ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 57

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
13 ta' Frar 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 57/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9231 — Viohalco Group/ACEK Group/Etem JVs) ( 1 )

1

2019/C 57/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9170 — EPIC SNCF Mobilités/Ceetrus/JV) ( 1 )

1

2019/C 57/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9268 — Macquarie/JERA Power International/Ørsted InvestCo/Swancor/Formosa 1 Wind Power) ( 1 )

2

2019/C 57/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9241 — Cattolica/IMA France/IMA Italia Group) ( 1 )

2

2019/C 57/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9249 — Triton/Sunweb) ( 1 )

3

2019/C 57/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9257 — NEC/KMD) ( 1 )

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 57/07

Rata tal-kambju tal-euro

4

2019/C 57/08

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Frar 2019 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid (La Jaraba (DOP))

5

2019/C 57/09

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Frar 2019 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid (Vallegarcía (DOP))

10

2019/C 57/10

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Frar 2019 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid (Los Cerrillos (DOP))

16

2019/C 57/11

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

22

2019/C 57/12

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

23


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

2019/C 57/13

Sejħa għall-Proposti — L-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jipproponi sponsorship ġdid ta’ EIBURS taħt il-Programm ta’ Tagħrif tiegħu

24

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 57/14

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9211 — Transdigm Group/Esterline Technologies) ( 1 )

27

2019/C 57/15

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9247 — MC/Franz Haniel/ELG) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

28

2019/C 57/16

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9145 — Kongsberg Gruppen/Rolls-Royce Commercial Marine) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

29


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9231 — Viohalco Group/ACEK Group/Etem JVs)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 57/01)

Fit-23 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9231. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9170 — EPIC SNCF Mobilités/Ceetrus/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 57/02)

Fit-28 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9170. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9268 — Macquarie/JERA Power International/Ørsted InvestCo/Swancor/Formosa 1 Wind Power)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 57/03)

Fl-1 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9268. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9241 — Cattolica/IMA France/IMA Italia Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 57/04)

Fil-5 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9241. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9249 — Triton/Sunweb)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 57/05)

Fis-6 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9249. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9257 — NEC/KMD)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 57/06)

Fis-6 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9257. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta’ Frar 2019

(2019/C 57/07)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1296

JPY

Yen Ġappuniż

124,70

DKK

Krona Daniża

7,4623

GBP

Lira Sterlina

0,87705

SEK

Krona Żvediża

10,4725

CHF

Frank Żvizzeru

1,1381

ISK

Krona Iżlandiża

136,60

NOK

Krona Norveġiża

9,7950

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,871

HUF

Forint Ungeriż

317,79

PLN

Zloty Pollakk

4,3259

RON

Leu Rumen

4,7414

TRY

Lira Turka

5,9365

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5926

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4969

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8656

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6767

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5334

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 269,23

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,5521

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6477

HRK

Kuna Kroata

7,4080

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 891,78

MYR

Ringgit Malażjan

4,6058

PHP

Peso Filippin

58,858

RUB

Rouble Russu

74,0368

THB

Baht Tajlandiż

35,356

BRL

Real Brażiljan

4,2013

MXN

Peso Messikan

21,7394

INR

Rupi Indjan

79,8010


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


13.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/5


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Frar 2019

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

(La Jaraba (DOP))

(2019/C 57/08)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Spanja bagħtet applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “La Jaraba” skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Skont l-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat dik l-applikazzjoni u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 ta’ dak ir-Regolament huma ssodisfati.

(3)

Sabiex ikunu jistgħu jitressqu dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li d-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) ta’ dak ir-Regolament, u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li saret matul il-proċedura nazzjonali preliminari għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “La Jaraba”, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Id-Dokument Uniku stabbilit skont l-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-isem “La Jaraba” (DOP) jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-protezzjoni tal-isem speċifikat fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

DOKUMENT UNIKU

“LA JARABA”

PDO-ES-01895

Data tal-applikazzjoni: 4.11.2014

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

La Jaraba

2.   Tip ta' indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbid aħmar

L-inbid huwa ta' lewn aħmar ċirasa skur, b'intensità bejn medja u qawwija, bi ħjiel ta' frott aħmar u iswed, u b'palat ġeneruż u mġissem. Fih konċentrazzjonijiet tal-istronzju ogħla minn ta' nbejjed oħra, bis-saħħa tal-livelli għoljin ta' dan l-element fil-ħamrija. Dawn il-konċentrazzjonijiet qawwijin jgħinu biex jinkisbu nbejjed intensi, aromatiċi u b'saħħithom, b'ħjiliet minerali u balsamiċi qawwija.

Il-valur tal-qawwa alkoħolika totali massima għandu jkun fil-limiti legali skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% tal-volum)

12,5

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru)

16,7

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru)

130

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.    Prattiki enoloġiċi essenzjali

Prattika enoloġika speċifika

Il-fermentazzjoni alkoħolika ssir f'temperatura ta' bejn 15 u 30 °C, f'tankijiet tal-azzar inossidabbli jew fi btieti tal-ballut Franċiż. Il-preżervazzjoni f'tankijiet u l-maċerazzjoni jsiru għal mill-anqas 10 ijiem. Il-proċess ta' fermentazzjoni jitqabbad mill-flora mikrobika tal-għeneb stess. Ir-rendiment massimu mit-tagħsir tal-għeneb huwa 70 litru għal kull 100 kg għeneb. L-inbid jiġu mmaturat l-ewwel fi btieti tal-ballut b'kapaċità ta' 225 litru, u mbagħad fil-flixkun għall-perjodi li ġejjin:

Taħlita ta' nbejjed ħomor b'diversi proporzjonijiet tal-varjetajiet Tempranillo, Cabernet Sauvignon, Merlot u Graciano: Il-maturazzjoni fil-btieti tal-ballut b'kapaċità ta' 225 litru ssir għal mill-inqas 9 xhur, u l-maturazzjoni fil-fliexken issir għal mill-inqas 9 xhur.

Taħlita ta' nbejjed ħomor b'diversi proporzjonijiet tal-varjetajiet Tempranillo, Cabernet Sauvignon u Merlot: Il-maturazzjoni fil-btieti tal-ballut b'kapaċità ta' 225 litru ssir għal mill-inqas 6 xhur, u l-maturazzjoni fil-fliexken issir għal mill-inqas 6 xhur.

Inbid aħmar Merlot, ta' varjetà waħda: Il-maturazzjoni fil-btieti tal-ballut b'kapaċità ta' 225 litru ssir għal mill-inqas 6 xhur, u l-maturazzjoni fil-fliexken issir għal mill-inqas 6 xhur.

Prattiki ta' tkabbir

L-għeneb jinħasad ladarba jkun laħaq stat ta' maturità fenolika; jintgħażlu l-għenieqed bl-aqwa struttura u bl-ogħla konċentrazzjoni ta' komposti fenoliċi. L-uniku materjal organiku li jintuża fil-vinji huwa r-redus tan-nagħaġ, mill-istess azjenda agrikola.

b.    Rendimenti massimi

Tempranillo

73,5 ettolitru għal kull ettaru

10 500 kg ta' għeneb għal kull ettaru

Cabernet Sauvignon

77 ettolitru għal kull ettaru

11 000 kg ta' għeneb għal kull ettaru

Merlot u Graciano

70 ettolitru għal kull ettaru

10 000 kg ta' għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona demarkata tinsab fil-muniċipalità ta' El Provencio (Cuenca). It-tqassim tal-irqajja' huwa kif ġej, skont ir-Reġistru tad-Dwieli: Żona 9, irqajja' 14b, 14d, 14f, 14h, 26d, 26e, 26h, 26i, 26j, 26k, 26 m, 26n, 26v.

L-għeneb maħsud fil-vinji demarkati jiġi pproċessat fi nbid, u l-inbejjed jiġu bbottiljati fil-fabbrika tal-inbid li tinsab fiż-żona ta' produzzjoni.

7.   Varjetà jew varjetajiet ewlenin tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

 

Tempranillo — Cencibel

 

Merlot

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

L-ambjent (fatturi naturali u umani)

La Jaraba huwa l-post fejn tinsab iż-żona demarkata, kif jidher fil-mappa tal-kadastru rurali attwali ta' Spanja. Huwa ġeneralment mifhum li l-isem “Jaraba” ġej mill-Għarbi, bit-tifsira ta' “ilma” jew “xorb abbondanti”.

Il-miġra antika, magħrufa bħala l-Cañada de Valdelobos, illum hija intermittenti, u taqsam il-post biex tingħaqad max-xmara Záncara, li timmarka l-konfini bejn il-provinċji ta' Cuenca u Albacete. La Jaraba bilkemm fiha għoljiet, u tista' titqies kompletament ċatta. L-altitudni tagħha hija 700 m 'il fuq mil-livell tal-baħar.

Peress li l-vinji huma mħarsa sew minn 92 ha ta' foresti tal-ballut u tal-arżnu, jinsabu f'mikroklima li hija partikolarment favorevoli għall-iżvilupp tad-dwieli. B'hekk jiskansaw l-istress tan-nixfa li wieħed jista' jistenna mir-riħ sħun u xott mil-Lvant, u dan jippermetti proċess ta' maturazzjoni tal-għeneb aktar fit-tul. Il-frott għaldaqstant ikun fih iktar sustanzi koloranti, iktar tannin ta' kwalità tajba u iktar aromi milli jkollu l-għeneb li jiġi prodott f'vinji barra miż-żona demarkata.

L-art hija tal-perjodu kwaternarju, u tifforma unità morfo-stratigrafika tas-sistema tax-xmara Guadiana. Għandha kompożizzjoni varjata, li tinkludi kwarziti, kwarz, u ġebla tal-ġir tal-perjodi Mesożojku u Mijoċene. Bis-saħħa ta' din il-kompożizzjoni, l-art hija kapaċi żżomm l-umdità aktar fit-tul. Dan jiddistingwi l-art miż-żoni tal-madwar, li fihom kontenut ferm ogħla tal-ġebla tal-ġir.

It-tipi ta' ħamrija huma tal-ordni Alfisol, b'ħamrija ħamra Mediterranja fuq il-ġebla tal-ġir. Għandhom profil żviluppat, pH ta' bejn 7 u 8,5, kapaċità fqira ta' skambju, drenaġġ intern tajjeb, kapaċità tajba ta' penetrazzjoni sas-safef orizzontali tal-ġebla tal-ġir b'fond ta' bejn 60 u 90 ċentimetru, u konsistenzi li jvarjaw minn trab ramli maħlul għal tafal. Fihom elementi alluvjali abbondanti, u b'hekk il-ħamrija jkollha ħafna nutrijenti. Barra minn hekk, il-morfoloġija tal-ħamrija għammiela, b'ħafna sediment alluvjali aħrax, flimkien mal-prattika tal-applikazzjoni tar-redus kull sena, tissarraf fi profil ħafif u frisk. Tali ħamrija hija xierqa ferm għat-tkabbir tad-dwieli, u b'hekk hija fattur fil-kwalità tajba tal-frott.

Il-klima tista' tiġi deskritta bħala Mediterranja moderata, b'karatteristiċi kontinentali. Rigward iċ-ċifri marbutin mal-klima, il-valuri medji annwali l-iktar sinifikanti huma kif ġej: temperatura ta' bejn 14 u 16 °C, u 450 mm xita.

Ġie identifikat fil-ħamrija livell ta' stronzju “l fuq mill-medja: aktar minn 100 mg/kg fi rqajja” separati. L-ammonti speċifiċi kienu bejn 111,67 u 158,41 mg/kg. Dawn l-ammonti huma ħafna 'l fuq minn dawk tat-tipi ta' ħamrija madwar iż-żona partikolari, inkluż il-post magħruf bħala “Los Canforrales” fejn iċ-ċifra hija 76,59 mg/kg, u l-post “Manteleros” fejn iċ-ċifra hija 20,19 mg/kg. Fil-każ ta' “Manteleros”, iċ-ċifra hija kważi tmien darbiet iktar baxxa milli f'La Jaraba.

Dan ikollu konsegwenzi diretti għall-inbejjed li nstab li fihom livelli ta' stronzju ta' “l fuq minn 2,2 mg/l, saħansitra sa 3,3 m/g f'ċerti nbejjed. Dawn iċ-ċifri huma sostanzjalment ogħla minn dawk tal-inbejjed taż-żoni fil-madwar, li wrew livelli ta' bejn 0,95 u 1,6 mg/l. Għaldaqsant, il-livell ta' stronzju fl-inbejjed jista” jitqies indikatur li ta' min joqgħod fuqu fir-rigward tal-produzzjoni tal-inbid f'La Jaraba.

Fejn jidħlu l-metodi ta' produzzjoni, l-uniku materjal organiku li jintuża huwa r-redus tan-nagħaġ mill-istess azjenda agrikola.

Fir-rigward tal-metodi ta' pproċessar, il-fermentazzjoni alkoħolika titqabbad mill-flora mikrobika tal-għeneb stess, u fl-istadju tat-tagħsir ma jinkisbux iktar minn 70 litru nbid minn kull 100 kg għeneb.

Deskrizzjoni tal-inbejjed

L-inbejjed ta' La Jaraba huma kkundizzjonati mill-ħamrija u mill-klima lokali. Dawn jagħtu lill-kontenut fenoliku intensità, stabbiltà u eleganza. L-inbejjed juru struttura, kontenut minerali u qawwa impressjonanti. Il-fatt li dawn l-inbejjed kollha jiġu mmaturati fi krietel u fi fliexken jinfluwenza l-karatteristiċi organolettiċi, u b'hekk isiru nbejjed ta' lewn aħmar ċirasa skur u b'intensità bejn medja u qawwija, bi ħjiliet ta' frott aħmar u iswed u b'palat ġeneruż u mġissem. Fihom konċentrazzjonijiet tal-istronzju ogħla minn ta' nbejjed oħra li jiġu prodotti lil hinn miż-żona demarkata, bis-saħħa tal-livelli għoljin ta' dan l-element fil-ħamrija ta' La Jaraba. Dan jgħin biex jinkisbu dawn l-inbejjed intensi, bi sfumaturi minerali u balsamiċi qawwija.

Rabta

Iż-żona demarkata tinsab f'wied ta' xmara mimli sediment, b'ammonti ta' kwarziti, kwarz u ġebla tal-ġir li jvarjaw, u b'livell ta' stronzju ogħla mill-medja fil-ħamrija. Dan kollu jgħin biex jiġu prodotti nbejjed intensi, aromatiċi u qawwijin, bi ħjiliet minerali u togħmiet balsamiċi qawwijin. Il-livell ta' stronzju jagħti lil dawn l-inbejjed il-kwalitajiet distintivi tagħhom.

Għalkemm iż-żona tinsab f'dik tad-DOP La Mancha, il-fatturi li ġejjin jagħżluha minn dik ta' La Mancha.

Fatturi naturali

Id-demarkazzjoni taż-żona tissejjes fuq livell tal-istronzju fil-ħamrija ferm ogħla milli hemm fit-tipi ta' ħamrija fil-madwar. B'hekk l-inbejjed taż-żona jkollhom karattru iktar minerali.

Stħarriġ ambjentali pprovdut mill-applikant jixhed li, 'il barra miż-żona, il-livelli tal-istronzju huma bejn 20 u 80 mg/kg, filwaqt li ġewwa ż-żona demarkata, il-livelli jilħqu bejn 110 u 160 mg/kg. B'hekk l-inbejjed taż-żona jkollhom kontenut ta' stronzju ta' bejn 2,5 u 3,3 mg/l, filwaqt li l-inbejjed mill-vinji tal-madwar jilħqu kontenut ta' stronzju ta' madwar 1 mg/l biss.

Minbarra l-kontenut ta' stronzju bħala fattur li jiddetermina l-karattru uniku taż-żona, ta' min isemmi li ż-żona hija mdawra minn estensjoni wiesgħa ta' siġar tal-ballut u tal-arżnu, li tħares iż-żona mill-irjieħ sħan u xotti tal-Lvant. Dan ifisser li ż-żona hija iktar umda miż-żoni tal-madwar, u b'hekk il-proċess ta' maturazzjoni tal-għeneb isir iktar fit-tul. B'hekk il-frott jikseb iktar kulur, tannini u aromi, u b'hekk jiksibhom l-inbid ukoll.

Fatturi umani

L-iktar differenzi ovvji bejn il-metodi ta' produzzjoni tal-inbejjed “La Jaraba” u dawk tad-DOP La Mancha (għal dan il-għan inqisu l-inbejjed ħomor immaturati ta' La Mancha, billi dan huwa l-uniku tip prodott minn “La Jaraba”) huma dawn li ġejjin:

DOP La Mancha

La Jaraba

Differenzi

> 11,5 % vol.

> 12,5 % vol.

Kontenut ta' alkoħol ogħla

< 10 meq/l

< 16,7 meq/l

Aċidità volatili ogħla

< 13 000 kg/Ha

< 11 000 kg/Ha

Produzzjoni iktar baxxa għal kull ettaru

≤ 1,6 mg/l

≥ 2,2 mg/l

Kontenut ta' stronzju ogħla

Billi ż-żona ġiet iddemarkata abbażi tal-kontenut ta' stronzju fil-ħamrija, jirriżulta li bħalissa hemm biss fabbrika waħda tal-inbid li tipproduċi l-inbid f'din iż-żona, u din il-fabbrika hija l-proprjetà tal-applikant.

Għandu jiġi ssottolinjat li l-applikant huwa s-sid ta' erja li hija ikbar minn dik inkluża fiż-żona demarkata. Għalhekk, id-demarkazzjoni ma saritx abbażi tas-sjieda tagħhom, iżda abbażi tal-kundizzjonijiet ambjentali mfissra hawn fuq.

Barra minn hekk, produtturi oħra jistgħu jużaw l-isem reġistrat jekk jibdew joperaw fiż-żona ġeografika demarkata fil-futur, dejjem jekk jilħqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Ispeċifikazzjoni. Fil-fatt, din iż-żona tkopri madwar 75 ettaru, u allura huwa possibbli ħafna li jistabbilixxu ruħhom fiha aktar fabbriki tal-inbid.

9.   Rekwiżiti oħra essenzjali

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta' kundizzjoni addizzjonali:

L-ippakkjar għandu jsir fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-inbejjed għandhom jiġu bbottiljati fiż-żona ta' produzzjoni, peress li fil-każijiet kollha, il-proċess jiġi konkluż bit-tieni stadju ta' maturazzjoni fil-fliexken għal mill-inqas 6 jew 9 xhur. F'dan il-perjodu jkun hemm proċess ta' riduzzjoni, li jsaħħaħ il-kwalità tal-inbejjed u t-togħma tagħhom. L-inbejjed ikunu lesti għall-konsum malli jilħqu l-karatteristiċi organolettiċi stipulati fl-Ispeċifikazzjoni ta' kull tip ta' nbid.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://pagina.jccm.es/agricul/paginas/comercial-industrial/consejos_new/pliegos/20161028_Pliego_Condiciones_PAGO_LA_JARABA_SCC.pdf


13.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/10


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Frar 2019

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

(Vallegarcía (DOP))

(2019/C 57/09)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Spanja bagħtet applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Vallegarcía” skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Skont l-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat dik l-applikazzjoni u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 ta’ dak ir-Regolament huma ssodisfati.

(3)

Biex ikunu jistgħu jitressqu dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) ta’ dak ir-Regolament u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li saret waqt il-proċedura nazzjonali preliminari għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Vallegarcía”, jenħtieġ li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Id-Dokument Uniku stabbilit skont l-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-isem “Vallegarcía” (DOP) jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-protezzjoni tal-isem speċifikat fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

DOKUMENT UNIKU

“VALLEGARCÍA”

PDO-ES-02085

Data tal-applikazzjoni: 13.4.2015

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Vallegarcía

2.   Tip ta' indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbid abjad

Inbid abjad ta' lewn isfar karg, b'aromi ta' frott tal-għadma, frott tropikali u fjur abjad, ta' intensità bejn medja u qawwija. Fl-isfond għandu aromi ta' ħwawar ifuħu — lavanda u klin —, b'laqta aħħarija ta' xiwi. L-inbid jinżel ħarir, jagħti sensazzjoni żejtnija fil-palat, mhux imxewwek, u jintiegħem frisk u mirqum. Sensazzjoni pjaċevoli f'nofs il-palat, b'aromi ta' frott tal-għadma, u b'laqta aħħarija ta' xiwi u kemxejn morra.

Il-valur tal-qawwa alkoħolika totali massima għandu jkun fil-limiti legali skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% tal-volum)

12,5

Aċidità totali minima

4,1 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru)

12,5

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru)

160

Inbid aħmar

Inbid aħmar ta' lewn aħmar qawwi, b'wiċċ lewn il-granata jew bejn granata u rubin, u b'kulur konsistenti. Intensità bejn medja u qawwija, b'aromi ta' frott aħmar, xagħri Mediterranju u minerali, jew bi ħjiliet balsamiċi tal-lavanda u aromi ta' xiwi ta' njam. It-togħma tinħass mirquma, tinżel ħarir, hija bbilanċjata u kemxejn tannika.

Il-valur tal-qawwa alkoħolika totali massima għandu jkun fil-limiti legali skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

4,2 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru)

150

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.    Prattiki enoloġiċi essenzjali

Prattika tal-ġestjoni tal-għelejjel

L-għeneb jinħasad kollu bl-idejn, u jitqiegħed f'kannestri. Issir selezzjoni tal-għeneb l-ewwel fil-vinja meta jinqatgħu l-għenieqed, u għat-tieni darba fuq mejda apposta fejn jasal l-għeneb fil-fabbrika tal-inbid.

Restrizzjoni rilevanti għall-proċess tal-produzzjoni tal-inbid

L-għeneb jidħol f'livell 'il fuq mid-daħla ta' fuq tat-tank, b'mod li ma jkun hemm ebda pressjoni fil-pajpijiet, u b'hekk l-għeneb jiġi ttrattat b'mod inqas aggressiv.

Waqt l-ittankjar, il-polpa tgħaddi minn skambjatur tas-sħana tubulari, fejn it-temperatura titbaxxa. Dan iħalli t-tankijiet kesħin għal ċertu żmien, li jista' jvarja skont il-ġudizzju tat-tim ta' enologi, fejn meħtieġ. Din il-maċerazzjoni ta' qabel il-fermentazzjoni tippermetti li l-aromi kollha fl-għeneb jinsiltu f'soluzzjoni milwiema, u dan iwassal għal kulur aktar stabbli.

Wara l-proċess ta' maċerazzjoni fil-kesħa, l-għeneb abjad jingħasar, u l-most li jirriżulta jitħalla joqgħod sakemm jilħaq turbidità xierqa ta' 400-800 NTU. Ladarba tkun bdiet il-fermentazzjoni, proporzjon varjabbli tal-most jiġi ttrasferit għal btieti tal-ballut Franċiż li jkunu għadhom ma ntużawx. Fihom dan il-most jiffermenta u jiġi mmaturat fuq il-karfa għal bejn erbgħa u sitt xhur. Fil-fermentazzjoni alkoħolika tal-inbejjed bojod u ħomor, jintużaw kemm il-ħmira naturali kif ukoll il-ħmira selezzjonata. L-inbejjed bojod jiffermentaw f'temperaturi baxxi: min. 15 °C, max. 26 °C. Jitqies ukoll il-proporzjon tal-most li jkun qed jiffermenta fil-btieti. L-inbejjed ħomor jiffermentaw f'temperatura minima ta' 15 °C u f'temperatura massima ta' 30 °C. Id-dewmien tal-ittankjar u dak tal-maċerazzjoni jvarjaw skont il-valutazzjoni teknika tat-tim ta' enologi, iżda jkunu ta' bejn 7 ijiem u 28 jum.

It-tbattil tal-inbejjed ħomor mill-btieti jsir bl-idejn. Il-karfa tal-għeneb tiddaħħal fi pressa pnewmatika permezz tal-gravità, mingħajr l-użu ta' pompi, u tiġi ttrasferita għal btieti użati sakemm isir id-dewqan. Ladarba jkunu nkisbu t-tipi kollha ta' nbid, kemm dak ippressat u kemm dak ħieles, u ladarba tkun tlestiet il-fermentazzjoni malolattika, l-inbejjed kollha jiddewqu mill-kumitat ta' enologi, u jitħejjew it-taħlitiet differenti. Wara dan, l-inbejjed jiġu mmaturati fi btieti tal-ballut Franċiż.

L-inbejjed jiġu mmaturati fil-flixkun għal tul ta' żmien varjabbli, qabel ma jitqiegħdu fis-suq.

b.    Rendimenti massimi

Il-varjetà Viognier

11 500 kg ta' għeneb għal kull ettaru

75 ettolitru għal kull ettaru

Il-varjetà Syrah

9 250 kg ta' għeneb għal kull ettaru

60 ettolitru għal kull ettaru

Il-varjetà Merlot

8 500 kg ta' għeneb għal kull ettaru

55 ettolitru għal kull ettaru

Il-varjetà Cabernet Sauvignon

8 500 kg ta' għeneb għal kull ettaru

55 ettolitru għal kull ettaru

Il-varjetà Cabernet Franc

11 500 kg ta' għeneb għal kull ettaru

75 ettolitru għal kull ettaru

Il-varjetà Petit Verdot

14 600 kg ta' għeneb għal kull ettaru

95 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona ġeografika hija r-roqgħa katastali 448 fiż-żona 9 tal-muniċipalità ta' Retuerta del Bullaque, li tinsab fil-provinċja ta' Ciudad Real. Tkopri 1 521 ettaru.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

 

Cabernet Sauvignon

 

Syrah

 

Viognier

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

L-ambjent (fatturi naturali u umani)

a)

Vallegarcía huwa l-isem ta' wied b'substrat ġeoloġiku speċifiku, magħruf bħala Raña del Fresno, ikkaratterizzat minn formazzjoni speċjali tal-ħamrija. Għalhekk, l-għeneb li jikber fiż-żona għandu għadd ta' karatteristiċi uniċi (intensità qawwija, kwalità aromatika, u effett fit-tul fil-palat). Barra minn hekk, l-aċidità għolja u l-pH baxx tal-ħamrija ta' Vallegarcía mhumiex tas-soltu meta mqabbla ma' ta' żoni klimatiċi simili. Vallegarcía huwa vinja mħawla f'ħamrija bi klassifikazzjoni edafoloġika unika meta mqabbla ma' ta' vinji oħra ta' Kastilja-La Mancha. Fi proġett ta' riċerka tal-Università ta' Kastilja-La Mancha (UCLM) bit-titlu “Suelos vitícolas de Castilla-La Mancha: influencia en la composición de la uva” (Ħamrija vitikola f'Kastilja-La Mancha: l-influwenza fuq il-kompożizzjoni tal-għenba), il-profili studjati f'Vallegarcía ġew ikklassifikati bħala Typic Palexerult, skont it-Tassonomija tal-Ħamrija (Soil Survey Staff, 2006), u l-ordni Ultisol hija tipika tal-ħamrija tat-tip “raña” (Vidal et al., 2004). Fost it-tipi ta' ħamrija għat-tkabbir tad-dwieli studjati fil-proġett ta' riċerka, tliet profili biss ta' Vallegarcía huma ta' dik l-ordni. Skont is-sistema ta' klassifikazzjoni tal-FAO (2007), P1, P2 u P3 — it-tliet profili analizzati fir-rapport tal-UCLM — ġew ikklassifikati bħala Cutanic Alisol (Ferric, Chromic), Cutanic Alisol (Ferric, Skeletic) u Cutanic Alisol (Ferric, Skeletic), rispettivament.

Barra minn hekk, l-aċidità għolja tal-ħamrija hija riflessa fil-livelli ta' pH tal-inbejjed u fil-bilanċ tagħhom fil-palat.

Il-kontenut baxx ta' kalċju, u l-kontenut għoli ta' siliċe, ħadid u aluminju, bl-ebda mod ma huma tipiċi tal-ħamrija għat-tkabbir tad-dwieli ta' Kastilja-La Mancha. Huwa interessanti t-tqabbil ta' dawn il-livelli ma' dawk tal-ħamrija tal-ġebla tal-ġir taż-żona, li s-soltu tintuża għat-tkabbir tad-dwieli. Skont data minn Amorós et al. (2012b), il-kontenut ta' kalċju tal-ħamrija ta' Vallegarcía's huwa ferm differenti mil-livelli li jinsabu fis-safef ta' fuq tal-ħamrija tal-ġebla tal-ġir (10,4 g∙kg-1 kontra 230 g∙kg-1). Mill-banda l-oħra, il-livelli ta' siliċju (345,9 g∙kg-1) u ta' ħadid (26,5 g∙kg-1) huma konsiderevolament ogħla fil-ħamrija taż-żona demarkata meta mqabbla ma' tal-ħamrija tal-ġebla tal-ġir għat-tkabbir tad-dwieli ta' Kastilja-La Mancha (127,5 u 16,65 g∙kg-1, rispettivament). Il-livell ta' aluminju preżenti fis-saff ta' fuq ta' ħamrija tal-ġebla tal-ġir ikun ta' madwar 33,4 g∙kg-1, filwaqt li fil-ħamrija ta' Vallegarcía l-livell huwa ta' 57,8 g∙kg-1. Il-kontenut baxx ta' kalċju fil-ħamrija huwa karatteristika distintiva tal-inbejjed ta' Vallegarcía, u jagħtihom bixra differenti minn inbejjed oħra ta' Kastilja-La Mancha.

Ta' min wieħed jinnota l-kwantità medja għolja ta' elementi klassifikati bħala elementi terrestri rari (iċ-ċerju, il-lantanju u n-neodimju) fil-ħamrija ta' Vallegarcía (83,5, 44,5 u 36,5 mg∙kg-1, rispettivament), meta mqabbla ma' tal-livelli medji reġjonali (57,7, 23,5 u 21,6 mg∙kg-1, rispettivament) u globali (55, 35,5 u 30,5 mg∙kg-1, rispettivament). B'mod ġenerali, il-livelli ta' dawn l-elementi huma ogħla f'tipi ta' ħamrija aċidużi milli fil-ħamrija tal-ġebla tal-ġir (Amorós et al., 2012a).

b)

L-influwenza tax-xmara Bullaque, kif ukoll tan-nixxigħat li jiżbukkaw fiha u li jiċċirkondaw iż-żona demarkata, flimkien mal-ambjent frisk tal-widien u mal-ħarsien mill-irjieħ tat-Tramuntana bis-saħħa tal-muntanji, lill-vinja joħolqulha mikroklima li ttaffi l-kundizzjonijiet estremi fix-xitwa u fis-sajf. Dan jgħin biex l-għeneb isir kif suppost u bis-sħiħ.

c)

Id-differenza kbira bejn it-temperaturi ta' binhar u dawk ta' billejl, li hija dovuta għall-altitudni ta' Vallegarcía “l fuq mil-livell tal-baħar, flimkien max-xita abbondanti fiż-żona meta mqabbel ma” naħat oħra tar-reġjun, jgħinu biex l-għeneb ikollu struttura tannika eċċellenti, li min-naħa tagħha trendi l-inbejjed aktar xierqa għall-maturazzjoni fil-bettija u fil-flixkun.

Deskrizzjoni tal-inbid

L-inbejjed ta' Vallegarcía huma kkaratterizzati mit-togħma mirquma tagħhom, u min-nuqqas ta' xtur. Għandhom ukoll struttura tannika eċċellenti, li tagħtihom kapaċità liema bħalha biex maż-żmien jevolvu u jżommu. Jistgħu jilħqu valuri ta' polifenoli ogħla minn 50 meq/l, u intensità tal-kulur ogħla minn 12 AU.

L-intensità u l-kwalità aromatika tal-inbejjed huma ddefiniti minn aromi qawwija tax-xagħri Mediterranju (ċistu, ħaxixet il-mikinsa) u balsamiċi (sagħtar, klin, lavanda), kif ukoll minn livell għoli ta' minerali (lavanja sewda, kwarzit). Iħallu togħma sekondarja morra fuq wara tal-ġriżmejn, li ttawwal id-dewqan tal-inbid.

Rabta:

L-aċidità qawwija u l-pH baxx tal-ħamrija taż-żona demarkata mhumiex tas-soltu lanqas. Din il-kombinazzjoni tagħti lill-inbejjed togħma sekondarja morra fuq wara tal-ġriżmejn, li ttawwal id-dewqan tal-inbid.

L-ambjent frisk tal-widien, u l-ħarsien mill-irjieħ tat-Tramuntana bis-saħħa tal-muntanji, għandhom effett ta' taffija tal-kundizzjonijiet estremi, u jgħinu biex l-inbejjed jiksbu t-togħma mirquma u mhux imxewka tagħhom. Id-differenza kbira bejn it-temperaturi ta' binhar u dawk ta' billejl, li hija dovuta għall-altitudni taż-żona demarkata 'l fuq mil-livell tal-baħar, flimkien max-xita abbondanti, lill-għeneb jagħtuh struttura tannika eċċellenti li tippermetti li l-inbejjed jilħqu valuri ta' polifenoli ogħla minn 0 meq/l u intensità tal-kulur ogħla minn 12 AU.

Minkejja li ż-żona demarkata hija mdawra miż-żona tal-IĠP “Castilla”, il-karatteristiċi taż-żona huma ferm differenti minn taż-żona demarkata tal-madwar, minħabba l-fatturi li ġejjin:

Fatturi naturali

Is-substrat ġeoloġiku ta' Raña huwa karatterizzat mill-aċidità għolja u l-pH baxx tiegħu, kif ukoll mill-ambjent frisk tal-widien, mix-xita abbondanti u mill-ħarsien mill-irjieħ tal-Tramuntana bis-saħħa tal-muntanji, li flimkien joħolqu mikroklima ferm differenti mill-klima taż-żona tal-madwar.

Il-varjazzjoni wiesgħa fil-pH tas-saff ta' fuq, u s-safef ta' taħt il-wiċċ tal-ħamrija, li tinkludi varjazzjoni massima ta' 4,1 punt fil-profil 2 (pH = 8,9 f'Ap u pH = 4,8 fi Btg1); il-kontenut baxx ta' kalċju; il-kontenut għoli ta' siliċe, ħadid u aluminju; u l-preżenza ta' kwantitajiet kbar ta' elementi terrestri rari, flimkien jagħmlu lill-Vallegarcía differenti mill-bqija tal-Kastilja-La Mancha.

Fatturi umani:

L-iktar differenzi evidenti bejn il-metodi ta' produzzjoni tal-inbejjed “Vallegarcía” u dawk taż-żoni fil-madwar koperti mill-IĠP “Castilla” huma dawn li ġejjin:

 

Castilla IĠP

Vallegarcía

Differenzi

Inbejjed bojod

≥ 9 % vol.

≥ 12 % vol.

Kontenut ta' alkoħol ogħla

Inbejjed ħomor

≥ 10 % vol.

≥ 12 % vol.

Kontenut ta' alkoħol ogħla

Inbejjed ħomor

≤ 18 meq/l

≤ 20 meq/l

Aċidità volatili ogħla

Inbejjed bojod

≤ 16 000 kg/ha

≤ 11 500 kg/ha

Produzzjoni iktar baxxa għal kull ettaru

Inbejjed ħomor

≤ 16 000 kg/ha

≤ 14 600 kg/ha

Produzzjoni iktar baxxa għal kull ettaru

 

 

> 50 meq/l

Aktar polifenoli

 

 

> 12 AU

Aktar kulur

Iż-żona ġiet iddemarkata abbażi tal-ambjent tagħha (is-substrat ġeoloġiku ta' Raña, bl-aċidità għolja u l-pH baxx tiegħu, kif ukoll il-protezzjoni pprovduta mill-muntanji). Fiż-żona hemm fabbrika tal-inbid waħda biss, li hija proprjetà tal-applikant.

Ta' min wieħed jinnota li ż-żona demarkata tkopri 1 521 ettaru, u li ma hemm ebda dielja oħra mħawla u ebda fabbrika tal-inbid oħra apparti dawk li huma proprjetà tal-applikant.

Barra minn hekk, produtturi oħra jistgħu jużaw l-isem reġistrat jekk jibdew joperaw fiż-żona ġeografika demarkata fil-futur, dejjem jekk jilħqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Ispeċifikazzjoni. Dan ix-xenarju huwa perfettament possibbli, billi ż-żona demarkata tkopri 1 521 ettaru u għalhekk hemm wisa' għal aktar fabbriki tal-inbid.

9.   Rekwiżiti oħra essenzjali

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta' kundizzjoni addizzjonali:

L-ippakkjar għandu jsir fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-inbejjed għandhom jiġu bbottiljati fiż-żona ta' produzzjoni, peress li fil-każijiet kollha, il-proċess tal-produzzjoni jintemm bit-tieni stadju ta' maturazzjoni fil-flixkun. F'dan il-perjodu jkun hemm proċess ta' riduzzjoni, li jsaħħaħ il-kwalità tal-inbejjed u jorqom it-togħma tagħhom. L-inbejjed ikunu lesti għall-konsum malli jilħqu l-karatteristiċi organolettiċi stipulati fl-Ispeċifikazzjoni għal kull tip ta' nbid.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://pagina.jccm.es/agricul/paginas/comercial-industrial/consejos_new/pliegos/Pliego_Condiciones_Vallegarcia_20180719.pdf


13.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/16


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Frar 2019

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid

(Los Cerrillos (DOP))

(2019/C 57/10)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Spanja bagħtet applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Los Cerrillos” skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Skont l-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat dik l-applikazzjoni u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 ta’ dak ir-Regolament huma ssodisfati.

(3)

Biex ikunu jistgħu jitressqu dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) ta’ dak ir-Regolament u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li saret waqt il-proċedura nazzjonali preliminari għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Los Cerrillos” jenħtieġ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Id-dokument uniku stabbilit skont l-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-isem “Los Cerrillos” (DOP) jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tikkonferixxi d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-protezzjoni tal-isem speċifikat fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

DOKUMENT UNIKU

“LOS CERRILLOS”

PDO-ES-02228

Data tal-applikazzjoni: 11.8.2016

1.   Isem li se jiġi reġistrat

Los Cerrillos

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

L-inbid aħmar Tempranillo, l-inbid aħmar Tempranillo u Cabernet Sauvignon, u l-inbid aħmar Syrah.

Inbid aħmar b’kulur fil-vjola jew fl-aħmar lewn iċ-ċirasa u ħjiel ta’ vjola. L-aroma tiegħu hija kkaratterizzata mill-frott bi fwejjaħ tal-fjuri. Fil-palat, huwa pjaċevoli, frisk u strutturat tajjeb.

Il-valur tal-qawwa alkoħolika totali massima għandu jkun fil-limiti legali skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% tal-volum)

12,5

Aċidità totali minima

4,8 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

15

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

115

Inbid aħmar Tempranillo u Cabernet Sauvignon (Private Collection) u inbid aħmar Cabernet Sauvignon (Family)

Kulur iċ-ċirasa bi ħjiel ta’ granata/terrakotta. Aroma ta’ frott misjur ikkaratterizzata minn noti ta’ għud is-sus u balzmu. Huwa rikk, qawwi u strutturat fil-palat, bi ħjiel rikk u kremuż ta’ maturazzjoni.

Il-valur tal-qawwa alkoħolika totali massima għandu jkun fil-limiti legali skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% tal-volum)

13

Aċidità totali minima

4,8 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

16

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

115

5.   Prattiki enoloġiċi

a.    Prattiki enoloġiċi essenzjali

Prattika enoloġika speċifika

L-inbejjed varjetali jsiru f’kontenituri tal-azzar inossidabbli. Jgħaddu minn perjodu twil ta’maċerazzjoni fil-kesħa qabel il-fermentazzjoni ta’ bejn jumejn u ħamest ijiem f’temperatura ta’ minn 10 sa 15 °C, segwita mill-maċerazzjoni matul il-fermentazzjoni għal ġimgħa jew ġimagħtejn f’temperaturi ta’ bejn l-20 u t-28 °C, sakemm titlesta l-fermentazzjoni alkoħolika.

L-inbejjed li huma maħsuba għall-maturazzjoni fil-btieti, jitqiegħdu f’tankijiet tal-azzar inossidabbli u jgħaddu minn maċerazzjoni matul il-fermentazzjoni għal bejn ħmistax u 25 jum f’temperatura ta’ bejn il-25 u t-30 °C. Matul dan il-proċess, isir “délestage” sabiex jgħin fl-estrazzjoni tal-kulur u tal-komposti fenoliċi preżenti fil-kappa matul il-fermentazzjoni tal-qoxra.

Restrizzjoni rilevanti għall-vinifikazzjoni

L-għeneb vinifikat ma jiġix magħsur iżda minflok jitħalla jqattar (static draining) biex jinkisbu d-“drip wines”. Il-bqija tal-karfa ssirilha “dynamic draining” ġentili, li jirriżulta f’rendimenti baxxi ħafna.

Ladarba l-fermentazzjoni malolattika tkun lesta, l-inbejjed jiġu ċċarati b’mod naturali permezz tat-tferrigħ minflok jiġu ttrattati kimikament, u jiġu ttrasferiti għall-maturazzjoni fi btieti tal-ballut ta’ 225 litru, li jintużaw għal massimu ta’ sitt snin.

L-inbejjed imbagħad jiġu bbottiljati biex ikun jista’ jseħħ il-proċess tar-riduzzjoni u biex l-inbid jilħaq l-aħjar stat għax-xorb.

Tempranillo: 100 % Tempranillo jinżamm fi btieti tal-ballut mill-anqas għal 30 jum.

Syrah: 100 % Syrah, immaturat fi btieti tal-ballut għal mill-anqas sitt xhur.

Tempranillo u Cabernet Sauvignon: taħlita ta’ Tempranillo u Cabernet Sauvignon, immaturata fi btieti tal-ballut għal mill-anqas sitt xhur.

Private Collection: taħlita ta’ Tempranillo u Cabernet Sauvignon, immaturata fi btieti tal-ballut għal mill-anqas 13-il xahar.

“Cabernet Sauvignon de Familia” (Family Reserve Cabernet): 100 % Cabernet Sauvignon. Immaturat għal mill-inqas 24 xahar fil-btieti. Il-proċess tal-maturazzjoni jitlesta billi jistrieħ fil-fliexken għal 18-il xahar.

Prattika tal-kultivazzjoni

Matul il-perjodu tat-tkabbir, issir żabra tal-aħdar biex tillimita t-tkabbir naturali u jittejjeb ir-rendiment u, għalhekk, il-kwalità tal-għeneb.

L-għeneb jinqata’ bejn il-5 u l-11 ta’ filgħodu sabiex ikun evitat li jinqata’ f’temperaturi għoljin, u b’hekk issir maċerazzjoni fil-kesħa kif suppost.

b.    Rendimenti massimi

Tempranillo

12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

81,60 ettolitru għal kull ettaru

Cabernet Sauvignon

10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

68,00 ettolitru għal kull ettaru

Syrah

13 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

88,40 ettolitru għal kull ettaru

6.   Iż-żona ġeografika demarkata

Iż-żona demarkata tinkludi dawn l-irqajja’ fil-muniċipalità ta’ Argamasilla de Alba (Ciudad Real):

ŻONA/ROQGĦA

109.

62.63

111.

15, 30 u 9001

131.

71

151.

minn 115 sa 121, 190, 277, 278, 9001, 9002, minn 9004 sa 9006, 9008, 9023

160.

minn 8 sa 13, 15, 16, 17, minn 21 sa 23, 30, 31, 9003, 9005, 9006

161.

14, minn 16 sa 27, minn 31 sa 33, 35, minn 9001 sa 9004

162.

1, minn 3 sa 5, minn 7 sa 8, minn 11 sa 13, minn 17 sa 18, 9001, 9002

163.

1, 3, 4, minn 6 sa 21, 9001, 9004

171.

1, minn 3 sa 7, minn 9004 sa 9009, minn 011 sa 012

173.

2, 3, 9001, 9006,

174.

1, minn 3 sa 12, 14, 15, 19, 20, 22, 23, 9001, minn 9003 sa 9011, minn 9013 sa 9020

175.

1, 9001, 9002

176.

minn 3 sa 18, 9001, 9003

177.

minn 18 sa 23, minn 25 sa 32, minn 66 sa 72, 74, minn 89 sa 111, 113, 114, 115, 118, 121, 124, 126, 127, 133, minn 9001 sa 9005, minn 9008 sa 9014, 9019, 9022, minn 9024 sa 9029

178.

6, 7, 9, minn 12 sa 24, minn 30 sa 31, minn 34 sa 38, minn 40 sa 60, minn 9001 sa 9004, minn 9006 sa 9061

180.

1, 2, 5, 9, minn 9005 sa 9007

181.

60, 9001, 9002

194.

45, 71, 73, 74, 76, 79, 82, 9002, 9009, 9011, 9028, 8

195.

minn 10 sa 20, minn 22 sa 28, 30, 32, 33, 35, minn 37 sa 57, 86, 88, 93, 94, 95, 96, minn 99 sa 108, 112, 114, 118, 119, minn 9001 sa 9006, minn 9008 sa 9014, minn 9016 sa 9018

7.   Il-varjetà(jiet) ewlenin tal-għeneb tal-inbid

 

TEMPRANILLO - CENCIBEL

 

CABERNET SAUVIGNON

 

SYRAH

8.   Deskrizzjoni tar-rabtiet

L-ambjent (fatturi naturali u umani)

Los Cerrillos hija żona speċifika li tkopri l-parti Vega Alta kollha tax-xmara Guadiana. Hija żona ta’ aktar minn 60 km2 li tibda mis-sors tax-xmara Guadiana, 3 km ’l fuq mid-diga ta’ Peñarroya, u testendi 7 km ’l isfel mid-diga lejn Argamasilla de Alba, indikata wkoll fuq il-mappa militari ta’ Spanja tal-1975.

Ix-xmara Guadiana tgħaddi miż-żona demarkata, li tinsab ħdejn il-ġibjun ta’ Peñarroya f’altitudni ta’ 695 metru. L-għoljiet li hemm madwarha jaġixxu bħala brejk topografiku fuq iċ-ċiklu tat-tkabbir, u jevitaw it-temperaturi għoljin ta’ matul il-lejl u dan jgħin lit-tisjir polifenoliku tal-għeneb, u jwassal għal ventilazzjoni qawwija.

Il-ħamrija hija fil-biċċa l-kbira tal-franka. Il-blat fil-biċċa l-kbira huwa marl, taħlita mhux konsolidata ta’ franka u tafal. Għandha konsistenza ġulġliena u pH ta’ madwar 8.

Iż-żona għandha klima Mediterranja kontinentali, ikkaratterizzata minn sjuf sħan u xtiewi kesħin. Il-fluttwazzjonijiet fit-temperatura jistgħu xi kultant jilħqu l-45 °C u hemm qabża kbira bejn it-temperaturi ta’ binhar u dawk ta’ billejl matul is-sena. It-temp ma jkunx imsaħħab għal 80 % fis-sena; normalment ikun hemm aktar minn 2 500 siegħa ta’ xemx fis-sena.

Hemm differenzi konsiderevoli bejn Los Cerrillos u ż-żoni li jmissu magħha minħabba li hija qrib tax-xmara Guadiana. Tagħmel ħafna iktar xita hemmhekk milli fil-bqija ta’ Castile-La Mancha, filwaqt li t-temperaturi tagħha ma jkunux estremi daqs dawk fl-inħawi tal-madwar fin-Nofsinhar u fil-Punent. Il-ħsad iseħħ madwar 15 u 20 jum aktar tard milli fil-bqija taż-żona.

Jiġi applikat proċess ta’ “délestage” matul il-fermentazzjoni alkoħolika: jintużaw tekniki tal-produzzjoni tal-inbid fejn l-għeneb vinifikat ma jiġix magħsur, iżda minflok jitħalla jqattar biex jinkisbu d-“drip wines”, u dan jirriżulta f’rendimenti ta’ ettolitri għal kull ettaru ta’ 62-68 %, u l-inbejjed jiġu ċċarati b’mod naturali permezz tat-tferrigħ.

Deskrizzjoni tal-inbid

Inbid aħmar b’kulur fil-vjola jew fl-aħmar lewn iċ-ċirasa u ħjiel ta’ vjola jew aħmar fil-kannella. Aroma bi predominanza ta’ frott bi fwejjaħ tal-fjuri jew frott matur bi ħjiel ta’ għud is-sus jew ta’ balzmu. Huwa frisk u pjaċevoli fil-ħalq, strutturat tajjeb fil-palat bi ħjiel rikk u kremuż ta’ maturazzjoni.

B’riżultat ta’ dan kollu, il-qawwa alkoħolika tal-inbejjed tista’ taqbeż l-14 %. Flimkien ma’ aċidità adegwata, din is-saħħa alkoħolika titħallat perfettament, u b’hekk huwa importanti ferm li jiġi ddeterminat l-aħjar mument għall-ħsad permezz ta’ monitoraġġ mill-qrib tat-tisjir tal-għeneb.

L-inbejjed għandhom kontenut ta’ polifenoli sa 80 milliekwivalenti għal kull litru u huma rikki fl-estratti, huma aromatiċi u għandhom kulur sabiħ, u jwasslu sa 18 u.a. (is-somma tal-assorbenzi f’420, 520 u 620 nanometri) fil-punti tal-kulur u kontenut ta’ antoċjani sa 800 milligramma għal kull litru.

Rabta

Il-pożizzjoni taż-żona demarkata bil-materjali maħlula Plijo-Kwaternarji tagħha, il-franka iebsa, il-marl u t-tafal lewn l-okra jirriżultaw f’inbejjed b’kulur sabiħ bil-mineralizzazzjoni karatteristika, li jilħaq sa 18-il punt ta’ kulur.

Il-vinji ta’ Los Cerrillos, jinsabu ħdejn il-ġibjun ta’ Peñarroya f’altitudni ta’ 695 metru u huma mdawrin bl-għoljiet. Dan ifisser li hija żona ta’ temperaturi friski li, flimkien mal-ħsad aktar tard, tinkoraġġixxi l-fotosinteżi u l-formazzjoni tal-għenbiet u taz-zokkor. Dan inaqqas il-pH, iżid l-aċidità u jagħti lok għal kontenut ta’ komposti fenoliċi sa 80 milliekwivalenti għal kull litru u konċentrazzjoni ogħla ta’ antoċjani (sa 800 milligrammi għal kull litru).

Il-proċess tad-“délestage” matul il-fermentazzjoni alkoħolika, il-prattika li l-għeneb ma jiġix magħsur u l-proċess tal-iċċarar naturali permezz tat-tferrigħ, jagħtu lok għal inbejjed b’aromi iktar florali milli tal-frott u inbejjed b’noti tal-ħwawar, tal-inkaljar u ħjiel ta’ għud is-sus u balzmu.

Għalkemm iż-żona ġeografika demarkata hija mdawra bid-DOP La Mancha, il-karatteristiċi tagħha huma sostanzjalment differenti miż-żona demarkata li tmiss magħha fir-rigward tal-fatturi li ġejjin:

DOP La Mancha

Los Cerrillos

Differenzi:

≥ 11,5 % vol.

≥ 12,5 % vol.

Kontenut ogħla ta’ alkoħol

≤ 10 meq/l

≤ 15 meq/l

Aċidità volatili akbar

74 %

68 %

Inqas hl/ha

> 40 meq/l

Aktar polifenoli

Minħabba l-ħamrija tal-ġir, il-marl, l-altitudni u l-influwenza tax-xmara, hemm biss vinja waħda tad-dwieli li jipproduċu l-inbid fiż-żona ddemarkata u hija proprjetà tal-applikant.

Huwa importanti li wieħed jinnota li ż-żona demarkata tkopri 1 570 ettaru li huma ta’ proprjetarji differenti iżda fejn ma tħawlux dwieli oħra u ma hemmx produtturi oħra tal-inbid. Għaldaqstant, id-demarkazzjoni twettqet abbażi tal-kundizzjonijiet ambjentali, kif deskritt hawn fuq.

Barra minn hekk, produtturi oħra jistgħu jużaw l-isem irreġistrat jekk ikunu stabbiliti fiż-żona ġeografika demarkata fil-futur, sakemm dawn ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni. Meta wieħed iqis li ż-żona demarkata tkopri 1 570 ettaru, huwa perfettament possibbli li produtturi oħra tal-inbid oħra jiġu stabbiliti hemmhekk.

9.   Kundizzjonijiet oħra essenzjali

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-inbejjed jiġu bottiljati fiż-żona tal-produzzjoni minħabba li, f’kull każ, il-proċess jiġi konkluż bi stadju ieħor ta’ maturazzjoni fil-fliexken. F’dan il-perjodu jseħħ proċess ta’ riduzzjoni li jtejjeb il-kwalità tal-inbejjed, u jikkompleta t-togħma tagħhom. Ikunu lesti għall-konsum meta dawn jiksbu l-karatteristiċi organolettiċi stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet għal kull tip ta’ nbid.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://pagina.jccm.es/agricul/paginas/comercial-industrial/consejos_new/pliegos/Los_Cerrillos_pliego_condiciones_20180719.pdf


13.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/22


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2019/C 57/11)

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Franza

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Franza

Suġġett tal-kommemorazzjoni : 30 sena mill-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin

Deskrizzjoni tad-disinn : Tletin sena ilu, waqa’ l-Ħajt ta’ Berlin. Lil hinn mill-impatt fuq is-soċjetà Ġermaniża, dan kien avveniment b’konsegwenzi globali. Fid-9 ta’ Novembru 1989, din l-okkażjoni timmarka t-tmiem tal-gwerra bierda u tħabbar paċifikazzjoni wara diversi deċennji ta’ tensjonijiet internazzjonali. Fil-livell Ewropew, dan huwa l-ewwel pass lejn ir-riunifikazzjoni ta’ wieħed mill-pajjiżi ewlenin tal-Unjoni Ewropea. Aktar tard, din il-bidla kbira immaterjalizzat permezz tat-Trattat ta’ Moska li Franza kienet firmatarja tiegħu. L-Unjoni Ewropea laqgħet 16-il miljun ċittadin ġdid f’sena waħda biss; kważi l-effett strutturali u ekonomiku li tilqa’ pajjiż ġdid!

Id-disinn jirrappreżenta l-Ħajt ta’ Berlin, miftuħ fiċ-ċentru tiegħu biex jgħaddu l-ħamiem (allegoriji tal-ipplakar internazzjonali) u folla li qed tiċċelebra. Fl-isfond hemm rappreżentat il-Bieb ta’ Brandenburg, is-simbolu ta’ Berlin per eċċellenza. Il-kliem “30 Ans de la Chute du Mur de Berlin/30 Jahre Mauerfall” (30 sena mill-waqa’ tal-Ħajt ta’ Berlin) huwa miktub fuq naħa waħda tal-ħajt. Fil-qiegħ tad-disinn hemm is-sena tal-ħruġ “2019” u fuq il-lemin tagħha l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “RF” (li tirrappreżentalir-République Française).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 10 miljun munita

Data tal-ħruġ : il-31 ta’ Jannar 2019


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


13.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/23


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2019/C 57/12)

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva ġdida ta’ 2 euro, maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Irlanda

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li tintuża d-denominazzjoni ta’ 2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ 2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv ta’ rilevanza simbolika kbira f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : L-Irlanda

Suġġett tal-kommemorazzjoni : 100 sena mit-twaqqif tad-Dáil Éireann (il-Parlament Irlandiż)

Deskrizzjoni tad-disinn : Fid-disinn tidher l-ewwel seduta tad-Dáil Éireann fir-Round Room. L-iggvernar tan-nazzjon Irlandiż beda fil-21 ta’ Jannar u s-seduta tmexxiet kompletament bil-lingwa Irlandiża biex tiġi riflessa n-natura simbolika tal-laqgħa. Ir-Round Room kbira ta’ Mansion House tqawwes fuq il-ġemgħa kbira tal-ewwel Dáil elett tan-nazzjon. Il-kliem “An Chéad Dáil” fiċ-ċentru tad-disinn flimkien mas-sena “1919” fil-parti ta’ fuq huma mnaqqxa b’tipa unċjali tradizzjonali. Fil-parti t’isfel huma mnaqqxa l-isem tal-pajjiż u s-sena tal-ħruġ “ÉIRE 2019”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu : 1 000 000 munita

Data tal-ħruġ : Jannar 2019


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

13.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/24


Sejħa għall-Proposti

L-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jipproponi sponsorship ġdid ta’ EIBURS taħt il-Programm ta’ Tagħrif tiegħu

(2019/C 57/13)

Il-Programm ta’ Tagħrif tal-Istitut tal-Bank tal-Investiment Ewropew jiffinanzja l-għotjiet għar-riċerka tiegħu permezz ta’ skemi differenti. Waħda minnhom hija:

EIBURS, il-Programm ta’ Sponsorship għar-Riċerka Universitarja tal-BEI (EIB University Research Sponsorship Programme)

EIBURS jipprovdi għotjiet lil dipartimenti universitarji jew ċentri ta’ riċerka assoċjati ma’ universitajiet fl-UE, f’pajjiżi kandidati jew f’pajjiżi kandidati potenzjali li jkunu qegħdin jaħdmu fuq suġġetti ta’ riċerka li huma ta’ interess kbir għall-Bank. L-isponsorships tal-EIBURS - li jilħqu mal-EUR 100 000 fis-sena għal perjodu ta’ tliet snin - jingħataw permezz ta’ proċess kompetittiv lil dipartimenti universitarji interessati jew ċentri ta’ riċerka b’ħila esperta rikonoxxuta fil-qasam magħżul. Proposti li jirnexxu jinvolvu t-twettiq ta’ diversi riżultati li jkunu soġġetti għal ftehim kuntrattwali mal-Bank Ewropew tal-Investiment.

Għas-sena akkademika 2019/2020, il-programm EIBURS qiegħed ifittex proposti fuq tema ta’ riċerka ġdida:

“L-inkorporazzjoni ta’ Kriterji Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ASG) fl-Analiżi u l-Klassifikazzjoni tal-Kreditu”

1.   Punt Fokali tal-Proġett

Il-punt fokali ta’ din ir-riċerka huwa li tiġi żviluppata metodoloġija formali, appoġġjata minn riċerka akkademika rigoruża, għall-inkorporazzjoni ta’ kriterji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ASG) fl-analiżi u l-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Hemm tendenza ċara fid-dinja tal-allokazzjoni tal-assi biex jiġu integrati kriterji ta’ sostenibbiltà bejn il-portafolji ta’ investiment. Seba’ mill-ewwel għaxar sidien ta’ assi qegħdin jintegraw is-sostenibbiltà bejn l-assi kollha, waqt li assi ta’ investiment sostenibbli fl-Ewropa, l-Istati Uniti u l-Kanada kibru minn USD 13-il triljun fl-2012 għal USD 23 triljun fl-2016. F’konferenza reċenti dwar l-ASG organizzata minn Moody’s, il-biċċa l-kbira tal-emittenti u l-investituri kkunsidraw l-introduzzjoni ta’ fatturi ASG bħala “bidla permanenti” fid-dinja tal-investiment, waqt li madwar terz ikkunsidrawha bħala “xi ħaġa li ser issir aktar prevalenti fi żmien 3 sa 5 snin” – ebda vot ma ngħata għar-risposta alternattiva “l-ASG m’għandu ebda rilevanza”. Fl-istess sondaġġ, 80 % kkunsidraw “il-kwantifikazzjoni u l-immudellar” bħala l-akbar diffikultà biex l-ASG jiġi inkluż fl-analiżi tal-kreditu.

Barra minn hekk, il-Prinċipji għal Investiment Responsabbli (PIR), netwerk internazzjonali ta’ investituri, ippubblikaw “Stqarrija dwar l-ASG fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu” f’Mejju 2016. Din l-istqarrija, li kienet appoġġata minn aktar minn 135 investitur b'aktar minn USD 27 triljun f’assi taħt ġestjoni u 17-il aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu (AKK), irrikonoxxiet li fatturi ASG jistgħu jaffettwaw il-flussi ta’ flus ta’ dawk li jissellfu u l-probabbiltà li jkunu inadempjenti fuq l-obbligi ta’ dejn tagħhom u huma, għaldaqstant, elementi importanti fil-valutazzjoni mill-AKK tal-affidabbiltà tal-kreditu ta’ dawk li jisselfu. Biex iwieġbu għal dik is-sejħa, pereżempju, l-akbar żewġ AKK (Moody’s u S&P) reċentement ippubblikaw rapporti dwar kif qegħdin jinkludu fatturi ASG fil-metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni tagħhom.

Min-naħa regolatorja, fl-24 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni Ewropea (KE) ikkonfermat l-ewwel erba’ proposti leġiżlattivi taħt il-Pjan ta’ Azzjoni tagħha għal Finanzi Sostenibbli, li jkopru punti ta’ riferiment, definizzjonijiet ekoloġiċi, dmirijiet tal-investitur u investiment bl-imnut. Dwar l-ASG, il-KE qiegħda tippjana li tintroduċi obbligi ta’ divulgazzjoni dwar kif l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi jintegraw fatturi ASG fil-proċessi tar-riskju tagħhom.

Barra minn hekk, il-KE ssemmi espliċitament “impenn mal-partijiet interessati rilevanti kollha biex jiġu esplorati modi biex jiġu integrati fatturi ta’ sostenibbiltà fil-valutazzjoni ta’ aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu” u “l-emerġenza possibbli ta’ aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ġodda li jilħqu dan l-objettiv”. Il-KE tirrikonoxxi li l-enfasi ta’ fornituri ta’ riċerka dwar is-sostenibbiltà fuq emittenti kbar ħafna għandha impatt negattiv fuq l-attraenza ta’ emittenti iżgħar għal investituri istituzzjonali u tilqa’ soluzzjonijiet biex jiġi ppreżervat l-aċċess għas-suq għal parteċipanti iżgħar.

L-eżitu tal-metodoloġija/prodott finali għandu jiġi kondiviż pubblikament fis-suq.

2.   Pjan ta’ Azzjoni Propost

Dan il-proġett jirrappreżenta sforz ta’ riċerka miftuħa dwar suġġett li dwaru ftit li xejn sar xogħol akkademiku. F'dan il-kuntest, huwa prematur li tingħata informazzjoni dettaljata dwar l-approċċ metodoloġiku li għandu jiġi segwit. Fil-fatt, wieħed mill-ewwel prodotti tal-isforzi tar-riċerka ser jikkonsisti fl-identifikazzjoni ta’ metodoloġija ta’ riċerka rilevanti. Madankollu, f’dan l-istadju bikri, huwa previst li r-riċerka għandha ssegwi ċerti kompiti sabiex tasal għal metodoloġija li taħdem:

1.

Analiżi tal-letteratura relatata: riċerka rigoruża u eżawrjenti tal-letteratura rilevanti akkademika u tal-prattikanti. Hemm twemmin mifrux li l-fatturi ASG għandhom impatt mhux biss fuq il-valur ta’ ditta iżda wkoll fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, għalkemm kif ġie indikat qabel, relattivament ftit hemm xogħol akkademiku disponibbli dwar is-suġġett.

2.

Ġbir tad-data bażilari: ġbir tad-data li għandha tintuża biex issir analiżi tad-diversi mudelli u approċċi. Għandu jinkludi data ddettaljata dwar ir-riskju tal-kreditu kif ukoll dwar kriterji ASG u tar-riskju għall-klima bejn setturi u siti ġeografiċi. Aspett ewlieni wieħed ta’ dan il-proġett huwa l-preċiżjoni u l-kwalità tad-data, u b’mod partikolari l-kapaċità li wieħed ikun jista’ jafda fuq kampjun twil biżżejjed ta’ data storika.

3.

Analiżi tad-data: waqt li l-punt fokali ewlieni tar-riċerka għandu jkun biex jinftiehem l-impatt ta’ fatturi ASG fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, analiżi tal-impatt ta’ redditi tal-kreditu għandhom jiġu inklużi wkoll bħala parti mill-proġett ta’ riċerka. Bħala parti minn dan l-isforz, il-valutazzjoni tal-importanza relattiva tat-tliet fatturi, A għal Ambjentali, S għal Soċjali u G għal Governanza għandha ssir kemm għall-istokk individwali kif ukoll fil-livell tas-settur.

4.

Ittestjar u kkalibrar ta’ mudelli ta’ riskju strutturali tal-kreditu: it-tfassil ta’ metodoloġija li tippermetti l-integrazzjoni formali ta’ fatturi ASG fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Analiżi tar-relazzjoni bejn il-fatturi ASG u r-riskju tal-kreditu pprezzati skont is-swieq finanzjarji, u esplorazzjoni tal-implikazzjonijiet f’termini ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u l-metodoloġija tal-analiżi. Għandu jsir sforz għall-aġġustament u l-ikkalibrar tal-mudelli sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu adattati mhux biss għall-analiżi tal-fatturi ta’ riskju makro u mikro tas-soltu, iżda wkoll għal fatturi ta’ riskju mhux finanzjarji.

5.

Analiżi ta’ xenarju: l-analiżi preċedenti għandha tagħti perspettiva ex-post fuq l-impatt ta’ fatturi ASG fuq ir-riskju tal-kreditu, iżda m’għandhiex l-abbiltà li tinforma lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-impatt mistenni ta’ avvenimenti jew xenarji estremi (eż. xenarji tal-klima) fuq bażi li tħares ‘il quddiem. F’dan il-kuntest, analiżi tax-xenarju hija mistennija li tkun ta’ rilevanza fit-tlestija tal-isforz tal-kejl għall-impatt ta’ fatturi ASG fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu minn perspettiva ex-ante.

6.

Verifiki tar-robustezza: għandhom isiru għadd ta’ verifiki tar-robustezza, inkluż li jsir arranġament fuq klassifikazzjonijiet ta’ kreditu biex jipprova jintwera jekk titoli b’punteġġi ta’ ASG baxxi ġeneralment jurux aktar volatilità ta’ redditu sussegwenti minn titoli tal-istess klassifikazzjoni b’punteġġi ta’ ASG għoljin. Analiżi rigoruża sabiex jiġi evalwat jekk l-introduzzjoni ta’ indikaturi kwantitattivi addizzjonali mill-passi 4 u 5 għandhiex tispjega d-differenzi kontrosettorjali fil-volatilità tar-redditu li mhumiex spjegati biss b’differenzi fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

7.

Tfassil ta’ metodoloġija formali għall-integrazzjoni ta’ fatturi ASG fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu: fuq il-bażi tal-ħidma ta’ riċerka mwettqa, huwa mistenni li tiġi proposta metodoloġija komprensiva għall-integrazzjoni tal-fatturi ASG fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

Safejn jaf il-BEI, l-iżvilupp ta’ metodoloġija ta’ klassifikazzjoni integrata li tħaddan il-kriterji ASG għadu ma jeżistix. Il-proġett ta’ riċerka għalhekk għandu jgħin biex tiġi żviluppata din il-metodoloġija b’enfasi speċjali fuq l-applikabbiltà tagħha għal tipi ta’ emittenti iżgħar sabiex jiġi allinjat mat-talba tal-KE biex jiġi ppreżervat l-aċċess għas-suq għal parteċipanti iżgħar.

Il-proposti għandhom jintbagħtu bl-Ingliż sal-15 ta’ April 2019 24:00 (CET). Proposti mibgħuta wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. Il-proposti għandhom jintbagħtu bl-email lil:

Events.EIBInstitute@eib.org

Għal informazzjoni aktar kompluta dwar il-proċess ta’ għażla tal-EIBURS u dwar l-Istitut tal-BEI, jekk jogħġbok żur: http://institute.eib.org/


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/27


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9211 — Transdigm Group/Esterline Technologies)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 57/14)

1.   

Fl-4 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Transdigm Group Incorporated (“Transdigm”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

Estreline Technologies Corporation (“Esterline”, l-Istati Uniti tal-Amerika)

Transdigm takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Esterline kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fl-10 ta’ Ottubru 2018.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Transdigm: id-disinn, il-produzzjoni u l-provvista ta’ komponenti, sistemi u sottosistemi ajruspazjali mibnija. Il-prodotti tagħha jintużaw kemm fuq ajruplani kummerċjali kif ukoll dawk militari.

—   Esterline: id-disinn, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti b’inġinerija għolja, prinċipalment għall-klijenti ajruspazjali u tad-difiża. Il-prodotti tagħha jintużaw ukoll fis-settur ferrovjarju, mediku, fil-logħob tal-azzard u f’industriji oħra.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9211 — Transdigm Group/Esterline Technologies.

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


13.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/28


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9247 — MC/Franz Haniel/ELG)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 57/15)

1.   

Fis-6 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Mitsubishi Corporation (il-Ġappun),

ELG Haniel GmbH (“ELG”, il-Ġermanja), ikkontrollata biss minn Franz Haniel & Cie. GmbH (“Franz Haniel”, il-Ġermanja),

ELG Carbon Fibre Limited (“ECF”, ir-Renju Unit), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ ELG.

Mitsubishi Corporation u Franz Haniel jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt kollu ta’ ECF kollha kemm hi. ECF bħalissa hija kkontrollata esklussivament minn Franz Haniel.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Mitsubishi Corporation: operazzjonijiet ta’ żvilupp u ta’ negozji f’diversi industriji, inklużi l-ambjent u l-infrastruttura, il-manifattura, il-finanzi, l-enerġija, il-metalli, il-makkinarju, il-kimiċi u l-ikel.

—   ELG: il-kummerċ, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ ta’ materja prima għall-industrija tal-azzar inossidabbli kif ukoll materjali ta’ prestazzjoni għolja bħall-fibra tal-karbonju.

—   ECF: ir-riċiklaġġ tal-fibra tal-karbonju mill-manifattura ta’ skart u ta’ komponenti komposti li spiċċaw, il-manifattura ta’ prodotti tal-fibra tal-karbonju riċiklat.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9247 — MC/Franz Haniel/ELG

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


13.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/29


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9145 — Kongsberg Gruppen/Rolls-Royce Commercial Marine)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 57/16)

1.   

Fis-6 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Kongsberg Gruppen ASA (“Kongsberg”, in-Norveġja),

In-negozju ta’ Rolls-Royce plc ta’ prodotti marittimi kummerċjali, sistemi u servizzi ta’ wara l-bejgħ (“Rolls-Royce Commercial Marine”, ir-Renju Unit).

Kongsberg takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Rolls-Royce Commercial Marine.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma u xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Kongsberg hija l-kumpanija azzjonarja tal-grupp Kongsberg, li tipprovdi sistemi teknoloġiċi u soluzzjonijiet għall-użu tal-industriji tal-baħar, tad-difiża, ajruspazju u taż-żejt u l-gass;

Rolls-Royce Commercial Marine hija n-negozju tal-baħar kummerċjali fil-grupp tar-Rolls-Royce li tforni komponenti, sistemi u elementi diġitali primarjament għal bastimenti ċivili tal-baħar. Dan ma jinkludix in-negozju tas-sistemi tal-enerġija tar-Rolls-Royce.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9145 — Kongsberg Gruppen/Rolls-Royce Commercial Marine

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.