ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 115A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
27 ta' Marzu 2019


Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 115 A/01

Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) — Pubblikazzjoni ta’ pożizzjoni vakanti għall-funzjoni ta’ Viċi President u Direttur li jopera s-servizzi korporattivi tal-SRB u li jissorvelja l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (COM/2019/20034)

1

2019/C 115 A/02

Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni — Pubblikazzjoni ta’ żewġ pożizzjonijiet vakanti għall-funzjoni ta’ Membru tal-Bord u Direttur tal-Ippjanar u d-Deċiżjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet (COM/2019/20035)

6


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

27.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 115/1


Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Pubblikazzjoni ta’ pożizzjoni vakanti għall-funzjoni ta’ Viċi President u Direttur li jopera s-servizzi korporattivi tal-SRB u li jissorvelja l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni

(COM/2019/20034)

(2019/C 115 A/01)

 

Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (Single Resolution Board, SRB) huwa l-awtorità ta’ riżoluzzjoni Ewropea u jaħdem b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti – li flimkien isawru l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (Single Resolution Mechanism, SRM). L-SRB jaħdem mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għas-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja. Il-missjoni tiegħu hi li jiżgura riżoluzzjoni ordnata tal-banek inadempjenti b’impatt minimu fuq l-ekonomija reali u fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri parteċipanti u lil hinn minnhom. Għaldaqstant, l-SRB huwa mogħti kompiti u responsabbiltajiet speċifiċi fit-tħejjija u t-twettiq tar-riżoluzzjoni ta’ banek inadempjenti jew li x’aktarx isiru inadempjenti. L-SRB huwa responsabbli wkoll biex jimmaniġġja l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (Single Resolution Fund, SRF), kif stabbilit fir-Regolament SRM, biex jiżgura li l-appoġġ ta’ finanzjament fuq terminu medju jkun disponibbli waqt li bank ikun qed jiġi ristrutturat u/jew riżolt. L-SRB huwa aġenzija tal-Unjoni Ewropea li tiffinanzja lilha nnifisha.

Il-pożizzjoni vakanti

Il-Kummissjoni Ewropea, f’konsultazzjoni mal-SRB, qed torganizza proċedura tal-għażla għall-Viċi President u Direttur li jopera s-servizzi korporattivi tal-SRB u li jissorvelja l-SRF.

Il-post tax-xogħol se jkun Brussell (il-Belġju), fejn l-SRB għandu s-sede tiegħu.

Il-kandidat magħżul għall-pożizzjoni ta’ Viċi President se jieħu fuqu d-dmirijiet (i) bħala Membru mhux votanti tal-korpi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-SRB, jiġifieri l-Bord fis-Sessjoni Plenarja tiegħu u s-Sessjoni Eżekuttiva; (ii) bħala Direttur li jopera s-servizzi korporattivi tal-SRB u li josservelja l-SRF. Il-persuna magħżula se tikkontribwixxi attivament għall-qadi tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-SRB, f’konformità mal-mandat assenjat mir-Regolament SRM.

Hija se twettaq il-funzjonijiet tal-President tal-SRB fil-każ ta’ assenza jew impediment raġonevoli li jaffettwaw lil dan tal-aħħar.

Il-Viċi President se jassisti lill-President tal-SRB u jaġixxi bħala d-deputat tiegħu fil-ġestjoni ta’ kuljum tal-SRB, speċifikament fir-rigward tas-servizzi korporattivi.

Barra minn hekk, il-kandidat ammess fil-kapaċità tiegħu ta’ Direttur se:

jieħu responsabbiltà għall-kwistjonijiet kollha tal-persunal, kwistjonijiet tal-amministrazzjoni ta’ kuljum, l-istabbiliment ta’ abbozz ta’ baġit għall-SRB u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-SRB, it-tħejjija ta’ abbozz tar-rapport annwali b’taqsima dwar il-kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi,

jissorvelja l-operat tas-servizzi korporattivi, li jinkludi wkoll l-għoti ta’ appoġġ kontinwu għas-servizzi korporattivi (jiġifieri r-Riżorsi Umani, il-Finanzi, l-Akkwist, l-ICT u l-Faċilitajiet) għal-linji ta’ azzjoni tal-SRB l-oħrajn kollha,

jiżgura l-ippjanar u r-rapportar adegwati lill-President tal-SRB dwar ir-riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi u l-allokazzjoni korretta tagħhom għad-diversi attivitajiet fl-SRB,

jiżgura li l-ġbir tal-kontribuzzjonijiet amministrattivi kif ukoll tal-kontribuzzjonijiet għall-SRF isir b’mod effiċjenti u bla intoppi,

jiżgura li l-SRF jiġi ġestit sew u li jagħmel investimenti xierqa, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-maniġers tal-assi esterni,

imexxi u jiddirieġi t-tħejjija tal-azzjonijiet li jkunu jeħtieġu l-involviment tal-SRF, jekk ikun meħtieġ, fil-kuntest tad-deċiżjonijiet ta’ riżoluzzjoni,

jistabbilixxi l-objettivi tal-unitajiet fi ħdan id-Direttorat, jimmonitorja u jivvaluta l-kisba tagħhom fl-iskadenzi u skont l-istandards ta’ kwalità, jikkoordina x-xogħol tal-unitajiet fid-Direttorat u jimmotiva u jappoġġa lill-maniġment intermedju biex jikseb l-objettivi tiegħu u l-motivazzjoni u l-involviment tal-persunal tiegħu.

jiżgura kooperazzjoni u komunikazzjoni mingħajr xkiel ma’ Membri tal-Bord/Diretturi u Direttorati oħra fl-SRB,

jikkoordina u jmantni r-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet tal-UE u/jew mal-korpi u mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, b’mod partikolari, il-Kummissjoni Ewropea, il-BĊE, u l-Awtoritajiet Nazzjonali ta’ Riżoluzzjoni, u kwalunkwe entità pubblika/privata oħra dwar kwistjonijiet marbutin mar-responsabbiltajiet tas-servizzi korporattivi u l-kompiti tad-Direttorat relatati mal-SRF.

Il-kandidat ammess jista’ wkoll jintalab direttament mill-President tal-SRB biex iwettaq kompiti oħra li jidħlu fir-responsabbiltajiet tal-SRB.

Il-kandidat ammess se jirrapporta lill-President tal-SRB dwar il-kontribuzzjonijiet individwali tiegħu bħala Direttur li jopera s-servizzi korporattivi tal-SRB u li jissorvelja l-SRF.

Il-kriteriji ta’ eliġibilità

Sabiex jiġu kkunsidrati għall-fażi tal-għażla, il-kandidati jridu jilħqu l-kriterji formali li ġejjin sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet:

Ċittadinanza: ikunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

Grad universitarju jew diploma universitarja:

ikollhom livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma, iċċertifikati b’diploma, fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta’ erba’ snin jew aktar; jew

ikollhom livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ċċertifikati b’diploma u esperjenza professjonali xierqa ta’ mill-inqas sena meta l-perjodu normali ta’ edukazzjoni universitarja jkun tal-inqas tliet snin (din is-sena ta’ esperjenza professjonali ma tistax tkun inkluża fl-esperjenza professjonali postgradwatorja meħtieġa hawn taħt),

Esperjenza professjonali: ikollhom mill-inqas 20 sena esperjenza professjonali wara l-gradwazzjoni wara li jkunu kisbu l-kwalifika msemmija qabel, li mill-inqas 10 snin minnhom iridu jkunu f’oqsma rilevanti għall-ġestjoni tas-servizzi korporattivi u/jew il-ġestjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet privati/pubbliċi rilevanti oħrajn (1),

Esperjenza ta’ maniġment superjuri: mill-inqas ħames snin esperjenza professjonali fit-tmexxija ta’ organizzazzjoni f’pożizzjoni eżekuttiva superjuri, preferibbilment bħala uffiċjal kap operattiv (2),

Lingwi: ikollhom għarfien profond ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) u għarfien adegwat ta’ mill-inqas lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea.

Matul l-intervista/intervisti, il-bordijiet tal-għażla jistgħu jivverifikaw jekk l-applikanti jikkonformawx mar-rekwiżit ta’ għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-UE. Dan jista’ jinkludi li parti mill-intervista ssir f’din il-lingwa l-oħra.

Ma hemm l-ebda limitu ta’ età.

Kriterji tal-għażla

Il-kandidati għandu jkollhom:

għarfien profond ta’ kif jaħdmu l-korpi tal-UE, b’mod partikolari fil-kuntest tas-servizzi koporattivi u l-aspetti baġitarji;

għarfien profond tas-settur bankarju u finanzjarju fil-kuntest tal-arranġamenti ta’ finanzjament tal-UE u b’mod partikolari tal-mod kif jaħdem l-SRF;

esperjenza profonda f’wieħed jew iktar minn dawn l-oqsma: il-ġestjoni ta’ kuljum tas-servizzi orizzontali ta’ istituzzjoni(jiet) pubblika/pubbliċi jew privata/i, l-operazzjoni tal-baġits tal-organizzazzjonijiet, jew l-amministrazzjoni ta’ organizzazzjoni/entità;

għarfien tar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji, b’mod partikolari dak bankarju;

għarfien tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE flimkien ma’ esperjenza rilevanti għall-attivitajiet tas-SRB jew fi proċessi Ewropej u internazzjonali jew bħala minimu fis-settur privat fil-livell internazzjonali;

esperjenza fit-tmexxija b’suċċess ta’ timijiet kbar multidixxiplinari (u, idealment, multikulturali) fuq livell maniġerjali superjuri u fil-motivazzjoni tal-persunal biex jilħqu livelli għolja ta’ prestazzjoni;

ħiliet ippruvati fit-teħid u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet, kemm fil-livell strateġiku kif ukoll fil-livell operattiv;

sens straordinarju ta’ tmexxija u esperjenza ta’ ħidma f’ambjent multikulturali;

ħiliet ta’ koordinazzjoni u ta’ ġestjoni eċċellenti, u l-abbiltà li jibnu relazzjonijiet ta’ ħidma sodi ma’ rappreżentanti fil-livell għoli tal-partijiet ikkonċernati rilevanti;

sens straordinarju ta’ responsabbiltà u inizjattiva, u l-ħila li jiżviluppaw soluzzjonijiet effiċjenti u fattibbli li huma essenzjali biex l-organizzazzjoni tiffunzjona, u l-ħila li jimplimentawhom;

ħiliet eċċellenti ta’ komunikazzjoni, ta’ preżentazzjoni u interpersonali;

hija meħtieġa ħakma tajba ħafna tal-Ingliż, minħabba li dan huwa l-lingwa ta’ ħidma tal-SRB.

Indipendenza u dikjarazzjoni ta’ interessi

Il-Membri tal-Bord, fis-sessjoni plenarja u fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, iridu jaġixxu b’mod indipendenti u fl-interess tal-Unjoni biss u la jistgħu jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni Ewropea, minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn xi korp ieħor pubbliku jew privat. Ladarba jinħatar fil-funzjoni ta’ Viċi President/Direttur li jopera s-servizzi korporattivi tal-SRB u li jissorvelja l-SRF, huwa jkun professjonista full-time u ma jista’ jkollu l-ebda kariga oħra fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni jew dak internazzjonali.

Qabel jinħatar, huwa meħtieġ li jippreżenta:

dikjarazzjoni ta’ impenn li se jaġixxi b’mod indipendenti fl-interess pubbliku; u

dikjarazzjoni fir-rigward ta’ kull tip ta’ interess li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tal-kandidat.

Billi japplikaw għal din il-pożizzjoni vakanti, il-kandidati jikkonfermaw ir-rieda tagħhom li jagħmlu dan (4). Meta jinħatar, il-Viċi President ikun soġġett għall-Kodiċi ta’ Kondotta, u bħala Direttur li jopera s-servizzi korporattivi tal-SRB u li jissorvelja l-SRF, ikun suġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, b’mod iktar preċiż għat-Titolu II tagħhom u għall-kodiċi ta’ etika u mġiba amministrattiva tajba għall-persunal tal-SRB.

GĦAŻLA U ĦATRA

1.

Il-Kummissjoni Ewropea, b’konsultazzjoni mal-SRB, twaqqaf bord tal-għażla li jivvaluta l-applikazzjonijiet kollha. Il-kandidati li jitqiesu li għandhom l-aktar profil idoneju għall-funzjoni ta’ Viċi President/Direttur li jopera s-servizzi korporattivi tal-SRB u li jissorvelja l-SRB se jiġu mistiedna għal intervista ma’ dan il-bord tal-għażla.

2.

Wara dawn l-intervisti, il-bord tal-għażla jfassal l-ewwel lista ta’ kandidati, ibbażata fuq il-merti tagħhom u l-kriterji tal-għażla stabbiliti fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti. Dawn il-kandidati jistgħu jiġu mistiedna għal intervisti ulterjuri mal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Ħatriet tal-Kummissjoni Ewropea (Consultative Committee on Appointments, CCA). Qabel dawn l-intervisti, il-kandidati jridu jgħaddu minn ċentru ta’ evalwazzjoni mmexxi minn konsulenti tar-reklutaġġ esterni.

3.

Is-CCA jadotta lista mqassra. Dawn il-kandidati se jiġu mistiedna għal intervista ma’ wieħed jew aktar mill-Membri tal-Kummissjoni Ewropea.

4.

Abbażi tal-eżitu ta’ dan il-proċess tal-għażla, u wara li tisma’ lill-Bord, fis-Sessjoni Plenarja tiegħu, il-Kummissjoni Ewropea tadotta lista mqassra tal-kandidati idoneji għall-pożizzjoni ta’ Viċi President/Direttur li jopera s-servizzi korporattivi tal-SRB u li jissorvelja l-SRF. Din il-lista mqassra tintbagħat lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni; fl-istess ħin, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiġi infurmat.

5.

Il-Kummissjoni Ewropea mbagħad tibgħat proposta għall-ħatra tal-Viċi President/Direttur li jopera s-servizzi korporattivi tal-SRB u li jissorvelja l-SRF lill-Parlament Ewropew biex japprovaha.

6.

Wara li dik il-proposta tiġi approvata, il-Kunsill jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni biex jaħtar il-Viċi President/Direttur li jopera s-servizzi korporattivi tal-SRB u li jissorvelja l-SRF. Il-Kunsill jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata. Jista’ jkun meħtieġ li l-kandidati jkollhom jagħmlu intervisti ulterjuri u/jew testijiet minbarra dawk indikati hawn fuq.

Għal raġunijiet funzjonali u sabiex il-proċedura tal-għażla titlesta malajr kemm jista’ jkun fl-interess tal-applikanti kif ukoll dak tal-istituzzjoni, il-Kummissjoni Ewropea twettaq il-proċedura tal-għażla bl-Ingliż biss. Hija tiżgura li ma jingħata l-ebda vantaġġ indebitu lill-kelliema nattivi ta’ din il-lingwa.

Din is-sejħa għall-applikazzjonijiet hija l-bażi li fuqha l-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta’ Viċi President/Direttur li jopera s-servizzi korporattivi tal-SRB u li jissorvelja l-SRF lill-Parlament Ewropew se tiġi stabbilita. L-inklużjoni fil-lista mqassra li tiġi trażmessa lill-Parlament Ewropew jew fil-proposta għal ħatra mhijiex garanzija ta’ ħatra. Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni tal-kandidati li ladarba l-lista mqassra tiġi adottata mill-Kummissjoni Ewropea, hija tista’ tkun disponibbli għall-pubbliku.

Opportunitajiet indaqs

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea japplikaw politika ta’ opportunitajiet indaqs u jaċċettaw applikazzjonijiet mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, razza, kulur, oriġini soċjali jew etnika, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew ta’ natura oħra, appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali.

Kundizzjonijiet ta’ impjieg

Il-Viċi President/Direttur li jopera s-servizzi korporattivi tal-SRB u li jissorvelja l-SRF jinħatar għal perjodu li ma jiġġeddidx ta’ ħames snin. Huwa se jitqies fl-istess livell ta’ Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emolumenti u l-età tal-pensjoni, kif stipulat fir-Regolament Nru 422/67/KEE (5). Is-salarju tiegħu jkun ibbażat fuq il-grad AD 16, livell 3, soġġett għal fattur ta’ multiplikazzjoni ugwali għal 112,5 % tas-salarju għal dak il-grad u l-iskala (6). Madankollu, ma jkunx soġġett għal età massima tal-irtirar. Għall-kundizzjonijiet tal-impjieg l-oħra kollha, ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra japplikaw b’analoġija.

KIF TAPPLIKA

Innota li: Qabel ma tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek, ivverifika bir-reqqa jekk tissodisfax il-kriterji ta’ eliġibilità kollha, b’mod partikolari fir-rigward tat-tipi ta’ diplomi u l-esperjenza professjonali u maniġerjali ta’ livell għoli, kif ukoll il-kapaċità lingwistika tiegħek.

Min ma jissodisfax dawn il-kriterji tal-eliġibbiltà jiġi eskluż awtomatikament mill-proċedura tal-għażla. L-applikazzjonijiet għandhom isiru permezz tal-Internet billi tmur fis-sit web: https://ec.europa.eu/dgs/human-resources/seniormanagementvacancies/ u ssegwi l-istruzzjonijiet li ssib hemm dwar id-diversi stadji tal-proċedura.

Ikollok toħloq profil qabel ma tkun tista’ ddaħħal l-applikazzjoni tiegħek. Biex l-applikazzjoni tiegħek tkun kompluta, jeħtieġ li ttella’ CV fil-format PDF u li timla ittra ta’ motivazzjoni online (massimu ta’ 8 000 karattru). Irid ikollok ukoll indirizz tal-posta elettronika validu. Dan jintuża biex tkun ikkonfermata r-reġistrazzjoni tiegħek kif ukoll biex jinżamm kuntatt miegħek matul il-proċedura tal-għażla. Għalhekk, jekk jogħġbok informa lill-Kummissjoni Ewropea b’kull bidla fl-indirizz tal-posta elettronika.

Meta tlesti r-reġistrazzjoni online tiegħek, tirċievi ittra elettronika li tikkonferma li l-applikazzjoni tiegħek ġiet irreġistrata. Jekk ma tirċevix din il-konferma bil-posta elettronika, l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx ġiet irreġistrata!

Kun af li mhuwiex possibbli li timmonitorja l-progress tal-applikazzjoni tiegħek online. Inti se tiġi kkuntattjat(a) direttament dwar l-istatus tal-applikazzjoni tiegħek. Sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-għażla, il-komunikazzjonijiet kollha lill-kandidati dwar din il-proċedura tal-għażla se jkunu bl-Ingliż biss.

Għal aktar informazzjoni u/jew fil-każ ta’ problemi tekniċi, ibgħat ittra elettronika lil: HR-MANAGEMENT-ONLINE@ec.europa.eu

Id-data tal-għeluq

L-iskadenza għall-applikazzjonijiet hija d-29 ta’ April 2019. Ir-reġistrazzjoni online ma tkunx possibbli wara nofsinhar (12.00) ħin ta’ Brussell. Hija r-responsabbiltà tiegħek li timla r-reġistrazzjoni online tiegħek fil-ħin. Aħna nagħtuk parir biex ma tħallix għall-aħħar jiem biex tapplika, peress li traffiku tal-Internet qawwi jew problema fil-konnessjoni tal-Internet tiegħek jistgħu jwasslu biex ir-reġistrazzjoni online tiegħek tintemm qabel ma tlestiha, b’hekk tobbligak tirrepeti l-proċess kollu. Ladarba tintemm l-iskadenza għas-sottomissjoni tar-reġistrazzjonijiet, inti ma tkunx tista’ tintroduċi iktar data. Mhux se jiġu aċċettati reġistrazzjonijiet li jaslu tard. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li testendi d-data tal-għeluq ta’ dan il-post vakanti permezz ta’ pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss.

Informazzjoni importanti għall-applikanti

L-applikanti huma mfakkra li xogħol il-kumitati tal-għażla huwa kunfidenzjali. Huwa pprojbit li l-applikanti jagħmlu kuntatt dirett jew indirett mal-membri ta’ dawn il-kumitati, jew li xi ħadd ieħor jagħmel dan f’isimhom.

Protezzjoni tad-data personali

Il-Kummissjoni u l-SRB se jiżguraw li d-data personali tal-kandidati tiġi pproċessata kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (7).


(1)  L-esperjenza professjonali tingħadd mid-data li fiha l-kandidat kiseb il-kwalifika minima għal aċċess għall-profil inkwistjoni. Jiġu kkunsidrati biss attivitajiet professjonali ddokumentati kif xieraq (jiġifieri impjieg imħallas jew impjieg independenti). Xogħol part-time jitqies fi proporzjon mal-perċentwal ta’ sigħat ta’ xogħol full-time maħduma. Perjodi ta’ edukazzjoni jew taħriġ u apprendistati bla ħlas ma jiġux ikkunsidrati. Boroż ta’ studju, attività ffinanzjata permezz ta’ għotjiet kif ukoll Dottorati jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta’ tliet snin.

(2)  Il-kandidati huma mitluba espliċitament li għal kull pożizzjoni ta’ maniġment/ta’ tmexxija miżmuma jindikaw: (1) it-titlu u r-rwol tal-pożizzjonijiet okkupati; (2) l-għadd ta’ persunal li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom f’dawn il-pożizzjonijiet; (3) id-daqs tal-baġits immaniġġjati; u (4) l-għadd ta’ livelli ġerarkiċi fuqhom u taħthom u l-għadd ta’ kollegi fl-istess livell.

(3)  http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:01958R0001-20130701&qid=1408533709461&from=EN

(4)  https://srb.europa.eu/sites/srbsite/files/code_of_conduct.pdf

(5)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:1967R0422:20040501:EN:PDF kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 904/2012: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2012:269:0001:0002:MT:PDF

(6)  Ara l-Artikolu 66 tar-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:1962R0031:20140101:MT:PDF

(7)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.


27.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 115/6


Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Pubblikazzjoni ta’ żewġ pożizzjonijiet vakanti għall-funzjoni ta’ Membru tal-Bord u Direttur tal-Ippjanar u d-Deċiżjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet

(COM/2019/20035)

(2019/C 115 A/02)

 

Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (Single Resolution Board, SRB) huwa l-awtorità ta’ riżoluzzjoni Ewropea u jaħdem b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti — li flimkien isawru l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (Single Resolution Mechanism, SRM); L-SRB jaħdem mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fis-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja. Il-missjoni tiegħu hi li jiżgura riżoluzzjoni ordnata tal-banek inadempjenti b’impatt minimu fuq l-ekonomija reali u fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri parteċipanti u lil hinn minnhom. Għaldaqstant, l-SRB huwa mogħti kompiti u responsabbiltajiet speċifiċi fit-tħejjija u t-twettiq tar-riżoluzzjoni ta’ banek inadempjenti jew li x’aktarx se jsiru inadempjenti. L-SRB huwa responsabbli wkoll biex jimmaniġġja l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (Single Resolution Fund, SRF), kif stabbilit fir-Regolament SRM, biex jiżgura li l-appoġġ ta’ finanzjament fuq terminu medju jkun disponibbli waqt li bank ikun qed jiġi ristrutturat u/jew riżolut. L-SRB huwa aġenzija tal-Unjoni Ewropea li tiffinanzja lilha nnifisha.

Il-pożizzjonijiet vakanti

Il-Kummissjoni Ewropea, b’konsultazzjoni mal-SRB, qed torganizza proċedura tal-għażla għal żewġ Membri tal-Bord u Direttur tal-Ippjanar u d-Deċiżjonijiet tar-Riżoluzzjoni.

Il-post tax-xogħol se jkun Brussell (il-Belġju), fejn l-SRB għandu s-sede tiegħu.

Il-kandidati ammessi se jieħdu fuqhom id-dmirijiet (i) ta’ Membri votanti tal-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-SRB — il-Bord fis-Sessjoni Plenarja u s-Sessjoni Eżekuttiva tiegħu; u (ii) bħala Diretturi tal-Ippjanar u d-Deċiżjonijiet tar-Riżoluzzjoni fl-SRB. Bħala Membri votanti tal-Bord fis-Sessjoni Plenarja u s-Sessjoni Eżekuttiva tiegħu, huma se jikkontribwixxu b’mod attiv biex jitwettqu l-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-Bord, skont il-mandat mogħti mir-Regolament SRM.

Barra minn hekk, il-kandidati ammessi fil-kapaċità tagħhom ta’ Diretturi tal-Ippjanar u d-Deċiżjonijiet ta’ Riżoluzzjoni se jkunu inkarigati minn Direttorati tar-Riżoluzzjoni. B’mod partikolari, il-kandidati ammessi se:

jimmaniġjaw ix-xogħol ta’ kuljum tad-Direttorat rispettiv u jiżguraw li jaħdem bla intoppi u effettivament, li se jinkludi wkoll kooperazzjoni mill-qrib ma’ linji ta’ azzjoni oħrajn tal-SRB, b’mod partikolari, bejn it-tliet Direttorati ta’ Riżoluzzjoni,

imexxu u jiggwidaw it-tħejjija tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet tad-Direttorat,

imexxu u jiggwidaw it-tħejjija tal-azzjonijiet u, jekk meħtieġ, id-deċiżjonijiet tar-riżoluzzjoni dwar l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet tad-Direttorat,

jimmaniġjaw il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet tad-Direttorat,

jissorveljaw u jimmaniġjaw il-kooperazzjoni ġenerali mal-BĊE fil-kuntest tal-ħidma bejn it-Timijiet Interni ta’ Riżoluzzjoni u t-Timijiet Superviżorji Konġunti għall-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet tad-Direttorat,

jikkontribwixxu, bħala membri tal-maniġment superjuri tal-SRB, biex jiġu determinati l-politiki u l-missjoni tal-SRB,

jikkoordinaw il-programmazzjoni tal-ħidma fil-livell ta’ Direttorat, jistabbilixxu l-objettivi u jiddeterminaw il-prijoritajiet fil-qafas tal-ippjanar strateġiku ġenerali tal-SRB,

jikkoordinaw il-ħidma tal-unitajiet li jiffurmaw id-Direttorat, jimmotivaw u jappoġġaw lill-maniġment intermedju biex jiksbu l-objettivi tagħhom u jilħqu l-potenzjal tal-membri tal-persunal tagħhom,

jimmiraw li jintlaħqu l-objettivi tad-Direttorat skont l-iskadenzi u l-istandards ta’ kwalità meħtieġa, u jimmonitorjaw u jevalwaw il-progress,

jiżguraw kooperazzjoni u komunikazzjoni mingħajr intoppi ma’ Membri tal-Bord/Diretturi u Direttorati oħra,

jippromwovu prattiki pożittivi għall-partijiet ikkonċernati interni u esterni tad-Direttorat, u

jikkomunikaw u jżommu relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE u ma’ kull korp pubbliku ieħor u entità privata dwar kwistjonijiet li jiffurmaw parti mir-responsabbiltajiet tad-Direttorat tagħhom.

Il-kandidati ammessi jistgħu wkoll jintalbu direttament mill-President tal-SRB biex iwettqu kompiti oħra li jaqgħu fir-responsabbiltajiet tal-SRB.

Huma se jirrapportaw lill-President tal-SRB dwar il-kontribuzzjonijiet individwali rispettivi tagħhom bħala d-Diretturi tal-Ippjanar u d-Deċiżjonijiet tar-Riżoluzzjoni.

Il-kriteriji ta’ eliġibilità

Sabiex jiġu kkunsidrati għall-fażi tal-għażla, il-kandidati jridu jilħqu l-kriterji formali li ġejjin sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet:

Ċittadinanza: ikunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

Grad universitarju jew diploma universitarja:

ikollhom livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma, iċċertifikati b’diploma, fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta’ erba’ snin jew aktar; jew

ikollhom livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ċċertifikati b’diploma u esperjenza professjonali xierqa ta’ mill-inqas sena, meta l-perjodu normali ta’ edukazzjoni universitarja jkun tal-inqas tliet snin (din is-sena ta’ esperjenza professjonali ma tistax tkun inkluża fl-esperjenza professjonali postgradwatorja meħtieġa hawn taħt),

Esperjenza professjonali: ikollhom mill-inqas esperjenza professjonali ta’ 20 sena wara li tkun inkisbet il-kwalifika msemmija hawn fuq, u mill-inqas 10 snin minnhom iridu jkunu f’oqsma rilevanti għas-superviżjoni, ir-ristrutturar jew ir-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u r-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji (1),

Esperjenza ta’ maniġment superjuri: mill-inqas ħames snin esperjenza professjonali fit-tmexxija ta’ organizzazzjoni f’pożizzjoni eżekuttiva superjuri (2), u

Lingwi: ikollhom għarfien profond ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) u għarfien adegwat ta’ mill-inqas lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea.

Matul l-intervista/i, il-bordijiet tal-għażla jistgħu jivverifikaw jekk l-applikanti jikkonformawx mar-rekwiżit ta’ għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-UE. Dan jista’ jinkludi li parti mill-intervista ssir f’din il-lingwa l-oħra.

Ma hemm l-ebda limitu ta’ età.

Kriterji tal-għażla

Il-kandidati għandu jkollhom:

għarfien profond tas-settur bankarju u finanzjarju,

esperjenza profonda f’wieħed jew iktar minn dawn l-oqsma: is-superviżjoni, ir-ristrutturar jew ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjari, ir-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji, u tal-qasam bankarju b’mod partikolari,

għarfien tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE flimkien ma’ esperjenza rilevanti għall-attivitajiet tas-SRB jew fi proċessi Ewropej u internazzjonali jew bħala minimu fis-settur privat fil-livell internazzjonali,

esperjenza fit-tmexxija b’suċċess ta’ timijiet kbar multidixxiplinari (u, idealment, multikulturali) fuq livell maniġerjali superjuri u fil-motivazzjoni tal-persunal biex jilħqu livelli għolja ta’ prestazzjoni,

ħiliet ippruvati fit-teħid u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet, kemm fil-livell strateġiku kif ukoll fil-livell operattiv,

sens straordinarju ta’ tmexxija u esperjenza ta’ ħidma f’ambjent multikulturali,

ħiliet ta’ koordinazzjoni u analitiċi eċċellenti, u l-abbiltà li jibnu relazzjonijiet ta’ ħidma sodi ma’ rappreżentanti fil-livell għoli tal-partijiet ikkonċernati rilevanti,

sens straordinarju ta’ responsabbiltà u inizjattiva u l-ħila li jiżviluppaw u jimplimentaw azzjonijiet, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet ta’ ġestjoni ta’ kriżi,

ħiliet eċċellenti ta’ komunikazzjoni, ta’ preżentazzjoni u interpersonali; hija meħtieġa ħakma tajba ħafna tal-Ingliż, minħabba li dan huwa l-lingwa ta’ ħidma tal-SRB.

Indipendenza u dikjarazzjoni ta’ interessi

Il-Membri tal-Bord, fis-sessjoni plenarja u fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, iridu jaġixxu b’mod indipendenti u fl-interess tal-Unjoni biss u la jistgħu jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni Ewropea, minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn xi korp ieħor pubbliku jew privat. Ladarba jinħatar fil-funzjoni tiegħu ta’ Membru tal-Bord/Direttur tal-Ippjanar u d-Deċiżjonijiet tar-Riżoluzzjoni, huwa jkun professjonista full-time u ma jista’ jkollu l-ebda kariga oħra fil-livell nazzjonali, internazzjonali jew tal-Unjoni.

Qabel jinħatar, huwa meħtieġ li jippreżenta:

dikjarazzjoni ta’ impenn li se jaġixxi b’mod indipendenti fl-interess pubbliku, u

dikjarazzjoni fir-rigward ta’ kull tip ta’ interess li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tal-kandidat.

Il-kandidati jridu jikkonfermaw ir-rieda tagħhom li jagħmlu dan fl-applikazzjoni tagħhom (4). Meta jinħatar, il-Membru tal-Bord ikun soġġett għall-Kodiċi ta’ Kondotta, u bħala Direttur tal-Ippjanar u d-Deċiżjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet ikun suġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, b’mod iktar preċiż għat-Titolu II tagħhom u għall-kodiċi ta’ etika u mġiba amministrattiva tajba għall-persunal tal-SRB.

GĦAŻLA U ĦATRA

1.

Il-Kummissjoni Ewropea, b’konsultazzjoni mal-SRB, twaqqaf bord tal-għażla li jivvaluta l-applikazzjonijiet kollha. Il-kandidati li jkunu kkunsidrati li għandhom il-profil l-aktar idoneju għall-funzjoni ta’ Membri tal-Bord/Diretturi tal-Ippjanar u d-Deċiżjonijiet tar-Riżoluzzjoni jiġu mistiedna għal intervista ma’ dan il-bord tal-għażla.

2.

Wara dawn l-intervisti, il-bord tal-għażla jfassal l-ewwel lista ta’ kandidati, ibbażata fuq il-merti tagħhom u l-kriterji tal-għażla stabbiliti fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti. Dawn il-kandidati jistgħu jiġu mistiedna għal intervisti ulterjuri mal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Ħatriet tal-Kummissjoni Ewropea (Consultative Committee on Appointments, CCA). Qabel dawn l-intervisti, il-kandidati jridu jgħaddu minn ċentru ta’ evalwazzjoni mmexxi minn konsulenti tar-reklutaġġ esterni.

3.

Is-CCA jadotta lista mqassra. Dawn il-kandidati se jiġu mistiedna għal intervista ma’ wieħed jew aktar mill-Membri tal-Kummissjoni Ewropea.

4.

Abbażi tal-eżitu ta’ dan il-proċess tal-għażla, u wara li tisma’ lill-Bord, fis-Sessjoni Plenarja tiegħu, il-Kummissjoni Ewropea tadotta lista mqassra tal-kandidati idoneji għaż-żewġ pożizzjonijiet ta’ Membri tal-Bord/Diretturi tal-Ippjanar u d-Deċiżjonijiet tar-Riżoluzzjoni. Din il-lista mqassra tintbagħat lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni; fl-istess ħin, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiġi infurmat.

5.

Il-Kummissjoni Ewropea mbagħad tippreżenta proposta għall-ħatra taż-żewġ Membri tal-Bord/Diretturi tal-Ippjanar u d-Deċiżjonijiet tar-Riżoluzzjoni lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni.

6.

Wara l-approvazzjoni ta’ din il-proposta, il-Kunsill jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni biex jaħtar żewġ Membri tal-Bord/Diretturi tal-Ippjanar u d-Deċiżjonijiet tar-Riżoluzzjoni. Il-Kunsill jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata. Jista’ jkun meħtieġ li l-kandidati jkollhom jagħmlu intervisti ulterjuri u/jew testijiet minbarra dawk indikati hawn fuq.

Għal raġunijiet funzjonali u sabiex il-proċedura tal-għażla titlesta malajr kemm jista’ jkun fl-interess tal-applikanti kif ukoll dak tal-istituzzjoni, il-Kummissjoni Ewropea twettaq il-proċedura tal-għażla bl-Ingliż biss. Hija tiżgura li ma jingħata l-ebda vantaġġ indebitu lill-kelliema nattivi ta’ din il-lingwa.

Din is-sejħa għal applikazzjonijiet hija l-bażi li fuqha l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-ħatra ta’ żewġ Membri tal-Bord u Diretturi tal-Ippjanar u d-Deċiżjonijiet tar-Riżoluzzjoni lill-Parlament Ewropew tiġi stabbilita. L-inklużjoni fil-lista mqassra li tiġi trażmessa lill-Parlament Ewropew jew fil-proposta għal ħatra mhijiex garanzija ta’ ħatra. Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni tal-kandidati li ladarba l-lista mqassra tiġi adottata mill-Kummissjoni Ewropea, hija tista’ tkun disponibbli għall-pubbliku.

Opportunitajiet indaqs

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea japplikaw politika ta’ opportunitajiet indaqs u jaċċettaw applikazzjonijiet mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, razza, kulur, oriġini soċjali jew etnika, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew ta’ natura oħra, appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali.

Kundizzjonijiet ta’ impjieg

Kull Membru tal-Bord/Direttur tal-Ippjanar u d-Deċiżjonijiet tar-Riżoluzzjoni jinħatar għal perjodu li ma jiġġeddidx ta’ ħames snin. Il-Membru tal-Bord u d-Direttur tal-Ippjanar u d-Deċiżjonijiet tar-Riżoluzzjoni jitqies fuq l-istess livell tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rigward l-emolumenti u l-età pensjonabbli, kif stipulat fir-Regolament Nru 422/67/KEE (5). Is-salarju tiegħu jkun ibbażat fuq il-grad AD 16, livell 3, soġġett għal fattur ta’ multiplikazzjoni ugwali għal 101 % tas-salarju għal dak il-grad u l-iskala (6). Madankollu, ma jkunx soġġett għal età massima tal-irtirar. Għall-kundizzjonijiet tal-impjieg l-oħra kollha, ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra japplikaw b’analoġija.

KIF TAPPLIKA

Innota li: Qabel ma tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek, ivverifika bir-reqqa jekk tissodisfax il-kriterji ta’ eliġibilità kollha, b’mod partikolari fir-rigward tat-tipi ta’ diplomi u l-esperjenza professjonali u maniġerjali ta’ livell għoli, kif ukoll il-kapaċità lingwistika tiegħek. Min ma jissodisfax dawn il-kriterji tal-eliġibbiltà jiġi eskluż awtomatikament mill-proċedura tal-għażla. L-applikazzjonijiet għandhom isiru permezz tal-Internet billi tmur fis-sit web: https://ec.europa.eu/dgs/human-resources/seniormanagementvacancies/ u ssegwi l-istruzzjonijiet li ssib hemm dwar id-diversi stadji tal-proċedura.

Ikollok toħloq profil qabel ma tkun tista’ ddaħħal l-applikazzjoni tiegħek. Biex l-applikazzjoni tiegħek tkun kompluta, jeħtieġ li ttella’ CV fil-format PDF u li timla ittra ta’ motivazzjoni online (massimu ta’ 8 000 karattru). Irid ikollok ukoll indirizz tal-posta elettronika validu. Dan jintuża biex tkun ikkonfermata r-reġistrazzjoni tiegħek kif ukoll biex jinżamm kuntatt miegħek matul il-proċedura tal-għażla. Għalhekk, jekk jogħġbok informa lill-Kummissjoni Ewropea b’kull bidla fl-indirizz tal-posta elettronika. Meta tlesti r-reġistrazzjoni online tiegħek, tirċievi ittra elettronika li tikkonferma li l-applikazzjoni tiegħek ġiet irreġistrata. Jekk ma tirċevix din il-konferma bil-posta elettronika, l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx ġiet irreġistrata!

Kun af li mhuwiex possibbli li timmonitorja l-progress tal-applikazzjoni tiegħek online. Inti se tiġi kkuntattjat(a) direttament dwar l-istatus tal-applikazzjoni tiegħek. Sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-għażla, il-komunikazzjonijiet kollha lill-kandidati dwar din il-proċedura tal-għażla se jkunu bl-Ingliż biss.

Għal aktar informazzjoni u/jew fil-każ ta’ problemi tekniċi, ibgħat ittra elettronika lil: HR-MANAGEMENT-ONLINE@ec.europa.eu

Id-data tal-għeluq

L-iskadenza għall-applikazzjonijiet hija d-29 ta’ April 2019. Ir-reġistrazzjoni online ma tkunx possibbli wara nofsinhar (12.00) ħin ta’ Brussell. Hija r-responsabbiltà tiegħek li timla r-reġistrazzjoni online tiegħek fil-ħin. Aħna nagħtuk parir biex ma tħallix għall-aħħar jiem biex tapplika, peress li traffiku tal-Internet qawwi jew problema fil-konnessjoni tal-Internet tiegħek jistgħu jwasslu biex ir-reġistrazzjoni online tiegħek tintemm qabel ma tlestiha, u b’hekk tobbligak tirrepeti l-proċess kollu. Ladarba tintemm l-iskadenza għas-sottomissjoni tar-reġistrazzjonijiet, inti ma tkunx tista’ tintroduċi iktar data. Mhux se jiġu aċċettati reġistrazzjonijiet li jaslu tard. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li testendi d-data tal-għeluq ta’ dan il-post vakanti permezz ta’ pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss.

Informazzjoni importanti għall-applikanti

L-applikanti huma mfakkra li xogħol il-kumitati tal-għażla huwa kunfidenzjali. Huwa pprojbit li l-applikanti jagħmlu kuntatt dirett jew indirett mal-membri ta’ dawn il-kumitati, jew li xi ħadd ieħor jagħmel dan f’isimhom.

Protezzjoni tad-data personali

Il-Kummissjoni u l-SRB se jiżguraw li d-data personali tal-kandidati tiġi pproċessata kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (7).


(1)  L-esperjenza professjonali tingħadd mid-data li fiha l-kandidat kiseb il-kwalifika minima għal aċċess għall-profil inkwistjoni. Jiġu kkunsidrati biss attivitajiet professjonali ddokumentati kif xieraq (jiġifieri impjieg imħallas jew impjieg independenti). Xogħol part-time jitqies fi proporzjon mal-perċentwal ta’ sigħat ta’ xogħol full-time maħduma. Perjodi ta’ edukazzjoni jew taħriġ u apprendistati bla ħlas ma jiġux ikkunsidrati. Boroż ta’ studju, attività ffinanzjata permezz ta’ għotjiet kif ukoll Dottorati jistgħu jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta’ tliet snin.

(2)  Il-kandidati huma mitluba espliċitament li għal kull pożizzjoni ta’ maniġment/ta’ tmexxija miżmuma jindikaw: (1) it-titlu u r-rwol tal-pożizzjonijiet okkupati; (2) l-għadd ta’ persunal li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom f’dawn il-pożizzjonijiet; (3) id-daqs tal-baġits immaniġġjati; u (4) l-għadd ta’ livelli ġerarkiċi fuqhom u taħthom u l-għadd ta’ kollegi fl-istess livell.

(3)  http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:01958R0001-20130701&qid=1408533709461&from=EN

(4)  https://srb.europa.eu/sites/srbsite/files/code_of_conduct.pdf

(5)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:1967R0422:20040501:EN:PDF kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 904/2012: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2012:269:0001:0002:MT:PDF

(6)  Ara l-Artikolu 66 tar-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:1962R0031:20140101:MT:PDF

(7)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.