ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 69

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
22 ta' Frar 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 69/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2019/C 69/02

Avviż mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-akkumulazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u ċerti Stati li jagħmlu parti mill-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (l-Istati AKP) li japplikaw FSE, Stati AKP oħra u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tal-Unjoni Ewropea skont il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati tal-CARIFORUM, l-Istati tal-Paċifiku u l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2019/C 69/03

Avviż ta’ Kompetizzjoni għall-għażla ta’ membri tal-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq li mhumiex minn bank ċentrali u għall-ħolqien ta’ lista ta’ riżerva — Ref. PRO-004931

4

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 69/04

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Talba magħmula minn Entità Kontraenti

6


 

Rettifika

2019/C 69/05

Rettifika tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) — L-awtoritajiet kompetenti — Lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (passenger name record, PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja ( ĠU C 194, 6.6.2018 )

7

2019/C 69/06

Rettifika tal-pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 ( ĠU C 317, 23.9.2017 )

8


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Frar 2019

(2019/C 69/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1354

JPY

Yen Ġappuniż

125,70

DKK

Krona Daniża

7,4619

GBP

Lira Sterlina

0,86805

SEK

Krona Żvediża

10,6188

CHF

Frank Żvizzeru

1,1367

ISK

Krona Iżlandiża

135,70

NOK

Krona Norveġiża

9,7808

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,648

HUF

Forint Ungeriż

317,24

PLN

Zloty Pollakk

4,3346

RON

Leu Rumen

4,7565

TRY

Lira Turka

6,0442

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5969

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4951

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,9098

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6648

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5352

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 277,61

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,8539

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6275

HRK

Kuna Kroata

7,4155

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 978,50

MYR

Ringgit Malażjan

4,6320

PHP

Peso Filippin

59,193

RUB

Rouble Russu

74,3534

THB

Baht Tajlandiż

35,390

BRL

Real Brażiljan

4,2476

MXN

Peso Messikan

21,8165

INR

Rupi Indjan

80,7435


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


22.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/2


Avviż mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-akkumulazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u ċerti Stati li jagħmlu parti mill-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“l-Istati AKP”) li japplikaw FSE, Stati AKP oħra u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tal-Unjoni Ewropea skont il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati tal-CARIFORUM, l-Istati tal-Paċifiku u l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar

(2019/C 69/02)

Il-Protokolli li jikkonċernaw id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva għall-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (“l-FSE”) bejn l-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) u l-Istati tal-CARIFORUM (1), l-Istati tal-Paċifiku (2) u l-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar (“l-ESA”) (3) jipprevedu l-akkumulazzjoni tal-oriġini fl-Unjoni (4).

L-akkumulazzjoni tippermetti lill-esportaturi fl-Unjoni, skont il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ kull FSE, li jinkorporaw fil-prodotti li jesportaw fil-qafas ta’ dawk l-FSE, materjali li joriġinaw fi Stat tal-FSE, fi Stati oħra Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“AKP”) jew fil-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (“il-PTEE”) (5), daqslikieku kienu joriġinaw fl-Unjoni; u li jqisu l-ħidma jew l-ipproċessar imwettqa fi Stat tal-FSE, fi Stati oħra tal-AKP jew fil-PTEE daqslikieku twettqu fl-Unjoni.

Bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti speċifiċi provduti minn kull Protokoll dwar ir-regoli tal-oriġini għall-FSEs indikati f’dan l-avviż, din l-akkumulazzjoni tista’ tapplika biss jekk l-Unjoni:

tkun ikkonkludiet arranġament jew ftehim dwar il-kooperazzjoni amministrattiva mal-pajjiżi u t-territorji kkonċernati, li jiżgura l-implimentazzjoni korretta tal-akkumulazzjoni, u

tkun provdiet lill-Istati tal-FSE bid-dettalji ta’ dawn l-arranġamenti dwar il-kooperazzjoni amministrattiva.

L-Unjoni kkonkludiet arranġamenti jew ftehimiet dwar il-kooperazzjoni amministrattiva mal-Istati tal-AKP u l-PTEE li ġejjin:

L-Istati tal-AKP li jaderixxu mal-FSE:

Il-Karibew: Antigua u Barbuda; il-Commonwealth tal-Bahamas; Barbados; il-Belize; il-Commonwealth ta’ Dominica; ir-Repubblika Dominicana; Grenada; ir-Repubblika Kooperattiva tal-Guyana; il-Ġamajka; Saint Kitts u Nevis; Saint Lucia; Saint Vincent u l-Grenadini; ir-Repubblika tas-Suriname u r-Repubblika ta’ Trinidad u Tobago;

Ir-Reġjun tal-Afrika Ċentrali: ir-Repubblika tal-Kamerun;

Ir-Reġjun tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar: ir-Repubblika ta’ Madagascar; ir-Repubblika ta’ Mauritius; ir-Repubblika tas-Seychelles u r-Repubblika taż-Żimbabwe;

Ir-Reġjun tal-Paċifiku: l-Istat Indipendenti ta’ Papua New Guinea u r-Repubblika ta’ Fiġi u Samoa;

Il-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika: ir-Repubblika tal-Botswana; ir-Renju tal-Eswatini; ir-Renju tal-Lesoto; ir-Repubblika tal-Mozambique; ir-Repubblika tan-Namibja u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel;

Ir-Reġjun tal-Afrika tal-Punent: ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju; ir-Repubblika tal-Ghana.

Stati oħra tal-AKP:

l-Angola, il-Benin, il-Burkina Faso, il-Burundi, Cape Verde, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, Comoros, iċ-Chad, il-Kongo (Brazzaville), il-Gżejjer Cook, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Djibouti, il-Guinea Ekwatorjali, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Gambja, ir-Repubblika tal-Guinea, il-Guinea-Bissau, il-Haiti, il-Kenja, Kiribati, il-Liberja, il-Malawi, il-Mali, il-Mauritania, il-Mikroneżja, Nauru, in-Niġer, in-Niġerja, Niue, ir-Rwanda, il-Gżejjer Solomon, São Tomé u Príncipe, is-Senegal, Sierra Leone, is-Somalja, is-Sudan, it-Tanzanija, Timor Leste, it-Togo, Tonga, Tuvalu, l-Uganda, il-Vanuatu u ż-Żambja.

Il-PTEE:

Greenland; New Caledonia u d-Dipendenzi; il-Polineżja Franċiża; it-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u tal-Antartika; il-Gżejjer Wallis u Futuna; Saint Barthélemy; Saint Pierre u Miquelon; Aruba; Bonaire; Curaçao; Saba; Sint Eustasius; Sint Marteen; Anguilla; il-Bermuda; il-Gżejjer Cayman; il-Gżejjer Falkland; il-Georgia tan-Nofsinhar u l-Gżejjer Sandwich tan-Nofsinhar; Montserrat; Pitcairn; Saint Helena u d-Dipendenzi tagħha; it-Territorju Brittaniku tal-Antartika; it-Territorju Brittaniku tal-Oċean Indjan; il-Gżejjer Turks u Kajkos u l-Gżejjer Verġni Brittaniċi.

Il-Kummissjoni Ewropea nnotifikat kif xieraq id-dettalji ta’ dawn il-ftehimiet dwar il-kooperazzjoni amministrattiva lill-Istati tal-CARIFORUM, lill-Istati tal-Paċifiku u lill-Istati tal-ESA.

B’dan l-avviż il-partijiet interessati huma infurmati li l-Unjoni tissodisfa r-rekwiżiti amministrattivi speċifikati f’kull Protokoll (6).

Għalhekk, l-akkumulazzjoni fl-Unjoni prevista fil-Protokolli dwar ir-regoli ta’ oriġini għall-FSE indikati f’dan l-avviż, tista’ tiġi applikata mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati rekwiżiti oħra pprovduti minn kull Protokoll (7), mal-pajjiżi u t-territorji msemmija f’dan l-avviż.

Dan l-avviż huwa ppubblikat skont:

il-paragrafu 3(c) tal-Artikolu 3 tal-Protokoll I għall-FSE UE-CARIFORUM;

il-paragrafu 6(c) tal-Artikolu 3 tal-Protokoll II għall-FSE interim UE-Paċifiku;

il-paragrafu 6(c) tal-Artikolu 3 tal-Protokoll I għall-FSE interim UE-ESA.


(1)  ĠU L 289, 30.10.2008, p. 3.

(2)  ĠU L 272, 16.10.2009, p. 2.

(3)  ĠU L 111, 24.4.2012, p. 2.

(4)  L-Artikolu 3 tal-Protokoll I għall-FSE UE-CARIFORUM;

L-Artikolu 3 tal-Protokoll II għall-FSE interim UE-Paċifiku;

L-Artikolu 3 tal-Protokoll I għall-FSE interim UE-ESA.

(5)  Il-PTEE elenkati fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(6)  Il-paragrafi 3(a) u (c) tal-Artikolu 3 tal-Protokoll I għall-FSE UE-CARIFORUM;

Il-paragrafi 6(a) u (c) tal-Artikolu 3 tal-Protokoll II għall-FSE interim UE-Paċifiku;

Il-paragrafi 6(a) u (c) tal-Artikolu 3 tal-Protokoll I għall-FSE interim UE-ESA.

(7)  Il-paragrafu 3(b) tal-Artikolu 3 tal-Protokoll I għall-FSE UE-CARIFORUM;

Il-paragrafu 6(b) tal-Artikolu 3 tal-Protokoll II għall-FSE interim UE-Paċifiku;

Il-paragrafu 6(b) tal-Artikolu 3 tal-Protokoll I għall-FSE interim UE-ESA.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Bank Ċentrali Ewropew

22.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/4


Avviż ta’ Kompetizzjoni għall-għażla ta’ membri tal-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq li mhumiex minn bank ċentrali u għall-ħolqien ta’ lista ta’ riżerva — Ref. PRO-004931

(2019/C 69/03)

Permezz ta’ dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qiegħed iniedi l-proċess għall-għażla u l-ħatra ta’ żewġ membri tal-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq (MIB) li mhumiex minn bank ċentrali u għall-ħolqien ta’ lista ta’ riżerva.

1.   Informazzjoni Ġenerali

B’konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, l-Ewrosistema toffri infrastrutturi tas-suq, pjattaformi, applikazzjonijiet u servizzi relatati fl-oqsma tas-saldu tal-flus kontanti, is-saldu ta' titoli u l-ġestjoni tal-kollateral, li jikkonsisti f’servizzi TARGET, li jinkludu TARGET2, T2S u servizzi TIPS, kif ukoll, fil-futur, ECMS.

Fis-16 ta' Marzu 2016, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (il-“Kunsill Governattiv”) approva l-istabbiliment tal-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq (“MIB”). MIB huwa l-korp għall-governanza responsabbli għal kompiti ta’ ġestjoni tekniċi u operattivi fil-qasam tal-infrastrutturi u pjattaformi tas-suq. Fil-25 ta’ Jannar 2019, il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/166 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2012/6 dwar it-twaqqif tal-Bord għall-Programm TARGET2-Securities (Deċiżjoni BĊE/2019/3) (id-“Deċiżjoni”) (1).

Il-MIB huwa kompost minn, inter alia, żewġ membri ta’ bank mhux ċentrali (mingħajr drittijiet ta’ votazzjoni), wieħed b’esperjenza bħala uffiċjal anzjan fl-industrija tal-pagamenti u wieħed b’esperjenza bħala uffiċjal anzjan fl-industrija tat-titoli (Kapitolu I, Sezzjoni 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni).

Il-mandat tal-MIB, inkluż l-objettivi, responsabbiltajiet u kompiti tal-Bord u tal-membri tiegħu, huma stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni.

Il-BĊE qed jorganizza dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni biex jinħatru żewġ membri ġodda fil-MIB li mhumiex minn bank ċentrali, u għall-ħolqien ta’ lista ta’ riżerva li tista’ tintuża għas-sostituzzjoni tal-membri ta’ bank mhux ċentrali fil-MIB.

2.   Post tal-qadi/tat-twettiq tad-dmirijiet

Il-post tal-qadi tad-dmirijiet huwa prinċipalment il-bini tal-BĊE, fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja, u jista’ jinvolvi vjaġġar lejn postijiet oħra fl-UE.

3.   Tip ta’ proċedura: avviż ta’ kompetizzjoni

Il-BĊE jistieden applikazzjonijiet bil-ħsieb li jintgħażlu u jinħatru żewġ kandidati bħala membri li mhumiex minn bank ċentrali fil-MIB u tinħoloq lista ta’ riżerva ta’ sostituti. L-għażla tiddependi esklużivament mill-kwalità tal-applikazzjonijiet li jsiru.

Il-proċedura hija rregolata mill-Anness IV tad-Deċiżjoni, li tistabbilixxi l-proċeduri u rekwiżiti applikabbli għall-għażla, ħatra u sostituzzjoni ta’ membri fil-MIB li mhumiex minn bank ċentrali, kif ukoll mid-Deċiżjoni (UE) 2016/245 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/2) (2).

4.   Dokumentazzjoni sħiħa

Id-dokumentazzjoni sħiħa (bl-Ingliż), li tistipula (a) ir-rwol tal-MIB; (b) ir-rwol u dmirijiet tal-membri fil-MIB li mhumiex minn bank ċentrali; (ċ) il-kriterji għall-għażla; (d) l-aspetti finanzjarja relevanti u (e) l-proċedura għall-applikazzjoni, inkluż l-iskadenza sa meta għandhom jaslu l-applikazzjonijiet (35-il ġurnata mid-data ta’ meta dan l-avviż ġie ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropeja) tista’ titniżżel mill-websajt tal-BĊE permezz ta’ din il-link: https://www.ecb.europa.eu/ecb/jobsproc/tenders/html/index.en.html

5.   Aktar informazzjoni

Kandidati jistgħu jindirizzaw kull mistoqsija rigward din il-proċedura lis-

Sinjura Emilia Pérez Barreiro

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Infrastruttura tas-Suq u Pagamenti

Sonnemannstrasse 22

60314 Frankfurt am Main

DEUTSCHLAND

Tel. +49 6913445788.

Mistoqsijiet għandhom jintbagħtu bil-miktub, preferibbilment permezz ta’ email, lil emilia.perez@ecb.int. Il-BĊE ma jassumix l-ebda responsabbiltà għal mistoqsijiet li ma jintbagħtux hekk kif deskritt hawn fuq.


(1)  ĠU L 32, 4.2.2019, p. 14.

(2)  Deċiżjoni (UE) 2016/245 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Frar 2016 li tistabbilixxi r-Regoli dwar l-Akkwisti (ĠU L 45 20.2.2016, p. 15), kif emendata mid-Deċiżjoni BĊE/2016/17 (ĠU L 159, 16.6.2016, p. 21).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/6


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba magħmula minn Entità Kontraenti

(2019/C 69/04)

Fis-7 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-ewwel jum tax-xogħol wara li waslet it-talba kien l-10 ta’ Diċembru 2018.

Din it-talba, li saret minn Hrvatska pošta, tikkonċerna s-servizzi ta’ konsenja rapida tal-pakketti, tal-istampa u tal-gazzetti u s-servizzi tal-posta mingħajr indirizz fil-Kroazja. L-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE jistipula li l-“kuntratti maħsuba sabiex jippermettu li ssir attività msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 li għandha titwettaq ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva jekk l-Istat Membru jew l-entitajiet kontraenti li introduċew it-talba skont l-Artikolu 35 jistgħu juru li, fl-Istat Membru li titwettaq fih, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom mhuwiex ristrett l-aċċess; u lanqas il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma organizzati sabiex titwettaq din l-attività f’dik iż-żona ġeografika ma għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva.” Il-valutazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni li tista’ ssir fil-kuntest tad-Direttiva 2014/25/UE hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha perjodu stipulat ta’ 105 jum tax-xogħol li jibda jgħodd mill-jum tax-xogħol imsemmi hawn fuq, biex tieħu deċiżjoni rigward din it-talba. Għalhekk dan il-perjodu jiskadi fit-23 ta’ Mejju 2019.

Skont l-Artikolu 35(5) tad-Direttiva 2014/25/UE, talbiet oħrajn li jikkonċernaw l-istess settur jew attività fil-Kroazja li jitressqu qabel jiskadi l-perjodu previst għal din it-talba, ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri ġodda, iżda għandhom jiġu ttrattati fil-kuntest ta’ din it-talba.


(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).


Rettifika

22.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/7


Rettifika tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) — L-awtoritajiet kompetenti — Lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (passenger name record, PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 194 tas-6 ta’ Ġunju 2018 )

(2019/C 69/05)

F’paġna 4, l-inċiż “fil-Latvja”,

minflok:

 

“Drošības policija;

 

Valsts policija;

 

Valsts robežsardze;

 

Lekšējās drošības birojs;

 

Korupcijas novēršanas un apkarošanas birojs;

 

Militārā policija;

 

Militārās izlūkošanas un drošības dienests;

 

Satversmes aizsardzības birojs;

 

Valsts ieņēmumu dienesta Finanšu policijas pārvalde un Muitas policijas pārvalde;

 

Prokuratūra.”,

aqra:

 

“Valsts drošības dienests;

 

Valsts policija;

 

Valsts robežsardze;

 

Iekšējās drošības birojs;

 

Korupcijas novēršanas un apkarošanas birojs

 

Militārā policija;

 

Militārās izlūkošanas un drošības dienests;

 

Satversmes aizsardzības birojs;

 

Valsts ieņēmumu dienesta Finanšu policijas pārvalde un Muitas policijas pārvalde;

 

prokuratūra.”.


22.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/8


Rettifika tal-pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 317 tat-23 ta’ Settembru 2017 )

(2019/C 69/06)

F’paġna 8, il-punt 7, ir-raba’ paragrafu,

minflok:

“Iż-żona tal-maturazzjoni tinsab f’għoli aktar minn 2 400 metru,”,

aqra:

“Iż-żona tal-maturazzjoni tinsab f’għoli aktar minn 2 300 metru,”.