ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 112

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
25 ta' Marzu 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 112/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2019/C 112/02

Kawżi Magħquda C-183/17 P u C-184/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Jannar 2019 – International Management Group vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kooperazzjoni għall-iżvilupp — Implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ ġestjoni indiretta — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Deċiżjoni li kompitu ta’ implimentazzjoni tal-baġit jiġi fdat lil persuna differenti minn dik magħżula inizjalment — Deċiżjoni li kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit ġodda ma jibqgħux jiġu fdati lill-entità magħżula inizjalment — Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 — Artikolu 43 — Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012 — Artikolu 43 — Kunċett ta’ organizzazzjoni internazzjonali — Kundizzjonijiet — Talba għal kumpens)

2

2019/C 112/03

Kawża C-194/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Jannar 2019 – Georgios Pandalis vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), LR Health & Beauty Systems GmbH (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 51(1)(a) u (2) u Artikolu 75 — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Cystus — Suppliment tal-ikel mhux għal skopijiet mediċi — Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark — Perċezzjoni tal-kelma cystus bħala indikazzjoni deskrittiva tal-ingredjent prinċipali tal-prodotti kkonċernati — Obbligu ta’ motivazzjoni)

3

2019/C 112/04

Kawża C-220/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Planta Tabak-Manufaktur Dr. Manfred Obermann GmbH & Co. KG vs Land Berlin (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Validità tad-Direttiva 2014/40/UE — Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabbakk — Regolamentazzjoni ta’ ingredjenti — Projbizzjoni ta’ prodotti tat-tabakk)

3

2019/C 112/05

Kawża C-225/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2019 – Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Annullament ta’ inklużjoni mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — Tibdil tal-kriterji ta’ inklużjoni f’lista ta’ persuni jew ta’ entitajiet li l-assi tagħhom huma ffriżati — Inklużjoni mill-ġdid — Provi b’data preċedenti għall-ewwel inklużjoni — Fatti magħrufa qabel l-ewwel inklużjoni — Awtorità ta’ res judicata — Portata — Ċertezza legali — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ ne bis in idem — Protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

4

2019/C 112/06

Kawża C-587/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-30 ta’ Jannar 2019 – Ir-Renju tal-Belġju vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) — Regolament (KE) Nru 1290/2005 — Regolament (UE) Nru 1306/2013 — Spejjeż esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea — Rifużjonijiet fuq l-esportazzjonijiet imħallsa indebitament — Irkupru — Nuqqas ta’ eżawriment tal-mezzi ta’ rikors kollha — Assenza ta’ appell fil-kassazzjoni wara l-opinjoni negattiva ta’ avukat awtorizzat jidher quddiem il-cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, il-Belġju) — Artikolu 267 TFUE — Assenza ta’ rinviju preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja — Negliġenza tal-Istat Membru)

5

2019/C 112/07

Kawża C-6/18 P P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Jannar 2019 – Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) — Regolament (KE) Nru 1290/2005 — Finanzjament tal-politika agrikola komuni — Nefqa eskluża — Nefqa magħmula mir-Repubblika Ellenika)

6

2019/C 112/08

Kawża C-149/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-31 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Relação de Lisboa – il-Portugall) – Agostinho da Silva Martins vs Dekra Claims Services Portugal SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali — Regolament (KE) Nru 864/2007 (Ruma II) — Artikoli 16 u 27 — Dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti — Direttiva 2009/103/KE — Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ karozzi — Artikolu 28)

6

2019/C 112/09

Kawża C-600/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Roma – l-Italja) – Pina Cipollone vs Ministero della Giustizia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Politika soċjali — Xogħol għal żmien determinat — Qorti Konċiljatorja — Inammissibbiltà manifesta)

7

2019/C 112/10

Kawża C-626/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di Pace di Roma – l-Italja) – Alberto Rossi vs Ministero della Giustizia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Politika soċjali — Xogħol għal żmien determinat — Imħallfin li jippresjedu l-qorti konċiljatorja — Inammissibbiltà manifesta)

7

2019/C 112/11

Kawża C-169/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – l-Irlanda) – Atif Mahmood et vs Minister for Justice and Equality (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

8

2019/C 112/12

Kawża C-335/18 u C-336/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad, Apelativen sad – Sofija – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra AK (C-335/18), EP (C-336/18) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kontroll tal-flus kontanti li jidħlu jew joħorġu mill-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 1889/2005 — Artikolu 3(1) — Ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni — Artikolu 4(2) — Miżuri ta’ retenzjoni — Artikolu 9(1) — Sanzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, minbarra l-impożizzjoni ta’ pieni ta’ priġunerija jew multa ffissata għal wieħed minn ħamsa tal-ammont tas-somma mhux iddikjarata, il-konfiska ta’ din is-somma għall-profitt tal-Istat — Proporzjonalità)

9

2019/C 112/13

Kawża C-440/18 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Jannar 2019 – Verein Deutsche Sprache eV vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti dwar deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tibdil tal-apparenza tas-sala tal-istampa tal-bini Berlaymont konnessa mal-limitazzjoni sabiex jintwerew biss il-lingwa Franċiża u Ingliża — Rifjut li jingħata aċċess sħiħ)

9

2019/C 112/14

Kawża C-426/18 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2018 minn Adrian Iordăchescu, Florina Iordăchescu, Mihaela Iordăchescu, Cristinel Iordăchescu mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-18 ta’ April 2018 fil-Kawża T-298/17, Iordăchescu et vs Il-Parlament et

10

2019/C 112/15

Kawża C-560/18 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2018 mill-Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-10 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-514/15, Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych vs Il-Kummissjoni

10

2019/C 112/16

Kawża C-730/18 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2018 minn SC mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-19 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-242/17: SC vs Eulex Kosovo

12

2019/C 112/17

Kawża C-736/18 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2018 minn Gugler France mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-25 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-238/17 – Gugler vs EUIPO

13

2019/C 112/18

Kawża C-741/18 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2018 minn OPS Újpesti Csökkentmunkaképességűek Ipari és Kereskedelmi Kft. (OPS Újpest Kft.) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-708/17, OPS Újpest vs Il-Kummissjoni

14

2019/C 112/19

Kawża C-747/18 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2018 minn Lux-Rehab Foglalkoztató Non-Profit Kft. (Lux-Rehab Non-Profit Kft.) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-710/17, Lux-Rehab Non-Profit vs Il-Kummissjoni

15

2019/C 112/20

Kawża C-748/18 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2018 minn Motex Ipari és Szolgáltató Rehabilitációs Kft. (Motex Kft.) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-713/17, Motex vs Il-Kummissjoni

16

2019/C 112/21

Kawża C-764/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-5 ta’ Diċembru 2018 – Ayuntamiento de Pamplona vs Orange España S.A.U.

17

2019/C 112/22

Kawża C-765/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Koblenz (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Diċembru 2018 – Stadtwerke Neuwied GmbH vs RI

17

2019/C 112/23

Kawża C-773/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Halle (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Diċembru 2018 – TK vs Land Sachsen-Anhalt

18

2019/C 112/24

Kawża C-774/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Halle (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Diċembru 2018 – UL vs Land Sachsen-Anhalt

19

2019/C 112/25

Kawża C-775/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Halle (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Diċembru 2018 – VM vs Land Sachsen-Anhalt

20

2019/C 112/26

Kawża C-781/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Roma (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2018 – Società Italiana degli Autori ed Editori (S.I.A.E.) vs Soundreef Ltd

21

2019/C 112/27

Kawża C-783/18: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2018 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-3 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-313/17 – Wajos GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

22

2019/C 112/28

Kawża C-786/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Diċembru 2018 – ratiopharm GmbH vs Novartis Consumer Health GmbH

23

2019/C 112/29

Kawża C-788/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Parma (l-Italja) fl-14 ta’ Diċembru 2018 – Stanleyparma Sas, Stanleybet Malta Ltd vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli UM Emilia Romagna – SOT Parma

23

2019/C 112/30

Kawża C-789/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2018 – AQ et vs Corte dei Conti et

24

2019/C 112/31

Kawża C-790/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2018 – ZQ vs Corte dei Conti et

26

2019/C 112/32

Kawża C-834/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Faro (il-Portugall) fit-28 ta’ Diċembru 2018 – Rolibérica, Lda vs Autoridade para as Condições do Trabalho

27

2019/C 112/33

Kawża C-18/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Jannar 2019 – WM vs Stadt Frankfurt am Main

27

2019/C 112/34

Kawża C-49/19: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

28

2019/C 112/35

Kawża C-50/19 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn Sigma Alimentos Exterior, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-239/11, Sigma Alimentos Exterior vs Il-Kummissjoni

29

2019/C 112/36

Kawża C-51/19 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn World Duty Free Group, S.A., li kienet Autogrill España, S.A., mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-219/10, RENV, World Duty Free Group vs Il-Kummissjoni

30

2019/C 112/37

Kawża C-52/19 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn Banco Santander, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-227/10, Banco Santander, S.A. vs Il-Kummissjoni Ewropea

31

2019/C 112/38

Kawża C-53/19 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn Banco Santander, S.A. u Santusa Holding, S.L.mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-399/11 RENV, Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni

32

2019/C 112/39

Kawża C-54/19 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn Axa Mediterranean Holding, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-405/11, Axa Mediterranean vs Il-Kummissjoni

33

2019/C 112/40

Kawża C-55/19 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn Prosegur Compañía de Seguridad, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-406/11, Prosegur Compañía de Seguridad vs Il-Kummissjoni

34

2019/C 112/41

Kawża C-63/19: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

35

2019/C 112/42

Kawża C-64/19 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2019 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-219/10 RENV, World Duty Free Group vs Il-Kummissjoni

36

2019/C 112/43

Kawża C-65/19 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2019 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-399/11 RENV, Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni

37

2019/C 112/44

Kawża C-106/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2019 – Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Parlament Ewropew

38

2019/C 112/45

Kawża C-577/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl, fil-preżenza ta’: Clinton Osas Alake alias Klenti Solim et

39

2019/C 112/46

Kawża C-313/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Svea hovrätt – l-Isvezja) – Dacom Limited vs IPM Informed Portfolio Management AB

40

2019/C 112/47

Kawża C-566/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Austrian Airlines AG vs MG, NF

40

2019/C 112/48

Kawża C-617/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia de Albacete – Spanja) – Los prestatarios vs Globalcaja S.A.

40

 

Il-Qorti Ġenerali

2019/C 112/49

Kawża T-647/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2019 – Serendipity et vs EUIPO – CKL Holdings (CHIARA FERRAGNI) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CHIARA FERRAGNI — Trade mark verbali preċedenti tal-Benelux Chiara — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) no 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

41

2019/C 112/50

Kawża T-34/19: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2019 – Orkla Foods Danmark vs EUIPO (PRODUCED WITHOUT BOILING SCANDINAVIAN DELIGHTS ESTABLISHED 1834 FRUIT SPREAD)

41

2019/C 112/51

Kawża T-41/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2019 – MSI Svetovanje vs EUIPO – Industrial Farmaceutica Cantabria (nume)

42

2019/C 112/52

Kawża T-52/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2019 – AH vs Eurofound

43

2019/C 112/53

Kawża T-54/19: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2019 – Nosio vs EUIPO (BIANCOFINO)

44

2019/C 112/54

Kawża T-60/19: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2019 – Ċipru vs EUIPO – Filotas Bellas Mpellas & Yios (Halloumi Vermion grill cheese M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927)

44

2019/C 112/55

Kawża T-64/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2019 – ECSEL Joint Undertaking vs Personal Health Institute International

45

2019/C 112/56

Kawża T-67/19: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2019 – Sixsigma Networks Mexico vs EUIPO – Dokkio (DOKKIO)

46

2019/C 112/57

Kawża T-69/19: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2019 – Südwestdeutsche Salzwerke vs EUIPO (Bad Reichenhaller Alpensaline)

47

2019/C 112/58

Kawża T-74/19: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2019 – DK Company vs EUIPO – Hunter Boot (DENIM HUNTER)

47

2019/C 112/59

Kawża T-75/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2019 – Comune di Milano vs Il-Parlament u Il-Kunsill

48

2019/C 112/60

Kawża T-81/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2019 – Apostolopoulou u Apostolopoulou-Chrysanthaki vs Il-Kummissjoni

49


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 112/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 103, 18.3.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 93, 11.3.2019

ĠU C 82, 4.3.2019

ĠU C 72, 25.2.2019

ĠU C 65, 18.2.2019

ĠU C 54, 11.2.2019

ĠU C 44, 4.2.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Jannar 2019 – International Management Group vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawżi Magħquda C-183/17 P u C-184/17 P) (1)

((Appell - Kooperazzjoni għall-iżvilupp - Implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ ġestjoni indiretta - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Deċiżjoni li kompitu ta’ implimentazzjoni tal-baġit jiġi fdat lil persuna differenti minn dik magħżula inizjalment - Deċiżjoni li kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit ġodda ma jibqgħux jiġu fdati lill-entità magħżula inizjalment - Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 - Artikolu 43 - Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012 - Artikolu 43 - Kunċett ta’ “organizzazzjoni internazzjonali” - Kundizzjonijiet - Talba għal kumpens))

(2019/C 112/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: International Management Group (rappreżentanti: L. Levi u J.Y. de Cara, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u J. Baquero Cruz, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ Frar 2017, International Management Group vs Il-Kummissjoni (T-29/15, mhux ippubblikata, EU:T:2017:56), u tat-2 ta’ Frar 2017, International Management Group vs Il-Kummissjoni (T-381/15, mhux ippubblikata, EU:T:2017:57), huma annullati.

2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9787 finali tas-16 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2013) 7682 dwar il-Programm ta’ Azzjoni Annwali 2013 favur il-Mjanmar/Burma ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, hija annullata.

3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma tibqax tikkonkludi ftehimiet ta’ delega permezz ta’ ġestjoni indiretta ġodda ma’ International Management Group, li tinsab fl-ittra tagħha tat-8 ta’ Mejju 2015, hija annullata.

4)

Il-Kawża T-381/15 hija rrinvijata lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi dwar it-talba għal kumpens ta’ International Management Group fir-rigward tad-danni li allegatament ġew ikkawżati lil din l-entità permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-punt 3 ta’ dan id-dispożittiv.

5)

L-appelli inċidentali huma miċħuda.

6)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawżi C-183/17 P, C-184/17 P u T-29/15.

7)

L-ispejjeż huma rriżervati fil-Kawża T-381/15.


(1)  ĠU C 221, 10.7.2017.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Jannar 2019 – Georgios Pandalis vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), LR Health & Beauty Systems GmbH

(Kawża C-194/17 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 51(1)(a) u (2) u Artikolu 75 - Trade mark tal-Unjoni Ewropea Cystus - Suppliment tal-ikel mhux għal skopijiet mediċi - Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark - Perċezzjoni tal-kelma “cystus” bħala indikazzjoni deskrittiva tal-ingredjent prinċipali tal-prodotti kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni))

(2019/C 112/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Georgios Pandalis (rappreżentant: A. Franke, Rechtsanwältin)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: S. Hanne u D. Walicka, aġenti), LR Health & Beauty Systems GmbH (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, Rechtsanwälte)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Georgios Pandalis huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 300, 11.9.2017.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Planta Tabak-Manufaktur Dr. Manfred Obermann GmbH & Co. KG vs Land Berlin

(Kawża C-220/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Validità tad-Direttiva 2014/40/UE - Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabbakk - Regolamentazzjoni ta’ “ingredjenti” - Projbizzjoni ta’ prodotti tat-tabakk))

(2019/C 112/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Planta Tabak-Manufaktur Dr. Manfred Obermann GmbH & Co. KG

Konvenuta: Land Berlin

Dispożittiv

1)

L-eżami tal-ewwel domanda preliminari ma rrevela xejn li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 7(1), (7) u (14) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE;

2)

L-Artikolu 7(14) tad-Direttiva 2014, għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa waħda, l-kunċett ta’ “kategorija ta’ prodotti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jkopri s-sigaretti u t-tabakk tal-brim u min-naħa l-oħra, l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġi stabbilit jekk prodott tat-tabakk partikolari jilħaqx il-limitu ta’ 3 % jew iktar tal-bejgħ previst f’din id-dispożizzjoni għandu jiġi stabbilit skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

3)

L-Artikoli 8 sa 11 tad-Direttiva 2014/40 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jippermettux lill-Istati Membri jistabbilixxu perijodi ta’ traspożizzjoni addizzjonali għal dik prevista fl-Artikoli 29 u 30 ta’ din id-direttiva.

4)

L-eżami tat-tieni domanda ma żvelat l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-tat-tieni subparagrafu, tal-Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 9(6), tal-Artikolu 10(1), (b), (e) u (f), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1), tal-imsemmija Direttiva 2014/40.

5)

L-Artikolu 13(1)(ċ) u (3), tad-Direttiva 2014/40 għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-Istati Membri jipprojbixxu l-użu ta’ informazzjoni li tirreferi għat-togħma, ir-riħa, l-aroma jew addittiv ieħor, anki fil-każ ta’ informazzjoni mhux promozzjonali u li l-użu ta’ ingredjenti kkonċernati tibqa’ awtorizzata.

6)

L-eżami tal-ewwel domanda preliminari ma rrevela xejn li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 13(1), (7) u (3) tad-Direttiva 2014/40.


(1)  ĠU C C 239, 24.07.2017.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2019 – Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-225/17 P) (1)

((Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Annullament ta’ inklużjoni mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Tibdil tal-kriterji ta’ inklużjoni f’lista ta’ persuni jew ta’ entitajiet li l-assi tagħhom huma ffriżati - Inklużjoni mill-ġdid - Provi b’data preċedenti għall-ewwel inklużjoni - Fatti magħrufa qabel l-ewwel inklużjoni - Awtorità ta’ res judicata - Portata - Ċertezza legali - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva))

(2019/C 112/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Khazar Sea Shipping Lines Co., IRISL Europe GmbH, IRISL Marine Services and Engineering Co., Irano Misr Shipping Co., Safiran Payam Darya Shipping Lines, Shipping Computer Services Co., Soroush Sarzamin Asatir Ship Management, South Way Shipping Agency Co. Ltd, Valfajr 8th Shipping Line Co. (rappreżentanti: M. Taher, Solicitor, M. Lester QC)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Kneale u M. Bishop, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gauci u T. Scharf, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Khazar Shipping Lines, IRISL Europe GmbH, Qeshm Marine Services & Engineering Co., Irano Misr Shipping Co., Safiran Payam Darya Shipping Lines, Marine Information Technology Development Co., Rahbaran Omid Darya Ship Management Co., Hoopad Darya Shipping Agency, u Valfajr 8th Shipping Line Co., huma kkundannati kemm għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawn sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 231, 17.07.2017.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-30 ta’ Jannar 2019 – Ir-Renju tal-Belġju vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-587/17 P) (1)

((Appell - Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) - Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Regolament (UE) Nru 1306/2013 - Spejjeż esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea - Rifużjonijiet fuq l-esportazzjonijiet imħallsa indebitament - Irkupru - Nuqqas ta’ eżawriment tal-mezzi ta’ rikors kollha - Assenza ta’ appell fil-kassazzjoni wara l-opinjoni negattiva ta’ avukat awtorizzat jidher quddiem il-cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, il-Belġju) - Artikolu 267 TFUE - Assenza ta’ rinviju preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja - Negliġenza tal-Istat Membru))

(2019/C 112/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux, M. Jacobs, C. Pochet, aġenti, assistiti minn E. Grégoire u J. Mariani, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u B. Hofstötter, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Lulju 2017, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (T-287/16, mhux ippubblikata, EU:T:2017:531), hija annullata.

2)

Il-Kawża T-287/16 hija mibgħuta lura lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 412, 4.12.2017


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Jannar 2019 – Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-6/18 P P) (1)

((Appell - Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) - Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) - Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Finanzjament tal-politika agrikola komuni - Nefqa eskluża - Nefqa magħmula mir-Repubblika Ellenika))

(2019/C 112/07)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, I. Pachi u A. Vasilopoulou, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Sauka, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 19.2.2018.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-31 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Relação de Lisboa – il-Portugall) – Agostinho da Silva Martins vs Dekra Claims Services Portugal SA

(Kawża C-149/18) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali - Regolament (KE) Nru 864/2007 (Ruma II) - Artikoli 16 u 27 - Dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti - Direttiva 2009/103/KE - Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ karozzi - Artikolu 28))

(2019/C 112/08)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Agostinho da Silva Martins

Konvenuta: Dekra Claims Services Portugal SA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II), għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li t-terminu ta’ preskrizzjoni għall-azzjonijiet għall-kumpens għad-danni li jirriżultaw minn inċident huwa ta’ tliet snin, ma tistax titqies bħala dispożizzjoni obbligatorja prevalenti, fis-sens ta’ dan l-artikolu, sakemm il-qorti adita ma tikkonstatax, abbażi ta’ analiżi dettaljata tal-kliem, tal-istruttura, tal-għanijiet u tal-kuntest tal-adozzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, li din hija ta’ tali importanza fl-ordinament ġuridiku nazzjonali li tiġġustifika tbegħid mil-liġi applikabbli, indikata skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament.

2)

L-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 864/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, kif traspost fid-dritt nazzjonali, ma jikkostitwixxix dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tirregola l-kunflitti tal-liġijiet fil-qasam ta’ obbligi mhux kuntrattwali, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 27.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Roma – l-Italja) – Pina Cipollone vs Ministero della Giustizia

(Kawża C-600/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika soċjali - Xogħol għal żmien determinat - Qorti Konċiljatorja - Inammissibbiltà manifesta))

(2019/C 112/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di pace di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pina Cipollone

Konvenut: Ministero della Giustizia

fil-preżenza ta’: Unione Nazionale Giudici di Pace (Unagipa)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Roma (il-Qorti Konċiljatorja ta’ Ruma, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-25 ta’ Awwissu 2017, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 437, 18.12.2017.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di Pace di Roma – l-Italja) – Alberto Rossi vs Ministero della Giustizia

(Kawża C-626/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika soċjali - Xogħol għal żmien determinat - Imħallfin li jippresjedu l-qorti konċiljatorja - Inammissibbiltà manifesta))

(2019/C 112/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di Pace di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alberto Rossi

Konvenut: Ministero della Giustizia

Fil-preżenza ta’: Unione Nazionale Giudici di Pace (Unagipa), Associazione Nazionale Guidici di Pace, Coordinamento Nazionale Giustizia di Pace, Organismo Unitario della Magistratura Onoraria – Magistrati Onorari Riuniti, Maria Maddalena Acernese u 656 Imħallef ieħor li jippresjedu l-qorti konċiljatorja, Angela Abbondandolo u 139 Viċi Prosekutur onorarju, Santina Adelfio u 101 Imħallef onorarju ieħor

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Roma (il-Qorti Konċiljatorja ta’ Ruma, l-Italja), permezz tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Ottubru 2017, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 52, 12.02.2018.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – l-Irlanda) – Atif Mahmood et vs Minister for Justice and Equality

(Kawża C-169/18) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

(2019/C 112/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Atif Mahmood, Shabina Atif, Mohammed Ahsan, Mohammed Haroon, Nik Bibi Haroon, Noor Habib et

Konvenut: Minister for Justice and Equality

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (il-Qorti tal-Appell, l-Irlanda), permezz ta’ deċiżjoni tat-23 ta’ Frar 2018, fil-Kawża C-169/18.


(1)  ĠU C 166, 14.5.2018.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad, Apelativen sad – Sofija – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra AK (C-335/18), EP (C-336/18)

(Kawża C-335/18 u C-336/18) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kontroll tal-flus kontanti li jidħlu jew joħorġu mill-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1889/2005 - Artikolu 3(1) - Ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni - Artikolu 4(2) - Miżuri ta’ retenzjoni - Artikolu 9(1) - Sanzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, minbarra l-impożizzjoni ta’ pieni ta’ priġunerija jew multa ffissata għal wieħed minn ħamsa tal-ammont tas-somma mhux iddikjarata, il-konfiska ta’ din is-somma għall-profitt tal-Istat - Proporzjonalità))

(2019/C 112/12)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad, Apelativen sad – Sofija

Partijiet fil-kawża prinċipali

AK (C-335/18), EP (C-336/18)

Dispożittiv

L-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 9(1) tar- Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex tissanzjona ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, tipprevedi, minbarra l-impożizzjoni ta’ piena ta’ priġunerija ta’ massimu ħames snin jew ta’ multa li tirrappreżenta wieħed minn ħamsa tas-somma ta’ flus kontanti mhux iddikkjarata, il-konfiska għall-profitt tal-Istat ta’ din is-somma mhux iddikjarata.


(1)  ĠU C 276, 6.8.2018


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Jannar 2019 – Verein Deutsche Sprache eV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-440/18 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tibdil tal-apparenza tas-sala tal-istampa tal-bini Berlaymont konnessa mal-limitazzjoni sabiex jintwerew biss il-lingwa Franċiża u Ingliża - Rifjut li jingħata aċċess sħiħ))

(2019/C 112/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Verein Deutsche Sprache eV (rappreżentant: W. Ehrhardt, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Verein Deutsche Sprache eV għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 294, 20.8.2018.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/10


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2018 minn Adrian Iordăchescu, Florina Iordăchescu, Mihaela Iordăchescu, Cristinel Iordăchescu mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-18 ta’ April 2018 fil-Kawża T-298/17, Iordăchescu et vs Il-Parlament et

(Kawża C-426/18 P)

(2019/C 112/14)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Appellanti: Adrian Iordăchescu, Florina Iordăchescu, Mihaela Iordăchescu, Cristinel Iordăchescu (rappreżentant: A. Cuculis, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tal-31 ta’ Jannar 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) ċaħdet l-appell.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/10


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2018 mill-Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-10 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-514/15, Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-560/18 P)

(2019/C 112/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych (rappreżentant: P. Hoffman, adwokat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2018 fil-kawża T-514/15, Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych vs Il-Kummissjoni;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Ġunju 2015, GESTDEM 2015/1291, li tirrifjuta aċċess lill-appellanti għall-opinjoni ddettaljata maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-proċedura ta’ notifika 2014/537/PL, kif ukoll id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-17 ta’ Lulju 2015, GESTDEM 2015/1291, li tirrifjuta aċċess lill-appellanti għall-opinjoni ddettaljata maħruġa mir-Repubblika ta’ Malta fil-kuntest tal-proċedura ta’ notifika 2014/537/PL, u tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għal dawk tal-appellanti; jew,

sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tikkunsidrax li t-tilwima tinsab fi stat li tiġi deċiża, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa bbażat fuq l-aggravji li ġejjin:

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi kemm (i) meta qieset, fil-punti 30 u 32 tad-digriet appellat, li huwa improbabbli li l-aġir illegali allegat mill-appellanti fir-rikors jerġa’ jseħħ fil-futur u li l-appellanti ma għandhiex interess fit-tkomplija tal-azzjoni, kif ukoll (ii) meta qieset, fl-istess punti, li l-kwistjoni rilevanti f’dan il-kuntest hija jekk huwiex probabbli li, fil-futur, tinħoloq sitwazzjoni li fiha abbozz ta’ liġi jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni bħala tweġiba għat-tħassib tagħha fir-rigward tal-leġiżlazzjoni eżistenti fl-Istat Membru notifikanti li huwa s-suġġett ta’ proċedimenti pendenti għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, u li fihom il-Kummissjoni tirrifjuta aċċess għall-opinjoni ddettaljata maħruġa fuq il-bażi tad-Direttiva 98/34 (1) u relatata ma’ dan l-abbozz ta’ liġi, minħabba preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar li tirriżulta mill-bżonn ta’ protezzjoni tal-iskop ta’ dawn il-proċedimenti għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, filwaqt li, fid-dritt, il-kwistjoni rilevanti ma hijiex jekk huwiex probabbli li tali sitwazzjoni partikolari terġa’ sseħħ, iżda jekk huwiex probabbli li l-interpretazzjonijiet tar-Regolament 1049/2001 (2) jew tad-Direttiva 98/34 invokati mill-Kummissjoni u kkontestati fir-rikors tal-appellanti jerġgħux jiġu applikati mill-Kummissjoni fil-futur.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset, fil-punt 33 tad-digriet appellat, li n-neċessità li tingħata deċiżjoni f’kawża li tirrigwarda r-rifjut tal-Kummissjoni li tiżvela dokumenti minħabba allegata “rabta indissolubbli” bejniethom u proċedimenti pendenti għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u li fihom il-proċedura orali ngħalqet ma tistax tirriżulta min-neċessità li r-rikorrent jingħata protezzjoni ġudizzjarja effettiva u mill-fatt li, fl-assenza ta’ deċiżjoni, il-Kummissjoni tkun tista’ taħrab minn stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni tagħha, peress li għall-kuntrarju kull rikorrent li t-talba tiegħu ta’ aċċess għal dokumenti tkun ġiet inizjalment irrifjutata jkun jista’ jitlob rimedju ġudizzjarju fil-konfront tal-Kummissjoni, anki meta t-talba tintlaqa’ wara li tkun ġiet ippreżentata l-azzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset, fil-punt 34 tad-digriet appellat, li, għalkemm l-azzjoni mressqa mill-appellanti kontra d-deċiżjonijiet ikkontestati kienet pendenti għal kważi 3 snin u kienet tinkludi diversi atti proċedurali kif ukoll seduta, l-għeluq tal-proċedimenti u t-talba lill-appellanti jew lill-membri tagħha sabiex jerġgħu jsostnu, din id-darba fil-kuntest ta’ rikors għad-danni kontra l-Kummissjoni, l-illegalità tad-deċiżjonijiet ikkontestati, ma jikkostitwixxux piż mhux iġġustifikat fuqhom.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset, fil-punt 34 tad-digriet appellat, li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq il-bażi tat-talbiet għad-danni ikkawżati mid-deċiżjonijiet ikkontestati tal-appellanti jew tal-membri tagħha, sempliċement għaliex (i) l-appellanti naqset milli tispeċifika jekk hija jew il-membri tagħha kellhomx “verament” l-intenzjoni li jkomplu b’tali talbiet, (ii) ma pproduċietx provi preċiżi, speċifiċi u verifikabbli dwar l-effetti tad-deċiżjonijiet ikkontestati, u (iii) ma pprovdietx dettalji dwar il-kundanni li rriżultaw mir-rifjut ta’ għoti ta’ aċċess għal dokumenti, u dan minkejja li (iv) il-Qorti Ġenerali fl-istess ħin ikkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż rispettivi tagħha, li jikkostitwixxu għalhekk dannu ċert u speċifiku kkawżat lill-appellanti mid-deċiżjonijiet ikkontestati.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset, fil-punt 34 tad-digriet appellat, li l-appellanti ma għandhiex interess li tkompli l-azzjoni, minkejja li l-annullament tad-deċiżjonijiet kkontestati huwa neċessarju, bħala kumpens għad-dannu morali kkawżat lill-appellanti bħala organizzazzjoni professjonali, u ma jeżisti l-ebda mezz ieħor sabiex tali dannu jiġi kkumpensat.


(1)  Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337).

(2)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (GU 2001, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/12


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2018 minn SC mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-19 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-242/17: SC vs Eulex Kosovo

(Kawża C-730/18 P)

(2019/C 112/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: SC (rappreżentanti: A. Kunst, Rechtsanwältin, L. Moro, avvocato)

Parti oħra fil-proċedura: Eulex Kosovo

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet appellat;

tilqa’ r-rikors minbarra fir-rigward tal-ħames motiv,

u konsegwentement:

tikkonstata li EULEX naqset milli twettaq l-obbligi kuntrattwali tagħha, fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt u fl-applikazzjoni tal-OPLAN u tal-Kunċett ta’ Operazzjonijiet (CONOPS), tal-proċeduri operattivi standard (PON), jiġifieri tal-PON dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid u tal-PON dwar l-għażla tal-persunal, u l-prinċipji ta’ ekwità u ta’ bona fide, li jagħtiha dritt għal kumpens;

tikkonstata li Eulex naqset mill-obbligi mhux kuntrattwali tagħha fil-konfront tal-appellanti, billi kisret id-dritt tagħha għal kondizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa (Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea), id-dritt tagħha għal amministrazzjoni tajba, kif ukoll il-prinċipju ta’ imparzjalità (Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea), li jagħtiha dritt għal kumpens;

tannulla d-deċiżjoni dwar il-kompetizzjoni interna tal-2016 u d-deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tal-impjieg tal-appellanti;

tikkundanna lil Eulex tħallas lill-appellanti, bħala dannu materjali, ammont ekwivalenti għas-salarji mhux imħallsa, li jikkorrispondi għal 19-il xahar salarju gross, flimkien mal-allowances ta’ kuljum kif ukoll iż-żieda fis-salarju, u, barra minn hekk, bħala dannu morali, is-somma ta’ EUR 50 000 minħabba d-deċiżjonijiet u atti illegali ta’ Eulex;

sussidjarjament:

tirrinvija l-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali biex tiddeċiedi dwar il-mertu;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-appell tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kienet kompetenti biex tiddeċiedi l-kawża tagħha. Din wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet ir-rikors bħala, parzjalment manifestament inammissibbli, u bħala parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka ħames aggravji.

L-ewwel aggravju, li jallega ksur tal-Artikolu 272 TFUE peress li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kklassifikat mill-ġdid it-tielet kap tat-talba (jiġifieri r-rikors tal-appellanti abbażi tal-Artikolu 272 TFUE biex id-deċiżjoni dwar il-kompetizzjoni interna tal-2016 u d-deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tal-impjieg jiġu ddikjarati illegali) f’rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE u ċaħdet lil dak ir-rikors bħala inammissibbli.

Il-Qorti Ġenerali ma kellha ebda kompetenza li tikklassifika r-rikors mill-ġdid, peress li dan kien kontra l-intenzjoni espresso tal-appellanti. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħditha mill-opportunità li tesprimi l-opinjoni tagħha dwar il-klassifikazzjoni mill-ġdid.

It-tieni aggravju, li jallega ksur tal-Artikolu 272 TFUE, tad-dritt għal rimedju effettiv tal-appellanti skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament sa fejn il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli taċċetta l-kompetenza abbażi tal-Artikolu 272 TFUE fir-rigward tat-tielet kap tat-talbiet u milli tikkunsidra l-mertu tal-kawża.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta sostniet li r-rikors għal dikjarazzjoni ta’ illegalità skont l-Artikolu 272 TFUE fir-rigward tad-deċiżjoni dwar il-kompetizzjoni interna tal-2016 u d-deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tal-impjieg huwa fir-realtà annullament skont l-Artikolu 263 TFUE; li dawk id-deċiżjonijiet ma humiex ibbażati fuq regoli li jiggvernaw ir-relazzjoni kuntrattwali iżda huma atti amministrattivi u ma jistgħux jiġu kkontestata taħt l-Artikolu 272 TFUE.

It-tielet aggravju, li jallega (i) ksur tal-PON dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid u l-għażla tal-persunal, tad-dritt għal amministrazzjoni tajba inkluż il-prinċipju ta’ imparzjalità u (ii) nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta sostniet li n-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tal-impjieg tal-appellanti kien iġġustifikat min-nuqqas tagħha li tgħaddi mill-kompetizzjoni interna tal-2016.

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tindirizza l-argumenti tal-appellanti invokati fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet motivi tar-rikors tagħha, jiġifieri, li din naqset milli tgħaddi mill-kompetizzjoni interna tal-2016 għaliex il-president tal-Bord tal-Għażla ma rrikużatx ruħha u ma tneħħietx minħabba kunflitt ta’ interessi u preġudizzju ċar min-naħa tagħha

Ir-raba’ aggravju, li jallega ksur tal-Artikoli 268 u 340(2) TFUE sa fejn il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li r-rikors għad-danni minħabba responsabbiltà mhux kuntrattwali fir-rigward tad-deċiżjoni dwar il-kompetizzjoni interna tal-2016 u d-deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tal-impjieg kien inammissibbli. L-appellanti ppreżentat rikors għal dikjarazzjoni li huwa ammissibbli, u konsegwentement ir-rikors għad-danni relatat huwa ammissibbli.

Il-ħames aggravju, li jallega ksur (i) tal-Artikoli 268 u 340(2) TFUE, u tad-drittijiet tal-appellanti skont l-Artikoli 31 u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (responsabbiltà mhux kuntrattwali) u (ii) tal-Artikoli 272 u 340(1) TFUE, u tar-rekwiżiti stabbiliti fis-sejħiet għal kontribuzzjonijiet tal-2014 (responsabbiltà kuntrattwali), peress li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li r-rikorsi għal kumpens ibbażati fuq ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali u dik kuntrattwali fir-rigward tat-talbiet ripetuti li jitwettqu testijiet tas-sewqan li jagħtu fastidju lill-appellanti huma infondati fid-dritt.

It-talbiet ripetuti ta’ EULEX li jġiegħelu kemm-il darba lill-appellanti tirrepeti test tas-sewqan minkejja li kienet taf bid-diżabbiltà tagħha fir-rigward ta’ idejha l-leminija kienu illegali. Bħala konsegwenza, din sofriet dannu morali li jagħtiha dritt għal kumpens.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/13


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2018 minn Gugler France mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-25 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-238/17 – Gugler vs EUIPO

(Kawża C-736/18 P)

(2019/C 112/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Gugler France (rappreżentant: S. Guerlain, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Alexander Gugler

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali (it-Tmien Awla) tal-25 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-238/17 minħabba ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-Trade Mark tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-konstatazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni relatata mal-kunċetti tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-Trade Mark tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lil Alexander Gugler għall-ispejjeż tal-appellanti b’rabta ma’ dawn il-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-Trade Mark tal-Unjoni Ewropea u konsegwentement tal-Artikolu L711-4 tal-Kodiċi tal-Proprjetà Intellettwali Franċiż billi ma ġietx stabbilita l-eżistenza ta’ rabta ekonomika li toriġina mill-persuna intitolata għad-dritt preċedenti (l-appellanti) lejn il-parti li ressqet applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata (il-konvenut) u, barra minn hekk, l-assenza eventwali ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/14


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2018 minn OPS Újpesti Csökkentmunkaképességűek Ipari és Kereskedelmi Kft. (OPS Újpest Kft.) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-708/17, OPS Újpest vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-741/18 P)

(2019/C 112/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellant: OPS Újpesti Csökkentmunkaképességűek Ipari és Kereskedelmi Kft. (OPS Újpest Kft.) (rappreżentant: L. Szabó, ügyvéd)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat u, konsegwentement, tannulla d-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-28 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża OPS Újpest vs Il-Kummissjoni (T-708/17, mhux ippubblikata, EU:T:2018:632), kif dan ġie nnotifikat lilha fit-2 ta’ Ottubru 2018;

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni fuq it-tieni, it-tielet u r-raba’ eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà;

tikkundanna lill-konvenuta fl-ewwel istanza għall-ispejjeż tal-proċeduri tal-ewwel istanza u tal-appell, dment li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tibgħatx lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, f’liema każ hija titlob lil din tal-aħħar li ma tagħtix deċiżjoni fuq l-ispejjeż tal-proċeduri tal-ewwel istanza u tal-appell f’dan l-istadju iżda tirriżerva din id-deċiżjoni għas-sentenza definittiva.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju

Skont l-appellanti, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jirrikjedi li l-presuni kkonċernati jkun jafu bil-preċiż il-portata tal-obbligi imposti fuqhom mil-leġiżlazzjoni li tikkonċernahom, fatt li jista’ jiġi żgurat biss permezz tal-pubblikazzjoni regolari tal-imsemmija leġiżlazzjoni fil-lingwa uffiċjali tad-destinatarju.

Fil-każ ta’ att legali li ma jiġix ippubblikat regolarment, il-punt tat-tluq ta’ terminu għall-preżentata ta’ proċedura marbut man-notifika għandu jiġi ddeterminat abbażi tad-data tal-ewwel notifika mwettqa b’mod validu skont il-liġi.

2.

It-tieni aggravju

Jekk l-appellata ssostni, matul il-proċedura, li r-rikors ma huwiex ammissibbli peress li d-deċiżjonijiet li qiegħed jintalab l-annullament tagħhom ma jistgħux jitqiesu bħala deċiżjonijiet definittvi peress li l-eżami għadu pendenti, allura din il-kwistjoni għandha tiġi deċiża mill-qorti qabel ma tgħaddi biex tagħti deċiżjoni fuq il-kwistjonijiet l-oħra ta’ ammissibbiltà.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/15


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2018 minn Lux-Rehab Foglalkoztató Non-Profit Kft. (Lux-Rehab Non-Profit Kft.) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-710/17, Lux-Rehab Non-Profit vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-747/18 P)

(2019/C 112/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellanti: Lux-Rehab Foglalkoztató Non-Profit Kft. (Lux-Rehab Non-Profit Kft.) (rappreżentant: L. Szabó)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat u, b’konsegwenza ta’ dan, tannulla d-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża Lux-Rehab Non-Profit vs Il-Kummissjoni (T-710/17, mhux ippubblikat, EU:T:2018:630), kif ġie nnotifikat lilha fit-2 ta’ Ottubru 2018;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi dwar it-tieni u r-raba’ eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà;

tikkundanna lill-konvenuta fl-ewwel istanza għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u fl-appell, sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma tibgħatx lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, f’liema każ hija titlob lil din tal-aħħar ma tiddeċidix dwar l-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u fl-appell f’dan l-istadju iżda tiddeċiedi meta tagħti sentenza definittiva.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju

L-appellanti tqis li għamlet riferiment għall-ħarsien tad-drittijiet proċedurali tagħha; għaldaqqstant, hemm lok, f’dan il-każ, li hija titqies bħala parti kkonċernata jekk ir-rikors tagħha huwa intiż għall-annullament ta’ deċiżjoni li ma jitqajjmux oġġezzjonijiet bbażata fuq l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 659/1999 (1) u li r-rikors jagħmel impliċitament riferiment, b’allużjoni, għall-ħarsien tad-drittijiet.

It-tieni aggravju

Meta l-Qorti Ġenrali interpretat anness tar-rikors u, billi bbażat ruħha fuq din l-interpretazzjoni, ddeċidiet fuq il-mertu, ma huwiex fondat li jiġi ddikjarat li hija ma għandiex l-obbligu li tfittex u li tidentifika l-motivi invokati mill-appellanti fl-Anness.

Billi eżiġiet li l-appellanti tipproduċi l-prova ta’ “effett konkret u tanġibbli” ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni fuq is-sitwazzjoni tagħha u turi, b’dan il-mod, li hija affettwata direttament mill-att ikkontestat, il-Qorti Ġenerali qed ixxaqleb lejn evalwazzjoni fattwali tas-sitwazzjoni. Billi tagħmel dan hija tiżnatura r-rekwiżit li persuna tkun affettwata direttament.

It-tielet aggravju

Jekk l-appellata sostniet, matul il-proċedura, li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma setgħux jiġu kkontestati għaliex dawn ma setgħux jitqiesu bħala deċiżjonijiet definittivi minħabba li l-eżami għadu ma ntemmx, għaldaqstant din id-deċiżjoni għandha tiġi deċiża mill-qorti qabel ma tiddeċiedi fuq il-kwistjonijiet l-oħra ta’ ammissibbiltà.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/16


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2018 minn Motex Ipari és Szolgáltató Rehabilitációs Kft. (Motex Kft.) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-713/17, Motex vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-748/18 P)

(2019/C 112/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellanti: Motex Ipari és Szolgáltató Rehabilitációs Kft. (Motex Kft.) (rappreżentant: L. Szabó)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikkjara l-appell ammissibbli u fondat u, konsegwentement, tannulla d-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża Motex vs Il-Kummissjoni (T-713/17, mhux ippubblikata, EU:T:2018:631), kif dan ġie nnotifikat lilha fl-1 ta’ Ottubru 2018;

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni fuq it-tieni u r-raba’ eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà;

tikkundanna lill-konvenuta fl-ewwel istanza għall-ispejjeż tal-proċeduri tal-ewwel istanza u tal-appell, dment li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tibgħatx lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, f’liema każ hija titlob lil din tal-aħħar li ma tagħtix deċiżjoni fuq l-ispejjeż tal-proċeduri tal-ewwel istanza u tal-appell f’dan l-istadju iżda tirriżerva din id-deċiżjoni għas-sentenza definittiva.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju

L-appellanti tqis li rreferiet għas-salvagwardja tad-drittijiet proċedurali tagħha; għaldaqstant, hemm lok, f’dan il-każ, li tiġi kkunsidrata bħala parti interessata jekk ir-rikors tagħha huwa intiż għall-annullament ta’ deċiżjoni li ma jitqajjmux oġġezzjonijiet abbażi tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 659/1999 (1) u li r-rikors jirreferi impliċiment, b’allużjoni, għas-salvagwarda tad-drittijiet.

It-tieni aggravju

Meta l-Qorti Ġenerali interpretat anness tar-rikors u, billi bbażat ruħha fuq din l-interpretazzjoni, iddeċidiet dwar il-mertu, ma huwiex fondat li jingħad li ma huwiex obbligu tagħha li tfittex u tidentifika l-motivi invokati mir-rikorrenti fl-anness.

Billi teħtieġ mir-rikorrenti li tipproduċi l-prova ta’ “effett konkret u tanġibbli” ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni fuq is-sitwazzjoni tagħha u turi b’hekk li hija direttament affettwata mill-att ikkontestat, il-Qorti Ġenerali tgħawweġ l-evalwazzjoni fattwali tas-sitwazzjoni. B’hekk, hija tiżnatura l-kundizzjoni ta’ inċidenza diretta.

It-tielet aggravju

Jekk l-appellata ssostni, matul il-proċedura, li r-rikors ma huwiex ammissibbli peress li d-deċiżjonijiet li qiegħed jintalab l-annullament tagħhom ma jistgħux jitqiesu bħala deċiżjonijiet definittvi peress li l-eżami għadu pendenti, allura din il-kwistjoni għandha tiġi deċiża mill-qorti qabel ma tgħaddi biex tagħti deċiżjoni fuq il-kwistjonijiet l-oħra ta’ ammissibbiltà.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-5 ta’ Diċembru 2018 – Ayuntamiento de Pamplona vs Orange España S.A.U.

(Kawża C-764/18)

(2019/C 112/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ayuntamiento de Pamplona

Konvenuta: Orange España S.A.U.

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (1), interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja b’rabta mal-impriżi li joperaw fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet mobbli, u, b’mod speċifiku, il-limitazzjonijiet li l-istess direttiva tikkontempla fl-Artikoli 12 u 13 tagħha għall-eżerċizzju tas-setgħa ta’ tassazzjoni tal-Istati Membri, hija applikabbli fil-konfront tal-impriżi li jipprovdu servizzi ta’ telefonija fissa u ta’ internet?

2)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun fl-affermattiv (u jiġi ddikjarat l-applikazzjoni ta’ din id-direttiva għall-persuni li jipprovdu servizzi ta’ telefonija fissa u ta’ internet), l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE jippermettu lill-Istati Membri jimponu ħlas jew drittijiet ikkwantifikati esklużivament b’rabta mad-dħul gross miksub annwalment mill-impriża, proprjetarja tar-riżorsi installati, fl-okkażjoni tal-provvista tas-servizz ta’ telefonija fissa u ta’ internet fit-territorju korrispondenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Koblenz (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Diċembru 2018 – Stadtwerke Neuwied GmbH vs RI

(Kawża C-765/18)

(2019/C 112/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Koblenz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti u konvenuta fil-kontrotalba: Stadtwerke Neuwied GmbH

Konvenut u rikorrent fil-kontrotalba: RI

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(3) flimkien mal-punti (b) u (ċ) tal-Anness A tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas li tiġi pprovduta informazzjoni f’waqtha u diretta lill-konsumaturi tal-gass dwar il-kundizzjonijiet, ir-raġunijiet u l-portata ta’ bidla imminenti fit-tariffi għall-fornitura tal-gass tipprekludi l-validità ta’ bidla bħal din fit-tariffi?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:

L-Artikolu 3(3) flimkien mal-punti (b) u (ċ) tal-Anness A tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE, ilu applikabbli direttament mill-1 ta’ Lulju 2004 fil-konfront ta’ kumpannija privata (fil-forma ta’ GmbH Ġermaniża) peress li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva ma jimponux kundizzjonijiet f’termini ta’ kontenut u għalhekk jistgħu jiġu applikati mingħajr il-bżonn ta’ att ta’ implimentazzjoni ulterjuri u jagħtu liċ-ċittadini drittijiet fil-konfront ta’ organizzazzjoni li, minkejja l-forma ġuridika privata tagħha, hija kkontrollata mill-Istat peress li dan huwa l-uniku azzjonist tal-kumpanija?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Halle (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Diċembru 2018 – TK vs Land Sachsen-Anhalt

(Kawża C-773/18)

(2019/C 112/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Halle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TK

Konvenut: Land Sachsen-Anhalt

Domandi preliminari

1)

Iż-żieda a posteriori fil-perċentwali, fil-kuntest ta’ sistema ta’ remunerazzjoni diskriminatorja skont l-età, tikkostitwixxi forma ġdida ta’ diskriminazzjoni meta l-perċentwali ta’ żieda tkun l-istess għal kull skala fi grad, b’tali mod li d-differenza bejn il-persuna diskriminata u l-persuna li ma hijiex ma tvarjax f’termini relattivi iżda tvarja f’termini assoluti?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, din iż-żieda perċentwali hija ġġustifikata għall-etajiet kollha jekk iż-żieda tkun dovuta għall-fatt li r-remunerazzjoni inizjali tkun inqas mill-minimu meħtieġ mill-kostituzzjoni tal-Istat Membru?

3)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/78/KE (1), jipprekludi leġiżlazzjoni li tipprevedi l-preskrizzjoni, wara termimu ta’ xahrejn, ta’ dritt għal kumpens għal remunerazzjoni diskriminatorja skont l-età, meta

dan it-terminu jibda jiddekorri mill-għoti tas-sentenza tat-8 ta’ Settembru 2011, Hennigs u Mai (C-297/10 u C-298/10, EU:C:2011:560), minkejja li l-persuna kkonċernata ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Bundesangestelltentarifvertrag (il-ftehim kollettiv tal-membri tal-persunal bil-kuntratt tas-settur pubbliku federali), iżda s-sitwazzjoni personali tagħha tikkorrispondi għal dik imsemmija fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Settembru 2015, Unland (C-20/13, EU:C:2015:561);

l-uffiċjali u l-imħallfin kkonċernati (ħaddiema) setgħu biss isiru jafu dwar is-sentenza [Hennigs u Mai] minn sorsi pubbliċi ġenerali;

wara l-adozzjoni tas-sentenza ċċitata iktar ’il fuq, il-persuni li jimpjegaw indikaw li din ma kinitx applikabbli għall-uffiċjali u, b’dan il-mod, huma ċaħdu l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni skont l-età, u din il-pożizzjoni legali ġiet ikkomunikata esternament, għall-inqas parzjalment;

il-ġurisprudenza tal-qrati amministrattivi tal-ewwel istanza ċaħdet fil-parti l-kbira l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni skont l-età f’dan it-terminu kif ukoll wara, sal-għoti tas-sentenza tad-19 ta’ Ġunju 2014, Specht (C-501/12 sa C-506/12, C-540/12 u C-541/12, EU:C:2014:2005);

il-ġurisprudenza tal-qrati superjuri ma kinitx teżisti f’dan it-terminu, u l-ewwel deċiżjoni ta’ qorti suprema ngħatat biss wara s-sentenza Specht;

fil-kuntest tar-relazzjoni ta’ xogħol applikabbli għall-uffiċjali jew għall-imħallfin, it-termini ta’ dekadenza japplikaw biss għar-rimbors ta’ ċerti spejjeż u dawn it-termini ma humiex iqsar minn sitt xhur;

id-drittijiet nazzjonali għal salarju (remunerazzjoni) huma suġġetti għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin, li jibda jiddekorri mill-aħħar tas-sena li fiha dan id-dritt sar dovut u li matulha l-persuna kkonċernata saret taf jew kellha tkun taf b’dan id-dritt, inkella t-terminu ta’ preskrizzjoni huwa ta’ għaxar snin;

id-drittijiet nazzjonali għal salarju (remunerazzjoni), li ma humiex previsti mil-liġi, għandhom jiġu invokati f’perijodu ta’ żmien relattivament qasir, jiġifieri fis-sena finanzjarja li għaliha qed jintalbu?

4)

Il-fatt li s-sitwazzjoni legali ma hijiex ċara jew hija konfuża huwa rilevanti għar-risposta għat-tielet domanda?

5)

Sabiex terminu ta’ dekadenza jibda jiddekorri, huwa biżżejjed li l-grupp ta’ persuni żvantaġġati kienu jafu bid-differenza fit-trattament, jew ir-raġuni għal din id-differenza fit-trattament, jiġifieri l-kriterju ta’ differenzazzjoni, għandha wkoll tkun magħrufa?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Halle (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Diċembru 2018 – UL vs Land Sachsen-Anhalt

(Kawża C-774/18)

(2019/C 112/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Halle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UL

Konvenut: Land Sachsen-Anhalt

Domandi preliminari

1)

Iż-żieda a posteriori fil-perċentwali, fil-kuntest ta’ sistema ta’ remunerazzjoni diskriminatorja skont l-età, tikkostitwixxi forma ġdida ta’ diskriminazzjoni meta l-perċentwali ta’ żieda tkun l-istess għal kull skala fi grad, b’tali mod li d-differenza bejn il-persuna diskriminata u l-persuna li ma hijiex ma tvarjax f’termini relattivi iżda tvarja f’termini assoluti?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, din iż-żieda perċentwali hija ġġustifikata għall-etajiet kollha jekk iż-żieda tkun dovuta għall-fatt li r-remunerazzjoni inizjali tkun inqas mill-minimu meħtieġ mill-kostituzzjoni tal-Istat Membru?

3)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/78/KE (1), jipprekludi leġiżlazzjoni li tipprevedi l-preskrizzjoni, wara termimu ta’ xahrejn, ta’ dritt għal kumpens għal remunerazzjoni diskriminatorja skont l-età, meta

dan it-terminu jibda jiddekorri mill-għoti tas-sentenza tat-8 ta’ Settembru 2011, Hennigs u Mai (C-297/10 u C-298/10, EU:C:2011:560), minkejja li l-persuna kkonċernata ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Bundesangestelltentarifvertrag (il-ftehim kollettiv tal-membri tal-persunal bil-kuntratt tas-settur pubbliku federali), iżda s-sitwazzjoni personali tagħha tikkorrispondi għal dik imsemmija fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Settembru 2015, Unland (C-20/13, EU:C:2015:561);

l-uffiċjali u l-imħallfin kkonċernati (ħaddiema) setgħu biss isiru jafu dwar is-sentenza [Hennigs u Mai] minn sorsi pubbliċi ġenerali;

wara l-adozzjoni tas-sentenza ċċitata iktar ’il fuq, il-persuni li jimpjegaw indikaw li din ma kinitx applikabbli għall-uffiċjali u, b’dan il-mod, huma ċaħdu l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni skont l-età, u din il-pożizzjoni legali ġiet ikkomunikata esternament, għall-inqas parzjalment;

il-ġurisprudenza tal-qrati amministrattivi tal-ewwel istanza ċaħdet fil-parti l-kbira l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni skont l-età f’dan it-terminu kif ukoll wara, sal-għoti tas-sentenza tad-19 ta’ Ġunju 2014, Specht (C-501/12 sa C-506/12, C-540/12 u C-541/12, EU:C:2014:2005);

il-ġurisprudenza tal-qrati superjuri ma kinitx teżisti f’dan it-terminu, u l-ewwel deċiżjoni ta’ qorti suprema ngħatat biss wara s-sentenza Specht;

fil-kuntest tar-relazzjoni ta’ xogħol applikabbli għall-uffiċjali jew għall-imħallfin, it-termini ta’ dekadenza japplikaw biss għar-rimbors ta’ ċerti spejjeż u dawn it-termini ma humiex iqsar minn sitt xhur;

id-drittijiet nazzjonali għal salarju (remunerazzjoni) huma suġġetti għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin, li jibda jiddekorri mill-aħħar tas-sena li fiha dan id-dritt sar dovut u li matulha l-persuna kkonċernata saret taf jew kellha tkun taf b’dan id-dritt, inkella t-terminu ta’ preskrizzjoni huwa ta’ għaxar snin;

id-drittijiet nazzjonali għal salarju (remunerazzjoni), li ma humiex previsti mil-liġi, għandhom jiġu invokati f’perijodu ta’ żmien relattivament qasir, jiġifieri fis-sena finanzjarja li għaliha qed jintalbu?

4)

Il-fatt li s-sitwazzjoni legali ma hijiex ċara jew hija konfuża huwa rilevanti għar-risposta għat-tielet domanda?

5)

Sabiex terminu ta’ dekadenza jibda jiddekorri, huwa biżżejjed li l-grupp ta’ persuni żvantaġġati kienu jafu bid-differenza fit-trattament, jew ir-raġuni għal din id-differenza fit-trattament, jiġifieri l-kriterju ta’ differenzazzjoni, għandha wkoll tkun magħrufa?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Halle (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Diċembru 2018 – VM vs Land Sachsen-Anhalt

(Kawża C-775/18)

(2019/C 112/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Halle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VM

Konvenut: Land Sachsen-Anhalt

Domandi preliminari

1)

Iż-żieda a posteriori fil-perċentwali, fil-kuntest ta’ sistema ta’ remunerazzjoni diskriminatorja skont l-età, tikkostitwixxi forma ġdida ta’ diskriminazzjoni meta l-perċentwali ta’ żieda tkun l-istess għal kull skala fi grad, b’tali mod li d-differenza bejn il-persuna diskriminata u l-persuna li ma hijiex ma tvarjax f’termini relattivi iżda tvarja f’termini assoluti?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, din iż-żieda perċentwali hija ġġustifikata għall-etajiet kollha jekk iż-żieda tkun dovuta għall-fatt li r-remunerazzjoni inizjali tkun inqas mill-minimu meħtieġ mill-kostituzzjoni tal-Istat Membru?

3)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/78/KE (1), jipprekludi leġiżlazzjoni li tipprevedi l-preskrizzjoni, wara termimu ta’ xahrejn, ta’ dritt għal kumpens għal remunerazzjoni diskriminatorja skont l-età, meta

dan it-terminu jibda jiddekorri mill-għoti tas-sentenza tat-8 ta’ Settembru 2011, Hennigs u Mai (C-297/10 u C-298/10, EU:C:2011:560), minkejja li l-persuna kkonċernata ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Bundesangestelltentarifvertrag (il-ftehim kollettiv tal-membri tal-persunal bil-kuntratt tas-settur pubbliku federali), iżda s-sitwazzjoni personali tagħha tikkorrispondi għal dik imsemmija fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Settembru 2015, Unland (C-20/13, EU:C:2015:561);

l-uffiċjali u l-imħallfin kkonċernati (ħaddiema) setgħu biss isiru jafu dwar is-sentenza [Hennigs u Mai] minn sorsi pubbliċi ġenerali;

wara l-adozzjoni tas-sentenza ċċitata iktar ’il fuq, il-persuni li jimpjegaw indikaw li din ma kinitx applikabbli għall-uffiċjali u, b’dan il-mod, huma ċaħdu l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni skont l-età, u din il-pożizzjoni legali ġiet ikkomunikata esternament, għall-inqas parzjalment;

il-ġurisprudenza tal-qrati amministrattivi tal-ewwel istanza ċaħdet fil-parti l-kbira l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni skont l-età f’dan it-terminu kif ukoll wara, sal-għoti tas-sentenza tad-19 ta’ Ġunju 2014, Specht (C-501/12 sa C-506/12, C-540/12 u C-541/12, EU:C:2014:2005);

il-ġurisprudenza tal-qrati superjuri ma kinitx teżisti f’dan it-terminu, u l-ewwel deċiżjoni ta’ qorti suprema ngħatat biss wara s-sentenza Specht;

fil-kuntest tar-relazzjoni ta’ xogħol applikabbli għall-uffiċjali jew għall-imħallfin, it-termini ta’ dekadenza japplikaw biss għar-rimbors ta’ ċerti spejjeż u dawn it-termini ma humiex iqsar minn sitt xhur;

id-drittijiet nazzjonali għal salarju (remunerazzjoni) huma suġġetti għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin, li jibda jiddekorri mill-aħħar tas-sena li fiha dan id-dritt sar dovut u li matulha l-persuna kkonċernata saret taf jew kellha tkun taf b’dan id-dritt, inkella t-terminu ta’ preskrizzjoni huwa ta’ għaxar snin;

id-drittijiet nazzjonali għal salarju (remunerazzjoni), li ma humiex previsti mil-liġi, għandhom jiġu invokati f’perijodu ta’ żmien relattivament qasir, jiġifieri fis-sena finanzjarja li għaliha qed jintalbu?

4)

Il-fatt li s-sitwazzjoni legali ma hijiex ċara jew hija konfuża huwa rilevanti għar-risposta għat-tielet domanda?

5)

Sabiex terminu ta’ dekadenza jibda jiddekorri, huwa biżżejjed li l-grupp ta’ persuni żvantaġġati kienu jafu bid-differenza fit-trattament, jew ir-raġuni għal din id-differenza fit-trattament, jiġifieri l-kriterju ta’ differenzazzjoni, għandha wkoll tkun magħrufa?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Roma (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2018 – Società Italiana degli Autori ed Editori (S.I.A.E.) vs Soundreef Ltd

(Kawża C-781/18)

(2019/C 112/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Società Italiana degli Autori ed Editori (S.I.A.E.)

Konvenuta: Soundreef Ltd

Domandi preliminari

Id-Direttiva 2014/26/UE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi liġi nazzjonali li tirriżerva l-aċċess għas-suq tal-intermedjazzjoni tad-drittijiet tal-awtur, jew fi kwalunkwe każ il-konċessjoni tal-liċenzji lill-utenti, biss lil suġġetti kwalifikabbli, skont id-definizzjoni tal-istess direttiva, bħala organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv, filwaqt li teskludi dawk kwalifikabbli bħala entità ta’ mmaniġġjar indipendenti, ikkostitwiti kemm fl-istess Stat kif ukoll fi Stati Membri oħra?


(1)  Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (ĠU 2014, L 84, p. 72).


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/22


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2018 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-3 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-313/17 – Wajos GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-783/18)

(2019/C 112/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, Bevollmächtigter)

Parti oħra fil-proċedura: Wajos GmbH

Talbiet

L-appellanti jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tikkundanna lil Wajos GmbH għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont l-EUIPO, is-sentenza appellata tikser l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1). Il-Qorti Ġenerali wettqet eżami żbaljat fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-karattru distintiv tat-trade mark ikkontestata, ma eżaminatx l-imsemmija trade mark fid-dawl tal-kriterji rilevanti u barra minn hekk applikat kriterji ta’ eżami żbaljati.

Is-sentenza appellata tikser ukoll l-Artikoli 36 u 53(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea peress li ma tippermettix, la lir-rikorrent u lanqas lill-Qorti tal-Ġustizzja, li jifhmu r-raġunijiet li bihom il-Qorti Ġenerali tasal għall-konklużjoni, essenzjali għad-dispożittiv tas-sentenza, li l-forma tat-trade mark ikkontestata għandha “karattru eċċezzjonali, fid-dawl tal-użanzi fis-setturi konċernati”.


(1)  Regolament (KE) Nru 207/2009 tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Diċembru 2018 – ratiopharm GmbH vs Novartis Consumer Health GmbH

(Kawża C-786/18)

(2019/C 112/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti fi “Proċedura ta’ Reviżjoni”: ratiopharm GmbH

Konvenuta fi “Proċedura ta’ Reviżjoni”: Novartis Consumer Health GmbH

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 96(1) tad-Direttiva 2001/83/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impriżi farmaċewtiċi għandhom id-dritt li jqassmu mingħajr ħlas prodotti mediċinali lesti lill-ispiżjara wkoll meta l-imballaġġi ta’ dawn il-prodotti mediċinali jimmarkaw “għal skopijiet ta’ dimostrazzjoni”, meta dawn tal-aħħar iservu sabiex l-ispiżjar jittestja l-prodott mediċinali, ma jeżistix riskju li dawn jitqassmu mill-ġdid (mingħajr ma jkunu nfetħu) lil konsumaturi finali u l-kundizzjonijiet oħra ta’ distribuzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 96(1)(a) sa (d) u (f) sa (g) ta’ din id-direttiva huma ssodisfatti?

2)

Fl-ipoteżi fejn ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, l-Artikolu 96(2) tad-Direttiva 2001/83/KE jawtorizza dispożizzjoni nazzjonali bħal dik prevista fl-Artikolu 47(3) tal-Gesetz über den Verkehr mit Arzneimitteln (il-Liġi dwar il-Kummerċ tal-Prodotti Mediċinali, iktar ’il quddiem l-“AMG”), jekk din tiġi interpretata fis-sens li l-impriżi farmaċewtiċi ma għandhomx id-dritt li jqassmu mingħajr ħlas prodotti mediċinali lesti lill-ispiżjara, meta l-imballaġġi ta’ dawn il-prodotti mediċinali jimmarkaw “għal skopijiet ta’ dimostrazzjoni”, meta dawn tal-aħħar iservu sabiex l-ispiżjar jittestja l-prodott mediċinali, ma jeżistix riskju li dawn jitqassmu mill-ġdid (mingħajr ma jkunu nfetħu) lil konsumaturi finali u l-kundizzjonijiet l-oħra ta’ distribuzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 96(1)(a) sa (d) u (f) sa (g) ta’ din id-direttiva kif ukoll fl-Artikolu 47(4) tal-AMG huma ssodisfatti?


(1)  Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69), kif emendata fl-aħħar lok bir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU 2017, L 117, p. 1).


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Parma (l-Italja) fl-14 ta’ Diċembru 2018 – Stanleyparma Sas, Stanleybet Malta Ltd vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli UM Emilia Romagna – SOT Parma

(Kawża C-788/18)

(2019/C 112/29)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Parma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stanleyparma Sas, Stanleybet Malta Ltd

Konvenuta: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli UM Emilia Romagna – SOT Parma

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 56, 57 u 52 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tas-servizzi tal-logħob u tal-imħatri u, b’mod partikolari, is-sentenzi Gambelli (Kawża C-243/01), Placanica (C-338/04), Costa u Cifone (Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10), u Laezza (C-375/14), u fil-qasam tad-diskriminazzjoni fiskali, b’mod partikolari, is-sentenzi Lindman (C-42/02), Il-Kummissjoni vs Spanja (C-153/08) u Blanco u Fabretti (Kawżi magħquda C-344/13 u C-367/13), u l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni previsti fid-dritt tal-Unjoni, anki fid-dawl tas-sentenza tal-Corte Costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali, l-Italja) tat-23 ta’ Jannar 2018, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik Taljana inkwistjoni, li tipprevedi li l-intermedjarji nazzjonali li jittrażmettu data ta’ logħob f’isem operaturi ta’ mħatri stabbiliti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea li għandhom, b’mod partikolari, il-karatteristiċi tal-kumpannija Stanleybet Malta Ltd, u sussidjarjament, tal-istess operaturi ta’ mħatri in solidum mal-intermedjarji nazzjonali tagħhom għandhom ikunu suġġetti għat-Taxxa Unika fuq l-Imħatri u fuq il-Kompetizzjonijiet ta’ Tbassir prevista fl-Artikoli 1 sa 3 tad-Digriet Leġiżlattiv tat-23 ta’ Diċembru 1998 Nru 504, kif emendati bl-Artikolu 1(66)(b) tal-Liġi Finanzjarja tal-2011.

2)

L-Artikoli 56, 57 u 52 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tas-servizzi tal-logħob u tal-imħatri u, b’mod partikolari, is-sentenzi Gambelli (Kawża C-243/01), Placanica (C-338/04), Costa u Cifone (Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10), u Laezza (C-375/14), u fil-qasam tad-diskriminazzjoni fiskali, b’mod partikolari, is-sentenzi Lindman (C-42/02), Il-Kummissjoni vs Spanja (C-153/08) u Blanco u Fabretti (Kawżi magħquda C-344/13 u C-367/13), u l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni previsti fid-dritt tal-Unjoni, anki fid-dawl tas-sentenza tal-Corte Costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali) tat-23 ta’ Jannar 2018, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik Taljana inkwistjoni, li tipprevedi li huma biss l-intermedjarji nazzjonali li jittrażmettu data ta’ logħob f’isem operaturi ta’ mħatri stabbiliti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea li għandhom, b’mod partikolari, il-karatteristiċi tal-kumpannija Stanleybet Malta Ltd, u mhux l-intermedjarji nazzjonali li jittrażmettu data ta’ logħob f’isem operaturi ta’ mħatri konċessjonarji tal-Istat li jwettqu l-istess attività, li għandhom ikunu suġġetti għat-Taxxa Unika fuq l-Imħatri u fuq il-Kompetizzjonijiet ta’ Tbassir prevista fl-Artikoli 1 sa 3 tad-Digriet Leġiżlattiv tat-23 ta’ Diċembru 1998 Nru 504, kif emendati bl-Artikolu 1(66)(b) tal-Liġi Finanzjarja tal-2011.

3)

L-Artikoli 52, 56 et seq tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tas-servizzi tal-logħob u tal-imħatri u l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, anki fid-dawl tas-sentenza tal-Corte Costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali) tat-23 ta’ Jannar 2018, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik Taljana prevista fl-Artikolu 1(644)(g) tal-Liġi 190/2014, li timponi fuq l-intermedjarji nazzjonali li jittrażmettu data ta’ logħob f’isem operaturi ta’ mħatri stabbiliti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea li għandhom, b’mod partikolari, il-karatteristiċi tal-kumpannija Stanleybet Malta Ltd., u eventwalment, fuq l-istess operaturi ta’ mħatri in solidum mal-intermedjarji nazzjonali tagħhom, l-obbligu li jħallsu t-Taxxa Unika fuq l-Imħatri prevista fid-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/1998 fuq bażi taxxabbli b’rata fissa li hija ekwivalenti għat-tripplu tal-medja tal-ġbir imwettaq fil-provinċja fejn jinsab in-negozju jew il-punt ta’ ġbir, kif miksuba mid-data rreġistrata mit-totalizzatur nazzjonali għal-perijodu taxxabbli preċedenti għal dak ta’ riferiment.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2018 – AQ et vs Corte dei Conti et

(Kawża C-789/18)

(2019/C 112/30)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AQ et

Konvenuti: Corte dei Conti, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Inps-Gestione

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(2) u (3) TUE, l-Artikoli 9, 45, 126, 145, 146, 147, 151(1) TFUE, l-Artikolu 15(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 3 u 5 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 1(489) tal-Liġi Nru 147/2013, sa fejn din id-dispożizzjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet pubbliċi Taljani jippreferu biss, waqt ir-reklutaġġ jew l-għoti ta’ funzjonijiet, lill-ħaddiema li diġà jirċievu pensjoni mingħand korpi tas-sigurtà soċjali pubbliċi Taljani?

2)

L-Artikoli 106(1) u 107 TFUE jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 1(489) tal-Liġi Nru 147/2013, li tippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi Taljani li jwettqu attività ekonomika, suġġetti għall-osservanza tal-Artikoli 101 et seq. TFUE, jimpjegaw persuni li taw il-kunsens tagħhom sabiex jirrinunzjaw, kompletament jew parzjalment, għar-remunerazzjoni korrispondenti, u b’hekk ikun possibbli li jiġu ekonomizzati l-ispejjeż u din l-istess awtorità tkun ivvantaġġata fil-kompetizzjoni ma’ operaturi ekonomiċi oħra?

3)

L-Artikoli 2, 3, 6 TUE, l-Artikoli 126 u 151(1) TFUE, l-Artikolu 15(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 3 u 7(a) tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 1(489) tal-Liġi Nru 147/2013, li, skont il-kundizzjonijiet indikati mid-dispożizzjoni, taċċetta li ħaddiem jista’ validament jirrinunzja, kompletament jew parzjalment, għar-remunerazzjoni, anki jekk din ir-rinunzja tkun ġiet iffinalizzata biss sabiex jiġi evitat it-telf tal-attività professjonali?

4)

L-Artikoli 2, 3 u 6 TUE, l-Artikoli 14, 15(1), 126 u 151(1) TFUE, l-Artikolu 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 5, 6 u 10 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 1(489) tal-Liġi Nru 147/2013, li, skont il-kundizzjonijiet indikati mid-dispożizzjoni, tippermetti lil ħaddiem jeżerċità, favur awtorità pubblika Taljana, attività professjonali filwaqt li jirrinunzja kompletament jew parzjalment, għar-remunerazzjoni korrispondenti, anki jekk fir-rigward ta’ din ir-rinunzja ma hija prevista ebda bidla fl-organizzazzjoni tax-xogħol, la fir-rigward tal-ħinijiet tax-xogħol u lanqas fuq il-livell tal-ammont u tal-kwalità tax-xogħol mitlub u tar-responsabbiltajiet li jirriżultaw minnu, u għaldaqstant anki jekk permezz tar-rinunzja għal parti mir-remunerazzjoni jkun hemm bidla sinjifikattiva fin-natura reċiproka tar-relazzjoni ta’ xogħol, kemm mil-lat tal-proporzjonalità bejn ir-remunerazzjoni u l-kwalità u l-ammont ta’ xogħol imwettaq, kif ukoll għaliex b’dan il-mod il-ħaddiem ikun obbligat jeżerċità l-attività tiegħu f’kundizzjonijiet ta’ xogħol li ma jkunux l-aħjar, fatt li jħeġġu jinvesti inqas fix-xogħol tiegħu u huwa l-bażi ta’ inqas effettività tal-awtorità?

5)

L-Artikoli 2, 3 u 6 TUE, l-Artkolu 126 u 151(1) TFUE, l-Artikolu 15(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jipprekludu d-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 1(489) tal-Liġi Nru 147/2013 u tal-Artikolu 23ter(1) tad-Digriet Liġi Nru 201/2011, maqlub f’liġi permezz tal-Liġi Nru 214/2011, sa fejn tali dispożizzjonijiet jippermettu lil jew jeżiġu minn awtorità pubblika Taljana, anki waqt ir-relazzjoni ta’ xogħol jew ta’ kollaborazzjoni, li tnaqqas ir-remunerazzjoni dovuta lill-ħaddiem skont il-limitu massimu ta’ remunerazzjoni li għalih jirreferi dan l-Artikolu 23ter(1) tad-Digriet Liġi Nru 201/2011, maqlub f’liġi permezz tal-Liġi Nru 214/2011, u għaldaqstant b’konsegwenza ta’ avveniment mhux prevedibbli u, f’kull każ, b’applikazzjoni ta’ mekkaniżmu li ma jinftehimx mill-ewwel u minkejja l-informazzjoni pprovduta lill-ħaddiem fil-bidu tar-relazzjoni ta’ xogħol?

6)

L-Artikoli 2, 3 u 6 TUE, l-Artikoli 8 u 126 TFUE, l-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 10 u 15 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 1(489) tal-Liġi Nru 147/2013, li, skont il-kundizzjonijiet indikati mid-dispożizzjoni, timponi lill-awtorità pubblika Taljana tnaqqas ir-remunerazzjonijiet dovuti lill-ħaddiema tagħha stess u lill-kollaboraturi li jirċievu pensjoni mingħand korp tas-sigurtà soċjali pubbliku, u b’hekk tippenalizza lil dawn il-ħaddiema għaliex għandhom riżorsi ekonomiċi oħra, fatt li jiskoraġġixxi l-prolongazzjoni tal-ħajja attiva, l-inizjattiva ekonomika privata u l-istabbiliment u ż-żieda tal-assi privati, li jikkostitwixxu madankollu ġid u riżorsa għan-nazzjon?


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2018 – ZQ vs Corte dei Conti et

(Kawża C-790/18)

(2019/C 112/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZQ

Konvenuti: Corte dei Conti, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Inps-Gestione

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(2) u (3) TUE, l-Artikoli 9, 45, 126, 145, 146, 147, 151(1) TFUE, l-Artikolu 15(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 3 u 5 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 1(489) tal-Liġi Nru 147/2013, sa fejn din id-dispożizzjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet pubbliċi Taljani jippreferu biss, waqt ir-reklutaġġ jew l-għoti ta’ funzjonijiet, lill-ħaddiema li diġà jirċievu pensjoni mingħand korpi tas-sigurtà soċjali pubbliċi Taljani?

2)

L-Artikoli 106(1) u 107 TFUE jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 1(489) tal-Liġi Nru 147/2013, li tippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi Taljani li jwettqu attività ekonomika, suġġetti għall-osservanza tal-Artikoli 101 et seq. TFUE, jimpjegaw persuni li taw il-kunsens tagħhom sabiex jirrinunzjaw, kompletament jew parzjalment, għar-remunerazzjoni korrispondenti, u b’hekk ikun possibbli li jiġu ekonomizzati l-ispejjeż u din l-istess awtorità tkun ivvantaġġata fil-kompetizzjoni ma’ operaturi ekonomiċi oħra?

3)

L-Artikoli 2, 3, 6 TUE, l-Artikoli 126 u 151(1) TFUE, l-Artikolu 15(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 3 u 7(a) tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 1(489) tal-Liġi Nru 147/2013, li, skont il-kundizzjonijiet indikati mid-dispożizzjoni, taċċetta li ħaddiem jista’ validament jirrinunzja, kompletament jew parzjalment, għar-remunerazzjoni, anki jekk din ir-rinunzja tkun ġiet iffinalizzata biss sabiex jiġi evitat it-telf tal-attività professjonali?

4)

L-Artikoli 2, 3 u 6 TUE, l-Artikoli 14, 15(1), 126 u 151(1) TFUE, l-Artikolu 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 5, 6 u 10 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 1(489) tal-Liġi Nru 147/2013, li, skont il-kundizzjonijiet indikati mid-dispożizzjoni, tippermetti lil ħaddiem jeżerċità, favur awtorità pubblika Taljana, attività professjonali filwaqt li jirrinunzja kompletament jew parzjalment, għar-remunerazzjoni korrispondenti, anki jekk fir-rigward ta’ din ir-rinunzja ma hija prevista ebda bidla fl-organizzazzjoni tax-xogħol, la fir-rigward tal-ħinijiet tax-xogħol u lanqas fuq il-livell tal-ammont u tal-kwalità tax-xogħol mitlub u tar-responsabbiltajiet li jirriżultaw minnu, u għaldaqstant anki jekk permezz tar-rinunzja għal parti mir-remunerazzjoni jkun hemm bidla sinjifikattiva fin-natura reċiproka tar-relazzjoni ta’ xogħol, kemm mil-lat tal-proporzjonalità bejn ir-remunerazzjoni u l-kwalità u l-ammont ta’ xogħol imwettaq, kif ukoll għaliex b’dan il-mod il-ħaddiem ikun obbligat jeżerċità l-attività tiegħu f’kundizzjonijiet ta’ xogħol li ma jkunux l-aħjar, fatt li jħeġġu jinvesti inqas fix-xogħol tiegħu u huwa l-bażi ta’ inqas effettività tal-awtorità?

5)

L-Artikoli 2, 3 u 6 TUE, l-Artkolu 126 u 151(1) TFUE, l-Artikolu 15(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jipprekludu d-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 1(489) tal-Liġi Nru 147/2013 u tal-Artikolu 23ter(1) tad-Digriet Liġi Nru 201/2011, maqlub f’liġi permezz tal-Liġi Nru 214/2011, sa fejn tali dispożizzjonijiet jippermettu lil jew jeżiġu minn awtorità pubblika Taljana, anki waqt ir-relazzjoni ta’ xogħol jew ta’ kollaborazzjoni, li tnaqqas ir-remunerazzjoni dovuta lill-ħaddiem skont il-limitu massimu ta’ remunerazzjoni li għalih jirreferi dan l-Artikolu 23ter(1) tad-Digriet Liġi Nru 201/2011, maqlub f’liġi permezz tal-Liġi Nru 214/2011, u għaldaqstant b’konsegwenza ta’ avveniment mhux prevedibbli u, f’kull każ, b’applikazzjoni ta’ mekkaniżmu li ma jinftehimx mill-ewwel u minkejja l-informazzjoni pprovduta lill-ħaddiem fil-bidu tar-relazzjoni ta’ xogħol?

6)

L-Artikoli 2, 3 u 6 TUE, l-Artikoli 8 u 126 TFUE, l-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 10 u 15 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 1(489) tal-Liġi Nru 147/2013, li, skont il-kundizzjonijiet indikati mid-dispożizzjoni, timponi lill-awtorità pubblika Taljana tnaqqas ir-remunerazzjonijiet dovuti lill-ħaddiema tagħha stess u lill-kollaboraturi li jirċievu pensjoni mingħand korp tas-sigurtà soċjali pubbliku, u b’hekk tippenalizza lil dawn il-ħaddiema għaliex għandhom riżorsi ekonomiċi oħra, fatt li jiskoraġġixxi l-prolongazzjoni tal-ħajja attiva, l-inizjattiva ekonomika privata u l-istabbiliment u ż-żieda tal-assi privati, li jikkostitwixxu madankollu ġid u riżorsa għan-nazzjon?


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Faro (il-Portugall) fit-28 ta’ Diċembru 2018 – Rolibérica, Lda vs Autoridade para as Condições do Trabalho

(Kawża C-834/18)

(2019/C 112/32)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca de Faro

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rolibérica, Lda

Konvenuta: Autoridade para as Condições do Trabalho

Domanda preliminari

Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jimponi li l-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa għax-xufiera involuti fit-trasport bit-triq ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri għandu jibda u jintemm bejn 00.00 ta’ nhar ta’ Tnejn u 24.00 ta’ nhar ta’ Ħadd jew, għall-kuntrarju, jista’ jitgawda kollu kemm hu u mingħajr interruzzjoni bejn kull ġimgħa ta’ xogħol?


(1)  Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU 2006, L 102, p. 1, u r-rettifika ĠU 2016, L 195, p. 83).


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Jannar 2019 – WM vs Stadt Frankfurt am Main

(Kawża C-18/19)

(2019/C 112/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WM

Parti oħra fil-proċedura: Stadt Frankfurt am Main

Domanda preliminari

L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li d-detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija tista’ ssir f’faċilità korrettiva ordinarja jekk il-barrani jkun ta’ perikolu serju għall-integrità fiżika u l-ħajja ta’ terzi jew għal interessi legali importanti ta’ sigurtà interna, u d-detenut għall-finijiet tat-tneħħija jkollu, anki f’dan il-każ, jinżamm separatament mill-priġunieri ordinarji?


(1)  ĠU 2008, L 348, p. 98.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/28


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-49/19)

(2019/C 112/34)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u L. Nicolae, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, billi stabbilixxiet kontribuzzjoni straordinarja għat-tqassim tal-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali mill-2007 sal-bidu tal-provvista tas-servizz universali mill-persuna li tipprovdi jew persuni li jipprovdu servizzi li jkunu ser jintgħażlu bis-saħħa tal-Artikolu 99(3) tal-Lei n.o 5/2004 (il-Liġi Nru 5/2004), kif inhu previst fl-Artikoli 17 u 18 tal-Lei n.o 35/2012, relativa ao Fundo de Compensação (il-Liġi Nru 35/2012 dwar il-Fond ta’ Kumpens), ir-Repubblika Portugiża ma naqqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(3) u l-parti B tal-Anness IV tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (1);

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 13(3) u l-parti B tal-Anness IV tad-Direttiva Servizz Universali, ikkunsidrati flimkien, kwalunkwe mekkaniżmu ta’ tqassim tal-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali għall-operaturi ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għandu josserva l-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ distorsjoni minima tas-suq, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità.

Il-Liġi Portugiża Nru 35/2012 tistabbilixxi l-fond ta’ kumpens tas-servizz universali ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi intiż li jiffinanzja l-ispejjeż netti li jirriżultaw mit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz universali u li jiggarantixxi t-tqassim ta’ dawn l-ispejjeż bejn l-impriżi li għandhom l-obbligu li jikkontribwixxu.

Skont l-Artikolu 6 ta’ din il-liġi, il-fond ta’ kumpens huwa intiż għall-finanzjament tal-ispejjeż netti tas-servizz universali ddeterminati fil-kuntest tas-sejħiet għal offerti li għalihom jirreferi l-Artikolu 99(3) tal-Liġi Nru 5/2004 tal-10 ta’ Frar, u li huma meqjusa eċċessivi mill-ICP-ANACOM. Minbarra dan, il-fond huwa intiż għall-finanzjament tal-ispejjeż netti tas-servizz universali li jirriżultaw sal-bidu tal-provvista ta’ servizz universali mill-persuna li tipprovdi jew mill-persuni li jipprovdu servizz li jkunu ser jintgħażlu bis-saħħa tal-imsemmija dispożizzjoni, permezz tal-ħolqien ta’ kontribuzzjoni straordinarja imposta fuq l-impriżi obbligati jikkontribwixxu fir-rigward ta’ kull waħda mis-snin 2013, 2014 u 2015.

Il-Kummissjoni tqis li billi timponi kontribuzzjoni straordinarja intiża sabiex tkopri l-ispejjeż tas-servizz universali li jirriżultaw fil-perijodu li jippreċedi l-adozzjoni tal-Liġi Nru 35/2012, ir-Repubblika Portugiża ma tosservax il-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ distorsjoni minima tas-suq, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità, hekk kif meħtieġ mill-Artikolu 13(3) u mill-parti B tal-Anness IV tad-Direttiva Servizz Universali.


(1)  Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367).


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/29


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn Sigma Alimentos Exterior, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-239/11, Sigma Alimentos Exterior vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-50/19 P)

(2019/C 112/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Sigma Alimentos Exterior, S.L. (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, abogado)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tilqa dan l-appell;

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018, mogħtija fil-Kawża T-239/11 (1);

tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 (2);

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-kawża għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa bbażat fuq żewġ aggravji, u t-tieni wieħed huwa maqsum fi tliet partijiet:

Interpretazzjoni żbaljata tas-sentenza World Duty Free (3), li tistabbilixxi kriterji ta’ komparabbiltà żbaljati li jwasslu, imbagħad, għal evalwazzjoni żbaljata tal-eżistenza tas-selettività u, konsegwentement, għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ għajnuna illegali, u b’hekk tikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107 TFUE;

Żball meta kkonstatat li l-evalwazzjoni possibbli tal-ostakoli ġuridiċi għal kombinazzjonijiet transkonfinali ma tipprekludix li l-miżura kkontestata tkun selettiva, abbażi ta’ analiżi żbaljata tal-metodu ta’ tliet stadji użat mill-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-eżistenza ta’ għajnuna illegali. Is-sentenza għaldaqstant hija żbaljata fl-aspetti li ġejjin:

Żball fl-identifikazzjoni tal-iskema fiskali nazzjonali komuni, bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107 TFUE relatat mal-kklassifikazzjoni ta’ għajnuna illegali mill-Istat;

Żball meta ma kkunsidratx li l-miżura eżaminata kienet miżura ġenerali, u b’hekk kisret ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107 TFUE;

Żball fl-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ eċċezzjoni għall-iskema nazzjonali komuni bħala qafas ta’ riferiment, bi ksur tal-Artikolu 107 TFUE.

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea wettqet diversi ksur tal-Artikolu 107 (1) TFUE u tal-prinċipju tan-newtralità fiskali u li, f’diversi aspetti, hija essenzjalment ikkompletat jew saħansitra issostitwiet ir-raġunament stabbilit mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata b’raġunament tagħha, liema fatt, fih innifsu, jikkostitwixxi raġuni fondata għall-annullament tas-sentenza appellata.


(1)  Sentenza tal-15 ta’ Novembru 2018, Sigma Alimentos Exterior vs Il-Kummissjoni (T-239/11, mhux ippubblikata, EU:T:2018:781).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjonissjoni tat-12 ta’ Jannar 2011dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 135, p. 1)

(3)  Sentenza tal-21 ta’ Diċembru 2016, Il-Kummissjoni vs World Duty Free Group et (C-20/15 P u C-21/15 P, EU:C:2016:981).


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/30


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn World Duty Free Group, S.A., li kienet Autogrill España, S.A., mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-219/10, RENV, World Duty Free Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-51/19 P)

(2019/C 112/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: World Duty Free Group, S.A., li kienet Autogrill España, S.A. (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero, u A. Lamadrid de Pablo, abogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Irlanda

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018;

tilqa’ r-rikors għal annullament u tannulla definittivament id-deċiżjoni kkontestata, u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-15 ta’ Novembru 2018, il-Qorti Ġenerali tat sentenza fil-Kawża T-219/10 RENV, World Duty Free Group vs Il-Kummissjoni (1), li kontriha huwa indirizzat dan l-appell. Is-sentenza ċaħdet ir-rikors tal-appellanti kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta’ Ottubru 2009 (2), dwar l-“avvjament finanzjarju” irregolat fl-Artikolu 12.5 tal-Ley de Impuesto sobre Sociedades (il-Liġi Spanjola dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji).

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka aggravju uniku, dwar żbalji ta’ liġi li fiha s-sentenza appellata fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-kunċett ta’ “selettività”.

B’mod partikolari, l-appell jallega li s-sentenza appellata wettqet żball:

fid-determinazzjoni tas-sistema ta’ riferiment fl-ewwel fażi tal-analiżi tas-selettività;

fid-determinazzjoni tal-għan abbażi tiegħu jitqabblu d-diversi sitwazzjonijiet ta’ fatt u ta’ liġi fit-tieni fażi tal-analiżi tas-selettività;

konsegwentement, hija wettqet ukoll żball fl-attribuzzjoni tal-oneru tal-prova u fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;

sussidjarjament, fl-analiżi tagħha fir-rigward tal-allegata assenza ta’ prova tal-kawżalità bejn l-impossibbiltà tal-impriżi li jamalgamaw barra l-pajjiż u l-akkwist ta’ ishma barra l-pajjiż; u

sussidjarjament, meta eskludiet is-separabbiltà tal-miżura abbażi tal-perċentwali ta’ kontroll.

Flimkien maż-żamma ta’ raġunament ġuridikament inkorrett, is-sentenza tissostitwixxi f’diversi minn dawn il-punti r-raġunament tad-deċiżjoni b’raġunament tagħha, u b’hekk twassal għal żbalji addizzjonali ta’ liġi.


(1)  Sentenza tal-15 ta’ Novembru 2018, World Duty Free Group vs Il-Kummissjoni (T-219/10 RENV, EU:T:2018:784).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48).


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/31


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn Banco Santander, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-227/10, Banco Santander, S.A. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-52/19 P)

(2019/C 112/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Banco Santander, S.A. (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, abogados)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018;

tilqa’ r-rikors għal annullament u tannulla definittivament id-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-15 ta’ Novembru 2018, il-Qorti Ġenerali tat sentenza fil-Kawża T-227/10, Banco Santander, S.A. vs Il-Kummissjoni Ewropea (1), li kontriha huwa indirizzat dan l-appell. Is-sentenza ċaħdet ir-rikors tal-appellant kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta’ Ottubru 2009 (2), dwar l-“avvjament finanzjarju” irregolat fl-Artikolu 12.5 tal-Ley de Impuesto sobre Sociedades (il-Liġi Spanjola dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji).

Insostenn tar-rikors tagħha, l-appellanti tinvoka aggravju uniku, dwar żbalji ta’ liġi li fiha s-sentenza appellata fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-kunċett ta’ “selettività”.

B’mod partikolari, l-appell jallega li s-sentenza appellata wettqet żball:

fid-determinazzjoni tas-sistema ta’ riferiment fl-ewwel fażi tal-analiżi tas-selettività;

fid-determinazzjoni tal-għan li abbażi tiegħu jitqabblu d-diversi sitwazzjonijiet ta’ fatt u ta’ liġi fit-tieni fażi tal-analiżi tas-selettività;

konsegwentement, hija wettqet ukoll żball fl-attribuzzjoni tal-oneru tal-prova u fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;

sussidjarjament, fl-analiżi tagħha fir-rigward tal-allegata assenza ta’ prova tal-kawżalità bejn l-impossibbiltà tal-impriżi li jamalgamaw barra l-pajjiż u l-akkwist ta’ ishma barra l-pajjiż; u

sussidjarjament, meta eskludiet s-separabbiltà tal-miżura abbażi tal-perċentwali ta’ kontroll.

Flimkien maż-żamma ta’ raġunament ġuridikament inkorrett, is-sentenza tissostitwixxi f’diversi minn dawn il-punti r-raġunament tad-deċiżjoni b’raġunament tagħha, u b’hekk twassal għal żbalji addizzjonali ta’ liġi.


(1)  Sentenza tal-15 ta’ Novembru 2018, Banco Santander vs Il-Kummissjoni (T-227/10, mhux ippubblikata, EU:T:2018:785).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE tat-28 ta’ Ottubru 2009 Dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48).


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/32


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn Banco Santander, S.A. u Santusa Holding, S.L.mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-399/11 RENV, Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-53/19 P)

(2019/C 112/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Banco Santander, S.A. u Santusa Holding, S.L. (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, abogados)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fl-ewwel istanza: Ir-Renju ta’ Spanja, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Irlanda

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018;

tilqa’ r-rikors għal annullament u tannulla definittivament id-deċiżjoni kkontestata, u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-15 ta’ Novembru 2018, il-Qorti Ġenerali tat sentenza fil-Kawża T-399/11 RENV, Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni (1), li kontriha huwa indirizzat dan l-appell. Is-sentenza ċaħdet ir-rikors tal-appellanti kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Jannar 2011 (2), dwar l-“avvjament finanzjarju” irregolat fl-Artikolu 12.5 tal-Ley de Impuesto sobre Sociedades (il-Liġi Spanjola dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji).

Insostenn tal-appell tagħhom l-appellanti jinvokaw aggravju uniku, dwar żbalji ta’ liġi li fiha s-sentenza appellata fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-kunċett ta’ “selettività”.

B’mod partikolari, l-appell jallega li s-sentenza appellata wettqet żball:

fid-determinazzjoni tas-sistema ta’ riferiment fl-ewwel fażi tal-analiżi tas-selettività;

fid-determinazzjoni tal-għan li abbażi tiegħu jitqabblu d-diversi sitwazzjonijiet ta’ fatt u ta’ liġi fit-tieni fażi tal-analiżi tas-selettività;

konsegwentement, hija wettqet ukoll żball fl-attribuzzjoni tal-oneru tal-prova u fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;

sussidjarjament, fl-analiżi tagħha fir-rigward tal-allegata assenza ta’ prova tal-kawżalità bejn l-impossibbiltà tal-impriżi li jamalgamaw barra l-pajjiż u l-akkwist ta’ ishma barra l-pajjiż; u

sussidjarjament, meta eskludiet s-separabbiltà tal-miżura abbażi tal-perċentwali ta’ kontroll.

Flimkien maż-żamma ta’ raġunament ġuridikament inkorrett, is-sentenza tissostitwixxi f’diversi minn dawn il-punti r-raġunament tad-deċiżjoni b’raġunament tagħha, u b’hekk twassal għal żbalji addizzjonali ta’ liġi.


(1)  Sentenza tal-15 ta’ Novembru 2018, Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni (T-399/11 RENV, EU:T:2018:787).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 135, p. 1).


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/33


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn Axa Mediterranean Holding, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-405/11, Axa Mediterranean vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-54/19 P)

(2019/C 112/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Axa Mediterranean Holding, S.A. (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero, A. Lamadrid de Pablo, abogados)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018;

tilqa’ r-rikors għal annullament u tannulla definittivament id-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-15 ta’ Novembru 2018, il-Qorti Ġenerali tat sentenza fil-Kawża T-4057/11, Axa Mediterranean Holding, S.A vs Il-Kummissjoni Ewropea (1), li kontriha huwa indirizzat dan l-appell. Is-sentenza ċaħdet ir-rikors tal-appellant kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Jannar 2011 (2), dwar l-“avvjament finanzjarju” irregolat fl-Artikolu 12.5 tal-Ley de Impuesto sobre Sociedades (il-Liġi Spanjola dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji).

Insostenn tar-rikors tagħha, l-appellanti tinvoka aggravju uniku, dwar żbalji ta’ liġi li fiha s-sentenza appellata fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-kunċett ta’ “selettività”.

B’mod partikolari, l-appell jallega li s-sentenza appellata wettqet żball:

fid-determinazzjoni tas-sistema ta’ riferiment fl-ewwel fażi tal-analiżi tas-selettività;

fid-determinazzjoni tal-għan abbażi tiegħu jitqabblu d-diversi sitwazzjonijiet ta’ fatt u ta’ liġi fit-tieni fażi tal-analiżi tas-selettività;

konsegwentement, hija wettqet ukoll żball fl-attribuzzjoni tal-oneru tal-prova u fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;

sussidjarjament, fl-analiżi tagħha fir-rigward tal-allegata assenza ta’ prova tal-kawżalità bejn l-impossibbiltà tal-impriżi li jamalgamaw barra l-pajjiż u l-akkwist ta’ ishma barra l-pajjiż; u

sussidjarjament, meta eskludiet is-separabbiltà tal-miżura abbażi tal-perċentwali ta’ kontroll.

Flimkien maż-żamma ta’ raġunament ġuridikament inkorrett, is-sentenza tissostitwixxi f’diversi minn dawn il-punti r-raġunament tad-deċiżjoni b’raġunament tagħha, u b’hekk twassal għal żbalji addizzjonali ta’ liġi.


(1)  Sentenza tal-15 ta’ Novembru 2018, Axa Mediterranean vs Il-Kummissjoni (T-405/11, mhux ippubblikata, EU:T:2018:780).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 135, p. 1).


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/34


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn Prosegur Compañía de Seguridad, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-406/11, Prosegur Compañía de Seguridad vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-55/19 P)

(2019/C 112/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Prosegur Compañía de Seguridad, S.A. (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero, A. Lamadrid de Pablo, abogados)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018;

tilqa’ r-rikors għal annullament u tannulla definittivament id-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-15 ta’ Novembru 2018, il-Qorti Ġenerali tat sentenza fil-Kawża T-406/11, Prosegur Compañía de Seguridad, S.A. vs Il-Kummissjoni Ewropea (1), li kontriha huwa indirizzat dan l-appell. Is-sentenza ċaħdet ir-rikors tal-appellant kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Jannar 2011 (2), dwar l-“avvjament finanzjarju” irregolat fl-Artikolu 12.5 tal-Ley de Impuesto sobre Sociedades (il-Liġi Spanjola dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji).

Insostenn tar-rikors tagħha, l-appellanti tinvoka aggravju uniku, dwar żbalji ta’ liġi li fiha s-sentenza appellata fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-kunċett ta’ “selettività”.

B’mod partikolari, l-appell jallega li s-sentenza appellata wettqet żball:

fid-determinazzjoni tas-sistema ta’ riferiment fl-ewwel fażi tal-analiżi tas-selettività;

fid-determinazzjoni tal-għan li abbażi tiegħu jitqabblu d-diversi sitwazzjonijiet ta’ fatt u ta’ liġi fit-tieni fażi tal-analiżi tas-selettività;

konsegwentement, hija wettqet ukoll żball fl-attribuzzjoni tal-oneru tal-prova u fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;

sussidjarjament, fl-analiżi tagħha fir-rigward tal-allegata assenza ta’ prova tal-kawżalità bejn l-impossibbiltà tal-impriżi li jamalgamaw barra l-pajjiż u l-akkwist ta’ ishma barra l-pajjiż; u

sussidjarjament, meta eskludiet is-separabbiltà tal-miżura abbażi tal-perċentwali ta’ kontroll.

Flimkien maż-żamma ta’ raġunament ġuridikament inkorrett, is-sentenza tissostitwixxi f’diversi minn dawn il-punti r-raġunament tad-deċiżjoni b’raġunament tagħha, u b’hekk twassal għal żbalji addizzjonali ta’ liġi.


(1)  Sentenza tal-15 ta’ Novembru 2018, Prosegur Compañía de Seguridad vs Il-Kummissjoni (T-406/11, mhux ippubblikata, EU:T:2018:793).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 135, p. 1)


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/35


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-63/19)

(2019/C 112/41)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, F. Tomat, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li bl-applikazzjoni ta’ tnaqqis fid-dazji tas-sisa abbażi tal-leġiżlazzjoni reġjonali adottata mir-Regione Friuli Venezia Giulia, li tipprevedi sistema ta’ kontribuzzjoni għall-petrol u għad-diesel użati bħala fjuwil għall-magni, fir-rigward tal-bejgħ ta’ dawn il-prodotti lir-residenti tar-Regione Friuli Venezia Giulia, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi imposti fuqha skont l-Artikoli 4 u 19 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1).

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-leġiżlazzjoni reġjonali adottata mir-Regione Friuli Venezia Giulia introduċiet sistema ta’ kontribuzzjoni għall-petrol u għad-diesel użati bħala fjuwil għall-magni, fir-rigward tal-bejgħ ta’ dawn il-prodotti lir-residenti tar-Regione Friuli Venezia Giulia. Essenzjalment, is-sistema tipprevedi li fil-mument tax-xiri tal-fjuwil mill-pompa, l-operaturi tal-istazzjonijiet tas-servizz għandhom jagħtu ammont fiss (għal kull litru) billi jnaqqsu l-prezz dovut għall-fjuwil. L-amministrazzjoni reġjonali għandha tirrimborsa lill-operaturi tal-istazzjonijiet tas-servizz l-ammont mogħti fuq ix-xiri ta’ fjuwil imwettaq mill-benefiċjarji.

L-istruttura tad-Direttiva 2003/96/KE, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, teżiġi livell ta’ tassazzjoni uniku, għal kull prodott u għal kull użu, għat-territorju kollu ta’ kull Stat Membru. Dan il-prinċipju jirriżulta mir-ratio globali tad-Direttiva, u b’mod partikolari mill-premessi 5 u 15 tagħha kif ukoll mill-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva u minn interpretazzjoni sistematika tad-dispożizzjonijiet kollha tagħha. Ma tistax issir deroga mill-prinċipju li jgħid li kull Stat Membru għandu jistabbilixxi livell uniku ta’ tassazzjoni għal kull prodott u għal kull użu fil-każijiet previsti espressament mid-Direttiva. Id-Direttiva 2003/96 tipprovdi sensiela ta’ dispożizzjonijiet li jippermettu li l-Istati Membri japplikaw tnaqqis, eżenzjonijiet jew differenzjazzjonijiet fil-livelli ta’ tassazzjoni għal ċerti prodotti jew għal ċerti użi. Dawn huma, b’mod partikolari, l-Artikoli 5, 7, 15, 16 u 17 kif ukoll l-Artikoli 18 u 19 tad-Direttiva. Dan it-tnaqqis, eżenzjonijiet jew differenzjazzjonijiet jista’ jiġi implimentat mill-Istati Membri skont il-metodi previsti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva. Din l-aħħar dispożizzjoni tipprevedi li l-Istati Membri jkollhom il-fakultà li jagħtu eżenzjonijiet jew tnaqqis direttament, taħt forma ta’ rata ta’ taxxa differenzjata, jew taħt il-forma ta’ rimbors totali jew parzjali tal-ammont tat-taxxa.

Skont il-Kummissjoni, f’dan il-każ jeżisti tnaqqis fid-dazju tas-sisa fuq il-fjuwil għall-magni mhux awtorizzat mid-Direttiva 2003/96/KE dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku.

Il-Kummissjoni b’hekk tqis li f’dan il-każ, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi imposti fuqha abbażi tal-Artikoli 4 u 19 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/36


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2019 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-219/10 RENV, World Duty Free Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-64/19 P)

(2019/C 112/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. A. Sampol Pucurull, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: World Duty Free Group, S.A., li kienet Autogrill España, SA, u l-Kummissjoni Ewropea

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fl-ewwel istanza: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Irlanda

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tilqa’ dan l-appell u tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018, fil-Kawża T-219/10 RENV World Duty Free Group, S.A. vs Il-Kummissjoni Ewropea (1);

tannulla l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE tat-28 ta’ Ottubru 2009 Dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (2) tqis li l-miżura fiskali inkwistjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa bbażat fuq aggravju wieħed li għandu jwassal għall-annullament tas-sentenza appellata. Spanja ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(1) tat-Trattat u, b’mod partikolari, il-kunċett ta’ selettività tal-għajnuna mill-Istat previst fl-imsemmi artikolu. Dan l-aggravju wieħed jista’ jinqasam f’erba’ partijiet:

Fl-ewwel lok, Spanja tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeterminat il-qafas ta’ riferiment tal-miżura fiskali li ma jikkoinċidix ma’ dak tad-deċiżjoni kkontestata;

Fit-tieni lok, Spanja tqis li s-sentenza appellata fiha żball ta’ liġi meta naqset milli tikkunsidra li t-trattament fiskali tal-avvjament finanzjarju jikkostitwixxi miżura ta’ natura ġenerali jew qafas ta’ riferiment awtonomu jew speċifiku;

Fit-tielet lok, Spanja ssostni li s-sentenza fiha wkoll żball ta’ liġi billi tonqos milli tiddefinixxi b’mod korrett l-għan tal-qafas ta’ riferiment u billi twettaq b’mod żbaljat l-eżami tat-tqabbil rikjest mis-sentenza f’World Duty Free (3) (Kawżi magħquda C-20/15 P u C-21/15 P);

Fir-raba’ lok, l-żball fl-identifikazzjoni ta’ element kostitwent tal-qafas ta’ riferiment jimplika żball ta’ liġi fl-attribuzzjoni tal-oneru tal-prova.


(1)  Sentenza tal-15 ta’ Novembru 2018, World Duty Free Group vs Il-Kummissjoni (T-219/11 RENV, EU:T:2018:784).

(2)  ĠU 2011, L 7, p. 48.

(3)  Sentenza tal-21 ta’ Diċembru, Il-Kummissjoni vs World Duty Free Group et (C-20/15 P u C-21/15 P, EU:C:2016:981).


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/37


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2019 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-399/11 RENV, Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-65/19 P)

(2019/C 112/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. A. Sampol Pucurull, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: Banco Santander, S.A. u Santusa Holding, S.L. u Il-Kummissjoni Ewropea

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fl-ewwel istanza: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Irlanda

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tilqa’ dan l-appell u tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018, fil-Kawża T-399/11 RENV Banco Santander, S.A. u Santusa Holding, S.L. vs Il-Kummissjoni Ewropea (1);

tannulla l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni appellata sa fejn id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (2) tqis li l-miżura ta’ tassazzjoni inkwistjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa bbażat fuq aggravju uniku li għandu jagħti lok għall-annullament tas-sentenza appellata. Spanja ssostni li l-Qori Ġenerali wettqet żball ta’ liġi tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, billi interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(1) tat-Trattat u, b’mod partikolari, il-kunċett ta’ natura selettiva tal-għajnuna mill-Istat li huwa inkluż fl-imsemmi artikolu. Dan l-aggravju uniku jista’ jinqasam f’erba’ partijiet:

Fl-ewwel lok, Spanja tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeterminat il-kuntest ta’ referenza tal-miżura ta’ tassazzjoni li ma tikkoinċidix mad-deċiżjoni appellata;

Fit-tieni lok, Spanja tqis li s-sentenza appellata twettaq żball ta’ liġi inkwantu ma tqisx li t-trattament fiskali tal-avvjament finanzjarju jikkostitwixxi miżura ta’ natura ġenerali jew kuntest ta’ referenza awtonomu jew individwali;

Fit-tielet lok, Spanja ssostni li s-sentenza twettaq ukoll żball ta’ liġi inkwantu ma tiddefinixxix korrettament l-għan tal-kuntest ta’ referenza u twettaq b’mod żbaljat l-eżami ta’ paragun li jirrikjedi s-sentenza mogħtija f’appell fil-Kawża World Duty Free (3) (Kawża C-20/15 P u C-21/15 P);

Fir-raba’ lok, l-iżball fl-identifikazzjoni ta’ element li jikkostitwixxi l-kuntest ta’ referenza jimplika żball ta’ liġi fl-attribuzzjoni tal-oneru tal-prova.


(1)  Sentenza tal-15 ta’ Novembru 2018, Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni (T-399/11 RENV, EU:T:2018:787).

(2)  ĠU 2011, L 135, p. 1.

(3)  Sentenza tal-21 ta’ Diċembru 2016, Il-Kummissjoni vs World Duty Free Group et (C-20/15 P u C-21/15 P, EU:C:2016:981).


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/38


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2019 – Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-106/19)

(2019/C 112/44)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, S. Fiorentino, C. Colelli, aġenti)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla r-Regolament (UE) 2018/1718 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 dwar il-post tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, ippubblikat fil-ĠU fis-16 ta’ Novembru 2018, L 291 (1);

tikkundanna lill-Kunsill u lill-Parlament għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqajjem żewġ motivi:

Ksur tal-Artikoli 10, 13 u 14 TUE – Ksur tal-Artikolu 114, tal-Artikolu 168(4)(c) u tal-Artikoli 289 u 294 TFUE: ir-regolament ikkontestat, sa fejn jagħżel lil Amsterdam bħala sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, illimita ruħu sabiex sempliċement jilqa’ l-għażla li saret matul il-laqgħa tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2017, li l-Parlament Ewropew ma kienx ipparteċipa fiha. Minn dan isegwi li, matul l-adozzjoni tar-regolament ikkontestat, il-Parlament, peress li ma seta’ jinfluwenza bl-ebda mod il-kontenut tad-deċiżjoni adottata, ġie essenzjalment imċaħħad milli jeżerċita l-prerogattivi tiegħu, meta dawn kellhom jiġu osservati fl-intier tagħhom abbażi tar-regoli tat-trattati li jirregolaw il-proċedura leġiżlattiva magħżula.

Illegalità derivata mir-regolament ikkontestat, minħabba l-illegalità tad-deċiżjoni tal-20 ta’ Novembru 2017-14559/17 – Użu ħażin ta’ poter minħabba nuqqas ta’ istruttorja u żnaturament tal-fatti: kieku kellu jiġi kkunsidrat li r-regolament ikkontestat seta’ biss effettivament jiżgura li tintlaqa’ d-deċiżjoni adottata fl-20 ta’ Novembru 2017 u li, għaldaqstant, il-prerogattivi tal-Parlament ma nkisrux, allura r-regolament ikkonstestat stess għandu jiġi kkunsidrat bħala milqut, b’mod derivat, mill-illegalitajiet li jivvizzjaw l-imsemmija deċiżjoni, illegalitajiet li r-Repubblika Taljana diġà qajjmet fir-rikors introduttiv tal-Kawża C-59/18.


(1)  Regolament (UE) 2018/1718 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 dwar il-post tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU 2018, L 291, p. 3).


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/39


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl, fil-preżenza ta’: Clinton Osas Alake alias Klenti Solim et

(Kawża C-577/17) (1)

(2019/C 112/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 22, 22.1.2018.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/40


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Svea hovrätt – l-Isvezja) – Dacom Limited vs IPM Informed Portfolio Management AB

(Kawża C-313/18) (1)

(2019/C 112/46)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 268, 30.7.2018.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/40


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Austrian Airlines AG vs MG, NF

(Kawża C-566/18) (1)

(2019/C 112/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 455, 17.12.2018


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/40


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia de Albacete – Spanja) – Los prestatarios vs Globalcaja S.A.

(Kawża C-617/18) (1)

(2019/C 112/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 455, 17.12.2018.


Il-Qorti Ġenerali

25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2019 – Serendipity et vs EUIPO – CKL Holdings (CHIARA FERRAGNI)

(Kawża T-647/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CHIARA FERRAGNI - Trade mark verbali preċedenti tal-Benelux Chiara - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) no 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2019/C 112/49)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Serendipity Srl (Milan, l-Italja), Giuseppe Morgese (Barletta, l-Italja), Pasquale Morgese (Barletta) (rappreżentanti: C. Volpi, L. Aliotta u F. Garbagnati Lo Iacono, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: CKL Holdings NV (Bussum, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Lulju 2017 (Każ R 2444/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, CKL Holdings u, min-naħa l-oħra, Serendipity Srl, G. Morgese u P. Morgese.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal- Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-17 ta’ Lulju 2017 (Każ R 2444/2016-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta’ Serendipity Srl, ta’ Giuseppe Morgese u ta’ Pasquale Morgese.


(1)  ĠU C 392, 20.11.2017.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/41


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2019 – Orkla Foods Danmark vs EUIPO (PRODUCED WITHOUT BOILING SCANDINAVIAN DELIGHTS ESTABLISHED 1834 FRUIT SPREAD)

(Kawża T-34/19)

(2019/C 112/50)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Orkla Foods Danmark (Taastrup, id-Danimarka) (rappreżentant: S. Hansen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “PRODUCED WITHOUT BOILING SCANDINAVIAN DELIGHTS ESTABLISHED 1834 FRUIT SPREAD” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 930 241

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 309/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/42


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2019 – MSI Svetovanje vs EUIPO – Industrial Farmaceutica Cantabria (nume)

(Kawża T-41/19)

(2019/C 112/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MSI Svetovanje, marketing, d.o.o (Vrhnika, is-Slovenja) (rappreżentant: M. Maček, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Industrial Farmaceutica Cantabria, SA (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea nume – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 120 355

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 722/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrent titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għall-ispejjeż sostnuti minn MSI Svetovanje d.o.o.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/43


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2019 – AH vs Eurofound

(Kawża T-52/19)

(2019/C 112/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AH (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenuta: Fondation européenne pour l’amélioration des conditions de vie et de travail

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-22 ta’ Marzu 2018 tal-Fondation européenne pour l’amélioration des conditions de vie et de travail innotifikata lir-rikorrent bl-intermedjarju tal-avukat tiegħu permezz ta’ ittra mfassla mill-avukat ta’ din l-aġenzija, l-uffiċċju tal-avukati Beauchamps, sa fejn din tiċħad l-ilment tiegħu li jinvoka ksur tar-regoli fil-qasam tal-protezzjoni tal-informazzjoni privata u professjonali, it-talba tiegħu għal investigazzjoni dwar dan is-suġġett kif ukoll it-talba għal kumpens imressqa mir-rikorrent fit-2 ta’ Frar 2018 bl-intermedjarju tal-avukat tiegħu;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas is-somma ta’ EUR 30 000 bħala kumpens għad-dannu morali subit b’riżultat tad-“data breach” u taċ-ċaħda tat-talba mressqa fit-2 ta’ Frar 2018;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din id-deċiżjoni ma ttiħditx mill-Awtorità tal-Ħatra kompetenti, iżda minn uffiċċju tal-avukati estern mingħajr mandat jew setgħa f’dan is-sens.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba, tal-obbligu ta’ assistenza u tal-Artikoli 22 u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“regolamenti tal-persunal”), minħabba li l-konvenuta ċaħdet it-talba mingħajr ma wettqet investigazzjoni amministrattiva.

3.

It-tielet motiv, ibbażat b’mod partikolari fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tad-drittijiet tad-difiża u b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ, u tad-dmir ta’ premura.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 26 tar-regolamenti tal-persunal u tad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-qasam tad-dritt għall-protezzjoni tal-informazzjoni personali.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq kunflitt ta’ interess u fuq il-ksur tal-obbligi ta’ oġġettività, ta’ imparzjalità u ta’ indipendenza tal-amministrazzjoni.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq użu ħażin tal-poter.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 17 tar-regolamenti tal-persunal u tal-kunfidenzjalità marbuta mal-attivitajiet sindakali li għandu d-dritt li jipparteċipa fihom kull ħaddiem.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/44


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2019 – Nosio vs EUIPO (BIANCOFINO)

(Kawża T-54/19)

(2019/C 112/53)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nosio SpA (Mezzocorona, l-Italja) (rappreżentanti: J. Graffer u A. Ottolini, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “BIANCOFINO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 376 758

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 2434/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001;


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/44


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2019 – Ċipru vs EUIPO – Filotas Bellas Mpellas & Yios (Halloumi Vermion grill cheese M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927)

(Kawża T-60/19)

(2019/C 112/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, V. Marsland, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Filotas Bellas Mpellas & Yios AE (Alexandreia Imathias, il-Greċja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li fiha l-elementi verbali Halloumi χαλλούμι Vermion grill cheese/grill est/grill kase M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927 – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 172 276

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 2296/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti jbatu l-ispejjeż tagħhom stess u dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat ix-xebh tal-prodotti.

Il-Bord tal-Appell wettaq żball meta qies li seta’ validament jittrasponi r-raġunament tal-Qorti Ġenerali f’sentenzi preċedenti.

Il-Bord tal-Appell sostna b’mod żbaljat li trade mark nazzjonali preċedenti kienet totalment nieqsa mill-karattru distintiv li jiddistingwi prodotti li huma ċċertifikati minn dawk li ma humiex.

Il-Bord tal-Appell wettaq żball meta qabbel it-trade marks u evalwa l-probabbiltà ta’ konfużjoni.

Il-Bord tal-Appell naqas milli jikkunsidra d-dispożizzjonijiet nazzjonali u l-ġurisprudenza dwar il-portata u l-effett ta’ trade marks ta’ ċertifikazzjoni nazzjonali.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/45


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2019 – ECSEL Joint Undertaking vs Personal Health Institute International

(Kawża T-64/19)

(2019/C 112/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ECSEL Joint Undertaking (rappreżentanti: G. Kuyper u P. Brochier, avukati)

Konvenuta: Personal Health Institute International (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lil ECSEL l-ammont ta’ EUR 25 513,84, flimkien mal-interessi bir-rata kuntrattwali ta’ 3,5 % mill-15 ta’ Diċembru 2014 sakemm isir il-ħlas komplet.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed biss ibbażat fuq l-allegat ksur kuntrattwali mill-konvenuta li, skont ir-rikorrenti, ma tat l-ebda dettall jew informazzjoni dwar il-proġett tagħha lill-awtorità ta’ finanzjament nazzjonali kompetenti u kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha, liema fatt jiġġustifika għalhekk ix-xoljiment tal-kuntratt, għal dak li jirrigwarda r-rikorrenti, permezz tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti li jinsabu fl-Artikolu II.20.1 tal-Anness II tal-ftehim ta’ għotja.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/46


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2019 – Sixsigma Networks Mexico vs EUIPO – Dokkio (DOKKIO)

(Kawża T-67/19)

(2019/C 112/56)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sixsigma Networks Mexico, SA de CV (Il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: C. Casas Feu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dokkio, Inc. (San Mateo, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali DOKKIO – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 308 971 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni Tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 1187/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiċħad l-oppożizzjoni B 2800087;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti minn Sixsigma Networks Mexico, SA de CV;

tikkundanna lil Dokkio, Inc. għall-ispejjeż sostnuti minn Sixsigma Networks Mexico, SA de CV.

Motivi invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/47


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2019 – Südwestdeutsche Salzwerke vs EUIPO (Bad Reichenhaller Alpensaline)

(Kawża T-69/19)

(2019/C 112/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Südwestdeutsche Salzwerke AG (Heilbronn, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Bad Reichenhaller Alpensaline – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 126 217

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 412/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tordna r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni Nru 17 126 217, sa fejn ġiet miċħuda;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/47


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2019 – DK Company vs EUIPO – Hunter Boot (DENIM HUNTER)

(Kawża T-74/19)

(2019/C 112/58)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: DK Company A/S (rappreżentanti: S. Hansen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hunter Boot Limited (Edinburgh, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “DENIM HUNTER”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 649 891

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 849/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibdel id-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Il-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/48


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2019 – Comune di Milano vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-75/19)

(2019/C 112/59)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Comune di Milano (rappreżentanti: F. Sciaudone, M. Condinanzi u A. Neri, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament (UE) 2018/1718 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 dwar il-post tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (“EMA”);

tiddikkjara d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2017 ineffettiva abbażi tal-punt 6 tar-Regoli tal-Proċedura tat-22 ta’ Ġunju 2017;

tikkundanna lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew għall-ħlas tal-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ demokrazija rappreżentattiva (Artikolu 10 TUE), fuq il-bilanċ istituzzjonali u l-kooperazzjoni leali (Artikolu 13 TUE), kif ukoll ksur formali essenzjali u tal-Artikolu 14 TUE

Ir-rikorrent jinvoka l-ksur tal-prinċipji ineżami inkwantu: (i) is-sede tal-EMA ġiet magħżula minn istituzzjoni waħda, il-Kunsill, fi tmiem il-proċess deċiżjonali rrappreżentat fid-deċiżjoni tal-20 ta’ Novembru 2017, li ddetermina l-kontenut tar-regolament ikkontestat (jiġifieri l-għażla ta’ Amsterdam bħala sede tal-EMA), barra u qabel ma nbdiet il-proċedura leġiżlattiva ordinarja; (ii) matul il-proċedura ta’ selezzjoni tas-sede tal-EMA, fejn fil-fatt ġie eżawrit il-proċess deċiżjonali, il-Kunsill u il-Kummissjoni – l-uniċi istituzzjonijiet involuti fil-proċess ta’ selezzjoni – ma involvewx lill-Parlament; (iii) fl-ambitu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Kunsill u l-Kummissjoni poġġew lill-Parlament quddiem fatt deċiż tal-għażla (diġà magħmula) tas-sede ta’ Amsterdam; (iv) il-Kunsill u l-Kummissjoni ma ħallew lill-Parlament l-ebda marġni ta’ intervent sabiex jevalwa jew tiġi diskussa tali deċiżjoni, u anzi kkonkludew il-proċedura leġiżlattiva fl-iqsar żmien possibbli; (v) il-Parlament tneħħietlu l-possibbiltà li jeżerċita l-funzjoni tiegħu minkejja li hija prevista mit-trattati u, matul il-proċedura leġiżlattiva, ġie mġiegħel kontra r-rieda tiegħu “jirratifika” d-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-eżistenza f’dan il-każ ta’ użu ħażin tal-poter u l-ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ekwità

Skont ir-rikorrent, l-għan tal-proċedura ta’ selezzjoni kien dak li tiġi individwata l-aħjar offerta għar-riallokazzjoni tas-sede tal-EMA fid-dawl tal-kriterji oġġettivi ta’ selezzjoni stabbiliti minn qabel fis-sejħa għal offerti. Madankollu, f’dan il-każ, l-individwazzjoni tas-sede bil-polza mingħajr investigazzjoni ma pprermettitx il-verifika tan-nuqqas ta’ ekwivalenza bejn iż-żewġ applikazzjonijiet ta’ Milano u ta’ Amsterdam u ma ppermettitx li tingħażel l-aħjar offerta. Barra minn hekk, ir-riżultat tal-vot tal-20 ta’ Novembru 2017 favur Amsterdam kien konsegwenza tan-nuqqas ta’ twettiq mill-Kummissjoni ta’ investigazzjoni effettiva u tal-fatt li l-offerta Olandiża ma ġietx mifhuma sewwa (u wkoll, taħt diversi aspetti essenzjali). Konsegwentement, l-Istati Membri vvotaw il-kandidatura ta’ Amsterdam billi kkunsidraw b’mod żbaljat li din kienet tissoddisfa r-rekwiżiti meħtieġa mis-sejħa għal offerti u l-bżonnijiet speċifiċi tal-Aġenzija. Barra minn hekk, l-offerta Olandiża ġiet emendata ex post (saret agħar minn qabel) wara l-vot tal-20 ta’ Novembru 2017. L-emendi tal-offerta ġew innegozzjati b’mod sigriet u bilateralment. L-ivvizzjar tad-deċiżjoni tal-20 ta’ Novembru 2017 iwasslu għall-illegalità tar-regolament ikkontestat.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba

F’dan ir-rigward ir-rikorrent jissottometti li l-proċess deċiżjonali li wassal għall-għażla tas-sede l-ġdida tal-EMA kien ikkaratterizzat mill-assenza ta’ formalitajiet u ta’ metodu intiżi sabiex tiġi ggarantita t-trasparenza meħtieġa. In-nuqqasijiet ta’ investigazzjoni u l-innegozzjar mill-ġdid sussegwenti, bilaterali u sigrieta ta’ xi kundizzjonijiet essenzjali tal-offerta Olandiża aggravaw il-ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza. Barra minn hekk, ma ġewx ikkunsidrati ħafna elementi rilevanti għad-deċiżjoni. In-nuqqas ta’ evalwazzjoni effettiva tal-offerta u l-fatt li l-Kummissjoni ma fehmitx sewwa l-offerta Olandiża minn tliet aspetti essenzjali (superfiċi tas-sede temporanja, kundizzjonijiet finanzjarji, nuqqas ta’ kapaċità li jiġi ggarantit it-tħaddim kontinwu tal-Aġenzija) aggravaw il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2009 dwar l-adozzjoni tar-regolament intern tiegħu, kif ukoll fuq il-ksur tar-regoli proċedurali tal-Kunsill, tal-31 ta’ Ottubru 2017

F’dan ir-rigward ir-rikorrent jissottometti li l-mod ta’ svolġiment u r-riżultat tal-vot huma vvizzjati minħabba l-ksur tar-regoli speċifiċi li l-Kunsill kellu josserva u jwasslu għall-illegalità tad-deċiżjoni tal-20 ta’ Novembru 2017 u tar-regolament ikkontestat.


25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/49


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2019 – Apostolopoulou u Apostolopoulou-Chrysanthaki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-81/19)

(2019/C 112/60)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Zoe Apostolopoulou u Anastasia Apostolopoulou-Chrysanthaki (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: D. Gouskos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tgħaqqad din il-kawża ma’ dik konnessa magħha mibdija minnhom fil-25 ta’ Ottubru 2018, irreġistrata bin-numru T-721/2018;

tilqa’ r-rikors tagħhom u tikkundanna lill-konvenuti, flimkien u in solidum, iħallsu lil kull waħda mir-rikorrenti s-somma totali ta’ miljun u mitt elf euro, bħala kumpens għad-dannu morali sostnut minnhom minħabba ksur tad-drittijiet ta’ personalità tagħhom, kif tali somma ġiet spjegata fid-dettall fir-rikors tagħhom;

tikkundanna lill-konvenuti sabiex fil-futur jastjenu minn kwalunkwe ksur tad-drittijiet ta’ personalità tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-ewwel konvenuta terġa’ tistabbilixxi l-unur u r-reputazzjoni tar-rikorrenti permezz ta’ dikjarazzjoni;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż proċedurali kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra l-Kummissjoni Ewropea u l-Unjoni Ewropea. Fid-dawl tal-fatt li din tal-aħħar tiġi dejjem irrappreżentata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mill-istituzzjoni responsabbli għall-att jew l-aġir ikkontestat, il-Kummissjoni hija kkunsidrata, konsegwentement, l-unika konvenuta f’dan ir-rikors.

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ lealtà u ta’ ekwità bejn il-partijiet, fuq il-ksur tal-prinċipju fundamentali tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u fuq il-ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal proċess xieraq.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dinjità umana u tal-personalità tar-rikorrenti bi ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ legalità, ta’ bone fide u tal-aspettattivi leġittimi.