ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 39

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
1 ta' Frar 2019


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

2019/C 39/01 BERS/2018/8

Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-riskju sistemiku tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (BERS/2018/8)

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 39/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9139 — Haier/Candy) ( 1 )

10

2019/C 39/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9135 — The Blackstone Group/Luminor Bank) ( 1 )

10

2019/C 39/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9176 — Magna/Getrag Ford Transmissions Slovakia) ( 1 )

11

2019/C 39/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9228 — Denso/Aisin/JV) ( 1 )

11

2019/C 39/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9148 — Univar/Nexeo) ( 1 )

12


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 39/07

Rata tal-kambju tal-euro

13

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2019/C 39/08

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — L-istabbiliment ta’ obbligi tas-servizz pubbliku rigward is-servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

14

2019/C 39/09

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

15

2019/C 39/10

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Modifiki tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

16

2019/C 39/11

Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

17


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 39/12

Sejħa speċifika għall-proposti — EACEA/02/2019 — Il-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja 2014-2020

18

 

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

2019/C 39/13

Sejħa għall-Proposti — Ideat li jbiddlu d-dinja: It-Turnew tal-Innovazzjoni Soċjali tal-IBEI għall-2019

20

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 39/14

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9265 — Schwarz Gruppe/Nord-Westdeutsche Papierrohstoff/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

21

2019/C 39/15

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9245 — BAC/Marriott/Airhotel BVBA) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

23


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

1.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom

(BERS/2018/8)

(2019/C 39/01)

IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u l-Artikoli 16 sa 18 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 458(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 18 sa 20 tagħha,

Billi:

(1)

Biex jiġu żgurati miżuri ta’ politika makroprudenzjali effettivi u konsistenti, huwa importanti li r-reċiproċità obbligatorja meħtieġa taħt id-dritt tal-Unjoni tiġi kkomplementata bir-reċiproċità volontarja.

(2)

Il-qafas dwar ir-reċiproċità volontarja għall-miżuri tal-politika makroprudenzjali, stabbilit fir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4), għandu l-għan li jiżgura li l-istess ġabra ta’ rekwiżiti makroprudenzjali japplikaw għall-istess tip ta’ skoperturi għar-riskju fi Stat Membru partikolari, irrispettivament mill-istatus legali u l-lokalizzazzjoni tal-fornitur tas-servizz finanzjarju.

(3)

Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (5) tirrakkomanda li l-awtorità attivanti rilevanti tipproponi livell limitu ta’ materjalità massima meta tissottometti talba għar-reċiprokazzjoni lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), li taħtu l-iskopertura ta’ fornitur individwali ta’ servizz finanzjarju għar-riskju makroprudenzjali identifikat fil-ġurisdizzjoni fejn tiġi applikata l-miżura tal-politika makroprudenzjali mill-awtorità attivanti tista’ titqies bħala non-materjali. Il-BERS jista’ jirrakkomanda livell limitu differenti jekk jitqies neċessarju.

(4)

Bħala prinċipju ġenerali, skont l-Artikolu 458(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtorità attivanti hija mistennija li tikkoopera mal-awtoritajiet rilevanti li jkunu qegħdin jirreċiprokaw il-miżura sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-miżura reċiprokanti.

(5)

Mill-1 ta’ Lulju 2018, l-istituzzjonijiet sistemikament importanti globali (G-SIIs) Franċiżi u istituzzjonijiet sistemikament importanti oħrajn (O-SIIs) fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom huma soġġetti, skont l-Artikolu 458(2)(d)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għal limitu ta’ skopertura kbira ta’ 5 fil-mija tal-kapital eliġibbli tagħhom fir-rigward ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar b’dejn kbir li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza.

(6)

Wara t-talba tal-Haut Conseil de stabilité financière (il-Kunsill Għoli għall-Istabilità Finanzjarja) lill-BERS taħt l-Artikolu 458(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u sabiex: (i) jiġi evitat li jseħħu effetti transkonfinali negattivi fil-forma ta’ tixrid u arbitraġġ regolatorju li jistgħu jiġu kkawżati mill-implimentazzjoni tal-miżura tal-politika makroprudenzjali applikata fi Franza skont l-Artikolu 458(2)(d)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; (ii) jiġu senjalati lil parteċipanti oħra tas-suq ir-riskji sistemiċi assoċjati maż-żieda fil-lieva ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza; u (iii) tiżdied ir-reżiljenza ta’ istituzzjonijiet sistemikament importanti fi Stati Membri oħrajn, il-Bord Ġenerali tal-BERS iddeċieda li jinkludi din il-miżura fil-lista ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali li huma rrakkomandati li jiġu reċiprokati taħt ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2.

(7)

Peress li l-miżura attivata mill-Haut Conseil de stabilité financière hija applikata biss fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni, f’konformità mal-prinċipju speċifikat fis-subrakkomandazzjoni C(2) tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 li tgħid li l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimplimentaw l-istess miżura tal-politika makroprudenzjali bħal dik li ġiet implimentata mill-awtorità attivanti, għandu jkun possibbli wkoll li l-miżura tiġi reċiprokata fl-istess livell ta’ konsolidazzjoni. Barra minn hekk, l-applikazzjoni tal-livell limitu ta’ materjalità f’livell individwali tista’ twassal għall-eżenzjoni ta’ istituzzjonijiet li, f’livell konsolidat, għandhom skoperturi kbar konċentrati għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji b’dejn kbir li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza, u b’hekk joħolqu inċentiv għal arbitraġġ regolatorju. Għaldaqstant, il-livell limitu ta’ materjalità rakkomandat għandu, f’dan il-każ eċċezzjonali, jiġi applikat fuq bażi konsolidata.

(8)

Għaldaqstant, ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

EMENDI

Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 hija emendata kif ġej:

1.

fit-Taqsima 1, is-subrakkomandazzjoni C(1) hija sostitwita b’dan li ġej:

“1.

L-awtoritajiet rilevanti huma rrakkomandati li jirreċiprokaw il-miżuri tal-politika makroprudenzjali adottati minn awtoritajiet rilevanti oħrajn u rrakkomandati għal reċiprokazzjoni mill-BERS. Huwa rrakkomandat li l-miżuri li ġejjin, kif deskritt aktar fl-Anness, jiġu rreċiprokati:

L-Estonja:

rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku ta’ 1 fil-mija applikata skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE għall-iskoperturi domestiċi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fl-Estonja;

Il-Finlandja:

persentaġġ minimu ta’ 15 fil-mija għall-piż tar-riskju medju fuq self ipotekarju residenzjali ggarantit minn ipoteka fuq unitajiet domestiċi fil-Finlandja applikata b’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Finlandja, li jużaw l-approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni (approċċ IRB) għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital regolatorju;

Il-Belġju:

suppliment għall-piż tar-riskju għall-iskoperturi għall-konsumatur iggarantit minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju, applikat b’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Belġju, li jużaw l-approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital regolatorju u kompost minn:

(a)

suppliment għall-piż tar-riskju fiss ta’ 5 punti perċentwali; u

(b)

suppliment għall-piż tar-riskju proporzjonat li jikkonsisti minn 33 fil-mija tal-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piż tar-riskju applikat għall-portafoll ta’ skoperturi għall-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju;

Franza:

tnaqqis tal-limitu ta’ skopertura kbira pprovdut fl-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, applikabbli għall-iskoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji b’dejn kbir li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza għal 5 fil-mija tal-kapital eliġibbli, applikat skont l-Artikolu 458(2)(d)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal istituzzjonijiet sistemikament importanti globali (G-SIIs) u istituzzjonijiet sistemikament importanti oħrajn (O-SIIs) fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom.”;

2.

L-Anness huwa sostitwit bl-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Francesco MAZZAFERRO

Il-Kap tas-Segretarjat tal-BER

f’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(3)  ĠU C 58, 24.2.2011, p. 4.

(4)  Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 9).

(5)  Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Ottubru 2017 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 431, 15.12.2017, p. 1).


ANNESS

L-Anness għar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Anness

L-Estonja

Rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku ta' 1 fil-mija applikata skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE għall-iskoperturi domestiċi tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha awtorizzati fl-Estonja

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

Il-miżura Estonjana tikkostitwixxi rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku ta' 1 fil-mija applikata skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE għall-iskoperturi domestiċi tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha awtorizzati fl-Estonja.

II.   Reċiprokazzjoni

2.

Meta l-Istati Membri jkunu implimentaw l-Artikolu 134 tad-Direttiva 2013/36/UE fil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet rilevanti huma rrakkomandati li jirreċiprokaw il-miżura Estonjana għal skoperturi li jinsabu fl-Estonja ta' istituzzjonijiet awtorizzati domestikament skont l-Artikolu 134(1) tad-Direttiva 2013/36/UE. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, tapplika l-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3).

3.

Meta l-Istati Membri ma jkunux implimentaw l-Artikolu 134 tad-Direttiva 2013/36/UE fil-liġi nazzjonali, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Estonjana għal skoperturi li jinsabu fl-Estonja ta' istituzzjonijiet awtorizzati domestikament skont is-subrakkomandazzjoni C(2). Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti fi żmien sitt xhur.

Il-Finlandja

Livell minimu ta' 15 % speċifikament għal istituzzjonijiet ta' kreditu għall-piż tar-riskju medju fuq self iggarantit minn ipoteka fuq unitajiet domestiċi fil-Finlandja applikabbli għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jużaw l-approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni (approċċ IRB) (minn hawn 'il quddiem ‘istituzzjonijiet ta' kreditu IRB’) bis-saħħa tal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

Il-miżura Finlandiża, applikata b'konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, tikkonsisti minn livell minimu ta' 15 % speċifikament għal istituzzjonijiet ta' kreditu għall-piż tar-riskju medju għal istituzzjonijiet ta' kreditu IRB, fil-livell ta' portafoll, għal self ipotekarju residenzjali ggarantit minn unitajiet domestiċi fil-Finlandja.

II.   Reċiprokazzjoni

2.

B'konformità mal-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jirreċiprokaw il-miżura Finlandiża u japplikawha għall-portafolli tal-istituti ta' kreditu IRB ta' self ipotekarju għall-konsumatur iggarantit minn unitajiet domestiċi fil-Finlandja, maħruġ minn fergħat awtorizzati domestikament li jinsabu fil-Finlandja. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, tapplika l-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3).

3.

Huwa rrakkomandat ukoll li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Finlandiża u japplikawha għall-portafolli tal-istituti ta' kreditu IRB ta' self ipotekarju għall-konsumatur iggarantit minn unitajiet domestiċi fil-Finlandja, maħruġ direttament b'mod transkonfinali minn istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, tapplika l-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3).

4.

Skont is-subrakkomandazzjoni C.2, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, il-miżura ta' politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jkollha l-effett l-aktar ekwivalenti għall-miżura rakkomandata għar-reċiprokazzjoni msemmija hawn fuq, inkluża l-adozzjoni ta' miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti fi żmien erba' xhur.

III.   Livell limitu ta' materjalità

5.

Il-miżura hija kkomplementata minn livell limitu ta' materjalità ta' skopertura ta' EUR 1 biljun għas-suq ipotekarju Finlandiż biex tiggwida l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-Istati Membri reċiprokanti.

6.

B'mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw lil istituzzjonijiet ta' kreditu IRB individwali b'portafolli non-materjali ta' self ipotekarju għall-konsumatur iggarantit minn unitajiet domestiċi fil-Finlandja li huma taħt il-livell limitu ta' materjalità ta' EUR 1 biljun. F'dan il-każ l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkomandat lilhom li jirreċiprokaw fejn istituzzjoni ta' kreditu IRB teċċedi l-livell limitu ta' EUR 1 biljun.

7.

Fejn ma hemmx istituzzjonijiet ta' kreditu IRB awtorizzati fi Stati Membri oħrajn ikkonċernati b'fergħat li jinsabu fil-Finlandja jew li jipprovdu servizzi finanzjarji direttament fil-Finlandja, li għandhom skoperturi ta EUR 1 biljun jew aktar għas-suq ipotekarju Finlandiż, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx kif stipulat fit-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. F'dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkommandat lilhom li jirreċiprokaw meta istituzzjoni ta' kreditu IRB teċċedi il-livell limitu ta' EUR 1 biljun.

Il-Belġju

Suppliment għall-piż tar-riskju għall-iskoperturi għall-konsumatur iggarantit minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju, impost fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati fil-Belġju, li jużaw l-Approċċ IRB u applikat b'konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Is-suppliment huwa magħmul minn żewġ komponenti:

(a)

suppliment għall-piż tar-riskju fiss ta' 5 punti perċentwali; u

(b)

suppliment għall-piż tar-riskju proporzjonat li jikkonsisti fi 33 fil-mija tal-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piż tar-riskju applikat għall-portafoll ta' skoperturi għall-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju.

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

Il-miżura Belġjana, applikata skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u imposta fuq istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati fil-Belġju li jużaw l-Approċċ IRB, tikkonsisti f'suppliment għall-piż tar-riskju għall-iskoperturi għall-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju, li huwa magħmul minn żewġ komponenti:

(a)

L-ewwel komponent jikkonsisti f'żieda ta' 5 punti perċentwali għall-piż tar-riskju għall-iskoperturi għall-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju miksuba wara l-komputazzjoni tat-tieni parti tas-suppliment għall-piż tar-riskju skont il-punt (b).

(b)

It-tieni komponent jikkonsisti f'żieda għall-piż tar-riskju ta' 33 fil-mija tal-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piż tar-riskju applikat għall-portafoll ta' skoperturi għall-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju. Il-medja ponderata skont l-iskopertura hija l-medja tal-ponderazzjonijiet tar-riskju tas-self individwali kkalkulata skont l-Artikolu 154 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ippeżata mill-valur tal-iskopertura rilevanti.

II.   Reċiprokazzjoni

2.

Skont l-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jirreċiprokaw il-miżura Belġjana billi japplikawha għall-fergħat ta' istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati domestikament li jinsabu fil-Belġju li jużaw l-Approċċ IRB fl-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3).

3.

Huwa rrakkomandat ukoll li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Belġjana billi japplikawha għall-istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati domestikament li jużaw l-Approċċ IRB li għandhom skoperturi għall-konsumatur diretti ggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju. Skont is-subrakkomandazzjoni C.2, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw l-istess miżura bħal dik li ġiet implimentata fil-Belġju mill-awtorità attivanti fl-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3).

4.

Jekk l-istess miżura ta' politika makroprudenzjali mhijiex disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta' politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni, inkluż l-adozzjoni ta' miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti fi żmien erba' xhur mill-pubblikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

III.   Livell limitu ta' materjalità

5.

Il-miżura hija kkomplementata minn livell limitu ta' materjalità ta' EUR 2 biljun speċifiku għall-istituzzjonijiet sabiex jiggwida l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura.

6.

B'mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw lil istituzzjonijiet ta' kreditu individwali awtorizzati domestikament li jużaw l-Approċċ IRB li għandhom skoperturi non-materjali għall-konsumatur garantiti minn proprjetà immobbli residenzjali fil-Belġju li huma taħt il-livell limitu ta' materjalità ta' EUR 2 biljun. Meta japplikaw il-livell limitu tal-materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkomandat li japplikaw il-miżura Belġjana għal istituzzjonijiet ta' kreditu individwali awtorizzati domestikament li qabel kienu eżentati meta jeċċedu l-livell limitu ta' materjalità ta' EUR 2 biljun.

7.

Fejn ma hemmx istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati fl-Istati Membri kkonċernati b'fergħat li jinsabu fil-Belġju jew li għandhom skoperturi diretti għall-konsumatur garantiti minn proprjetà immobbli residenzjali fil-Belġju, li jużaw l-Approċċ IRB u li għandhom skoperturi ta' EUR 2 biljun jew aktar għas-suq Belġjan tal-proprjetà immobbli residenzjali, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura Belġjana. F'dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkommandat lilhom li jirreċiprokaw il-miżura Belġjana meta istituzzjoni ta' kreditu li tuża l-Approċċ IRB teċċedi l-livell limitu ta' EUR 2 biljun.

8.

B'mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta' materjalità ta' EUR 2 biljun huwa livell limitu massimu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom minflok japplikaw il-livell limitu rrakkomandat, fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta' materjalità.

Franza

Tnaqqis tal-limitu ta' skopertura kbira pprovdut fl-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, applikabbli għall-iskoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji b'dejn kbir li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza għal 5 fil-mija tal-kapital eliġibbli, applikat skont l-Artikolu 458(2)(d)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal istituzzjonijiet sistemikament importanti globali (G-SIIs) u istituzzjonijiet sistemikament importanti oħrajn (O-SIIs) fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom.

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

Il-miżura Franċiża, applikata skont l-Artikolu 458(2)(d)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u imposta fuq il-G-SIIs u l-O-SIIs fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom (mhux f'livell subkonsolidat), tikkonsisti fi tnaqqis tal-limitu ta' skopertura kbira għal 5 fil-mija tal-kapital eliġibbli tagħhom, applikabbli għal skoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar b'dejn kbir li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza.

2.

Korporazzjoni mhux finanzjarja hija definita bħala persuna fiżika jew ġuridika taħt il-liġi privata li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza, u li, fil-livell tagħha u fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni, tappartjeni għas-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif definit fil-punt 2.45 tal-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

3.

Il-miżura tapplika għal skoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza u għal skoperturi għal gruppi ta' korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi kif ġej:

(a)

Għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li huma parti minn grupp ta' korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi Franza, il-miżura tapplika għat-total tal-iskoperturi netti lejn il-grupp u l-entitajiet konnessi kollha tiegħu fit-tifsira tal-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

Għall-korporazzjonijiet mhux finanzjarji li huma parti minn grupp ta' korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni barra Franza, il-miżura tapplika għat-total ta':

(i)

l-iskoperturi għal dawk il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza;

(ii)

l-iskoperturi għall-entitajiet fi Franza jew barra mill-pajjiż li fuqhom il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji msemmija f'(i) għandhom kontroll dirett jew indirett skont it-tifsira tal-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(iii)

l-iskoperturi għall-entitajiet fi Franza jew barra mill-pajjiż li huma ekonomikament dipendenti fuq il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji msemmija f'(i) skont it-tifsira tal-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għaldaqstant, korporazzjonijiet mhux finanzjarji li m'għandhomx l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza u li mhumiex sussidjarji jew entitajiet ekonomikament dipendenti fuq, u li mhumiex ikkontrollati direttament jew indirettament minn, korporazzjoni mhux finanzjarja li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza, ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżura.

Skont l-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-miżura hija applikabbli wara li jiġi kkunsidrat l-effett tat-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskji ta' kreditu u tal-eżenzjonijiet skont l-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.

G-SII jew O-SII għandha tikkunsidra korporazzjoni mhux finanzjarja li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza bħala kbira jekk l-iskopertura oriġinali tagħha għall-korporazzjoni mhux finanzjarja, jew għall-grupp ta' korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi fit-tifsira tal-paragrafu 3, hija ta' EUR 300 miljun jew aktar. Il-valur tal-iskopertura oriġinali huwa kkalkulat skont l-Artikoli 389 u 390 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 qabel tikkunsidra l-effett tat-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskji ta' kreditu u tal-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif irrappurtat skont l-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (2).

5.

Korporazzjoni mhux finanzjarja titqies li għandha dejn kbir jekk ikollha proporzjon ta' lieva li huwa akbar minn 100 fil-mija u proporzjon ta' kopertura tal-imposti finanzjarji taħt tlieta, ikkalkulati fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni tal-grupp kif ġej:

(a)

Il-proporzjon ta' lieva huwa l-proporzjon bejn id-dejn totali nett mill-kontanti u l-ekwità; u

(b)

Il-proporzjon ta' kopertura tal-imposti finanzjarji huwa l-proporzjon bejn, minn naħa, il-valur miżjud flimkien mas-sussidji operattivi nieqes: (i) il-pagi; (ii) it-taxxi u d-dazji operattivi; (iii) spejjeż operattivi ordinarji netti oħrajn minbarra l-imgħax nett u imposti simili; u (iv) id-deprezzament u l-amortizzazzjoni, u, min-naħa l-oħra, l-imgħax u imposti simili.

Il-proporzjonijiet huma kkalkulati abbażi ta' aggregati tal-kontabilità definiti skont l-istandards applikabbli, kif ippreżentati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-korporazzjoni mhux finanzjarja, iċċertifikati fejn xieraq minn kontabilista ingaġġat.

II.   Reċiprokazzjoni

6.

Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Franċiża billi japplikawha għall-G-SIIs u l-O-SIIs awtorizzati domestikament fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fil-ġurisdizzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom.

7.

Jekk l-istess miżura ta' politika makroprudenzjali mhijiex disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, f'konformità mas-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta' politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-pubblikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

III.   Livell limitu ta' materjalità

8.

Il-miżura hija kkomplementata minn livell limitu ta' materjalità kombinat sabiex jiggwida l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura, li hija komposta minn:

(a)

Livell limitu ta' EUR 2 biljun għall-iskoperturi oriġinali totali ta' G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju għas-settur Franċiż ta' korporazzjonijiet mhux finanzjarji;

(b)

Livell limitu ta' EUR 300 miljun applikabbli għal G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament li huwa ugwali għal jew jaqbeż il-livell limitu msemmi f'(a) għal:

(i)

skopertura oriġinali waħda għal korporazzjoni mhux finanzjarja li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza;

(ii)

it-total ta' espożizzjonijiet oriġinali għal grupp ta' korporazzjonijiet mhux finanzjarji, li għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi Franza, ikkalkulat skont il-paragrafu 3(a);

(iii)

it-total tal-espożizzjonijiet oriġinali għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza li huma parti minn grupp ta' korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi li għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fi Franza kif irrappurtat fil-mudelli C 28.00 u C 29.00 tal-Anness VIII għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014;

(c)

Livell limitu ta' 5 fil-mija tal-kapital eliġibbli tal-G-SII jew tal-O-SII fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni, għal skoperturi identifikati f'(b) wara li jiġi kkunsidrat l-effett tat-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskji ta' kreditu u l-eżenzjonijiet skont l-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Il-livelli limiti msemmija fil-paragrafi (b) u (c) għandhom ikunu applikati irrispettivament minn jekk l-entità rilevanti jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja għandhiex dejn kbir jew le.

Il-valur tal-iskopertura oriġinali msemmi fil-paragrafi (a) u (b) għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikoli 389 u 390 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 qabel jitqies l-effett tat-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskji ta' kreditu u l-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif irrappurtat skont l-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014.

9.

B'mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw lill-G-SIIs jew l-O-SIIs awtorizzati domestikament fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju li ma jiksrux il-livell limitu ta' materjalità kombinat imsemmi fil-paragrafu 8. Meta japplikaw il-livell limitu ta' materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi ta' G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għas-settur Franċiż tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif ukoll il-konċentrazzjoni ta' skopertura ta' G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza, u huwa rrakkomandat li japplikaw il-miżura Franċiża għal G-SIIs jew O-SIIs awtorizzati domestikament eżentati qabel fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom meta l-livell limitu ta' materjalità kombinat imsemmi fil-paragrafu 8 jinkiser. L-awtoritajiet rilevanti huma mħeġġa wkoll jissenjalaw ir-riskji sistemiċi assoċjati mal-lieva miżjuda ta' korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza lil parteċipanti tas-suq oħrajn fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

10.

Fejn ma jkunx hemm G-SIIs jew O-SIIs fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom awtorizzati fl-Istati Membri kkonċernati u li għandhom skoperturi għas-settur Franċiż tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji ogħla mil-livell limitu ta' materjalità msemmi fil-paragrafu 8, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura Franċiża. F'dan il-każ l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskopertura ta' G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għas-settur Franċiż ta' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif ukoll il-konċentrazzjoni tal-iskopertura ta' G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza, u huwa rrakkomandat li jirreċiprokaw il-miżura Franċiża meta G-SII jew O-SII fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħha teċċedi l-livell limitu ta' materjalità kombinat imsemmi fil-paragrafu 8. L-awtoritajiet rilevanti huma mħeġġa wkoll jissenjalaw ir-riskji sistemiċi assoċjati mal-lieva miżjuda ta' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza lil parteċipanti oħra fis-suq fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

11.

F'konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta' materjalità kombinat imsemmi fil-paragrafu 8 huwa livell limitu massimu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta' materjalità.
”.

(1)  Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

(2)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/10


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9139 — Haier/Candy)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 39/02)

Fit-13 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9139. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/10


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9135 — The Blackstone Group/Luminor Bank)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 39/03)

Fil-21 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9135. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/11


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9176 — Magna/Getrag Ford Transmissions Slovakia)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 39/04)

Fit-22 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9176. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/11


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9228 — Denso/Aisin/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 39/05)

Fit-23 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9228. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/12


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9148 — Univar/Nexeo)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 39/06)

Fit-23 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9148. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/13


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-31 ta’ Jannar 2019

(2019/C 39/07)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1488

JPY

Yen Ġappuniż

124,81

DKK

Krona Daniża

7,4657

GBP

Lira Sterlina

0,87578

SEK

Krona Żvediża

10,3730

CHF

Frank Żvizzeru

1,1409

ISK

Krona Iżlandiża

137,20

NOK

Krona Norveġiża

9,6623

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,760

HUF

Forint Ungeriż

315,88

PLN

Zloty Pollakk

4,2736

RON

Leu Rumen

4,7271

TRY

Lira Turka

5,9689

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5787

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5109

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,0137

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6607

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5459

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 277,58

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,2420

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7010

HRK

Kuna Kroata

7,4238

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 980,38

MYR

Ringgit Malażjan

4,6988

PHP

Peso Filippin

59,843

RUB

Rouble Russu

75,1113

THB

Baht Tajlandiż

35,883

BRL

Real Brażiljan

4,2041

MXN

Peso Messikan

21,8999

INR

Rupi Indjan

81,6860


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

1.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/14


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

L-istabbiliment ta’ obbligi tas-servizz pubbliku rigward is-servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 39/08)

Stat Membru

Il-Finlandja

Rotta kkonċernata

Helsinki – Pori

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

L-1 ta’ Awwissu 2019

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu bla ħlas it-test u kwalunkwe informazzjoni jew dokumentazzjoni oħra marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Iktar informazzjoni:

Il-belt ta’ Pori

Hankintapalvelut

PL 121

FI-28101 Pori

SUOMI/IL-FINLANDJA

Tel. +358 447019228

Faks: +358 26349417

Email: tarjous@pori.fi

Sit web:

https://www.pori.fi/tyo-ja-yrittaminen/hankinnat/avoimet-tarjouspyynnot


1.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/15


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 39/09)

Stat Membru

Il-Finlandja

Rotta kkonċernata

Pori–Helsinki

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Awwissu 2019 sat-23 ta’ Diċembru 2022

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

61 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din l-istedina

L-indirizz minn fejn jista’ jinkiseb bla ħlas it-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Iktar informazzjoni:

Il-belt ta’ Pori

Hankintapalvelut

PL 121

FI-28101 Pori

SUOMI/IL-FINLANDJA

Tel. +358 447019228

Faks: +358 26349417

Email: tarjous@pori.fi

Sit web:

https://www.pori.fi/tyo-ja-yrittaminen/hankinnat/avoimet-tarjouspyynnot


1.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/16


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Modifiki tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 39/10)

Stat Membru

Franza

Rotot ikkonċernati

Ajaccio – Pariġi Orly

Ajaccio – Marsilja

Ajaccio – Nizza

Bastia – Pariġi Orly

Bastia – Marsilja

Bastia – Nizza

Calvi – Pariġi Orly

Figari – Pariġi Orly

Calvi – Marsilja

Calvi – Nizza

Figari – Marsilja

Figari – Nizza

Data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

Jannar 1986

Data tad-dħul fis-seħħ tal-modifiki

Il-25 ta’ Marzu 2020

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Deliberazzjonijiet tal-20 ta’ Diċembru 2018 u tal-31 ta’ Jannar 2019 tal-Assemblea ta’ Korsika dwar l-approvazzjoni tal-obbligi l-ġodda tas-servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi tal-ajru bi skeda bejn Pariġi (Orly), Marsilja u Nizza, minn naħa, u Ajaccio, Bastia, Calvi u Figari, min-naħa l-oħra, u dwar l-adozzjoni tal-prinċipju tad-delega tas-servizz pubbliku għat-tħaddim tas-servizzi tal-ajru għas-servizz pubbliku ta’ Korsika

http://otc.corsica/projet-osp-2020-2023-3/

Office des transports de la Corse

M. le Directeur

19 avenue Georges Pompidou

Quartier Saint Joseph

BP 501

20189 Ajaccio Cedex 2

FRANCE

Tél. +33 495237130

Faks +33 495201631

Indirizz tal-posta elettronika: jf.santoni@otc-corse.fr


1.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/17


Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 39/11)

Stat Membru

Franza

Rotot ikkonċernati

Ajaccio – Pariġi Orly (lott nru 1)

Ajaccio – Marsilja (lott nru 2)

Ajaccio – Nizza (lott nru 3)

Bastia – Pariġi Orly (lott nru 4)

Bastia – Marsilja (lott nru 5)

Bastia – Nizza (lott nru 6)

Calvi – Pariġi Orly (lott nru 7)

Figari – Pariġi Orly (lott nru 8)

Calvi – Marsilja u Calvi – Nizza (lott nru 9)

Figari – Marsilja u Figari – Nizza (lott nru 10)

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-25 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2023

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

It-8 ta’ April 2019 (16.00, ħin lokali)

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Office des Transports de la Corse

19, avenue Georges Pompidou

BP 501

20189 Ajaccio Cedex 2

FRANCE

Indirizz tal-posta elettronika: contact@otc-corse.fr

Tel. +33 495237130

Faks +33 495201631

Profil tax-xerrej: www.achatpublic.com


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/18


SEJĦA SPEĊIFIKA GĦALL-PROPOSTI — EACEA/02/2019

Il-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja 2014-2020

(2019/C 39/12)

1.   Introduzzjoni

Din is-sejħa għal proposti hija bbażata fuq ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 Tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi ‘Erasmus+’: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (1). (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347/50 tal-20.12.2013 tal-UE).

2.   Objettivi u deskrizzjoni

Il-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja (ECHE) tipprovdi l-qafas ta’ kwalità ġenerali għal attivitajiet ta’ kooperazzjoni Ewropej u internazzjonali li istituzzjoni ta’ edukazzjoni superjuri (HEI) tista’ twettaq fi ħdan il-Programm Erasmus+. L-għoti ta’ Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja hija prerekwiżit għall-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni superjuri kollha li qegħdin f’wieħed mill-pajjiżi elenkati hawn taħt u li jridu japplikaw u jipparteċipaw fil-mobilità tat-tagħlim ta’ individwi u/jew fil-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-prattiki tajba skont il-Programm. Għal dawk l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni superjuri li qegħdin f’pajjiżi oħra, il-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja mhijiex meħtieġa, u l-qafas ta’ kwalità qed ikun stabbilit permezz ta’ ftehim interistituzzjonali bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni superjuri. Il-Karta tingħata għat-tul kollu tal-Programm Erasmus+. L-implimentazzjoni tal-Karta se tiġi mmonitorjata u kwalunkwe ksur tal-prinċipji u tal-impenji tagħha jista’ jwassal għall-irtirar tagħha mill-Kummissjoni Ewropea.

3.   Applikanti eliġibbli

L-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni superjuri stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin huma eliġibbli li japplikaw għal Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja:

l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;

il-pajjiżi tal-EFTA-ŻEE (l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja),

il-pajjiżi kandidati tal-UE (is-Serbja, l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u t-Turkija).

L-awtoritajiet Nazzjonali se jinnominaw, fost l-applikanti, lill-Istituzzjonijiet ta’ Edukazzjoni Superjuri (2) li huma eliġibbli biex jipparteċipaw fil-mobilità tat-tagħlim ta’ individwi u/jew fil-kooperazzjoni għall-innovazzjoni u l-prattiki tajba skont il-Programm Erasmus+, fit-territorji rispettivi tagħhom.

4.   Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet u data indikattiva ta’ meta se jiġu ppublikati r-riżultati tal-għażla

Il-formola onlajn ta’ applikazzjoni lesta kif imiss għandha tintbagħat onlajn sa 12.00 (nofsinhar, ħin ta’ Brussell, Ħin Ewropew Ċentrali) it-29 ta’ Marzu 2019.

Id-data indikattiva ta’ meta se jiġu ppubblikati r-riżultati tal-għażla hija l-25 ta’ Ottubru 2019.

5.   Informazzjoni sħiħa

L-informazzjoni dwar il-Programm Erasmus+ hija disponibbli fuq is-sit elettroniku li ġej: http://ec.europa.eu/erasmus-plus

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi skont il-linji gwida mogħtija mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u huma disponibbli fl-indirizz:

https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding/erasmus-charter-for-higher-education-2014-2020-selection-2020_en


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50.

(2)  ‘istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja’ skont kif inhi ddefinita fl-Artiklu 2 tal-bażi legali tal-Programm Erasmus+ hija:

(a)

kull tip ta’ istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja li skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali, toffri lawrji rikonoxxuti jew kwalifiki rikonoxxuti oħra ta’ livell terzjarju irrispettivament mill-isem ta’ tali stabbiliment;

(b)

kull istituzzjoni li, skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali, toffri edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali fuq livell terzjarju.


Il-Bank Ewropew tal-Investiment

1.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/20


Sejħa għall-Proposti

Ideat li jbiddlu d-dinja: It-Turnew tal-Innovazzjoni Soċjali tal-IBEI għall-2019

(2019/C 39/13)

L-Istitut tal-BEI jorganizza t-tmien Turnew għall-Innovazzjoni Soċjali tiegħu

It-TIS jippromwovi ideat innovattivi u jippremja l-opportunitajiet li joħolqu impatt soċjetali u ambjentali, li jkopru proġetti f’firxa wiesgħa ta’ oqsma – mill-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-ħolqien ta’ impjiegi, għal teknoloġiji, sistemi u proċessi ġodda. Il-proġetti kollha jikkompetu għal żewġ premji f’Kategorija Ġenerali, u proġetti li jindirizzaw it-tema ta’ din is-sena ta’ konsum sostenibbli u produzzjoni sostenibbli (inkluża l-ekonomija ċirkolari) ser jikkompetu wkoll għal żewġ premji fil-Kategorija Speċjali. Il-proġetti rebbieħa fiż-żewġ kategoriji ser jingħataw l-Ewwel Premju u t-Tieni Premju ta’ EUR 50 000 jew EUR 20 000 rispettivament.

Segwina fuq Facebook: www.facebook.com/EibInstitute

Għal aktar informazzjoni dwar dan it-turnew u kif tissottometti proposta innovattiva, żur: http://institute.eib.org/programmes/social/social-innovation-tournament/


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/21


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9265 — Schwarz Gruppe/Nord-Westdeutsche Papierrohstoff/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 39/14)

1.   

Fil-25 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

GreenCycle Holding GmbH & Co. KG (“GreenCycle”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp Schwarz,

Nord-Westdeutsche Papierrohstoff GmbH & Co. (“NWD”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp WEIG,

impriża konġunta (joint venture) maħluqa ġdida (“il-JV”, il-Ġermanja).

GreenCycle u NWD jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   GreenCycle: hija attiva fil-ġbir, il-kummerċ u l-provvista ta’ materjali riċiklabbli u tappartjeni għall-grupp Schwarz, li huwa prinċipalment attiv fis-settur tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel madwar id-dinja permezz tad-diviżjonijiet tiegħu, Lidl u Kauflag,

—   NWD: hija attiva fil-ġbir u r-riċiklaġġ ta’ skart tal-karti u tappartjeni għall-grupp internazzjonali WEIG, li jipproduċi tipi differenti ta’ cardboards,

—   il-JV: se tħaddem pjattaforma ta’ kummerċ online għal materjali ta’ riċiklaġġ u ta’ skart.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9265 — Schwarz Gruppe/Nord-Westdeutsche Papierrohstoff/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


1.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/23


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9245 — BAC/Marriott/Airhotel BVBA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 39/15)

1.   

Fil-25 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Brussels Airport Company NV (“BAC”, il-Belġju), ikkontrollata b’mod konġunt minn Ontario’s Teachers Pension Plan (il-Kanada), Macquarie Group (l-Awstralja) u La Société Fédérale de Participations et d’Investissement/De Federale Participatie- en Investeringsmaatschappij (“SFPI/FPIM”, il-Belġju),

Marriott International, Inc. (“Marriott”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Airhotel Belgium BVBA (“AirHotel”, il-Belġju), li hija s-sid tal-lukanda Sheraton Brussels Airport.

BAC u Marriott jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-lukanda Sheraton Brussels Airport.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u ftehim ta’ ġestjoni tal-lukanda li kien jeżisti qabel.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   BAC: is-sid u l-operatur tal-Ajruport ta’ Brussell, ajruport internazzjonali li jinsab f’Zaventem, il-Belġju,

—   Marriott: kumpanija diversifikata ta’ ospitalità, li taġixxi bħala maniġer u franchisor ta’ lukandi u proprjetajiet ta’ timeshare,

—   Airhotel: is-sid tax-Sheraton Brussels Airport, lukanda li tinsab fis-sit tal-Ajruport ta’ Brussell.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9245 — BAC/Marriott/Airhotel BVBA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.