|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 63/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9232 — Ivanhoe Cambridge/Macquarie/RHP Manager/RHP Platform) ( 1 ) |
|
|
2019/C 63/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9244 — OMERS/Altice/SFR FTTH) ( 1 ) |
|
|
2019/C 63/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9255 — Swiss/Montagu/Real estate property) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 63/04 |
||
|
2019/C 63/05 |
||
|
2019/C 63/06 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
18.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9232 — Ivanhoe Cambridge/Macquarie/RHP Manager/RHP Platform)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 63/01)
Fit-28 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9232. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
18.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9244 — OMERS/Altice/SFR FTTH)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 63/02)
Fl-1 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9244. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
18.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9255 — Swiss/Montagu/Real estate property)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 63/03)
Fit-12 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9255. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
18.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-15 ta’ Frar 2019
(2019/C 63/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1260 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
124,45 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4612 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87938 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,4813 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1340 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
134,30 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,7690 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,709 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
318,21 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3307 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7407 |
|
TRY |
Lira Turka |
5,9322 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5836 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4959 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,8370 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6432 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5293 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 269,32 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,9011 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,6236 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4080 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 924,46 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5997 |
|
PHP |
Peso Filippin |
59,036 |
|
RUB |
Rouble Russu |
75,0816 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
35,210 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,1852 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,7650 |
|
INR |
Rupi Indjan |
80,3610 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
18.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Frar 2019
li taħtar tmien membri tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika
(2019/C 63/05)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew ta’ Konsultazzjoni dwar il-Politika Komunitarja ta’ Tagħrif Statistiku u li tħassar id-Deċizjoni tal-Kunsill 91/116/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika huwa magħmul minn 24 membru. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE, tnax-il membru għandhom ikunu maħtura mill-Kummissjoni, wara li din tkun ikkonsultat mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill. Erbgħa mit-tnax-il membru msemmija hawn fuq inħatru għal termini ta’ ħames (5) snin bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/C12/02, u l-mandati rispettivi tagħhom jintemmu fl-2020. |
|
(3) |
L-Istati Membri pprovdew lill-Kummissjoni b’lista ta’ kandidati li għandhom kwalifiki stabbiliti sew fil-qasam tal-istatistika. |
|
(4) |
Meta taħtar lil dawn it-tmien membri, il-Kummissjoni pprovat tiżgura li huma jirrappreżentaw b’mod ugwali lill-utenti, lil min iwieġeb u lill-partijiet l-oħra ikkonċernati fl-istatistika tal-Unjoni (fosthom il-komunità xjentifika, il-partijiet soċjali u s-soċjetà ċivili). |
|
(5) |
Tiġi stabbilita lista ta’ riżerva biex tintuża kemm-il darba xi membru maħtur jirriżenja jew ikun indispost mingħajr preavviż. Fl-għażla tal-membri mil-lista ta’ riżerva l-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex iżżomm il-bilanċ bejn il-gruppi ta’ utenti. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni msemmija fl-Anness huma b’dan maħtura bħala membri tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika għal terminu ta’ ħames (5) snin li jibda mid-9 ta’ Mejju 2019.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
|
|
Axel BÖRSCH-SUPAN, |
|
|
Maria João CASANOVA DE ARAÚJO E SÁ VALENTE ROSA, |
|
|
Audronė JAKAITIENĖ, |
|
|
Sune KARLSSON, |
|
|
András MÁTH, |
|
|
Marie BOHATÁ, |
|
|
Peter VAN DER HEIJDEN, |
|
|
Tõnu KOLLO. |
Lista ta’ riżerva:
|
|
Marcel DAS, |
|
|
Domantas JASILIONIS. |
|
18.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/6 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Frar 2019
dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ speċifikazzjoni għal denominazzjoni fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(‘Τύρναβος’ (Tyrnavos) (IĠP))
(2019/C 63/06)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Greċja bagħtet applikazzjoni għal emenda tal-ispeċifikazzjoni għad-denominazzjoni “Τύρναβος” (Tyrnavos) b’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġew issodisfati. |
|
(3) |
Sabiex tippermetti l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni b’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-applikazzjoni għal emenda tal-ispeċifikazzjoni għad-denominazzjoni “Τύρναβος” (Tyrnavos) jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
L-applikazzjoni għall-emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Τύρναβος” (Tyrnavos) (IĠP) skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
B’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-emenda tal-ispeċifikazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2019.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
‘Τύρναβος’ (Tyrnavos)
PGI-GR-A0122-AM01
Data tal-applikazzjoni: 31.7.2015
TALBA GĦAL EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
1. Regoli applikabbli għall-emenda
L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Emenda mhux minuri
2. Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda
2.1. Estenzjoni taż-żona ġeografika demarkata
L-emenda tal-Fajl Tekniku PGI-GR-A0122 Tyrnavos, jestendi ż-żona ġeografika demarkata biex tinkludi l-komunita lokali ta' Dendra Tyrnavou, li tinsab fl-Unità Muniċipali ta' Tyrnavos, Muniċipalità ta' Tyrnavos, Unità Reġjonali ta' Larissa. Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima ‘Żona demarkata’ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u d-Dokument Uniku.
Il-Komunità Lokali Dendra Tyrnavou hija parti mill-Muniċipalità ta' Tyrnavos maħluqa minn Liġi Nru 3852 li tgħaqqad il-muniċipalitajiet (Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 87). Din il-komunità tinsab madwar sitt kilometri 'l bogħod minn Tyrnavos. Huwa reġjun li jkabbar l-għeneb bl-istess kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima u l-istess firxa ta' varjetajiet, li jipproduċu inbid b'karatteristiċi li huma identiċi għal dawk ta' nbejjed ta' Tyrnavos (IĠP).
2.2. Żieda tal-varjetà Malagouzia mal-kompożizzjoni varjetali tal-inbid abjad
L-emenda għall-Fajl Tekniku PGI-GR-A0122 Tyrnavos, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u d-Dokument Uniku tikkonċerna ż-żieda tal-varjetà Malagouzia għall-kompożizzjoni varjetali tal-inbid abjad (xotti, nofshom misjurin, nofshom ħelwin) fi kwalunkwe proporzjonijiet.
Din l-emenda tikkonċerna it-taqsimiet ‘Għeneb prinċipali tal-inbid’ tad-Dokument Uniku u ‘Varjetajiet Awtorizzati ta' Għeneb tal-Inbid’ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima ‘Rabta maż-żona ġeografika’ għall-kategorija ‘inbid’.
Il-varjetà Malagouzia ilha titkabbar fil-vinji tar-reġjun ta' Tyrnavos għal għexieren ta' snin.
Hija kompletament akklimatizzata għall-kundizzjonijiet sħan u xotti tar-reġjun. L-għeneb kbir u l-ġilda ħoxna tiegħu jifilħu b'suċċess għall-evaporazzjoni kkawżata mit-temperaturi għolja tar-reġjun matul ix-xhur tas-sajf. Il-ħsad isir fl-aħħar 10 ijiem ta' Awwissu. L-inbejjed prodotti mill-varjetà Malagouzia għandhom il-vantaġġ li huma ta' kwalità għolja u distinti minn inbejjed prodotti f'reġjuni oħrajn.
Fil-ħamrija taflija tar-regjun ta' Tyrnavos il-varjetà tipproduċi aċidità tajba ħafna u aroma rikka. L-aromi prinċipali huma ta' tuffieħ aħdar u frott taċ-ċitru. Fil-ħamrija ramlija u mħallta ramlija il-varjetà tipproduċi nbejjed b'aċidità tajba u b'aroma ta' ġiżimin u lanġas misjur.
L-inbejjed prodotti mill-varjetà Malagouzia f'Tyrnavos huma popolari barra mill-pajjiż fis-swieq prinċipali tal-Belġju, l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Ġermanja. Rebħu wkoll premjijiet f'kompetizzjonijiet importanti bħal Decanter.
Li tiġi rreġistrata il-varjetà taħt it-Tyrnavos (IĠP) jagħti lill-inbejjed prodotti spinta fis-suq, li tgħin lill-prodotti jkunu aktar kompetittivi fis-suq dinji, li jirriżulta fi tkabbir ekonomiku lokali u nazzjonali.
2.3. Żieda ta' informazzjoni fit-taqsima ‘Rabta maż-żona ġeografika’ għall-kategoriji ta' ‘Inbid’ u ‘Inbid semifrizzanti’
It-taqsima ‘Rabta maż-żona ġeografika’ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u tad-dokument uniku, għall-kategoriji ta' ‘inbid’ u ‘inbid semifrizzanti’ ta' prodotti tad-dwieli koperti minn Fajl Tekniku PGI-GR-A0122 Tyrnavos, kien supplimentat b'informazzjoni dettaljata dwar:
(a) id-deskrizzjoni tal-fatti naturali, umani jew storiċi oħrajn li jagħtu lok għall-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott; (b) il-karatteristiċi tal-kwalità tal-prodott attribwibbli għall-oriġini ġeografika tiegħu u (c) l-interazzjoni kawżali bejn il-karatteristiċi taż-żona ġeografika relatata mar-rabta u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott li jistgħu jiġu attribwiti għall-oriġini ġeografika tiegħu, ħalli r-rabta tista' tkun ippruvata għal kull wieħed minn dawn il-prodotti.
Informazzjoni relatata mar-reputazzjoni tal-prodott ġiet miżjuda mal-kategorija ‘Inbid’.
Jekk jogħġbok innota li d-dokumnt uniku tal-fajl tekniku IĠP Tyrnavos jinkludi taqsira tad-data mit-taqsima ‘Rabta maż-żona ġeografika’ għall-kategoriji tal-‘Inbid’ u ‘Inbid semifrizzanti’ tal-prodotti tad-dwieli.
B'mod partikolari, fit-tmiem tal-paragrafu ‘A. Rabta Storika’ tas-Subtaqsima ‘Dettalji dwar iż-żona ġeografika għal inbid tal-kategorija 1’, l-informazzjoni li jmiss ġiet miżjuda:
‘Illum il-ġurnata, Muscat Hamburg hija varjetà ta' għenba dominanti kkultivata f'60 % tat-total ta' vinji fiż-żona. Din il-varjetà tista' tinsab mifruxa f'postijiet madwar id-dinja kollha. Madanakollu, fil-Greċja, hija sinonima maż-żona ta' Tyrnavos, minħabba li, fuq livell nazzjonali, hija kważi esklussivament kkultivata fi ħdan il-fruntieri tal-Muniċipalità ta' Tyrnavos. Muscat Hamburg inħolqot permezz ta' inkroċju bejn il-varjetà Taljana, Schiava Grossa, (Trollinger jew Black Hamburg) u l-varjetà Eġizzjana ta' Muscat ta' Alessandrija li kienet ikkultivata kważi kullimkien madwar id-dinja. Hija mħallta ma' varjetajiet oħrajn biex jiġi prodott l-inbid, iżda f'każijiet eċċezzjonali, bħal fiż-żona ta' Tyrnavos, wieħed jista' jsib inbid prodott esklussivament mill-Muscat Hamburg. Dawk li jkabbru/produtturi tal-għeneb lokali ta' Tyrnavos, li għandhom storja twila ta' tkabbir tal-għeneb, ħadmu fuq il-bażi tas-sitwazzjoni l-ġdida maħluqa mill-varjetajiet stabbiliti wara phylloxera, u użaw lil Muscat f'diversi modi. Inbejjed speċjali aromatiċi huma prodotti prinċipalment ħomor ċari, ħelwin jew nofshom ħelwin. L-IĠP Tsipouro famuż ta' Tyrnavos huwa prodott permezz ta' distillazzjoni. Iż-żona kbira tal-għelejjel ta' Muscat Hamburg, l-akklimatizzazzjoni tajba tal-varjetà u l-ħafna modi li bihom tista' tiġi użata għamlu ż-żona ta' Tyrnavos punt ta' referenza globali, sal-punt li s-sinonimu Moschato Tyrnavou huwa issa inkluż fil-VIVC (Vitis International Variety Catalogue). Din stabbiliet ir-reputazzjoni tal-Moschato Tyrnavou fuq skala globali u, wara r-rikonoxximent tad-deżinjazzjoni fi Frar 2013 fuq livell nazzjonali, il-varjetà tista' uffiċjalment tiġi tikkettata bis-sinonimu ‘Moschato Mavro Tyrnavou’, għal għeneb ikkultivat fil-fruntieri tal-Muniċipalità ta' Tyrnavos’.
Li jmiss ġie mdaħħal fit-tmiem tal-paragrafu ‘C. Ambjent ġeografiku u oriġini ġeografika’:
“Fir-rigward tal-varjetà Muscat Hamburg (Moschato Mavro Tyrnavou), il-mikroklima lokali tispikka fil-karattru aromatiku intens tal-varjetà, li jixbaħ lill-ward, biex b'hekk tikkontribwixxi għall-produzzjoni ta' nbejjed Muscat uniċi, li jiffurmaw kategorija weħidhom. Il-varjetà Muscat Hamburg (Moschato Mavro Tyrnavou) hija kkultivata fl-aktar ħamrija għammiela u fonda, fejn tiżviluppa sal-massimu l-karatteristiċi organolettiċi tal-għeneb (kulur, daqs, aroma), waqt li ġie ppruvat li hija l-aktar varjetà reżistenti għall-ġlata (waqt ix-xitwa tal-2001, it-temperaturi niżlu għal -24,8 °C).
B'mod ġenerali, ħamriji żagħżagħ, ramlin huma kkultivati b'varjetajiet ħomor li jsiru tard, bħal Cabernet Sauvignon, ukoll il-varjetà Syrah, li timmatura fit-tieni għaxart ijiem ta' Settembru, filwaqt li varjetajiet bikrin, bħal Merlot, huma kkultivati f'ħamrija tal-arġilla, biex jiksbu maturità teknoloġika u tal-polifenol ottimali.
Fir-rigward tal-varjetjiet bojod Chardonnay u Sauvignon Blanc li jimmaturaw fit-tieni għaxart ijiem ta' Awwissu, s-selezzjoni ssir abbażi tad-data tal-ħsad possibbli, f'kombinazzjoni mal-potenzjal aromatiku tal-varjetà. Pereżempju, il-varjetà Sauvignon Blanc hija kkultivata f'ħamriji tal-arġilla, biex iżidu l-aromi varjetali tagħha, bħal bżar aħdar u frott tropikali.
Għall-varjetjiet Griegi li jimmaturaw mit-tieni għaxart ijiem ta' Awwissu sal-ewwel għaxart ijiem ta' Settembru, minbarra l-ħamrija u l-iżvilupp aromatiku waqt il-maturazzjoni, l-umdità ta' kull mikroklima hija wkoll fattur importanti. Varjetajiet Griegi, kemm bojod kif ukoll ħomor, b'għenieqed kbar u koeżivi (bħall-Malagouzia u Roditis) huma kkultivati f'ħamriji b'livelli baxxi ta' umdità, minħabba riskju ta' infezzjoni minn fungi, bħal botrytis. Inbejjed li joriġinaw minn varjetajiet bojod ikkultivati prinċipalment f'ħamriji fix-Xlokk ta' Tyrnavos għandhom togħma salmastra, li hija attribwita għal ħamrija mħallta b'konċentrazzjoni għolja ta' żnied. Il-produzzjoni ta' inbid Malagouzia xott teħtieġ art immejla bi skular tal-ilma tajjeb u livelli tal-umdità baxxi. Hemm ħafna ħamriji b'dawn il-karatteristiċi. Ftit minnhom jistgħu jinsabu fil-Punent ta' Tyrnavos u jinsabu relattivament qrib tax-xmara Titarisios. Nuqqas ta' ilma fix-xmara waqt is-sajf flimkien mal-ħamrija mħallta ramlija tagħti karattru uniku lill-inbejjed prodotti.
In-nuqqas ta' xita fis-sajf u t-temperaturi għojin fiż-żona jaffettwaw l-aċidità, il-kulur u l-kontenut taz-zokkor ta' nbejjed ħomor.
Minbarra l-karatteristiċi taż-żona (ħamrija, klima) u l-varjetajiet ikkultivati, prattiċi tal-produzzjoni tal-inbid huma wkoll fattur importanti fil-produzzjoni ta' nbejjed ta' kwalità. Diversi prattiċi u metodi tal-produzzjoni tal-inbid jistgħu jiġu użati biex itejbu l-kwalità ta' nbejjed li joriġinaw mill-Malagouzia. Skont il-pakkett tal-vinja u l-karatteristiċi tagħha, oenoloġisti jagħżlu jew li jbirrdu l-għeneb fi friġġis kbar, jew li jużaw silġ niexef (‘dry ice’) biex inaqqsu t-temperatura tagħhom. L-użu ta' bettiji tal-injam biex jipproduċu inbid immaturat huwa inqas komunement użat. Vinji tal-aħħar jistgħu jipproduċu nbejjed xotti li jimmaturaw fit-tank jew fil-bettija”.
Li jmiss ġie mdaħħal fit-tmiem tal-paragrafu msejjaħ “Dettalji tal-prodotti”:
‘Inbejjed bojod għandhom diversi aromi, bħal tuffieħ aħdar u lanġas misjur, aroma ta' frott taċ-ċitru b'noti sottili ta' ġiżimin, skont il-varjetà. Fil-każ ta' inbid Muscat hemm aroma Muscat distinta b'noti floreali. Dawn l-inbejjed huma kkaratterizzati b'aċidità sottili u struttura intensa.
Il-karatteristiċi kwalitattivi tal-inbejjed ħomor ta' Tyrnavos huma interessanti ħafna. Dawn l-inbejjed huma vjola skur fil-kulur, b'punti ta' vjola ċar u aromi bħal tin u frott aħmar misjur bħal ċirasa, tut u għajnbaqar, miksijin b'noti ta' bżar iswed u msiemer tal-qronfol b'aroma intensa ta' muskju miksi b'noti ta' għasel u priżervi tradizzjonali ħelwin, skont il-varjetà. Fil-każ ta' inbid Muscat, aroma Muscat distinta b'noti floreali. Dawn l-inbejjed huma karatterizzati b'tannini rotob.
Inbejjed rosé huma roża fil-kulur, b'aromi varji, bħal ċiras, frawli u ward aħmar. Fil-każ ta' inbid Muscat, aroma Muscat distinta b'noti. Dawn l-inbejjed huma kkaratterizzati b'aċidità u kumplessità sodisfaċenti u struttura tajba.
Minħabba l-potenzjal aromatiku tagħhom, inbejjed prodotti mill-Malagouzia, Chardonnay u Sauvignon Blanc jistgħu itejbu l-aroma u t-togħma ta' varjetajiet oħra miż-żona ta' Tyrnavos, bħal Roditis, Savatiano u Batiki, li għandhom aroma newtrali u aċidità medja.
Inbejjed IĠP Tyrnavos irċevew premjijiet f'kopmetizzjonijiet internazzjonali, speċifikament:
DECANTER 2011 SILVER, DECANTER 2012 BRONZE, DECANTER 2013 SILVER’
Il-paragrafu ‘Interazzjoni Kawżali’ ġie mibdul kif imiss:
‘L-uniċità tal-inbejjed IĠP Tyrnavos hija marbuta mal-potenzjal aromatiku tal-varjetajiet li minnhom jiġu prodotti, f'kombinazzjoni mat-tip ta' ħamrija u l-kundizzjonijiet klimatiċi prevalenti waqt li jkunu qed isiru. Il-prattika tal-produzzjoni tal-inbid użata hija wkoll importanti.
Il-varjetajiet bojod ikkombinati mat-tip ta' ħamrija adegwat jipproduċu nbejjed karatterizzati b'aċidità sottili u aroma ta' frott, frott taċ-ċitru u punti prominenti minn fjuri.
Fir-rigward tal-Malagouzia speċifikament, nistgħu nagħtu eżempju ta' żewġ tipi ta' ħamrija diffrenti. Fl-ewwel każ, ħamriji ħdejn ix-xmara Titarisios fihom ramel u taħlita ta' ramel, bi preżenza qawwija ta' żnied. It-tisjir f'dawn il-ħamriji iseħħ kmieni u l-varjetà tipproduċi nbejjed b'aroma ta' ġiżimin u lanġas misjur. Fit-tieni każ, ħamriji ħdejn Mount Melouna huma tal-arġilla. It-tisjir f'dawn il-ħamriji jseħħ 10-15 -il ġurnata aktar tard milli fl-ewwel każ u l-varjetà tipproduċi nbejjed b'aroma reminixxenti ta' tuffieħ aħdar u frott taċ-ċitru. Inbejjed b'aċidità tajba ħafna huma karatteristiċi taż-żewġ żoni.
Varjetajiet ħomor ikkombinati mat-tip ta' ħamrija adegwat, la tal-arġilla u lanqas ramli, jipproduċu nbejjed b'aroma ta' frott, fjuri u aroma intens ta' muskju b'noti ta' gġasel u priservi tradizzjonali ħelwin u tannini rptpb fil-każ ta' nbejjed ħomor. Ftit xita waqt is-sajf u temperaturi għoljin fiż-żona jirriżutaw f'inbejjed b'aċidità u kulur medji, u kontenut taz-zokkor għoli. Il-varjetà lokali Limniona, li timmatura mill-aħħar għaxart ijiem ta' Settembru sal-ewwel għaxart ijiem ta' Ottubru, hija wkoll interessanti ħafna. Din il-varjetà tipproduċi nbejjed b'aċidità intensa, kulur medju u tannini rotob.
Inbejjed rosé huma kkaratterizzati b'aċidità u kumplessità sodisfaċenti u struttura tajba’.
Subtaqsima intitolata ‘Dettalji dwar iż-żona ġeografika għal inbejjed semifrizzanti ta' kategorija 8’ ġiet imdaħħla kif imiss:
‘A. Rabta storika
Il-vitikultura ilha tiġi pprattikata fir-reġjun ta' Tyrnavos għal ħafna sekli. Matul iż-żmien, vjaġġaturi rreferew għall-vinji ta' Tyrnavos. Fl-1668 vjaġġatur tork Evliya Çelebi ddeskriba l-vinji ta' Tyrnavos kif imiss: ‘Meta titlaq, lejn ix-Xlokk tal-belt(Tyrnavos) wieħed jista’ jara 37 vinja, li jwasslu sa Larissa.' Referenzi jistgħu wkoll jinstabu fil-kitbiet ta' Brown (1669), Leake (1806) u Leonardos (1836).
Hemm referenzi miktuba għall-istorja tal-vitikultura u l-inbid fiż-żona ta' Tyrnavos ukoll minn żmien il-Biżantini, f'ittri lill-ħakkiem ta' Tessali tal-Punent, Michael Gabrielopoulos (1295) relatata inter alia ma' taxxa tas-sisa imposta fuq inbid u żejt taż-żebbuġa (Tsopotos, 1896). Taħt ħakma Ottomana, il-vinji kienu fost ftit artijiet li fuqhom ġiet rikonoxxuta sjieda (mülk) sħiħa u illimitata.
Il-Franċiż Léon Heuzey, wieħed mill-aktar riċerkaturi u vjaġġaturi barranin magħrufin, żar lil Tyrnavos fl-1858 u stqarr li iż-‘zinzirie’, ħlas ta' lieva fil-forma ta' parti mill-ħsad, kienet waħda mit-taxxi mħallsa lill-ħakkiema Torok. Kull min ma kienx iħallas din it-taxxa ma setax jagħmel inbid (Heuzey, 1858). Għandu jiġi nnutat ukoll li Tyrnavos kienet belt li fiha l-aktar li kienu jgħixu kienu Griegi.
Fl-1806, W. Leake sab 1 500 familja fil-belt ta' Tyrnavos, li minnhom 70 biss kienu Torok. Minħabba li t-Torok kienu jevitaw il-produzzjoni tal-inbid minħabba raġunijiet reliġjużi, wieħed seta' jikkonkludi li kienet il-popolazzjoni Griega li kienet involuta fil-produzzjoni tal-inbid.
Ioannis Leonardos jikteb dwar Tyrnavos: ‘Kwalunkwe residenti ta' Tyrnavis li kellhom inbid għall-bejgħ kienu itellgħu fergħa ta' siġra biex jindikaw dan, u kullmin kien jara din il-fergħa ġdejn ir-rixtelli seta’ liberament jidħol u jduq l-inbid sabiex jiddeċiedi jekk jixtrihx jew le.
S. Paganellis u Zosimas Esphigmenitis, l-pubblikatur ta' Prometheus, ddeskriva lil Tyrnavos fl-1880 kif imiss: ‘Tyrnavos tipproduċi fosdqiet, bettieħ, ħafna inbid li però huwa dgħajjef u ma jdumx aktar minn April’.
Skont informazzjoni fil-magażin Hellenic Viticulture and Oenology (1932), il-varjetajiet tad-dwieli li darba kienu jitkabbru fir-reġjun kienu: Roditis, Batiki, Koukouli, Limniona, Sideritis, Kartsiotis, Outmali. Informazzjoni tista' wkoll tinsab dwar vitikultura u produzzjoni tal-inbid fir-reġjun ta' Tyrnavos mill-istess sors. Kien hemm 800 sid tal-vinji f'Tyrnavos, 450 f'Ampelonas u 100 f'Argyropoulio, u ‘fir-rigward ta' rħula oħra, kważi kull familja kellha biċċa art mħawla bid-dwieli’. Iż-żona totali mħawla bi dwieli fir-reġjun kien irrappurtat bħala 10 375 stremmata li jipproduċu 702 000 oka ta' inbid aħmar skur u 200 000 oka ta' inbid abjad (retsina) [1 oka = 1,2829Kg]. Il-varjetajiet t'hawn fuq m'għadhomx jitkabbru fir-reġjun ta' Tyrnavos, minbarra Roditisi, Batiki u Limniona. Iċ-ċaqliqa saret bejn 1930-1936 minħabba firxa ta' phylloxera fir-reġjun. Dwieli reżistenti għall-phylloxera ġew iddistribwiti primarjament mill-Iskola tal-Agrikoltura ta' Larissa, li ppromwoviet il-varjetajiet Muscat Hamburg, Batiki u Rozaki.
Illum il-ġurnata, Muscat Hamburg hija varjetà ta' għenba dominanti kkultivata f'60 % tat-total ta' vinji fiż-żona.
Din il-varjetà tista' tinsab mifruxa f'postijiet madwar id-dinja kollha. Madanakollu, fil-Greċja, hija sinonima maż-żona ta' Tyrnavos, minħabba li, fuq livell nazzjonali, hija kważi esklussivament ikkultivata fi ħdan il-fruntieri tal-Muniċipalità ta' Tyrnavos.
Muscat Hamburg inħolqot permezz ta' inkroċju bejn il-varjetà Taljana, Schiava Grossa, (Trollinger jew Black Hamburg) u l-varjetà Eġizzjana ta' Muscat ta' Alessandrija li kienet ikkultivata kważi kullimkien madwar id-dinja. Hija mħallta ma' varjetajiet oħrajn biex jiġi prodott l-inbid, iżda f'każijiet eċċezzjonali, bħal fiż-żona ta' Tyrnavos, wieħed jista' jsib inbid prodott esklussivament mill-Muscat Hamburg.
Dawk li jkabbru/produtturi tal-għeneb lokali ta' Tyrnavos, li għandhom storja twila ta' tkabbir tal-għeneb, ħadmu fuq il-bażi tas-sitwazzjoni l-ġdida maħluqa mill-varjetajiet stabbiliti wara phylloxera, u użaw lil Muscat f'diversi modi. Inbejjed speċjali aromatiċi huma prodotti prinċipalment ħomor ċari, ħelwin jew nofshom ħelwin. L-IĠP Tsipouro famuż ta' Tyrnavos huwa prodott permezz tad-distillazzjoni. Iż-żona kbira tal-għelejjel ta' Muscat Hamburg, l-akklimatizzazzjoni tajba tal-varjetà u l-ħafna modi li bihom tista' tiġi użata għamlu ż-żona ta' Tyrnavos punt ta' referenza globali, sal-punt li s-sinonimu Moschato Tyrnavou huwa issa inkluż fil-VIVC (Vitis International Variety Catalogue). Din stabbiliet ir-reputazzjoni tal-Moschato Tyrnavou fuq skala globali u, wara r-rikonoxximent tad-deżinjazzjoni fi Frar 2013 fuq livell nazzjonali, il-varjetà tista' uffiċjalment tiġi tikkettata ‘Moschato Mavro Tyrnavou’, għal għeneb ikkultivat fil-fruntieri tal-Muniċipalità ta' Tyrnavos.
B. Rabtiet kulturali, soċjali u ekonomiċi
Il-ħajja soċjali u ekonomika fir-reġjun ta' Tyrnavos hija marbuta mill-qrib ma' vitikultura, inbid u tsipouro. Din it-tradizzjoni eżistiet għal sekli sħaħ fil-belt ta' Tyrnavos u fir-reġjun aktar wiesa'. Madanakollu, kien lejn in-nofs tas-seklu 19 li n-nies ta' Tyrnavos saru intensament involuti fil-vitikultura u li prodotti bħall-inbid, tsipouro u ouzo beda ikollhom rwol prinċipali fl-ekonomija tal-belt. Skont diversi rakkonti storiċi, minbarra n-natura, kienet ukoll id-dispożizzjoni ferrieħija tar-residenti ta' Tyrnavos li kkontribwiet għall-espansjoni tad-dwieli u l-prodotti tagħhom: ‘Ir-residenti ta' Tyrnavos huma nies piji li jħobbu jiddevertu u jiċċelebraw, sal-punt li huwa improbabbli li ssib anke resident wieħed tal-belt li ma jħobbx l-inbid,’ kiteb Ioannis Economou Logiotatou, akkademiku minn Larissa, fl-1817.
Nikolaos Georgiadis innota fl-1880: ‘U r-residenti tal-belt huma ferrieħa, fuq tagħhom, iħobbu jiċċelebraw u aduraturi ta' Bakkus’
C. Ambjent ġeografiku u oriġini ġeografika
Vinji fit-terroir ta' nbejjed Tyrnavos (IĠP) jinsabu f'altitudnijiet ta' bejn 70 u 250 metru. Il-firxa ta' dawn il-vinji fejn jitkabbru varjetajiet rakkomandati u permessi hija ta' 17 000ha, li minnhom Muscat Hamburg jokkupa xi 10 000 ha. Il-ħamrija hija xierqa għall-vitikultura, primarjament fl-artijiet baxxi, iżda l-inbid jitkabbar ukoll fiż-żoni bl-għoljiet. Iż-żona ta' produzzjoni ta' nbejjed Tyrnavos IĠP tinkludi varjetà ta' ħamriji u b'mod partikolari ħamriji ramlin, tal-arġilla, ramlin tal-arġilla u ramlin mallta. Il-mikroklima tar-reġjun hija kkaratterizzata minn temperaturi relattivament baxxi fix-xitwa, ġlata frekwenti u ftit xita, waqt li s-sjuf normalment ikunu sħan u xotti.
Inbejjed semifrizzanti IĠP Tyrnavos jiksbu l-karatteristiċi tal-kwalità tagħhom minn taħlita ta' karatteristiċi tal-ħamrija, il-kundizzjonijiet klimatiċi lokali u l-varjetajiet ikkultivati. Żoni u pakketi tal-vinji li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-prodott jiġu magħżula għall-produzzjoni ta' nbejjed semifrizzanti. Ħamriji mmejla tal-arġilla bi skular tajjeb tal-ilma u livelli tal-umditàbaxxi jiġu magħżula. Ħamriji li jagħtu aċidità aktar għolja u kontenut aktar għoli ta' terpina jiġu magħżula. Tali ħamriji prinċipalment jinsabu fit-Tramuntana tar-reġjun ta' Tyrnavos, taħt Mount Melouna.
Dettalji tal-prodotti
Vinji li jsiru tard ipproduċu nbejjed semifrizzanti eċċellenti b'karatteristiċi kwalitattivi uniċi ħafna. Inbejjed semifrizzanti għandhom karatteristiċi organolettiċi u, partikolarment, għgħandhom kuluri roża tal-ward, b'aroma ta' frottm bħal ċiras u frawli u aroma ta' fjuri bħal ward aħmar. Fil-każ ta' inbid semifrizzanti Muscat, aroma Muscat distinta b'noti. Inbejjed IĠP Tyrnavos semifrizzanti huma kkaratterizzati minn aċidità sodisfaċenti, sens ta' freskezza u struttura tajba.
Interazzjonijiet kawżali
L-uniċità tal-inbejjed IĠP Tyrnavos hija marbuta mal-potenzjal aromatiku tal-varjetajiet li minnhom jiġu prodotti, f'kombinazzjoni mat-tip ta' ħamrija u l-kundizzjonijiet klimatiċi prevalenti waqt li jkunu qed isiru. Ild-dversità kbira tal-ħamriji tipprovdi ħafna għażliet biex tippreżerva l-kwalità għolja ta' nbejjed semifrizzanti. Din il-kombinazzjoni ta' fatturi tikkontribwixxi għall-produzzjoni ta' nbejjed semifrizzanti b'karatteristiċi organolettiċi eċċezzjonali, bħal aroma ta' frott u fjuri, b'aċitidà sodisfaċenti, sens ta' freskezza u struttura tajba’
2.4. Inklużjoni tas-sinonimu Muscat Hamburg
L-emenda tal-Fajl Tekniku PGI-GR-A0122 Tyrnavos, l-Ispeċifikazzjoni tal- Prodott u id-Dokument Uniku, jikkonċernaw l-inklużjoni tas-sinonimu Moschato Mavro Tyrnavos għall-varjetà Muscat Hamburg fi qbil mad-Deċiżjoni Ministerjali Nru 814/16068/5.2.2014‘Klassifikazzjoni ta' varjetatjiet ta' għeneb tal-inbid u għeneb għaż-żbib’ (Gazzetta tal-Gvern, Serje II, Nru 225), irrevokata minn Deċiżjoni Ministerjali Nru 3534/96217/7.9.2015 dwar il-Klassifikazzjoni ta' varjetatjiet ta' għeneb tal-inbid u għeneb għat-tnixxif' (Gazzetta tal-Gvern, Serje II, Nru 1995).
Din l-emenda tikkonċerna it-taqsimiet ‘Għeneb tal-inbid prinċipali’ tad-Dokument Uniku u ‘Varjetajiet Awtorizzati ta' Għeneb tal-Inbid’ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
2.5. Aġġornament għall-fajl tekniku Tyrnavos (IĠP)
Minbarra l-emendi mitluba u għall-iskopijiet ta' aġġornament għall-fajl tekniku, il-bidliet li jmissu saru lill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: (a) żidna dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-rekwiżiti applikabbli u kontrolli ta' nbejjed DOP u IĠP, u (b) emendajna l-informazzjoni dwar l-awtoritajiet ta' kontroll kompetenti.
Speċifikament, it-taqsima ‘AWTORITAJIET TA' KONTROLL’ ġiet mibdula kif imiss:
‘AWTORITAJIET TA' KONTROLL
|
(a) |
|
|
(b) |
Direttorati għall-Ekonomija Rurali u Affarijiet Veterinarji |
|
(c) |
Protezzjoni, Kwalità u Ċentri ta' Kontrolli tal-Pjanti Reġjonali.’ |
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Τύρναβος (Tyrnavos)
2. Tip ta' indikazzjoni ġeografika
IĠP — Indikazzjoni Ġeografika Protetta.
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
8. |
Inbid semifrizzanti |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Inbid Rosé Xott Semifrizzanti
|
— |
Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,0 % volum |
|
— |
Kontenut ta' zokkor totali (g/l): Massimu 9,0 (fejn il-kontenut taz-zokkor jaqbeż 4 g/l, il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Anness XIV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 japplikaw) |
|
— |
Aċidità totali, espressa bħala aċidu tartariku (g/l): Massimu ta' 7,5 |
|
— |
Pressa eċċessiva f'kontenituri magħluqin ta' mhux inqas minn 1 bar iżda mhux aktar minn 2,5 bar f'20 °C. |
Kulur roża. Inbid b'togħma ta' frott b'aroma ta' ċiras, frawli u ward aħmar. Fil-każ ta' inbid Muscat, aroma Muscat distinta b'noti. Aċidità sodisfaċenti, sens ta' freskezza u struttura tajba.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika reali minima (f'% tal-volum) |
11,0 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru) |
200 |
Jekk ma jingħatax valur speċifiku, japplikaw il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Inbid Rosé Nofsu Misjur Semifrizzanti
|
— |
Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,0 % volum |
|
— |
Kontenut ta' zokkor totali (g/l): Minimu 4,5 — Massimu 17,5 (fejn il-kontenut taz-zokkor jaqbeż 12 g/l, il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Anness XIV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 japplikaw) |
|
— |
Aċidità totali, espressa bħala aċidu tartariku (g/l): Massimu ta' 7,5 |
|
— |
Il-Kontenut tad-diossidu tal-kubrit tal-inbejjed (totali): 250 mg/l (fejn il-kontenut ta' zokkor ikun tal-anqas 5 g/l) |
|
— |
Pressa eċċessiva f'kontenituri magħluqin ta' mhux inqas minn 1 bar iżda mhux aktar minn 2,5 bar f'20 °Ċ. |
Kulur roża. Inbid b'togħma ta' frott b'aroma ta' ċirasa, frawli u ward aħmar. Fil-każ ta' inbid Muscat, aroma Muscat distinta b'noti floreali bi ħjiel ta' għasel. Aċidità sodisfaċenti, imqajjem bi struttura tajba.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika reali minima (f'% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru) |
250 |
Jekk ma jingħatax valur speċifiku, japplikaw il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Inbid abjad xott
|
— |
Qawwa alkoħolika totali: Minimu ta' 11,0 % volum. |
|
— |
Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,0 % volum. |
|
— |
Kontenut ta' zokkor totali (g/l): Massimu 9,0 (fejn il-kontenut taz-zokkor jaqbeż 4 g/l, il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Anness XIV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 japplikaw) |
|
— |
Aċidità totali espressa bħala aċidu tartariku g/l: Massimu ta' 7,5 |
Kulur isfar-ħadrani. Aroma reminixxenti ta' tuffieħ aħdar u lanġas misjur, aroma ta' frott taċ-ċitru b'noti sottili ta' ġiżimin. Fil-każ ta' inbid Muscat, aroma Muscat distinta b'noti floreali. Piż intens fuq il-palat, b'aċidità baxxa u togħma li tibqa' wara li tixorbu.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika reali minima (f'% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru) |
200 |
Jekk ma jingħatax valur speċifiku, japplikaw il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Inbid Aħmar Nofsu-Ħelu
|
— |
Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,5 % volum |
|
— |
Kontenut ta' zokkor totali (g/l): Minimu 12,5 — Massimu 45 |
|
— |
Aċidità totali, espressa bħala aċidu tartariku (g/l): Massimu ta' 7,0 |
Kulur vjola skur b'punti prominenti ta' vjola ċar. Aroma ta' frott aħmar misjur wisq bħal ċiras, tut u għanbaqar, miksi b'noti ta' bżar iswed u imsiemer tal-qronfol. Fil-każ ta' inbid Muscat, aroma Muscat distinta b'noti ta' għasel u floreali. Piż kbir fuq il-palar, bi struttura tajba u tannini rotob. Togħma ħelwa wara li tixorbu.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika reali minima (f'% tal-volum) |
12 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru) |
20 |
|
Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru) |
200 |
Jekk ma jingħatax valur speċifiku, japplikaw il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Inbid Rosé Xott
|
— |
Il-qawwa alkoħolika totali: Minimu ta' 11,0 % volum. |
|
— |
Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,0 % volum |
|
— |
Kontenut ta' zokkor totali (g/l): Massimu 9,0 (fejn il-kontenut taz-zokkor jaqbeż 4 g/l, il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Anness XIV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 japplikaw) |
|
— |
Aċidità totali, espressa bħala aċidu tartariku (g/l): Massimu ta' 7,5 |
Kulur roża. Inbid b'togħma ta' frott b'aroma ta' ċiras, frawli u ward aħmar. Fil-każ ta' inbid Muscat, aroma Muscat distinta b'noti. Aċidità sodisfaċenti, kumplessità u struttura tajba.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika reali minima (f'% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru) |
200 |
Jekk ma jingħatax valur speċifiku, japplikaw il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Inbid Rosé Nofsu Misjur
|
— |
Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,0 % volum. |
|
— |
Kontenut ta' zokkor totali (g/l): Minimu 4,5 — Massimu 17,5 (fejn il-kontenut taz-zokkor jaqbeż 12 g/l, il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Anness XIV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 japplikaw) |
|
— |
Aċidità totali, espressa bħala aċidu tartariku (g/l): Massimu ta' 7,5 |
|
— |
Kontenut ta' diossidu tal-kubrit total massimu tal-inbejjed (mg/l): 250 (fejn il-kontenut ta' zokkor ikun tal-anqas 5 g/l) |
Kulur roża. Inbid b'togħma ta' frott b'aroma ta' ċiras, frawli u ward aħmar. Fil-każ ta' inbid Muscat, aroma Muscat distinta b'noti. Aċidità sodisfaċenti, kumplessità, ħlewwa pjaċevoli u struttura tajba.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika reali minima (f'% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru) |
250 |
Jekk ma jingħatax valur speċifiku, japplikaw il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Inbid Rosé Nofsu-Ħelu
|
— |
Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,0 % volum. |
|
— |
Kontenut ta' zokkor totali (g/l): Minimu 12,5 — Massimu 45 |
|
— |
Aċidità totali, espressa bħala aċidu tartariku (g/l): Massimu ta' 7,5 |
Kulur roża. Inbid b'togħma ta' frott b'aroma ta' ċiras, frawli u ward aħmar. Fil-każ ta' inbid Muscat, aroma Muscat distinta b'noti. Aċidità sodisfaċenti, kumplessità u struttura tajba. Togħma ħelwa li tibqa' wara li tixorbu.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika reali minima (f'% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru) |
250 |
Jekk ma jingħatax valur speċifiku, japplikaw il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Inbid Abjad Nofsu Misjur
|
— |
Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,0 % volum |
|
— |
Kontenut ta' zokkor totali (g/l): Minimu 4,5 — Massimu 17,5 (fejn il-kontenut taz-zokkor jaqbeż 12 g/l, il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Anness XIV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 japplikaw) |
|
— |
Aċidità totali, espressa bħala aċidu tartariku (g/l): Massimu ta' 7,5 |
|
— |
Kontenut ta' diossidu tal-kubrit total massimu tal-inbejjed (mg/l): 250 (fejn il-kontenut ta' zokkor ikun tal-anqas 5 g/l) |
Kulur isfar-ħadrani. Aroma reminixxenti ta' tuffieħ aħdar u lanġas misjur, aroma ta' frott taċ-ċitru b'noti sottili ta' ġiżimin. Fil-każ ta' inbid Muscat, aroma Muscat distinta b'noti floreali. Piż intens fuq il-palat, b'togħma ħelwa rinfreskanti, b'aċidità baxxa u togħma li tibqa' wara li tixorbu.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika reali minima (f'% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru) |
250 |
Jekk ma jingħatax valur speċifiku, japplikaw il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Inbid Aħmar Xott
|
— |
Il-qawwa alkoħolika totali: Minimu ta' 12,0 % volum. |
|
— |
Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,5 % volum |
|
— |
Kontenut ta' zokkor totali (g/l): Massimu 9,0 (fejn il-kontenut taz-zokkor jaqbeż 4 g/l, il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Anness XIV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 japplikaw) |
|
— |
Aċidità totali, espressa bħala aċidu tartariku (g/l): Massimu ta' 7,0 |
Kulur vjola skur b'punti prominenti ta' vjola ċar. Aroma ta' frott aħmar misjur bħal ċiras, tut u għanbaqar, miksi b'noti ta' bżar iswed u imsiemer tal-qronfol. Fil-każ ta' inbid Muscat, aroma Muscat distinta b'noti floreali.
Piż kbir fuq il-palar, bi struttura tajba u tannini rotob.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika reali minima (f'% tal-volum) |
12 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru) |
20 |
|
Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru) |
150 |
Jekk ma jingħatax valur speċifiku, japplikaw il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Inbid Abjad Nofsu Misjur
|
— |
Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,5 % volum. |
|
— |
Kontenut ta' zokkor totali (g/l): Minimu 4,5 — Massimu 17,5 (fejn il-kontenut taz-zokkor jaqbeż 12 g/l, il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Anness XIV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 japplikaw) |
|
— |
Aċidità totali, espressa bħala aċidu tartariku (g/l): Massimu ta' 7,0 |
|
— |
Kontenut ta' diossidu tal-kubrit total massimu tal-inbejjed (mg/l): 200 (fejn il-kontenut ta' zokkor ikun tal-anqas 5 g/l) |
Kulur vjola skur b'punti prominenti ta' vjola ċar. Aroma ta' frott aħmar misjur bħal ċiras, tut u għanbaqar, miksi b'noti ta' bżar iswed u imsiemer tal-qronfol. Fil-każ ta' inbid Muscat, aroma Muscat distinta b'noti floreali.
Piż kbir fuq il-palat, bi struttura tajba, ħlewwa pjaċevoli u tannini rotob.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika reali minima (f'% tal-volum) |
12 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru) |
20 |
|
Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru) |
200 |
Jekk ma jingħatax valur speċifiku, japplikaw il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Inbid Aħmar Ħelu
|
— |
Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,5 % volum. |
|
— |
Kontenut ta' zokkor totali (g/l): Minimu 45 |
|
— |
Aċidità totali, espressa bħala aċidu tartariku (g/l): Massimu ta' 7,0 |
Kulur vjola skur b'punti prominenti ta' vjola ċar. Aroma ta' frott misjur wisq bħal tin, b'aroma intens ta' muscat miksi b'noti ta' għasel u priżervi ħelwin tradizzjonali. Togħma ħelwa fuq il-palat, b'karattru muscat intens. Aċidità sodisfaċenti, robust, sens ta' volum u togħma li tibqa' wara li tixorbu.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika reali minima (f'% tal-volum) |
12 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru) |
20 |
|
Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru) |
200 |
Jekk ma jingħatax valur speċifiku, japplikaw il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Inbid Abjad Nofsu-Ħelu
|
— |
Qawwa alkoħolika naturali minima: 10,0 % volum |
|
— |
Kontenut ta' zokkor totali (g/l): Minimu 12,5 — Massimu 45 |
|
— |
Aċidità totali, espressa bħala aċidu tartariku (g/l): Massimu ta' 7,5 |
Kulur isfar-ħadrani. Aroma reminixxenti ta' tuffieħ aħdar u lanġas misjur, aroma ta' frott taċ-ċitru b'noti sottili ta' ġiżimin. Fil-każ ta' inbid Muscat, aroma Muscat distinta b'noti ta' għasel u floreali. Piż intens fuq il-palat, b'aċidità sottili u togħma ħelwa li tibqa' wara li tixorbu.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika reali minima (f'% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru) |
250 |
Jekk ma jingħatax valur speċifiku, japplikaw il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Vinifikazzjoni ta' nbejjed bojod xotti, nofshom misjurin u nofshom ħelwin
Restrizzjonijiet fil-produzzjoni tal-inbid
Prodott bl-użu ta' teknoloġija tal-produzzjoni tal-inbid abjad tal-għola livell; it-temperatura matul il-fermentazzjoni alkoħolika ma tistax taqbeż l-20 °Ċ.
Vinifikazzjoni ta' nbejjed ħomor xotti, nofshom misjurin u nofshom ħelwin
Restrizzjonijiet fil-produzzjoni tal-inbid
Inbid aħmar Tyrnavos (IĠP) huwa prodott fi qbil mal-metodi tal-produzzjoni tal-inbid tradizzjonali.
Vinifikazzjoni ta' nbejjed rosé xotti, nofshom misjurin u nofshom ħelwin
Restrizzjonijiet fil-produzzjoni tal-inbid
Inbid rosé Tyrnavos (IĠP) huwa prodott bl-użu ta' teknoloġija tal-produzzjoni tal-inbid rosé tal-għola livell; it-temperatura matul il-fermentazzjoni alkoħolika ma tistax taqbeż l-20 °Ċ.
Sistemi ta' taħriġ tad-dwieli
Teknika tal-kultivazzjoni
Id-dwieli huma mħarrġa fi qbil mat-tekniċi ta' kultivazzjoni tipika użata lokalment.
Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isiru l-inbejjed
Fil-produzzjoni ta' inbid nofsu misjur, nofsu ħelu u ħelu, l-għotja ta' ħlewwa lill-inbid huwa permess fi qbi mad-dispożizzjonijiet applikabbli (Anness ID għar-Regolament (KE) Nru 606/2009)
Inbid semifrizzanti huwa magħmul bl-użu tat-teknika lokali tradizzjonali, u d-diossidu tal-karbonju ma jiġix miżjud iżda huwa endoġenu.
b. Rendimenti massimi
Rendiment massimu f'kilogrammi ta' għeneb għal kull etteru (varjetajiet ħomor u bojod)
12 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru
Rendiment massimu f'ettolitri ta' prodott finali għal kull ettaru — inbejjed ħomor
96 hl għal kull ettaru
Rendiment massimu f'ettolitri ta' prodott finali għal kull ettaru — Inbejjed bojod u rosé
90 hl għal kull ettaru
6. Żona demarkata
Iż-żona demarkata għall-produzzjoni ta' nbejjed Tyrnavos (IĠP) taqa' fi ħdan l-Unità Reġjonali ta' Larissa u tinkludi d-distretti tal-Muniċipalità ta' Tyrnavos, b'mod partikolari l-Unità Muniċipali ta' Tyrnavos bil-Komunitajiet Lokali tagħha ta' Argyropouleio, Damasi u Dendra Tyrnavou u l-Unità Muniċipali ta' Ampelonas bil-Komunitjiet Lokali tagħha ta' Vryotopos, Deleria u Rodia.
7. L-għeneb tal-inbid ewlieni
|
|
Savatiano B — Doumprena bajda, Kountoura bajda, Perachoritiko, Sakeiko |
|
|
Chardonnay B |
|
|
Dempina B |
|
|
Batiki B |
|
|
Muscat Hamburg N — Moschato Mavro Tyrnavos |
|
|
Cabernet Sauvignon N |
|
|
Malagouzia B |
|
|
Limniona N |
|
|
Limnio Ν |
|
|
Ugni Blanc B — Trebbiano Syrah N |
|
|
Sauvignon Blanc B |
|
|
Merlot N |
|
|
Maccabeau B |
|
|
Grenache Rouge N |
|
|
Roditis Rs — Alepou |
8. Deskrizzjoni tar-rabtiet
Inbid tal-katergorija 1
A.
Il-vitikultura ilha tiġi pprattikata fir-reġjun ta' Tyrnavos għal ħafna sekli. Matul iż-żmien, vjaġġaturi rreferew għall-vinji ta' Tyrnavos. Fl-1668 vjaġġatur tork Evliya Çelebi ddeskriba l-vinji ta' Tyrnavos kif imiss: ‘Meta titlaq, lejn ix-Xlokk tal-belt(Tyrnavos) wieħed jista’ jara 37 vinja, li jwasslu sa Larissa.' Referenzi jistgħu wkoll jinstabu fil-kitbiet ta' Brown (1669), Leake (1806) u Leonardos (1836).
Hemm referenzi miktub għall-istorja tal-vitikultura u inbid fiż-żona ta' Tyrnavos li tmur lura anke għal żmien il-Biżantini.
Il-Franċiż Léon Heuzey, wieħed mill-aktar riċerkaturi u vjaġġaturi barranin magħrufin, żar lil Tyrnavos fl-1858 u stqarr li iż-‘zinzirie’, ħlas ta' lieva fil-forma ta' parti mill-ħsad, kienet waħda mit-taxxi mħallsa lill-ħakkiema Torok.
B.
Il-ħajja soċjali u ekonomika fir-reġjun ta' Tyrnavos hija marbuta mill-qrib ma' vitikultura, inbid u tsipouro. Din it-tradizzjoni eżistiet għal sekli sħaħ fil-belt ta' Tyrnavos u fir-reġjun aktar wiesa'. Madanakollu, kien lejn in-nofs tas-seklu 19 li n-nies ta' Tyrnavos saru intensament involuti fil-vitikultura u li prodotti bħall-inbid, tsipouro u ouzo beda ikollhom rwol prinċipali fl-ekonomija tal-belt.
Id-dielja u l-prodotti tagħha jikkostitwixxu s-sinsla tal-ekonomija lokali. Inbid u tsipouro huma parti mill-attività soċjali tar-reġjun ta' Tyrnavos, inklużi t-tradizzjonijiet, iċ-ċelebrazzjonijiet u ċ-ċerimonji tagħha, u parti intrinsika mid-drapp ta' kuljumm tal-ħajja tan-nies. L-aktar drawwa karatteristika, osservata biss f'Tyrnavos hija ‘Bourani’ f'‘It-Tnejn in-Nadif’ (Clean Monday) ċelebrazzjoni li għandha l-għeruq tagħha f'festivitajiet ta' Dijonisju u l-adorazzjoni ta' Dijonisju.
C.
Vinji fit-terroir ta' nbejjed Tyrnavos (IĠP) jinsabu f'altitudnijiet ta' bejn 70 u 250 metru. Il-firxa ta' dawn il-vinji fejn jitkabbru varjetajiet rakkomandati u permessi hija ta' 17 000 ha, li minnhom MuscatHamburg jokkupa xi 10 000 ha. Il-ħamrija hija xierqa għall-vitikultura, primarjament fl-artijiet baxxi, iżda l-inbid jitkabbar ukoll fiż-żoni bl-għoljiet.
Iż-żona ta' produzzjoni ta' nbejjed Tyrnavos IĠP tinkludi varjetà ta' ħamriji u b'mod partikolari ħamriji ramlin, tal-arġilla, ramlin tal-arġilla u ramlin mallta.
Il-mikroklima tar-reġjun hija kkaratterizzata minn temperaturi relattivament baxxi fix-xitwa, ġlata frekwenti u ftit xita, waqt li s-sjuf normalment ikunu sħan u xotti.
Inbejjed Tyrnavos (IĠP) jiksbu l-karatteristiċi tal-kwalità tagħhom minn taħlita ta' karatteristiċi lokali (ħamrija u klima) l-varjetajiet mkabbra u l-prattiċi tal-produzzjoni tal-inbid użati.
B'mod ġenerali, ħamriji żagħżagħ, ramlin huma kkultivati b'varjetajiet ħomor li jsiru tard, bħal Cabernet Sauvignon, ukoll il-varjetà Syrah, fejn varjetajiet bikrin, bħal Merlot, huma kkultivati f'ħamrija tal-arġilla.
Fir-rigward tal-varjetjiet bojod Chardonnay u Sauvignon Blanc li jimmaturaw fit-tieni għaxart ijiem ta' Awwissu, s-selezzjoni ssir ibbażata fuq id-data tal-ħsad possibbli, f'kombinazzjoni mal-potenzjal aromatiku tal-varjetà.
Varjetajiet Griegi, kemm bojod kif ukoll ħomor, b'għenieqed kbar u koeżivi (bħall-Malagouzia u Roditis) huma kkultivati f'ħamriji b'livelli baxxi ta' umdità, minħabba riskju ta' infezzjoni minn fungi, bħal botrytis.
Il-produzzjoni ta' inbid Malagouzia xott teħtieġ art immejla bi skular tal-ilma tajjeb u livelli tal-umdità baxxi.
Dettalji tal-prodotti
It-taħlita tal-klima, tipi ta-ħamrija, il-varjetajiet tal-għeneb imkabbra u t-tekniċi ta' biedja u ta' produzzjoni tal-inbid użati jikkontribwixxu għall-karatteristiċi tal-kwalità ta' nbejjed Tyrnavos (IĠP).
L-inbejjed ħomor huma vjola skur fil-kulur, b'punti ta' vjola ċar u aromi bħal tin u frott aħmar misjur bħal ċirasa, tut u għajnbaqar, miksijin b'noti ta' bżar iswed u msiemer tal-qronfol b'aroma intensa ta' muskju miksi b'noti ta' għasel u priżervi tradizzjonali ħelwin, skont il-varjetà. Fil-każ ta' inbid Muscat, aroma Muscat distinta b'noti floreali. Dawn l-inbejjed huma karatterizzati b'tannini rotob.
Inbejjed rosé huma roża fil-kulur, b'aromi varji, bħal ċirasa, frawli u ward aħmar. Fil-każ ta' inbid Muscat, aroma Muscat distinta.
Inbejjed bojod għandhom diversi aromi, bħal tuffieħ aħdar u lanġas misjur, aroma ta' frott taċ-ċitru b'noti sottili ta' ġiżimin, skont il-varjetà. Fil-każ ta' inbid Muscat hemm aroma Muscat distinta b'noti floreali. Dawn l-inbejjed huma kkaratterizzati b'aċidità sottili u struttura intensa.
Minħabba l-potenzjal aromatiku tagħhom, inbejjed prodotti mill-Malagouzia, Chardonnay u Sauvignon Blanc jistgħu itejbu l-aroma u t-togħma ta' varjetajiet oħra miż-żona ta' Tyrnavos, bħal Roditis, Savatiano u Batiki, li għandhom aroma relattivament newtrali u aċidità medja.
Inbejjed Tyrnavos IĠP irċevew premjijiet f'kompatizzjonijiet internazzjonali (IWSC Thessaloniki, Le Challenge International du Vin, Decanter, AWC Vienna, IWSC London, PAR Wine international competition).
Interazzjonijiet kawżali
L-uniċità tal-inbejjed IĠP Tyrnavos hija marbuta mal-potenzjal aromatiku tal-varjetajiet li minnhom jiġu prodotti, f'kombinazzjoni mat-tip ta' ħamrija u l-kundizzjonijiet klimatiċi prevalenti waqt li jkunu qed isiru. Il-prattika tal-produzzjoni tal-inbid użata hija wkoll importanti.
Il-varjetajiet bojod ikkombinati mat-tip ta' ħamrija adegwat jipproduċu nbejjed karatterizzati b'aċidità sottili u aroma ta' frott, frott taċ-ċitru u punti prominenti minn fjuri.
Fir-rigward tal-Malagouzia speċifikament, nistgħu nagħtu eżempju ta' żewġ tipi ta' ħamrija diffrenti. Fl-ewwel każ, ħamriji ħdejn ix-xmara Titarisios fihom ramel u taħlita ta' ramel, bi preżenza qawwija ta' żnied. It-tisjir f'dawn il-ħamriji iseħħ kmieni u l-varjetà tipproduċi nbejjed b'aroma ta' ġiżimin u lanġas misjur. Fit-tieni każ, ħamriji ħdejn Mount Melouna huma tal-arġilla. It-tisjir f'dawn il-ħamriji jseħħ 10-15 -il ġurnata aktar tard milli fl-ewwel każ u l-varjetà tipproduċi nbejjed b'aroma reminixxenti ta' tuffieħ aħdar u frott taċ-ċitru. Inbejjed b'aċidità tajba ħafna huma karatteristiċi taż-żewġ żoni.
Varjetajiet ħomor ikkombinati mat-tip ta' ħamrija adegwat, la tal-arġilla u lanqas ramli, jipproduċu nbejjed b'aroma ta' frott, fjuri u aroma intens ta' muskju b'noti ta' gġasel u priservi tradizzjonali ħelwin u tannini rptpb fil-każ ta' nbejjed ħomor.
Ftit xita waqt is-sajf u temperaturi għoljin fiż-żona jirriżutaw f'inbejjed b'aċidità u kulur medji, u kontenut taz-zokkor għoli. Il-varjetà lokali Limniona, li timmatura mill-aħħar għaxart ijiem ta' Settembru sal-ewwel għaxart ijiem ta' Ottubru, hija wkoll interessanti ħafna. Din il-varjetà tipproduċi nbejjed b'aċidità intensa, kulur medju u tannini rotob.
Inbejjed Rosé huma kkaratterizzati b'aċidità u kumplessità sodisfaċenti u struttura tajba.
Inbid semifrizzanti tal-katergorija 8
A.
Il-vitikultura ilha tiġi pprattikata fir-reġjun ta' Tyrnavos għal ħafna sekli. Matul iż-żmien, vjaġġaturi rreferew għall-vinji ta' Tyrnavos. Fl-1668 vjaġġatur tork Evliya Çelebi ddeskriba l-vinji ta' Tyrnavos kif imiss: ‘Meta titlaq, lejn ix-Xlokk tal-belt (Tyrnavos) wieħed jista’ jara 37 vinja, li jwasslu sa Larissa.' Referenzi jistgħu wkoll jinstabu fil-kitbiet ta' Brown (1669), Leake (1806) u Leonardos (1836).
Hemm referenzi miktub għall-istorja tal-vitikultura u inbid fiż-żona ta' Tyrnavos li tmur lura anke għal żmien il-Biżantini. Il-Franċiż Léon Heuzey, wieħed mill-aktar riċerkaturi u vjaġġaturi barranin magħrufin, żar lil Tyrnavos fl-1858 u stqarr li iż-‘zinzirie’, ħlas ta' lieva fil-forma ta' parti mill-ħsad, kienet waħda mit-taxxi mħallsa lill-ħakkiema Torok.
B.
Il-ħajja soċjali u ekonomika fir-reġjun ta' Tyrnavos hija marbuta mill-qrib ma' vitikultura, inbid u tsipouro. Din it-tradizzjoni eżistiet għal sekli sħaħ fil-belt ta' Tyrnavos u fir-reġjun aktar wiesa'. Madanakollu, kien lejn in-nofs tas-seklu 19 li n-nies ta' Tyrnavos saru intensament involuti fil-vitikultura u li prodotti bħall-inbid, tsipouro u ouzo beda ikollhom rwol prinċipali fl-ekonomija tal-belt.
Id-dielja u l-prodotti tagħha jikkostitwixxu s-sinsla tal-ekonomija lokali. Inbid u tsipouro huma parti mill-attività soċjali tar-reġjun ta' Tyrnavos, inklużi t-tradizzjonijiet, iċ-ċelebrazzjonijiet u ċ-ċerimonji tagħha, u parti intrinsika mid-drapp ta' kuljumm tal-ħajja tan-nies. L-aktar drawwa karatteristika, osservata biss f'Tyrnavos hija ‘Bourani’ f'‘It-Tnejn in-Nadif’ (Clean Monday) ċelebrazzjoni li għandha l-għeruq tagħha f'festivitajiet ta' Dijonisju u l-adorazzjoni ta' Dijonisju.
C.
Inbejjed semifrizzanti IĠP Tyrnavos jiksbu l-karatteristiċi tal-kwalità tagħhom minn taħlita ta' karatteristiċi tal-ħamrija, il-kundizzjonijiet klimatiċi lokali u l-varjetajiet ikkultivati.
Żoni u pakketi tal-vinji li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-prodott jiġu magħżula għall-produzzjoni ta' nbejjed semifrizzanti. Ħamriji mmejla tal-arġilla bi skular tajjeb tal-ilma u livelli tal-umditàbaxxi jiġu magħżula. Ħamriji li jagħtu aċidità aktar għolja u kontenut aktar għoli ta' terpina jiġu magħżula.
Dettalji tal-prodotti
Inbejjed semifrizzanti għandhom karatteristiċi organolettiċi u, partikolarment, għgħandhom kuluri roża tal-ward, b'aroma ta' frottm bħal ċiras u frawli u aroma ta' fjuri bħal ward aħmar. Fil-każ ta' inbid semifrizzanti Muscat, aroma Muscat distinta b'noti. Inbejjed IĠP Tyrnavos semifrizzanti huma kkaratterizzati minn aċidità sodisfaċenti, sens ta' freskezza u struttura tajba.
Interazzjonijiet kawżali
Vinji li jsiru tard ipproduċu nbejjed semifrizzanti eċċellenti b'karatteristiċi kwalitattivi uniċi ħafna.
L-uniċità tal-inbejjed IĠP Tyrnavos hija marbuta mal-potenzjal aromatiku tal-varjetajiet li minnhom jiġu prodotti, f'kombinazzjoni mat-tip ta' ħamrija u l-kundizzjonijiet klimatiċi prevalenti waqt li jkunu qed isiru.
Ild-dversità kbira tal-ħamriji tipprovdi ħafna għażliet biex tippreżerva l-kwalità għolja ta' nbejjed semifrizzanti.
Din il-kombinazzjoni ta' fatturi tikkontribwixxi għall-produzzjoni ta' nbejjed semifrizzanti b'karatteristiċi organolettiċi eċċezzjonali, bħal aroma ta' frott u fjuri, b'aċitidà sodisfaċenti, sens ta' freskezza u struttura tajba.
9. Kundizzjonijiet oħra essenzjali
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta' kundizzjoni addizzjonali:
Dispożizzjonijiet supplimentari dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Termini relatati ma' ċerti metodi ta' produzzjoni
L-Artikolu 66(1), (2) u (6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur tal-inbid.
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta' kundizzjoni addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar tal-inbid
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Termini relatati ma' ċerti metodi ta' produzzjoni
Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni Ministerjali Nru 280557/9.6.2005 li tistabbilixxi ż-żmien tas-sajran, maturazzjoni u tqegħid fis-suq tal-inbejjed b'Denominazzjoni ta' Oriġini u Nbejjed Lokali ta' Kwalità Superjuri, kif ukoll it-termini użati fit-tikkettar tagħhom marbut mal-metodu tal-produzzjoni jew il-metodi ta' preparazzjoni tagħhom (Gazzetta tal-Gvern, Serje II, Nru 818/15.6.2005) jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-użu tat-termini li jmissu:
|
— |
“ΝΕΟΣ ΟΙΝΟΣ” jew “ΝΕΑΡΟΣ ΟΙΝΟΣ” (INBID ĠDID) |
|
— |
“ΩΡΙΜΑΝΣΗ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” jew “ΩΡΙΜΑΣΕ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” (IMMATURAT FIL-BETTIJI) |
|
— |
“ΠΑΛΑΙΩΜΕΝΟΣ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” jew “ΠΑΛΑΙΩΣΗ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” (IMMATURAT FIL-BETTIJI) |
|
— |
“ΟΙΝΟΠΟΙΗΘΗΚΕ ΚΑΙ ΩΡΙΜΑΣΕ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” jew “ΟΙΝΟΠΟΙΗΣΗ ΚΑΙ ΩΡΙΜΑΝΣΗ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” (IVVINIFIKAT U MMATURAT FIL-BETTIJI) |
|
— |
“ΟΙΝΟΠΟΙΗΣΗ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” jew “ΟΙΝΟΠΟΙΗΘΗΚΕ ΣΕ ΒΑΡΕΛΙ” (IVVINIFIKAT FIL-BETTIJI) |
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta' kundizzjoni addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar tal-inbid
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Stampar tas-sena inizjali fuq it-tikketta
Meta jintużaw it-termini ‘ΝΕΟΣ ΟΙΝΟΣ’ jew ‘ΝΕΑΡΟΣ ΟΙΝΟΣ’ (“INBID ĠDID”) fuq it-tikkettar tal-inbid, huwa mandatorju li tiġi stampata s-sena inizjali, b'konformità mal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Ministerjali Nru 280557/9.6.2005 li tistabbilixxi ż-żmien tas-sajran, maturazzjoni u tqegħid fis-suq tal-inbejjed b'Denominazzjoni ta' Oriġini u Nbejjed Lokali ta' Kwalità Superjuri, kif ukoll it-termini użati fit-tikkettar tagħhom marbut mal-metodu tal-produzzjoni jew l-metodi ta' preparazzjoni tagħhom (Gazzetta tal-Gvern, Serje II, Nru 818/15.6.2005).
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta' kundizzjoni addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar tal-inbid
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Termini tat-tikkettar b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.
B'konformità mad-Deċiżjoni Ministerjali Nru 235309/7.2.2002, it-termini li jistgħu jintużaw fuq it-tikkettar tal-inbejjed Tyrnavos b'indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) huma:
ΛΕΥΚΟΣ ΑΠΟ ΛΕΥΚΑ ΣΤΑΦΥΛΙΑ/Blanc de blancs (Abjar minn għeneb abjad), ΛΕΥΚΟΣ ΑΠΟ ΕΡΥΘΡΑ ΣΤΑΦΥΛΙΑ/Blanc de noir (Abjad minn għeneb aħmar), ΛΕΥΚΟΣ ΑΠΟ ΕΡΥΘΡΩΠΑ ΣΤΑΦΥΛΙΑ jew ΛΕΥΚΟΣ ΑΠΟ ΓΚΡΙΖΑ ΣΤΑΦΥΛΙΑ/Blanc de gris (Abjad minn għeneb rosé jew Abjad minn għeneb griż), ΚΟΚΚΙΝΕΛΙ/kokineli (Kokineli), ΟΙΝΟΣ ΛΟΦΩΝ/Vin de collines (Inbid mill-għoljiet), ΟΙΝΟΣ ΠΛΑΓΙΩΝ/Vin de coteaux (Inbid minn art immejla).
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta' kundizzjoni addizzjonali:
Deroga għall-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
L-Artikolu 6(4)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur tal-inbid.
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta' kundizzjoni addizzjonali:
Deroga għall-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Artikolu 4(c) tad-Deċiżjoni Ministerjali Magħquda Nru 392169/20.10.1999 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar l-użu tat-terminu ‘Inbid Lokali’ fid-deskrizzjoni ta' inbid tal-mejda (Gazzetta tal-Gvern, Serje II, Nru 1985/8.11.99), kif emendata mid-Deċiżjoni Ministerjali Magħquda Nru 321813/29.8.2007, tiddikjara li:
“Inbejjed għall-mejda li għalihom it-terminu ‘Inbid Lokali’ jista' jintuża b'indikazzjoni ġeografika ta' provinċja, prefettura jew żona ta' tkabbir tal-għeneb li hija iżar minn prefettura, ser jiġu prodotti f'fabbriki tal-inbid li joperaw f'prefettura jew fi prefetturi biswit.” Speċifikament inbejjed Tyrnavos (IĠP), jistgħu jiġu prodotti f'fabbriki tal-inbid li joperaw fil-prefettura ta' Larissa jew prefetturi biswit bħal Magnisia, Fthiotida, Karditsa, Trikala, Greneva, Kozani u Pieria.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
http://www.minagric.gr/images/stories/docs/agrotis/POP-PGE/OINOS/PGE_trop_prodiagrafes_tyrnavos201217.pdf