ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 70

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
25 ta' Frar 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 70/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Modifika tal-metodu ta’ kalkolu għal ħlasijiet ta’ somom f’daqqa u ħlasijiet ta’ penali ta’ kuljum proposta mill-Kummisssjoni f’proċedimenti ta’ ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

1

2019/C 70/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9005 — Booking Holdings/HotelsCombined) ( 1 )

8

2019/C 70/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9169 — Caisse des dépôts et consignations/Swiss Life/JV) ( 1 )

8

2019/C 70/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9224 — Brookfield Asset Management/Johnson Controls Power Solutions Business) ( 1 )

9

2019/C 70/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9265 — Schwarz Gruppe/Nord-Westdeutsche Papierrohstoff/JV) ( 1 )

9

2019/C 70/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9219 — Blackstone/Sretaw/Beauparc) ( 1 )

10


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 70/07

Rata tal-kambju tal-euro

11


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 70/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9076 — Novelis/Aleris) ( 1 )

12

2019/C 70/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9303 — LetterOne/DIA) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

13


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/1


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Modifika tal-metodu ta’ kalkolu għal ħlasijiet ta’ somom f’daqqa u ħlasijiet ta’ penali ta’ kuljum proposta mill-Kummisssjoni f’proċedimenti ta’ ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 70/01)

1.   Introduzzjoni

Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), meta l-Kummissjoni tirreferi Stat Membru lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea minħabba li kiser il-liġi tal-UE, il-Qorti tista’ timponi sanzjonijiet finanzjarji f’żewġ sitwazzjonijiet:

Meta l-Qorti tkun iddeċidiet li Stat Membru li jkun qed jikser il-liġi tal-UE jkun għadu ma kkonformax ma’ sentenza preċedenti li tkun sabet dan il-ksur (l-Artikolu 260(2) tat-TFUE);

Meta Stat Membru jkun naqas milli jissodisfa l-obbligu tiegħu li jinnotifika l-miżuri li jittrasponu Direttiva adottata skont proċedura leġiżlattiva (l-Artikolu 260(3) TFUE).

Fiż-żewġ każijiet, is-sanzjoni tkun magħmula minn ħlas ta’ somma f’daqqa, li tippenalizza l-eżistenza tal-ksur innifsu (1), u ħlas ta’ penali ta’ kuljum, li tippenalizza l-kontinwazzjoni tal-ksur wara s-sentenza tal-Qorti (2). Il-Kummissjoni tipproponi ammont għas-sanzjonijiet finanzjarji lill-Qorti, li tieħu d-deċiżjoni finali.

L-approċċ ġenerali tal-Kummissjoni biex tikkalkula s-sanzjoni proposta tagħha huwa stabbilit sew. Sa mill-1997 (3) u kif stabbilit f’Komunikazzjonijiet suċċessivi (4), hija applikat approċċ li jirrifletti kemm il-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru kkonċernat kif ukoll il-piż istituzzjonali tiegħu. Dan huwa applikat permezz tal-“fattur n” (5). Dan jingħaqad ma’ fatturi oħra – l-aggravju tal-ksur, u d-duratura tiegħu – fil-kalkolu tal-Kummissjoni tas-sanzjoni proposta. S’issa, il-fattur n ġie kkalkulat b’referenza għall-prodott domestiku gross (PDG) ta’ Stat Membru, u l-għadd ta’ voti allokati lilu fil-Kunsill (6).

Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja reċentement stabbiliet li r-regoli tal-votazzjoni tal-Kunsill ma jistgħux jibqgħu jintużaw għal dan il-għan (7). Konsegwentement, hija tiddependi fuq il-PDG tal-Istati Membri bħala l-fattur predominanti.

Il-Kummissjoni dejjem qieset li s-sanzjonijiet iridu kemm jaġixxu bħala deterrent, kif ukoll ikunu proporzjonati, u l-proposti li tagħmel lill-Qorti għad-deċiżjoni finali tagħha għandhom diġà jirriflettu din il-ħtieġa. Il-kombinazzjoni tal-kapaċità ta’ Stat Membru li jħallas u l-piż istituzzjonali tiegħu ipprovda dan il-bilanċ. L-użu tal-PDG waħdu jiddisturba dan il-bilanċ, peress li jkun jirrifletti esklussivament id-dimensjoni ekonomika tal-Istati Membri. Din ikollha impatti differenti ħafna għall-Istati Membri differenti u b’mod partikolari tissuġġerixxi żieda sostanzjali fl-ammonti tas-sanzjonijiet proposti għal aktar minn terz tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li l-fattur n għandu jkompli jirrifletti kemm il-PDG kif ukoll il-piż istituzzjonali. Din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi d-dettalji ta’ kif jinżamm dan il-bilanċ filwaqt li jiġi aġġustat il-metodu ta’ kalkolu tal-Kummissjoni għas-sanzjonijiet finanzjarji proposti tagħha.

2.   Ir-reviżjoni tal-fattur n

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet f’diversi okkażjonijiet li l-metodu ta’ kalkolu għall-proposta ta’ sanzjoni tal-Kummissjoni kien mezz xieraq li jirrifletti l-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li żżomm il-varjazzjoni bejn l-Istati Membri fi ħdan medda raġonevoli. (8)

Madankollu, fis-sentenza tagħha tal-14 ta’ Novembru 2018 (9), il-Qorti tal-Ġustizzja nnotat li mill-1 ta’ April 2017, is-sistema tal-votazzjoni fil-Kunsill stabbilita fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (it-Trattat tal-KE) (10) inbidlet. Hija kkonkludiet li b’riżultat ta’ dan, il-fattur n ma setax jibqa’ jqis il-voti ta’ Stat Membru fil-Kunsill, u li kellu jistrieħ fuq il-prodott domestiku gross (PDG) tal-Istati Membri bħala l-fattur predominanti.

Il-kompożizzjoni tal-fattur n

Il-Kummissjoni tqis li, minbarra l-kapaċità tal-Istati Membri li jħallsu, il-fattur n għandu jqis ukoll il-piż istituzzjonali tal-Istati Membri. Dan ifisser li l-metodu tal-kalkolu tal-fattur n m’għandux ikun ibbażat biss fuq il-piż demografiku jew ekonomiku, iżda wkoll fuq il-konsiderazzjoni li kull Stat Membru għandu valur intrinsiku fl-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea.

Fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti, hija meħtieġa riflessjoni ġdida dwar il-piż istituzzjonali li għandha tintuża fil-kalkolu tas-sanzjonijiet finanzjarji. Sabiex jinżamm il-bilanċ bejn il-kapaċità ta’ ħlas u l-piż istituzzjonali ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni se tikkalkola l-fattur n fuq il-bażi ta’ żewġ elementi: Il-PDG, u n-numru ta’ siġġijiet għar-rappreżentanti fil-Parlament Ewropew allokati lil kull Stat Membru (11). Il-Kummissjoni tqis li din hija l-aktar riflessjoni xierqa tal-piż istituzzjonali tal-Istati Membri disponibbli llum fit-Trattati tal-UE.

Il-medda fil-fattur n bejn l-Istati Membri

Raġuni oħra għaż-żamma tal-piż istituzzjonali tal-Istati Membri fil-kalkolu tal-fattur n hija li l-użu esklussiv tal-PDG iżid b’mod konsiderevoli l-firxa fil-fattur n bejn l-Istati Membri. Id-differenza bejn il-fattur n l-aktar baxx u l-ogħla wieħed illum huwa ta’ 55 – dan għandu jiżdied għal 312 bl-użu esklussiv tal-PDG.

Meta jitqies in-numru ta’ siġġijiet ta’ Stat Membru fil-Parlament Ewropew fil-kalkolu tal-fattur n, ikun żgurat li l-varjazzjoni bejn l-Istati Membri tkun tista’ tkompli tkun fi ħdan medda raġonevoli.

Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-metodu l-ġdid għall-kalkolu tal-fattur n għandu jwassal għal ammonti li ma joħolqux differenzi mhux ġustifikati bejn l-Istati Membri u jibqgħu qrib kemm jista’ jkun tal-ammonti li jirriżultaw mill-metodu ta’ kalkolu attwali, li huma kemm proporzjonati kif ukoll deterrenti biżżejjed. Filwaqt li l-ammonti li jirriżultaw jistgħu jkunu inqas meta mqabbla mas-sitwazzjoni attwali, huma jersqu eqreb lejn il-prattika tal-Qorti, li ġeneralment tistabbilixxi multi aktar baxxi minn dawk proposti mill-Kummissjoni.

Valur ta’ referenza għall-fattur n

Sa issa, il-Kummissjoni użat il-fattur n tal-Lussemburgu bħala valur ta’ referenza. Dan imur lura għaż-żmien meta l-Lussemburgu kien il-pajjiż bil-PDG totali l-aktar baxx fost l-Istati Membri. Il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq li tagħżel referenza li tirrifletti aħjar ir-realtà ekonomika u politika tal-lum. Għalhekk, il-Kummissjoni se tiddetermina l-fattur n ta’ referenza billi tuża l-medja ta’ kull wieħed miż-żewġ fatturi li qed jintużaw, il-PDG u l-għadd ta’ rappreżentanti fil-Parlament Ewropew (12). L-użu tal-medji jżid ukoll l-istabbiltà ta’ dan il-valur ta’ referenza maż-żmien.

Madankollu, l-użu ta’ dawn il-fatturi mingħajr aġġustament iwassal għal valur ta’ referenza għall-fattur n li huwa konsiderevolment aktar baxx mill-valur attwali. Għalhekk huwa meħtieġ aġġustament sabiex jiġi żgurat li l-ammonti proposti mill-Kummissjoni jibqgħu proporzjonati u deterrenti biżżejjed. Fattur ta’ aġġustament ta’ 4,5 jasal qrib il-livelli attwali filwaqt li jiżgura li l-ebda Stat Membru ma jkollu jerfa’ xi żieda. L-ammonti b’rata fissa standard rispettivi użati għall-kalkolu tal-ħlasijiet ta’ penali ta’ kuljum u l-ħlas ta’ somma f’daqqa huma konsegwentement aġġustati kif ġej:

L-ammont standard b’rata fissa għall-pagamenti ta’ penali ta’ kuljum: EUR 690 × 4,5 = EUR 3 105;

L-ammont standard b’rata fissa għall-pagamenti ta’ somma f’daqqa: EUR 230 × 4,5 = EUR 1 035.

Skont l-istess loġika, l-ammont ta’ somma f’daqqa minima skont ir-referenza attwali ta’ EUR 571 000 ukoll se jiġi mmultiplikat bil-fattur n il-ġdid biex jiġi kkalkolat l-ammont tas-somma f’daqqa minima għal kull Stat Membru. Sabiex jiġi żgurat li l-ammonti proposti jkunu proporzjonati u deterrenti biżżejjed, dak l-ammont se jiġi mmultiplikat ukoll bil-fattur tal-aġġustament: EUR 571 000 × 4,5 = EUR 2 569 500. Dawn l-ammonti għandhom jiġu riveduti kull sena, skont l-inflazzjoni.

Il-fattur n li jirriżulta għal kull Stat Membru huwa stabbilit fl-Anness I, u s-somma f’daqqa minima li tirriżulta fl-Anness II.

3.   Applikazzjoni

Il-Kummissjoni se tapplika l-metodu ta’ kalkolu kif deskritt fil-qosor f’din il-Komunikazzjoni għal sanzjonijiet finanzjarji proposti lill-Qorti tal-Ġustizzja mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali. Il-Kummissjoni se tirrevedi l-metodu ta’ kalkolu kif deskritt f’din il-Komunikazzjoni mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tal-adozzjoni tagħha.

Ladarba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jsir legalment effettiv, u irrispettivament jekk il-Ftehim dwar il-Ħruġ (13) jidħolx fis-seħħ jew le, il-Kummissjoni terġa’ tikkalkula l-medji rilevanti u se taġġusta ċ-ċifri stipulati fl-Anness I u II skont dan.


(1)  SEC(2005) 1658, punt 10.3.

(2)  SEC(2005) 1658, punt 14.

(3)  Metodu ta’ kalkolu tal-ħlasijiet ta’ penali previsti skont l-Artikolu 171 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Trattat tal-KE) (ĠU C 63, 28.2.1997, p. 2).

(4)  Ara b’mod partikolari l-Komunikazzjoni riformulata SEC (2005) 1658, il-Komunikazzjoni “Implimentazzjoni tal-Artikolu 260(3) tat-Trattat (ĠU C 12, 15.1.2011, p. 1) u l-Komunikazzjoni “Id-Dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta’ applikazzjoni aħjar” (ĠU C 18, 19.1.2017, p. 10).

(5)  SEC(2005) 1658, punt 14.

(6)  Kif kien stabbilit fit-Trattat KE.

(7)  Is-Sentenza tal-14 ta’ Novembru 2018 fil-każ C-93/17, Il-Kummissjoni vs il-Greċja.

(8)  Il-Kawża C-93/17, il-Kummissjoni vs il-Greċja, EU:C:2018:903 punt 132.

(9)  Il-Kawża C-93/17, il-Kummissjoni vs il-Greċja, EU:C:2018:903 punti 138 u 142.

(10)  Sostitwit mis-sistema ta’ maġġoranza doppja kif stipulat fl-Artikolu 16(4) TUE. Qabel it-tneħħija gradwali tas-sistema tal-votazzjoni fil-Kunsill stabbilita fit-Trattat tal-KE, kull Stat Membru kellu numru fiss ta’ voti fil-Kunsill. Skont it-Trattat ta’ Lisbona, kull Stat Membru fil-Kunsill għandu vot wieħed, bil-maġġoranza kwalifikata tintlaħaq meta 55 % tal-Istati Membri jivvutaw favur u dawk l-Istati Membri jirrappreżentaw 65 % tal-popolazzjoni tal-UE. Dan ma jistax jiġi tradott b’ippeżar sempliċi u jintuża bl-istess mod bħas-sistema preċedenti.

(11)  Ara, għal-leġiżlatura attwali, l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/312/UE tat-28 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 57), u l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/937 tat-28 ta’ Ġunju 2018 għal-leġiżlatura li jmiss, li tibda fit-2 ta’ Lulju 2019.

(12)  Il-medja hija kkalkulata kif ġej: il-fattur n hu medja ġeometrika kkalkulata billi jittieħed l-għerq kwadrat tal-prodott tal-fatturi abbażi tal-PDG tal-Istati Membri u l-għadd ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew. Jinkiseb permezz tal-formula li ġejja: Formula

Fejn: PDG n = il-PDG tal-Istat Membru kkonċernat, f’miljuni ta’ euro; PDG medju = PDG medju tal-UE 28; Siġġu n = l-għadd ta’ siġġijiet tal-Istat Membru kkonċernat fil-Parlament Ewropew; Siġġu medju = il-medja tan-numru ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew tal-Istati Membri kollha.

(13)  Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, kif anness mal-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ta’ dak il-Ftehim, COM(2018) 833 final.


ANNESS I

Fattur “n” speċjali

Il-Belġju

0,79

Il-Bulgarija

0,24

Ir-Repubblika Ċeka

0,51

Id-Danimarka

0,50

Il-Ġermanja

4,60

L-Estonja

0,09

L-Irlanda

0,46

Il-Greċja

0,51

Spanja

2,06

Franza

3,40

Il-Kroazja

0,19

L-Italja

2,93

Ċipru

0,09

Il-Latvja

0,12

Il-Litwanja

0,17

Il-Lussemburgu

0,15

L-Ungerija

0,41

Malta

0,07

In-Netherlands

1,13

L-Awstrija

0,67

Il-Polonja

1,23

Il-Portugall

0,52

Ir-Rumanija

0,62

Is-Slovenja

0,15

Is-Slovakkja

0,27

Il-Finlandja

0,44

L-Iżvezja

0,81

Ir-Renju Unit

3,50


ANNESS II

Somma sħiħa minima (eluf ta’ EUR)

Il-Belġju

2 029

Il-Bulgarija

616

Ir-Repubblika Ċeka

1 310

Id-Danimarka

1 284

Il-Ġermanja

11 812

L-Estonja

231

L-Irlanda

1 181

Il-Greċja

1 310

Spanja

5 290

Franza

8 731

Il-Kroazja

488

L-Italja

7 524

Ċipru

231

Il-Latvja

308

Il-Litwanja

437

Il-Lussemburgu

385

L-Ungerija

1 053

Malta

180

In-Netherlands

2 902

L-Awstrija

1 720

Il-Polonja

3 158

Il-Portugall

1 335

Ir-Rumanija

1 592

Is-Slovenja

385

Is-Slovakkja

693

Il-Finlandja

1 130

L-Iżvezja

2 080

Ir-Renju Unit

8 987


25.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/8


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9005 — Booking Holdings/HotelsCombined)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 70/02)

Fit-23 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9005. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


25.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/8


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9169 — Caisse des dépôts et consignations/Swiss Life/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 70/03)

Fit-12 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9169. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


25.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/9


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9224 — Brookfield Asset Management/Johnson Controls Power Solutions Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 70/04)

Fl-14 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9224. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


25.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/9


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9265 — Schwarz Gruppe/Nord-Westdeutsche Papierrohstoff/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 70/05)

Fit-18 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9265. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


25.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/10


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9219 — Blackstone/Sretaw/Beauparc)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 70/06)

Fit-18 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9219. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/11


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta’ Frar 2019

(2019/C 70/07)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1325

JPY

Yen Ġappuniż

125,56

DKK

Krona Daniża

7,4620

GBP

Lira Sterlina

0,87263

SEK

Krona Żvediża

10,5998

CHF

Frank Żvizzeru

1,1346

ISK

Krona Iżlandiża

135,70

NOK

Krona Norveġiża

9,7643

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,667

HUF

Forint Ungeriż

318,03

PLN

Zloty Pollakk

4,3370

RON

Leu Rumen

4,7611

TRY

Lira Turka

6,0378

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5923

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4976

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8884

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6639

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5324

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 273,20

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,8607

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6109

HRK

Kuna Kroata

7,4230

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 920,00

MYR

Ringgit Malażjan

4,6174

PHP

Peso Filippin

59,052

RUB

Rouble Russu

74,1694

THB

Baht Tajlandiż

35,493

BRL

Real Brażiljan

4,2392

MXN

Peso Messikan

21,7810

INR

Rupi Indjan

80,5530


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9076 — Novelis/Aleris)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 70/08)

1.   

Fit-18 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Novelis Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerika, “Novelis”), sussidjarja ta’ Hindalco Industries Limited (l-Indja)

Aleris Corporation (l-Istati Uniti tal-Amerika, “Aleris”)

Novelis takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Aleris kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Novelis hija manifattur dinji ta’ prodotti tal-aluminju nofshom lesti u tirriċikla l-aluminju.

Aleris hija manifattur dinji ta’ prodotti tal-aluminju nofshom lesti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9076 — Novelis/Aleris

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


25.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9303 — LetterOne/DIA)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 70/09)

1.   

Fit-18 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

L1R Invest1 Holdings S.à r.l. (“L1R Invest1”) (il-Lussemburgu), ikkontrollata minn LetterOne Investment Holdings S.A. (il-Lussemburgu),

Distribuidora Internacional de Alimentación, S.A. (“DIA”) (Spanja).

L1R Invest1 takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ DIA kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   LetterOne Investment Holdings S.A.: kumpanija azzjonarja tal-investiment b’sidien privati bbażata fil-Lussemburgu u li timmira lejn investimenti fis-setturi tat-telekomunikazzjonijiet u t-teknoloġija, il-kura tas-saħħa u ħwienet, u l-enerġija.

—   DIA: bejjiegħa u distributriċi internazzjonali tal-ikel ta’ prodotti li jimxu malajr u ta’ prodotti tad-dar u l-kura personali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9303 — LetterOne/DIA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.