ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 74

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
27 ta' Frar 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 74/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9258 — ANTA Sports Products/FountainVest China Capital Partners GP3/Amer Sports) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 74/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2019/C 74/03

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Frar 2019 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ speċifikazzjoni għal denominazzjoni fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Dehesa del Carrizal (DPO))

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 74/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9263 — Moma Lieux/Unibail-Rodamco/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

10

2019/C 74/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9200 — KKR/Magneti Marelli) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

12


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 74/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9258 — ANTA Sports Products/FountainVest China Capital Partners GP3/Amer Sports)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 74/01)

Fid-19 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9258. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 74/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-26 ta’ Frar 2019

(2019/C 74/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1361

JPY

Yen Ġappuniż

125,93

DKK

Krona Daniża

7,4616

GBP

Lira Sterlina

0,86055

SEK

Krona Żvediża

10,5858

CHF

Frank Żvizzeru

1,1371

ISK

Krona Iżlandiża

136,10

NOK

Krona Norveġiża

9,7725

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,663

HUF

Forint Ungeriż

317,06

PLN

Zloty Pollakk

4,3282

RON

Leu Rumen

4,7626

TRY

Lira Turka

6,0254

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5897

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5024

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,9178

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6520

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5332

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 270,00

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,7520

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6077

HRK

Kuna Kroata

7,4275

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 917,90

MYR

Ringgit Malażjan

4,6157

PHP

Peso Filippin

59,144

RUB

Rouble Russu

74,6158

THB

Baht Tajlandiż

35,583

BRL

Real Brażiljan

4,2574

MXN

Peso Messikan

21,7145

INR

Rupi Indjan

80,8530


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


27.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 74/3


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Frar 2019

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ speċifikazzjoni għal denominazzjoni fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(“Dehesa del Carrizal” (DPO))

(2019/C 74/03)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Spanja bagħtet applikazzjoni għal emenda tal-ispeċifikazzjoni għad-denominazzjoni “Dehesa del Carrizal” skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġew issodisfati.

(3)

Sabiex ikunu jistgħu jitressqu dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li l-applikazzjoni għal emenda tal-ispeċifikazzjoni għad-denominazzjoni “Dehesa del Carrizal” tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-applikazzjoni għal emenda tal-ispeċifikazzjoni għad-denominazzjoni “Dehesa del Carrizal” (DOP), skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

B’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-emenda tal-ispeċifikazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

“DEHESA DEL CARRIZAL”

PDO-ES-A0054-AM02

Data tal-applikazzjoni: 27.6.2014

TALBA GĦAL EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

2.1.   Tħassar il-massimu tal-qawwa alkoħolika attwali

Il-massimu tal-qawwa alkoħolika tal-inbejjed, jiġifieri 15 % vol., tħassar billi l-livell kurrenti jillimita l-possibbiltà għal vendemji iktar maturi u ma jiħux vantaġġ mill-potenzjal tal-varjetajiet disponibbli u tal-ħamrija.

Taħt il-punt 2.1, KARATTERISTIĊI ANALITIĊI TAL-INBEJJED tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, minflok il-“Qawwa alkoħolika attwali (% vol) 12 ≤ % vol ≤ 15” din jenħtieġ li taqra “≥ 12 %”. Id-Dokument Uniku ġie emendat.

2.2.   Inklużjoni ta' varjetà ġdida

Il-varjetà “Petit Verdot” ġiet introdotta minħabba l-abilità tagħha li tadatta għall-karatteristiċi taż-żona tal-produzzjoni u minħabba l-karatteristiċi tal-għenba f'termini ta' ksib tal-kwalità u l-karatteristiċi tal-inbejjed uniċi tad-Dehesa del Carrizal. Dan ifisser li jistgħu jiġu prodotti nbejjed monovarjetali ta' din il-varjetà, u li l-Petit Verdot tista' tiġi inkluża fl-inbejjed imħalltin minn varjetajiet differenti.

Taħt il-punt 2.2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, dwar il-karatteristiċi li jridu jiġu determinati permezz tal-analiżi organolettika, ġie miżjud il-punt 2.2.3, dwar it-Tinto Petit Verdo u l-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed prodotti minn din il-varjetà, u taħt il-punti 2.2.4 u 2.2.5 ġiet inkluża l-varjetà Petit Verdot fit-taħlitiet ta' dawk l-inbejjed. Din ġiet inkluża wkoll taħt il-punt 3.1 dwar l-inbejjed monovarjetali.

Il-“Petit Verdot” ġiet inkluża wkoll taħt il-punt 6, “Il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid”.

Din ġiet inkluża bħala varjetà sekondarja. Id-Dokument Uniku għalhekk mhuwiex affettwat.

2.3.   Inklużjoni tal-varjetà Tempranillo fit-taħlitiet kollha

Il-varjetà “Tempranillo” ġiet inkluża fit-taħlitiet kollha possibbli tal-varjetajiet permessi sabiex jiżdiedu l-opzjonijiet għat-taħlit, bl-użu tal-karatteristiċi speċifiċi ta' kull varjetà, u mingħajr varjazzjoni tal-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi definiti għal dawn l-inbejjed fl-ispeċifikazzjoni.

Fil-punt 2.2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, dik dwar il-karatteristiċi li jridu jiġu determinati permezz tal-analiżi organolettika, il-punt 2.2.4 jinkludi l-varjetà Tempranillo. Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.

2.4.   Żmien minimu għall-maturazzjoni

Iż-żmien massimu għall-maturazzjoni tneħħa billi l-kapaċitajiet tal-btieti ġew emendati, u ż-żminijiet massimi għall-maturazzjoni jeħtieġ jiġu estiżi. Għalhekk tpoġġiet biss restrizzjoni fuq iż-żmien minimu għall-maturazzjoni, billi l-inbid jiġi kkontrollat bit-tidwiq.

Fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, ġew emendati l-punti li ġejjin: 2.2.4, 2.2.5, 3.1 u 3.2. Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.

2.5.   Żieda fit-temperatura tal-fermentazzjoni alkoħolika

Il-medda tat-temperatura għall-fermentazzjoni alkoħolika tħassret, u ġiet stabbilita temperatura massima. Dan jippermetti li l-fermentazzjoni alkoħolika tibda f'temperatura iktar baxxa, li jfisser li din tibda aktar bil-mod u hekk tipproteġi l-aromi primarji tal-inbejjed.

Fil-punt 3.1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, fejn hemm referenza għall-fermentazzjoni alkoħolika f'temperaturi “bejn 22 °C u 30 °C”, din jenħtieġ li taqra “sa 35 °C”.

Fid-Dokument Uniku, ġie emendat il-punt 2.5.1, “Prattiki enoloġiċi speċifiċi”.

2.6.   Żmien minimu għall-maċerazzjoni

Il-medda ta' ġranet għall-maċerazzjoni tħassret, u ġie stabbilit numru minimu ta' ġranet sabiex jinkisbu iktar aromi primarji f'ċerti lottijiet u sabiex il-prodott finali jingħata kumplessità organolettika.

Fil-punt 3.1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, fejn jgħid li t-tqegħid f'tankijiet għal “bejn 10 u 30”, jenħtieġ li jgħid “għal mill-inqas sebat” ijiem ta' maċerazzjoni.

Fid-Dokument Uniku, ġie emendat il-punt 2.5.1, “Prattiki enoloġiċi speċifiċi”.

2.7.   Żieda fir-rendiment mit-tagħsir

Hija mitluba żieda fir-rendiment mit-tagħsir għall-inbejjed kollha minn 60-70 litru għal kull 100 kg ta' għeneb maħsud għal 75 litru għal kull 100 kg ta' għeneb maħsud, billi qabel kien jitqies biss il-ħsad manwali, u fil-każ tal-ħsad mekkaniku, ir-rendimenti jiżdiedu biss b'bejn 4 % u 6 % billi f'dan il-każ huma biss l-għeneb u mhux iz-zkuk ukoll li jidħlu fil-fabbrika tal-inbid.

Fil-punt 3.1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, minflok “60-70 litru għal kull 100 kg ta' għeneb maħsud”, din jenħtieġ li taqra “75 litru għal kull 100 kg ta' għeneb maħsud”.

Fid-Dokument Uniku, ġie emendat il-punt 2.5.1, “Prattiki enoloġiċi speċifiċi”.

2.8.   Żieda fit-temperatura tal-fermentazzjoni malolattika

Il-medda tat-temperatura għall-fermentazzjoni malolattika tħassret, u ġiet stabbilita temperatura massima. Dan jippermetti l-fermentazzjoni malolattika tibda f'temperatura iktar baxxa, li jfisser li din tibda aktar bil-mod, li jagħti kumplessità organolettika ikbar lill-prodott finali.

Fil-punt 3.1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, fejn hemm referenza għall-fermentazzjoni malolattika f'temperaturi “bejn 20 °C u 22 °C”, din jenħtieġ li taqra “sa 25 °C”.

Fid-Dokument Uniku, ġie emendat il-punt 2.5.1, “Prattiki enoloġiċi speċifiċi”.

2.9.   Perjodu minimu tal-fermentazzjoni malolattika

Il-medda ta' ġranet għall-fermentazzjoni malolattika ġiet imħassra, u ġie stabbilit numru minimu ta' ġranet, billi xi lottijiet għandhom livelli iktar baxxi ta' aċidu maliku fil-bidu tal-fermentazzjoni malolattika, u għalhekk jistgħu jlestu l-proċess kmieni.

Fil-punt 3.1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, fejn jgħid it-tqegħid f'tankijiet “li jdum minn 10 sa 30 ġurnata”, jenħtieġ li jgħid “li jdum għal mill-inqas sebat ijiem”.

Fid-Dokument Uniku, ġie emendat il-punt 2.5.1, “Prattiki enoloġiċi speċifiċi”.

2.10.   Kapaċità tal-btieti u t-tankijiet

Il-kapaċità f'litri tal-btieti tal-ballut u t-tankijiet tal-injam tħassret, billi l-użu tal-btieti u t-tankijiet ta' volumi differenti jippermettilna nadattaw iż-żminijiet tal-maturazzjoni tal-varjetajiet ta' għeneb differenti skont il-karatteristiċi tagħhom.

Fil-punt 3.1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, minflok “Maturazzjoni fi btieti tal-ballut ta' 225-330 litru li m'għandhomx iktar minn ħames snin, għal 12-24 xahar, u tankijiet tal-injam ta' 4 000 litru, biż-żmien tal-maturazzjoni kontrollat bit-tidwiq” din jenħtieġ li taqra “Maturazzjoni għal mill-inqas 12-il xahar fi btieti tal-ballut Franċiż u/jew Amerikan u/jew Ewropew u/jew tankijiet tal-injam, biż-żmien tal-maturazzjoni kontrollat bit-tidwiq.”

Fil-punt 3.2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, minflok “Il-maturazzjoni ddum għal għadd totali ta' 12-24 xahar, u sseħħ fi btieti tal-ballut Franċiż ta' 225-300 litru u tankijiet tal-injam ta' 4 000 litru. Il-btieti użati ma jistax ikollhom iktar minn 2-3 snin fl-ewwel ftit xhur, segwiti minn btieti li huma ġodda jew għandhom sena. Iż-żmien tal-maturazzjoni huwa kontrollat bit-tidwiq.”, din jenħtieġ li taqra “Jiġu prodotti żewġ tipi ta' nbejjed, skont iż-żmien totali tal-maturazzjoni, li jista' jvarja minn mill-inqas 3 xhur għall-inbid deskritt fil-punt 2.2.4 ta' din l-ispeċifikazzjoni, u mill-inqas 12-il xahar għall-inbid deskritt fil-punt 2.2.5 ta' din l-ispeċifikazzjoni. Il-maturazzjoni ssir fil-btieti tal-ballut Franċiż u/jew Amerikan u/jew Ewropew u/jew tankijiet tal-injam, biż-żmien tal-maturazzjoni kontrollat bit-tidwiq.”

Fid-Dokument Uniku, ġie emendat il-punt 2.5.1, “Prattiki enoloġiċi speċifiċi”.

2.11.   Emendi għall-produzzjoni tal-inbid abjad Chardonnay

It-temperatura massima għall-maċerazzjoni kiesħa ġiet limitata bil-għan li tinkiseb kumplessità ikbar tal-aromi sabiex l-aromi primarji jiġu espressi aħjar. Il-perċentwal massimu tal-most fermentat fuq ir-residwu tiegħu u t-tul ta' żmien meħtieġ fil-btieti ġew imħassra, bil-għan li tiġi fermentata kwantità ikbar ta' most għal tul ta' żmien itwal fil-btieti tal-ballut sabiex jinkisbu iktar aromi terzi. It-tul tal-proċess tal-fermentazzjoni ġie estiż ukoll sabiex jinkisbu iktar aromi sekondarji. Dan jipproduċi nbid iktar kumpless li jeħtieġ ftit li xejn jew l-ebda filtrazzjoni.

Ġew emendati l-punt 3.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 2.5.1 tad-Dokument Uniku.

2.12.   Tkabbir taż-żona ġeografika

Qed nitolbu żieda ta' 5,03 ettari maż-żona, billi din iż-żona addizzjonali hija maġenb ir-roqgħat tal-art diġà inklużi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Billi dawn ir-roqgħat tal-art kollha jmissu ma' dawk l-irqajja' tal-art inklużi attwalment fiż-żona ġeografika tad-DOP, u huma separati biss minn triq, dawn jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet klimatiċi, tal-elevazzjoni u tal-ħamrija. Dawn ma kinux inklużi oriġinarjament billi ma kinux imħawlin bid-dwieli.

Fil-punt 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, “Demarkazzjoni taż-żona ġeografika”, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, ġew miżjuda l-kliem “u l-irqajja' tal-art 860a, 860b u 860c tal-poligonu 23”, u ż-żona ġiet miżjuda għal “26,2764 ettari”.

Fid-Dokument Uniku, ġie emendat il-punt 2.6, “Iż-żona ġeografika definita”.

2.13.   Inklużjoni ta' rendiment massimu ġdid

Ġie inkluż rendiment massimu għall-varjetà ġdida Petit Verdo, minħabba li, meta tiġi miżjuda varjetà ġdida, irid jiġi inkluż ir-rendiment massimu stabbilit għal dik il-varjetà ġdida.

Fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, taħt il-punt 5 “Ir-rendiment massimu”, ġie miżjud dan li ġej: “- Petit Verdot: 84 hl/ha u 12 000 kg/ha.”

Fid-Dokument Uniku, ġie emendat il-punt 2.5.2, “Ir-rendiment massimu”.

2.14.   Aġġornament tal-lista ta' korpi taċ-ċertifikazzjoni awtorizzati għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott “Dehesa del Carrizal”.

L-isem u l-indirizz tal-korp taċ-ċertifikazzjoni awtorizzat kurrenti huma mogħtija.

Fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, taħt il-punt 9.1 “Il-korp tal-kontroll”, ġie miżjud il-korp ta' ċertifikazzjoni li ġej:

LIEC AGROALIMENTARIA, S.L.

Pol. Industrial Calle XV, Parcela R-113

13200 Manzanares (Ciudad Real)

ESPAÑA

Ġiet inkluża wkoll ħolqa ġdida, li telenka l-korpi taċ-ċertifikazzjoni delegati biex jivverifikaw l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal din id-DOP.

Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem li se jiġi reġistrat

Dehesa del Carrizal

2.   Tip ta' indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

INBID

Inbid Aħmar u Abjad

Ħomor monovarjetali u mħalltin b'kulur tal-morello, ċirasa jew ċirasa qarsa skont l-inbid, b'intensità tal-kulur medja għal medja/għolja. Aromi tal-frott b'noti tal-muntanji. Togħma ta' zalza tal-frott li tħalli togħma fil-ħalq rikka u fit-tul.

Il-kulur abjad għandu sfumaturi ta' isfar lewn il-ħuxlief fl-aħdar, b'intensità ftit qawwija. Aroma ta' frott eżotiku u l-polpa tal-frott bl-għadma. Butir, krema, ħmira. Xott, kważi żejtni. Tannini mill-injam ġdid. Frott tropikali, naqal u inkaljat. Iħalli togħma fil-ħalq qawwija u rinfreskanti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika reali minima (f'% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru)

16,7

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru)

120

Għal-limiti li ma ġewx speċifikati, għandha tiġi mħarsa l-leġiżlazzjoni ġenerali fis-seħħ.

5.   Prattiki enoloġiċi

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Tagħsir mingħajr ma jinqabżu l-1,5 kg/cm2 li ma jippermettix li jinkisbu iktar minn 75 litru kull 100 kg ta' għeneb maħsud. Ħomor: fermentazzjoni alkoħolika f'temperatura li qatt ma taqbeż il-35 °C. Fermentazzjoni malolattika f'temperatura massima ta' 25 °C għal mhux inqas minn sebat ijiem. Maturazzjoni fi btieti tal-ballut Franċiż u/jew Amerikan u/jew Ewropew u tankijiet tal-injam. Bojod: maċerazzjoni kiesħa għal 6-12-il siegħa f'temperatura massima ta' 16 °C. Mill-inqas 25 % tal-most miksub jenħtieġ li jiffermenta fuq ir-residwi tiegħu fil-btieti.

b.   Rendimenti massimi

Cabernet Sauvignon u Tempranillo

10 000 kg ta' għeneb għal kull ettaru

Cabernet Sauvignon u Tempranillo

70 ettolitru għal kull ettaru

Syrah u Petit Verdot

12 000 kg ta' għeneb għal kull ettaru

Syrah u Petit Verdot

84 ettolitru għal kull ettaru

Merlot

8 500 kg ta' għeneb għal kull ettaru

Merlot

59,5 ettolitru għal kull ettaru

Chardonnay

9 000 kg ta' għeneb għal kull ettaru

Chardonnay

63 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Iż-żona tinkludi l-irqajja' tal-art li ġejjin fil-muniċipalità ta' Retuerta del Bullaque (Ciudad Real), l-irqajja' tal-art 449a, 449ec, 449ea, 449eb, 449ada, 449adb, 449adc u 449eca tal-poligonu 9, u l-irqajja' tal-art 860a, 860b u 860c tal-poligonu 23

L-erja tal-wiċċ tal-vinja hija ta' 26,2764 ettari.

7.   Il-varjetà(jiet) tal-għeneb tal-inbid ewlenija/ewlenin

 

CHARDONNAY

 

SYRAH

 

CABERNET SAUVIGNON

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

1.

Informazzjoni dettaljata dwar iż-żona ġeografika (fatturi naturali u umani):

Iż-żona ġeografika hija kkaratterizzata mill-eżistenza ta' żoni ta' art bil-ġebel u kanali dojoq tal-ilma. Din tinsab f'depressjoni, fuq ġenb ta' għolja li jħares lejn it-Tramuntana, protetta minn għolja li titfa' d-dell fuq il-vinja fis-sigħat bikrin ta' filgħaxija, u li minnha jgħaddi l-Carrizal. Din ix-xmajra tipprovdi l-umdità, bi ċpar ħafif anke matul is-sajf, li jirriżulta fi nbejjed li huma kważi Atlantiċi fin-natura tagħhom b'kuntrast mal-inbejjed tal-Mediterran miż-żoni tal-madwar.

L-altitudni, kważi 800 metru “l fuq mil-livell tal-baħar, tikkawża differenzi kbar fit-temperatura bejn binhar u billejl u maturazzjoni bil-mod, u fi snin eċċezzjonali l-perjodu ta' maturazzjoni jista” jdum għal sa kważi 60 ġurnata mit-tisjir sal-ħsad. Il-varjazzjoni fit-temperatura matul il-perjodu ta' maturazzjoni hija anke ikbar milli fiż-żona tal-madwar.

Il-ħamrija hija karatterizzata minn tiswira ħarxa, b'żoni fejn sa 80 % tal-frazzjoni hija ikbar minn 2 mm. Matul il-formazzjoni tal-ħamrija, ix-xmajra ttrasportat il-kwarzit, li kien ta' importanza primarja billi dan ifforma saff b'tiswira ħarxa u ta' ħxuna konsiderevoli 'l fuq mill-istrata iktar baxxi tat-trab ġulġlieni. Il-ħamrija hija ħamrija tal-kwarzit u hija aċida, b'pH ta' bejn 4,7 u 6, li huwa ferm iktar baxx mill-pH taż-żona tal-madwar.

Iż-żona ġeografika hija protetta minn terren Mediterranju muntanjuż, li jilqa' kontra l-irjieħ tan-Nofsinhar sħan, li jipprevjeni temperaturi iktar għoljin. Hija kkaratterizzata minn speċijiet bħal-liċi, l-arżnu, il-ħaxixet il-mikinsa, ir-rockrose, il-klin u s-sagħtar.

2.

Informazzjoni dwar il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-inbid dovuti fundamentalment jew esklussivament għall-ambjent ġeografiku:

L-inbejjed prodotti huma Atlantiċi fin-natura tagħhom, b'kuntrast għall-inbejjed Mediterranji miż-żona tal-madwar. Dawn huma karatterizzati min-nuqqas ta' noti sħan, l-aromi reminixxenti tax-xagħri (sagħtar, klin u ħaxixet il-mikinsa) u noti reżinużi u mhux aċidużi (arżnu u ewkaliptu), jew frott eżotiku u polpa tal-frott bl-għadma fl-inbejjed bojod.

L-inbejjed huma rinfreskanti u bilanċjati, b'aċidità tajba. L-inbejjed ħomor, b'tannini maturi, huma inqas aċidużi u eleganti, filwaqt li l-inbejjed bojod huma rinfreskanti, b'aċidità ogħla minn dik tipika tal-inbejjed taż-żona tal-madwar.

Kemm l-inbejjed ħomor kif ukoll dawk bojod jippermettu perjodi twal ta' maturazzjoni fil-flixkun.

3.

Ir-rabta bejn il-karatteristiċi taż-żona ġeografika u l-kwalità tal-inbid:

L-altitudni u l-orjentazzjoni taż-żona ġeografika, li jipproteġuha minn irjieħ sħan u nexfin, il-fatt li l-vinja tkun fid-dell filgħaxija u l-umdità pprovduta mix-xmajra jirriżultaw f'medda ta' temperaturi li tippermetti t-tannin isir b'mod suffiċjenti. Dan joħloq inbejjed b'nuqqas ta' noti sħan u natura Atlantika notevoli. L-inbejjed ħomor huma karatterizzati minn togħma mhux aċiduża, b'tannini maturi u li jħallu togħma fil-ħalq rikka u fit-tul, filwaqt li l-inbejjed bojod iħallu togħma fil-ħalq qawwija u rinfreskanti.

In-nisġa ħoxna tal-ħamrija u t-trasport tal-kwarzit mix-xmajra iżidu l-aċidità tal-ħamrija, li jirriżulta fi nbejjed rifnreskanti u bilanċjati b'aċidità ogħla minn dik tipika tal-inbejjed taż-żona tal-madwar. Dan jippermetti għal perjodi itwal ta' maturazzjoni fil-flixkun.

Il-preżenza tax-xagħri, bi speċijiet ta' pjanti tipiċi (rockrose, ħaxixet il-mikinsa, sagħtar, lavanda, klin, eċċ.) madwar il-vinja, li jagħti lill-inbid in-noti karatteristiċi tal-aroma tax-xagħri u noti mhux aċidużi, jew noti ta' frott eżotiku u polpa tal-frott bl-għadma fl-inbejjed bojod.

9.   Kundizzjonijiet oħra essenzjali

Ħolqa għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://pagina.jccm.es/agricul/paginas/comercial-industrial/consejos_new/pliegos/3_PLIEGO_DEHESA_CARRIZAL_20180628.pdf


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

27.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 74/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9263 — Moma Lieux/Unibail-Rodamco/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 74/04)

1.   

Fid-19 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Moma Lieux SAS (“Moma Lieux”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Moma;

Unibail-Rodamco SE (“UR SE”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Unibail-Rodamco-Westfield.

Moma Lieux u UR SE jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija mwaqqfa ġdida li għandha l-għan li tiżviluppa u tuża spazji għar-ristoranti tat-tip food halls.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Moma Lieux: ristoranti kummerċjali u stabbilimenti ta’ bil-lejl (diskoteki), essenzjalment f’Pariġi;

—   UR SE: Il-ġestjoni u l-kiri ta’ spazji kummerċjali f’ċentri kummerċjali, uffiċċji u ċentri ta’ kungressi u wirjiet.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9263 — Moma Lieux/Unibail-Rodamco/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles

BELGIQUE


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


27.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 74/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9200 — KKR/Magneti Marelli)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 74/05)

1.   

Fl-20 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. (1)

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

KKR & Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

Magneti Marelli S.p.A. (“Magneti Marelli”, l-Italja).

KKR takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Magneti Marelli kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   KKR: kumpanija ta’ investiment dinjija, li toffri firxa wiesgħa ta’ fondi ta’ assi u prodotti ta’ investiment oħra lill-investituri u tipprovdi soluzzjonijiet għas-swieq kapitali għad-ditti, il-kumpaniji ta’ portafoll tagħha u klijenti oħra. KKR tikkontrolla lil Calsonic Kansei Corporation, li hija bbażata fil-Ġappun u li hi fornitur dinji ta’ partijiet tal-karozzi, bħall-cockpit modules, prodotti interni, sistemi ta’ kontroll tal-klima, prodotti tat-tkessiħ tal-magna, kompressuri tal-karozzi, sistemi tal-exhaust u prodotti elettroniċi.

—   Magneti Marelli: fornitur ta’ komponenti u sistemi għas-settur awtomobilistiku, prinċipalment prodotti tad-dawl awtomobilistiċi, prodotti tal-motopropulsjoni, sistemi elettroniċi, sistemi ta’ sospensjoni u shock absorbers, sistemi tal-exhaust, partijiet u servizzi wara l-bejgħ u prodotti tal-motosport.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9200 — KKR/Magneti Marelli

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.