ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 106

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
20 ta' Marzu 2019


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

2019/C 106/01 BERS/2019/1

Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Jannar 2019 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (BERS/2019/1)

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 106/02

Rata tal-kambju tal-euro

11

2019/C 106/03

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid (El Vicario (DOP))

12


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

2019/C 106/04

Sejħa għal proposti — GR/002/2019 — Netwerk ta’ Appoġġ għall-Proprjetà Intellettwali għall-Prosekuturi

23

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 106/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9334 — GTCR/Apax Partners/Dolphin TopCo) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

26


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU

tal-15 ta’ Jannar 2019

li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom

(BERS/2019/1)

(2019/C 106/01)

IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u l-Artikoli 16 sa 18 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 458(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 18 sa 20 tagħha,

Billi:

(1)

Biex jiġu żgurati miżuri ta’ politika makroprudenzjali effettivi u konsistenti, huwa importanti li r-reċiproċità obbligatorja meħtieġa taħt id-dritt tal-Unjoni tiġi kkomplementata bir-reċiproċità volontarja.

(2)

Il-qafas dwar ir-reċiproċità volontarja għall-miżuri tal-politika makroprudenzjali, stabbilit fir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4) għandu l-għan li jiżgura li l-miżuri ta’ politika makroprudenzjali bbażata fuq l-iskoperturi attivati fi Stat Membru jkunu reċiprokati fl-Istati Membri l-oħrajn.

(3)

Fl-24 ta’ Ġunju 2016, skont ir-Rakkomandazzjoni BERS/2016/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (5), ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 ġiet emendata sabiex tirrakkomanda r-reċiproċità tar-riżerva dwar ir-Riskju Sistemiku ta’ 1 fil-mija applikata mill-Eesti Pank skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/EU (6) għall-iskoperturi domestiċi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fl-Estonja.

(4)

Sussegwentement, skont ir-Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 (7), ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 ġiet emendata sabiex tirrakkomanda li l-awtorità attivanti rilevanti tipproponi livell limitu ta’ materjalità massima meta tissottometti talba għar-reċiprokazzjoni lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), li taħtu l-iskopertura ta’ fornitur individwali ta’ servizz finanzjarju għar-riskju makroprudenzjali identifikat fil-ġurisdizzjoni fejn tiġi applikata l-miżura tal-politika makroprudenzjali mill-awtorità attivanti tista’ titqies bħala mhux materjali. Il-BERS jista’, madankollu, jirrakkomanda livell limitu differenti jekk jitqies neċessarju.

(5)

F’April 2018, skont l-Artikolu 133(10)(b) tad-Direttiva 2013/36/EU, Eesti Pank eżamina mill-ġdid ir-riżerva għal riskju sistemiku u ffissa mill-ġdid ir-rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku applikabbli għall-iskoperturi domestiċi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fl-Estonja għal 1 fil-mija.

(6)

Wara t-talba ta’ Eesti Pank lill-BERS, il-Bord Ġenerali tal-BERS iddeċieda li jirrakkomanda livell limitu massimu ta’ materjalità ta’ EUR 250 miljun ta’ skoperturi li jinsabu fl-Estonja sabiex jiggwida l-applikazzjoni tal-prinċipju de minimis mill-Istat Membru reċiprokanti għar-rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku ta’ 1 fil-mija ffissata mill-Estonja li kienet irrakkomandata għar-reċiprokazzjoni mill-BERS skont ir-Rakkomandazzjoni BERS/2016/4.

(7)

Barra minn hekk, mill-31 ta’ Diċembru 2018, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja u li jużaw l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital regolatorju huma soġġetti, skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għal minimu speċifiku għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ 25 fil-mija għall-medja peżata għall-iskopertura tal-piżijiet tar-riskju applikati għall-portafoll ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur lil debituri li jirrisjedu fl-Iżvezja ggarantiti minn proprjetà immobbli.

(8)

Wara t-talba minn Finansinspektionen lill-BERS taħt l-Artikolu 458(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u sabiex jiġi evitat li jseħħu effetti transkonfinali negattivi fil-forma ta’ tixrid u arbitraġġ regolatorju li jistgħu jiġu kkawżati mill-implimentazzjoni tal-miżura tal-politika makroprudenzjali applikata fi Franza skont l-Artikolu 458(2)(d)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-Bord Ġenerali tal-BERS iddeċieda li jinkludi din il-miżura fil-lista ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali li huma rrakkomandati li jiġu reċiprokati taħt ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2.

(9)

Il-Bord Ġenerali tal-BERS iddeċieda li jirrakkomanda wkoll livell limitu massimu ta’ materjalità ta’ SEK 5 biljun ta’ skoperturi lil debituri li jirrisjedu fl-Iżvezja ggarantiti minn proprjetà immobbli sabiex jiggwida l-applikazzjoni tal-prinċipju de minimis mill-Istat Membru reċiprokanti.

(10)

Għaldaqstant, ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

EMENDI

Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 hija emendata kif ġej:

1.

fit-Taqsima 1, is-subrakkomandazzjoni C(1) hija sostitwita b’dan li ġej:

“1.

L-awtoritajiet rilevanti huma rrakkomandati li jirreċiprokaw il-miżuri tal-politika makroprudenzjali adottati minn awtoritajiet rilevanti oħrajn u rrakkomandati għal reċiprokazzjoni mill-BERS. Huwa rrakkomandat li l-miżuri li ġejjin, kif deskritt aktar fl-Anness, jiġu rreċiprokati:

L-Estonja:

rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku ta’ 1 fil-mija applikata skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE għall-iskoperturi domestiċi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fl-Estonja;

Il-Finlandja

perċentwal minimu ta’ 15 fil-mija għall-piż tar-riskju medju fuq self ipotekarju residenzjali ggarantit minn ipoteka fuq unitajiet domestiċi fil-Finlandja applikata b’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Finlandja, li jużaw l-approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni (approċċ IRB) għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital regolatorju;

Il-Belġju:

suppliment għall-piż tar-riskju għall-iskoperturi għall-konsumatur iggarantit minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju, applikat b’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Belġju, li jużaw l-approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital regolatorju u kompost minn:

(a)

suppliment għall-piż tar-riskju fiss ta’ 5 punti perċentwali; u

(b)

suppliment għall-piż tar-riskju proporzjonat li jikkonsisti minn 33 fil-mija tal-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piż tar-riskju applikat għall-portafoll ta’ skoperturi għall-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju;

Franza:

tnaqqis tal-limitu ta’ skopertura kbira pprovdut fl-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, applikabbli għall-iskoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji b’dejn kbir li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza għal 5 fil-mija tal-kapital eliġibbli, applikat skont l-Artikolu 458(2)(d)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal istituzzjonijiet sistemikament importanti globali (G-SIIs) u istituzzjonijiet sistemikament importanti oħrajn (O-SIIs) fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom;

L-Iżvezja:

perċentwal minimu speċifiku għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ 25 fil-mija għall-medja peżata għall-iskopertura tal-piżijiet tar-riskju applikati għall-portafoll ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur lil debituri li jirrisjedu fl-Iżvezja ggarantiti minn proprjetà immobbli skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-Approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital regolatorju.”;

2.

L-Anness huwa sostitwit bl-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta’ Jannar 2019.

Francesco MAZZAFERRO

Il-Kap tas-Segretarjat tal-BERS

f’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(3)  ĠU C 58, 24.2.2011, p. 4.

(4)  Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 9).

(5)  Rakkomandazzjoni BERS/2016/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-24 ta’ Ġunju 2016 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 290, 10.8.2017, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(7)  Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Ottubru 2017 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 431, 15.12.2017, p. 1).


ANNESS

L-Anness għar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Anness

L-Estonja

rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku ta’ 1 fil-mija applikata skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE għall-iskoperturi domestiċi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fl-Estonja

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

Il-miżura Estonjana tikkostitwixxi rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku ta’ 1 fil-mija applikata skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE għall-iskoperturi domestiċi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fl-Estonja.

II.   Reċiprokazzjoni

2.

Meta l-Istati Membri jkunu implimentaw l-Artikolu 134 tad-Direttiva 2013/36/UE fil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet rilevanti huma rrakkomandati li jirreċiprokaw il-miżura Estonjana għal skoperturi li jinsabu fl-Estonja ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament skont l-Artikolu 134(1) tad-Direttiva 2013/36/UE. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, tapplika l-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3).

3.

Meta l-Istati Membri ma jkunux implimentaw l-Artikolu 134 tad-Direttiva 2013/36/UE fil-liġi nazzjonali, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Estonjana għal skoperturi li jinsabu fl-Estonja ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament skont is-subrakkomandazzjoni C(2). Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti fi żmien sitt xhur.

III.   Livell limitu ta’ materjalità

4.

Il-miżura hija kkomplementata minn livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 250 miljun speċifiku għall-istituzzjonijiet applikat għall-iskoperturi li jinsabu fl-Estonja sabiex jiggwida l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura.

5.

B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw lil istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament li għandhom skoperturi li jinsabu fl-Estonja li huma taħt il-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 250 miljun. Meta japplikaw il-livell limitu tal-materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkomandat li japplikaw il-miżura Estonjana għal istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li qabel kienu eżentati meta jeċċedu l-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 250 miljun.

6.

Fejn ma hemmx istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Istati Membri kkonċernati li għandhom skoperturi li jinsabu fl-Estonja ta’ EUR 250 miljun jew aktar, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura Estonjana, kif stipulat fit-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkommandat lilhom li jirreċiprokaw il-miżura Estonjana meta istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata domestikament teċċedi l-livell limitu ta’ EUR 250 miljun.

7.

B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 250 miljun huwa livell limitu massimu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità.

Il-Finlandja

Livell minimu ta’ 15 % speċifiku għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-piż tar-riskju medju fuq self iggarantit minn ipoteka fuq unitajiet domestiċi fil-Finlandja applikabbli għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni (approċċ IRB) (minn hawn ’il quddiem “istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB”) bis-saħħa tal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

Il-miżura Finlandiża, applikata b’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, tikkonsisti minn livell minimu ta’ 15 % speċifikament għal istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-piż tar-riskju medju għal istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB, fil-livell ta’ portafoll, għal self ipotekarju residenzjali ggarantit minn unitajiet domestiċi fil-Finlandja.

II.   Reċiprokazzjoni

2.

B’konformità mal-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jirreċiprokaw il-miżura Finlandiża u japplikawha għall-portafolli tal-istituti ta’ kreditu IRB ta’ self ipotekarju għall-konsumatur iggarantit minn unitajiet domestiċi fil-Finlandja, maħruġ minn friegħi awtorizzati domestikament li jinsabu fil-Finlandja. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, tapplika l-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3).

3.

Huwa rrakkomandat ukoll li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Finlandiża u japplikawha għall-portafolli tal-istituti ta’ kreditu IRB ta’ self ipotekarju għall-konsumatur iggarantit minn unitajiet domestiċi fil-Finlandja, maħruġ direttament b’mod transkonfinali minn istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, tapplika l-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3).

4.

Skont is-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jkollha l-effett l-aktar ekwivalenti għall-miżura rakkomandata għar-reċiprokazzjoni msemmija hawn fuq, inkluża l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti fi żmien erba’ xhur.

III.   Livell limitu ta’ materjalità

5.

Il-miżura hija kkomplementata minn livell limitu ta’ materjalità ta’ skopertura ta’ EUR 1 biljun għas-suq ipotekarju Finlandiż biex tiggwida l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-Istati Membri reċiprokanti.

6.

B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw lil istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB individwali b’portafolli non-materjali ta’ self ipotekarju għall-konsumatur iggarantit minn unitajiet domestiċi fil-Finlandja li huma taħt il-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 1 biljun. F’dan il-każ l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkomandat lilhom li jirreċiprokaw fejn istituzzjoni ta’ kreditu IRB teċċedi l-livell limitu ta’ EUR 1 biljun.

7.

Fejn ma hemmx istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB awtorizzati fi Stati Membri oħrajn ikkonċernati bi friegħi li jinsabu fil-Finlandja jew li jipprovdu servizzi finanzjarji direttament fil-Finlandja, li għandhom skoperturi ta’ EUR 1 biljun jew aktar għas-suq ipotekarju Finlandiż, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx kif stipulat fit-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. F’dan il-każ l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkomandat lilhom li jirreċiprokaw fejn istituzzjoni ta’ kreditu IRB teċċedi l-livell limitu ta’ EUR 1 biljun.

Il-Belġju

Suppliment għall-piż tar-riskju għall-iskoperturi għall-konsumatur iggarantit minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju, impost fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Belġju, li jużaw l-Approċċ IRB u applikat b’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Is-suppliment huwa magħmul minn żewġ komponenti:

(a)

suppliment għall-piż tar-riskju fiss ta’ 5 punti perċentwali; u

(b)

suppliment għall-piż tar-riskju proporzjonat li jikkonsisti minn 33 fil-mija tal-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piż tar-riskju applikat għall-portafoll ta’ skoperturi għall-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju;

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

Il-miżura Belġjana, applikata skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u imposta fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Belġju li jużaw l-Approċċ IRB, tikkonsisti f’suppliment għall-piż tar-riskju għall-iskoperturi għall-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju, li huwa magħmul minn żewġ komponenti:

(a)

L-ewwel komponent jikkonsisti f’żieda ta’ 5 punti perċentwali għall-piż tar-riskju għall-iskoperturi għall-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju miksuba wara l-komputazzjoni tat-tieni parti tas-suppliment għall-piż tar-riskju skont il-punt (b).

(b)

It-tieni komponent jikkonsisti f’żieda għall-piż tar-riskju ta’ 33 fil-mija tal-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piż tar-riskju applikat għall-portafoll ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju. Il-medja ponderata skont l-iskopertura hija l-medja tal-ponderazzjonijiet tar-riskju tas-self individwali kkalkulata skont l-Artikolu 154 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ippeżata mill-valur tal-iskopertura rilevanti.

II.   Reċiprokazzjoni

2.

Skont l-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jirreċiprokaw il-miżura Belġjana billi japplikawha għall-friegħi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament li jinsabu fil-Belġju li jużaw l-Approċċ IRB fl-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3).

3.

Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Belġjana billi japplikawha għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament li jużaw l-Approċċ IRB li għandhom skoperturi għall-konsumatur diretti ggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju. Skont is-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw l-istess miżura bħal dik li ġiet implimentata fil-Belġju mill-awtorità attivanti fl-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3).

4.

Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali mhijiex disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti fi żmien erba’ xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

III.   Livell limitu ta’ materjalità

5.

Il-miżura hija kkomplementata minn livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 2 biljun speċifiku għall-istituzzjonijiet sabiex jiggwida l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura.

6.

B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw lil istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li jużaw l-Approċċ IRB li għandhom skoperturi non-materjali għall-konsumatur garantiti minn proprjetà immobbli residenzjali fil-Belġju li huma taħt il-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 2 biljun. Meta japplikaw il-livell limitu tal-materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkomandat li japplikaw il-miżura Belġjana għal istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li qabel kienu eżentati meta jeċċedu l-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 2 biljun.

7.

Fejn ma hemmx istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Istati Membri kkonċernati bi friegħi li jinsabu fil-Belġju jew li għandhom skoperturi diretti għall-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali fil-Belġju, li jużaw l-Approċċ IRB u li għandhom skoperturi ta’ EUR 2 biljun jew aktar għas-suq Belġjan tal-proprjetà immobbli residenzjali, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura Belġjana. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkommandat lilhom li jirreċiprokaw il-miżura Belġjana meta istituzzjoni ta’ kreditu li tuża l-Approċċ IRB teċċedi l-livell limitu ta’ EUR 2 biljun.

8.

B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 2 biljun huwa livell limitu massimu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità.

Franza

Tnaqqis tal-limitu ta’ skopertura kbira pprovdut fl-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, applikabbli għall-iskoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji b’dejn kbir li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza għal 5 fil-mija tal-kapital eliġibbli, applikat skont l-Artikolu 458(2)(d)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal istituzzjonijiet sistemikament importanti globali (G-SIIs) u istituzzjonijiet sistemikament importanti oħrajn (O-SIIs) fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom.

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

Il-miżura Franċiża, applikata skont l-Artikolu 458(2)(d)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u imposta fuq il-G-SIIs u l-O-SIIs fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom (mhux f’livell subkonsolidat), tikkonsisti fi tnaqqis tal-limitu ta’ skopertura kbira għal 5 fil-mija tal-kapital eliġibbli tagħhom, applikabbli għal skoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar b’dejn kbir li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza.

2.

Korporazzjoni mhux finanzjarja hija definita bħala persuna fiżika jew ġuridika taħt id-dritt privat li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza, u li, fil-livell tagħha u fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni, tappartjeni għas-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif iddefinit fil-punt 2.45 tal-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

3.

Il-miżura tapplika għal skoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza u għal skoperturi għal gruppi ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi kif ġej:

(a)

Għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li huma parti minn grupp ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi Franza, il-miżura tapplika għat-total tal-iskoperturi netti lejn il-grupp u l-entitajiet konnessi kollha tiegħu fit-tifsira tal-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

Għall-korporazzjonijiet mhux finanzjarji li huma parti minn grupp ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni barra Franza, il-miżura tapplika għat-total ta’:

(i)

l-iskoperturi għal dawk il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza;

(ii)

l-iskoperturi għall-entitajiet fi Franza jew barra mill-pajjiż li fuqhom il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji msemmija f’(i) għandhom kontroll dirett jew indirett skont it-tifsira tal-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(iii)

l-iskoperturi għall-entitajiet fi Franza jew barra mill-pajjiż li huma ekonomikament dipendenti fuq il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji msemmija f’(i) skont it-tifsira tal-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għaldaqstant, korporazzjonijiet mhux finanzjarji li m’għandhomx l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza u li mhumiex sussidjarji jew entitajiet ekonomikament dipendenti fuq, u li mhumiex ikkontrollati direttament jew indirettament minn, korporazzjoni mhux finanzjarja li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza, ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura.

Skont l-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-miżura hija applikabbli wara li jiġi kkunsidrat l-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu u tal-eżenzjonijiet skont l-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.

G-SII jew O-SII għandha tikkunsidra korporazzjoni mhux finanzjarja li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza bħala kbira jekk l-iskopertura oriġinali tagħha għall-korporazzjoni mhux finanzjarja, jew għall-grupp ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi fit-tifsira tal-paragrafu 3, hija ta’ EUR 300 miljun jew aktar. Il-valur tal-iskopertura oriġinali huwa kkalkulat skont l-Artikoli 389 u 390 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 qabel tikkunsidra l-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu u tal-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif irrappurtat skont l-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (2).

5.

Korporazzjoni mhux finanzjarja titqies li għandha dejn kbir jekk ikollha proporzjon ta’ ingranaġġ li huwa akbar minn 100 fil-mija u proporzjon ta’ kopertura tal-imposti finanzjarji taħt tlieta, ikkalkulati fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-grupp kif ġej:

(a)

Il-proporzjon ta’ lieva huwa l-proporzjon bejn id-dejn totali nett mill-kontanti u l-ekwità; u

(b)

Il-proporzjon ta’ kopertura tal-imposti finanzjarji huwa l-proporzjon bejn, minn naħa, il-valur miżjud flimkien mas-sussidji operattivi nieqes: (i) il-pagi; (ii) it-taxxi u d-dazji operattivi; (iii) spejjeż operattivi ordinarji netti oħrajn minbarra l-imgħax nett u imposti simili; u (iv) id-deprezzament u l-amortizzazzjoni, u, min-naħa l-oħra, l-imgħax u imposti simili.

Il-proporzjonijiet huma kkalkulati abbażi ta’ aggregati tal-kontabilità ddefiniti skont l-istandards applikabbli, kif ippreżentati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-korporazzjoni mhux finanzjarja, iċċertifikati fejn xieraq minn kontabilista bil-liċenzja.

II.   Reċiprokazzjoni

6.

Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Franċiża billi japplikawha għall-G-SIIs u l-O-SIIs awtorizzati domestikament fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fil-ġurisdizzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom.

7.

Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali mhijiex disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, f’konformità mas-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

III.   Livell limitu ta’ materjalità

8.

Il-miżura hija kkomplementata minn livell limitu ta’ materjalità kombinat sabiex jiggwida l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura, li hija komposta minn:

(a)

Livell limitu ta’ EUR 2 biljun għall-iskoperturi oriġinali totali ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju għas-settur Franċiż ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji;

(b)

Livell limitu ta’ EUR 300 miljun applikabbli għal G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament li huwa ugwali għal jew jaqbeż il-livell limitu msemmi f’(a) għal:

(i)

skopertura oriġinali waħda għal korporazzjoni mhux finanzjarja li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza;

(ii)

it-total ta’ espożizzjonijiet oriġinali għal grupp ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji, li għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi Franza, ikkalkulat skont il-paragrafu 3(a);

(iii)

it-total tal-espożizzjonijiet oriġinali għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza li huma parti minn grupp ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi li għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fi Franza kif irrappurtat fil-mudelli C 28.00 u C 29.00 tal-Anness VIII għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014;

(c)

Livell limitu ta’ 5 fil-mija tal-kapital eliġibbli tal-G-SII jew tal-O-SII fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni, għal skoperturi identifikati f’(b) wara li jiġi kkunsidrat l-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu u l-eżenzjonijiet skont l-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Il-livelli limiti msemmija fil-paragrafi (b) u (c) għandhom ikunu applikati irrispettivament minn jekk l-entità rilevanti jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja għandhiex dejn kbir jew le.

Il-valur tal-iskopertura oriġinali msemmi fil-paragrafi (a) u (b) għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikoli 389 u 390 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 qabel jitqies l-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu u l-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif irrappurtat skont l-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014.

9.

B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw lill-G-SIIs jew l-O-SIIs awtorizzati domestikament fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju li ma jiksrux il-livell limitu ta’ materjalità kkombinat imsemmi fil-paragrafu 8. Meta japplikaw il-livell limitu ta’ materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għas-settur Franċiż tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif ukoll il-konċentrazzjoni ta’ skopertura ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza, u huwa rrakkomandat li japplikaw il-miżura Franċiża għal G-SIIs jew O-SIIs awtorizzati domestikament eżentati qabel fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom meta l-livell limitu ta’ materjalità kkombinat imsemmi fil-paragrafu 8 jinkiser. L-awtoritajiet rilevanti huma mħeġġa wkoll jissenjalaw ir-riskji sistemiċi assoċjati mal-lieva miżjuda ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza lil parteċipanti tas-suq oħrajn fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

10.

Fejn ma jkunx hemm G-SIIs jew O-SIIs fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom awtorizzati fl-Istati Membri kkonċernati u li għandhom skoperturi għas-settur Franċiż tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji ogħla mil-livell limitu ta’ materjalità msemmi fil-paragrafu 8, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura Franċiża. F’dan il-każ l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskopertura ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għas-settur Franċiż ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif ukoll il-konċentrazzjoni tal-iskopertura ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza, u huwa rrakkomandat li jirreċiprokaw il-miżura Franċiża meta G-SII jew O-SII fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħha teċċedi l-livell limitu ta’ materjalità kkombinat imsemmi fil-paragrafu 8. L-awtoritajiet rilevanti huma mħeġġa wkoll jissenjalaw ir-riskji sistemiċi assoċjati mal-lieva miżjuda ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza lil parteċipanti tas-suq oħrajn fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

11.

F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità kombinat imsemmi fil-paragrafu 8 huwa livell limitu massimu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità.

L-Iżvezja:

Perċentwal minimu speċifiku għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ 25 fil-mija għall-medja peżata għall-iskopertura tal-piżijiet tar-riskju applikati għall-portafoll ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur lil debituri li jirrisjedu fl-Iżvezja ggarantiti minn proprjetà immobbli skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-Approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital regolatorju.

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

Il-miżura Żvediża, applikata skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u imposta fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-Approċċ IRB, tikkonsisti f’perċentwal minimu speċifiku għall-istituzzjonijiet ta’ 25 fil-mija għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piż tar-riskju applikat għall-portafoll ta’ skoperturi għall-konsumatur għad-debituri li jirrisjedu fl-Iżvezja ggarantiti minn proprjetà immobbli.

2.

Il-medja ponderata skont l-iskopertura hija l-medja tal-ponderazzjonijiet tar-riskju tal-iskoperturi individwali kkalkulata skont l-Artikolu 154 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ippeżata mill-valur tal-iskopertura rilevanti.

II.   Reċiprokazzjoni

3.

Skont l-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jirreċiprokaw il-miżura Żvediża billi japplikawha għall-friegħi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament li jinsabu fl-Iżvezja li jużaw l-Approċċ IRB fl-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3).

4.

Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Żvediża billi japplikawha għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament li jużaw l-Approċċ IRB li għandhom skoperturi għall-konsumatur diretti għal debituri li jirrisjedu fl-Iżvezja ggarantiti minn proprjetà immobbli. Skont is-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw l-istess miżura bħal dik li ġiet implimentata fl-Iżvezja mill-awtorità attivanti fl-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3).

5.

Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali mhijiex disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti fi żmien erba’ xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

III.   Livell limitu ta’ materjalità

6.

Il-miżura hija kkomplementata minn livell limitu ta’ materjalità ta’ SEK 5 biljun speċifiku għall-istituzzjonijiet sabiex jiggwida l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura.

7.

B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw lil istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li jużaw l-Approċċ IRB li għandhom skoperturi non-materjali għall-konsumatur għal debituri li jirrisjedu fl-Iżvezja ggarantiti minn proprjetà immobbli li huma taħt il-livell limitu ta’ materjalità ta’ SEK 5 biljun. Meta japplikaw il-livell limitu tal-materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkomandat li japplikaw il-miżura Żvediża għal istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li qabel kienu eżentati meta jeċċedu l-livell limitu ta’ materjalità ta’ SEK 5 biljun.

8.

Fejn ma hemmx istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Istati Membri kkonċernati b’fergħat li jinsabu fl-Iżvezja jew li għandhom skoperturi diretti għall-konsumatur għal debituri li jirrisjedu fl-Iżvezja, garantiti minn proprjetà immobbli, li jużaw l-Approċċ IRB u li għandhom skoperturi għall-konsumatur ta’ SEK 5 biljun jew aktar għal debituri li jirrisjedu fl-Iżvezja, iggarantiti minn proprjetà immobbli, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura Żvediża. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkommandat lilhom li jirreċiprokaw il-miżura Żvediża meta istituzzjoni ta’ kreditu li tuża l-Approċċ IRB teċċedi l-livell limitu ta’ SEK 5 biljun.

9.

B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità ta’ SEK 5 biljun huwa livell limitu massimu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità.
”.

(1)  Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta’ istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/11


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Marzu 2019

(2019/C 106/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1358

JPY

Yen Ġappuniż

126,59

DKK

Krona Daniża

7,4624

GBP

Lira Sterlina

0,85548

SEK

Krona Żvediża

10,4485

CHF

Frank Żvizzeru

1,1353

ISK

Krona Iżlandiża

132,70

NOK

Krona Norveġiża

9,6745

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,604

HUF

Forint Ungeriż

313,22

PLN

Zloty Pollakk

4,2879

RON

Leu Rumen

4,7585

TRY

Lira Turka

6,2191

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5986

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5060

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,9161

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6535

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5342

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 283,15

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,3726

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6237

HRK

Kuna Kroata

7,4168

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 099,97

MYR

Ringgit Malażjan

4,6232

PHP

Peso Filippin

60,029

RUB

Rouble Russu

73,1062

THB

Baht Tajlandiż

35,982

BRL

Real Brażiljan

4,2878

MXN

Peso Messikan

21,5793

INR

Rupi Indjan

78,3510


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/12


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Marzu 2019

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

(“El Vicario” (DOP))

(2019/C 106/03)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Spanja ressqet applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “El Vicario” skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat din l-applikazzjoni u sabet li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1), kif ukoll fl-Artikoli 100, 101 u 102 tar-Regolament imsemmi, huma ssodisfati.

(3)

Sabiex ikunu jistgħu jitressqu dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) ta’ dak ir-Regolament, u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li saret fil-proċedura nazzjonali għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “El Vicario”, jenħtieġ li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Id-Dokument Uniku stabbilit skont l-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-isem “El Vicario” (DOP), jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-protezzjoni tal-isem speċifikat fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, għal xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

DOKUMENT UNIKU

“El Vicario”

PDO-ES-N1634

Data tat-tressiq tal-applikazzjoni: 16.4.2012

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

“El Vicario”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ oriġini protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbid abjad parzjalment iffermentat fil-bettija, inbid abjad minn għeneb iswed u nbid rożè

L-inbejjed bojod għandhom lewn l-isfar tal-lumi sa dehbi, b’laqtiet dehbija, jew lewn isfar azzar sa roża ċar meta jkun prodott minn għeneb iswed. L-inbejjed rożè huma lewn il-lampun qawwi u vivaċi, b’laqtiet kemxejn fil-vjola. Kollha jleqqu ħafna u huma gliċeriċi.

Mill-aspett tax-xamm insibu aromi ta’ frott tropikali u frott tas-sajf, b’noti ħfief ta’ ewkaliptu u toni ta’ anisi għar-rożè.

It-togħma tiżvela nbid sħiħ u frisk. L-inbejjed bojod huma kkaratterizzati mill-aromi lattiċi u aromi taċ-ċitru tal-grapefruit, filwaqt li l-inbejjed prodotti mill-għeneb iswed għandhom aromi ta’ ħaxix frisk u xi noti mielħa. Ir-rożè għandhom ċerta qawwa, it-togħma tagħhom iddum fil-ħalq, b’karattru ta’ frott ħelu ħafna.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 (*1)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

4,5 fi grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

16

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

Inbid abjad ħelu mezzan

Lewn isfar tal-lumi sa dehbi, ċar, ileqq u sfiq.

Dan l-inbid għandu rwejjaħ tropikali, b’aċċenn ta’ nagħnigħ frisk.

Għandu togħma ta’ frott ikkaratterizzata minn aċidità friska u ħlewwa delikata li tfakkrek fil-ġulepp tal-frott u l-frott tropikali.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 (*2)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità minima totali

4,5 fi grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

16,7

Total massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

200

Inbejjed ħomor magħmula minn taħlita ta’ varjetajiet indiġeni u barranin

Dehra: aħmar lewn iċ-ċirasa b’saff medju sa għoli. Ileqq. Jista’ jkun fih residwi żgħar ta’ melħ tartariku jew ta’ polifenoli polimerizzati.

Aroma: il-frott huwa enfasizzat u, wara ftit ħin f’kuntatt mal-arja, joħorġu l-irwejjaħ balsamiċi.

Togħma: l-inbid fih togħma ta’ frott, frisk u b’noti balsamiċi u tannini pjaċevoli. Nota ta’ injam integrata ħafna li tħalli togħma kemxejn affumikata.

Inbejjed ħomor magħmula minn taħlita ta’ varjetajiet indiġeni

Dehra: lewn intensiv ħafna taċ-ċirasa, gliċeriku ħafna, ċar u jleqq. Jista’ jkun fih residwi żgħar ta’ melħ tartariku jew ta’ polifenoli.

Aroma: aromi ta’ frott aħmar. Noti balsamiċi evidenti u riħa ta’ weraq niexef. Laqtiet lattiċi u noti ta’ maturazzjoni fil-btieti, mingħajr ma jippredominaw fuq l-aromi tal-frott. Frisk u kumpless.

Togħma: preżenza ta’ tannini misjura. Dan l-inbid huwa kumpless, b’noti ta’ frott, minerali u lattiċi. Alkoħol u aċidità bilanċjati. Iħallilek togħma ta’ frott għal ħin twil.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 (*3)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12,5

Aċidità minima totali

4,5 fi grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

16,7

Total massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

150

Inbid aħmar ħelu

Dehra: lewn aħmar skur bħaċ-ċirasa. Aroma: inbejjed balsamiċi u friski b’noti qawwija ta’ frott tal-likur misjur. Togħma: fil-ħalq hija pjaċevoli, bi ħlewwa li tfakkrek fit-tin, fil-berquq u fil-ġamm.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 (*4)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità minima totali

4,5 fi grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

16,7

Total massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

200 (*5)

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiċi enoloġiċi essenzjali

Prattika enoloġika speċifika

Ir-rendiment massimu miksub wara l-għasir (bi pressa massima ta’ żewġ (2) bars) huwa ta’ 70 litru għal kull 100 kg ta’ għeneb.

Għall-inbejjed bojod iffermentati fil-btieti, mill-inqas 15 % tal-most miksub jiffermenta fuq karfa għal erbgħa sa tmien xhur, fi btieti tal-ballut Ewropew, b’kapaċità ta’ bejn 225 sa 500 litru, ta’ età massima ta’ sentejn. Il-most li jifdal użat fil-produzzjoni ta’ nbejjed bojod iffermentati fil-btieti, kif ukoll il-most użat għall-produzzjoni ta’ nbid abjad minn għeneb iswed u ta’ nbid abjad ħelu mezzan, jiffermentaw f’tankijiet tal-azzar inossidabbli f’temperatura ta’ bejn 11 °C u 20 °C.

F'dak li jirrigwarda l-inbejjed ħomor, il-fermentazzjoni sseħħ f'temperatura ta’ bejn 14 °C u 32 °C.

Il-ħin tal-maċerazzjoni għall-inbejjed ħomor kollha huwa bejn ħamest ijiem u 22 jum. Imbagħad l-inbid jimmatura fi btieti tal-ballut b’kapaċità ta’ 225 sa 300 litru.

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

Chardonnay, Sauvignon blanc, Merlot

9 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Chardonnay, Sauvignon blanc, Merlot

63 ettolitru għal kull ettaru

Tempranillo (għall-inbejjed ħomor), Syrah u Garnacha Tinta

12 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Tempranillo (għall-inbejjed ħomor), Syrah u Garnacha Tinta

84 ettolitru għal kull ettaru

Tempranillo (għall-inbid abjad mill-għeneb iswed)

15 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Tempranillo (għall-inbid abjad mill-għeneb iswed)

105 ettolitru għal kull ettaru

Cabernet Sauvignon

10 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Cabernet Sauvignon

70 ettolitru għal kull ettaru

Graciano u Petit Verdot

13 500 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Graciano u Petit Verdot

94,5 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Din tinkludi 86 biċċa raba’ ta’ 9 poligoni fil-muniċipalità ta’ Ciudad Real.

PROVINĊJA

MUNIĊIPALITÀ

POLIGONU

ROQGĦA KATASTALI

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

202

47

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

7

7

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

7

3

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

7

1

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

7

6

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

6

6

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

7

8

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

202

60261

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

202

60260

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

202

61348

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

58677

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

29

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

202

51

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

58644

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

16

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

14

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

13

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

18

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

14

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

203

160

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

8

5

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

203

157

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

203

158

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

203

159

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

203

163

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

7

5

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

8

4

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

203

162

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

203

164

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

14

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

6

5

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

202

49

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

202

60

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

202

48

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

203

161

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

6

3

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

7

2

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

27

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

3

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

89

5

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

206

411

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

206

409

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

1

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

40

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

8

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

5

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

39

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

44

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

46

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

205

61348

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

42

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

43

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

41

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

2

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

34

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

206

640

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

206

412

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

206

407

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

28

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

30

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

206

467

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

31

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

206

408

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

20

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

202

55399

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

61348

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

19

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

10

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

474

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

11

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

9

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

473

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

37

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

38

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

7

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

33

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

32

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

35

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

45

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

201

36

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

206

410

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

206

406

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

206

396

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

206

397

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

206

398

CIUDAD REAL

CIUDAD REAL

206

399

Id-daqs taż-żona ġeografika huwa ta’ 1 252 ettaru.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

SAUVIGNON BLANC

 

CHARDONNAY

 

TEMPRANILLO - CENCIBEL

 

MERLOT

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

L-AMBJENT (FATTURI NATURALI U UMANI)

“El Vicario” huwa l-isem ta’ post li jinsab tul ix-xmara Guadiana, li jirreferi għad-diga ta’ El Vicario.

Din hija żona wiesgħa madwar 2 km mit-tarf tax-xmara u twila 7 km. Il-konfini naturali huma ż-żoni ta’ “Casas del Batan” u “Cabeza del Fraile” fil-Lvant, u ż-żoni ta’ “Cerro de Sancho Rey” u “El Sedano” fil-Punent. Dan it-territorju kollu jappartjeni għall-muniċipalità ta’ Ciudad Real.

Iż-żona demarkata hija ffurmata minn art immewġa li tonqos bil-mod il-mod aktar ma toqrob lejn ix-xmara. Il-ħamrija hija kalkarja, ħafifa u tixxotta malajr, u hija moderatament fertili.

Il-viċinanza tax-xmara u tad-diga tagħti lil dan l-ambjent ta’ msaġar tal-ballut u makkja klima moderata aktar favorevoli, li tnaqqas il-kundizzjonijiet tat-temp estremi.

Il-ħamrija fiha l-ġir, hija baxxa u ħafifa. Għandha livelli għoljin ta’ kalċju, li l-medja tagħhom taqbeż il-15-il mEq/100 g (> 3 000 ppm), jiġifieri huma pjuttost ogħla minn dawk ta’ ħamrija oħra għall-vitikultura ta’ Kastilja-La Mancha, fejn il-medja hija bejn 8 u 10 mEq/100 g (1 600-2 000 ppm). Il-kontenut ta’ kalċju huwa partikolarment importanti peress li l-ħamrija tal-ġir hija eċċellenti għat-tkabbir tad-dwieli.

FATTURI UMANI:

Dak li jiddistingwi l-aktar il-metodu ta’ produzzjoni tal-inbejjed “El Vicario” mill-metodu ta’ produzzjoni taż-żoni li jmissu magħha tad-DOP La Mancha huwa l-prassi enoloġika, peress li jiġu prodotti nbejjed bojod minn għeneb iswed u nbejjed bojod parzjalment iffermentati fil-btieti permezz ta’ Garnacha Tinta jew Tempranillo mingħajr maċerazzjoni (abjad mill-iswed).

Barra minn hekk, f'dak li jirrigwarda l-karatteristiċi tal-inbejjed maturi, id-differenzi huma dawn li ġejjin:

DOP La Mancha

El Vicario

Differenzi

≥ 11,5 % vol.

≥ 12,5 % vol.

Qawwa alkoħolika ogħla

≤ 10 mEq/l

≤ 16,7 mEq/l

Aċidità volatili ogħla

6 u.a.

Lewn inqas skur għall-inbejjed ħomor maturi

DESKRIZZJONI TAL-INBEJJED

Il-finezza u s-sensazzjoni sottili ħafna tal-makkja, kif ukoll il-bilanċ bejn it-tannini u l-aċidi, flimkien ma’ kontenut moderat ta’ alkoħol, huma wħud mill-karatteristiċi tal-inbejjed ħomor.

Minbarra l-personalità aromatika perċettibbli tiegħu, l-inbid rożè huwa apprezzat ukoll għas-sensazzjoni ta’ bilanċ bejn it-togħma ħelwa u s-sensazzjoni pjaċevoli ħafna ta’ freskezza.

Fl-inbejjed bojod, minbarra l-karatteristiċi aromatiċi, wieħed isib ukoll sensazzjonijiet ta’ msaġar, bilanċ, freskezza u volum fil-ħalq.

RABTA

Peress li tillimita l-kundizzjonijiet tat-temp estremi, il-klima moderata aktar favorevoli ttaffi l-maturazzjoni tal-għeneb u tgħin biex tistabbilixxi l-profil tal-aromi sottili u biex toħloq sensazzjonijiet veġetali tal-imsaġar fl-inbid.

Il-kalċju għandu rwol ewlieni fil-kwalità tal-qoxra tal-għeneb kif ukoll fil-formazzjoni tal-polifenoli u tas-sustanzi aromatiċi. Din il-kompożizzjoni tal-ħamrija tippromwovi l-bilanċ bejn l-elementi u tagħti sensazzjonijiet partikolari lill-inbejjed: il-pH relattivament għoli tagħhom jikkontribwixxi għall-freskezza tagħhom permezz tal-finezza u l-kwalità eċċellenti tat-tannini tagħhom. Il-kontenut ta’ fenoli jipprovdu karatteristiċi strutturali importanti, iżda l-maturazzjoni eċċellenti tat-tannini tal-qoxra, flimkien mal-maturità impressjonanti taż-żerriegħa, tgħin biex dawn l-inbejjed mhux biss iħallu sensazzjoni pjaċevoli fil-ħalq, iżda wkoll sensazzjoni ta’ freskezza.

Għall-inbejjed kollha, jeħtieġ li jiġu enfasizzati l-finezza u l-kumplessità sottili, flimkien mal-bilanċ tat-tannini u tal-aċidi, il-karatteristiċi prinċipali tal-inbejjed ħelwin u strutturati, megħjuna minn ħamrija kalkarja li tiffavorixxi l-formazzjoni tal-qoxra tal-għeneb li jikber fil-vinji ta’ “El Vicario”.

Għalkemm iż-żona demarkata hija mdawra mid-DOP La Mancha, għandha karatteristiċi ferm differenti minn dawk taż-żoni ta’ madwarha, minħabba l-fatturi li ġejjin.

Iż-żona ġiet demarkata wara li tqiesu l-kundizzjonijiet tal-ambjent (ħamrija tal-ġir b’kontenut għoli ta’ kalċju u b’influwenza mix-xmara) u l-eżistenza ta’ kantina waħda li tappartjeni għall-applikant u li fiha jsir l-inbid fiż-żona demarkata.

Ta’ min jinnota li ż-żona demarkata hija mifruxa fuq 1 252 ettaru li jappartjenu għal sidien differenti, anki jekk meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, il-vinja kollha u l-unika kantina eżistenti f’din iż-żona kienu proprjetà tal-applikant.

Barra minn hekk, jekk fil-futur produtturi oħrajn jistabbilixxu ruħhom fiż-żona ġeografika demarkata, huma jkunu jistgħu jużaw l-isem irreġistrat sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni jiġu ssodisfati. Dan huwa pjuttost possibbli, billi ż-żona tkopri 1 252 ettaru u għalhekk aktar kantini jistgħu jistabbilixxu ruħhom fiha.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali oħra

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://pagina.jccm.es/agricul/paginas/comercial-industrial/consejos_new/pliegos/PLIEGO_PAGO_DEL_VICARIO_20180718.pdf


(*1)  Il-qawwa alkoħolika massima totali se tkun dik stabbilita mir-regolamenti tal-Komunità.

(*2)  Il-qawwa alkoħolika massima totali se tkun dik stabbilita mir-regolamenti tal-Komunità.

(*3)  Il-qawwa alkoħolika massima totali se tkun dik stabbilita mir-regolamenti tal-Komunità.

(*4)  Il-qawwa alkoħolika massima totali se tkun dik stabbilita mir-regolamenti tal-Komunità.

(*5)  Il-kontenut ta’ zokkor espress bit-total tal-glukożju u tal-fruttożju huwa daqs jew akbar minn 45 gramma kull litru.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/23


SEJĦA GĦAL PROPOSTI

GR/002/2019

Netwerk ta’ Appoġġ għall-Proprjetà Intellettwali għall-Prosekuturi

(2019/C 106/04)

1.   Objettivi u Deskrizzjoni

L-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali żviluppa numru ta’ inizjattivi biex jappoġġja x-xogħol tal-prosekuturi fil-qasam tal-proprjetà intellettwali tal-UE. Madanakollu, hemm bżonn ta’ aktar diskussjoni prattika u operazzjonali fost il-prosekuturi f’reġjuni differenti tal-UE. Din is-sejħa għal proposti għandha l-għan li tiffinanzja l-laqgħat tal-prosekuturi reġjonali biex:

Jiġu żviluppati l-kapaċitajiet ta’ kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin tal-Istati Membri (SM) tal-UE, jinbena netwerking aktar b’saħħtu fost il-prosekuturi tal-SM tal-UE u jiġu ffaċilitati diskussjonijiet prattiċi u aktar speċifiċi ma’ pari reġjonali, biex tiġi żgurata kooperazzjoni ġudizzjarja tal-UE u internazzjonali aktar b’saħħitha

Jiġu mxerrdin, promossi u diskussi r-riżultati tal-istudji tal-każ A-Z żviluppati mill-UNICRI kull tlieta sa ħames snin li janalizzaw prosekuzzjonijiet ta’ suċċess f’każijiet kriminali ewlenin ta’ PI.

Jiġi appoġġjat l-użu prattiku tar-riċerka tal-EUIPO dwar il-mudelli ta’ negozju kriminali, il-modus operandi u oqsma oħrajn rilevanti

Jiġi promoss l-involviment tal-EUROJUST u l-użu tal-istrument “Skwadri ta’ Investigazzjoni Konġunta” (SIK) f’investigazzjonijiet kriminali ewlenin transfruntiera tal-PI

Jiġi mtejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u titrawwem il-kooperazzjoni mal-uffiċċji tal-proprjetà industrijali rilevanti, mal-awtoritajiet tad-dwana, mal-unitajiet tal-pulizija u ma’ aġenziji oħrajn rilevanti tal-infurzar tal-PI, kif ukoll ma’ rappreżentanti tas-settur privat.

2.   L-Applikanti Eliġibbli

Din is-sejħa hija miftuħa biss għall-awtoritajiet tal-prosekuturi pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE (nazzjonali, reġjonali, lokali). Huma eliġibbli biss applikazzjonijiet minn entitajiet stabbiliti f’wieħed mill-Istati Membri tal-UE. Il-persuni fiżiċi mhumiex eliġibbli.

Applikazzjoni tista’ tiġi sottomessa minn applikant wieħed jew minn konsorzju ta’ entitajiet pubbliċi, kemm jekk stabbilit speċifikament għall-azzjoni jew le, sakemm:

ikun magħmul minn diversi entitajiet pubbliċi li jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibbiltà, nonesklużjoni u għażla stabbiliti f’din is-sejħa għal proposti, u li jimplimentaw flimkien l-azzjoni proposta;

l-applikazzjoni tidentifika l-entitajiet imsemmija.

Għall-finijiet tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli kif speċifikati taħt it-taqsima 11.1 tas-Sejħa għall-proposti, l-entitajiet li jifformaw l-applikant għandhom jiġu trattati bħala entitajiet affiljati.

Sabiex tiġi vvalutata l-eliġibbilità tal-applikanti, id-dokumenti ta’ appoġġ li ġejjin huma meħtieġa għall-entitajiet pubbliċi: kopja tar-riżoluzzjoni, tad-deċiżjoni jew dokument uffiċjali ieħor li jistabbilixxi l-entità tal-liġi pubblika.

Għall-applikanti Brittaniċi: jekk jogħġobkom kunu afu li għandu jkun hemm konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà għad-durata kollha tal-għotja. Jekk ir-Renju Unit jirtira mill-UE matul il-perjodu tal-għotja mingħajr ma jikkonkludi ftehim mal-UE li b’mod partikolari jiżgura li l-applikanti Brittaniċi jkomplu jkunu eliġibbli, inti tieqaf tirċievi finanzjament mill-UE (filwaqt li, sa fejn ikun possibbli, tkomplu tipparteċipaw) jew tkunu meħtieġa titilqu mill-proġett.

3.   Azzjonijiet Eliġibbli

It-tipi ta’ attivitajiet eliġibbli taħt din is-sejħa għall-proposti huma:

Konferenzi, seminars jew sessjonijiet ta’ ħidma reġjonali;

Attivitajiet ta’ taħriġ b’perspettiva reġjonali.

Attivitajiet li jinkludu azzjonijiet transfruntiera biss se ikunu eliġibbli. L-attivitajiet għandhom jirriżultaw f’kopertura reġjonali komprensiva, għalhekk il-parteċipazzjoni għandha tinkludi minn tal-inqas 4 Stati Membri tal-UE u/jew pajjiżi ġirien u jinvolvu lill-EUIPO, lill-EUROJUST u lill-UNICRI.

L-Attivitajiet għandhom jitlestew fi żmien 12-il xahar mill-iffirmar tal-ftehim tal-għotja.

4.   Kriterji ta’ Esklużjoni u ta’ Għażla

L-Applikanti m’għandhomx ikunu f’sitwazzjoni li teskludihom minn parteċipazzjoni u/jew minn għotja kif definit fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

L-applikanti għandu jkollhom il-kapaċità finanzjarja u operazzjonali meħtieġa sabiex iwettqu l-attivitajiet proposti.

5.   Kriterji tal-Għoti

Il-kriterji tal-valutazzjoni u tal-għotja għall-proposti eliġibbli huma allokati (minn total ta’ 100) abbażi tal-kriterji li ġejjin:

 

Limitu minimu

Punteġġ massimu

1.

Rilevanza tal-azzjoni u r-riżultati mistennija

15

30

2.

Effettività u loġika

15

30

3.

Effett ta’ multiplikazzjoni mistenni

15

30

4.

Kosteffettività

5

10

Total

50

100

Sabiex il-proposti jiġi kkunsidrati għall-finanzjament, dawn għandhom iġibu l-punteġġ ta’:

mill-inqas 50 punt b’mod ġenerali,

il-punti minimi f’kull wieħed mis-sub-kriterji.

6.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli għall-kofinanzjament tal-proġetti taħt din is-sejħa huwa ta’ EUR 100 000.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-EUIPO ma tistax taqbeż it-80 % tal-kostijiet totali eliġibbli ppreżentati mill-applikant u għandha tkun bejn l-ammonti minimi u massimi li ġejjin: EUR 10 000 sa EUR 50 000.

L-EUIPO jirriżerva d-dritt li ma jqassamx il-fondi kollha disponibbli.

7.   Data ta’ Skadenza għall-Preżentazzjoni tal-Applikazzjonijiet

Il-pakkett ta’ applikazzjoni huwa disponibbli fuq l-Internet fuq l-indirizz li ġej: https://euipo.europa.eu/ohimportal/en/grants

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-EUIPO bl-użu ta’ formola ta’ applikazzjoni onlajn (formola elettronika) mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2019 fis-13:00 (ħin lokali).

Mhu se jiġi aċċettat l-ebda metodu ieħor ta’ preżentazzjoni ta’ applikazzjoni.

L-applikanti għandhom jiżguraw li d-dokumenti kollha mitluba u msemmija fil-formola elettronika jiġu pprovduti.

L-applikazzjonijiet li ma jinkludux l-annessi kollha stipulati u li ma jiġux ippreżentati qabel id-data ta’ skadenza mhux se jiġu kkunsidrati.

8.   Id-Dettalji Kollha

Il-kundizzjonijiet dettaljati għal din is-Sejħa għal Proposti tista’ tinstab fil-Linji Gwida għall-applikanti fl-indirizz tal-Internet li ġej: https://euipo.europa.eu/ohimportal/en/grants

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mat-termini kollha tal-Linji gwida u għandhom jiġu ppreżentati fuq il-formoli pprovduti.

9.   Kuntatt

Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ikkuntattja l-kaxxa postali elettronika li ġejja: grants@euipo.europa.eu


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/26


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9334 — GTCR/Apax Partners/Dolphin TopCo)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 106/05)

1.   

Fit-13 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

GTCR LLC (“GTCR”, l-Istati Uniti tal-Amerka)

Apax Partners LLP (“AP”, ir-Renju Unit)

Dolphin TopCo Inc. (“Dolphin”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn AP, u azzjonista waħdanija indiretta ta’ AssuredPartners Inc.

GTCR u AP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Dolphin.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

GTCR hija ditta ta’ ekwità privata ffukata fuq l-investiment f’kumpaniji fis-servizzi finanzjarji u t-teknoloġija, il-kura tas-saħħa, it-teknoloġija, il-midja u t-telekomunikazzjonijiet u l-industriji tas-servizzi tan-negozju tat-tkabbir.

AP hija ditta ta’ ekwità privata li tinvesti u tipprovdi servizzi ta’ konsulenza għall-investiment lil fondi ta’ ekwità privata fis-setturi tal-konsumaturi, tal-kura tas-saħħa, tas-servizzi, tat-telekomunikazzjoni u tat-teknoloġija.

Dolphin hija l-azzjonist indirett waħdieni tas-sussidjarja operattiva AsuredPartners Inc.

AssuredPartners Inc. hija fornitur ibbażata fl-Istati Uniti tal-Amerika ta’ servizzi ta’ senserija ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja, speċjalizzata fid-distribuzzjoni ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja u assigurazzjoni relatata ma’ benefiċċji tal-impjegati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9334 — GTCR/Apax Partners/Dolphin TopCo

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Postal address:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.