ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 122

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
1 ta' April 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

CDJ

2019/C 122/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

CDJ

2019/C 122/02

Kawża C-645/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fil-15  ta’ Ottubru 2018 — NE

2

2019/C 122/03

Kawża C-665/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-23 ta’ Ottubru 2018 — Pólus Vegas Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

3

2019/C 122/04

Kawża C-712/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fit-13 ta’ Novembru 2018 — ZR, AR, BS

3

2019/C 122/05

Kawża C-713/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fl-14 ta’ Novembru 2018 — ZR, BS, AR

4

2019/C 122/06

Kawża C-791/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Diċembru 2018 — Stichting Schoonzicht, parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Financiën

5

2019/C 122/07

Kawża C-798/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fis-17 ta’ Diċembru 2018 — Federazione nazionale delle imprese elettrotecniche ed elettroniche (Anie) et vs Ministero dello Sviluppo Economico, Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA

6

2019/C 122/08

Kawża C-799/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fis-17 ta’ Diċembru 2018 — Athesia Energy Srl et vs Ministero dello Sviluppo Economico, Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA

7

2019/C 122/09

Kawża C-806/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Diċembru 2018 — JZ

8

2019/C 122/10

Kawża C-814/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Diċembru 2018 — Ursa Major Services B.V. vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

9

2019/C 122/11

Kawża C-815/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Diċembru 2018 — Federatie Nederlandse Vakbeweging vs Van den Bosch Transporten BV, Van den Bosch Transporte GmbH, Silo-Tank Kft

10

2019/C 122/12

Kawża C-826/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Limburg (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-28 ta’ Frar 2018 — LB, Stichting Varkens in Nood, Stichting Dierenrecht, Stichting Leefbaar Buitengebied vs College van burgemeester en wethouders van de gemeente Echt-Susteren, parti oħra fil-proċedura: Sebava BV

11

2019/C 122/13

Kawża C-7/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Jannar 2019 — QG vs Germanwings GmbH

12

2019/C 122/14

Kawża C-33/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

12

2019/C 122/15

Kawża C-82/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fil-5 ta’ Frar 2019 — Minister for Justice and Equality vs PI

13

 

Il-Qorti Ġenerali

2019/C 122/16

Kawża T-134/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2019 — Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni [Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat — Rifjut ta’ aċċess — Lis pendens — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi — Obbligu li ssir eżaminazzjoni konkreta u individwali — Interess pubbliku superjuri”]

15

2019/C 122/17

Kawża T-201/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2019 — Printeos vs Il-Kummissjoni [Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kompetizzjoni — Akkordji — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Multi  — Sentenza li tannulla parzjalment id-deċiżjoni — Rimbors tal-ammont prinċipali tal-multa — Interessi moratorji — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi — Rabta kawżali — Dannu — Artikolu 266 TFUE — It-tieni sentenza tal-Artikolu 90(4)(a) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012]

15

2019/C 122/18

Kawża T-453/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2019 — TV vs Il-Kunsill [Servizz pubbliku — Uffiċjali bi prova — Perijodu ta’ prova — Rapport dwar il-perijodu ta’ prova — Avviż tal-Kumitat tar-Rapporti — Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova — Ħiliet professjonali insuffiċjenti — Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni]

16

2019/C 122/19

Kawża T-796/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Mouldpro vs EUIPO — Wenz Kunststoff (MOULDPRO) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MOULDPRO — Raġuni assoluta ta’ invalidità — Mala fide — Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Raġuni relattiva ta’ invalidità — L-Artikolu 60(1)(b) u l-Artikolu 8(3) tar-Regolament 2017/1001 — L-Artikolu 60(1)(c) u l-Artikolu 8(4) tar-Regolament 2017/1001]

17

2019/C 122/20

Kawża T-823/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2019 — Etnia Dreams vs EUIPO — Poisson (Etnik) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Etnik — Trade mark tal-Unjoni Ewropea preċedenti — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ identifikazzjoni tat-trade mark preċedenti fl-att ta’ oppożizzjoni — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Dritt għal rimedju effettiv — Opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Prinċipju ta’ bona fide — Aspettattivi leġittimi]

18

2019/C 122/21

Kawża T-231/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2019 — Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam vs EUIPO — Lupu (Djili) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Djili — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GILLY — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]

18

2019/C 122/22

Kawża T-278/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2019 — Nemius Group vs EUIPO (DENTALDISK) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DENTALDISK — Raġuni assoluta għal rifjut — Naruta deskrittiva — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001]

19

2019/C 122/23

Kawża T-45/19: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2019 — Acron et vs Il-Kummissjoni

20

2019/C 122/24

Kawża T-63/19: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2019 — Rot Front vs EUIPO — Kondyterska korporatsiia Roshen (РОШЕН)

21

2019/C 122/25

Kawża T-66/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2019 — Vlaamse Gemeenschap et Vlaams Gewest vs Il-Parlament u Il-Kunsill

22

2019/C 122/26

Kawża T-70/19: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2019 — Nosio vs EUIPO — Passi (LA PASSIATA)

23

2019/C 122/27

Kawża T-71/19: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2019 — BMC vs Il-Kummissjoni Ewropea u Impresa comune Clean Sky 2

24

2019/C 122/28

Kawża T-73/19: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2019 — Bergslagernas Järnvaru vs EUIPO — Scheppach Fabrikation von Holzbearbeitungsmaschinen (Għodda għall-qsim tal-injam)

25

2019/C 122/29

Kawża T-76/19: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2019 — Pontinova vs EUIPO — Ponti & Partners (pontinova)

26

2019/C 122/30

Kawża T-78/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2019 — Lidl Stiftung vs EUIPO — Plásticos Hidrosolubles (green cycles)

27

2019/C 122/31

Kawża T-80/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2019 — Dekoback vs EUIPO — DecoPac (DECOPAC)

27

2019/C 122/32

Kawża T-83/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2019 — AL vs Il-Kummissjoni

28

2019/C 122/33

Kawża T-85/19: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2019 — Gwo Chyang Biotech vs EUIPO — Norma (KinGirls)

29

2019/C 122/34

Kawża T-86/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2019 — Solnova vs EUIPO — Canina Pharma (BIO-INSECT Shocker)

30

2019/C 122/35

Kawżi magħquda T-101/14 u T-610/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2019 — British Aggregates vs Il-Kummissjoni

31

2019/C 122/36

Kawża T-741/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2019 — British Aggregates et vs Il-Kummissjoni

31

2019/C 122/37

Kawża T-131/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2019 — Argus Security Projects vs SEAE

32

2019/C 122/38

Kawża T-18/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 — Lillelam vs EUIPO — Pfaff (LITTLE LAMB)

32


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

CDJ

1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 122/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 112, 25.3.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 103, 18.3.2019

ĠU C 93, 11.3.2019

ĠU C 82, 4.3.2019

ĠU C 72, 25.2.2019

ĠU C 65, 18.2.2019

ĠU C 54, 11.2.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

CDJ

1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fil-15 ta’ Ottubru 2018 — NE

(Kawża C-645/18)

(2019/C 122/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: NE

Awtorità konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

Parti oħra fil-kawża: Finanzpolizei

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (1) u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ ksur tal-obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-impjieg transkonfinali ta’ ħaddiema, bħan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligu li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni dokumenti relatati mas-salarji kif ukoll mas-sigurtà soċjali jew in-nuqqas ta’ rapport lill-Uffiċċju Ċentrali ta’ Koordinazzjoni, tipprevedi l-impożizzjoni b’mod kumulattiv multi għoljin ħafna, b’mod partikolari multi minimi għoljin ħafna, fir-rigward ta’ kull ħaddiem ikkonċernat?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv:

L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-impożizzjoni ta’ multi kumulattivi mingħajr limiti massimi fil-każ ta’ ksur tal-obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-impjieg transkonfinali ta’ ħaddiema?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431, rettifika fil-ĠU 2015, L 16, p. 66.

(2)  ĠU 2014, L 159, p. 11.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-23 ta’ Ottubru 2018 — Pólus Vegas Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-665/18)

(2019/C 122/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pólus Vegas Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

Il-punti 39 sa 42 tas-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2015, Berlington Hungary et (C-98/14, EU:C:2015:386) jistgħu jiġu interpretati fis-sens li għandu jkun ikkwalifikat bħala restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ggarantita mill-Artikolu 56 TFUE l-fatt li leġiżlatur ta’ Stat Membru jżid it-taxxa b’rata fissa fuq il-logħob b’ħames darbiet, mingħajr ma jipprovdi għal perijodu tranżitorju, u fl-istess waqt jintroduċi wkoll taxxa proporzjonali fuq il-logħob?

2)

Il-kunċetti ta’ “tfixkil” jew li “tirrendi inqas attraenti”, li jinsabu fis-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2015, Berlington Hungary et (C-98/14, EU:C:2015:386) jistgħu jiġu interpretati, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fis-sens li ż-żieda mhux ġustifikata u li taqbeż il-miżura raġonevoli tat-taxxa nazzjonali fuq il-logħob, toħloq distorsjoni b’mod sproporzjonat u diskriminatorju tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni favur il-każinòs, iċaħħad mill-profitti tagħhom lill-organizzaturi tal-logħob tal-ażżard fis-swali tal-logħob, bi ksur tal-protokoll iċċitat iktar ’il fuq u tal-Artikolu 17 tal-Karta?

3)

Is-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2015, Berlington Hungary et (C-98/14, EU:C:2015:386) tista’ tiġi interpretata fis-sens li jista’ jiġi kkonstatat li attività tista’ tkun “mfixkla” jew “reża inqas attraenti”, fil-każ fejn iż-żieda mhux iġġustifikata u diskriminatorja tat-taxxa fuq il-logħob għandha bħala riżultat li l-użu tal-magni tal-logħob ma jibqax iktar ta’ profitt wara din iż-żieda u li jista’ biss iwassal għal telf?

4)

Fil-kuntest tal-applikazzjoni tas-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2015, Berlington Hungary et (C-98/14, EU:C:2015:386), il-kunċett ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi jista’ jiġi interpretat b’tali mod li, fil-każ tas-swali tal-logħob u tal-każinos li joperaw fl-Istat Membru, huwa essenzjali li wieħed jassumi li hemm element ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri li ċ-ċittadini tal-Unjoni minn Stati Membri oħra jagħmlu wkoll użu mill-opportunitajiet ta’ logħob inkwistjoni?


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fit-13 ta’ Novembru 2018 — ZR, AR, BS

(Kawża C-712/18)

(2019/C 122/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: ZR, AR u BS

Awtorità konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

Parti oħra fil-kawża: Finanzpolizei

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (1) u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ ksur tal-obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-impjieg transkonfinali ta’ ħaddiema, bħan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligu li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni dokumenti relatati mas-salarji jew in-nuqqas ta’ rapport lill-Uffiċċju Ċentrali ta’ Koordinazzjoni, tipprevedi l-impożizzjoni b’mod kumulattiv multi għoljin ħafna, b’mod partikolari multi minimi għoljin ħafna, fir-rigward ta’ kull ħaddiem ikkonċernat?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv:

L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-impożizzjoni ta’ multi kumulattivi mingħajr limiti massimi fil-każ ta’ ksur tal-obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-impjieg transkonfinali ta’ ħaddiema?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431, rettifika fil-ĠU 2015, L 16, p. 66.

(2)  ĠU 2014, L 159, p. 11.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fl-14 ta’ Novembru 2018 — ZR, BS, AR

(Kawża C-713/18)

(2019/C 122/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: ZR, BS u AR

Awtorità konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

Parti oħra fil-kawża: Finanzpolizei

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (1) u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ ksur tal-obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-impjieg transkonfinali ta’ ħaddiema, bħan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligu li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni dokumenti relatati mas-salarji jew in-nuqqas ta’ rapport lill-Uffiċċju Ċentrali ta’ Koordinazzjoni, tipprevedi l-impożizzjoni b’mod kumulattiv multi għoljin ħafna, b’mod partikolari multi minimi għoljin ħafna, fir-rigward ta’ kull ħaddiem ikkonċernat?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv:

L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-impożizzjoni ta’ multi kumulattivi mingħajr limiti massimi fil-każ ta’ ksur tal-obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-impjieg transkonfinali ta’ ħaddiema?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431, rettifika fil-ĠU 2015, L 16, p. 66.

(2)  ĠU 2014, L 159, p. 11.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Diċembru 2018 — Stichting Schoonzicht, parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-791/18)

(2019/C 122/06)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stichting Schoonzicht

Parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 184 sa 187 tad-Direttiva dwar il-VAT tal-2006 (1) jipprekludu skema nazzjonali ta’ aġġustament relatata ma’ investimenti li jipprevedu aġġustament mifrux fuq numru ta’ snin, fejn, fis-sena li matulha l-investiment jintuża għall-ewwel darba (li jikkorrispondi wkoll għall-ewwel sena ta’ aġġustament), it-tnaqqis inizjali kollu għal dan l-investiment ikun suġġett għal regolarizzazzjoni (aġġustament) ta’ darba, jekk meta dan l-investiment jintuża għall-ewwel darba, ikun jidher li dan it-tnaqqis inizjali ma jikkorrispondix mat-tnaqqis li l-persuna taxxabbli hija intitolata tapplika fuq il-bażi tal-użu effettiv tal-investiment?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 189(b) jew (ċ) tad-Direttiva dwar il-VAT tal-2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regolarizzazzjoni ta’ darba fl-ewwel sena tal-perijodu ta’ aġġustament tat-tnaqqis inizjali, li hemm referenza għaliha fl-ewwel domanda, tikkostitwixxi miżura li tista’ tiġi adottata mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-applikazzjoni tal-Artikolu 187 tad-Direttiva dwar il-VAT tal-2006?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fis-17 ta’ Diċembru 2018 — Federazione nazionale delle imprese elettrotecniche ed elettroniche (Anie) et vs Ministero dello Sviluppo Economico, Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA

(Kawża C-798/18)

(2019/C 122/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Ricorrenti: Federazione nazionale delle imprese elettrotecniche ed elettroniche (Anie), Società Agricola N.B. Solar s.r.l., 3G s.r.l., AET s.r.l. Apparati Elettromeccanici e Telecomunicazioni, Società Agricola La Fontana s.s., Società Agricola Le Macchie di Sparapani Gabriele e C. s.s., Agricoltura Innovativa s.r.l. — Società Agricola, Società Agricola Agrilite s.r.l., Agrisolar Società Agricola s.r.l., Agrisun s.r.l., Società Agricola Agroenergia s.r.l., Alpi — Società Agricola s.s., Ambrasol 2 s.r.l., Ambrasol 3 s.r.l., Ambrasol 4 s.r.l., Ape Immobiliare s.r.l., Arizzi Fonderie S. Giorgio s.p.a., Artech s.r.l., ASP Solar Italia Alpha s.r.l. Società Agricola, Associazione Centro Servizi Pastorali Mons. Biglia, Aurora Group s.p.a., AVG s.r.l. Società Agricola, Tosi Sante, Cinesi Palmino, B&B Energia s.r.l., Bauexpert s.p.a., Belvedere Società Agricola a r.l., Biancolino Società Agricola a r.l., BMN Green Energy s.r.l., Brandoni Solare s.p.a., Brenta CRE s.r.l., Calipso s.r.l., Cappello s.r.l., Casale s.a.s. di CGS Energia s.p.a. & C. Società Agricola, Cavicchi Solar s.r.l., C.B. s.r.l., Ce.Ma.Co. s.r.l., Cedro s.r.l., Centro Risorse s.r.l., CGA s.r.l., Chiarano Green Power s.r.l., Chierese Pak s.r.l., C.L. Solar s.r.l., Colombo Bolla s.r.l., Comino Energia s.r.l., Corà Domenico & Figli s.p.a., Corfin Energy s.r.l., Corna s.r.l., Coronet s.p.a., Società Agricola Coste della Chiesa s.r.l., Ecoenergy 04 s.r.l., Elektrosolar s.r.l., Elettronica Cimone s.r.l., Energia Capoterra Società Agricola s.r.l., Energia e Impresa s.r.l., Società Agricola Energo di Buratti Enrico & C. s.s., Energy Gestion s.r.l., Energy Italia 3 s.r.l., Energy Italia 4 s.r.l., Energylife s.r.l., Energy Resources Pesaro 2 s.r.l., Enervis s.r.l., EQ Energia s.r.l., Esco Roma s.r.l., E-Solar s.r.l., E. Sole s.r.l., Euroline 2 s.r.l., Eurosun Tarquinia s.r.l., Fratelli Dalle Crode s.p.a., Fratelli Raviola s.r.l., Falmec s.p.a., Fiere di Parma s.p.a., Flash Energy s.r.l., Fotoeos s.r.l., Fotosfera s.r.l., Fotosintesi 1 s.r.l., Fotosintesi 2 s.r.l., Fotosintesi 6 s.r.l., Fotovoltaica s.r.l., Fresia Energie s.r.l., Giuseppe Ciccaglione, Generali PIO s.p.a., Gi.Gi.Emme di Caramello Marta e C. s.a.s., Gifa s.r.l., G.P.B. Energia s.r.l., Green Energy Ambiente e Tecnologie s.r.l., Green Land di Giuseppe Ciccaglione s.s. agricola, Green Power 2010 s.r.l., Happy Island Società Agricola s.r.l., I.C.S. Industria Costruzioni Stampi s.p.a., Iesse Commerciale s.r.l., ISA s.r.l. Società Agricola, Isolpack s.p.a., Italcoat s.r.l., La Base s.r.l., La T.I.S. Service s.p.a., Società Agricola Lombardia Group s.r.l., Mafin Green Power s.r.l., Marina Costruzioni s.r.l., Mercato Solare s.p.a., Metalco Group s.r.l., Società Agricola Mostrazzi Solar s.r.l., Mozzone Building System s.r.l., Mozzone Fratelli s.r.l., MSM Solar s.r.l., New E-Co s.r.l., Nordpan s.p.a., Nuvoleto s.r.l. Società Agricola, Omera s.r.l., Palar s.r.l., Paolin Energia s.r.l., Pbsol 1 s.r.l., Pizzarotti Energia s.r.l., Plasti-Max s.p.a., PMM Energy s.r.l., Società Agricola Poggio Tortollo di Alessandra Pennuto, Profilumbra s.p.a., Quabas s.p.a., Reco 2 s.r.l., Reti s.r.l., Revi s.r.l., Righi Group s.r.l., Società Agricola Righi s.r.l., Righi s.r.l., Rovigo Solare A s.r.l., Rovigo Solare B s.r.l., Rubner Haus s.p.a., Rubner Holzbau s.p.a., Rubner Tueren s.p.a., Ruscalla Energia s.r.l., Sabenergia s.r.l., San Felice Agrar s.r.l. Società Agricola, Sangiorgio Fotovoltaica Società Agricola a r.l., Società Agricola Sargenti Agroenergie s.s. di Sargenti Carlo & C., SD Agrar s.r.l. Società Agricola, Senergia s.r.l., Sequenza s.p.a., Sider Sipe s.p.a., Sinergya s.r.l., S.I.Pro. — Agenzia provinciale per lo sviluppo s.p.a., Siriac s.r.l., Società Agricola Cascina Gallotto s.s., Società Agricola Solar Farm s.r.l., Premi Giuseppe — Adelfranca — Piergiorgio s.s. Società Agricola, Sociovit Società Agricola s.s., Solivrea s.r.l., Studio Agri Power s.r.l., Studio Energia s.r.l., Taricco Fratelli s.s., Tecno Pool s.p.a., Toscasolar s.r.l., Trea s.r.l., Trifase s.r.l., Uniernergy s.r.l., V.S. 1 s.r.l., Vercelli s.p.a., Vetraria Bergamasca — Tecnovetro s.r.l., Vinlisca s.r.l., VRV s.p.a., The Wierer Holding s.p.a.

Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA

Domandi preliminari

1.

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hi dik li tinsab fl-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014, hekk kif ikkonvertit mil-Liġi 116/2014, li tnaqqas jew aħjar idewwem b’mod sinjifikattiv il-ħlas tal-inċentivi diġà mogħtija b’liġi u ddefiniti skont ftehimiet ad hoc miftiehma mill-produtturi tal-elettriku mill-konverżjoni fotovoltajika mal-Gestore dei servizi energetici s.p.a., kumpannija pubblika inkarigata b’din il-funzjoni;

2.

B’mod partikolari tali dispożizzjoni nazzjonali hija kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ koperazzjoni leali u ta’ effettività mal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; mad-Direttiva 2009/28/KE (1) u mar-regolamentazzjoni tal-iskemi ta’ appoġġ li huma previsti hemmhekk; mal-Artikolu 216(2) TFUE, b’mod partikolari fir-rigward tat-Trattat tal-Karta Ewropea tal-Enerġija ?


(1)  Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU 2009, L 140, p. 16).


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fis-17 ta’ Diċembru 2018 — Athesia Energy Srl et vs Ministero dello Sviluppo Economico, Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA

(Kawża C-799/18)

(2019/C 122/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Athesia Energy Srl, Pv Project Cologna S.r.l., Belriccetto S.r.l., Itt Energy S.r.l., Pietra dei Fiori S.r.l., Energia Solare S.r.l., Green Hunter S.p.A, Actasol 5 S.r.l., Actasol 6 S.r.l., Cinque S.r.l., Spf Energy Uno S.r.l., Spr Energy Due S.r.l., Spf Energy Tre S.r.l., Bulicata S.r.l., Energy Line S.r.l., Marche Solare 1 S.r.l.

Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA

Domandi preliminari

1.

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hi dik li tinsab fl-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014, hekk kif ikkonvertit mil-Liġi 116/2014, li tnaqqas jew aħjar idewwem b’mod sinjifikattiv il-ħlas tal-inċentivi diġà mogħtija b’liġi u ddefiniti skont ftehimiet ad hoc miftiehma mill-produtturi tal-elettriku mill-konverżjoni fotovoltajika mal-Gestore dei servizi energetici s.p.a., kumpannija pubblika inkarigata b’din il-funzjoni;

2.

B’mod partikolari tali dispożizzjoni nazzjonali hija kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ koperazzjoni leali u ta’ effettività mal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; mad-Direttiva 2009/28/KE (1) u mar-regolamentazzjoni tal-iskemi ta’ appoġġ li huma previsti hemmhekk; mal-Artikolu 216(2) TFUE, b’mod partikolari fir-rigward tat-Trattat tal-Karta Ewropea tal-Enerġija ?


(1)  Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU 2009, L 140, p. 16).


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Diċembru 2018 — JZ

(Kawża C-806/18)

(2019/C 122/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

JZ

Domanda preliminari

F’kuntest fejn huwa paċifiku, minn naħa, li f’għajnejn id-dritt Olandiż ċittadin barrani ma jissoġġornax b’mod regolari fil-Pajjiżi l-Baxxi u, min-naħa l-oħra, li l-istadji tal-proċedura ta’ ritorn previsti fid-Direttiva dwar ir-Ritorn ġew segwiti iżda r-ritorn attwali ma seħħx, liġi nazzjonali li trendi punibbli kriminalment is-soġġorn ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fit-territorju tal-Pajjiżi l-Baxxi wara li tkun ġiet imposta fuqu projbizzjoni fuq id-dħul, bis-saħħa tal-Artikolu 66a(7) tal-Vreemdelingenwet 2000, hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mal-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li, fis-sentenza tas-26 ta’ Lulju 2017 Ouhrami (C-225/16, EU:C:2017:590, punt 49), iddeċidiet li l-projbizzjoni fuq id-dħul prevista fl-Artikolu 11 tad-Direttiva dwar ir-Ritorn (1), toħloq l-“effetti” tagħha biss mill-mument li ċ-ċittadin barrani jerġa’ jmur lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jew imur lejn pajjiż terz ieħor?


(1)  Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU 2008, L 348, p. 98).


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Diċembru 2018 — Ursa Major Services B.V. vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

(Kawża C-814/18)

(2019/C 122/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ursa Major Services B.V.

Konvenuti: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 55(1) tar-Regolament 1198/2006 (1) huwa applikabbli għar-relazzjoni ta’ bejn il-fornitur ta’ sussidju, fil-każ odjern, il-Ministru, u l-benefiċjarju (il-benefiċjarju tas-sussidju)?

2.

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija li l-Artikolu 55(1) tar-Regolament 1198/2006 huwa applikabbli għar-relazzjoni bejn il-fornitur ta’ sussidju u l-benefiċċjarju: spejjeż li tħallsu minn terz (bħala kumpens jew le) jistgħu jitqiesu bħala spejjeż li effettivament tħallsu mill-benefiċċjarju, fis-sens tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament 1198/2006?

3.

Jekk ir-risposta għat-tieni domanda hija li spejjeż li tħallsu minn terz (bħala kumpens jew le) ma jistgħux jitqiesu bħala spejjeż li effettivament tħallsu mill-benefiċjarju, fis-sens tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament 1198/2006:

a.

prassi ta’ implimentazzjoni li fiha l-fornitur ta’ sussidju b’mod sistematiku qies kontribuzzjonijiet minn terzi bħala spejjeż li effettivament tħallsu mill-benefiċjarju, fis-sens tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament 1198/2006, timplika li ma setax jiġi mistenni mill-benefiċjarju li huwa jiskorpi din l-interpetazzjoni żbaljata tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament 1198/2006 mogħtija mill-fornitur ta’ sussidju, b’tali mod li l-benefiċjarju jkun intitolat għas-sussidju kif ingħata lilu, u

b.

il-kontribuzzjonijiet ta’ terzi għandhom jiġu inklużi fost l-ispejjeż li effettivament tħallsu mill-benefiċjarju, fis-sens tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament 1198/2006 (f’liema każ is-sussidju huwa ffissat f’ammont superjuri) jew

c.

hemm lok għal rinunzja, abbażi tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u/jew tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, għall-irkupru tas-sussidju mogħti b’mod żbaljat?

d.

il-ħlas minn qabel mogħti fuq is-sussidju, bħal f’dan il-każ, għandu effett f’dan ir-rigward?


(1)  Regolament (KE) Nru 1198/2006 tal-Kunsill tas-27 ta Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (ĠU 2006 L 223, p. 1).


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Diċembru 2018 — Federatie Nederlandse Vakbeweging vs Van den Bosch Transporten BV, Van den Bosch Transporte GmbH, Silo-Tank Kft

(Kawża C-815/18)

(2019/C 122/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Federatie Nederlandse Vakbeweging

Konvenuti: Van den Bosch Transporten BV, Van den Bosch Transporte GmbH, Silo-Tank Kft

Domandi preliminari

1.

Id-Direttiva 96/71/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg [il-kollokament] ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431, rettifika fil-ĠU 2015 L 16, p. 66; iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-kollokament”) għandha tiġi interpretata fis-sens li din tapplika wkoll fir-rigward ta’ ħaddiem li jeżerċità l-attività ta’ xufier fit-trasport internazzjonali bit-triq u li għaldaqstant iwettaq ix-xogħol tiegħu f’iktar minn Stat Membru wieħed?

2.

(a)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, liema kriterju jew liema kunsiderazzjonijiet għandhom jintużaw sabiex jiġi ddeterminat jekk ħaddiem li jeżerċità l-attività ta’ xufier fit-trasport internazzjonali bit-triq huwiex ikkollokat “fit-territorju ta’ Stat Membru” fis-sens tal-Artikolu 1(1) u (3) tad-Direttiva dwar il-kollokament u jekk dan il-ħaddiem “għall-perjodu limitat jagħm[ilx] ix-xogħol tiegħu fitterritorju ta’ Stat Membru barra mill-Istat li normalment jaħdem fih” fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva dwar il-kollokament?

(b)

L-eżistenza ta’ rabta (pereżempju fi grupp) bejn l-imrpiża li tikkolloka lill-ħaddiem li għalih isir riferiment fil-punt (a) tat-tieni domanda u l-impriża li magħha dan il-ħaddiem huwa kkollokat għandha effett fuq ir-risposta għat-tieni domanda, u, jekk dan ikun il-każ, x’effett?

(c)

Jekk ix-xogħol tal-ħaddiem li għalih isir riferiment fil-punt (a) tat-tieni domanda jinvolvi trasport b’kabotaġġ — jiġifieri trasport esklużivament imwettaq fit-territorju ta’ Stat Membru għajr l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu dan il-ħaddiem normalment jaħdem — dan il-ħaddiem huwa meqjus, għall-inqas, għal din il-parti mill-attivitajiet tiegħu, bħala li jaħdem temporanjament fit-territorju tal-ewwel Stat Membru ċċitat? Jekk dan ikun il-każ, hemm limitu, pereżempju fil-forma ta’ tul minimu ta’ trasport b’kabotaġġ fix-xahar?

3.

(a)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, il-kunċett ta’ “ftehim kollettiv […] iddikjarati bħala ta’ applikazzjoni ġenerali”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(8) tad-Direttiva dwar il-kollokament, kif għandu jiġi interpretat? Dan huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni u għaldaqstant huwa biżżejjed li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(8) tad-Direttiva dwar il-kollokament ikunu fil-fatt issodisfatti? Jew dawn id-dispożizzjonijiet jeħtieġu wkoll li l-ftehim kollettiv tax-xogħol ikun ġie ddikjarat bħala ta’ applikazzjoni ġenerali fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali?

(b)

Jekk ftehim kollettiv tax-xogħol ma jistax jiġi assimilat ma’ ftehim kollettiv ta’ applikazzjoni ġenerali fis-sens tal-Artikolu 3(1) u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(8) tad-Direttiva dwar il-kollokament, l-Artikolu 56 TFUE jipprekludi li impriża stabbilita fi Stat Membru li tikkolloka ħaddiem fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, tkun obbligata, kuntrattwalment, tosserva dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim kollettiv tax-xogħol li japplika f’dan l-aħħar Stat Membru?


(1)  Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg [il-kollokament] ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431, rettifika fil-ĠU 2015 L 16, p. 66).


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Limburg (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-28 ta’ Frar 2018 — LB, Stichting Varkens in Nood, Stichting Dierenrecht, Stichting Leefbaar Buitengebied vs College van burgemeester en wethouders van de gemeente Echt-Susteren, parti oħra fil-proċedura: Sebava BV

(Kawża C-826/18)

(2019/C 122/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Limburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: LB, Stichting Varkens in Nood, Stichting Dierenrecht, Stichting Leefbaar Buitengebied

Konvenut: College van burgemeester en wethouders van de gemeente Echt-Susteren

Parti oħra fil-proċedura: Sebava BV

Domandi preliminari

1.

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li l-“pubbliku” (public) (kwalunkwe persuna) jiġi kompletament eskluż mid-dritt ta’ aċċess għall-ġustizzja, sa fejn huwa ma jikkostitwixxix il-pubbliku kkonċernat (public concerned) (persuni interessati)?

2.

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 1:

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus għandu jiġi interpretat fis-sens li minnu jirriżulta li l-“pubbliku” (public) (kwalunkwe persuna) għandu jingħata aċċess għall-ġustizzja meta jiġi allegat ksur ta’ rekwiżiti proċedurali u ta’ drittijiet ta’ parteċipazzjoni favur l-imsemmi pubbliku, kif previsti mill-Artikolu 6 tal-imsemmija konvenzjoni?

F’dan ir-rigward, huwa rilevanti l-fatt li l-membri tal-pubbliku kkonċernat (public concerned) (persuni interessati) għandhom aċċess għall-ġustizzja fuq dan il-punt u jistgħu, barra minn hekk, iressqu lmenti sabiex jikkontestaw il-legalità ta’ att fuq il-mertu?

3.

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li l-aċċess għall-ġustizzja tal-“pubbliku kkonċernat” (public concerned) (persuni interessati) jiġi suġġett għall-użu tal-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni bħal dik prevista mill-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus?

4.

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda 3:

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li teskludi l-aċċess għall-ġustizzja fir-rigward ta’ deċiżjoni għall-membri tal-“pubbliku kkonċernat” (public concerned) (persuni interessati) li jistgħu raġonevolment jiġu kkritikati li ma ppreżentawx osservazzjonijiet kontra l-abbozz ta’ deċiżjoni (jew uħud mill-aspetti tiegħu)?

5.

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda 4:

Huwa kompletament f’idejn il-qorti nazzjonali li tiddeċiedi, abbażi taċ-ċirkustanzi tal-kawża, fuq it-tifsira tal-espressjoni “li jistgħu raġonevolment jiġu kkritikati” jew hija għandha tosserva, f’dan ir-rigward, ċerti garanziji previsti mid-dritt tal-Unjoni?

6.

Sa liema punt id-domandi 3, 4 u 5 jeżiġu risposta differenti jekk huma jikkonċernaw il-“pubbliku” (public) (kwalunkwe persuna), sa fejn ma huwiex il-“pubbliku kkonċernat” (public concerned) (persuni interessati)?


(1)  Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Frar 2005 (ĠU 2006 L 164M, p. 17).


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Jannar 2019 — QG vs Germanwings GmbH

(Kawża C-7/19)

(2019/C 122/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QG

Konvenuta: Germanwings GmbH

Domanda preliminari

Strajk imħabbar minn sindakat u konformi mad-dritt nazzjonali, li huwa segwit mill-persunal ta’ trasportatur tal-ajru li jopera, jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/12


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-33/19)

(2019/C 122/14)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Cv. Georgieva-Kecsmar u J. Hottiaux)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/49/KE (1);

tikkonstata li, peress li naqset milli tiggarantixxi l-indipendenza tal-unità speċjalizzata fir-rigward tal-investigazzjonijiet tal-manager tal-infrastruttura, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/49/KE;

tikkonstata li, peress li naqset milli tiggarantixxi riżorsi suffiċjenti li jippermettu lill-unità speċjalizzata twettaq il-funzjonijiet tagħha b’mod indipendenti, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2004/49/KE;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Bulgarija għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/49/KE, l-Istati Membri huma obbligati jiggarantixxu li l-investigazzjonijiet ta’ aċċidenti u ta’ inċidenti msemmija fl-Artikolu 19 jitwettqu minn entità permanenti, li għandha tkun komposta minn, minn tal-inqas, investigatur wieħed li jkun kapaċi jaqdi l-funzjoni ta’ investigatur prinċipali fil-każ ta’ aċċident jew ta’ inċident. Din l-entità għandha tkun indipendenti fl-organizzazzjoni tagħha, fl-istruttura legali tagħha u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha minn kwalunkwe manager tal-infrastruttura, mill-impriżi ferrovjarji, mill-entitajiet li jimponu taxxi, mill-entità li talloka l-kapaċitajiet ferrovjarji u mill-entitajiet li jinnotifikaw il-miżuri meħuda, kif ukoll minn kull parti li l-interessi tagħha jistgħu jkunu f’kunflitt mal-funzjonijiet mogħtija lill-entità investigattiva. Barra minn hekk, din l-entità investigattiva għandha tkun indipendenti mill-awtorità tas-sigurtà u minn kwalunkwe regolatur tan-netwerk ferrovjarju.

2.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-unità speċjalizzata responsabbli għall-investigazzjonijiet ta’ aċċidenti u ta’ inċidenti stabbilita fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport ma hijiex indipendenti mill-manager tal-infrastruttura — il-kumpannija nazzjonali “Zelezopytna infrastruktura” (infrastruttura ferrovjarja). B’mod partikolari, din l-unità hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ indipendenza fl-organizzazzjoni tagħha kif ukoll minn nuqqas ta’ awtonomija fir-rigward tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. F’dan is-sens, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli tosserva d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/49/KE.

3.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni ssostni wkoll li l-leġiżlazzjoni adottata mir-Repubblika tal-Bulgarija ma tiggarantixxix aċċess għal riżorsi suffiċjenti li jippermettu lill-unità speċjalizzata twettaq il-funzjonijiet tagħha b’mod indipendenti, fis-sens tal-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2004/49/KE.


(1)  Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi ta’ l-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta’ l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 227).


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fil-5 ta’ Frar 2019 — Minister for Justice and Equality vs PI

(Kawża C-82/19)

(2019/C 122/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister for Justice and Equality

Konvenut: PI

Domandi preliminari

1.

L-indipendenza mill-poter eżekuttiv tal-prosekutur pubbliku għandha tiġi deċiża skont il-pożizzjoni tiegħu taħt l-ordinament ġuridiku nazzjonali rilevanti? Fil-każ ta’ risposta negattiva, liema huma l-kriterji li abbażi tagħhom għandha tiġi deċiża l-indipendenza mill-poter eżekuttiv?

2.

Prosekutur pubbliku li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, huwa possibbilment suġġett għal ordni jew istruzzjoni, kemm direttament jew indirettament mill-Ministeru għall-Ġustizzja, huwa suffiċjentement indipendenti mill-poter eżekuttiv sabiex jiġi kkunsidrat bħala awtorità ġudizzjarja fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru (1)?

3.

Fil-każ ta’ risposta pożittiva, il-prosekutur pubbliku għandu jkun ukoll indipendenti fil-funzjonijiet tiegħu mill-poter eżekuttiv u liema huma l-kriterji li abbażi tagħhom għandha tiġi deċiża l-indipendenza tal-funzjonijiet?

4.

Jekk jitqies li huwa indipendenti mill-poter eżekuttiv, prosekutur pubbliku li l-funzjonijiet tiegħu huma limitati għal li jibda u jmexxi investigazzjonijiet u li jiżgura li tali investigazzjonijiet jitwettqu b’mod oġġettiv u legali, li joħroġ atti ta’ akkuża, li jeżegwixxi deċizjonijiet ġudizzjarji u li jmexxi l-prosekuzzjoni ta’ reati, u li ma għandux kompetenza li joħroġ mandati ta’ arrest nazzjonali u lanqas ma jista’ jwettaq funzjonijiet ġudizzjarji, jista’ jitqies li huwa “awtorità ġudizzjarja” fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru?

5.

Il-Prosekutur Pubbliku ta’ Zwickau huwa awtorità ġudizzjarja fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri?


(1)  Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (2002/584/ĠAI) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Volum 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).


Il-Qorti Ġenerali

1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2019 — Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-134/17) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat - Rifjut ta’ aċċess - Lis pendens - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi - Obbligu li ssir eżaminazzjoni konkreta u individwali - Interess pubbliku superjuri”)

(2019/C 122/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hércules Club de Fútbol, SAD (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: S. Rating u Y. Martínez Mata, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz, G. Luengo u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni finali C(2017) 736 tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Frar 2017, li tirrifjuta lil Hércules Club de Fútbol l-aċċess għal dokumenti relatati mal-proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat SA.363872.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hércules Club de Fútbol, SAD hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 144, 8.5.2017.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2019 — Printeos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-201/17) (1)

(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kompetizzjoni - Akkordji - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Multi - Sentenza li tannulla parzjalment id-deċiżjoni - Rimbors tal-ammont prinċipali tal-multa - Interessi moratorji - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi - Rabta kawżali - Dannu - Artikolu 266 TFUE - It-tieni sentenza tal-Artikolu 90(4)(a) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012)

(2019/C 122/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Printeos, SA (Alcalá de Henares, Spanja) (rappreżentanti: H. Brokelmann u P. Martínez-Lage Sobredo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens ta’ dannu li jirriżulta mir-rifjut tal-Kummissjoni li tħallas lir-rikorrenti interessi moratorji fuq l-ammont prinċipali ta’ multa li ġiet irrimborsata wara l-annullament tad-deċiżjoni tagħha C(2014) 92 95 finali tal-10 ta’ Diċembru 2014 rigward proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (AT.39780 — Envelops), permezz tas-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2016, Printeos et vs Il-Kummissjoni (T-95/15, EU:T:2016:722), u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2017 dwar ir-rifjut tal-imsemmi rimbors.

Dispożittiv

1)

L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, hija marbuta tikkumpensa d-dannu mġarrab minn Printeos, SA, minħabba n-nuqqas ta’ ħlas lil din il-kumpannija tas-somma ta’ EUR 184 592.95 li kienet dovuta lilha bħala interessi moratorji, li ġew inkorsi matul il-perijodu bejn id-9 ta’ Marzu 2015 u l-1 ta’ Frar 2017, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, b’eżekuzzjoni tas-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2016, Printeos et vs Il-Kummissjoni (T-95/15).

2)

Il-kumpens imsemmi fil-punt 1 għandu jkun miżjud b’interessi moratorji, b’effett mill-għoti ta’ din is-sentenza u sal-ħlas komplet, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għat-tranżazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda bi 3.5 punti perċentwali.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 198, 29.5.2017.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2019 — TV vs Il-Kunsill

(Kawża T-453/17) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali bi prova - Perijodu ta’ prova - Rapport dwar il-perijodu ta’ prova - Avviż tal-Kumitat tar-Rapporti - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova - Ħiliet professjonali insuffiċjenti - Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(2019/C 122/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: TV (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Awwissu 2016 dwar it-tkeċċija tar-rikorrent meta ntemm il-perijodu ta’ prova tiegħu kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2017 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent u min-naħa l-oħra sabiex tikseb kumpens għad-dannu morali allegatament subit mir-rikorrent b’konsegwenza ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TV huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Mouldpro vs EUIPO — Wenz Kunststoff (MOULDPRO)

(Kawża T-796/17) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MOULDPRO - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Mala fide - Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Raġuni relattiva ta’ invalidità - L-Artikolu 60(1)(b) u l-Artikolu 8(3) tar-Regolament 2017/1001 - L-Artikolu 60(1)(c) u l-Artikolu 8(4) tar-Regolament 2017/1001)

(2019/C 122/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mouldpro ApS (Ballerup, id-Danimarka) (rappreżentant: W. Rebernik, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Sipos u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Wenz Kunststoff GmbH & Co. KG (Lüdenscheid, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Ottubru 2017 (Każ R 2153/2015-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Mouldpro u Wenz Kunststoff.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mouldpro ApS hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 29.1.2018.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2019 — Etnia Dreams vs EUIPO — Poisson (Etnik)

(Kawża T-823/17) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Etnik - Trade mark tal-Unjoni Ewropea preċedenti - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ identifikazzjoni tat-trade mark preċedenti fl-att ta’ oppożizzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dritt għal rimedju effettiv - Opportunitajiet ugwali għall-partijiet - Prinċipju ta’ bona fide - Aspettattivi leġittimi)

(2019/C 122/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Etnia Dreams, SL (Valencia, Spanja) (rappreżentanti: P. Gago Comes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Serge Poisson (Limal, il-Belġju)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ottubru 2017 (Każ R 880/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Etnia Dreams u S. Poisson.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Etnia Dreams SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 72, 26.2.2018.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2019 — Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam vs EUIPO — Lupu (Djili)

(Kawża T-231/18) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Djili - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GILLY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

(2019/C 122/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam (Dulovo, il-Bulgarija) (rappreżentant: C.-R. Romițan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Gája u D. Walicka, sussegwentement D. Gája u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Victor Lupu (Bukarest, ir-Rumanija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Jannar 2018 (Każ R 1902/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn V. Lupu u Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 200, 11.6.2018.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2019 — Nemius Group vs EUIPO (DENTALDISK)

(Kawża T-278/18) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DENTALDISK - Raġuni assoluta għal rifjut - Naruta deskrittiva — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

(2019/C 122/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nemius Group GmbH (Obertshausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Bildhäuser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sesma Merino u D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Jannar 2018 (Każ R 741/2017-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali DENTALDISK bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Nemius Group GmbH hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 221, 25.6.2018.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/20


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2019 — Acron et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/19)

(2019/C 122/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Acron OAO (Veliky Novgorod, ir-Russja), Dorogobuzh OAO (Dorogobuzh, ir-Russja), Acron Switzerland AG (Baar, l-Isvizzera) (rappreżentanti: T. De Meese, J. Stuyck u A. Nys, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1703 tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2018 (1);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-kovenuta kisret l-obbligi internazzjonali tagħha, fatt li jikkonstitwixxi ksur tat-Trattat, u naqset milli tipproduċi raġunijiet suffiċjenti, billi kkonstatat li l-Federazzjoni tar-Russja ma kinitx qiegħda tosserva l-obbligi tagħha fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (iktar il-quddiem il-“WTO”).

Ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenuta naqset milli tqis l-adeżjoni tal-Federazzjoni tar-Russja Fédération fil-WTO, bħala rilevanti għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping tar-rikorrenti. Il-konvenuta kienet obbligata tieħu inkunsiderazzjoni l-impenji meħuda mill-Federazzjoni tar-Russja inkonnessjoni mal-prezz tal-gass billi twettaq eżami mill-ġdid intermedjarju tad-dazji applikabbli fuq l-importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju. Peress li l-konvenuta sostniet li l-Federazzjoni tar-Russja ma osservatx il-protokoll tagħha ta’ adeżjoni, il-konvenuta aġixxiet bi ksur tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ u tal-Artikolu II tal-Ftehiom antidumping tal-WTO. Billi dan ma wettqitux, il-konvenuta naqset mill-obbligi internazzjonali tagħha, fatt li jekwivali għal ksur tat-Trattat.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u naqset milli tipproduċi raġunijiet suffiċjenti, fatt li wassal għal ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, billi kkonstatat li t-tibdil taċ-ċirkustanzi invokat mir-rikorrenti ma kienx ta’ natura dejjiema.

Ir-rikorrenti jsostnu li, fil-kuntest tat-tieni motiv, kienu jeżistu żewġ raġunijiet differenti għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. Dawn iż-żewġ raġunijiet huma marbuta mal-konklużjoni żbaljata li t-tibdil taċ-ċirkustanzi ma kienx ta’ natura dejjiema.

Fi kwalunkwe każ, il-konvenuta naqset mill-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE, billi naqset milli tipprovi motivazzjoni ċara u inekwivoka għad-deċiżjoni kkontestata.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret l-Artikolu 19(2) u l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), kif ukoll id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, u ħolqot nuqqas ta’ ċertezza legali, billi naqset li tipprovdi l-kalkolu ta’ dumping tagħha.

Il-konvenuta naqset milli tikkomunika l-kalkolu finali tal-marġni ta’ dumping lir-rikorrenti, minkejja li dan il-kalkolu serva bħala bażi għall-konklużjonijiet marbuta mal-kontinwazzjoni u mal-eżistenza ta’ dumping, għan-natura dejjiema tat-tibdil taċ-ċirkustanzi u għall-għeluq tal-eżami mill-ġdid intermedjarju parzjali. Kieku l-konvenuta kkomunikat l-imsemmi kalkolu, dan kien jippermetti lir-rikorrenti jiddefendu d-drittijiet tagħhom b’mod iktar effikaċi, fir-rigward tal-kalkolu tad-dumping u tal-konstatazzjonijiet tad-dumping fl-intier tagħhom, inkluż l-argument marbut mal-metodoloġija tal-kalkolu implementata fl-investigazzjoni inizjali, fatt li setgħa inċida kunsiderevolment fuq is-sitwazzjoni legali tagħhom.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenuta kisret l-Artikolu 19(2) u l-Artikolu 20(2) tar-Regolament 2016/1036, id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u l-prinċipju ta’ ċertezza legali, billi naqset milli tipprovdi lir-rikorrenti sinteżi serju tal-provi miġbura matul l-investigazzjoni jew kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom l-imsemmija konvenuta kienet tipprevedi li tbiddel il-marġni antidumping tar-rikorrenti. Ir-rikorrenti jsostnu li billi rrifjutat li tikkomunikalhom il-kalkolu tagħha tal-marġni ta’ dumping, il-konvenuta kisret id-drittijiet tad-difiża tagħhom u ppreġudikat il-prinċipju ta’ ċertezza legali.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1703 tat-12 ta’ Novembru 2018 li ttemm ir-rieżami interim parzjali dwar l-importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU 2018, L 285, p. 97).

(2)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/21


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2019 — Rot Front vs EUIPO — Kondyterska korporatsiia “Roshen” (РОШЕН)

(Kawża T-63/19)

(2019/C 122/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rot Front OAO (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: M. Geitz u J. Stock, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen” (Kiev, l-Ukraina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva “РОШЕН” — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea Nru 11 233 784

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1872/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 94(1), 47(5) u 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/22


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2019 — Vlaamse Gemeenschap et Vlaams Gewest vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-66/19)

(2019/C 122/25)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Vlaamse Gemeenschap u Vlaams Gewest (rappreżentanti: Mes Th. Eyskens, N. Bonbled u Ph. Geysens, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla r-regolament (UE) 2018/1724;

tikkundanna lil-Parlament Ewropew u l-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2) TUE

L-obbligi lingwistiċi imposti bir-Regolament (UE) 2018/1724 (1) jiksru l-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-użu tal-lingwi fil-qasam amministrattiv, kif sanċita fil-kostituzzjoni tal-Belġju. Din l-iskema lingwistika interna tifforma parti mill-istruttura bażika politika u kostituzzjonali tal-Istat Belġja u taqa’ taħt l-identità nazzjonali tal-Istat Belġjan. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2018/1724 jmur kontra l-Artikolu 4(2) TUE, li skontu l-Unjoni għandha tirrispetta l-identità tal-Istati Membri.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(2) u (4) TUE u tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità

L-obbligi lingwistiċi impost mir-Regolament (UE) 2018/1724 la josservaw il-prinċipju ta’ attribuzzjoni (1)u lanqas il-prinċipju ta’ proporzjonalità (2):

1)

l-ebda dispożizzjoni tat-Trattat ma tikkonferixxi lill-Unjoni il-kompetenza li tirregola l-użu tal-lingwi fi ħdan id-dipartimenti pubbliċi tal-Istati Membri u minn dawn id-dipartimenti pubbliċi;

2)

l-obbligu tal-provvista lill-pubbliku ta’ traduzzjoni f’ “f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni li tinftiehem b’mod ġenerali mill-akbar għadd possibbli ta’ utenti transfruntiera” (Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2018/1724) la josserva il-prinċipju ta’ proporzjonalità u ma jinkludi l-ebda motivazzjoni inkonnessjoni ma’ dan il-prinċipju. Ir-rekwiżiti lingwistiċi imposti mir-Regolament (UE) 2018/1724 huma sproporzjonati inkonnesjoni mal-għan segwit.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 3(3) TUE, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-Istati Membri.

Ir-Regolament (UE) 2018/1724 jikser l-Artikolu 3(3) TUE, l-Artikolu 22 tal-Karta, il-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa u l-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-Istati Membri, peress li jiddisswadi liċ-ċittadini li jkunu jixtiequ jistabbilixxi ruħhom fi Stat Membru li ma jkunx tagħhom milli jitgħalmu l-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat u, barra minn hekk, peress li dan jimponi l-ġeneralizzazzjoni tal-użu ta’ lingwa franka waħda li, b’dan il-mod, issir effettivament il-lingwa Ewropea tal-amministrazzjonijiet u tad-dipartimenti pubbliċi.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali u ta’ leġiżlazzjoni ċara, kif ukoll tal-punt I.2 tal-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea “Ftehim dwar tfassil aħjar tal-liġijiet” tat-13 ta’ April 2016.

L-obbligi lingwistiċi imposti fuq l-Istati Membri bir-Regolament (UE) 2018/1724 huma manifestament kuntrarji għall-prinċipjiu ta’ ċarezza, ta’ preċiżjoni, ta’ prevedibbiltà u ta’ koerenza. L-obbligi ta’ traduzzjoni imposti bir-Regolament (UE) 2018/1724 la huma ċari, la preċiżi, la prevedibbli u lanqas koerenti inkonnesjoni mal-lingwa li lejha hemm lok li ssir it-traduzzjoni.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 291(2) TFUE

L-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ traduzzjoni imposti bir-Regolament (UE) 2018/1724 tirrikjedi li jiġi ddeterminat b’mod ċert u formali lejn liema lingwa għandha ssir it-traduzzjoni. Madankollu, ir-regoli istituzzjonali tar-Regolament (UE) 2018/1724 huma ferm impreċiżi f’dan ir-rigward. Għaldaqstant ir-Regolament (UE) 2018/1724 ma josservax il-bilanċ delikat istituzzjonali previst fl-Artikolu 291 TFUE u fir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (2) (ir-“Regolament ta’ komitoloġija”), safejn dan effettivament jippermetti lill-Kummissjoni Ewropea li tevita il-proċedura stabbilita f’dan ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 u li tadotta regoli b’mod informali.


(1)  Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU 2018, L 295, p. 1).

(2)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU 2011, L 55, p. 13).


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/23


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2019 — Nosio vs EUIPO — Passi (LA PASSIATA)

(Kawża T-70/19)

(2019/C 122/26)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nosio SpA (Mezzocorona, l-Italja) (rappreżentanti: J. Graffer u A. Ottolini, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Passi AG (Rothrist, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “LA PASSATA” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 593 131

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 928/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-partijiet avversarji għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/24


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2019 — BMC vs Il-Kummissjoni Ewropea u Impresa comune Clean Sky 2

(Kawża T-71/19)

(2019/C 122/27)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: BMC Srl (Medicina, l-Italja) (rappreżentanti: S. Dindo u L. Picotti, avukati)

Konvenuta: Commissione europea e Impresa comune Clean Sky 2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Unità Clean Sky 2 tas-6 ta’ Diċembru 2018, li tikkonferma d-deċiżjoni tal-10 ta’ Ottubru 2018, li biha Clean Sky 2 qieset li ma kinitx finanzjabbli l-proposta Nru 831874 fir-rigward tas-sejħa għal proposti H2020-CS2-CFP08-2018-01, relattiva għal sistema ta’ aspirazzjoni għall-magna u sistemi ta’ protezzjoni kontra s-silġ għal skrejjen.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ppreżentat il-proposta tagħha għall-parteċipazzjoni fis-sejħa għal proposti H2020-CS2- Fp08-2018-01 (Clean Sky 2 Call for proposals 08) immexxija minn Clean Sky 2 (Programm Clean Sky 2), li għandha bħala suġġett l-iżvilupp ta’ sistema ta’ aspirazzjoni għall-magna u sistemi ta’ protezzjoni kontra s-silġ għal skrejjen (integrating a removable anti-ice system).

Ir-rikorrenti ssostni li f’dan il-mument, hija l-unika impriża fid-dinja li solviet problema ta’ sikurezza fit-titjir għall-ħelikopter f’kundizzjonijiet ta’ silġ.

F’dan ir-rigward, huwa ppreċiżat li, anki jekk is-sejħa għal proposti kienet tirrigwarda proprju t-talba li jitressqu proposti għall-iżvilupp tas-sistema kontra s-silġ, Clean Sky 2 (jiġifieri l-Unità maħtura biex tmexxi s-sejħa għal proposti) qieset li l-proposta tar-rikorrenti ma kinitx tilħaq il-limitu minimu stabbilit mis-sejħa għal proposta.

Din id-deċiżjoni hija vvizzjata minn ksur tar-regoli tal-proċedura għall-motivi segwenti:

1.

Il-ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 intitolat “Kriterji tal-għażla u tal-għoti” (b’mod partikolari fejn ingħata punteġġ medju meta mqabbel ma’ dawk stabbiliti mid-dispożizzjoni), kif ukoll tal-obbligu tal-motivazzjoni stabbilit fl-Artikoli 296 TFUE u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

2.

L-eżistenza f’dan il-każ ta’ użu ħażin ta’ poter billi għal kull wieħed mit-tliet kriterji ġie applikat punteġġ (medju) mhux previst fl-iskala tal-punti li biha jiġu evalwati l-proposti mressqa.

3.

L-eżistenza f’dan il-każ ta’ użu ħażin ta’ poter minħabba ksur tal-proċeduri u żnaturament tal-fatti, b’mod partikolari peress li ma humiex żgurati l-għanijiet imfittxija mill-att.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/25


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2019 — Bergslagernas Järnvaru vs EUIPO — Scheppach Fabrikation von Holzbearbeitungsmaschinen (Għodda għall-qsim tal-injam)

(Kawża T-73/19)

(2019/C 122/28)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bergslagernas Järnvaruaktiebolag (Saltsjö-Boo, l-Isvezja) (rappreżentanti: S. Kirschstein-Freund, V. Dalichau u B. Breitinger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Scheppach Fabrikation von Holzbearbeitungsmaschinen GmbH (Ichenhausen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 1289 243-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1455/2018-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, temenda d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ r-rikors;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 62 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/26


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2019 — Pontinova vs EUIPO — Ponti & Partners (pontinova)

(Kawża T-76/19)

(2019/C 122/29)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pontinova AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentant: K. Loth, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ponti & Partners, SLP (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea pontinova — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 878 085

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 566/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/27


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2019 — Lidl Stiftung vs EUIPO — Plásticos Hidrosolubles (green cycles)

(Kawża T-78/19)

(2019/C 122/30)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Marx u K. Bonhagen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Plásticos Hidrosolubles, SL (Rafelbuñol, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ta’ kuluri blu, griż u abjad — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 8 807 265

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 778/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;

tikkundanna lil Plásticos Hidrosolubles, SL għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikolu 10(3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/27


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2019 — Dekoback vs EUIPO — DecoPac (DECOPAC)

(Kawża T-80/19)

(2019/C 122/31)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dekoback GmbH (Helmstadt-Bargen, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. von Moers, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DecoPac, Inc. (Anoka, Minnesota, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “DECOPAC” — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 160 747

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1795/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tannulla b’mod sħiħ it-trade mark DECOPAC irreġistrata mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell;

Motivi invokati

Nuqqas ta’ kunfidenzjalità fir-rigward tal-informazzjoni tan-negozju;

Ksur tad-dritt għal smigħ;

Nuqqas ta’ sottomissjoni ta’ numru sinjifikattiv ta’ fatturi;

Nuqqas ta’ użu tat-trade mark bħala ditta;

Bejgħ ukoll lil konsumaturi ppjanat iżda mhux imwettaq;

Ħtieġa ta’ distinzjoni bejn id-dekorazzjonijiet li jittieklu u dawk li ma jittiklux.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/28


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2019 — AL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-83/19)

(2019/C 122/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AL (rappreżentanti: A. Blot u S. Rodrigues, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda impliċita tat-talba għal kumpens mressqa mir-rikorrenti fid-19 ta’ Diċembru 2017 u, kif meħtieġ, id-deċiżjoni tat-12 ta’ Novembru 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

tikkumpensa d-danni materjali u morali sostnuti mir-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligi kuntrattwali tal-konvenuta fir-rigward tar-rikorrent, peress li l-Kummissjoni ma osservatx l-impenn tagħha li taħtar lir-rikorrent fil-kariga ta’ faċilitatur tal-Unjoni Ewropea tas-Sħubija għall-Foresti tal-Baċir tal-Kongo.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ osservanza tal-aspettattivi leġittimi.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-obbligu ta’ premura.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/29


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2019 — Gwo Chyang Biotech vs EUIPO — Norma (KinGirls)

(Kawża T-85/19)

(2019/C 122/33)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gwo Chyang Biotech Co. Ltd (Tainan, it-Tajwan) (rappreżentant: J. Kakoures, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co. KG (Nürnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni figurattiva KinGirls — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 151 038

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 718/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din laqgħet l-oppożizzjoni għal prodotti inklużi fil-klassi 3 u tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co. KG għall-ispejjeż sostnuti għall-finijiet tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell u ta’ din il-proċedura.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/30


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2019 — Solnova vs EUIPO — Canina Pharma (BIO-INSECT Shocker)

(Kawża T-86/19)

(2019/C 122/34)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Solnova AG (Zollikon, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. Lee, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Canina Pharma GmbH (Hamm, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BIO-INSECT Shocker” — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 837 553

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 276/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2019 — British Aggregates vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-101/14 u T-610/15) (1)

(2019/C 122/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 112, 14.4.2014.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2019 — British Aggregates et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-741/15) (1)

(2019/C 122/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 68, 22.02.2016.


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2019 — Argus Security Projects vs SEAE

(Kawża T-131/17) (1)

(2019/C 122/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 129, 24.4.2017


1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 — Lillelam vs EUIPO — Pfaff (LITTLE LAMB)

(Kawża T-18/18) (1)

(2019/C 122/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 94, 12.3.2018.