew biss permezz ta' trasferimenti bankarji u kontijiet identifikabbli; jisħaq fuq l-importanza ta' katina ta' attribuzzjoni li tippermetti lis-servizzi tal-intelligence jiddeterminaw jekk jeżistix riskju serju li tranżazzjoni tintuża għal atti terroristiċi jew reati gravi oħrajn; jistieden barra minn hekk lill-Istati Membri jieħdu l-provvedimenti neċessarji biex jiffaċilitaw bis-sħiħ il-ftuħ ta' kont bankarju min-naħa ta' dawk kollha li jkunu preżenti fit-territorju tagħhom;

(l)

jisħaq fuq il-bżonn li tieqaf kull forma ta' rifuġju fiskali li tiffaċilita l-ħasil tal-flus, l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa, li tista' tiżvolġi rwol fundamentali fil-finanzjament tan-netwerks terroristiċi; jistieden lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, jiġġieldu l-evażjoni tat-taxxa u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi u timplimenta miżuri għal sorveljanza stretta tal-flussi finanzjarji u tar-rifuġji fiskali;

(m)

jieħu nota tas-suċċess tal-kooperazzjoni mal-Istati Uniti u ma' sħab oħrajn u s-siwi tal-informazzjoni miksuba permezz tal-ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti għall-kondivizjoni tal-informazzjoni tat-“Terrorism Financing Tracking Program” (TFTP) tal-Istati Uniti; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi li tiġi stabbilita sistema Ewropea f'dan l-ambitu, li tikkomplementa l-qafas attwali u tindirizza l-lakuni attwali, speċjalment fir-rigward tas-SEPA, filwaqt li jitqies il-bilanċ bejn is-sigurtà u l-libertajiet individwali; ifakkar li l-istandards Ewropej tal-privatezza tad-data jkunu applikabbli għal din is-sistema intra-Ewropea;

(n)

jistieden lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri, b'kooperazzjoni mal-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, ifasslu lista tal-individwi u tal-entitajiet li joperaw f'reġimi ftit trasparenti u b'rati għoljin ta' tranżazzjonijiet finanzjarji suspetti, fejn ikun hemm provi li l-awtoritajiet kompetenti naqsu milli jintervjenu, partikolarment jekk huma affiljati mar-radikaliżmu ġiħadista; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jieħdu kont tal-involviment ta' pajjiż fil-finanzjament tat-terroriżmu fir-relazzjonijiet tagħhom mal-pajjiż ikkonċernat;

(o)

jistieden lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jsaħħaħ l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet selettivi u miżuri restrittivi oħra kontra l-individwi u l-entitajiet kollha li jqiegħdu għad-dispożizzjoni, bi kwalunkwe mod, riżorsi ekonomiċi għall-ISIS/Da'esh, Al-Qaeda u gruppi ġiħadisti oħra; jitlob l-iffriżar tal-fondi u tal-assi finanzjarji jew tar-riżorsi ekonomiċi l-oħra ta' dawn l-individwi, il-gruppi, l-impriżi u l-entitajiet (inklużi l-fondi derivati minn beni ta' proprjetà tagħhom jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minnhom jew mill-persuni li jaġixxu għalihom jew skont l-istruzzjonijiet tagħhom); jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien ta' kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU inkarigat li jissorvelja l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet; josserva li l-Istati Membri kollha huma obbligati, skont ir-riżoluzzjoni 2253(2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li jaġixxu malajr biex jimblukkaw fondi jew assi finanzjarji tal-ISIS/Da'esh, Al-Qaeda u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom; jistieden lill-VP/RGħ tappoġġa l-appell tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU lill-Istati Membri tan-NU biex jaġixxu b'mod vigoruż u deċiż biex jaqtgħu il-fluss ta' fondi u assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn lejn individwi u entitajiet preżenti fil-lista tas-sanzjonijiet kontra l-ISIS/Da'esh u Al-Qaeda;

(p)

jistieden lill-Istati Membri tal-UE jistabbilixxu sistema ta' monitoraġġ u awtorizzazzjoni biex jiżguraw li l-postijiet ta' qima u ta' edukazzjoni, l-istituzzjonijiet, iċ-ċentri, l-organizzazzjonijiet karitattivi, l-assoċjazzjonijiet kulturali u l-entitajiet simili, jindikaw fid-dettall, fejn ikun hemm is-suspett raġonevoli li għandhom rabtiet ma' gruppi terroristiċi, mingħand min jirċievu l-fondi u l-mod kif l-fondi li jirċievu jitqassmu, kemm fi ħdan l-UE kif ukoll barra minnha, kif ukoll iċ-ċentralizzazzjoni ta' bażi ta' data, stabbilita bil-garanziji kollha xierqa, tat-tranżazzjonijiet kollha mwettqa minn dawk li jibagħtu l-fondi; jitlob li jiġi implimentat sorveljanza obbligatorja minn qabel tal-oriġini tal-flus u tad-destinazzjoni tagħhom fil-każ tal-organizzazzjonijiet karitattivi, fejn ikun hemm motivi raġonevoli ta' suspett ta' rabtiet mat-terroriżmu, biex tiġi evitata d-distribuzzjoni b'mod doluż jew negliġenti b'finijiet terroristiċi; iħeġġeġ li dawn il-miżuri kollha jittieħdu fl-ambitu ta' programmi speċifiċi maħsuba biex jikkumbattu l-Iżlamofobija, bil-għan li tkun evitata żieda tar-reati ta' mibegħda kif ukoll attakki kontra Musulmani jew kwalunkwe attakk ieħor ta' natura razzista u ksenofoba għal raġunijiet reliġjużi jew etniċi;

(q)

jistieden lill-Istati Membri jiżguraw superviżjoni akbar u jirregolaw il-metodi tradizzjonali ta' trasferiment ta' flus (bħal pereżempju l-hawala jew il-fei ch'ien Ċiniż, fost oħrajn) jew sistemi informali ta' trasferiment ta' valuri, partikolarment permezz tal-proċedura li għaddejja bħalissa għall-adozzjoni ta' regolament dwar il-kontrolli fir-rigward tal-flus deħlin fl-Unjoni u ħerġin minnha (2016/0413(COD)), biex għall-aġenti li jwettqu tranżazzjonijiet isir obbligatorju jiddikjaraw lill-awtoritajiet kompetenti kull tranżazzjoni sinifikanti mwettqa bl-użu ta' dawn is-sistemi u jkun enfasizzat, hija u ssir komunikazzjoni mal-gruppi kkonċernati minn dawn il-miżuri, li l-għan mhuwiex li jitwaqqfu t-trasferimenti informali tradizzjonali ta' flus, iżda li jitwaqqaf it-traffikar li jinvolvi l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu jew il-profitti industrijali/kummerċjali li ġejjin mill-flus maħmuġin; jitlob, f'dan ir-rigward li:

(i)

kull intermedjarju u/jew persuna li jipparteċipaw f'din l-attività (kontrolluri jew sensara, medjaturi jew min jagħmel l-arranġamenti, koordinaturi, min jiġbor il-flus u min jgħaddihom) jeħtieġu li jirreġistraw mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

(ii)

kull tranżazzjoni tiġi dikjarata u dokumentata b'tali mod li jkun faċilitat it-trasferiment tal-informazzjoni, meta mitlub;

(iii)

jiġu stabbiliti u imposti penali dissważivi għall-intermedjarji u/jew persuni involuti f'attivitajiet mhux iddikjarati;

(r)

jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-leġiżlazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ aħjar tat-tranżazzjonijiet finanzjarji elettroniċi kollha u l-kumpaniji kollha li joħolqu munita elettronika, inklużi l-intermediarji, bil-għan li tkun evitata t-trasformazzjoni tal-fondi għall-utenti mhux kompletament identifikati, kif jista' jkun il-każ ta' utenti ta' netwerks pubbliċi jew browsers anonimi; jenfasizza, f'dan is-sens, li min isarraf flus kriptati fi flus reali jew viċe versa jeħtieġ ikun obbligat jagħmel dan permezz ta' kont bankarju identifikabbli; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni tal-implikazzjonijiet għall-finanzjament tat-terroriżmu tal-attivitajiet ta' logħob elettroniku (e-gaming), muniti virtwali, kriptovaluti, katini ta' blokok ta' tranżazzjonijiet (blockchain) u teknoloġiji FinTech; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tikkunsidra miżuri possibbli, anki leġiżlattivi, biex jinħoloq qafas regolatorju għal dawn l-attivitajiet, bil-għan li jiġu limitati l-istrumenti li jiffinanzjaw it-terroriżmu;

(s)

jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu s-sorveljanza tar-regolamentazzjoni u tal-kontroll fuq it-traffikar tad-deheb, tal-ħaġar prezzjuż u tal-metalli prezzjużi, sabiex dawn il-beni ma jintużawx biex jiffinanzjaw l-attivitajiet terroristiċi; jitlob li jinħolqu kriterji maqbula u segwiti mill-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprojbixxu u jissanzjonaw it-traffiku kummerċjali kollu (esportazzjonijiet u importazzjonijiet) ma' żoni kkontrollati minn ġiħadisti, bl-eċċezzjoni tal-beni għall-għajnuna umanitarja neċessarji għall-popolazzjoni sottomessa; jitlob il-prosekuzzjoni u s-sanzjonijiet minħabba negliġenza jew għemil doluż ta' dawk kollha (persuni fiżiċi jew ġuridiċi) li jipparteċipaw f'dan it-traffikar f'kull forma (xiri, bejgħ, distribuzzjoni jew intermedjazzjoni jew oħrajn); jinnota r-riskju speċifiku li t-terroriżmu jiġi ffinanzjat permezz ta' servizzi ta' trasferiment ta' valur jew ta' flus (MVTS); jistieden lill-Istati Membri jiddefinixxu sħubija u kooperazzjoni msaħħa fost l-aġenti tal-MTVS u l-aġenziji Ewropej inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-liġi u joħorġu linji gwida biex jidentifikaw u jindirizzaw kwalunkwe ostaklu speċifiku li jimpedixxi l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar it-trasferimenti ta' flus suspetti;

(t)

jilqa' pożittivament il-proposta għal regolament dwar l-importazzjoni ta' beni kulturali u jisħaq fuq l-importanza tagħha biex tkun indirizzata l-importazzjoni illegali ta' tali beni għall-finanzjament tat-terroriżmu; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi ċertifikat ta' traċċabilità għall-opri tal-arti u għall-antikitajiet li jidħlu fis-suq tal-UE, speċjalment l-oġġetti li joriġinaw minn territorji jew postijiet ikkontrollati minn kwalunkwe attur mhux statali armat kif ukoll minn organizzazzjonijiet, gruppi jew individwi preżenti fil-lista tal-UE tal-organizzazzjonijiet terroristiċi; jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-kooperazzjoni tagħha ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-NU, l-UNESCO, l-Interpol, l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana u l-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet, biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-traffikar ta' beni kulturali użat biex jiffinanzja t-terroriżmu; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw unitajiet tal-pulizija li jispeċjalizzaw fit-traffikar ta' beni kulturali u jiżguraw il-koordinament fost dawn l-unitajiet fl-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri jobbligaw lill-impriżi li jinnegozjaw l-opri tal-arti biex jiddikjaraw it-tranżazzjonijiet suspetti u jimponu fuq is-sidien tal-impriżi li jinnegozjaw l-opri tal-arti u l-antikitajiet involuti fit-traffikar ta' dan it-tip ta' beni sanzjonijiet effikaċi, proporzjonati u dissważivi, anki kriminali, jekk ikun il-każ, minħabba finanzjament tat-terroriżmu b'negliġenza; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ is-sostenn favur il-pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk ġirien, fl-isforzi tagħhom biex jiġġieldu kontra l-kriminalità u t-traffikar bħala għejun ta' finanzjament tat-terroriżmu;

(u)

jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri biex titjieb it-trasparenza tal-oriġini, tat-trasport u tas-senserija tal-materja prima bażika, partikolarment il-prodotti petrokimiċi, biex issaħħaħ it-traċċabilità u twaqqaf il-finanzjament mhux intenzjonat tal-organizzazzjonijiet terroristiċi;

(v)

jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-possibilità li tirriformula r-regolamenti u d-direttivi rilevanti bl-għan li l-entitajiet finanzjarji jkollhom jitolbu informazzjoni dwar ir-raġuni għalfejn isiru tranżazzjonijiet suspetti ta' ammonti żgħar u kbar ta' flus, biex jiġi kkontrollat il-ħlas ta' riskatt lill-organizzazzjonijiet terroristiċi; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri preventivi mmirati lejn l-operaturi ekonomiċi preżenti f'żoni f'riskju, biex jgħinuhom ikomplu l-attivitajiet tagħhom;

(w)

jistieden lill-SEAE jinnomina speċjalista tal-intelligence finanzjarja fil-missjoni PSDK il-ġdida fl-Iraq, biex jagħti appoġġ lill-gvern ta' dan il-pajjiż ħalli jimpedixxi li l-assi tal-ISIS/Da'esh u ta' Al-Qaeda jinħarġu mill-pajjiż, kif ukoll biex jassisti lill-awtoritajiet tal-Iraq fl-iżvilupp ta' programmi biex jiġi miġġieled il-ħasil tal-flus;

(x)

jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fl-ambitu tad-djalogi ma' pajjiżi terzi sħab dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, jikkonċentraw l-isforzi tagħhom fuq il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija u fuq l-iskambju ta' data u prattiki tajba, biex jissaħħu s-sinerġiji f'livell dinji fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu;

(y)

jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien ta' netwerk ta' esperti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fid-delegazzjonijiet tal-UE; jitlob li dan in-netwerk jissaħħaħ u jiġi estiż għal aktar reġjuni, b'mod partikolari l-Qarn tal-Afrika (u x-Xlokk tal-Asja); jisħaq fuq l-importanza li jiddaħħlu objettivi tal-ġlieda kontra t-terroriżmu fil-mandati tal-missjonijiet u tal-operazzjonijiet PSDK tal-UE, b'mod partikolari fil-Libja, fis-Saħel, fil-Qarn tal-Afrika u fil-Lvant Nofsani; iħeġġeġ lill-SEAE jinnomina espert tal-intelligence finanzjarja fil-missjonijiet PSDK fil-pajjiżi f'riskju li jsiru ċentri għat-terroristi (“terrorist hubs”) u fir-reġjun tas-Saħel, u biex jiżviluppa, b'mod effikaċi, kooperazzjoni mill-qrib mal-gvernijiet lokali;

(z)

jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi biex jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi sħab jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin tal-Finanzjament tat-Terroriżmu tal-1999, li tiddefinixxi għadd ta' prinċipji u standards għall-qerda tal-finanzjament tat-terroriżmu, u jimplimentawha b'mod effikaċi;

(aa)

jisħaq fuq il-fatt li huwa essenzjali li jiġu indirizzati u jitnaqqsu l-problemi soċjoekonomiċi, jitrawmu Stati sostenibbli u jkun garantit ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, bil-għan li tonqos l-art fertili biex jikbru l-ISIS/Da'esh, Al-Qaeda u gruppi ġiħadisti oħrajn, anki rigward il-kapaċitajiet tagħhom f'termini ta' awtonomija finanzjarja;

(ab)

iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lis-SEAE jsaħħu l-kooperazzjoni mal-pajjiżi li fihom jinżamm ir-rikavat mit-traffikar tad-droga, mit-traffikar tal-bnedmin u mit-traffikar ta' beni u mal-pajjiżi tal-oriġini tas-sigaretti tal-kuntrabandu, sabiex ikunu jistgħu jiġu ssekwestrati;

(ac)

iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lis-SEAE jmexxu 'l quddiem, fil-fora internazzjonali, inizjattivi biex tiżdied it-trasparenza tas-sjieda tal-impriżi, b'mod partikolari permezz tal-ħolqien ta' reġistri pubbliċi tal-persuni ġuridiċi, inklużi l-kumpaniji, it-trusts u l-fondazzjonijiet, u ta' reġistru ċentrali tal-kontijiet bankarji, tal-istrumenti finanzjarji, tal-proprjetà immobiljari, tal-kuntratti ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja u ta' assi rilevanti oħrajn li jistgħu jintużaw b'mod abbużiv għall-ħasil tal-flus u għall-finanzjament tat-terroriżmu;

(ad)

jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jistabbilixxu u jimplimentaw mekkaniżmu annwali ta' riferiment għar-rapportar lill-Parlament tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu;

(ae)

iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lis-SEAE jsostnu lis-sħab barranin tagħna fl-isforzi interni tagħhom biex jimblukkaw il-flussi finanzjarji tal-individwi lill-organizzazzjonijiet issuspettati li jagħtu għajnuna u riżorsi lit-terroristi;

(af)

iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw malajr il-proposti tal-Kummissjoni għar-riforma tal-VAT, ħalli l-organizzazzjonijiet kriminali ma jitħallewx jisfruttaw il-lakuni tas-sistema Ewropea tal-VAT biex jiffinanzjaw it-terroriżmu u attivitajiet kriminali oħrajn;

(ag)

jilqa' favorevolment il-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska;

(ah)

itenni li jrid jibqa' prijorità assoluta tal-aġenda tas-sigurtà u d-difiża l-fatt li naffrontaw u nirbħu lill-ISIS/Da'esh, lil Al Qaeda u lil gruppi ġiħadisti oħrajn, mil-lat finanzjarju, militari kif ukoll ideoloġiku; jistieden lis-SEAE tagħmel l-isforzi diplomatiċi kollha possibbli mal-Istati tar-reġjun biex tisħaq fuq dan l-interess komuni kemm għall-UE kif ukoll għall-atturi reġjonali;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin ul-Politika ta' Sigurtà, u lill-Istati Membri.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2016)0422.

(2)  ĠU C 346, 21.9.2016, p. 55..

(3)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.

(4)  ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73.

(5)  ĠU L 132, 29.5.2015, p. 1.

(6)  ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6.

(7)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89.

(8)  http://europa.eu/rapid/press-release_IP-17-3441_mt.htm;https://www.euractiv.com/section/economy-jobs/news/eu-targets-terror-financing-with-vat-fraud-crackdown/


5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/58


P8_TA(2018)0060

Rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar il-prijoritajiet tal-UE għat-62 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 lill-Kunsill dwar il-prijoritajiet tal-UE għat-62 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa (2017/2194(INI))

(2019/C 129/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-62 sessjoni tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet dwar l-Istatus tan-Nisa, bit-tema prijoritarja ta' “Challenges and opportunities in achieving gender equality and the empowerment of rural women and girls” (“Sfidi u opportunitajiet biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-bniet rurali”) u t-tema ta' reviżjoni tagħha “Participation in and access of women to the media, and information and communications technologies and their impact on and use as an instrument for the advancement and empowerment of women” (“Il-parteċipazzjoni u l-aċċess tan-nisa għall-mezzi ta' komunikazzjoni u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjonijiet, u l-impatt u l-użu tagħhom bħala għodda għall-avvanz u l-emanċipazzjoni tan-nisa”),

wara li kkunsidra r-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa, li saret f'Beijing f'Settembru 1995, id-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni għall-emanċipazzjoni tan-nisa approvati f'Beijing u d-dokumenti finali sussegwenti tas-Sessjonijiet Speċjali tan-NU f'Beijing + 5, + 10, + 15 u + 20 dwar azzjonijiet u inizjattivi ġodda għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing, adottati fid-9 ta' Ġunju 2000, fil-11 ta' Marzu 2005, fit-2 ta' Marzu 2010 u fid-9 ta' Marzu 2015, rispettivament,

wara li kkunsidra l-Artikolu 157(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar l-emanċipazzjoni tal-bniet permezz tal-edukazzjoni fl-UE (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2016 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa rifuġjati u li jfittxu l-asil fl-UE (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-saħħa mentali u r-riċerka klinika (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2017 dwar in-nisa u r-rwol tagħhom fiż-żoni rurali (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tan-NU bit-titolu “Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development” (“Nittrasformaw id-Dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli”), adottata waqt is-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-25 ta' Settembru 2015 fi New York,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (5),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 34 (2016) tal-Kumitat għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa dwar id-drittijiet tan-nisa rurali,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2017 (6) dwar l-adeżjoni tal-UE għall-imsemmija Konvenzjoni,

wara li kkunsidra l-ftehim ta' Pariġi tat-12 ta' Diċembru 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0022/2018),

A.

billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni, kif rikonoxxut fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

B.

billi l-ħames għan ta' żvilupp sostenibbli (SDG5) huwa li tinkiseb ugwaljanza bejn is-sessi u li jiġu emanċipati n-nisa u l-bniet kollha madwar id-dinja, u billi l-SDG5 għandu jiġi integrat għalkollox fi ħdan l-Aġenda 2030 sabiex isir progress fl-Għanijiet u l-Miri kollha ta' Żvilupp Sostenibbli; billi l-SDG jinkludu l-għan li “jiġu rduppjati l-produttività agrikola u d-dħul tal-produtturi ż-żgħar tal-ikel, b'mod partikolari n-nisa”;

C.

billi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom ikunu minn ta' quddiem nett fl-emanċipazzjoni tan-nisa u l-bniet, u għandhom id-dmir li jaħdmu biex tintlaħaq l-ugwaljanza sħiħa bejn is-sessi fi ħdan l-Unjoni, kif ukoll li jippromwovu dan il-għan fir-relazzjonijiet esterni kollha;

D.

billi ċ-ċirkostanzi soċjali u ekonomiċi u l-kundizzjonijiet tal-għajxien inbidlu b'mod sostanzjali f'dawn l-aħħar deċennji u hemm differenzi kbar mhux ħażin fihom bejn id-diversi pajjiżi;

E.

billi n-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-gvernijiet kontra l-inugwaljanza bejn is-sessi jqiegħed f'riskju l-kisbiet kemm attwali u kemm futuri li jsiru f'dan il-qasam; billi l-indirizzar tar-relazzjonijiet tal-poter bejn l-irġiel u n-nisa, l-isterjotipi u t-twemmin tradizzjonali huwa ta' importanza ewlenija biex jiġu żgurati l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-qerda tal-faqar;

F.

billi d-diskriminazzjoni li jġarrbu n-nisa taffettwa wkoll lin-nisa rurali; billi l-maġġoranza tan-nisa fid-dinja jgħixu f’żoni rurali u għalhekk huma aktar esposti għal diversi forom ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, il-klassi, l-etniċità, ir-razza, id-diżabilità u l-identità tal-ġeneru;

G.

billi l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol fiż-żoni rurali tinkludi firxa wiesgħa ta’ impjiegi li jmorru lil hinn mill-agrikoltura konvenzjonali;

H.

billi x-xogħol tan-nisa rurali spiss jitħallas inqas mix-xogħol tal-irġiel għall-istess ammont ta’ produzzjoni, spiss huwa formalment mhux rikonoxxut, l-istess bħax-xogħol tal-indokrar ta' familjari dipendenti li mhux imħallas, pereżempju, u mhuwiex rifless fl-għadd ta’ nisa li huma l-proprjetarji ta' azjenda agrikola; billi, madankollu, in-nisa huma atturi ewlenin biex jinkisbu l-bidliet ta’ trasformazzjoni ekonomika, ambjentali u soċjali li huma meħtieġa għall-iżvilupp sostenibbli;

I.

billi n-nisa rurali, li spiss huma l-provvedituri primarji tal-indukrar fil-familji u l-komunitajiet tagħhom, jiltaqgħu ma’ għadd kbir ta' diffikultajiet fl-aċċess għall-kura tat-tfal u għall-kura tal-anzjani għall-familji tagħhom, sitwazzjoni li twassal biex in-nisa jerfgħu piż sproporzjonat u tixxekkel l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; billi l-provvediment ta’ servizzi tal-kura ta’ kwalità huwa essenzjali għan-nisa u jippromwovi l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

J.

billi n-nisa rurali jiltaqgħu ma' għadd kbir ta' limitazzjonijiet biex ikollhom aċċess għal servizzi tas-saħħa pubbliċi adegwati minħabba mobilità limitata u nuqqas ta' aċċess għat-trasport jew nuqqas ta' mezzi ta' kuntatt mat-trasport (pereżempju, telefown ċellulari); billi hemm il-ħtieġa ta' servizzi tas-saħħa komprensivi li jindirizzaw il-benesseri fiżiku, mentali u emozzjonali tan-nisa rurali (pereżempju, biex jingħata rispons għall-vjolenza sessista); billi l-aċċess għad-drittijiet tas-saħħa sesswali u riproduttiva u l-edukazzjoni dwarhom huwa aktar limitat fiż-żoni rurali;

K.

billi l-permanenza tal-popolazzjonijiet fiż-żoni rurali, b'attenzjoni partikolari għaż-żoni li għandhom limitazzjonijiet naturali, hija essenzjali għas-soċjetà fil-kumplessità tagħha, peress li l-konservazzjoni tal-ambjent u tal-pajsaġġ jiddependu minn din il-permanenza;

L.

billi hemm rabta diretta bejn l-inugwaljanza bejn is-sessi u d-degradazzjoni ambjentali;

M.

billi t-tibdil fil-klima u l-konsegwenzi tiegħu impatt negattiv partikolari u sproporzjonat fuq in-nisa u l-bniet rurali; billi n-nisa rurali huma wkoll atturi b’saħħithom ta’ bidla lejn agrikoltura aktar sostenibbli u ekoloġikament soda u jistgħu jaqdu rwol importanti fil-ħolqien ta’ impjiegi ekoloġiċi; billi li jingħata aċċess ugwali lill-bdiewa nisa għall-art u riżorsi produttivi oħra huwa kruċjali biex jinkisbu l-ugwaljanza bejn is-sessi, is-sigurtà alimentari u politiki tal-klima effettivi;

N.

billi n-nisa żgħażagħ fiż-żoni rurali għadhom qed ibatu l-inugwaljanza u forom multipli ta’ diskriminazzjoni; billi hemm bżonn ta’ miżuri biex tiġi promossa l-ugwaljanza effettiva bejn l-irġiel u n-nisa sabiex ikun hemm aktar opportunitajiet tax-xogħol, inkluż l-impjieg għal rashom u fis-settur tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM), li jippermettulhom jibqgħu f’ambjenti rurali, biex b’hekk jiġu żgurati t-tiġdid ġenerazzjonali u s-sopravivenza tas-settur agrikolu u ż-żoni rurali;

O.

billi s-settur agrikolu, li fih in-nisa jaqdu rwol importanti, huwa kruċjali għall-vitalità taż-żoni rurali, u għat-tisħiħ tat-tiġdid ġenerazzjonali, il-koeżjoni soċjali u t-tkabbir ekonomiku; billi jenħtieġ li l-agrikoltura tipprovdi ikel sikur, sustanzjuż u tajjeb għas-saħħa; billi jenħtieġ ukoll li s-settur agrikolu jikkontribwixxi għad-diversifikazzjoni tal-pajsaġġ, għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-preservazzjoni tal-bijodiversità u l-wirt kulturali;

P.

billi n-nutrizzjoni taqdi rwol sinifikanti fl-iżvilupp u l-benesseri tal-bniet; billi nutrizzjoni fqira twassal għal problemi fiżiċi u mentali bħalma huma t-tnaqqis fit-tikbir, l-infertilità, l-għeja u konċentrazzjoni batuta, u b’hekk tnaqqas il-potenzjal ekonomiku tan-nisa u tħalli impatt fuq il-benesseri tal-familja u tal-komunità b'mod aktar wiesa’;

Q.

billi n-nisa rurali għandhom bżonn li jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-isfera pubblika; billi rappreżentanza bbilanċjata hija essenzjali biex tinkiseb l-ugwaljanza;

R.

billi, f'dak li jirrigwarda l-prevenzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol, l-irġiel u n-nisa huma esposti għal fatturi differenti; billi, pereżempju, l-kalkoli li jsiru sabiex jiġu evalwati l-effetti ta' ħsara tal-prodotti kimiċi spiss huma bbażati fuq il-fiżiku tal-irġiel – li ġeneralment għandhom massa muskolari akbar – u saħansitra jinjoraw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għan-nisa tqal jew li jkunu qegħdin ireddgħu; billi, għaldaqstant, jeħtieġ li jitqiesu fatturi differenti biex jiġu adottati l-miżuri li jiggarantixxu s-saħħa tan-nisa fil-qasam agrikolu;

S.

billi d-diskriminazzjoni taffettwa wkoll lin-nisa fis-settur tal-midja; billi l-midja taqdi rwol kruċjali għas-soċjetà kollha u huwa mixtieq, għalhekk, li n-nisa – li jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tas-soċjetà – jkunu involuti b'mod ġust fil-ħolqien tal-kontenut tal-midja u fit-teħid tad-deċiżjonijiet fl-organizzazzjonijiet tal-midja;

T.

billi r-rwol tas-settur tal-midja huwa kruċjali għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, peress li l-midja mhux biss tirrifletti iżda wkoll toħloq mudelli ta' rwol u standards ta’ mġiba, u b’hekk issawwar l-opinjoni pubblika u l-kultura b’mod sinifikanti;

U.

billi l-kopertura tal-midja tikkontribwixxi għal fehim wiesa’ fost is-saffi kollha tas-soċjetà tal-kumplessità tas-sitwazzjonijiet tan-nisa u tal-irġiel;

V.

billi n-nisa u t-tfal huma sproporzjonalment milquta mill-kunflitti, u jiffurmaw l-ogħla proporzjon ta’ refuġjati kemm fil-kampijiet u kemm li jiċċaqilqu minn post għall-ieħor biex ifittxu s-sikurezza;

W.

billi f’bosta soċjetajiet in-nisa m’għandhomx l-istess dritt għal art u proprjetà permezz ta’ mezzi legali, sitwazzjoni li taggrava l-faqar u tillimita l-iżvilupp ekonomiku tagħhom;

X.

billi n-nisa trans qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni sproporzjonata abbażi tal-identità sesswali tagħhom;

Y.

billi appoġġ aktar robust għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi huwa prekundizzjoni għall-ugwaljanza bejn is-sessi u għall-emanċipazzjoni tan-nisa;

Z.

billi n-normi soċjali fir-rigward tar-rwoli tan-nisa u tal-irġiel ipoġġu lin-nisa f'sitwazzjoni ta' vulnerabilità akbar, partikolarment fir-rigward tas-saħħa sesswali u riproduttiva tagħhom, u fid-dawl ta' prattiki dannużi bħalma huma l-MĠF, jew iż-żwiġijiet tat-tfal, prekoċi u furzati;

1.   

Jirrakkomanda lill-Kunsill:

Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-emanċipazzjoni tan-nisa u l-bniet

(a)

li jikkonferma mill-ġdid l-impenn sod tiegħu lejn il-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing;

(b)

li jagħti l-appoġġ tiegħu lill-ommijiet li huma intraprendituri fiż-żoni rurali peress li jħabbtu wiċċhom ma' sfidi speċifiċi; jenfasizza li t-trawwim tal-intraprenditorija fost dawn in-nisa mhux biss jista' jwassal għal suċċess fir-rikonċiljazzjoni tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, iżda jista' jservi wkoll biex jistimula opportunitajiet ġodda ta' xogħol u kwalità tal-ħajja aħjar fiż-żoni rurali, kif ukoll biex iħeġġeġ lil nisa oħra jqegħdu fil-prattika l-proġetti tagħhom ukoll;

(c)

li jtemm kull forma ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet kollha f'kull parti tad-dinja li jiġġieled lill-forom kollha ta' vjolenza, li jirrappreżentaw ksur serju tad-drittijiet fundamentali tagħhom, ksur li min-naħa tiegħu huwa konsegwenza diretta ta' dik id-diskriminazzjoni;

(d)

li jinvolvi lill-gvernijiet kollha u jeżiġi mingħandhom li jfasslu programmi mmirati lejn l-eradikazzjoni tal-vjolenza sesswali u sessista u tal-prattiki ta' ħsara, bħalma huma ż-żwieġ tat-tfal, prekoċi u furzat kif ukoll il-mutilazzjoni ġenitali femminili t-traffikar tal-bnedmin;

(e)

li jistieden lill-Istati Membri jiġġieldu lill-isterjotipi tas-sessi u jinvestu fl-aċċess tan-nisa u l-bniet għal edukazzjoni, għal tagħlim tul il-ħajja u għal taħriġ vokazzjonali li jiġu mfassla apposta, speċjalment fiż-żoni rurali, b’mod partikolari fl-oqsma tal-iSTEM, kif ukoll fl-intraprenditorija u l-innovazzjoni, peress li dawn l-oqsma huma għodod importanti biex jintlaħqu l-SDGs, kif ukoll li jippromwovi l-ugwaljanza fis-setturi tal-agrikolutra u tal-ikel, kif ukoll fit-turiżmu u industriji oħra fiż-żoni rurali;

(f)

li jfassal politiki mmirati biex jeqirdu l-faqar u jiggarantixxu standard tal-għajxien adegwat għall-gruppi partikolarment vulnerabbli, inklużi n-nisa u l-bniet, b'mod speċjali permezz tas-sistemi ta' ħarsien soċjali;

(g)

li jippromwovi informazzjoni, miżuri ta' assistenza teknika u l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-Istati Membri dwar l-istabbiliment ta' status professjonali għall-konjuġi li jassistu fil-biedja, biex b'hekk ikunu jistgħu jibbenefikaw minn drittijiet individwali, inkluż, b'mod partikolari, il-liv tal-maternità, l-assigurazzjoni soċjali kontra l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol, l-aċċess għat-taħriġ u d-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar;

(h)

li jelimina d-differenza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa, id-differenza fir-remunerazzjoni (dħul) ta' tul il-ħajja kollha u d-differenza fil-pensjonijiet;

(i)

li jistieden lill-Istati Membri kif ukoll lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jiggarantixxu l-aċċess universali għall-kura adegwata tat-tfal u tal-anzjani fiż-żoni rurali;

(j)

li jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jipprovdu faċilitajiet u servizzi pubbliċi u privati ta’ kwalità għolja bi prezzijiet għall-but ta' kulħadd għall-ħajja ta’ kuljum, speċjalment fiż-żoni rurali u b’attenzjoni partikolari fir-rigward tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-kura; jinnota li dan ikun jeħtieġ l-inklużjoni ta’ infrastruttura rurali għall-kura tat-tfal, servizzi tal-kura tas-saħħa, faċilitajiet edukattivi, djar ta’ kura għall-anzjani u għall-persuni dipendenti, servizzi ta’ sostituzzjoni f’każ ta’ mard u ta’ maternità u servizzi kulturali;

(k)

li jiżgura l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, bħala għodda tal-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni, fil-politiki u l-programmi kollha permezz ta’ riżorsi finanzjarji u umani adegwati;

(l)

li jimmobilizza r-riżorsi meħtieġa biex tinkiseb l-ugwaljanza permezz tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki u l-azzjonijiet kollha, inkluż permezz ta' bbaġitjar li jqis l-ugwaljanza bejn is-sessi, bħala għodda tal-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni;

(m)

li jiżgura l-involviment sħiħ tal-Parlament u tal-Kumitat tiegħu għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-pożizzjoni tal-UE fit-62 sessjoni tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istatus tan-Nisa;

L-emanċipazzjoni tan-nisa rurali

(n)

li jfakkar li l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tintroduċi l-obbligu li tiġi eliminata d-diskriminazzjoni diretta u indiretta kontra n-nisa permezz ta' miżuri legali, politiċi u programmatiċi f'kull sfera tal-ħajja u li l-Artikolu 14 tagħha huwa l-uniku obbligu internazzjonali li jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa fiż-żoni rurali;

(o)

li jiżguraw li n-nisa u l-bniet rurali jkollhom edukazzjoni formali u informali, inkluż taħriġ, aċċessibbli, affordabbli u ta’ kwalità għolja li għandhom jippermettulhom jiksbu ħiliet ġodda, jew jiżviluppaw dawk li diġa' għandhom, f'dawk li huma ġestjoni, litteriżmu finanzjarju, ekonomija, kummerċjalizzazzjoni, u ħiliet tan-negozju, kif ukoll edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza, edukazzjoni ċivika u politika, kif ukoll taħriġ teknoloġiku u fl-agrikoltura sostenibbli; li jiżgura li n-nisa jkollhom l-istess opportunitajiet u libertà tal-għażla fir-rigward tal-karriera li jkunu jixtiequ jilħqu;

(p)

li jiżgura li n-nisa u l-bniet rurali jkollhom aċċess faċli għall-kreditu u għal riżorsi produttivi, u li huma jirċievu l-appoġġ fuq l-inizjattivi intraprenditorjali u ta’ innovazzjoni tagħhom;

(q)

li jħares id-dritt għal kura tas-saħħa universali ta' kwalità għolja li tqis id-differenzi fiżjoloġiċi ta' bejn in-nisa u l-irġiel, u li tkun imfassla apposta għall-ħtiġijiet tan-nisa u l-bniet rurali, b'mod partikolari fir-rigward tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, u li jħares ukoll l-aċċess għal tali kura tas-saħħa;

(r)

li jikkundanna l-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa u li jiżgura li l-vittmi li jgħixu f’żoni rurali u remoti ma jiġux imċaħħda minn aċċess indaqs għall-assistenza;

(s)

li jtejjeb l-effettività, it-trasparenza u n-natura demokratika tal-istituzzjonijiet internazzjonali, nazzjonali, reġjonali u lokali li jappoġġjaw u jsaħħu r-rwoli tan-nisa rurali, sabiex tiġi żgurata l-preżenza tagħhom permezz ta' parteċipazzjoni ugwali;

(t)

li jiffaċilita t-tranżizzjoni tan-nisa rurali mill-ekonomija informali għal dik formali, u li jirrikonoxxi li n-nisa fiż-żoni rurali jaħdmu f'varjetà ta' oqsma u spiss huma aġenti tal-bidla lejn agrikultura sostenibbli u ekoloġikament soda, is-sigurtà alimentari u l-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi;

(u)

li jippjana u jimplimenta politiki agrikoli reżiljenti għat-tibdil fil-klima li jqisu kif jixraq it-theddidiet speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa rurali bħala konsegwenza ta' diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem;

(v)

li jiggarantixxi l-parteċipazzjoni tan-nisa u l-bniet rurali fit-teħid tad-deċiżjonijiet rigward l-ippjanar ta' kull stadju f'każ tad-diżastri u ta' kriżijiet oħra, u tar-rispons għalihom, mit-twissija bikrija sas-sokkors ta' emerġenza, l-irkupru, ir-riabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni, u li jiggarantixxi l-protezzjoni u s-sikurezza tagħhom f’każ ta’ diżastri u kriżijiet oħra;

(w)

li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura li n-nisa rurali jgawdu ambjent sikur, nadif u tajjeb għas-saħħa;

(x)

li jipprovdi infrastruttura u servizzi pubbliċi aċċessibbli u ta' kwalità għolja għan-nisa u l-komunitajiet rurali u li jinvesti fl-iżvilupp u l-manutenzjoni tagħhom;

(y)

li jiffaċilita l-iżvilupp diġitali, peress li dan jista’ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, billi jissimplifika d-dħul fl-impjieg għal min jixtieq jaħdem għal rasu, jagħti spinta lill-kompetittività u lill-iżvilupp tat-turiżmu u joħloq bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja;

(z)

li jappoġġja l-istabbiliment u l-attivitajiet li għaddejjin tal-gruppi komunitarji lokali, li jenħtieġ li jiltaqgħu perjodikament biex jiddiskutu l-kwistjonijiet u l-isfidi marbuta mal-iżvilupp u biex jieħdu azzjoni kostruttiva;

(aa)

li jistieden lill-Istati Membri, lis-sħab soċjali u lis-soċjetà ċivili jappoġġjaw u jippromwovu l-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fil-korpi ta' tmexxija ta' assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet professjonali, imprenditorjali, u tat-trade union fl-oqsma tal-politiki rurali, tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-agrikoltura, kif ukoll fil-korpi ta' ġestjoni u ta' rappreżentanza permezz ta' preżenza indaqs;

(ab)

li jirrikonoxxi u jappoġġja r-rwol attiv li għandhom in-nisa fiż-żoni rurali u l-kontribut tagħhom lill-ekonomija bħala intraprendituri, kapijiet tan-negozju tal-familja u promoturi tal-iżvilupp sostenibbli;

(ac)

li jiżgura d-drittijiet tan-nisa rurali għall-proprjetà, b’mod partikolari ta’ azjendi tal-biedja tal-familja u wirt ta’ art, li hija għodda importanti għall-emanċipazzjoni ekonomika tagħhom u biex ikunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fl-iżvilupp rurali u jibbenefikaw minnu;

(ad)

li jiżgura l-aċċess tan-nisa rurali għar-riżorsi produttivi, għall-pjattaformi elettroniċi, għas-swieq, għall-istallazzjonijiet kummerċjali u għas-servizzi finanzjarji; li jippromwovi s-swieq lokali, reġjonali u tradizzjonalili, inklużi s-swieq tal-ikel, li huma l-postijiet fejn in-nisa ġeneralment għandhom aktar opportunitajiet li jbiegħu il-prodotti tagħhom direttament, ħaġa li tirriżulta f'emanċipazzjoni ekonomika akbar;

(ae)

li jippromwovi l-impjieg tan-nisa fis-settur tal-iSTEM, partikolarment f’pożizzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ekonomija ċirkolari u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

(af)

li jiżviluppa politiki, servizzi u programmi tax-xogħol biex jindirizza s-sitwazzjoni prekarja tan-nisa rurali, li spiss jaħdmu fis-settur informali u li jistgħu jħabbtu wiċċhom ma’ bosta forom ta’ diskriminazzjoni intersezzjonali abbażi tas-sess, l-età, il-klassi, ir-reliġjon, l-etniċità, id-diżabilità, jew l-identità tal-ġeneru; li jipprovdi assistenza u appoġġ imfasslin apposta għall-ħtiġijiet u l-interessi tagħhom;

(ag)

li jistabbilixxi programmi biex jiżgura li n-nisa u l-familji tagħhom ikollhom aċċess għal sistemi ta' protezzjoni soċjali universali li jkollhom impatt fuq is-sitwazzjoni futura tagħhom bħala pensjonanti sabiex b'hekk titnaqqas id-differenza fil-pensjonijiet, li hija ta' natura multidimensjonali;

(ah)

li jiġbor data data disaggregata skond is-sess u jiżviluppa statistika dwar il-valuri, is-sitwazzjonijiet, il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet tan-nisa rurali bl-għan li jkunu jistgħu jiġu fformulati politiki adegwati; li jissorvelja s-sitwazzjoni tan-nisa fiż-żoni rurali fuq bażi regolari;

(ai)

li jħeġġeġ ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, inkluż l-Artikolu 6 tagħha bit-titolu “In-nisa b'diżabilità”; li jiggarantixxi l-aċċessibilità tal-prodotti, l-infrastrutturi u s-servizzi;

(aj)

li jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-gvernijiet reġjonali u lokali jipprovdu faċilitajiet u servizzi pubbliċi u privati ta’ kwalità għolja u bi prezzijiet għall-but ta' kulħadd orjentati lejn il-ħajja ta’ kuljum fiż-żoni rurali, u li joħloq l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jittejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għan-nisa fiż-żoni rurali, b’mod partikolari billi jiggarantixxi faċilitajiet xierqa ta' kura għall-persuni dipendenti, kura tas-saħħa aċċessibbli u trasport pubbliku;

(ak)

li jenfasizza l-importanza li jiġu inklużi salvagwardji fil-politiki tal-UE dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol tan-nisa impjegati bħala ħaddiema agrikoli staġjonali, speċjalment fir-rigward tal-ħtieġa li jingħataw protezzjoni soċjali, assigurazzjoni tas-saħħa u kura tas-saħħa; li jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet reġjonali, lokali u nazzjonali u istituzzjonijiet oħra jiggarantixxu d-drittijiet fundamentali tal-bniedem tal-ħaddiema migranti u staġjonali u tal-familji tagħhom, speċjalment tan-nisa u tal-persuni vulnerabbli, u jinkoraġġixxu l-integrazzjoni tagħhom fil-komunità lokali;

Il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-midja, u fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u l-aċċess tagħhom għalihom, u l-impatt tagħhom fuq l-avvanz u l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-użu ta' dawn it-teknoloġiji għal dan il-għan

(al)

li jiżgura l-aċċess għal infrastruttura u servizzi affidabbli tal-internet bil-broadband b’veloċità għolja; li jinvesti fl-użu ta’ teknoloġiji ġodda fiż-żoni rurali u fl-agrikoltura u jippromwovi dan l-użu; li jirrikonoxxi l-benefiċċji soċjali, psikoloġiċi u ekonomiċi tagħhom; li jinsisti fuq l-iżvilupp ta’ approċċ olistiku (ir-“raħal diġitali”); li jippromwovi opportunitajiet indaqs fl-aċċess għall-użu ta’ dawn it-teknoloġiji fit-taħriġ fl-użu tagħhom;

(am)

li jiddedika attenzjoni lill-preżenza tan-nisa u l-avvanz tagħhom fis-settur tal-midja u lill-kontenut tal-midja li mhux sterjotipiku;

(an)

li jinkoraġġixxi lill-organizzazzjonijiet tal-midja pubblika jistabbilixxu l-politiki tal-ugwaljanza tagħhom stess għal rappreżentanza bbilanċjata ta’ rġiel u nisa fil-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

(ao)

li jiżgura li s-sesswalizzazzjoni tal-immaġni tan-nisa u l-bniet li kulma jmur qed tiżdied fil-midja tiġi miġġielda b’mod effettiv, bir-rispett dovut għal-libertà tal-espressjoni;

(ap)

li jħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet tal-midja jipprevjenu l-proċeduri ta’ kultura organizzattiva li spiss hija ostili għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

(aq)

li jindirizza b'determinazzjoni d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa fis-settur tal-midja permezz ta’ miżuri antidiskriminatorji, li jiżguraw paga ugwali għal xogħol ugwali bejn in-nisa u l-irġiel;

(ar)

li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa kontra l-atti ta’ vjolenza kontra l-ġurnalisti investigattivi, filwaqt li jagħti attenzjoni partikolari lill-ġurnalisti nisa, li spiss huma aktar vulnerabbli;

2.   

Jagħti istruzzjonijiet lill-president tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill kif ukoll, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 316, 22.9.2017, p. 182.

(2)  ĠU C 50, 9.2.2018, p. 25.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2017)0028.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2017)0099.

(5)  ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2017)0329.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

Il-Ħamis 1 ta’ Marzu 2018

5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/65


P8_TA(2018)0048

Twaqqif ta' kumitat speċjali dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa (TAX3)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar it-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa (TAX3), u d-definizzjoni tar-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni u l-mandat tiegħu (2018/2574(RSO))

(2019/C 129/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta mill-Konferenza tal-Presidenti,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-12 ta' Frar 2015 (1) dwar it-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (il-“Kumitat Speċjali TAXE 1”), is-setgħat, is-saħħa numerika u t-tul tal-mandat tiegħu,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (2),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-2 ta' Diċembru 2015 (3) dwar it-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (il-“Kumitat Speċjali TAXE 2”), is-setgħat, id-daqs numeriku u t-tul tal-mandat tiegħu,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (4),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2016 (5) dwar it-twaqqif ta' Kumitat ta' Inkjesta inkarigat jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravvenzjoni u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (il-“kumitat ta' inkjesta PANA”), is-setgħat, kif ukoll id-daqs numeriku u l-mandat tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 197 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat speċjali dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa li jkollu s-setgħat li ġejjin:

(a)

li jibni fuq u jikkomplementa l-ħidma mwettqa mill-kumitati speċjali TAXE 1 u TAXE 2, b'mod partikolari b'enfasi fuq l-implimentazzjoni effettiva mill-Istati Membri, mill-Kummissjoni u/jew mill-Kunsill, u fuq l-impatt, tar-rakkomandazzjonijiet fir-riżoluzzjonijiet tiegħu msemmija hawn fuq tal-25 ta' Novembru 2015 u tas-6 ta' Lulju 2016;

(b)

li jibni fuq u jikkomplementa l-ħidma mwettqa mill-kumitat ta' inkjesta PANA, b'mod partikolari b'enfasi fuq l-implimentazzjoni effettiva mill-Istati Membri, mill-Kummissjoni u/jew mill-Kunsill, u fuq l-impatt, tar-rakkomandazzjonijiet fir-rakkomandazzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tat-13 ta' Diċembru 2017;

(c)

li jagħti segwitu għall-progress li mwettaq mill-Istati Membri biex itemmu prattiki tat-taxxa li jippermettu l-evitar tat-taxxa u/jew l-evażjoni tat-taxxa u li huma ta' ħsara għall-funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku kif imsemmi fir-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' hawn fuq tal-25 ta' Novembru 2015 u tas-6 ta' Lulju 2016 u r-rakkomandazzjoni tat-13 ta' Diċembru 2017;

(d)

li jivvaluta ċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli tal-UE dwar il-VAT fil-qafas tal-Paradise Papers u jevalwa b'mod aktar ġenerali l-impatt tal-frodi tal-VAT u tar-regoli dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fl-Unjoni; u li janalizza l-politiki ta' skambju ta' informazzjoni u koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Eurofisc;

(e)

li jikkontribwixxi għad-dibattitu li għaddej dwar it-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali;

(f)

li jivvaluta l-iskemi nazzjonali li jipprovdu privileġġi tat-taxxa (bħall-programmi ta' ċittadinanza);

(g)

li jsegwi mill-qrib il-ħidma li għaddejja, u l-kontribut tal-Kummissjoni u l-Istati Membri fl-istituzzjonijiet internazzjonali, inklużi l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, il-G20, in-NU u l-FATF, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-kompetenzi tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji rigward il-kwistjonijiet ta' tassazzjoni;

(h)

li jaċċessa dokumenti rilevanti għal ħidmietu u jagħmel il-kuntatti meħtieġa u jorganizza seduti ta' smigħ ma' istituzzjonijiet u fora internazzjonali, Ewropej (inkluż il-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta għat-Tassazzjoni tal-Intrapriżi) u nazzjonali, il-parlamenti u l-gvernijiet nazzjonali tal-Istati Membri u ta' pajjiżi terzi, kif ukoll mar-rappreżentanti tal-komunità akkademika, is-soċjetà kummerċjali u ċivili, inklużi s-sħab soċjali, f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-kumitati permanenti; dan kollu filwaqt li jieħu inkonsiderazzjoni l-użu effiċjenti tar-riżorsi tal-PE;

(i)

li janalizza u jivvaluta d-dimensjoni tal-pajjiżi terzi fil-prattiki ta' evitar tat-taxxa, inkluż l-impatt fuq il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; li jissorvelja t-titjib u n-nuqqasijiet eżistenti fl-iskambju ta' informazzjoni mal-pajjiżi terzi f'dan ir-rigward, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lid-Dipendenzi tal-Kuruna tar-Renju Unit u t-Territorji extra-Ewropej;

(j)

li jivvaluta l-valutazzjoni proprja tal-Kummissjoni u l-proċess ta' skrinjar tagħha għall-elenkar tal-pajjiżi fl-att delegat AMLD dwar pajjiżi terzi ta' riskju għoli;

(k)

li jivvaluta l-metodoloġija, l-iskrinjar tal-pajjiżi u l-impatt tal-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa (lista sewda tal-UE ta' rifuġji fiskali) kif ukoll it-tneħħija ta' pajjiżi mil-lista u s-sanzjonijiet adottati fir-rigward tal-pajjiżi elenkati;

(l)

li jeżamina l-konsegwenzi ta' trattati bilaterali dwar it-taxxa konklużi mill-Istati Membri;

(m)

jagħmel kwalunkwe rakkomandazzjoni li jqis meħtieġa f'dan ir-rigward;

2.

Jiddeċiedi li f'ħidmietu l-Kumitat Speċjali għandu jieħu kont kemm tar-rivelazzjonijiet reċenti fil-Paradise Papers tal-5 ta' Novembru 2017 kif ukoll ta' kwalunkwe żvilupp rilevanti fi ħdan il-kompetenzi tal-Kumitat li jiżviluppaw matul il-mandat tiegħu;

3.

Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali għandu jkun magħmul minn 45 Membru;

4.

Jiddeċiedi li l-mandat tal-kumitat speċjali għandu jkun ta' 12-il xahar, li jibdew mid-data tal-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.

(1)  ĠU C 310, 25.8.2016, p. 42.

(2)  ĠU C 366, 27.10.2017, p. 51.

(3)  ĠU C 399, 24.11.2017, p. 201.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2016)0310.

(5)  ĠU L 166, 24.6.2016, p. 10.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2017)0491.


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Ħamis 1 ta’ Marzu 2018

5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/68


P8_TA(2018)0044

Distribuzzjoni tal-assigurazzjoni: data tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' traspożizzjoni tal-Istati Membri ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Marzu 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2016/97 rigward id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' traspożizzjoni tal-Istati Membri (COM(2017)0792 – C8-0449/2017 – 2017/0350(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2019/C 129/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0792),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 53(1) u 62 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0449/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Frar 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0024/2018),

A.

Billi għal raġunijiet ta' urġenza huwa ġustifikat li ssir votazzjoni qabel l-iskadenza tat-terminu ta' tmien ġimgħat stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta 'sussidjarjetà u proporzjonalità;

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2017)0350

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-1 ta’ Marzu 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/97 rigward id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' traspożizzjoni tal-Istati Membri

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2018/411).


5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/70


P8_TA(2018)0045

Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni (08054/2017 – C8-0338/2017 – 2017/0075(NLE))

(Approvazzjoni)

(2019/C 129/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08054/2017),

wara li kkunsidra l-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjonijiet u r-riassigurazzjonijiet (08065/2017),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 114 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0338/2017),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0008/2018),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerka.

(1)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1


5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/71


P8_TA(2018)0046

Ħatra ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri – Annemie Turtelboom

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar il-ħatra proposta ta' Annemie Turtelboom bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0008/2018 – 2018/0801(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2019/C 129/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0008/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0027/2018),

A.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi waqt il-laqgħa tiegħu tal-20 ta' Frar 2018, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat innominat mill-Kunsill bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Annemie Turtelboom bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/72


P8_TA(2018)0047

Ħatra ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0052/2018 – C8-0036/2018 – 2018/0901(NLE))

(Approvazzjoni)

(2019/C 129/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Frar 2018 għall-ħatra tas-Sur Boštjan Jazbec bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0052/2018),

wara li kkunsidra t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 122a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0030/2018),

A.

billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-Membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 43(1)(b) ta' dak ir-Regolament għandhom jinħatru fuq il-bażi ta' mertu, ħiliet, għarfien ta' kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u esperjenza rilevanti għas-superviżjoni finanzjarja, ir-regolamentazzjoni u r-riżoluzzjoni bankarja;

B.

billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-proċedura tal-għażla għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki;

C.

billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Kummissjoni adottat fl-20 ta' Diċembru 2017 lista mqassra ta' kandidati għall-kariga ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 43(1)(b) ta' dak ir-Regolament;

D.

billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-lista mqassra ġiet ipprovduta lill-Parlament;

E.

billi fl-14 ta' Frar 2018, il-Kummissjoni adottat proposta biex is-Sur Boštjan Jazbec jinħatar bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u ssottomettitha lill-Parlament;

F.

billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost għall-funzjonijiet ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

G.

billi fil-21 ta' Frar 2018, il-Kumitat organizza smigħ ma' Boštjan Jazbec, li fih għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-Kumitat;

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra tas-Sur Boštjan Jazbec bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal perjodu ta' ħames snin;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.


5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/73


P8_TA(2018)0049

Id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-1 ta’ Marzu 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (COM(2016)0750 – C8-0496/2016 – 2016/0392(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2019/C 129/14)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Il-miżuri applikabbli għax-xorb spirituż għandhom jikkontribwixxu sabiex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, u jikkontribwixxu lejn il-prevenzjoni ta' prattika qarrieqa u  l-kisba ta' trasparenza fis-suq u  ta' kompetizzjoni ġusta. Dawn se jissalvagwardjaw l-isem li x-xorb spirituż tal-Unjoni kiseb fi ħdanha u fis-suq dinji billi jibqgħu jitqiesu l-metodi tradizzjonali użati fil-produzzjoni tax-xorb spirituż kif ukoll iż-żieda fit-talba għall-protezzjoni tal-konsumatur u għall-informazzjoni. L-innovazzjoni teknoloġika għandha tiġi kkunsidrata wkoll fir-rigward tax-xorb spirituż fejn tali innovazzjoni sservi sabiex tittejjeb il-kwalità, mingħajr ma taffettwa l-karattru tradizzjonali tax-xorb spirituż ikkonċernat. Il-produzzjoni tax-xorb spirituż hija marbuta mill-qrib mas-settur agrikolu. Minbarra li tirrappreżenta suq ewlieni għall-agrikoltura fl-Unjoni, din ir-rabta hija determinanti għall-kwalità u r-reputazzjoni ta' xorb spirituż prodott fl-Unjoni. Għalhekk, din ir-rabta qawwija mas-settur agrikolu għandha tkun enfasizzata mill-qafas regolatorju.

(3)

Il-miżuri applikabbli għax-xorb spirituż jenħtieġ li jikkontribwixxu sabiex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, titneħħa l-informazzjoni asimetrika, jiġu prevenuti prattiki qarrieqa u  jinkisbu trasparenza fis-suq u kompetizzjoni ġusta. Dawn se jissalvagwardjaw l-isem li x-xorb spirituż tal-Unjoni kiseb fi ħdanha u fis-suq dinji billi jibqgħu jitqiesu l-metodi tradizzjonali użati fil-produzzjoni tax-xorb spirituż kif ukoll iż-żieda fit-talba għall-protezzjoni tal-konsumatur u għall-informazzjoni. L-innovazzjoni teknoloġika jenħtieġ li tiġi kkunsidrata wkoll fir-rigward tax-xorb spirituż fejn tali innovazzjoni sservi sabiex tittejjeb il-kwalità, mingħajr ma taffettwa l-karattru tradizzjonali tax-xorb spirituż ikkonċernat. Il-produzzjoni tax-xorb spirituż hija rregolata mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) , ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1b) u r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1c) u hija marbuta mill-qrib mas-settur agrikolu. Minbarra li tirrappreżenta suq ewlieni għall-agrikoltura fl-Unjoni, din ir-rabta hija determinanti għall-kwalità , is-sikurezza u r-reputazzjoni ta' xorb spirituż prodott fl-Unjoni. Għalhekk, din ir-rabta qawwija mas-settur agroalimentari jenħtieġ li tkun enfasizzata mill-qafas regolatorju.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Il-miżuri applikabbli għax-xorb spirituż jikkostitwixxu każ speċjali meta mqabbel mar-regoli ġenerali stipulati għas-settur agroalimentari. Il-karatteristiċi speċjali f'dan il-każ jirrelataw mal-fatt li l-metodi ta' produzzjoni tradizzjonali jibqgħu jinżammu ħajjin, li x-xorb spirituż ikun marbut mill-qrib mas-settur agrikolu, l-użu ta' prodotti ta' kwalità għolja u l-impenn biex tiġi protetta s-sikurezza tal-konsumatur, li s-settur tax-xorb spirituz qed iwiegħed li qatt mhu se jabbanduna.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Sabiex jiġi żgurat approċċ aktar uniformi fil-leġiżlazzjoni dwar ix-xorb spirituż, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi kriterji ċari definiti għad-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż kif ukoll għall-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi. Dan għandu jistipula wkoll regoli dwar l-użu tal-alkoħol etiliku distillat ta' oriġini agrikola fil-produzzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi u għall-użu tad-denominazzjonijiet tal-bejgħ ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel.

(4)

Sabiex jiġi żgurat approċċ aktar uniformi fil-leġiżlazzjoni dwar ix-xorb spirituż, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi kriterji ċari definiti għad-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż kif ukoll għall-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi , mingħajr preġudizzju għall-varjetajiet ta' lingwi u alfabeti uffiċjali fl-Unjoni . Dan jenħtieġ li jistipula wkoll regoli dwar l-użu tal-alkoħol etiliku distillat ta' oriġini agrikola fil-produzzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi u għall-użu tad-denominazzjonijiet tal-bejgħ ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

F'xi każijiet, l-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu jkunu meħtieġa jew jistgħu jkunu jixtiequ jindikaw l-oriġini tax-xorb spirituż sabiex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi għall-kwalitajiet tal-prodott tagħhom. Indikazzjonijiet bħal dawn dwar l-oriġini għandhom ukoll jikkonformaw ma’ kriterji armonizzati. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza fil-preżentazzjoni u fit-tikketti ta' xorb spirituż.

(15)

F'xi każijiet, l-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu jkunu meħtieġa jew jistgħu jkunu jixtiequ jindikaw l-oriġini tax-xorb spirituż sabiex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi għall-kwalitajiet tal-prodott tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza fil-preżentazzjoni u fit-tikketti ta' xorb spirituż.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Rigward il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, huwa importanti li jiġi kkunsidrat kif xieraq il-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali Relatati mal-Kummerċ (“il-Ftehim TRIPS”), u b'mod partikolari l-Artikoli 22 u 23 tiegħu, u l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (“il-Ftehim GATT”) li ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE. (12)

(17)

Rigward il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, huwa importanti li jiġi kkunsidrat kif xieraq il-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali Relatati mal-Kummerċ (“il-Ftehim TRIPS”), u b'mod partikolari l-Artikoli 22 u 23 tiegħu, u l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (“il-Ftehim GATT”) li ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE (12). Sabiex ittejjeb il-protezzjoni u tiġġieled kontra l-falsifikazzjoni b'mod aktar effettiv, tali protezzjoni jenħtieġ li tapplika fir-rigward tal-oġġetti li huma fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni Doganali.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) ma japplikax għax-xorb spirituż. Regoli dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż għandhom għalhekk jiġu stabbiliti. L-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jiġu reġistrati mill-Kummissjoni, billi x-xorb spirituż jiġi identifikat bħala oriġinarju ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni jew karatteristika partikolari oħra tax-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha.

(18)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) ma japplikax għax-xorb spirituż. Regoli dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż jenħtieġ li għalhekk jiġu stabbiliti. L-indikazzjonijiet ġeografiċi jenħtieġ li jiġu reġistrati mill-Kummissjoni, billi x-xorb spirituż jiġi identifikat bħala oriġinarju ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni , metodu tradizzjonali ta' proċessar u produzzjoni, jew karatteristika partikolari oħra tax-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)

Huwa xieraq li x-xorb spirituż b'indikazzjoni ġeografika li jkun ibbażat fuq inbejjed mingħajr indikazzjoni ta' oriġini protetta, u jkun irreġistrat f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li jgawdi mill-istess għodod tal-ġestjoni dwar il-potenzjal tal-produzzjoni bħal dawk li huma disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) .

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

Proċeduri għar-reġistrazzjoni, il-modifika u l-kanċellazzjoni possibbli ta' indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni jew ta' pajjiż terz skont il-Ftehim TRIPS għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jiġi rikonoxxut b'mod awtomatiku l-istatus ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti eżistenti tal-Unjoni. Sabiex ir-regoli proċedurali dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jsiru konsistenti fis-setturi kollha kkonċernati, dawn il-proċeduri għal xorb spirituż għandhom ikunu bbażati fuq il-proċeduri aktar eżawrjenti u ttestjati sew għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 filwaqt li jitqiesu l-ispeċifitajiet tax-xorb spirituż. Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri tar-reġistrazzjoni u biex jiġi żgurat li l-informazzjoni għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-konsumaturi tkun elettronikament disponibbli għandu jiġi stabbilit reġistru elettroniku tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.

(19)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri għar-reġistrazzjoni, il-modifika u l-kanċellazzjoni possibbli ta' indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni jew ta' pajjiż terz skont il-Ftehim TRIPS filwaqt li jiġi rikonoxxut b'mod awtomatiku l-istatus ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti eżistenti tal-Unjoni. Sabiex ir-regoli proċedurali dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jsiru konsistenti fis-setturi kollha kkonċernati, dawn il-proċeduri għal xorb spirituż jenħtieġ li jkunu bbażati fuq proċeduri simili użati għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 filwaqt li jitqiesu l-ispeċifitajiet tax-xorb spirituż. Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri tar-reġistrazzjoni u biex jiġi żgurat li l-informazzjoni għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-konsumaturi tkun elettronikament disponibbli jenħtieġ li jiġi stabbilit reġistru elettroniku tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li jkun trasparenti, komprensiv u faċilment aċċessibbli, u li jkollu l-istess valur legali bħall-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 110/2008. L-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 jenħtieġ li jiġu reġistrati b'mod awtomatiku mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tlesti l-verifika tal-indikazzjonijiet ġeografiċi inklużi fl-Annness III għar-Regolament (KE) Nru 110/2008, bi qbil mal-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament, qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament .

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament, u l-Kummissjoni għandha tkun tista' tissorvelja u tivverifika tali konformità. Għalhekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jaqsmu l-informazzjoni rilevanti bejniethom.

(20)

Iż-żamma ta' standard għoli ta' kwalità hija essenzjali sabiex jistgħu jinżammu r-reputazzjoni u l-valur tas-settur. L-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu responsabbli biex jiżguraw li l-istandard jinżamm permezz tal-konformità ma' dan ir-Regolament . Madankollu , il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tissorvelja u tivverifika tali konformità sabiex taċċerta ruħha li din tkun qed tiġi infurzata b'mod uniformi . Għalhekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jaqsmu l-informazzjoni rilevanti bejniethom.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Fl-applikazzjoni ta' politika ta' kwalità, u sabiex ikunu aġevolati livell għoli fil-kwalità tax-xorb spirituż u d-diversità f'dan is-settur, l-Istati Membri għandhom jitħallew jadottaw regoli dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tax-xorb spirituż prodott fit-territorju tagħhom li jkunu aktar stretti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(21)

Fl-applikazzjoni ta' politika ta' kwalità, u sabiex ikunu aġevolati livell għoli fil-kwalità tax-xorb spirituż u d-diversità f'dan is-settur, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jadottaw regoli dwar il-produzzjoni, id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tax-xorb spirituż prodott fit-territorju tagħhom li jkunu aktar stretti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)

Sabiex jitqiesu d-domandi li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards rilevanti internazzjonali u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, il-proċessi ta' invekkjament tradizzjonali, u f'każijiet eċċezzjonali, il-liġi tal-pajjiż terz importatur, u sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, is-setgħa biex l-atti jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi jew tad-derogi mid-definizzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti dwar il-kategoriji ta' xorb spirituż u regoli speċifiċi dwar xi wħud minnhom imsemmija taħt il-Kapitolu I ta' dan ir-Regolament, it-tikkettar u l-preżentazzjoni msemmija taħt il-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament u l-kontrolli u l-iskambju ta' informazzjoni msemmija taħt il-Kapitolu IV ta' dan ir-Regolament.

(22)

Sabiex jitqiesu d-domandi li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards rilevanti internazzjonali u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, il-proċessi ta' invekkjament tradizzjonali, u f'każijiet eċċezzjonali, il-liġi tal-pajjiż terz importatur, u sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni sħiħa tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, filwaqt li titqies l-importanza tal-prattiki tradizzjonali, is-setgħa biex l-atti jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi jew tad-derogi mid-definizzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti dwar il-kategoriji ta' xorb spirituż u regoli speċifiċi dwar xi wħud minnhom imsemmija taħt il-Kapitolu I ta' dan ir-Regolament, it-tikkettar u l-preżentazzjoni msemmija taħt il-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament u l-kontrolli u l-iskambju ta' informazzjoni msemmija taħt il-Kapitolu IV ta' dan ir-Regolament.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Sabiex ikun hemm reazzjoni rapida għall-iżviluppi teknoloġiċi li jirrigwardjaw ix-xorb spirituż kopert minn dan ir-Regolament li għalih ma jeżistux kategorija u speċifikazzjonijiet tekniċi bl-għan li jiġu protetti l-konsumaturi u l-interessi ekonomiċi tal-produtturi u jiġu unifikati r-rekwiżiti tal-produzzjoni u tal-kwalità partikulari għal dak ix-xorb spirituż, is-setgħa biex l-atti jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward taż-żieda, suġġetta għal ċerti kundizzjonijiet, ta' kategoriji ġodda ta' xorb spirituż ma’ dawk elenkati rispettivament fil-Parti I u l-Parti II tal-Anness ta' dan ir-Regolament u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu.

imħassar

Emenda 15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d – punt i – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

jew direttament bl-użu ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin:

(i)

jew direttament bl-użu ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin , b'mod individwali jew ikkumbinati flimkien :

Emenda 16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d – punt i – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-maċerazzjoni jew proċessar simili ta' materjali minn pjanti fl-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż jew taħlitiet tiegħu fis-sens ta' dan ir-Regolament,

il-maċerazzjoni jew proċessar simili ta' materjali minn pjanti fl-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż jew kombinazzjoni tiegħu fis-sens ta' dan ir-Regolament,

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d – punt i – inċiż 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

iż-żieda ma' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż ta' xi wieħed minn dan li ġej:

iż-żieda ma' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż ta' xi wieħed jew aktar minn dan li ġej:

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d – punt ii – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

billi jiġi miżjud ma' xarba spirituża xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(ii)

billi jiġi miżjud ma' xarba spirituża xi wieħed minn dawn li ġejjin , b'mod individwali jew ikkumbinati flimkien :

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d – punt ii – inċiż 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

xorb;

Emenda 20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

“taħlita” tfisser xarba spirituża elenkata fil-Parti I tal-Anness II jew li tikkorrespondi ma' indikazzjoni ġeografika mħallta ma' xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(3)

“taħlita” tfisser xarba spirituża elenkata fil-Parti I tal-Anness II jew li tikkorrespondi ma' indikazzjoni ġeografika mħallta ma' xi wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

Emenda 21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola;

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

“terminu kompost” tfisser il-kombinazzjoni tat-termini ta' denominazzjoni tal-bejgħ ta' xarba spirituża prevista fil-Parti I tal-Anness II jew it-termini ta' indikazzjoni ġeografika, li tiddeskrivi xarba spirituża, minn fejn l-alkoħol kollu tal-prodott finali joriġina, b'xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(4)

“terminu kompost” tfisser il-kombinazzjoni tat-termini ta' denominazzjoni tal-bejgħ ta' xarba spirituża prevista fil-Parti I tal-Anness II jew it-termini ta' indikazzjoni ġeografika, li tiddeskrivi xarba spirituża, minn fejn l-alkoħol kollu tal-prodott finali joriġina, b'xi wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

“indikazzjoni ġeografika” tfisser indikazzoni li tidentifika xarba spirituża oriġinarja ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni jew karatteristika partikolari oħra tax-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha;

(6)

“indikazzjoni ġeografika” tfisser isem li ġie rreġistrat skont dan ir-Regolament, li jidentifika xarba spirituża oriġinarja ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni jew karatteristika partikolari oħra tax-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha;

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

“Speċifikazzjoni tal-prodott” tfisser fajl mehmuż mal-applikazzjoni għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika li jistipula l-ispeċifikazzjonijiet li xorb spirituż għandu jkun konformi magħhom;

(7)

“Speċifikazzjoni tal-prodott” tfisser fajl mehmuż mal-applikazzjoni għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika li jistipula l-ispeċifikazzjonijiet li xorb spirituż irid ikun konformi magħhom u li jikkorrispondi “mal-iskeda teknika”, imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 110/2008 ;

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)

“grupp” tfisser konċentrazzjoni ta' produtturi, importaturi jew dawk li jipproċessaw xorb spirituż li huma organizzati b'mod speċifiku għas-settur u jiġġeneraw dħul minn bejgħ sinifikanti.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)

“ta' oriġini agrikola” tfisser miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-TFUE.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-alkoħol użat fil-produzzjoni tax-xarbiet alkoħoliċi u sabiex jiddilwixxi jew iħoll il-kuluri, l-aromatizzanti jew kwalunkwe addittiv awtorizzat ieħor użat fil-preparazzjoni ta' xorb alkoħoliku għandu jkun alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

1.   L-alkoħol użat fil-produzzjoni tax-xorb spirituż u sabiex jiddilwixxi jew iħoll il-kuluri, l-aromatizzanti jew kwalunkwe addittiv awtorizzat ieħor użat fil-preparazzjoni ta' xorb spirituż għandu jkun alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Id-distillati użati fil-produzzjoni tax-xarbiet alkoħoliċi u sabiex jiddilwixxi jew iħoll il-kuluri , l-aromatizzanti jew kwalunkwe addittiv awtorizzat ieħor użat fil-preparazzjoni ta' xorb alkoħoliku għandhom ikunu esklussivament ta' oriġini agrikola.

2.   Id-distillati użati fil-produzzjoni tax-xorb spirituż u sabiex jiddilwixxu jew iħollu l-kuluri , l-aromatizzanti jew kwalunkwe addittiv awtorizzat ieħor użat fil-preparazzjoni ta' xorb spirituż għandhom ikunu esklussivament ta' oriġini agrikola.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Fejn jiġi kkumerċjalizzat l-alkoħol etiliku jew distillati ta' oriġini agrikola, il-materja prima li minnha ttieħdu għandha tiġi speċifikata fid-dokumenti elettroniċi li jakkumpanjaw il-prodott.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

jiġi dolċifikat biss skont il-punt (3) tal-Anness I u sabiex tiġi mirquma t-togħma finali tal-prodott.

(e)

ma jiġix dolċifikat ħlief sabiex tiġi mirquma t-togħma finali tal-prodott. Il-kontenut massimu tal-prodotti dolċifikanti espressi f'zokkor invertit m'għandux jeċċedi l-limiti stabbiliti għal kull kategorija fl-Anness II.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

jiġi dolċifikat sabiex jikkorrispondi għall-karatteristiċi partikolari ta' prodott u skont il-punt (3) tal-Anness I u b'kont meħud tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Istati Membri .

(e)

jiġi dolċifikat.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

jiġi dolċifikat sabiex jikkorrispondi għall-karatteristiċi partikolari ta' prodott u skont il-punt (3) tal-Anness I .

(e)

jiġi dolċifikat.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Setgħat delegati

Setgħat delegati

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar:

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar:

(a)

l-emenda tad-definizzjonijiet tekniċi previsti fl-Anness I;

(a)

l-emenda tad-definizzjonijiet tekniċi previsti fl-Anness I;

(b)

l-emenda tar-rekwiżiti tal-kategoriji ta' xorb spirituż prevista fil-Parti I tal-Anness II u r-regoli speċifiċi dwar ċertu xorb spirituż elenkat fil-Parti II tal-Anness II.

 

L-atti delegati msemmija fil-punti  (a)  u (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu limitati sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet dimostrattivi li jirriżultaw minn domandi evolventi tal-konsumaturi, progress teknoloġiku fl-istandards internazzjonali jew ħtiġijiet għal innovazzjoni tal-prodott;

L-atti delegati msemmija fil-punt  (a) tal-ewwel subparagrafu għandhom , filwaqt li jagħtu lok għall-importanza tal-prattika tradizzjonali fi ħdan Stat Membru, ikunu limitati sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet dimostrattivi li jirriżultaw minn domandi evolventi tal-konsumaturi, progress teknoloġiku fl-istandards internazzjonali jew ħtiġijiet għal innovazzjoni tal-prodott;

2.     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar iż-żieda ta' kategoriji ġodda ta' xorb spirituż fl-Anness II.

 

Kategorija ġdida tista' tiġi miżjuda b’dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a)

il-kummerċjalizzazzjoni ta' xarba spirituża b'isem partikolari u b'mod konformi mal-ispeċifikazzjonijiet teknikiċi uniformi huwa ekonomikament u teknikament meħtieġa biex tipproteġi l-interessi tal-konsumaturi u l-produtturi;

 

(b)

ix-xorb spirituż għandu sehem sinifikanti tas-suq f'almenu Stat Membru wieħed;

 

(c)

l-isem magħżul għall-kategorija l-ġdida għandu jkun jew isem użat estensivament jew fejn dan mhux possibbli, isem ta' natura deskrittiva, b'mod partikolari, b'referenza għall-materja prima użata għall-produzzjoni tax-xorb spirituż;

 

(d)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kategorija l-ġdida għandhom jiġu stabbiliti u bbażati fuq evalwazzjoni ta' parametri eżistenti tal-kwalità u tal-produzzjoni użati fis-suq tal-Unjoni. Meta jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għandha tipi rispettata, kif ukoll għandhom jitqiesu dawk l-istandards internazzjonali rilevanti. Dawn għandhom jiżguraw il-kompetizzjoni ġusta fost il-produtturi tal-Unjoni kif ukoll ir-reputazzjoni għolja tax-xorb spirituż tal-Unjoni.

 

3.   Il-Kummissjoni għandha, fil-każijiet eċċezzjonali meta l-liġi tal-pajjiż terz importatur teħtieġ hekk, tingħata wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 43, dwar derogi mir-rekwiżiti ta' definizzjonijiet tekniċi previsti fl-Anness I, mir-rekwiżiti stabbiliti fil-kategoriji ta' xorb spirituż previsti fil-Parti I tal-Anness II u mir-regoli speċifiċi dwar ċertu xorb spirituż elenkat fil-Parti II tal-Anness II.

3.   Il-Kummissjoni għandha, fil-każijiet eċċezzjonali meta l-liġi tal-pajjiż terz importatur teħtieġ hekk, tingħata wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 43, dwar derogi mir-rekwiżiti ta' definizzjonijiet tekniċi previsti fl-Anness I, mir-rekwiżiti stabbiliti fil-kategoriji ta' xorb spirituż previsti fil-Parti I tal-Anness II u mir-regoli speċifiċi dwar ċertu xorb spirituż elenkat fil-Parti II tal-Anness II.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     L-ismijiet ta' materja prima jew ismijiet ta' pjanti li huma riżervati għal kategoriji partikolari ta' prodotti ta' xorb spirituż bħala denominazzjonijiet jistgħu jintużaw għall-prodotti tal-ikel kollha, inkluż ix-xorb spirituż, fid-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni, sakemm ikun garantit, partikolarment fil-każ tax-xorb spirituż, li l-konsumaturi ma jiġux imqarrqa.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Meta xarba spirituża tissodisfa r-rekwiżiti ta' aktar minn kategorija waħda ta' xorb spirituż tal-kategoriji 15 sa 47 tal-Parti  I tal-Anness II, din tista' tinbiegħ taħt waħda jew aktar mid-denominazzjonijiet tal-bejgħ rilevanti previsti f'dawk il-kategoriji.

3.   Meta xarba spirituża tissodisfa r-rekwiżiti ta' aktar minn kategorija waħda ta' xorb spirituż elenkati fil-Parti  I tal-Anness II, din tista' titqiegħed fis-suq taħt waħda jew aktar mid-denominazzjonijiet tal-bejgħ previsti f'dawk il-kategoriji.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk denominazzjoni tal-bejgħ tiġi supplimentata jew sostitwita skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-indikazzjoni ġeografika msemmija f'dak il-punt tista' tiġi supplimentata biss jew:

Jekk l-isem legali jiġi supplimentat jew sostitwit skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-indikazzjoni ġeografika msemmija f'dak il-punt tista' tiġi supplimentata biss jew:

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

b'termini li diġà kienu jintużaw fl-20 ta' Frar 2008 għal indikazzjonijiet ġeografiċi eżistenti fis-sens tal-Artikolu 34(1); jew

(a)

b'termini li diġà kienu jintużaw fl-20 ta' Frar 2008 għal indikazzjonijiet ġeografiċi eżistenti fis-sens tal-Artikolu 34(1) , inklużi t-termini tradizzjonalment użati fl-Istati Membri biex jindikaw li prodott għandu denominazzjoni tal-oriġini protetta skont il-liġi nazzjonali ; jew

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

b'termini indikati fl-ispeċifikazzjoni rilevanti tal-prodott.

(b)

bi kwalunkwe terminu permess mill-ispeċifikazzjoni rilevanti tal-prodott.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-alkoħol użat fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel joriġina esklussivament minn xorb spirituż imsemmi fit-terminu kompost jew fl-allużjoni(jiet), għajr għall-alkoħol etiliku li jista' jkun preżenti f’aromatizzanti użati għall-produzzjoni ta' dan l-oġġett tal-ikel; and

(a)

l-alkoħol użat fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel joriġina esklussivament minn xorb spirituż imsemmi fit-terminu kompost jew fl-allużjoni(jiet), għajr għall-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola li jista' jkun użat bħala trasportatur ta' aromatizzanti użati għall-produzzjoni ta' dan l-oġġett tal-ikel; and

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   L-allużjoni għal xi kategorija jew indikazzjoni ġeografika ta' xorb spirituż, bħala preżentazzjoni ta' oġġett tal-ikel, ma għandhiex tidher fl-istess linja bħad-denominazzjoni tal-bejgħ. Mingħajr ħsara għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3), għall-preżentazzjoni ta' xorb alkoħoliku, l-allużjoni għandha tintwera b'font ta' daqs iżgħar minn dawk użati għad-denominazzjoni tal-bejgħ u t-terminu kompost.

5.    Mingħajr ħsara għall-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, l-allużjoni għal xi kategorija jew indikazzjoni ġeografika ta' xorb spirituż, bħala preżentazzjoni ta' oġġett tal-ikel, ma għandhiex tidher fl-istess linja bħad-denominazzjoni tal-bejgħ. Mingħajr ħsara għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) ta' dan ir-Regolament , għall-preżentazzjoni ta' xorb alkoħoliku, l-allużjoni għandha tintwera b'font ta' daqs iżgħar minn dawk użati għad-denominazzjoni tal-bejgħ u t-terminu kompost.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

It-tikkettar fil-każ ta' addizzjoni ta' alkoħol

 

F'każ li xorb spirituż fil-kategoriji minn 1 sa 14 tal-Anness II jiġi miżjud l-alkoħol, kif definit f’punt (4) tal-Anness I, dilwit jew mhux dilwit, dan ikollu d-denominazzjoni tal-bejgħ ta' “xorb spirituż”. Dan jista' ma jkollu l-ebda deskrizzjoni riżervata fil-kategoriji 1 sa 14.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Taħlita għandu jkollha d-denominazzjoni tal-bejgħ “xorb spirituż”.

Taħlita għandu jkollha d-denominazzjoni tal-bejgħ “xorb spirituż” li għandha tidher b'mod ċar f'post prominenti fuq it-tikketta .

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-perjodu jew l-età ta' maturazzjoni jistgħu jkunu speċifikati fil-preżentazzjoni jew it-tikkettar tax-xarba spirituża, meta dawn jirreferu għall-komponent alkoħoliku l-aktar reċenti, sakemm ix-xarba spirituża tkun ġiet invekkjatataħt superviżjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa ta' Stat Membru jew superviżjoni li toffri garanziji ekwivalenti.

3.   Il-perjodu jew l-età ta' maturazzjoni jistgħu jkunu speċifikati fil-preżentazzjoni jew it-tikkettar tax-xarba spirituża, meta dawn jirreferu għall-komponent alkoħoliku l-aktar reċenti, sakemm l-operazzjonijiet kollha tal-invekkjament tax-xarba spirituża jkunu saru taħt superviżjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa ta' Stat Membru jew superviżjoni li toffri garanziji ekwivalenti. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru pubbliku li jkun fih il-lista tal-korpi responsabbli mill-monitoraġġ tal-invekkjament f'kull Stat Membru.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Meta fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar ikun indikat il-perjodu tal-maturazzjoni jew tal-invekkjament ta' xarba spirituża, dan għandu jkun indikat ukoll fid-dokument elettroniku li jakkumpanja lix-xarba spirituża.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     B'deroga mill-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, fil-każ tal-brandy li ġie invekkjat bl-użu tal-metodu ta' invekkjament dinamiku magħruf bħala “criaderas y solera”, l-invekkjament medju, ikkalkulat kif deskritt fl-Anness IIa, jista' jissemma' biss fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar dment li l-invekkjament tal-brandy kien soġġett għal metodu ta' kontroll awtorizzat mill-awtorità kompetenti. L-invekkjament medju fit-tikkettar tal-brandy għandu jitniżżel fi snin u għandu jinkludi referenza għall-metodu magħruf bħala “criaderas y solera”.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Meta l-oriġini ta' xarba spirituża tkun indikata, din għandha tikkorrispondi għall-pajjiż jew it-territorju ta' oriġini skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill  (16).

1.   Meta l-oriġini ta' xarba spirituża tkun indikata, din għandha tikkorrispondi għall-post jew ir-reġjun fejn ikun seħħ l-istadju tal-proċess ta' produzzjoni tal-prodott finali li jkun ta l-karattru l-kwalitajiet definittivi essenzjali tiegħu lix-xarba spirituża .

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Mingħajr ħsara għall-ewwel paragrafu, fil-każ ta' xorb spirituż prodott fl-Unjoni u maħsub għall-esportazzjoni, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u t-termini indikati bil-korsiv fl-Anness II jistgħu jkunu akkumpanjati bi traduzzjoni fejn tali traduzzjoni tkun rekwiżit legali tal-pajjiż ta' importazzjoni.

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

Artikolu 14

L-użu ta' simbolu tal-Unjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti

L-użu ta' simbolu tal-Unjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi

Is-simbolu tal-Unjoni għall-indikazzjoni ġeografika protetta jista' jintuża għat-tikkettar l-preżentazzjoni ta' xorb spirituż.

Is-simbolu tal-Unjoni għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti adottati skont l-Artikolu 12(7) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jista' jintuża għall-preżentazzjoni għat-tikkettar ta' xorb spirituż b'indikazzjoni ġeografika .

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16

Artikolu 16

Setgħat delegati

Setgħat delegati

1.   Sabiex jitqiesu t-talbiet li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar:

1.   Sabiex jitqiesu t-talbiet li dejjem jevolvu tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku, l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur u titqies il-prattika tradizzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati , li jissupplimentaw dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 43 dwar:

(a)

emendi tar-regoli fir-rigward tal-indikazzjonijiet fuq it-tikketta tax-xorb spirituż li jikkonċernaw it-termini komposti jew l-allużjonijiet;

(a)

emendi tar-regoli fir-rigward tal-indikazzjonijiet fuq it-tikketta tax-xorb spirituż li jikkonċernaw it-termini komposti jew l-allużjonijiet;

(b)

emendi tar-regoli fir-rigward tal-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' taħlitiet; u

(b)

emendi tar-regoli fir-rigward tal-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' taħlitiet; u

(c)

l-aġġornament u t-tlestija tal-metodi ta' referenza tal-Unjoni għall-analiżi tax-xorb spirituż.

(c)

l-aġġornament u t-tlestija tal-metodi ta' referenza tal-Unjoni għall-analiżi tax-xorb spirituż.

2.   Sabiex jitqiesu l-proċessi ta' invekkjament tradizzjonali fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 43 dwar derogi mill-Artikolu 11(3) rigward l-ispeċifikazzjoni tal-perjodu jew età tal-maturazzjoni fil-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta' xarba spirituża.

2.   Sabiex jitqiesu l-proċessi ta' invekkjament tradizzjonali fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar derogi mill-Artikolu 11(3) rigward l-ispeċifikazzjoni tal-perjodu jew età tal-maturazzjoni fil-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta' xarba spirituża.

3.     Fil-każijiet eċċezzjonali meta l-liġi tal-pajjiż terz importatur teħtieġ hekk, il-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħa li tadotta atti ddelegati b’konformità mal-Artikolu 43 rigward derogi mid-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar li hemm f’dan il-Kapitolu.

 

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza xarba spirtuża prodotta skont l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti.

1.   L-indikazzjonijiet ġeografiċi jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza xarba spirtuża prodotta skont l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti.

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u x-xorb spirituż li jużaw dawk l-ismijiet protetti b'konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu protetti minn:

2.   L-indikazzjonijiet ġeografiċi u x-xorb spirituż li jużaw dawk l-ismijiet protetti b'konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu protetti minn:

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

minn prodotti komparabbli li mhumiex konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-isem protett; jew

(i)

minn prodotti komparabbli li mhumiex konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-isem protett , inkluż meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent ; jew

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

kull użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew servizz ikunu indikati jew jekk l-isem protett ikun tradott jew akkumpanjat minn espressjoni bħal “stil”, “tip”, “metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni”, “togħma”, “bħal” jew xi espressjonijiet simili;

(b)

kull użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew servizz ikunu indikati jew jekk l-isem protett ikun tradott jew akkumpanjat minn espressjoni bħal “stil”, “tip”, “xorta” “metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni”, “togħma”, “bħal” jew xi espressjonijiet simili , inkluż meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent ;

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

kull indikazzjoni falza jew qarrieqa oħra fir-rigward tal-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq l-imballaġġ intern jew estern, il-materjal ta' reklamar jew dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat, u l-imballaġġ tal-prodott f’kontenitur li x'aktarx jagħti impressjoni falza rigward l-oriġini tiegħu;

(c)

kull indikazzjoni falza jew qarrieqa oħra fir-rigward tal-provenjenza, l-oriġini, in-natura , l-ingredjenti, jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq il-preżentazzjoni jew it-tikketta tal-prodott li x'aktarx jagħti impressjoni falza rigward l-oriġini tiegħu;

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 32(1).

3.   L-indikazzjonijiet ġeografiċi ma għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 32(1).

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Il-protezzjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fil-paragrafu 2 għandha tapplika wkoll għall-oġġetti li jinġiebu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni.

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu passi meħtieġa sabiex iwaqqfu l-użu illegali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kif imsemmi fil-paragrafu 2.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu passi meħtieġa sabiex iwaqqfu l-użu illegali ta' indikazzjonijiet ġeografiċi kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     L-Istati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 61 sa 72 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, għaż-żoni fejn hemm inbejjed adattati għall-produzzjoni ta' xorb spirituż b'indikazzjoni ġeografika. Għall-finijiet ta' dawn id-dispożizzjonijiet, iż-żoni kkonċernati jistgħu jiġu ttrattati bħala żoni fejn inbejjed b'denominazzjoni tal-oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta jistgħu jiġu prodotti.

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

deskrizzjoni tal-metodu kif jinkiseb ix-xorb spirituż u, fejn ikun xieraq, tal-metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux kif ukoll informazzjoni dwar l-ippakkjar, jekk il-grupp applikant jiddetermina hekk u jagħti ġustifikazzjoni suffiċjenti speċifika għall-prodott għaliex l-imballaġġ ikun irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b'kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari dik dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi;

(e)

deskrizzjoni tal-metodu ta' produzzjoni tax-xorb spirituż u, fejn ikun xieraq, tal-metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux kif ukoll informazzjoni dwar l-ippakkjar, jekk l-applikant jew il-grupp applikant (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “applikant”) jiddetermina hekk u jagħti ġustifikazzjoni suffiċjenti speċifika għall-prodott għaliex l-imballaġġ ikun irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b'kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari dik dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi;

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

dettalji li jistabbilixxu r-rabta bejn kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra speċifika tax-xorb spirituż u ż-żona ġeografika msemmija fil-punt (d) ;

(f)

id-dettalji li juru r-rabta mal-ambjent ġeografiku jew l-oriġini ġeografika;

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-ismijiet u l-indirizzi tal-grupp applikant u tal-awtoritajiet jew, jekk disponibbli, il-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;

(a)

l-ismijiet u l-indirizzi tal-applikant u tal-awtoritajiet jew, jekk disponibbli, il-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

il-punti ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott: l-isem, deskrizzjoni tax-xarba spirituża, inklużi, fejn ikun xieraq, regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ u t-tikkettar, u definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika;

(i)

il-punti ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott: l-isem, il-kategorija, deskrizzjoni tax-xarba spirituża, inklużi, fejn ikun xieraq, regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ u t-tikkettar, u definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika;

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-isem u l-indirizz tal-grupp applikant ;

(a)

l-isem u l-indirizz tal-applikant ;

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jqis li l-applikazzjoni mressqa mill-grupp applikant u li tikkwalifika għal deċiżjoni favorevoli tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati b’mod konformi miegħu;

(c)

dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jqis li l-applikazzjoni mressqa mill-applikant u li tikkwalifika għal deċiżjoni favorevoli tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati b'mod konformi miegħu;

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Applikazzjoni konġunta għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru kkonċernat, jew minn grupp applikant f'pajjiż terz ikkonċernat, direttament jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz. Din għandha tinkludi d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 20(2) mill-Istati Membri kkonċernati kollha. Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 20 għandhom jiġu ssodisfati fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kkonċernati kollha.

Applikazzjoni konġunta għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru kkonċernat, jew minn applikant f'pajjiż terz ikkonċernat, direttament jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz. Din għandha tinkludi d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 20(2) mill-Istati Membri kkonċernati kollha. Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 20 għandhom jiġu ssodisfati fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kkonċernati kollha.

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Meta l-applikazzjoni tkun relatata ma' żona ġeografika f'pajjiż terz, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni , jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat.

5.   Meta l-applikazzjoni tkun relatata ma' żona ġeografika f'pajjiż terz, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 22

imħassar

Protezzjoni nazzjonali tranżitorja

 

1.     Stat Membru jista', fuq bażi tranżitorja biss, jagħti protezzjoni lil isem taħt dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali, b’effett mid-data li fiha tkun tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni.

 

2.     Tali protezzjoni nazzjonali għandha tieqaf fid-data li fiha jew tkun ittieħdet deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament jew l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata.

 

3.     Meta isem ma jkunx ġie reġistrat skont dan il-Kapitolu, ir-responsabbiltà għall-konsegwenzi ta' tali protezzjoni nazzjonali għandha tkun biss tal-Istat Membru kkonċernat.

 

4.     Il-miżuri meħudin mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 għandhom ikollhom effett fil-livell nazzjonali biss, u m’għandu jkollhom l-ebda effett fuq il-kummerċ fl-Unjoni jew fuq dak internazzjonali.

 

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tiskrutinja b'mezzi adatti kwalunkwe applikazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 21, sabiex tivverifika li din tkun iġġustifikata u li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu. Dan l-iskrutinju m'għandux jieħu aktar minn perjodu ta' 12-il xahar . Fejn jinqabeż dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tindika bil-miktub lill-applikant ir-raġunijiet għad-dewmien.

1.   Il-Kummissjoni għandha tiskrutinja b'mezzi adatti kwalunkwe applikazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 21, sabiex tivverifika li din tkun iġġustifikata u li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu. Dan l-iskrutinju għandu jikkonsisti minn verifika li ma hemm l-ebda żball manifest fl-applikazzjoni u, bħala regola ġenerali  m'għandux jieħu aktar minn perjodu ta' 6 xhur . Fejn jinqabeż dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tindika minnufih bil-miktub lill-applikant ir-raġunijiet għad-dewmien.

Il-Kummissjoni għandha, għall-inqas kull xahar, tagħmel pubblika l-lista ta' ismijiet li għalihom ġew ippreżentati lilha applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, kif ukoll id-data tal-preżentazzjoni tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha, għall-inqas kull xahar, tagħmel pubblika l-lista ta' ismijiet li għalihom ġew ippreżentati lilha applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, kif ukoll id-data tal-preżentazzjoni tagħhom.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Meta, abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni mill-iskrutinju li jsir taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1), il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ma ġewx issodisfati, hija għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jirrifjutaw l-applikazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(2) .

1.   Meta, abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni mill-iskrutinju li jsir taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1), il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ma ġewx issodisfati, hija għandha tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 43, li jirrifjutaw l-applikazzjoni .

Emenda 70

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda notifika ta' oppożizzjoni jew l-ebda dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni ammissibbli taħt l-Artikolu 24, hija għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2) , li jirreġistraw l-isem.

2.   Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda notifika ta' oppożizzjoni jew l-ebda dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni ammissibbli taħt l-Artikolu 24, hija għandha tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 43 , li jirreġistraw l-isem.

Emenda 71

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jekk ikun intlaħaq ftehim, tirreġistra l-isem permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2) , u, jekk ikun meħtieġ, temenda l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 23(2) sakemm dawn l-emendi ma jkunux sostanzjali; jew

(a)

jekk ikun intlaħaq ftehim, tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 43 , biex tirreġistra l-isem u, jekk ikun meħtieġ, temenda l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 23(2) sakemm dawn l-emendi ma jkunux sostanzjali; jew

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

jekk ma jintlaħaqx ftehim, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeċiedu dwar ir-reġistrazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(2) .

(b)

jekk ma jintlaħaqx ftehim, tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 43, li jiddeċiedi dwar ir-reġistrazzjoni .

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fejn japplika d-dritt nazzjonali, l-applikazzjoni għandha ssegwi l-proċedura stabbilita fid-dritt nazzjonali.

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-iskrutinju tal-applikazzjoni għandu jiffoka fuq l-emenda proposta.

3.   L-iskrutinju tal-applikazzjoni għandu jindirizza biss l-emenda proposta.

Emenda 75

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' , fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tikkanċella r-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika fil-każijiet li ġejjin:

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 43 , fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, biex tikkanċella r-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika fil-każijiet li ġejjin:

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

meta l-ebda prodott ma jitqiegħed fuq is-suq bl-indikazzjoni ġeografika għal mill-inqas seba' snin.

(b)

meta l-ebda prodott ma jitqiegħed fis-suq bl-indikazzjoni ġeografika għal mill-inqas seba' snin konsekuttivi .

Emenda 77

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

imħassar

Emenda 78

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-atti li jikkanċellaw ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom ikunu pubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 79

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni , mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(2) , li jistabbilixxu u jipprovdu għaż-żamma ta' reġistru elettroniku aġġornat, li jkun aċċessibbli għall-pubbliku, tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż rikonoxxut f'din l-iskema. (“ir-Reġistru”).

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati , li jissupplimentaw dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 43 , li jistabbilixxu u jipprovdu għaż-żamma ta' reġistru elettroniku aġġornat, li jkun aċċessibbli għall-pubbliku, tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż rikonoxxut f'din l-iskema. (“ir-Reġistru”) li jieħu post u li jkollu l-istess valur legali bħall-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008. Ir-Reġistru [daħħal nota f'qiegħ il-paġna b'link diretta mas-sit rilevanti] għandu jipprovdi aċċess dirett għall-ispeċifikazzjonijiet kollha tal-prodott għax-xorb spirituż irreġistrat bħala indikazzjoni ġeografika.

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-forma u l-kontenut tar-Reġistru. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, li jissupplimentaw dan ir-Regolament skont l-Artikolu 43, li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-forma u l-kontenut tar-Reġistru.

Emenda 81

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż prodott f'pajjiżi terzi li huwa protett fl-Unjoni skont ftehim internazzjonali li l-Unjoni hija parti kontraenti minnu, jistgħu jiddaħlu fir-Reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi.

L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż prodott f'pajjiżi terzi li huwa protett fl-Unjoni skont ftehim internazzjonali li l-Unjoni hija parti kontraenti minnu, jistgħu jiddaħlu fir-Reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi biss wara li l-Kummissjoni tkun adottat att delegat għal dak il-għan .

Emenda 82

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tax-xorb spirituż skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr ħsara għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti ta' prodotti definiti fl-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Emenda 83

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Isem m'għandux ikun protett bħala indikazzjoni ġeografika jekk il-produzzjoni jew l-istadji tal-preparazzjoni li jkunu obbligatorji għall-kategorija rilevanti tax-xarba spirituża ma jsirux fiż-żona ġeografika rilevanti.

3.   Isem m'għandux ikun protett bħala indikazzjoni ġeografika jekk l-istadji li jkunu obbligatorji għall-kategorija rilevanti tax-xarba spirituża ma jsirux fiż-żona ġeografika rilevanti.

Emenda 84

Proposta għal regolament

Artikolu 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 34

Artikolu 34

Setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti eżistenti

Setgħat fir-rigward ta' indikazzjonijiet ġeografiċi eżistenti

1.     Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, l-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż protetti skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008, għandhom ikunu protetti awtomatikament bħala indikazzjonijiet ġeografiċi skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha telenkahom fir-Reġistru.

L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż protetti skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008, għandhom ikunu protetti awtomatikament bħala indikazzjonijiet ġeografiċi skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha telenkahom fir-Reġistru.

2.     Għal perjodu ta' mhux aktar minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tista', fuq l-inizjattiva tagħha stess, tikkanċella l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 110/2008 jekk dawn ma jkunux konformi mal-punt (6) tal-Artikolu 2(1). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(2).

 

Emenda 85

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-korp ta' kontroll skont it-tifsira tal-punt 5 tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu  2 tar-Regolament ( KE ) Nru 882 / 2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (19) li jopera bħala entità taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti.

(b)

korp delegat skont it-tifsira tal-punt 5 tal-Artikolu  3 tar-Regolament ( UE ) 2017 / 625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), li jopera bħala korp taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti.

Emenda 86

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minkejja l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, l-ispejjeż ta' tali verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom jitħallsu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel li huma suġġetti għal dawk il-kontrolli.

Minkejja l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, l-ispejjeż ta' tali verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom jitħallsu mill-operaturi li huma suġġetti għal dawk il-kontrolli.

Emenda 87

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li jivverfikaw il-konformità tal-indikazzjoni ġeografika protetta mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu oġġettivi u imparzjali. Huma għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa disponibbli sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom.

5.   L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li jivverfikaw il-konformità tal-indikazzjoni ġeografika mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu oġġettivi u imparzjali. Huma għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa disponibbli sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom.

Emenda 88

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-proċeduri u r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ( KE ) Nru 882 / 2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-verifiki previsti fl-Artikoli 35 u 36 ta' dan ir-Regolament.

1.   Il-proċeduri u r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ( UE ) 2017 / 625 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-verifiki previsti fl-Artikoli 35 u 36 ta' dan ir-Regolament.

Emenda 89

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li attivitajiet ta' kontroll tal-obbligi skont dan il-Kapitolu jkunu speċifikament inklużi f'taqsima separata fil-pjanijiet ta' kontroll nazzjonali multiannwali f'konformità mal-Artikoli  41 sa 43 tar-Regolament (KE) Nru 882 / 2004 .

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li attivitajiet ta' kontroll tal-obbligi skont dan il-Kapitolu jkunu speċifikament inklużi f'taqsima separata fil-pjanijiet ta' kontroll nazzjonali multiannwali f'konformità mal-Artikoli  109 sa 111 tar-Regolament (KE) 2017 / 625 .

Emenda 90

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Ir-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu  44 (1) tar-Regolament ( KE ) Nru 882 / 2004 għandhom jinkludu, f'taqsima separata, l-informazzjoni msemmija f'dik id-dispożizzjoni dwar il-kontroll tal-obbligi stabbiliti b'dan ir-Regolament.

3.   Ir-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu  113 (1) tar-Regolament ( UE ) 2017 / 625 għandhom jinkludu, f'taqsima separata, l-informazzjoni msemmija f'dik id-dispożizzjoni dwar il-kontroll tal-obbligi stabbiliti b'dan ir-Regolament.

Emenda 91

Proposta għal regolament

Artikolu 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 38

Artikolu 38

Setgħat delegati

Setgħat delegati

1.     Sabiex jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet tal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar:

 

(a)

il-kriterji addizzjonali għad-demarkazzjoni taż-żona ġeografika; and

 

(b)

ir-restrizzjonijiet u d-derogi relatati mal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata.

 

2.     Sabiex ikunu żgurati l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodotti, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti delegati adottati skont l-Artikolu 43, tagħmel dispożizzjoni dwar il-kundizzjonijiet li bihom l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tista' tinkludi informazzjoni dwar l-imballaġġ kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 19 jew kwalunkwe regola speċifika ta' tikkettar kif imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 19.

 

3.   Sabiex ikunu żgurati d-drittijiet jew l-interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-operaturi tan-negozji tal-ikel , il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 43, tistipula:

3.   Sabiex ikunu żgurati d-drittijiet jew l-interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-operaturi, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 43, tistipula:

(a)

f'liema każijiet produttur uniku jista' japplika għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika;

(a)

f'liema każijiet produttur uniku jista' japplika għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika;

(b)

Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu segwiti fir-rigward tal-applikazzjoni għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika, il-proċeduri nazzjonali preliminari, l-iskrutinju mill-Kummissjoni, il-proċedura ta' oġġezzjoni u l-kanċellazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, inkluż fil-każijiet meta ż-żona ġeografika tkopri aktar minn pajjiż wieħed.

(b)

Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu segwiti fir-rigward tal-applikazzjoni għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika, il-proċeduri nazzjonali preliminari, l-iskrutinju mill-Kummissjoni, il-proċedura ta' oġġezzjoni u l-kanċellazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, inkluż fil-każijiet meta ż-żona ġeografika tkopri aktar minn pajjiż wieħed.

4.   Sabiex ikun żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jipprovdu informazzjoni rilevanti u konċiża, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43, li jistabbilixxu regoli li jillimitaw l-informazzjoni li tinsab fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, meta tali limitazzjoni tkun meħtieġa biex jiġu evitati applikazzjonijiet eċċessivament voluminużi għar-reġistrazzjoni.

4.   Sabiex ikun żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jipprovdu informazzjoni rilevanti u konċiża, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43, li jistabbilixxu regoli li jillimitaw l-informazzjoni li tinsab fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, meta tali limitazzjoni tkun meħtieġa biex jiġu evitati applikazzjonijiet eċċessivament voluminużi għar-reġistrazzjoni.

5.   Sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess amministrattiv ta' applikazzjoni għal emenda, inkluż fejn l-emenda tkun tikkonsisti f’bidla temporanja tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta' miżuri sanitarji u fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi jew marbuta ma’ diżastri naturali jew kundizzjonijiet ta' temp avversi rikonoxxuti formalment rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 43, biex jistabbilixxu kundizzjonijiet u rekwiżiti għall-proċedura dwar l-emendi li għandhom jiġu approvati kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni.

5.   Sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess amministrattiv ta' applikazzjoni għal emenda, inkluż fejn l-emenda tkun tikkonsisti f’bidla temporanja tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta' miżuri sanitarji u fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi jew marbuta ma’ diżastri naturali jew kundizzjonijiet ta' temp avversi rikonoxxuti formalment rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 43, biex jistabbilixxu kundizzjonijiet u rekwiżiti għall-proċedura dwar l-emendi li għandhom jiġu approvati kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni.

6.   Sabiex jiġi evitat l-użu illegali tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar l-azzjonijiet xierqa li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri f’dan ir-rigward.

6.   Sabiex jiġi evitat l-użu illegali tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar l-azzjonijiet xierqa li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri f’dan ir-rigward.

7.   Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-verifiki stipulati f'dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar il-miżuri neċessarji fir-rigward tan-notifika tal-operaturi tan-negozji tal-ikel lill-awtoritajiet kompetenti.

7.   Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-verifiki stipulati f'dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 dwar il-miżuri neċessarji fir-rigward tan-notifika tal-operaturi lill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda 92

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-kontrolli tax-xorb spirituż. Huma għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament u għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-konformità ma' dan ir-Regolament.

1.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-kontrolli tax-xorb spirituż , skont ir-Regolament (UE) 2017/625 . Huma għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament u għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-konformità ma' dan ir-Regolament.

Emenda 93

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-setgħa li jkunu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 5, 16, 38, 41 u 46(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.   Is-setgħa li jkunu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 5, 16, 27, 29, 30, 38, 41 u 46(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn … [ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu .

Emenda 94

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Artikoli 19 sa 23, 28 u 29 għandhom japplikaw għal applikazzjonijiet għal protezzjoni, applikazzjonijiet għal emendi u kanċellazzjonijiet ippreżentati wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3.   L-Artikoli 19 sa 23, 28 u 29 għandhom japplikaw għal applikazzjonijiet għal protezzjoni, applikazzjonijiet għal emendi u kanċellazzjonijiet ippreżentati wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Referenza għal speċifikazzjonijiet tal-prodott kif definit fil-punt 7 tal-Artikolu 2(1) għandha titqies li tinkludi wkoll il-fajls tekniċi tax-xorb spirituż protett skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 fejn ikun xieraq u, b'mod partikolari, fir-rigward ta' dan l-Artikolu u l-Artikoli 18, 28, 29, 35, 38, 39 ta' dan ir-Regolament.

Emenda 95

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

“ta' oriġini agrikola” tfisser miksub minn prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-TFUE;

Emenda 96

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)

“Distillazzjoni” hija proċedura li permezz tagħha taħlita ta' sustanzi li fiha l-alkoħol jew likwidu alkoħoliku jissaħħnu u mbagħad il-fwar li jinħoloq jerġa' jiġi kkondensat (likwifikat). Din il-proċedura termali sservi jew għas-separazzjoni tas-sustanzi fit-taħlita tal-bidu jew għat-tisħiħ ta' ċerti proprjetajiet sensorjali tal-likwidu alkoħoliku. Skont il-kategorija ta' prodott, il-metodu ta' produzzjoni jew l-apparat użat, din id-distillazzjoni sseħħ darba jew aktar drabi.

Emenda 98

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 1 – punt 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda 99

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

Fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, it-terminu ġenerali “distillazzjoni” jintuża kemm għal distillazzjoni unika kif ukoll għal dik multipla jew ridistillazzjoni.

Emenda 100

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

stevja;

Emenda 101

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

kwalunkwe sustanza karboidrata naturali oħra li għandha effett simili għall-prodotti msemmija fil-punti minn (a) sa (e);

(f)

kwalunkwe sustanza naturali jew materja prima agrikola oħra li għandha effett simili għall-prodotti msemmija fil-punti minn (a) sa (e).

Emenda 102

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

“żieda ta' alkoħol” tfisser iż-żieda ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew ta' distillati ta' oriġini agrikola, jew tat-tnejn, ma' xorb spirituż.

(4)

“Żieda ta' alkoħol” tfisser iż-żieda ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew ta' distillati ta' oriġini agrikola, jew tat-tnejn, ma' xorb spirituż. L-użu ta' alkoħol ta' oriġini agrikola biex jiġi dilwit jew għax-xoljiment ta' kuluri, tat-togħma jew kwalunkwe addittiv awtorizzat ieħor użat fit-tħejjija ta' xorb spirituż m'għandux ikun ikkunsidrat bħala żieda ta' alkoħol;

Emenda 103

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

“Aromatizzazzjoni” tfisser iż-żieda ta' aromatizzanti jew ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti fil-preparazzjoni ta' xarba spirituża.

Emenda 104

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

“koloranti” tfisser li fil-preparazzjoni ta' xarba spirituża jintuża kulur jew aktar kif definit fil-punt 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008;

(14)

“Koloranti” tfisser li fil-produzzjoni ta' xarba spirituża jintuża kulur jew aktar kif definit fil-punt 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

Emenda 105

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

“Post tal-manifattura” tfisser il-post jew ir-reġjun fejn ikun seħħ l-istadju fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott finali li jkun ta lix-xarba spirituża l-karattru u l-kwalitajiet definittivi essenzjali tagħha.

Emenda 106

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b)

“Deskrizzjoni” tfisser it-termini użati fuq it-tikketta, il-preżentazzjoni u l-pakkett; fid-dokumenti li jakkumpanjaw it-trasport ta' xarba; fid-dokumenti kummerċjali, partikolarment il-fatturi u n-noti tal-kunsinna; u użati fir-reklami tax-xarba.

Emenda 107

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – punt 1 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

xarba spirituża prodotta esklussivament b'fermentazzjoni alkoħolika u distillazzjoni tal-meraq tal-kannamieli li għandu l-karatteristiċi aromatiċi speċifiċi għar-rum u kontenut ta' sustanzi volatili daqs jew iżjed minn 225 gramma għal kull ettolitru ta' alkolħol ta' 100 % volum. Din ix-xarba spirituża tista' titqiegħed fis-suq bil-kelma “agrikolu” sabiex tikkwalifika d-denominazzjoni tal-bejgħ “rum” akkumpanjata minn kwalunkwe waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati tad-Dipartimenti Franċiżi barra l-Pajjiż u r-Reġjun Awtonomu ta' Madeira.

(ii)

xarba spirituża prodotta esklussivament b'fermentazzjoni alkoħolika u distillazzjoni tal-meraq tal-kannamieli li għandu l-karatteristiċi aromatiċi speċifiċi għar-rum u kontenut ta' sustanzi volatili daqs jew iżjed minn 225 gramma għal kull ettolitru ta' alkolħol ta' 100 % volum. Din ix-xarba spirituża tista' titqiegħed fis-suq bil-kelma “agrikolu” sabiex tikkwalifika l-isem legali “rum” biss meta tkun akkumpanjata minn waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati tad-Dipartimenti Franċiżi barra l-Pajjiż u r-Reġjun Awtonomu ta' Madeira.

Emenda 108

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

Ir-rum jista' jiġi dolċifikat b'doża massima ta' 20 gramma għal kull litru ta' prodott finali, espressa bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Emenda 109

Proposta għal regolament

Anness II – parti B – kategorija 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.

Whisky jew Whiskey

2.

Whisky jew Whiskey

 

(Il-kliem 'Whisky jew Whiskey' għandhom jidhru bil-korsiv jekk jiġu adottati.)

Emenda 110

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt ( 54 ) tal-Anness I, dilwit jew le.

(c)

M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol kif definit fil-punt ( 4 ) tal-Anness I, dilwit jew le.

Emenda 111

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

Il-whisky jew whiskey m'għandux ikun miżjud b'sustanzi dolċifikanti jew aromatizzat, u lanqas m'għandu jkun fih addittivi għajr karamella ordinarja użata għall-kulur.

(d)

Il-whisky jew whiskey m'għandux ikun miżjud b'sustanzi dolċifikanti jew aromatizzat, u lanqas m'għandu jkun fih addittivi għajr karamella ordinarja (E150a) użata għall-kulur.

Emenda 112

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

Bl-eċċezzjoni tal-“Korn”, il-qawwa alkoħolika minima bil-volum tal-ispirtu taċ-ċereali għandha tkun ta' 37  %.

(b)

Bl-eċċezzjoni tal-“Korn”, il-qawwa alkoħolika minima bil-volum tal-ispirtu taċ-ċereali għandha tkun ta' 35  %.

Emenda 113

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 3 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

L-ispirtu taċ-ċereali jista' jiġi dolċifikat biss b'sa 10 grammi għal kull litru ta' prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Emenda 114

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

L-ispirtu tal-inbid m'għandux ikun aromatizzat. Dan m'għandux jeskludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

(d)

L-ispirtu tal-inbid m'għandux ikun aromatizzat. Dan m'għandux jeskludi ż-żieda ta' sustanzi li tradizzjonalment jintużaw waqt il-produzzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 li jispeċifikaw liema sustanzi huma awtorizzati madwar l-Unjoni kollha u għandha tiġi ggwidata minn proċessi ta' produzzjoni tradizzjonali fl-Istati Membri individwali.

Emenda 115

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 4 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

L-ispirtu tal-inbid jista' jiġi dolċifikat b'doża massima ta' 20 gramma għal kull litru ta' prodott finali, espressa bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Emenda 116

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 4 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb)

It-terminu “spirtu tal-inbid” f'konnessjoni ma' “ħall” jibqa' permess għall-isem, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' ħall.

Emenda 117

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.

Brandy jew Weinbrand

5.

Brandy jew Weinbrand

Emenda 118

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

Il-Brandy jew Weinbrand m'għandux ikun aromatizzat . Dan m'għandux jeskludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

(d)

Il-Brandy jew Weinbrand m'għandhomx ikunu aromatizzati . Dan m'għandux jeskludi ż-żieda ta' sustanzi li tradizzjonalment jintużaw waqt il-produzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 li jispeċifikaw liema sustanzi huma awtorizzati madwar l-Unjoni kollha u għandha tiġi ggwidata minn proċessi ta' produzzjoni tradizzjonali fl-Istati Membri individwali.

Emenda 119

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 5 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

Il-Brandy jew Weinbrand jista' jiġi dolċifikat b'sa 35 gramma għal kull litru tal-prodott lest, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

 

(Il-kliem “Brandy jew Weinbrand” għandhom jidhru bil-korsiv jekk jiġu adottati.)

Emenda 120

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 6 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

Il-karfa tal-għeneb magħsur jew l-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 gramma għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Emenda 121

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – punt 7 – punt a – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)

il-kontenut massimu ta' aċidu idroċijaniku għandu jkun ta' 7 grammi għal kull ettolitru ta' 100 % vol. ta' alkoħol fil-każ ta' spirtu tal-karfa tal-frott tal-għadma magħsur;

(iv)

il-kontenut massimu ta' aċidu idroċijaniku għandu jkun ta' 1 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. ta' alkoħol fil-każ ta' spirtu tal-karfa tal-frott tal-għadma magħsur . Fil-każ ta' spirtu tal-karfa tal-frott tal-għadma magħsur, ma jinqabiżx kontenut massimu ta' etilkarbamat ta' 1 mg/l tal-prodott finali.

Emenda 122

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 7 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

L-Ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur jista' jiġi dolċifikat biss b'sa 20 gramma għal kull litru ta' prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Emenda 123

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.

Spirtu taż-żbib jew raisin brandy

8.

Spirtu taż-żbib jew raisin brandy

Emenda 124

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 8 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

L-ispirtu taż-żbib jew raisin brandy jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 gramma għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

 

(Il-kliem “raisin brandy” għandhom jidhru bil-korsiv jekk din l-emenda tiġi aċċettata.)

Emenda 125

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 9 – punt a – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)

fil-każ ta' xorb spirituż tal-frott bl-għadma, ikollha kontenut ta' aċidu idroċjaniku li ma jaqbiżx is-7 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.

(iv)

fil-każ ta' xorb spirituż tal-frott bl-għadma, ikollu kontenut ta' aċidu idroċjaniku li ma jaqbiżx il-gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol. Fil-każ ta' spirtu tal-karfa tal-frott tal-għadma magħsur, ma jinqabiżx kontenut massimu ta' etilkarbamat ta' 1 mg/l ta' prodott finali.

Emenda 126

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 9 – punt b – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia)

checkerberry (Sorbus torminalis (L.) Crantz),

frott taż-żorba (Sorbus domestica L.),

frott tal-warda Skoċċiża (Rosa Canina L.).

Emenda 127

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 9 – punt f – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Alternattivament id-denominazzjoni tal-bejgħ “Obstler” tista' tintuża għal spirtu tal-frott prodott esklussivament minn varjetajiet differenti ta' tuffieħ, lanġas jew it-tnejn.

 

(Il-kelma “Obstler” għandha tidher bil-korsiv jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda 128

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 9 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

Kull meta żewġ frottiet, berries jew ħxejjex jew aktar jiġu distillati flimkien, il-prodott għandu jinbiegħ taħt l-isem“ jew “spirtu tal-ħaxix ”, skont il-każ . L-isem jista' jkun issupplimentat minn dak ta' kull frotta, berry jew ħaxixa, f'ordni li tonqos skont il-kwantità użata.

(h)

Kull meta żewġ frottiet, berries jew ħxejjex jew aktar jiġu distillati flimkien, il-prodott għandu jinbiegħ taħt l-isem “spirtu tal-frott u tal-ħaxix” jew “spirtu tal-ħaxix u tal-frott” , skont jekk hux qed jiġu ddistillati flimkien aktar frott u/jew berries jew aktar ħxejjex . L-isem jista' jkun issupplimentat minn dak ta' kull frotta, berry jew ħaxixa, f'ordni li tonqos skont il-kwantità użata.

Emenda 129

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 9 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)

L-ispirtu tal-frott jista' jiġi dolċifikat biss b'sa 18-il gramma għal kull litru ta' prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Emenda 130

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 10 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

La l-ispirtu tas-sidru u lanqas l-ispirtu tal-perry m'għandu jkun aromatizzat.

(d)

La l-ispirtu tas-sidru u lanqas l-ispirtu tal-perry m'għandu jkun aromatizzat. Madankollu, dan m'għandux jeskludi l-metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

Emenda 131

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 10 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

L-ispirtu tas-sidru u l-ispirtu tal-perry jista' jiġi dolċifikat b'sa 15-il gramma għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Emenda 132

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 11 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

L-ispirtu tal-għasel jista' jiġi dolċifikat b'doża massima ta' 20 gramma għal kull litru ta' prodott finali, espressa bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

Emenda 133

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 12 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12.

Hefebrand

12.

Hefebrand jew spirtu tar-residwu tal-fond

 

(Il-kliem “jew spirtu tar-residwu tal-fond” għandhom jidhru fit-test b'tipa grassa biss jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda 134

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 12 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond huwa xarba spirituża prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol. tar-residwu tal-fond tal-inbid jew residwu ta' frott fermentat.

(a)

Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond huwa xarba spirituża prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol. tar-residwu tal-fond tal-inbid jew residwu tal-fond ta' frott fermentat.

Emenda 135

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 12 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

Il-Hefenbrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 gramma għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

 

(Il-kelma “Hefebrand” għandha tidher bil-korsiv jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda 136

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 13 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13.

Bierbrand jew eau de vie de bière

13.

Bierbrand jew eau de vie de bière

Emenda 137

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 13 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

Il-Bierbrand jew l-eau-de-vie de bière jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 gramma għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

 

(Il-kliem “Bierbrand jew eau-de-vie de bière” għandhom jidhru bil-korsiv jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda 138

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 14 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14.

Topinambur

14.

Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm

 

(Il-kliem “l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm” għandhom jidhru fit-test b'tipa grassa biss jekk din l-emenda tiġi adottata)

Emenda 139

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 14 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm jista' jiġi dolċifikat b'sa 20 gramma għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit, sabiex tiġi mirquma t-togħma finali.

 

(Il-kelma “Topinambur” għandha tidher bil-korsiv jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda 140

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 15 – punt a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-livelli massimi tar-residwu tal-akoħol etiliku ta' oriġini agrikola għandhom jissodisfaw dawk stipulati fil-punt (1) tal-Anness I, għajr li l-kontenut ta' metanol għandu jkun ta' 10 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;

Il-livelli massimi tar-residwu tal-akoħol etiliku ta' oriġini agrikola użati biex jipproduċu l-vodka għandhom jissodisfaw dawk stipulati fil-punt (1) tal-Anness I, għajr li l-kontenut ta' metanol għandu jkun ta' 10 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;

Emenda 141

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 15 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-vodka għandha tkun ta' 37,5  %.

(b)

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-vodka ma għandhiex tkun inqas minn 37,5   % u mhux aktar minn 80  %.

Emenda 142

Proposta għal regolament

Anness III – parti I – kategorija 15 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

Il-vodka m'għandhiex tkun ikkulurita.

Emenda 143

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 15 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

Id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tal-vodka li mhix manifatturata esklussivament minn patata jew ċereali għandhom juru l-indikazzjoni “magħmula minn …”, supplimentata bl-isem tal-materja prima utilizzata fil-produzzjoni tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

(d)

Id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tal-vodka li mhix manifatturata esklussivament minn patata jew ċereali jew mit-tnejn għandhom juru l-indikazzjoni “magħmula minn …”, supplimentata bl-isem tal-materja prima utilizzata fil-produzzjoni tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

Emenda 144

Proposta għal regolament

Anness III – parti I – kategorija 15 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

Il-vodka tista' tiġi miżjuda b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 10 grammi ta' sustanzi dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit ekwivalenti.

Emenda 145

Proposta għal regolament

Anness III – parti I – kategorija 15 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)

Alternattivament, id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tkun “vodka” fi kwalunkwe Stat Membru.

 

(Il-kelma “Vodka” għandha tidher bil-korsiv jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda 146

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 16 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

prodotta bil-maċerazzjoni ta' frott jew berries elenkati taħt il-punt (ii) kemm jekk fermentati parzjalment jew mhux fermentati biż-żieda possibbli ta' massimu ta' 20 litru ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew ta' spirtu jew ta' distillat miġjub mill-istess frott għal kull 100 kg ta' frott jew berries fermentat, segwita b'distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol.

(i)

prodotta bil-maċerazzjoni ta' frott jew berries elenkati taħt il-punt (ii) kemm jekk fermentati parzjalment jew mhux fermentati biż-żieda possibbli ta' massimu ta' 20 litru ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew ta' spirtu jew ta' distillat miġjub mill-istess frott , jew kombinazzjoni tagħhom, għal kull 100 kg ta' frott jew berries fermentat, segwita b'distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol.

Emenda 147

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 16 – punt a – punt ii – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

rowanberries (Sorbus aucuparia L.),

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda 148

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 16 – punt a – punt ii – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

frott taż-żorba (Sorbus domestica L.),

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda 149

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 16 – punt a – punt ii – inċiż 32a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

aronia (Aronia MEDIK.),

 

bird cherry (Prunus padus L.).

Emenda 150

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 17 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

Geist (flimkien ma' isem il-frotta jew il-materja prima użata) huwa xarba spirituża miksuba permezz tal-maċerazzjoni ta' frott u berries mhux fermentati elenkati fil-punt (a) (ii) tal-kategorija 16 jew ħxejjex, lewż, jew materjali ta' pjanti oħra bħal ħxejjex aromatiċi (herbs) jew petali tal-ward f'alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, segwita b'distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol.

(a)

Geist (flimkien ma' isem il-frotta jew il-materja prima użata) huwa xarba spirituża miksuba permezz tal-maċerazzjoni ta' frott u berries mhux fermentati elenkati fil-punt (a) (ii) tal-kategorija 16 jew ħxejjex, lewż, faqqiegħ jew materjali ta' pjanti oħra bħal ħxejjex aromatiċi (herbs) jew petali tal-ward f'alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, segwita b'distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol.

Emenda 151

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

17.

Geist (flimkien ma' isem il-frotta jew il-materja prima użata)

17.

Geist (flimkien ma' isem il-frotta jew il-materja prima użata)

Emenda 152

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 17 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

L-użu tat-terminu “-geist” preċedut minn terminu ieħor li mhuwiex frott jibqa' permess bħala isem imaġinattiv fil-qasam tax-xorb spirituż.

Emenda 153

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 19 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

Ix-xorb spirituż bit-togħma tal-ġnibru huwa xorb spirituż prodott billi tingħata t-togħma bil-frott tal-ġnibru (Juniperus communis L. jew Juniperus oxicedrus L.) lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew spirtu taċ-ċereali jew distillat taċ-ċereali, jew lil taħlita tagħhom

(a)

Ix-xorb spirituż bit-togħma tal-ġnibru huwa xorb spirituż prodott billi tingħata t-togħma bil-frott tal-ġnibru (Juniperus communis L. jew Juniperus oxicedrus L.) lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew spirtu taċ-ċereali jew distillat taċ-ċereali, jew lil kombinazzjoni tagħhom.

Emenda 154

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 20 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

20.

Gin

20.

Gin

Emenda 155

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 21 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

21.

Gin distillat

21.

Gin distillat

Emenda 156

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – punt 21 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

it-taħlit tal-prodott ta' tali distillazzjoni u l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola tal-istess kompożizzjoni, purità u qawwa alkoħolika; is-sustanzi ta' taħwir jew il-preparazzjonijiet ta’ taħwir kif speċifikati fil-punt (c) tal-kategorija 20 jistgħu jintużaw ukoll sabiex jaromatizzaw il-ġinn iddistillat.

(ii)

il-kombinazzjoni tal-prodott ta' tali distillazzjoni u l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola tal-istess kompożizzjoni, purità u qawwa alkoħolika; is-sustanzi aromatizzanti jew il-preparazzjonijiet aromatizzanti kif speċifikati fil-punt (c) tal-kategorija 20 jistgħu jintużaw ukoll sabiex jaromatizzaw il-ġinn iddistillat.

Emenda 157

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 22 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

22.

London Gin

22.

London Gin

Emenda 158

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 22 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

It-terminu London gin jista' jkun issupplimentat bit-terminu “dry”.

(c)

It-terminu London gin jista' jinkorpora t-terminu “dry”.

Emenda 159

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 24 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

24.

Akvavit jew aquavit

24.

Akvavit jew aquavit

Emenda 160

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 26 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

26.

Pastis

26.

Pastis

Emenda 161

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 27 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

27.

Pastis de Marseille

27.

Pastis de Marseille

Emenda 162

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 28 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

28.

Anis

28.

Anis

Emenda 163

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 28 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-anis għandha tkun ta' 37  %.

(b)

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-anis għandha tkun ta' 35  %.

Emenda 164

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 29 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

29.

Anis ddistillata

29.

Anis ddistillata

Emenda 165

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 30 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

30.

Xorb spirituż b'togħma morra jew bitter

30.

Xorb spirituż b'togħma morra jew bitter

Emenda 166

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 30 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

Ix-xorb spirituż b'togħma morra jew il-bitter fil-biċċa l-kbira huma xorb spirituż b'togħma morra prodotta billi l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jitħawwar b'sustanzi ta' taħwir .

(a)

Ix-xorb spirituż b'togħma morra jew il-bitter fil-biċċa l-kbira huma xorb spirituż b'togħma morra prodotta billi l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jitħawwar b'sustanzi aromatizzanti jew preparazzjonijiet aromatizzanti jew it-tnejn .

Emenda 167

Proposta għal regolament

Anness III – parti I – kategorija 31 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

Il-kontenut massimu taz-zokkor ta' vodka aromatizzata għandu jkun ta' 100 gramma għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

Emenda 168

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 31 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)

It-terminu“vodka”f'kull lingwa uffiċjali tal-Unjoni jista' jiġi sostitwit b'vodka”.

 

(It-tieni kelma “vodka” għandha tidher bil-korsiv jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda 169

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – punt 32 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

prodotta bl-użu ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillat ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż wieħed jew aktar jew taħlita tagħhom, li jkun dolċifikat u miżjud b'togħma, prodott ta' oriġini agrikola jew oġġett tal-ikel wieħed jew aktar.

(ii)

prodotta bl-użu ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillat ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż wieħed jew aktar jew kombinazzjoni tagħhom, li jkun dolċifikat u miżjud b'togħma, prodott ta' oriġini agrikola jew oġġett tal-ikel wieħed jew aktar.

Emenda 170

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 32 – punt d – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Alternattivament, id-denominazzjoni tal-bejgħ tista' tkun “likur” fi kwalunkwe Stat Membru.

 

(Il-kelma “likur” għandha tidher bil-korsiv jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda 171

Proposta għal regolament

Anness III – parti I – kategorija 32 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

Id-denominazzjoni tal-bejgħ “likur” tista' tiġi ssupplimentata wkoll bl-isem tal-aroma jew tal-oġġett tal-ikel użat fil-preparazzjoni tal-prodott.

Emenda 172

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 34 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

34.

Crème de cassis

34.

Crème de cassis

Emenda 173

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 35 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

35.

Guignolet

35.

Guignolet

Emenda 174

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 36 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

36.

Punch au rhum

36.

Punch au rhum

Emenda 175

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 37 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

37.

Sloe gin

37.

Sloe gin

Emenda 176

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 38 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

38.

“Xorb spirituż mill-pruna salvaġġa jew Pacharán”

31a.

“Xorb spirituż mill-pruna salvaġġa jew Pacharán

 

(Il-kategorija dwar “Xorb spirituż mill-pruna salvaġġa jew Pacharán” għandha titressaq bejn il-kategoriji 31 “vodka” u 32 “likur”.)

Emenda 177

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 39 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

39.

Sambuca

39.

Sambuca

Emenda 178

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – punt 39 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

ikollu kontenut minimu ta' zokkor ta' 370  gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit;

(ii)

ikollu kontenut minimu ta' zokkor ta' 350  gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit;

Emenda 179

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 40 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

40.

Maraschino, Marrasquino jew Maraskino

40.

Maraschino, Marrasquino jew Maraskino

Emenda 180

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 41 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

41.

Nocino

41.

Nocino

Emenda 181

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 42 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

42.

Likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat

42.

Likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat

Emenda 182

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 42 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

Il-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat huwa xarba spirituża, sew aromatizzat jew le, miksuba minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat jew spirtu, jew taħlita tagħhom, li l-ingredjenti tiegħu huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd u iz-zokkor jew l-għasel ta' kwalità. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel għandu jkun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd pur għandu jkun ta' 140 gramma għal kull litru tal-prodott finali.

(a)

Il-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat huwa xarba spirituża, sew aromatizzat jew le, miksuba minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat jew spirtu, jew kombinazzjoni tagħhom, li l-ingredjenti tiegħu huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd u iz-zokkor jew l-għasel ta' kwalità. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel għandu jkun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd pur għandu jkun ta' 140 gramma għal kull litru tal-prodott finali. Fil-każ li jintuża bajd li ma jkunx bajd tat-tiġieġ tal-ġeneru Gallus Gallus, dan għandu jiġi indikat fit-tikketta.

Emenda 183

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 42 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

Sustanzi ta' taħwir u preparazzjonijiet ta' taħwir biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat.

(c)

Ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti, sustanzi naturali aromatizzanti u preparazzjonijiet aromatizzanti biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat.

Emenda 184

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 42 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

Tista' tintuża krema fit-tħejjija tal-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat.

Emenda 185

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 43 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

Il-likur bil-bajd huwa xarba spirituża, sew aromatizzat jew le, miksuba minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat jew xarba spirituża, jew taħlita tagħhom, li l-ingredjenti karatteristiċi tagħha huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd u z-zokkor jew l-għasel ta' kwalità. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel għandu jkun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd għandu jkun ta' 70 gramma għal kull litru tal-prodott finali.

(a)

Il-likur bil-bajd huwa xarba spirituża, sew aromatizzat jew le, miksuba minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat jew xarba spirituża, jew kombinazzjoni tagħhom, li l-ingredjenti karatteristiċi tagħha huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd u z-zokkor jew l-għasel ta' kwalità. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel irid ikun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd għandu jkun ta' 70 gramma għal kull litru tal-prodott finali.

Emenda 186

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 44 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

44.

Mistrà

44.

Mistrà

Emenda 187

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 45 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

45.

Väkevä glögi jew spritglögg

45.

Väkevä glögi jew spritglögg

Emenda 188

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – kategorija 46 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

46.

Berenburg jew Beerenburg

46.

Berenburg jew Beerenburg

Emenda 189

Proposta għal regolament

Anness II – Parti II – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.

Il-Guignolet Kirsch huwa prodott fi Franza u jinkiseb billi jitħalltu l-guignolet u l-kirsch, b'mod li proporzjon minimu ta' 3 % tal-alkoħol pur totali fil-prodott finali jiġi mill-kirsch. Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-Guignolet Kirsch għandha tkun ta' 15 %. Fir-rigward tat-tikkettar u l-preżentazzjoni, il-kelma “Guignolet” għandha tidher fil-preżentazzjoni u t-tikketta b'karattri tal-istess tipa, daqs u lewn, u fuq l-istess linja tal-kelma “Kirsch” u, fil-każ tal-fliexken, fuq it-tikketta ta' quddiem. L-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni alkoħolika għandha tinkludi indikazzjoni tal-perċentwal skont il-volum ta' alkoħol pur li l-guignolet u l-kirsch jirrappreżentaw fil-kontenut ta' alkoħol pur totali skont il-volum tal-Guignolet Kirsch.

Emenda 190

Proposta għal regolament

Anness IIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ANNESS IIa

 

METODU TA' INVEKKJAMENT DINAMIKU MAGĦRUF BĦALA “CRIADERAS Y SOLERA”

 

Il-metodu ta' invekkjament dinamiku magħruf bħala “criaderas y solera” jikkonsisti fit-twettiq ta' estrazzjonijiet perjodiċi ta' porzjon tal-brandy li jinsab f'kull wieħed mill-bittijat u l-kontenituri tar-ruvru li jiffurmaw skala ta' invekkjament u r-rifornimenti korrispondenti bil-brandy estratti mill-iskala ta' invekkjament preċedenti.

 

Definizzjonijiet

 

Skali ta' invekkjament: Kull grupp ta' bittijat u kontenituri tar-ruvru bl-istess livell ta' maturità, li fihom il-brandy jimxi 'l quddiem fil-proċess ta' invekkjament tiegħu. Kull skala hija magħrufa bħala “criadera”, ħlief l-aħħar waħda, li tiġi qabel l-ispedizzjoni tal-brandy, magħrufa bħala “solera”.

 

Estrazzjoni: Volum parzjali tal-brandy meħud minn kull bettija u kontenitur tar-ruvru fi skala ta' invekkjament, għall-inkorporazzjoni tiegħu fil-bettijat u l-kontenituri tar-ruvru fl-iskala ta' invekkjament li jmiss jew, fil-każ tas-solera, għall-ispedizzjoni tiegħu.

 

Riforniment: Volum tal-brandy mill-bettijat u l-kontenituri tar-ruvru ta' skala ta' invekkjament partikolari li huwa inkorporat fi u mħallat mal-kontenut tal-bettijat u l-kontenituri tar-ruvru tal-iskala li jmiss f'termini tal-invekkjament.

 

Invekkjament medju: Perjodu ta' żmien li jikkorrispondi għar-rotazzjoni tal-istokk totali tal-brandy li għaddej mill-proċess ta' invekkjament, ikkalkulat bħala l-frazzjoni bejn il-volum totali tal-brandy li jinsab fl-iskali kollha ta' invekkjament u l-volum tal-estrazzjonijiet li jsiru mill-aħħar skala –is-solera– f'sena.

 

L-invekkjament medju tal-brandy meħud mis-solera jista' jiġi kkalkulat bl-użu tal-formula li ġejja: t̅ = Vt/Ve

 

Fejn:

 

t̅ huwa l-invekkjament medju, espress fi snin

 

Vt huwa l-volum totali tal-iskokkijiet fil-metodu ta' invekkjament, espress f'litri ta' alkoħol pur.

 

Ve huwa l-volum totali tal-prodott estratt għat-tbaħħir matul sena, espress f'litri ta' alkoħol pur.

 

Invekkjament medju minimu. Fil-każ ta' bettijat u kontenituri tar-ruvru ta' inqas minn 1 000  litru, in-numru tal-estrazzjonijiet u r-rifornimenti annwali għandu jkun ugwali għal jew inqas mid-doppju tan-numru tal-iskali fil-metodu, sabiex jiġi żgurat li l-iżgħar komponent għandu età ugwali għal jew akbar minn 6 xhur.

 

Fil-każ ta' bettijat u kontenituri tar-ruvru ta' 1 000  litru jew aktar, in-numru tal-estrazzjonijiet u r-rifornimenti annwali għandu jkun ugwali għal jew inqas min-numru tal-iskali fil-metodu, sabiex jiġi żgurat li l-iżgħar komponent ikollu età ugwali għal jew aktar minn sena.


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’subparagrafu (A8-0021/2018).

(1a)   Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(1b)   Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(1c)   Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(1a)   Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(16)   Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(19)  Ir-Regolament (KE) Nru 882 / 2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u  l-ikel , mas-saħħa tal-annimali mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L  165 , 30 .4. 2004 , p. 1). 1).

(19)  Ir-Regolament (UE) 2017 / 625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf , ta' regoli dwar is-saħħa t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE , 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L  95 , 7 .4. 2017 , p. 1).


5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/134


P8_TA(2018)0050

L-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Marzu 2018 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti transkonfinali rapportabbli (COM(2017)0335 – C8-0195/2017 – 2017/0138(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2019/C 129/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0335),

wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0195/2017),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0016/2018),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

L-Istati Membri jsibuha dejjem aktar diffiċli li jipproteġu l-bażijiet tat-taxxa nazzjonali tagħhom mill-erożjoni peress li l-istrutturi tal-ippjanar tat-taxxa evolvew tant li saru partikolarment sofistikati u ħafna drabi jieħdu vantaġġ mill-mobilità miżjuda kemm tal-kapital kif ukoll tal-persuni fis-suq intern. Dawn l-istrutturi ġeneralment ikkonsistu minn arranġamenti li jiġu żviluppati f'diversi ġurisdizzjonijiet u jittrasferixxu l-profitti taxxabbli lejn sistemi tat-taxxa li huma aktar ta' benefiċċju jew li għandhom l-effett li jnaqqsu l-kont totali tat-taxxa tal-kontribwent . Bħala riżultat ta' dan, l-Istati Membri ħafna drabi jesperjenzaw tnaqqis konsiderevoli fid-dħul mit-taxxa tagħhom li jfixkilhom milli japplikaw politiki tat-taxxa li jiffavorixxu t-tkabbir. Huwa għalhekk fundamentali li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri jiksbu informazzjoni komprensiva u rilevanti dwar arranġamenti potenzjalment aggressivi tat-taxxa. Din l-informazzjoni tippermetti li dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jirreaġixxu fil-pront kontra prattiki tat-taxxa dannużi u jagħlqu lakuni bil-promulgazzjoni ta' leġiżlazzjoni jew billi jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju adegwati u awditjar tat-taxxa.

(2)

L-Istati Membri jsibuha dejjem aktar diffiċli li jipproteġu l-bażijiet tat-taxxa nazzjonali tagħhom mill-erożjoni peress li l-istrutturi tal-ippjanar tat-taxxa aggressiv u kumpless evolvew tant li saru partikolarment sofistikati u ħafna drabi jieħdu vantaġġ mill-mobilità miżjuda kemm tal-kapital kif ukoll tal-persuni fis-suq intern. Dawk l-istrutturi ġeneralment jikkonsistu minn arranġamenti li jiġu żviluppati f'diversi ġurisdizzjonijiet u jittrasferixxu l-profitti taxxabbli ta’ korporazzjonijiet u individwi lejn sistemi tat-taxxa li huma aktar ta' benefiċċju jew li għandhom l-effett li jnaqqsu l-impatt tat-taxxa fuq il-kontribwent . Bħala riżultat ta' dan, l-Istati Membri ħafna drabi jesperjenzaw tnaqqis konsiderevoli fid-dħul mit-taxxa tagħhom . Barra minn hekk, il-firxa tar-rati tat-taxxa korporattiva fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom qed tiżdied u huwa essenzjali li ma jiġix kompromess il-prinċipju tal-ugwaljanza tat-taxxa. Dan qed ifixkel lill-Istati Membri milli japplikaw politiki tat-taxxa li jiffavorixxu t-tkabbir. Huwa għalhekk fundamentali li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri jiksbu informazzjoni komprensiva u rilevanti dwar arranġamenti li jiffaċilitaw l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa. Din l-informazzjoni tippermetti li dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jirreaġixxu fil-pront kontra prattiki tat-taxxa dannużi u jagħlqu lakuni bil-promulgazzjoni ta' leġiżlazzjoni jew billi jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju adegwati u awditjar tat-taxxa. Madankollu, jenħtieġ li nuqqas ta' reazzjoni mill-awtoritajiet tat-taxxa dwar skemi rrappurtati ma jiġix interpretat bħala approvazzjoni impliċita mill-awtoritajiet. Jenħtieġ li formati ta' rappurtar ikunu konċiżi u faċli għall-utent sabiex l-volum tal-informazzjoni li jista' jiġi ġġenerat minn din id-Direttiva, ma jimpedixxix azzjoni sinifikanti dwar prattiki li qed jiġu rrappurtati.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Meta jiġi kkunsidrat li l-parti l-kbira tal-arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa hija mifruxa fuq aktar minn ġurisdizzjoni waħda, l-iżvelar tal-informazzjoni dwar dawk l-arranġamenti jwassal għal riżultati pożittivi addizzjonali fejn dik l-informazzjoni ġiet skambjata wkoll fost l-Istati Membri. B'mod partikolari, l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn amministrazzjonijiet tat-taxxa hija kruċjali biex dawn l-awtoritajiet jiġu pprovduti bl-informazzjoni neċessarja biex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni fejn josservaw prattiki tat-taxxa aggressivi.

(3)

Meta jiġi kkunsidrat li l-parti l-kbira tal-arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa hija mifruxa fuq aktar minn ġurisdizzjoni waħda, l-iżvelar tal-informazzjoni dwar dawk l-arranġamenti jwassal għal riżultati pożittivi addizzjonali fejn dik l-informazzjoni ġiet skambjata wkoll fost l-Istati Membri. B'mod partikolari, l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-iżgurar tal-koordinazzjoni mal-unitajiet tal-intelligence finanzjarja li jittrattaw il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu huma kruċjali biex dawn l-awtoritajiet jiġu pprovduti bl-informazzjoni neċessarja biex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni fejn josservaw prattiki tat-taxxa aggressivi. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħeġġu jistabbilixxu rekwiżit ta' żvelar simili għal arranġamenti li jeżistu unikament fil-ġurisdizzjoni tagħhom stess.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Bir-rikonoxximent ta' kif qafas trasparenti għall-iżvilupp ta' attività ta' negozju jista' jikkontribwixxi għat-trażżin tal-evitar u l-evażjoni tat-taxxa fis-suq intern, il-Kummissjoni ntalbet twettaq inizjattivi fir-rigward tal-iżvelar obbligatorju ta' arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa fuq il-linji tal-Azzjoni 12 tal-proġett tal-OECD dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti (BEPS). F'dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew talab miżuri aktar severi kontra intermedjarji li jgħinu f’arranġamenti li jistgħu jwasslu għall-evitar u l-evażjoni tat-taxxa.

(4)

Bir-rikonoxximent ta' kif qafas trasparenti għall-iżvilupp ta' attività ta' negozju jista' jikkontribwixxi għat-trażżin tal-evitar u l-evażjoni tat-taxxa fis-suq intern, il-Kummissjoni ntalbet twettaq inizjattivi fir-rigward tal-iżvelar obbligatorju ta' arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa fuq il-linji tal-Azzjoni 12 tal-proġett tal-OECD dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti (BEPS). F'dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew wera r-rwol kruċjali ta' intermedjarji fil-konsulenza, il-ħolqien u l-ġestjoni ta' skemi tat-taxxa u talab miżuri aktar severi kontra intermedjarji li jgħinu f’arranġamenti li jistgħu jwasslu għall-evitar u l-evażjoni tat-taxxa.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Huwa neċessarju li jitfakkar kif ċerti intermedjarji finanzjarji u fornituri oħra ta' pariri dwar it-taxxa jidhru li għenu b'mod attiv lill-klijenti tagħhom biex jaħbu l-flus barra mill-pajjiż. Barra minn hekk, għalkemm is-CRS introdott mid-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE (27) huwa pass sinifikanti ’l quddiem fl-istabbiliment ta' qafas tat-taxxa trasparenti fl-Unjoni, tal-anqas f'termini ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji, xorta waħda jista' jitjieb.

(5)

Huwa neċessarju li jitfakkar kif ċerti intermedjarji finanzjarji u fornituri oħra ta' pariri dwar it-taxxa , u awdituri, għenu b'mod attiv lill-klijenti tagħhom biex jaħbu l-flus barra mill-pajjiż. Barra minn hekk, għalkemm is-CRS introdott mid-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE (27) huwa pass sinifikanti ’l quddiem fl-istabbiliment ta' qafas tat-taxxa trasparenti fl-Unjoni, tal-anqas f'termini ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji, xorta waħda jista' jitjieb. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-kapaċità tal-Istati Membri li jipproċessaw l-għadd ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji li tkun waslitilhom tissaħħaħ konsegwentement u jenħtieġ li, fejn ikun neċessarju, jiżdiedu r-riżorsi fl-amministrazzjonijiet tat-taxxa finanzjarji, tar-riżorsi umani u tal-mezzi tal-IT u jinżammu f'livelli adegwati.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

L-iżvelar ta' arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa ta' dimensjoni transkonfinali jista' jikkontribwixxi b'mod effettiv għall-isforzi għall-ħolqien ta' ambjent ta' tassazzjoni ġusta fis-suq intern. F'dan id-dawl, l-obbligu fuq l-intermedjarji li jinfurmaw lill-awtoritajiet tat-taxxa dwar ċerti arranġamenti transkonfinali li jistgħu potenzjalment jintużaw għal finijiet tal-evitar tat-taxxa jikkostitwixxi pass fid-direzzjoni t-tajba. Sabiex tiġi żviluppata politika aktar komprensiva, ikun importanti wkoll li bħala t-tieni pass, wara l-iżvelar, l-awtoritajiet tat-taxxa jikkondividu informazzjoni mal-pari tagħhom fi Stati Membri oħra. Dawn l-arranġamenti jenħtieġ li jsaħħu wkoll l-effettività tas-CRS. Barra minn hekk, ikun kruċjali li l-Kummissjoni tingħata aċċess għal ammont suffiċjenti ta' informazzjoni sabiex tkun tista' timmonitorja l-funzjonament xieraq ta' din id-Direttiva. Dan l-aċċess għall-informazzjoni mill-Kummissjoni ma jeżonerax lil Stat Membru mill-obbligi tiegħu li jinnotifika kull għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni.

(6)

L-iżvelar ta' arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa ta' dimensjoni transkonfinali jista' jikkontribwixxi b'mod effettiv għall-isforzi għall-ħolqien ta' ambjent ta' tassazzjoni ġusta fis-suq intern. F'dan id-dawl, l-obbligu fuq l-intermedjarji , l-awdituri u, meta jkun xieraq, fuq il-kontribwenti, li jinfurmaw lill-awtoritajiet tat-taxxa dwar ċerti arranġamenti transkonfinali li jistgħu potenzjalment jintużaw għal finijiet tal-evitar tat-taxxa jikkostitwixxi pass neċessarju fid-direzzjoni t-tajba. Sabiex tiġi żviluppata politika aktar komprensiva, ikun importanti wkoll li bħala t-tieni pass, wara l-iżvelar, l-awtoritajiet tat-taxxa jikkondividu awtomatikament informazzjoni mal-pari tagħhom fi Stati Membri oħra. Dawn l-arranġamenti jenħtieġ li jsaħħu wkoll l-effettività tas-CRS. Barra minn hekk, ikun kruċjali li l-Kummissjoni tingħata aċċess għal informazzjoni rilevanti sabiex tkun tista' timmonitorja l-funzjonament xieraq ta' din id-Direttiva u twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha fl-ambitu tal-politiki tal-kompetizzjoni . Dan l-aċċess għall-informazzjoni mill-Kummissjoni ma jeżonerax lil Stat Membru mill-obbligi tiegħu li jinnotifika kull għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni. Fl-aħħar nett, sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali għall-intermedjarji u għall-kontribwenti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika lista tal-arranġamenti transkonfinali rappurtati li jistgħu potenzjalment jintużaw għal finijiet tal-evitar tat-taxxa, mingħajr ma ssir ebda referenza għall-intermedjarju jew kontribwent.

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Huwa rikonoxxut li l-iżvelar ta' arranġamenti ta' ppjanar transkonfinali u potenzjalment aggressiv tat-taxxa jkollu iktar ċans li jikseb l-effett ta' deterrent previst tiegħu fejn l-informazzjoni rilevanti tkun laħqet lill-awtoritajiet tat-taxxa fi stadju bikri, fi kliem ieħor qabel ma l-arranġamenti żvelati jkunu ġew implimentati b'mod effettiv. Meta l-obbligu ta' żvelar jiġi trasferit lill-kontribwenti, ikun prattiku li l-obbligu ta' żvelar ta' dawk l-arranġamenti ta' ppjanar transkonfinali u potenzjalment aggressiv tat-taxxa jiġi impost fi stadju aktar tard , billi l-kontribwenti jistgħu ma jkunux konxji tan-natura tal-arranġamenti fil-mument meta jibdewhom . Biex jiġu ffaċilitati l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, l-iskambju awtomatiku sussegwenti ta' informazzjoni dwar dawn l-arranġamenti jista' jseħħ kull tliet xhur.

(7)

Huwa rikonoxxut li l-iżvelar ta' arranġamenti ta' ppjanar transkonfinali u potenzjalment aggressiv tat-taxxa jkollu iktar ċans li jikseb l-effett ta' deterrent previst tiegħu fejn l-informazzjoni rilevanti tkun laħqet lill-awtoritajiet tat-taxxa fi stadju bikri, fi kliem ieħor qabel ma l-arranġamenti żvelati jkunu ġew implimentati b'mod effettiv. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu imposti penali adegwati biex jipprevjenu u jrażżnu dawn l-arranġamenti. Meta l-obbligu ta' żvelar jiġi trasferit lill-kontribwenti, ikun prattiku li l-obbligu ta' żvelar ta' dawk l-arranġamenti ta' ppjanar transkonfinali u potenzjalment aggressiv tat-taxxa jiġi impost fi stadju aktar tard. Biex jiġu ffaċilitati l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, l-iskambju awtomatiku sussegwenti ta' informazzjoni dwar dawn l-arranġamenti jista' jseħħ kull tliet xhur.

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Ir-rwol u l-importanza dejjem jikbru tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fil-mudelli tan-negozju u l-istrutturi tat-taxxa ta' korporazzjonijiet kbar ikomplu jenfasizzaw l-urġenza ta' skambju aħjar ta' informazzjoni dwar arranġamenti għall-evitar tat-taxxa, minħabba d-diversi possibbiltajiet faċli li l-użu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jagħti għat-trasferiment artifiċjali tal-profitti.

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)

In-nuqqas ta' rappurtar pubbliku pajjiż b'pajjiż u komprensiv dwar iċ-ċifri finanzjarji rilevanti ta' intrapriżi multinazzjonali kbar ikkontribwixxa għall-affidabbiltà fqira tad-data aggregata dwar l-istrutturi offshore, enfasizzata mill-fatt li ħafna mill-istrutturi riċenti ta' profil għoli għall-evitar tat-taxxa ma jidhrux fil-bażijiet tad-data attwali tal-kontijiet finanzjarji korporattivi u kummerċjali. Dawn il-lakuni fl-istatistika jfixklu t-tentattivi tal-awtoritajiet tat-taxxa li jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju dwar ġurisdizzjonijiet b'riskju u jenfasizzaw l-ħtieġa għal aktar skambju ta' informazzjoni dwar l-istrutturi tal-ippjanar tat-taxxa.

Emenda 10

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Peress li l-għan primarju ta' din il-leġiżlazzjoni jenħtieġ li jiffoka fuq l-iżgurar tal-funzjonament xieraq tas-suq intern, ikun kruċjali jekk ma ssirx regolamentazzjoni fil-livell tal-Unjoni lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet previsti. Għal din ir-raġuni jkun meħtieġ li tiġi limitata kwalunkwe regola komuni dwar l-iżvelar għal sitwazzjonijiet transkonfinali, jiġifieri sitwazzjonijiet f'aktar minn Stat Membru wieħed jew fi Stat Membru u pajjiż terz. F'dawn iċ-ċirkostanzi, minħabba l-impatt potenzjali fuq il-funzjonament tas-suq intern, tista' tiġi ġġustifikata l-ħtieġa li jiġi promulgat sett komuni ta' regoli, minflok ma titħalla l-kwistjoni biex tiġi indirizzata fil-livell nazzjonali.

(10)

Peress li l-għan primarju ta' din il-leġiżlazzjoni jenħtieġ li jiffoka fuq l-iżgurar tal-funzjonament xieraq tas-suq intern u l-limitazzjoni tal-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa , ikun kruċjali jekk ma ssirx regolamentazzjoni fil-livell tal-Unjoni lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet previsti. Għal din ir-raġuni jkun meħtieġ li tiġi limitata kwalunkwe regola komuni dwar l-iżvelar għal sitwazzjonijiet transkonfinali, jiġifieri sitwazzjonijiet f'aktar minn Stat Membru wieħed jew fi Stat Membru u pajjiż terz. F'dawn iċ-ċirkostanzi, minħabba l-impatt potenzjali fuq il-funzjonament tas-suq intern, tiġi ġġustifikata l-ħtieġa li jiġi promulgat sett komuni ta' regoli, minflok ma titħalla l-kwistjoni biex tiġi indirizzata fil-livell nazzjonali. Jekk Stat Membru jimplimenta aktar miżuri ta' rappurtar nazzjonali ta' natura simili, jenħtieġ li l-informazzjoni addizzjonali miġbura tkun kondiviża ma' Stati Membri oħra jekk tkun rilevanti.

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)

Peress li l-Istati Membri kollha jista' ma jkollhomx inċentiv biex ifasslu u jimplimentaw penali effettivi u sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri kollha, jenħtieġ li l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa jkun awtomatiku fir-rigward ta' penali imposti, kif ukoll fir-rigward ta' sitwazzjonijiet fejn l-Istat Membru ma jkun impona ebda penali.

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Sabiex jiġu mtejba l-prospetti għall-effettività ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu penali kontra l-ksur ta' regoli nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva u jiżguraw li dawn il-penali jiġu applikati fil-prattika b'mod effettiv , li jkunu proporzjonali u li jkollhom effett dissważiv .

(13)

Sabiex jiġu mtejba l-prospetti għall-effettività ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu penali kontra l-ksur ta' regoli nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva u jiżguraw li dawn il-penali , inklużi penali finanzjarji, jiġu applikati minnufih fil-prattika, li jkunu effettivi, proporzjonati u li dissważivi . L-Istati Membri jenħtieġ li jippreżentaw lill-Kummissjoni u jippubblikaw lista ta' intermedjarji u kontribwenti li kellhom penali imposti fuqhom skont din id-Direttiva, inklużi l-isem, in-nazzjonalità u l-post ta' residenza.

Emenda 14

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni f'konnessjoni mal-aġġornar tal-karatteristiki distintivi sabiex fil-lista tal-karatteristiki distintivi jiġu inklużi arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa jew serje ta' arranġamenti b’reazzjoni għal informazzjoni aġġornata dwar dawk l-arranġamenti jew is-serje ta' arranġamenti li tirriżulta mill-iżvelar obbligatorju ta' dawn l-arranġamenti .

(14)

Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni f'konnessjoni mal-aġġornar tal-karatteristiki distintivi . Jenħtieġ li kull sentejn, il-Kummissjoni tippubblika abbozz ta' aġġornament tal-lista tal-karatteristiki distintivi li jiddefinixxu l-ippjanar aggressiv tat-taxxa sabiex tinkludi kwalunkwe arranġament ġdid jew modifikat tal-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa li jkun ġie identifikat mill-aħħar aġġornament li ġie ppubblikat u jenħtieġ li jinġieb fis-seħħ fi żmien erba' xhur mill-pubblikazzjoni tal-abbozz ta' aġġornament .

Emenda 15

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)

Sabiex jiġu żgurati l-użu u l-interpretazzjoni uniformi tal-karatteristiki distintivi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tissorvelja regolarment l-attivitajiet tal-awtoritajiet tat-taxxa, skont din id-Direttiva.

Emenda 16

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern bl-iskoraġġiment tal-użu tal-arranġamenti transkonfinali ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri meta jaġixxu individwalment b'mod mhux koordinat, iżda pjuttost jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-fatt li għandu fil-mira tiegħu skemi li jiġu żviluppati biex potenzjalment jieħdu vantaġġ minn ineffiċjenzi fis-suq li joriġinaw fl-interazzjoni fost regoli tat-taxxa nazzjonali mhux ugwali, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb dak l-għan , b'mod speċjali meta jiġi kkunsidrat li huwa limitat għal arranġamenti ta' dimensjoni transkonfinali ta' aktar minn Stat Membru wieħed jew ta' Stat Membru u pajjiż terz.

(18)

Ladarba l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu limitati b'mod sinifikanti l-konsegwenzi katastrofiċi tal-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa fil-kontijiet pubbliċi u li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern bl-iskoraġġiment tal-użu tal-arranġamenti transkonfinali ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri meta jaġixxu individwalment b'mod mhux koordinat, iżda pjuttost jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-fatt li għandu fil-mira tiegħu skemi li jiġu żviluppati biex potenzjalment jieħdu vantaġġ minn ineffiċjenzi fis-suq li joriġinaw fl-interazzjoni fost regoli tat-taxxa nazzjonali mhux ugwali, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanjiet , b'mod speċjali meta jiġi kkunsidrat li huwa limitat għal arranġamenti ta' dimensjoni transkonfinali ta' aktar minn Stat Membru wieħed jew ta' Stat Membru u pajjiż terz.

Emenda 17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 3 – punt 18 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

waħda jew aktar mill-partijiet għall-arranġamenti jew għas-serje ta' arranġamenti twettaq negozju f'ġurisdizzjoni oħra permezz ta' stabbiliment permanenti li jkun jinsab f'dik il-ġurisdizzjoni u l-arranġament jew is-serje ta' arranġamenti jiffurmaw parti jew it-totalità tan-negozju ta' dak l-istabbiliment permanenti;

(c)

waħda jew aktar mill-partijiet għall-arranġamenti jew għas-serje ta' arranġamenti twettaq attività ta' negozju f'ġurisdizzjoni oħra permezz ta' stabbiliment permanenti jew ta' korporazzjoni kkontrollata minn barra l-pajjiż ta' kwalunkwe tip li jinsabu f'dik il-ġurisdizzjoni u l-arranġament jew is-serje ta' arranġamenti jiffurmaw parti jew it-totalità tan-negozju ta' dak l-istabbiliment permanenti;

Emenda 18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 3 – punt 18 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

waħda jew aktar mill-partijiet għall-arranġamenti jew għas-serje ta' arranġamenti twettaq negozju f'ġurisdizzjoni oħra permezz ta' stabbiliment permanenti li ma jinsabx f'dik il-ġurisdizzjoni u l-arranġament jew is-serje ta' arranġamenti jiffurmaw parti jew it-totalità tan-negozju ta' dak l-istabbiliment permanenti ;

(d)

waħda jew aktar mill-partijiet għall-arranġamenti jew għas-serje ta' arranġamenti twettaq attività ta' negozju f'ġurisdizzjoni oħra mingħajr ma toħloq preżenza taxxabbli f'dik il-ġurisdizzjoni;

Emenda 19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 3 – punt 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

20.

“karatteristika distintiva” tfisser karatteristika tipika ta' arranġament jew ta' serje ta' arranġamenti li hija elenkata fl-Anness IV.

20.

“karatteristika distintiva” tfisser arranġament jew serje ta' arranġamenti li huma elenkati fl-Anness IV.

Emenda 20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 3 – punt 23 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

kontribwent huwa s-sid benefiċjarju ta' kontribwent ieħor, skont id-Direttiva (UE) 2015/849.

Emenda 21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Filwaqt li jwettqu awditi statutorji tad-dikjarazzjonijiet tal-klijenti tagħhom, l-awdituri għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi ta' identifikazzjoni u żvelar dwar ksur potenzjali mill-entità awditjata, jew l-intermedjarji tagħha, tal-obbligi ta' identifikazzjoni u żvelar stipulati f'dan l-Artikolu li l-awditur sar konxju tagħhom. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jirrikjedi lill-awdituri li jippreżentaw l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti dwar tali ksur fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol, b'effett mill-jum wara l-pubblikazzjoni tar-rapporti tal-awditjar.

Emenda 22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jagħti lill-intermedjarji d-dritt ta' rinunzja mill-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar arranġament transkonfinali rapportabbli jew serje ta' dawn l-arranġamenti fejn ikunu intitolati għal privileġġ professjonali legali skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-obbligu li tiġi ppreżentata informazzjoni dwar dan l-arranġament jew is-serje ta' arranġamenti għandu jkun ir-responsabbiltà tal-kontribwent u l-intermedjarji għandhom jinfurmaw lill-kontribwenti b'din ir-responsabbiltà minħabba l-privileġġ.

2.   Kull Stat Membru jista', fejn ikun xieraq, jieħu l-miżuri meħtieġa biex jagħti lill-intermedjarji d-dritt ta' rinunzja mill-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar arranġament transkonfinali rapportabbli jew serje ta' dawn l-arranġamenti fejn ikunu intitolati għal privileġġ professjonali legali skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-obbligu li tiġi ppreżentata informazzjoni dwar dan l-arranġament jew is-serje ta' arranġamenti għandu jkun ir-responsabbiltà tal-kontribwent u l-intermedjarji għandhom jinfurmaw lill-kontribwenti bil-miktub b'din ir-responsabbiltà minħabba l-privileġġ u għandhom iżommu konferma tar-riċevuta ffirmata mill-kontribwent. Il-kontribwent għandu jirrapporta l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tat-taxxa dwar l-arranġament rapportabbli transkonfinali jew serje ta' tali arranġamenti fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol.

Emenda 23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jitlob lill-kontribwenti jippreżentaw informazzjoni dwar arranġamenti transkonfinali rapportabbli li ġew implimentati bejn [data tal-ftehim politiku] u l-31 ta' Diċembru 2018 L-intermedjarji u l-kontribwenti, kif xieraq, għandhom jippreżentaw informazzjoni dwar dawk l-arranġamenti transkonfinali rapportabbli sal-31 ta' Marzu 2019.

4.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jitlob lill-intermedjarji, lill-awdituri u lill-kontribwenti jippreżentaw informazzjoni dwar arranġamenti transkonfinali rapportabbli li huma attivi … [fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u dawk li ser jidħlu fis-seħħ wara.

Emenda 24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivvaluta l-arranġamenti tat-taxxa żvelati permezz tal-iskambju ta' informazzjoni previsti minn din id-Direttiva, kif ukoll biex jipprovdu r-riżorsi meħtieġa lill-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom.

Emenda 25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-identifikazzjoni ta' intermedjarji u kontribwenti, inklużi isimhom, ir-residenza tagħhom għal finijiet tat-taxxa, u n-numru ta' identifikazzjoni tal-kontribwent (TIN) u, fejn xieraq, il-persuni li huma intrapriżi assoċjati għall-intermedjarju jew il-kontribwent;

(a)

l-identifikazzjoni ta' intermedjarji jew, fejn applikabbli, awdituri, u kontribwenti, inklużi isimhom , in-nazzjonalità , ir-residenza tagħhom għal finijiet tat-taxxa, u n-numru ta' identifikazzjoni tal-kontribwent (TIN) u, fejn xieraq, il-persuni li huma intrapriżi assoċjati għall-intermedjarju jew il-kontribwent;

Emenda 26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 6 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

sommarju tal-kontenut tal-arranġament transkonfinali rapportabbli jew is-serje ta' dawn l-arranġamenti, inkluża referenza għall-isem li bih huma magħrufin b'mod komuni, jekk ikun hemm, u deskrizzjoni f'termini astratti tal-attivitajiet jew l-arranġamenti ta' negozju rilevanti, mingħajr ma jirriżulta fl-iżvelarta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali, jew ta' proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-ordni pubblika;

(c)

sommarju tal-kontenut tal-arranġament transkonfinali rapportabbli jew is-serje ta' dawn l-arranġamenti, inkluża referenza għall-isem li bih huma magħrufin b'mod komuni, jekk ikun hemm, u deskrizzjoni f'termini astratti tal-attivitajiet jew l-arranġamenti ta' negozju rilevanti, mingħajr ma jirriżulta fl-iżvelar ta' proprjetà intellettwali, sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali, jew ta' proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-ordni pubblika;

Emenda 27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 6 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

id-data li fiha għandha tinbeda jew li fiha bdiet l-implimentazzjoni tal-arranġament transkonfinali rapportabbli jew tal-ewwel pass f'serje ta' dawn l-arranġamenti;

(d)

id-data tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-arranġament transkonfinali rapportabbli jew tal-ewwel pass f'serje ta' dawn l-arranġamenti;

Emenda 28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 6 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

id-dettalji tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tat-taxxa li l-applikazzjoni tagħhom toħloq benefiċċju fuq it-taxxa , jekk applikabbli;

(e)

id-dettalji tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tat-taxxa li jifformaw il-bażi għall-arranġamenti rapportabbli jew għas-serje ta' arranġamenti , jekk applikabbli;

Emenda 29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 6 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe persuna fl-Istati Membri l-oħra, jekk ikun hemm, li x'aktarx tiġi affettwata mill-arranġament transkonfinali rapportabbli jew minn serje ta' dawn l-arranġamenti, li tindika ma' liema Stati Membri huma konnessi l-intermedjarji jew il-kontribwenti affettwati.

(h)

l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe persuna fl-Istati Membri l-oħra, jekk ikun hemm, li x'aktarx tiġi affettwata mill-arranġament transkonfinali rapportabbli jew minn serje ta' dawn l-arranġamenti, li tindika ma' liema Stati Membri huma konnessi l-intermedjarji , l-awdituri jew il-kontribwenti affettwati.

Emenda 30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi miżuri biex tiġi standardizzata l-komunikazzjoni tal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, bħala parti mill-proċedura li tistabbilixxi l-formola standard prevista fl-Artikolu 20(5).

7.   Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta l-arranġamenti prattiċi , u tipprovdi riżorsi suffiċjenti, meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi miżuri biex tiġi standardizzata l-komunikazzjoni tal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, bħala parti mill-proċedura li tistabbilixxi l-formola standard prevista fl-Artikolu 20(5).

Emenda 31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aaa – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.   Il-Kummissjoni ma għandux ikollha aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-punti ( a ), (c) u ( h ) tal-paragrafu 6.

8.   Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-punti ( b ), (c) , (d), (e), (f) u ( g ) tal-paragrafu 6. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli pubblikament lista tal-arranġamenti transkonfinali rapportati, mingħajr ma ssir ebda referenza għall-intermedjarju jew kontribwent rispettiv.

Emenda 32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 21 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2017, tiżviluppa u tipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku għal direttorju ċentrali sikur tal-Istati Membri dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni fejn l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata fil-qafas tal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 8a għandha tiġi rreġistrata sabiex jiġi ssodisfat l-iskambju awtomatiku previst f'dawk il-paragrafi.

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2017, tiżviluppa u tipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku għal direttorju ċentrali sikur dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni , b'aċċess limitat għall-Istati Membri u l-Kummissjoni, fejn l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata fil-qafas tal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 8a għandha tiġi rreġistrata sabiex jiġi ssodisfat l-iskambju awtomatiku previst f'dawk il-paragrafi.

Emenda 33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 21 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2018, tiżviluppa u tipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku għal direttorju ċentrali sikur tal-Istati Membri dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni fejn l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata fil-qafas tal-paragrafi 5 , 6 u 7 tal-Artikolu 8aaa għandha tiġi rreġistrata sabiex jiġi ssodisfat l-iskambju awtomatiku previst f'dawk il-paragrafi.

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2018, tiżviluppa u tipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku għal direttorju ċentrali sikur dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni , b'aċċess limitat għall-Istati Membri u l-Kummissjoni, fejn l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata fil-qafas tal-Artikolu 8aaa għandha tiġi rreġistrata sabiex jiġi ssodisfat l-iskambju awtomatiku previst f'dawk il-paragrafi. Barra minn hekk, l-informazzjoni skambjata skont l-iskambju awtomatiku previst fl-Artikoli 8, 8a u 8aaa, għandha tkun disponibbli wkoll permezz tad-direttorju ċentrali, b'aċċess limitat għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni.

Emenda 34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 21 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f'dak id-direttorju . Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f’dak id-direttorju, iżda fil-limitazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8a(8) u 8aaa(8) . L-arranġamenti prattiċi meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha u l-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f'dak id-direttorju. L-arranġamenti prattiċi meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

Emenda 35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw valutazzjoni annwali lill-Kummissjoni dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni msemmi fl-Artikoli 8, 8a, 8aa u 8aaa kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta l-forma u l-kundizzjonijiet tal-komunikazzjoni għal dik il-valutazzjoni annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).”.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw valutazzjoni annwali lill-Kummissjoni dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni msemmi fl-Artikoli 8, 8a, 8aa u 8aaa ; il-kwalità u l-kwantità tal-informazzjoni skambjata; u l-bidliet leġiżlattivi proposti jew implimentati bbażati fuq il-lakuni fil-qafas regolatorju żvelati minn din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta l-forma u l-kundizzjonijiet tal-komunikazzjoni għal dik il-valutazzjoni annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2). Abbażi ta' dawn il-valutazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti leġiżlattivi biex jingħalqu l-lakuni fil-liġi eżistenti .

Emenda 36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 23 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Fl-Artikolu 23, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.     L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-għadd ta' arranġamenti jew serje ta' arranġamenti żvelati, kif ikklassifikat fl-Anness IV, flimkien ma' deskrizzjoni ta' tali arranġamenti, in-nazzjonalitajiet tal-kontribwenti li jibbenefikaw minn dawn l-arranġamenti u l-għadd u l-firxa ta' penali imposti fuq l-intermedjarji jew il-kontribwenti li jiżvelaw tali arranġamenti. Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport pubbliku annwali b'din l-informazzjoni.”.

Emenda 37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 23 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)

Fl-Artikolu 23, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3b.     Kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni lista ta' arranġamenti transkonfinali li huma meqjusa mill-awtorità tat-taxxa rilevanti bħala konformi ma' din id-Direttiva.”.

Emenda 38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 23 aa – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26a biex temenda l-Anness IV, sabiex tinkludi fil-lista tal-karatteristiki distintivi, arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa jew serje ta' arranġamenti bħala reazzjoni għal informazzjoni aġġornata dwar dawk l-arranġamenti jew is-serje ta' arranġamenti li tirriżulta mill-iżvelarobbligatorju ta' dawn l-arranġamenti.”.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26a biex temenda l-Anness IV, sabiex tinkludi fil-lista tal-karatteristiki distintivi, arranġamenti ta' ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa jew serje ta' arranġamenti bħala reazzjoni għal informazzjoni aġġornata dwar dawk l-arranġamenti jew is-serje ta' arranġamenti li tirriżulta mill-iżvelar obbligatorju ta' dawn l-arranġamenti. Hija għandha tagħmel dan kull sentejn abbażi tal-informazzjoni li ser tkun disponibbli dwar arranġamenti ġodda jew modifikati tal-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, filwaqt li tippubblika l-kriterji ġodda tagħha f'forma ta' abbozz erba' xhur qabel ma ddaħħalhom fis-seħħ .

Emenda 39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 25a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u dwar l-Artikoli 8aa u 8aaa, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.”.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u dwar l-Artikoli 8aa u 8aaa, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-Kummissjoni tista' tippubblika tabella indikattiva ta' penali .

Emenda 40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 26a – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     Sa … [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u kull tliet snin minn dakinhar, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda 41

Proposta għal direttiva

Anness 1

Direttiva 2011/16/UE

Anness IV – Il-kriterju tal-vantaġġ prinċipali – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kriterju se jiġi ssodisfat jekk il-vantaġġ prinċipali ta' arranġament jew ta' serje ta' arranġamenti huwa li jikseb vantaġġ fuq it-taxxa jekk jista' jiġi stabbilit li l-vantaġġ huwa r-riżultat li wieħed jista' jistenna li jikseb minn dan l-arranġament, jew minn serje ta' arranġamenti, inkluż billi jieħu vantaġġ tal-mod speċifiku li l-arranġament jew is-serje ta' arranġamenti huma strutturati.

Il-kriterju se jiġi ssodisfat jekk wieħed mill-vantaġġi prinċipali ta' arranġament jew ta' serje ta' arranġamenti huwa li jikseb vantaġġ fuq it-taxxa jekk jista' jiġi stabbilit li l-vantaġġ huwa r-riżultat li wieħed jista' jistenna li jikseb minn dan l-arranġament, jew minn serje ta' arranġamenti, inkluż billi jieħu vantaġġ tal-mod speċifiku li l-arranġament jew is-serje ta' arranġamenti huma strutturati.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2016)0310.

(27)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1).

(27)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1).


5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/154


P8_TA(2018)0053

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni – EGF/2017/006 ES/Galicia apparel – Spanja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata minn Spanja – EGF/2017/006/Galicia apparel) (COM(2017)0686 – C8-0011/2018 – 2018/2014(BUD))

(2019/C 129/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0686 – C8-0011/2018),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0033/2018),

A.

billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tgħin ir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun waħda dinamika u disponibbli b'mod effiċjenti u rapidu;

C.

billi Spanja ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2017/006 ES/Galicia apparel għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għat-303 sensji fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-Diviżjoni 14 ta' NACE Reviżjoni 2 (Manifattura tal-ħwejjeġ) fir-reġjun tal-Galicia tal-livell NUTS 2 fi Spanja (ES11);

D.

billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterju tal-intervent tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar il-FEG li jidderoga mill-kriterju fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament, li jeħtieġu tal-inqas 500 ħaddiem ikunu ngħataw is-sensja fuq perjodu ta' referenza ta' disa' xhur f'intrapriżi li joperaw fl-istess settur ekonomiku definit fil-livell tad-diviżjoni NACE Reviżjoni 2 u li jkun jinsab f'reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni kontigwi definiti fil-livell NUTS 2 fi Stat Membru;

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar il-FEG huma sodisfatti, u li Spanja għandha dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 720 000 skont dan ir-Regolament, li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 1 200 000;

2.

Jinnota li l-awtoritajiet Spanjoli ppreżentaw l-applikazzjoni fid-19 ta' Lulju 2017, u li, wara l-għoti ta' informazzjoni addizzjonali minn Spanja, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fit-28 ta' Novembru 2017 u l-Parlament ġie avżat fil-15 ta' Jannar 2018;

3.

Josserva li Spanja sostniet li s-sensji kienu marbutin mal-bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'mod aktar partikolari l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fit-tessuti u l-ħwejjeġ, wara li l-Arranġament dwar il-Multifibri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skada fi tmiem l-2004, li wasslet għal bidliet radikali fl-istruttura tal-kummerċ dinji;

4.

Ifakkar li s-sensji li ngħataw f'ħames intrapriżi huma mistennija jpoġġu pressjoni kbira fuq it-territorju milqut, u li l-impatt tas-sensji huwa marbut mad-diffikultajiet ta' riallokazzjoni minħabba l-iskarsezza ta' impjiegi, peress li t-territorju huwa 'l bogħod miċ-ċentri industrijali ewlenin, mil-livell baxx tal-isfond edukattiv tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, mill-iżvilupp tagħhom ta' ħiliet vokazzjonali speċifiċi f'settur li sejjer lura, u mill-għadd kbir ta' dawk li qed ifittxu impjieg;

5.

Jenfasizza li Ordes, ir-reġjun milqut mis-sensji, huwa dipendenti ħafna mill-industrija tal-ilbies u ra tnaqqis sinifikanti fin-numru ta' intrapriżi tal-ħwejjeġ f'dawn l-aħħar snin; jiddispjaċih li l-PDG per capita tar-reġjun qiegħed jonqos ukoll;

6.

Iqis li, b'kont meħud tal-popolazzjoni li qed tonqos, il-PDG per capita u l-bażi industrijali tar-reġjun ikkonċernat, l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji għall-intervent tal-FEG minkejja li tinvolvi inqas minn 500 sensja;

7.

Huwa konxju li ż-żieda tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni poġġiet pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet, li kellha effett negattiv fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-intrapriżi fis-settur tat-tessuti fl-Unjoni u wasslet biex fl-industrija tat-tessuti u l-ħwejjeġ hemm tendenza ġenerali lejn produzzjoni offshore f'pajjiżi b'anqas spejjeż barra mill-UE; jirrikonoxxi l-fatt li fil-Galicia, dan irriżulta fi tnaqqis kostanti fl-għadd ta' kumpaniji tal-ħwejjeġ u, għaldaqstant, f'żieda ta' sensji;

8.

Jissottolinja li 83,5 % tal-benefiċjarji fil-mira huma nisa u li l-maġġoranza kbira minnhom għandhom bejn 30 u 54 sena; jirrikonoxxi, fid-dawl ta' dan, l-importanza tal-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol kofinanzjati mill-FEG biex itejbu l-possibilitajiet ta' riintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' dan il-grupp vulnerabbli;

9.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li dawn is-sensji jistgħu jaggravaw aktar is-sitwazzjoni tal-qgħad li r-reġjun inkwistjoni ilu jħabbat wiċċu magħha mill-bidu tal-kriżi ekonomika u finanzjarja;

10.

Jinnota li Spanja qiegħda tippjana sitt tipi ta' azzjonijiet għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja koperti minn din l-applikazzjoni: (i) sessjonijiet ta' merħba u workshops preparatorji, (ii) gwida okkupazzjonali, (iii) taħriġ, (iv) għajnuna intensiva għat-tfittix ta' impjieg, (v) tutela wara r-riintegrazzjoni fl-impjieg, (vi) inċentivi; iqis li l-kontribuzzjoni għall-ispejjeż għal min jieħu ħsieb persuni dipendenti tkun ta' importanza partikolari fid-dawl tal-profil tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja;

11.

Iqis li t-taħriġ vokazzjonali li għandu jingħata jrid iwessa' l-ispettru ta' opportunitajiet għall-persuni qiegħda, li l-attivitajiet ta' taħriġ għandhom ikunu relatati ma' studju prospettiv tax-xejriet tal-impjiegi, li għandhom ikunu inklużi fi ħdan l-azzjonijiet ta' dan il-finanzjament, u li t-taħriġ għandu jespandi l-għażliet ta' karrieri professjonali mingħajr ebda preġudizzju bejn is-sessi jew limitazzjoni għal impjieg mhux kwalifikat;

12.

Iqis li l-programm approvat għandu jappoġġa, permezz ta' pariri u appoġġ finanzjarju, inizjattivi għall-ħolqien ta' kooperattivi li l-persuni li jirċievu s-servizzi personalizzati previsti għandhom iwettqu;

13.

Jirrimarka li t-tfassil tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati bl-appoġġ tal-FEG għandu jkun immirat lejn inizjattivi li jikkontribwixxu għall-impjiegi, għall-kompetenzi tal-ħaddiema, għall-valorizzazzjoni tal-karrieri tagħhom bil-għan li jersqu lejn il-komunità tan-negozju, inklużi l-kooperattivi, u għandu jkun koordinat mal-programmi eżistenti tal-Unjoni, inkluż il-Fond Soċjali Ewropew;

14.

Jirrikonoxxi li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati tfassal b'konsultazzjoni mas-sħab soċjali;

15.

Jiddispjaċih li din l-applikazzjoni ma tinkludi l-ebda miżura għal dawk iż-żgħażagħ li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) minħabba t-tendenza li ż-żgħażagħ jitilqu mir-reġjun biex ifittxu opportunitajiet ekonomiċi akbar;

16.

Jinnota li l-miżuri ta' appoġġ għall-introjtu se jikkostitwixxu 18,21 % tal-pakkett globali tal-miżuri personalizzati, ferm taħt il-limitu massimu ta' 35 % stabbilit fir-Regolament dwar il-FEG; u li dawk l-azzjonijiet jiddependu mill-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira fl-attivitajiet ta' taħriġ jew ta' tfittix ta' impjieg;

17.

Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għandu jitfassal b'mod li jantiċipa l-perspettivi u l-ħiliet li se jkun hemm bżonn fis-suq tax-xogħol fil-futur, u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi; jilqa' d-dikjarazzjoni ta' Spanja li l-pakkett koordinat juri potenzjal kbir biex tiġi faċilitata din il-bidla.

18.

Jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li l-azzjonijiet eleġibbli ma jirċevux assistenza minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni;

19.

Jilqa' l-konferma ta' Spanja li kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhix se tissostitwixxi l-azzjonijiet li l-intrapriżi kkonċernati huma meħtieġa jieħdu skont id-dritt nazzjonali jew skont il-ftehimiet kollettivi, jew miżuri għal kumpaniji jew setturi ta' ristrutturar;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali jipprovdu aktar dettalji fil-proposti futuri dwar is-setturi li għandhom il-prospettivi ta' tkabbir, u għalhekk aktarx li jirreklutaw, kif ukoll jiġbru data sostanzjata dwar l-impatt tal-finanzjament mill-FEG, inkluż dwar il-kwalità tal-impjiegi u r-rata ta' riintegrazzjoni miksuba mill-FEG;

21.

Ifakkar fl-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti kollha relatati ma' każijiet tal-FEG;

22.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

23.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

24.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni ppreżentata minn Spanja – EGF/2017/006 ES/Galicia apparel

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/515.)


5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/158


P8_TA(2018)0054

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni – EGF/2017/007 SE/Ericsson

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Iżvezja – EGF/2017/007 SE/Ericsson) (COM(2017)0782 – C8-0010/2018 – 2018/2012(BUD))

(2019/C 129/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0782 – C8-0010/2018),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0032/2018),

A.

billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tgħin ir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.

billi, bil-għan li jiġu aġevolati r-riallokazzjoni u r-riintegrazzjoni tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli b'mod effiċjenti u rapidu;

C.

billi l-Iżvezja ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2017/007 SE/Ericsson għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għal 2 388 sensja mogħtija fis-settur ekonomiku kklassifikat skont id-Diviżjoni 26 tan-NACE Reviżjoni 2 (Manifattura ta' prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi), fir-reġjuni ta' livell NUTS 2 ta' Stokkolma (SE11), Västsverige (SE23), u Östra Mellansverige (SE12), kif ukoll fiż-żona ta' Sydsverige (SE22);

D.

billi l-applikazzjoni hi msejsa fuq il-kriterji ta' intervent tal-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrekjedi li jrid ikun hemm mill-inqas 500 ħaddiem li ngħata s-sensja matul perjodu ta' referenza ta' erba' xhur f'impriża fi Stat Membru, inklużi l-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja minn fornituri u produtturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni u persuni li jaħdmu għal rashom u li ntemmet l-attività tagħhom;

E.

billi, f'dawn l-aħħar snin ġew ippreżentati bosta applikazzjonijiet mill-istess settur jew minn setturi relatati u li jinvolvu kumpaniji kbar;

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati, u li l-Iżvezja intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 2 130 400 skont dan ir-Regolament, li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 3 550 667;

2.

Jinnota li l-awtoritajiet Żvediżi ppreżentaw l-applikazzjoni fid-9 ta' Awwissu 2017, u li, wara li l-Iżvezja tat informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fit-18 ta' Diċembru 2017 u nnotifikat il-Parlament fil-15 ta' Jannar 2018;

3.

Ifakkar li din hi t-tieni applikazzjoni mill-Iżvezja għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fir-rigward tas-sensji fl-Ericsson, wara applikazzjoni preċedenti f'Marzu 2016 u d-deċiżjoni pożittiva dwarha (4);

4.

Jiddispjaċih dwar l-użu baxx tal-każ preċedenti tal-FEG tal-2016 li jinvolvi sensji fl-Ericsson, iżda jilqa' l-fatt li ġew misluta tagħlimiet minn dan il-każ; jinnota b'approvazzjoni li l-ex impjegati fil-mira tal-applikazzjoni attwali se jkunu jistgħu jibdew l-edukazzjoni u t-taħriġ mingħajr ma jiġi affettwat ħażin il-kumpens għas-sensji tagħhom;

5.

Jinnota li l-Iżvezja targumenta li s-sensji huma marbuta ma' bidliet strutturali fix-xejriet tal-kummerċ dinji kaġun tal-globalizzazzjoni, u partikolarment minħabba t-tkabbir negattiv fil-linja kummerċjali ċċentrata fuq il-hardware tal-industrija tat-telekomunikazzjoni għall-Ericsson fl-Iżvezja, minħabba l-kompetizzjoni globali; jindika li fl-Iżvezja, l-Ericsson ilha tnaqqas l-persunal tagħha b'mod gradwali, filwaqt li fl-istess ħin kienet qed tikber madwar id-dinja kollha;

6.

Jinsab konxju li hemm talba għolja għal persuni b'ħiliet fl-IT fost ir-reġjuni differenti, filwaqt li hemm spariġġ ta' ħiliet bejn dawk li ngħataw is-sensja mill-Ericsson u r-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol; jirrikonoxxi li ħafna persuni bl-istess ħiliet qegħdin jingħataw is-sensja fl-istess żmien u fl-istess żoni ġeografiċi; iqis li l-ħaddiema manwali u dawk ikbar fl-età huma fi bżonn partikolari ta' għajnuna; jinnota li l-FEG jista' jiffaċilita wkoll il-moviment transfruntier tal-ħaddiema, minn setturi li qed jiċkienu lokalizzati f'xi Stati Membri, għal setturi li qed jespandu fi Stati Membri oħra;

7.

Ifakkar fid-diversità tal-impjegati, li tinkludi kemm ħaddiema manwali kif ukoll dawk li mhumiex, u li ntlaqtu mis-sensji; jinsab imħasseb dwar il-fatt li, fl-industriji tal-manifattura tradizzjonali, id-domanda fis-suq tax-xogħol hi pjuttost baxxa; jirrikonoxxi li l-opportunitajiet għal dawn il-ħaddiema fl-industriji tas-servizzi tas-settur pubbliku jew privat kieku jirrikjedu sforzi kbar ta' taħriġ mill-ġdid;

8.

Jinnota li l-applikazzjoni tirrigwarda 2 388 ħaddiem li ngħataw is-sensja mill-Ericsson, u li minnhom, 900 se jintlaqtu mill-miżuri proposti; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li aktar minn 30 % ta' dan il-grupp għandhom bejn 55 u 64 sena, b'ħiliet speċifiċi għall-industrija tal-hardware tat-telekomunikazzjoni, u li ma għadhomx rilevanti għas-suq tal-impjieg attwali, u li għalhekk jinsabu f'pożizzjoni ta' żvantaġġ biex jirritornaw f'impjieg u jinsabu f'riskju ta' qgħad fit-tul; jilqa', għalhekk, li l-proġett jiffoka fuq “Miżuri għal Gruppi Żvantaġġjati”;

9.

Jilqa' d-deċiżjoni li jipprovdi għajnuna speċjalizzata lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja li għandhom iktar minn 50 sena, li huma f'riskju li jispiċċaw qiegħda għal żmien twil, u dawk b'diżabbiltajiet ta' tagħlim jew fiżiċi, minħabba ż-żieda fl-isfidi li jistgħu jiffaċċjaw biex isibu xogħol alternattiv;

10.

Jinnota li l-ispiża ta' allowances u inċentivi għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja kważi tilħaq il-limitu ta' 35 % tal-ispiża totali tal-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati elenkati skont il-punt(b) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament dwar il-FEG u li dawk l-azzjonijiet jiddependu mill-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira fl-attivitajiet ta' tfittix ta' impjieg jew ta' taħriġ;

11.

Jinnota li l-Iżvezja qiegħda tippjana ħames tipi ta' miżuri għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja u li huma koperti minn din l-applikazzjoni: (i) konsulenza u ppjanar tal-karriera, (ii) miżuri għal gruppi żvantaġġjati, (iii) appoġġ għall-intraprenditorija, (iv) edukazzjoni u taħriġ, (v) tfittix ta' impieg u allowances għall-mobbiltà; jinnota wkoll li l-azzjonijiet proposti jistgħu jgħinu lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja jadattaw il-ħiliet tagħhom u jiffaċilitaw it-tranżizzjoni tagħhom lejn impjiegi ġodda jew jgħinuhom iwaqqfu l-impriżi tagħhom stess; jisħaq fuq il-fatt li l-miżuri deskritti jikkostitwixxu miżuri attivi fis-suq tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eleġibbli stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament dwar il-FEG u ma jissostitwixxux miżuri ta' protezzjoni soċjali; jilqa' d-deċiżjoni tal-Iżvezja li tibda tipprovdi servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fi Frar 2017, qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni tal-FEG;

12.

Jirrikonoxxi li l-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati tfassal wara konsultazzjoni mal-benefiċjarji fil-mira u mar-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll mal-atturi pubbliċi lokali; jappella għal aktar konsultazzjonijiet mal-intraprendituri sabiex l-iżvilupp ta' ħiliet ġodda u edukazzjoni jiġi adattat għall-ħtiġijiet tagħhom;

13.

Ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandu jitfassal b'mod li jantiċipa l-perspettivi u l-ħiliet li se jkun hemm bżonn fis-suq tax-xogħol fil-futur, u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi; jilqa' l-obbligu tas-Servizz Pubbliku Żvediż għall-Impjiegi li jinkludi t-talbiet ambjentali fis-sejħiet għall-offerti tiegħu u fil-prattika tiegħu stess;

14.

Jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet Żvediżi kkonfermaw li l-azzjonijiet eleġibbli ma jirċevux assistenza minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni;

15.

Itenni l-fatt li l-assistenza mill-FEG ma tridx tissostitwixxi l-azzjonijiet li jkunu r-responsabbiltà tal-kumpaniji, bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew tal-ftehimiet kollettivi, jew il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali jipprovdu aktar dettalji fil-proposti futuri dwar is-setturi li għandhom il-prospettivi ta' tkabbir, u għalhekk aktarx li jirreklutaw, kif ukoll jiġbru data sostanzjata dwar l-impatt tal-finanzjament mill-FEG, inkluż dwar il-kwalità, it-tul ta' żmien u s-sostenibbiltà ta' impjiegi ġodda, dwar l-għadd u l-perċentwal ta' persuni li jaħdmu għal rashom u negozji ġodda, u r-rata ta' riintegrazzjoni miksuba mill-FEG;

17.

Ifakkar fl-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti kollha relatati ma' każijiet tal-FEG;

18.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  Deċiżjoni (UE) 2016/1858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Ottubru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (wara l-applikazzjoni mill-Iżvezja — EGF/2016/002 SE/Ericsson) (ĠU L 284, 20.10.2016, p. 25).


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Iżvezja – EGF/2017/007 SE/Ericsson

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/514.)