ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 100

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
15 ta' Marzu 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2019/C 100/01

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

1

2019/C 100/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/415, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/408 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

9

2019/C 100/03

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

10

2019/C 100/04

Nota għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/416, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/409 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

11

2019/C 100/05

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

12

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 100/06

Rata tal-kambju tal-euro

13

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2019/C 100/07

Rapport Speċjali Nru 4/2019 — Għalkemm sar titjib fis-sistema ta' kontroll għal prodotti organiċi, għad fadal ċerti sfidi

14

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2019/C 100/08

Proċedimenti ta’ stralċ — Deċiżjoni għall-bidu ta’ proċedimenti ta’ stralċ fir-rigward ta’ Horizon Insurance Company Limited (Pubblikazzjoni li saret skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

15


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 100/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9190 — ADP/Bouygues/BPCE/IFC/Marguerite/TAV/ZAIC-A) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

16


 

Rettifika

2019/C 100/10

Rettifika tal-Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Modifiki tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru bi skeda ( ĠU C 39, 1.2.2019 )

18

2019/C 100/11

Rettifika tal-Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( ĠU C 39, 1.2.2019 )

18


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

15.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Marzu 2019

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

(2019/C 100/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-24 ta’ Frar 2016 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mid-29 ta’ Frar 2016 sat-28 ta’ Frar 2019.

(2)

Il-membri u l-membri supplenti jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu sostitwiti jew sakemm jerġgħu jinħatru.

(3)

Jenħtieġ li l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat jinħatru għal perijodu ta’ tliet snin,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2019 sat-28 ta’ Frar 2022:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membri

Supplenti

Belġju

 

 

Bulgarija

Is-Sinjura Vaska SEMERDZHIEVA

Is-Sinjura Darina KONOVA

Is-Sur Nikolay ARNAUDOV

Ċekja

Is-Sur Jaroslav HLAVÍN

Is-Sur Pavel FOŠUM

Is-Sinjura Lucie KYSELOVÁ

Danimarka

Is-Sinjura Charlotte SKJOLDAGER

Is-Sinjura Annemarie KNUDSEN

Ġermanja

Is-Sur Kai SCHÄFER

Is-Sur Thomas VOIGTLÄNDER

Is-Sinjura Ellen ZWINK

Estonja

Is-Sinjura Seili SUDER

Is-Sinjura Maret MARIPUU

Is-Sinjura Silja SOON

Irlanda

Is-Sinjura Paula GOUGH

Is-Sinjura Marie DALTON

Is-Sur Stephen CURRAN

Greċja

 

 

Kroazja

Is-Sinjura Snježana ŠTEFOK

Is-Sinjura Ana AKRAP

Is-Sur Jere GAŠPEROV

Spanja

Is-Sur Francisco Javier PINILLA GARCÍA

Is-Sinjura Mercedes TEJEDOR AIBAR

Is-Sinjura Belén PÉREZ AZNAR

Franza

Is-Sur Frédéric TEZE

Is-Sinjura Amel HAFID

Is-Sur Arnaud PUJAL

Italja

 

 

Ċipru

Is-Sur Anastassios YANNAKI

Is-Sur Aristodemos ECONOMIDES

Is-Sur Marios KOURTELLIS

Latvja

Is-Sinjura Māra VĪKSNE

Is-Sinjura Jolanta GEDUŠA

Is-Sur Renārs LŪSIS

Litwanja

Is-Sinjura Aldona SABAITIENĖ

Is-Sinjura Gintarė BUŽINSKAITĖ

Is-Sinjura Vilija KONDROTIENĖ

Lussemburgu

 

 

Ungerija

Is-Sur Péter NESZTINGER

Is-Sinjura Katalin BALOGH

Is-Sur Gyula MADARÁSZ

Malta

 

 

Netherlands

Is-Sinjura Heidi BOUSSEN

Is-Sur Martin G. DEN HELD

Is-Sur Rob TRIEMSTRA

Awstrija

Is-Sinjura Anna RITZBERGER-MOSER

Is-Sinjura Gertrud BREINDL

Is-Sinjura Gerlinde ZINIEL

Polonja

Is-Sinjura Danuta KORADECKA

Is-Sur Dariusz GŁUSZKIEWICZ

Is-Sur Roman SĄSIADEK

Portugall

Is-Sinjura Maria Luísa TORRES ECKENROTH GUIMARÃES

Is-Sur Carlos Jorge AFONSO PEREIRA

Is-Sinjura Maria Helena CORREIA DE ARAÚJO KRIPPAHL

Rumanija

Is-Sinjura Anca Mihaela PRICOP

Is-Sur Marian TĂNASE

Is-Sur Dantes Nicolae BRATU

Slovenja

Is-Sur Nikolaj PETRIŠIČ

Is-Sinjura Vladka KOMEL

Is-Sur Jože HAUKO

Slovakkja

Is-Sinjura Romana HURTUKOVÁ

Is-Sinjura Petra KUBIČAROVÁ

Is-Sinjura Martina DULEBOVÁ

Finlandja

Is-Sur Raimo ANTILA

Is-Sinjura Liisa HAKALA

Is-Sinjura Sirkku SAARIKOSKI

Żvezja

Is-Sinjura Boel CALLERMO

Is-Sinjura Victoria DIPPEL

Is-Sur Håkan OLSSON

Renju Unit

Is-Sur Hefin DAVIES

Is-Sur Clive FLEMING

Is-Sur Stephen TAYLOR


II.   RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

Pajjiż

Membri

Supplenti

Belġju

 

 

Bulgarija

Is-Sur Ivan KOKALOV

Is-Sur Ognyan ATANASOV

Is-Sur Aleksandar ZAGOROV

Ċekja

Is-Sinjura Radka SOKOLOVÁ

Is-Sur Václav PROCHÁZKA

Is-Sur Miroslav FEBER

Danimarka

Is-Sinjura Nina HEDEGAARD NIELSEN

Is-Sur Niels SØRENSEN

Ġermanja

Is-Sinjura Sonja KÖNIG

Is-Sinjura Anne KARRASS

Is-Sur Moriz-Boje TIEDEMANN

Estonja

Is-Sinjura Aija MAASIKAS

Is-Sur Argo SOON

Is-Sinjura Elina REEDI

Irlanda

Is-Sur Sylvester CRONIN

Is-Sur Frank VAUGHAN

Is-Sinjura Dessie ROBINSON

Greċja

 

 

Kroazja

Is-Sur Marko PALADA

Is-Sinjura Gordana PALAJSA

Is-Sur Rajko KUTLAČA

Spanja

Is-Sinjura Ana GARCÍA DE LA TORRE

Is-Sur Pedro J. LINARES

Is-Sur Marco ROMERO

Franza

 

 

Italja

 

 

Ċipru

Is-Sur Evangelos EVANGELOU

Is-Sur Nicos ANDREOU

Is-Sur Stelios CHRISTODOULOU

Latvja

Is-Sur Ziedonis ANTAPSONS

Is-Sur Mārtiņš PUŽULS

Is-Sinjura Kristīne KURSĪTE

Litwanja

Is-Sinjura Inga RUGINIENĖ

Is-Sur Ričardas GARUOLIS

Is-Sur Kęstutis JUKNYS

Lussemburgu

Is-Sur Carlos PEREIRA

Is-Sur Paul DE ARAUJO

Is-Sur Jean-Luc DE MATTEIS

Ungerija

 

 

Malta

 

 

Netherlands

Is-Sur Willem VANVEELEN

Is-Sur Rik VAN STEENBERGEN

Awstrija

Is-Sinjura Ingrid REIFINGER

Is-Sinjura Julia NEDJELIK-LISCHKA

Is-Sinjura Petra STREITHOFER

Polonja

Is-Sinjura Katarzyna BARTKIEWICZ

Is-Sinjura Longina KACZMARSKA

Is-Sur Stefan ŁUBNIEWSKI

Portugall

Is-Sur Fernando José MACHADO GOMES

Is-Sur Georges CASULA

Is-Sinjura Vanda Teresa ROGADO MEDEIRO PEREIRA DA CRUZ

Rumanija

Is-Sinjura Mihaela DARLE

Is-Sur Corneliu CONSTANTINOAIA

Is-Sur Dumitru FORNEA

Slovenja

Is-Sinjura Lučka BÖHM

Is-Sinjura Katja GORIŠEK

Is-Sur Simon ŠIBELJA

Slovakkja

Is-Sur Peter RAMPAŠEK

Is-Sur Vladimír KMEC

Is-Sinjura Iveta KUCOVÁ

Finlandja

Is-Sinjura Anne MIRONEN

Is-Sur Erkki AUVINEN

Is-Sinjura Hanna-Maija KAUSE

Żvezja

Is-Sinjura My BILLSTAM

Is-Sinjura Karin FRISTEDT

Is-Sinjura Ulrika HAGSTRÖM

Renju Unit

Is-Sur Hugh ROBERTSON

 


III.   RAPPREŻENTANTI TA’ MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membri

Supplenti

Belġju

 

 

Bulgarija

Is-Sur Georgi STOEV

Is-Sinjura Petya GEOREVA

Is-Sinjura Antoaneta KATZAROVA

Ċekja

Is-Sinjura Renata ZBRANKOVÁ

Is-Sinjura Kristýna BENDELOVÁ

Is-Sur Martin RÖHRICH

Danimarka

Is-Sinjura Lena SØBY

Is-Sur Jens SKOVGAARD LAURITSEN

Ġermanja

Is-Sur Eckhard METZE

Is-Sur Stefan ENGEL

Is-Sur Rüdiger TRIEBEL

Estonja

Is-Sinjura Marju PEÄRNBERG

Is-Sinjura Piia ZIMMERMANN

Is-Sinjura Ille NAKURT-MURUMAA

Irlanda

Is-Sur Michael GILLEN

Is-Sinjura Katharine MURRAY

Greċja

 

 

Kroazja

Is-Sinjura Admira RIBIČIĆ

Is-Sur Nenad SEIFERT

Is-Sur Boris ANTUNOVIĆ

Spanja

Is-Sinjura Rosa SANTOS FERNÁNDEZ

Is-Sinjura Isabel MAYA RUBIO

Is-Sinjura Laura CASTRILLO NÚÑEZ

Franza

 

 

Italja

 

 

Ċipru

Is-Sur Emilios MICHAEL

Is-Sur Polyvios POLYVIOU

Is-Sur Giorgos HADJIKALLIS

Latvja

Is-Sur Jānis PUMPIŅŠ

Is-Sinjura Līga MEŅĢELSONE

Is-Sinjura Inese STEPIŅA

Litwanja

Is-Sinjura Rūta JASIENĖ

Is-Sur Vaidotas LEVICKIS

Is-Sur Giedrius MAŽŪNAITIS

Lussemburgu

Is-Sur François ENGELS

Is-Sur Pierre BLAISE

Is-Sur Marc KIEFFER

Ungerija

 

 

Malta

 

 

Netherlands

Is-Sur W.M.J.M. VAN MIERLO

 

Awstrija

Is-Sinjura Christa SCHWENG

Is-Sinjura Julia SCHITTER

Is-Sinjura Pia Maria ROSNER-SCHEIBENGRAF

Polonja

Is-Sur Jacek MĘCINA

Is-Sinjura Agnieszka SZPARA

Is-Sur Rafał HRYNYK

Portugall

Is-Sur Luís HENRIQUE

Is-Sur Manuel Marcelino PENA COSTA

Is-Sur Luís Miguel CORREIA MIRA

Rumanija

Is-Sinjura Daniela SÂRBU

Is-Sur Ovidiu NICOLESCU

Is-Sinjura Daniela TĂNASE

Slovenja

Is-Sur Igor ANTAUER

Is-Sinjura Karmen FORTUNA JEFIM

Slovakkja

Is-Sur Róbert MEITNER

Is-Sur Ivan PEKÁR

Is-Sinjura Silvia SUROVÁ

Finlandja

Is-Sinjura Riitta WÄRN

Is-Sinjura Auli RYTIVAARA

Is-Sur Mikko RÄSÄNEN

Żvezja

Is-Sinjura Bodil MELLBLOM

Is-Sinjura Cecilia ANDERSSON

Is-Sinjura Malin LOOBERGER

Renju Unit

Is-Sur Matthew PERCIVAL

Is-Sur Terry WOOLMER

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membru supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata għall-informazzjoni, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

E.O. TEODOROVICI


(1)  ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.

(2)  ĠU C 79, 1.3.2016, p. 1.


15.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/9


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/415, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/408 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2019/C 100/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/415 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/408 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta’ persuni u entitajiet deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jkomplu japplikaw għal dawk il-persuni u l-entitajiet.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel l-1 ta’ Ġunju 2019:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 78, 17.03.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 73, 15.3.2019, p. 110.

(3)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(4)  ĠU L 73, 15.3.2019, p. 9.


15.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/10


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2019/C 100/03)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/415 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/408 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, Tkabbir u Protezzjoni Ċivili — RELEX fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2019/415, u r-Regolament (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/408.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(3)  ĠU L 73, 15.3.2019, p. 110.

(4)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(5)  ĠU L 73, 15.3.2019, p. 9.


15.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/11


Nota għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/416, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/409 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2019/C 100/04)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/416 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/409 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn meħtieġa, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 73, 15.3.2019, p. 117.

(3)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(4)  ĠU L 73, 15.3.2019, p. 16.


15.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/12


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2019/C 100/05)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/416 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/409 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, Tkabbir u Protezzjoni Ċivili - RELEX fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2019/416, u r-Regolament (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/409.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(3)  ĠU L 73, 15.3.2019, p. 117.

(4)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(5)  ĠU L 73, 15.3.2019, p. 16.


Il-Kummissjoni Ewropea

15.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/13


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Marzu 2019

(2019/C 100/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1295

JPY

Yen Ġappuniż

126,09

DKK

Krona Daniża

7,4624

GBP

Lira Sterlina

0,85228

SEK

Krona Żvediża

10,5373

CHF

Frank Żvizzeru

1,1351

ISK

Krona Iżlandiża

133,90

NOK

Krona Norveġiża

9,7155

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,668

HUF

Forint Ungeriż

314,43

PLN

Zloty Pollakk

4,3032

RON

Leu Rumen

4,7650

TRY

Lira Turka

6,1842

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6030

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5074

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8665

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6585

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5325

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 283,62

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,3820

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,5984

HRK

Kuna Kroata

7,4214

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 150,44

MYR

Ringgit Malażjan

4,6180

PHP

Peso Filippin

59,601

RUB

Rouble Russu

73,9250

THB

Baht Tajlandiż

35,896

BRL

Real Brażiljan

4,3330

MXN

Peso Messikan

21,8824

INR

Rupi Indjan

78,4730


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

15.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/14


Rapport Speċjali Nru 4/2019

Għalkemm sar titjib fis-sistema ta' kontroll għal prodotti organiċi, għad fadal ċerti sfidi

(2019/C 100/07)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 4/2019 “Għalkemm sar titjib fis-sistema ta' kontroll għal prodotti organiċi, għad fadal ċerti sfidi” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

15.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/15


Proċedimenti ta’ stralċ

Deċiżjoni għall-bidu ta’ proċedimenti ta’ stralċ fir-rigward ta’ Horizon Insurance Company Limited

(Pubblikazzjoni li saret skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

(2019/C 100/08)

Kumpanija tal-assigurazzjoni

Horizon Insurance Company Limited

Indirizz tal-uffiċċju reġistrat:

5/5 Crutchett’s Ramp

GIBRALTAR

Data, dħul fis-seħħ u natura tad-deċiżjoni

Fid-19 ta’ Diċembru 2018, il-Qorti Suprema ta’ Ġibiltà ħatret (b’effett immedjat) lis-Sur Frederick David John White ta’ Grant Thornton Gibraltar bħala amministratur ta’ Horizon Insurance Company Limited, skont l-Att ta’ Insolvenza tal-2011.

L-amministratur se jikkoordina mal-Iskema ta’ Kumpens tas-Servizzi Finanzjarji fir-Renju Unit biex jiżgura li d-detenturi kollha tal-poloz jibqgħu jkollhom pretensjonijiet validi u eliġibbli. L-amministratur ingħata permess biex jagħmel distribuzzjonijiet, mill-assi tal-kumpanija, għal kredituri tal-assigurazzjoni sal-valur ta’ 80 % tal-pretensjonijiet tal-assigurazzjoni miftiehma, bil-bqija tal-bilanċ protett mill-Iskema ta’ Kumpens tas-Servizzi Finanzjarji.

Dħul fis-seħħ: id-19 ta’ Diċembru 2018

Awtoritajiet kompetenti

Supreme Court of Gibraltar

The Law Courts

227 Main Street

GIBRALTAR

Awtorità superviżorja

Gibraltar Financial Services Commission

Suite 3, Ground Floor

Atlantic Suites

Europort Avenue

PO Box 940

GIBRALTAR

Amministratur maħtur

Frederick David John White

Grant Thornton Gibraltar

6A Queensway

PO Box 64

GIBRALTAR

Liġi applikabbli

Liġi ta’ Ġibiltà

Att tal-2015 dwar is-Servizzi Finanzjarji (Kumpaniji tal-Assigurazzjoni) (Direttiva dwar is-Solvibbiltà II)

Att tal-2011 dwar l-Insolvenza

Att tal-2014 dwar il-Kumpaniji


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/16


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9190 — ADP/Bouygues/BPCE/IFC/Marguerite/TAV/ZAIC-A)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 100/09)

1.   

Fil-5 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Bouygues Bâtiment International (“Bouygues”, Franza), sussidjarja tal-grupp Bouygues,

Mirova (Franza), ikkontrollata minn BPCE,

ZASIC-A-Limited (“ZAIC”, ir-Renju Unit).

Bouygues u Mirova jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ ZAIC kollha kemm hi, li se tibqa’ kkontrollata wkoll b’mod konġunt mill-kumpaniji Aéroports de Paris, International Finance Corporation, Marguerite Fund u TAV Airports Holding.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Bouygues: it-tfassil u l-produzzjoni ta’ proġetti ta’ kumplessi ta’ bini internazzjonali;

—   Mirova: kumpanija ta’ ġestjoni tal-portafoll approvata mill-AMF li tiffoka speċifikament fuq il-ġestjoni tal-hekk imsejħa investimenti “responsabbli” għall-investituri istituzzjonali,

—   ZAIC: tħaddim u ġestjoni tal-Ajruport ta’ Żagreb permezz ta’ kuntratt ta’ konċessjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9190 — ADP/Bouygues/BPCE/IFC/Marguerite/TAV/ZAIC-A

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Rettifika

15.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/18


Rettifika tal-Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Modifiki tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru bi skeda

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 39 tal-1 ta’ Frar 2019 )

(2019/C 100/10)

Paġna 16, l-aħħar taqsima fuq il-lemin,

minflok:

“31 ta’ Jannar 2019”,

aqra:

“21 ta’ Frar 2019”.


15.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/18


Rettifika tal-Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 39 tal-1 ta’ Frar 2019 )

(2019/C 100/11)

F’paġna 17, ir-raba’ ringiela fit-tabella,

minflok:

“Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

It-8 ta’ April 2019 (16.00, ħin lokali)”,

aqra:

“Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

Id-29 ta’ April 2019 (16.00, ħin lokali)”.