ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 38

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
31ta' Jannar 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 38/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9044 — CVC/Recordati) ( 1 )

1

2019/C 38/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9056 — Generali CEE/AS) ( 1 )

1

2019/C 38/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9180 — Volkswagen/Daimler/HeyCar) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 38/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

2019/C 38/05

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2019 dwar il-jiem ta' btala għas-sena 2020 għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

4

2019/C 38/06

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2019 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ speċifikazzjoni għal denominazzjoni fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Costers del Segre (DOP))

6

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2019/C 38/07

Rapport Speċjali Nru 03/2019 — Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi: Jeħtieġ li tittieħed azzjoni biex il-FEIS ikun suċċess totali

19


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 38/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8773 — LetterOne/BASF/Wintershall DEA) ( 1 )

20

2019/C 38/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8871 — RWE/E.ON Assets) ( 1 )

22

2019/C 38/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9262 — ADM/Gleadell Agriculture) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

24


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9044 — CVC/Recordati)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 38/01)

Fl-4 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9044. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9056 — Generali CEE/AS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 38/02)

Fl-10 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9056. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9180 — Volkswagen/Daimler/HeyCar)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 38/03)

Fit-22 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9180. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-30 ta’ Jannar 2019

(2019/C 38/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1429

JPY

Yen Ġappuniż

125,08

DKK

Krona Daniża

7,4648

GBP

Lira Sterlina

0,87341

SEK

Krona Żvediża

10,3843

CHF

Frank Żvizzeru

1,1403

ISK

Krona Iżlandiża

137,00

NOK

Krona Norveġiża

9,6938

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,802

HUF

Forint Ungeriż

316,53

PLN

Zloty Pollakk

4,2905

RON

Leu Rumen

4,7551

TRY

Lira Turka

6,0288

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5885

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5111

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,9662

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6723

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5441

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 277,98

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,5484

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6767

HRK

Kuna Kroata

7,4235

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 149,18

MYR

Ringgit Malażjan

4,6925

PHP

Peso Filippin

59,774

RUB

Rouble Russu

75,3615

THB

Baht Tajlandiż

35,864

BRL

Real Brażiljan

4,2392

MXN

Peso Messikan

21,8249

INR

Rupi Indjan

81,3510


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Jannar 2019

dwar il-jiem ta' btala għas-sena 2020 għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 38/05)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (CEOS), stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u notevolment l-Artikolu 61 u l-Artikoli 16 u 91 tas-CEOS,

wara li kkunsidrat ir-regolamentazzjoni komuni li tistabbilixxi l-lista ta' ġranet ta' btala tal-uffiċjali tal-Komunità Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 61 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 16 u 91 tas-CEOS, ikun tajjeb li tiġi stabbilita l-lista tal-ġranet ta' btala għas-sena 2020 mogħtija lill-uffiċjali u lill-aġenti l-oħra impjegati fi Brussell u l-Lussemburgu.

(2)

Fl-2020, Ħadd-il-Għid huwa stabbilit fil-12 ta' April.

(3)

Fl-2020, l-24 ta' Diċembru se jkun il-Ħamis.

(4)

Il-Kulleġġ tal-Kapijiet tal-Amministrazzjoni ġew ikkonsultati għall-opinjoni tagħhom dwar il-lista ta' jiem ta' btala għas-sena 2020 fis-7 ta' Novembru 2018,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-jiem ta' btala għas-sena 2020 għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu stabbiliti għall-Brussell u l-Lussemburgu.

L-1 ta’ Jannar

L-Erbgħa, l-Ewwel tas-Sena

2 ta’ Jannar

Il-Ħamis, l-għada tal-Ewwel tas-Sena

Id-9 ta’ April

Ħamis ix-Xirka

L-10 ta’ April

Il-Ġimgħa l-Kbira

It-13 ta’ April

It-Tnejn ta’ wara l-Għid

1 ta' Mejju

Il-Ġimgħa, Jum il-Ħaddiem

21 ta' Mejju

Il-Ħamis, Lapsi

22 ta' Mejju

Il-Ġimgħa, l-għada ta’ Lapsi

1 ta’ Ġunju

It-Tnejn, Għid il-Ħamsin

21 ta’ Lulju

It-Tlieta, il-Festa nazzjonali tal-Belġju

2 ta’ Novembru

It-Tnejn, Jum l-Erwieħ

24 ta’ Diċembru

sal-

31 ta’ Diċembru

Il-Ħamis

Il-Ħamis

sitt ijiem ta’ tmiem is-sena

TOTAL

17-il jum

Artikolu 2

Għal-Lussemburgu nhar it-Tlieta 21 ta’ Lulju li minfloku jidħol il-jum tat-23 ta’ Ġunju, il-festa nazzjonali tal-Lussemburgu.

Artikolu 3

Ix-xogħol jerġa' jibda b'mod normali mit-Tnejn, 4 ta' Jannar 2021.

Artikolu 4

Mingħajr ħsara għat-totalità tal-kalendarju finali tal-jiem ta' btala għall-2021, il-Ġimgħa l-1 ta' Jannar 2021 se jitqies bħala jum ta' btala għal dik is-sena.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1


31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/6


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ Jannar 2019

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ speċifikazzjoni għal denominazzjoni fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Costers del Segre (DOP))

(2019/C 38/06)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Spanja bagħtet applikazzjoni għal emenda tal-ispeċifikazzjoni għad-denominazzjoni “Costers del Segre” skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġew issodisfati.

(3)

Sabiex ikunu jistgħu jitressqu dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li l-applikazzjoni għal emenda tal-ispeċifikazzjoni għad-denominazzjoni “Costers del Segre” tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-applikazzjoni għal emenda tal-ispeċifikazzjoni għad-denominazzjoni “Costers del Segre” (DOP), skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

B’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-emenda tal-ispeċifikazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

“COSTERS DEL SEGRE”

PDO-ES-A1523-AM02

Data tal-applikazzjoni: 4.11.2014

TALBA GĦAL EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

2.1.   Tneħħija tal-qawwa alkoħolika massima

Tħassir tal-qawwa alkoħolika totali u reali tal-kategorija “inbid” (abjad, rosé u aħmar) mill-punt 2.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.

Minħabba ż-żieda żgħira fil-qawwa tul l-aħħar ftit snin ikkaġunata mill-bidla fil-klima.

Il-leġiżlazzjoni tal-UE tippermetti li l-qawwa alkoħolika totali taqbeż il-15 % bil-volum sakemm ma tiġix miżjuda artifiċjalment. Ma hemm l-ebda obbligu li tiġi limitata l-qawwa alkoħolika f’dan il-valur, allura għażilna li nneħħu din ir-regola.

Ovvjament, jekk l-inbejjed kellhom jaqbżu dan il-limitu, dan qatt ma jista’ jkun minħabba li l-qawwa alkoħolika tkun ġiet miżjuda b’mod artifiċjali.

2.2.   Tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq id-densità tat-tħawwil

Tħassir tad-densitajiet tat-tħawwil massimi u minimi mill-punt 3.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li jemenda wkoll il-punt 5.a tad-Dokument Uniku.

Minħabba t-tibdil fil-klima u t-tekniki ġodda ta’ tkabbir, il-kultivaturi jeħtieġu jkunu kapaċi jħawlu dwieli b’densità differenti minn dawk stabbiliti bħalissa, billi jużaw mudelli differenti ta’ tħawwil biex jiggarantixxu l-karatteristiċi distintivi tad-DOP “Costers del Segre”.

2.3.   Tkabbir taż-żona ġeografika demarkata

Emenda tal-punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 6 tad-Dokument Uniku biż-żieda ta’ dan li ġej:

1.

Il-poligonu katastali 5 (irqajja’ tal-art 399, 400, 401 u 402) fil-muniċipalità ta’ Cubells (subżona ta’ Artesa de Segre)

2.

Il-poligonu katastali 4 (roqgħa art 178) fil-muniċipalità ta’ Albagés (subżona ta’ Garrigues)

3.

Il-poligonu katastali 6 (irqajja’ tal-art 317, 318, 319, 320 u 597) fil-muniċipalità ta’ Juncosa (subżona ta’ Garrigues)

4.

Il-poligoni katastali 1 (roqgħa art 27) u 3 (irqajja’ tal-art 97 u 222) fil-muniċipalità ta’ Llardecans (subżona ta’ Garrigues)

5.

Il-poligoni katastali 1 (irqajja’ tal-art 509 u 556), 3 (irqajja’ tal-art 37, 190, 191, 219, 222, 226, 233, 248, 315 u 318), 12 (irqajja’ tal-art 146, 151, 161, 163 u 175), 13 (irqajja’ tal-art 17, 93, 127 u 204) u 17 (roqgħa art 212) fil-muniċipalità ta’ Conca de Dalt (subżona ta’ Pallars)

6.

Il-poligonu katastali 4 (irqajja’ tal-art 24, 25, 26, 29, 42, 43, 45, 46, 49, 50 u 65) fil-muniċipalità ta’ Pobla de Segur (subżona ta’ Pallars)

7.

Il-poligoni katastali 1, 2, 3, 4, 5 u 6 fil-muniċipalità ta’ Llimiana (subżona ta’ Pallars)

8.

Il-poligonu katastali 3 (irqajja’ tal-art 17, 28, 29, 37, 300 u 301) fil-muniċipalità ta’ Rialp (subżona ta’ Pallars)

9.

Il-poligonu katastali 3 (irqajja’ tal-art 294 u 430) fil-muniċipalità ta’ Salàs de Pallars (subżona ta’ Pallars)

10.

Il-poligoni katastali 3, 4, 5 u 6 fil-muniċipalità ta’ Talarn (subżona ta’ Pallars)

11.

Il-poligoni katastali 1 (irqajja’ tal-art 162 u 181) u 2 (roqgħa art 143) fil-muniċipalità ta’ Almacelles (subżona ta’ Raimat)

12.

Il-poligonu katastali 5 (roqgħa art 280) fil-muniċipalità ta’ Almacelles (subżona ta’ Segrià)

13.

Il-poligoni katastali 1 u 2 fil-muniċipalità ta’ Lleida (subżona ta’ Segrià)

14.

Il-poligoni katastali 11 (irqajja’ tal-art 6, 7, 8 u 9005) u 12 (roqgħa art 9006) fil-muniċipalità ta’ Torrefarrera (subżona ta’ Segrià)

15.

Il-poligonu katastali 6 (irqajja’ tal-art 42, 43, 44, 45, 46, 47 u 48) fil-muniċipalità ta’ Vilagrassa (subżona ta’ Valls del Riu Corb)

Wara talbiet imressqa minn għadd ta’ partijiet interessati biex iż-żona ta’ produzzjoni tiġi estiża, il-bord maniġerjali tad-DOP ġabar ir-rapporti dwar il-kundizzjonijiet tal-ħamrija, kif ukoll dawk agronomiċi, klimatiċi u ambjentali tal-irqajja’ tal-art in kwistjoni sabiex jivverifika jekk iż-żoni l-ġodda koperti mit-tkabbir mitlub jidħolx sew fil-profil taż-żona tad-DOP, u jekk iva, biex jikkonferma l-lok eżatt tagħhom fis-subżona rilevanti. L-ispjegazzjonijiet għal kull każ huma kif ġejjin:

1.

L-irqajja’ tal-art f’Cubells huma maġenb irqajja’ li huma diġà fiż-żona demarkata tad-DOP u għandhom l-istess kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija bħas-subżona inkwistjoni. Il-prodotti minn dawn l-irqajja’ tal-art jistgħu għalhekk ikunu koperti mid-DOP mingħajr ma jaffettwaw il-kwalità u l-karatteristiċi tal-inbejjed.

2.

Ir-roqgħa art f’Albagés hija maġenb 11-il roqgħa tal-art oħra fil-poligonu katastali 4 li bħalissa huma inklużi fiż-żona demarkata għad-DOP “Costers del Segre”.

3.

L-irqajja’ tal-art f’Juncosa huma viċin ta’ rqajja’ tal-art li huma diġà fiż-żona demarkata tad-DOP u għandhom l-istess kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija bħas-subżona inkwistjoni. Il-prodotti minn dawn l-irqajja’ tal-art jistgħu għalhekk ikunu koperti mid-DOP mingħajr ma jaffettwaw il-kwalità u l-karatteristiċi tal-inbejjed.

4.

L-irqajja’ tal-art f’Laardecans għandhom l-istess kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija bħall-bqija tas-subżona ta’ Garrigues. Għalhekk, il-kwalità u l-karatteristiċi distintivi tal-inbejjed tad-DOP “Costers del Segre” huma garantiti.

5.

Conca de Dalt toffri kwalità u karatteristiċi tal-inbid li mhumiex differenti mir-rabta misjuba fil-bqija tas-subżona ta’ Pallars.

6.

Pobla de Segur toffri kwalità u karatteristiċi tal-inbid li mhumiex differenti mir-rabta misjuba fil-bqija tas-subżona ta’ Pallars.

7,

10, 13 u 14. Il-bidliet li jaffettwaw il-muniċipalitajiet ta’ Llimiana, Talarn, Lleida u Torrefarrera mhumiex bidliet ġeografiċi iżda aġġustamenti fil-kliem biex jagħmluha aktar ċara u aktar oġġettiva. Il-bidla għal Torrefarrera hija dovuta għal kwistjonijiet ta’ riżonar: il-kodiċi tal-irqajja’ tal-art inbidlu u jeħtieġ li jkunu aġġornati permezz ta’ din l-emenda.

8.

L-irqajja’ tal-art f’Rialp huma maġenb irqajja’ tal-art li huma diġà fiż-żona demarkata tad-DOP u għandhom l-istess kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija bħas-subżona inkwistjoni. Il-prodotti minn dawn l-irqajja’ tal-art jistgħu għalhekk ikunu koperti mid-DOP mingħajr ma jaffettwaw il-kwalità u l-karatteristiċi tal-inbejjed.

9.

Salàs de Pallars toffri kwalità u karatteristiċi tal-inbid li mhumiex differenti mir-rabta misjuba fil-bqija tas-subżona ta’ Pallars.

10.

Iż-żieda tar-roqgħa art f’Almacelles ma għandhiex impatt fuq il-kwalità tal-prodott peress li tinsab maġenb l-irqajja’ tal-art li bħalissa huma inklużi fiż-żona demarkata għad-DOP “Costers del Segre”.

11.

L-irqajja’ tal-art f’Vilagrassa huma maġenb irqajja’ tal-art li huma diġà fiż-żona demarkata tad-DOP u għandhom l-istess kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija bħas-subżona inkwistjoni. Għalhekk, il-prodotti minn dawn l-irqajja’ tal-art jistgħu jkunu koperti mid-DOP mingħajr ma jaffettwaw il-kwalità u l-karatteristiċi tal-inbejjed.

2.4.   Żieda ta’ varjetajiet ġodda

L-emenda tal-punt 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 7 tad-Dokument Uniku għandha tinkludu dawn il-varjetajiet ġodda ta’ għeneb li ġejjin: Godello, Chenin Blanc, Verdejo u Viognier (abjad), u Cabernet Franc, Garnacha Tintorera, Malbec u Petit Verdot (aħmar).

Numru ta’ fabbriki tal-inbid li jagħmlu l-inbejjed koperti minn din id-DOP talbu jew esprimew interess għall-inklużjoni ta’ dawn il-varjetajiet (awtorizzati għal din il-Komunità Awtonoma), u jqisuhom adattati għal dan l-għan. Abbażi ta’ dawn it-talbiet, u tal-fatt li dawn il-varjetajiet kollha taw riżultati eċċellenti fi studji u testijiet imwettqa biex tiġi ċċekkjata l-adegwatezza tagħhom, filwaqt li tqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija, ġie deċiż li jiġu inklużi.

Minħabba l-fatturi naturali fiż-żona, il-varjetajiet bojod Chenin Blanc u Viognier huma perfetti biex jagħmlu l-inbejjed DOP “Costers del Segre”, filwaqt li jiġu ppreservati t-togħmiet u l-aromi distintivi ta’ kull varjetà u jtejbu l-karatteristiċi tal-inbejjed bojod, u fl-istess ħin jinżammu l-karatteristiċi u t-togħmiet tipiċi tar-reġjun.

L-inbejjed ħomor tad-DPO “Costers del Segre” huma kkaratterizzati minn aroma qawwija, togħma bilanċjata u karatteristiċi tanniċi. Huma mimlijin togħma, robusti u strutturati fuq il-palat. Testijiet fuq il-Cabernet Franc, il-Garnacha Tintorera u l-Petit Verdot juru li l-użu ta’ dawn il-varjetajiet għandu jtejjeb dawk il-karatteristiċi.

Verdejo huwa varjetà ta’ għenba bajda b’ġerminazzjoni u b’maturazzjoni bikrin li bis-saħħa tal-influwenzi naturali taż-żona, hija adattata sew għal irmondar fit-tul. Fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ tkabbir, din il-varjetà tagħti nbejjed tajbin ħafna meta titħawwel f’densità baxxa b’rendimenti għoljin. L-inbejjed jippreżentaw it-togħmiet u l-aromi karatteristiċi ta’ din il-varjetà, b’qawwa u aċidità alkoħoliċi minn medji għal għoljin. L-użu ta’ din il-varjetà għandu jtejjeb il-karatteristiċi tal-inbejjed bojod tad-DOP “Costers del Segre”, filwaqt li jinżammu l-karattru u t-togħmiet tipiċi tar-reġjun.

Godello huwa varjetà ta’ għenba bajda b’ġerminazzjoni u b’maturazzjoni bikrin li bis-saħħa tal-influwenzi naturali taż-żona, hija perfettament adatta għal dawn l-inbejjed li jippreservaw l-aromi u t-togħmiet karatteristiċi tal-varjetà. L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika ta’ 12-13, aċidità medja jew għolja (5,5–6,5) u potenzjal aromatiku medju.

Fil-qosor, l-inbejjed magħmulin mill-varjetà Godello jżommu l-karattru u t-togħmiet tipiċi taż-żona mingħajr ma jaffettwaw il-kwalità tal-inbejjed.

L-inbejjed ħomor tad-DPO “Costers del Segre” huma kkaratterizzati minn aroma qawwija, togħma bilanċjata u karatteristiċi tanniċi. Huma mimlijin togħma, robusti u strutturati fuq il-palat. It-testijiet fuq il-Malbec juru li l-użu ta’ din il-varjetà jtejjeb dawk il-karatteristiċi. L-istudji li saru juru li l-Malbec hija varjetà b’rendiment għoli ħafna u b’ħafna potenzjal biex tipproduċi nbid ta’ kwalità mingħajr ma tnaqqas il-karattru u t-togħma tipiċi taż-żona.

2.5.   Titjib fir-rabtiet

Titjib fil-kliem tal-punt 7.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 8 tad-Dokument Uniku.

Il-kliem ittejjeb għal kull tip ta’ nbid kopert mid-DOP.

La t-tkabbir taż-żona demarkata u lanqas l-inklużjoni ta’ varjetajiet ġodda ma għandhom xi impatt fuq il-kwalità tal-prodott jew il-karatteristiċi tal-inbid, għalhekk dawn il-bidliet ma affettwawx il-kliem tar-rabta. Ir-rabta nnifisha ma titbiddilx biż-żieda ta’ żona u varjetajiet preċiżament minħabba li ż-żoni u l-varjetajiet il-ġodda huma konsistenti man-natura essenzjali tad-DOP, u għalhekk jikkonformaw mar-rabta. Jekk iż-żidiet il-ġodda ma jkunux jaqblu mar-rabta għad-DOP, ma setgħux isiru.

2.6.   Eliminazzjoni tar-rekwiżit li l-ibbottiljar isir fiż-żona demarkata

Reviżjoni tal-punt 8.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku, li tneħħi r-rekwiżit li l-ibbottiljar iseħħ fiż-żona definita.

L-ibbottiljar ta’ prodotti tad-DOP “Costers del Segre” ma għandux għalfejn iseħħ fiż-żona tal-kultivazzjoni u l-produzzjoni tal-inbid.

Għaldaqstant se nżidu l-passaġġ li ġej fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

“Prodotti koperti mid-DOP ‘Costers del Segre’ irid jkunu ppakkjati b’mod li jiggarantixxi n-natura, il-karatteristiċi u l-kwalità essenzjali tagħhom. Qatt ma għandhom jiġu trasportati b’mod li jista’ jagħmel ħsara lill-kwalità tal-prodott aħħari. Jekk il-prodotti jridu jiġu ppakkjati barra ż-żona ta’ produzzjoni, il-korp maniġerjali tad-DOP irid jiġi nnotifikat bil-quddiem sabiex ikun jista’ jissorvelja l-imballaġġ u jiggarantixxi l-kwalità tal-prodott.”

2.7.   Titjib biex jiġi ggarantit l-immarkar

Reviżjoni tal-punt 8.5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku, li tissostitwixxi t-timbru uniku u s-sistema ta’ numerazzjoni bl-għażliet li ġejjin: siġill ta’ garanzija, tikketta numerata, tikketta sekondarja numerata jew sistema ta’ kontroll kompjuterizzata.

L-għan wara din l-emenda huwa li t-tip ta’ siġill ta’ garanzija jeħtieġ li jirrifletti l-prattika attwali u jiżgura li prodotti DOP ikunu traċċabbli. Is-sistema l-ġdida hija bbażata fuq kontrolli elettroniċi kodifikati, li jippermettu lill-organizzazzjoni tad-DOP timmonitorja l-volumi magħmula, ibbottiljati u kummerċjalizzati, u tiggarantixxi li l-prodott jista’ jiġi traċċat. Il-persunal tal-organizzazzjoni tad-DOP stess iwettaq spezzjonijiet perjodiċi fuq il-post fil-fabbrika tal-inbid.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem

Costers del Segre

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

8.

Inbid semifrizzanti

4.   Deskrizzjoni tal-inbejjed

Inbid — abjad u rosé

Abjad:

Trasluċidi, b’tonalità safranija jew ħadranija, xi kultant bi ħjiel oranġjo jew kannella

L-inbejjed iridu jikkonformaw mal-firxiet/valuri li ġejjin:

Assorbenza f’420 nm ikbar minn 0,05 jew ugwali għal 0,05, inqas minn 1,4 jew ugwali għal 1,4 u akbar mill-assorbiment f’520 nm

Assorbenza f’520 nm inqas minn 0,4 jew ugwali għal 0,4

Assorbenza f’620 nm inqas minn 0,1 jew ugwali għal 0,1

Intensità tal-kulur akbar minn 0,05 jew ugwali għal 0,05 u inqas minn 2 jew ugwali għal 2

Turbidità ta’ inqas minn 30 NTU

Aromi varjetali ta’ frott u/jew ħaxix, fjuri u ħwawar b’aromi terzjarji possibbli u mingħajr difetti

Ibbilanċjati sew fit-togħmiet u fil-ħalq, mingħajr difetti u b’finitura twila li ddum għal aktar minn ħames sekondi

Rosé:

Trasluċidi, b’tonalità roża, ħamranin u/jew blu

L-inbejjed iridu jikkonformaw mal-firxiet/valuri li ġejjin:

Assorbenza f’420 nm akbar minn 0,1 jew ugwali għal 0,1 u inqas minn 2,5 jew ugwali għal 2,5

Assorbenza f’520 nm akbar minn 0,1 jew ugwali għal 0,1 u inqas minn 3 jew ugwali għal 3

Intensità tal-kulur akbar minn 0,1 jew ugwali għal 0,1 u inqas minn 5,7 jew ugwali għal 5,7

Turbidità ta’ inqas minn 30 NTU

Aromi varjetali ta’ frott u/jew ħaxix, fjuri u ħwawar b’aromi terzjarji possibbli u mingħajr difetti

Ibbilanċjati sew fit-togħmiet u fil-ħalq, mingħajr difetti u b’finitura twila li ddum għal aktar minn ħames sekondi

Fl-inbejjed crianza, l-aċidità volatili massima permessa hija ta’ 15 meq/l

Id-diossidu tal-kubrit massimu huwa 250 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/l

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% tal-volum):

10,5

Aċidità totali minima:

4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru):

200

INBID — aħmar

Limpidi, b’tonalitajiet li jvarjaw minn aħmar u/jew vjola għal kannella jew kulur il-briks għall-inbejjed crianza

L-inbejjed iridu jikkonformaw mal-firxiet/valuri li ġejjin:

Assorbenza f’420 nm akbar minn 0,1 jew ugwali għal 0,1

Assorbenza f’520 nm akbar minn 0,1 jew ugwali għal 0,1

Intensità tal-kulur aktar minn 3 jew ugwali għal 3

Turbidità ta’ inqas minn 80 NTU

Bla difetti, aromi varjetali ta’ frott u/jew ħaxix, fjuri u ħwawar b’aromi terzjarji possibbli

Ibbilanċjati sew fit-togħmiet u fil-ħalq, mingħajr difetti u b’finitura twila li ddum għal aktar minn ħames sekondi

Fl-inbejjed crianza, l-aċidità volatili massima tista’ tiżdied b’1 meq/l għal kull grad ta’ alkoħol ogħla minn vol. ta’ 11 % u kull sena ta’ maturazzjoni, sa massimu ta’ 20 meq/l

Id-diossidu tal-kubrit massimu huwa 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/ll

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% tal-vol.):

11

Aċidità totali minima:

4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,33

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru):

150

Inbid likur

Magħmula minn varjetajiet bojod — tonalità safranija u/jew ħadranija, xi drabi bi ħjiel oranġjo jew lewn id-deheb qadim; magħmula minn varjetajiet ħomor — li jvarjaw minn aħmar u/jew vjola għal tonalitajiet possibbilment oranġjo, kannella jew lewn ir-ram.

L-inbejjed iridu jikkonformaw mal-firxiet/valuri li ġejjin:

Assorbenza f’420 nm akbar minn 0,1 jew ugwali għal 0,1 u inqas minn 20 jew ugwali għal 20

Assorbenza f’520 nm akbar minn 0,1 jew ugwali għal 0,1 u inqas minn 20 jew ugwali għal 20

Assorbenza f’620 nm akbar minn 0,1 jew ugwali għal 0,1 u inqas minn 10 jew ugwali għal 10

Intensità tal-kulur inqas minn 50 jew ugwali għal 50

Turbidità ta’ inqas minn 80 NTU

Bla difetti, aromi varjetali ta’ frott u/jew ħaxix, fjuri u ħwawar b’aromi terzjarji possibbli

Ibbilanċjati sew fit-togħmiet u fil-ħalq, mingħajr difetti

Id-diossidu tal-kubrit massimu huwa 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

22

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% tal-vol.):

15

Aċidità totali minima:

3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru):

150

Inbid frizzanti ta’ kwalità

Trasluċidi, b’tonalità safranija u/jew ħadranija (xi kultant bi ħjiel oranġjo jew lewn id-deheb qadim) u preżenza persistenti ta’ sensiela ta’ bżieżaq

L-inbejjed iridu jikkonformaw mal-firxiet/valuri li ġejjin:

Assorbenza f’420 nm akbar minn 0,05 jew ugwali għal 0,05 u inqas minn 1,4 jew ugwali għal 1,4

Assorbenza f’520 nm inqas minn 2 jew ugwali għal 2

Assorbenza f’620 nm inqas minn 1 jew ugwali għal 1

Intensità tal-kulur akbar minn 0,05 jew ugwali għal 0,05 u inqas minn 2 jew ugwali għal 2

Turbidità ta’ inqas minn 30 NTU

Bla difetti, aroma ta’ frott u/jew ħxejjex u/jew fjuri friski, xi kultant bil-preżenza ta’ aromi terzjarji minħabba l-maturazzjoni fil-flixkun

Ibbilanċjati sew fit-togħmiet u fil-ħalq, mingħajr difetti u b’finitura twila li ddum għal aktar minn ħames sekondi

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

12,8

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% tal-vol.):

10,8

Aċidità totali minima:

3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru):

185

Inbid semifrizzanti

Il-gass tad-diossidu tal-karbonju jidher fl-għamla ta’ bżieżaq iżda mingħajr ragħwa; kulur li jaqbel mal-firxiet ta’ assorbenza deskritti fit-taqsimiet preċedenti għal kull tip ta’ nbid (abjad, aħmar, rosé)

L-aromi varjetali tal-frott u/jew tal-fjuri u bla difetti

Il-kontenut tad-diossidu tal-karbonju huwa perċepit fuq il-ħalq, ibbilanċjat sew fit-togħmiet u fil-ħalq, mingħajr difetti u b’finitura twila li ddum għal aktar minn ħames sekondi

Il-kontenut tad-diossidu tal-kubrit hu ugwali għal dak ta’ nbejjed bojod, rosé u ħomor

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

12,5

Qawwa alkoħolika reali minima (f’% tal-vol.):

10

Aċidità totali minima:

3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10

5.   Prattiki enoloġiċi

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Prattika enoloġika speċifika

Tiġi applikata pressjoni xierqa sabiex jiġi estratt il-most jew l-inbid u dan jiġi separat mill-qxur tal-għeneb, sabiex ma jinkisibx iktar minn 75 litru ta’ nbid minn kull 100 kg ta’ għeneb maħsud.

b.   Rendimenti massimi

16 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

120 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona demarkata

Iż-żona tad-DOP “Costers del Segre” hija magħmula minn seba’ subżoni:

Is-subżona Artesa de Segre, li tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin:

Algerri

Alòs de Balaguer

Artesa de Segre

Balaguer

Castelló de Farfanya

Foradada

Menàrguens

Id-distrett ta’ Montclar fil-muniċipalità ta’ Agramunt

Il-poligoni katastali 5 (irqajja’ tal-art 399, 400, 401 u 402) u 7 (roqgħa art 90) fil-muniċipalità ta’ Cubells

Il-poligonu katastali 5 (irqajja’ tal-art 1 u 22) fil-muniċipalità ta’ Os de Balaguer

Is-subżona ta’ Urgell, li tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin:

Penelles

Preixens

Il-poligoni katastali 2 (roqgħa art 7), 3 (roqgħa art 75), 4 (roqgħa art 25) u 13 (roqgħa art 93) fil-muniċipalità ta’ Ivars d’Urgell

Is-subżona ta’ Garrigues, li tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin:

Albi

Arbeca

Bellaguarda

Cervià de les Garrigues

Espluga Calba

Fulleda

Floresta

Pobla de Cérvoles

Omellons

Tarrés

Vinaixa

Vilosell

Il-poligoni katastali 5 (roqgħa art 487), 12 (irqajja’ tal-art 14, 15, 16, 33, 34 u 37) u 13 (irqajja’ tal-art 3, 4, u 5) fil-muniċipalità ta’ Juneda

Il-poligoni katastali 9 (irqajja’ tal-art 30 u 96), 21 (irqajja’ tal-art 114, 165 u 167) u 22 (irqajja’ tal-art 118, 119 u 120) fil-muniċipalità ta’ Borges Blanques

Il-poligonu katastali 4 (irqajja’ tal-art 178, 182, 183, 184, 186, 187, 188, 189, 190, 191, 192 u 193) fil-muniċipalità ta’ Albagés

Il-poligoni katastali 2 (irqajja’ tal-art 57, 66, 499 u 9002) u 6 (irqajja’ tal-art 317, 318, 319, 320 u 597) fil-muniċipalità ta’ Juncosa

Il-poligoni katastali 1 (roqgħa art 27) u 3 (irqajja’ tal-art 97 u 222) fil-muniċipalità ta’ Llardecans

Is-subżona ta’ Pallars, li tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin:

Tremp (il-konfini muniċipali preċedenti), kif ukoll Gurb, Palau de Noguera, Puigcercós, Suterranya u Vilamitjana (id-distretti ta’ Tremp)

Il-poligoni katastali 1 (irqajja’ tal-art 509 u 556), 3 (irqajja’ tal-art 37, 190, 191, 219, 222, 226, 233, 248, 315 u 318), 12 (irqajja’ tal-art 146, 151, 161, 163 u 175), 13 (irqajja’ tal-art 17, 93, 127 u 204) u 17 (roqgħa art 212) fil-muniċipalità ta’ Conca de Dalt

Id-distretti annessi ta’ Cellers u Guàrdia de Tremp fil-muniċipalità ta’ Castell de Mur

Id-distretti annessi ta’ Sant Cristòfol de la Vall, Sant Martí de Barcedana u Sant Miquel de la Vall fil-muniċipalità ta’ Gavet de la Conca

Id-distretti annessi ta’ Conques, Figuerola d’Orcau, Orcau-Basturs u Sant Romà d’Abella fil-muniċipalità ta’ Isona i Conca Dellà

Il-poligonu katastali 4 (irqajja’ tal-art 24, 25, 26, 29, 42, 43, 45, 46, 49, 50 u 65) fil-muniċipalità ta’ Pobla de Segur

Il-poligoni katastali 1, 2, 3, 4, 5 u 6 fil-muniċipalità ta’ Llimiana

Il-poligonu katastali 3 (irqajja’ tal-art 28, 37, 300 u 301) fil-muniċipalità ta’ Rialp

Il-poligonu katastali 3 (irqajja’ tal-art 294 u 430) fil-muniċipalità ta’ Salàs de Pallars

Il-poligoni katastali 3, 4, 5 u 6 fil-muniċipalità ta’ Talarn

Il-poligoni katastali 3 (irqajja’ tal-art 201, 202, 203, 220, 223, 225, 325 u 330) u 2 (irqajja’ tal-art 273 u 276) fil-muniċipalità ta’ Sort

Is-subżona ta’ Raimat, li tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin:

Id-distrett amministrattiv ta’ Raimat fil-muniċipalità ta’ Lleida

Il-poligoni katastali 1 (irqajja’ tal-art 162 u 181) u 2 (roqgħa art 143) fil-muniċipalità ta’ Almacelles

Is-subżona ta’ Segrià, li tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin:

Il-poligoni katastali 6 (irqajja’ tal-art 9017, 9022, u 9005) u 15 (irqajja’ tal-art 3, 57, 9001, 9003, 9004, 9007 u 2027) fil-muniċipalità ta’ Alcarràs

Alfarràs

Il-poligonu katastali 5 (irqajja’ tal-art 25, 180, 181, 193 u 280) fil-muniċipalità ta’ Almacelles

Almenar

Gimenells i el Pla de la Font

Il-poligoni katastali 1, 2, 7 (irqajja’ tal-art 230, 231, 232, 307, 309, 310 u 311) u 8 (irqajja’ tal-art 337) fil-muniċipalità ta’ Lleida

Il-poligoni katastali 11 (irqajja’ tal-art 6, 7, 8 u 9005) u 12 (roqgħa art 9006) fil-muniċipalità ta’ Torrefarrera

Is-subżona ta’ Valls del Riu Corb, li tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin:

Ametlla

Belianes

Ciutadilla

Granyanella

Granyena de Segarra

Guimerà

Maldà

Montoliu de Segarra

Montornès de Segarra

Nalec

Omells de Na Gaia

Preixana

San Martí de Riucorb

Tàrrega

Vallbona de les Monges

Vallfogona de Riucorb

Verdú

Il-poligonu katastali 4 (roqgħa art 92) u 6 (irqajja’ tal-art 42, 43, 44, 45, 46, 47 u 48) fil-muniċipalità ta’ Vilagrassa

L-ebda waħda mill-irqajja’ tal-art li jiffurmaw iż-żona ġeografika tad-DOP “Costers del Segre” mhi se tiġi eskluża fil-każ ta’ riżonar, esproprjazzjoni jew bidliet fil-konfini muniċipali mwettqa skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ dwar is-suġġett tal-gvern lokali.

7.   L-għeneb tal-inbid ewlieni

 

AGUDELO — CHENIN BLANC

 

MACABEO — VIURA

 

MOSCATEL ALEJANDRIA — MOSCATEL DE MALAGA

 

MONASTRELL

 

MERLOT

 

GARNACHA TINTA — LLADONER

 

GARNACHA BLANCA — LLADONER BLANCO

 

CHARDONNAY

 

GODELLO

 

GEWÜRZTRAMINER

 

GARNACHA TINTORERA

 

XARELLO — CARTOIXA

 

VIOGNIER

 

VERDEJO

 

TREPAT

 

CABERNET SAUVIGNON

 

CABERNET FRANC

 

ALBARIÑO

 

TEMPRANILLO — ULL DE LLEBRE

 

SYRAH

 

SAUVIGNON BLAN

 

RIESLING

 

PINOT NOIR

 

PETIT VERDOT

 

PARELLADA — MONTONEC

 

MAZUELA — SAMSO

 

MALVASIA AROMATICA — MALVASIA DE SITGES

 

MALBEC

 

MOSCATEL DE GRANO MENUDO — MOSCATEL MORISCO

8.   Deskrizzjoni tar-rabtiet

Inbid

Il-karatteristiċi speċifiċi u ddefiniti sew tad-DOP “Costers del Segre”, bħal-lokazzjoni ġeografika tal-oriġini u d-distanza għall-Baħar Mediterran u l-Pirenej, joħolqu klima kontinentali bi fluttwazzjonijiet staġonali u ta’ kuljum ewlenin f’perjodi taċ-ċiklu tal-kultivazzjoni li jkunu speċifiċi għaż-żona, li jirriżultaw fi ħsad karatteristiku.

Il-fatturi naturali taż-żona jippermettu varjetajiet tradizzjonali li jiġu ppreservati u varjetajiet mhux indiġeni — introdotti wara l-wasla tal-phylloxera — biex jiġu pperfezzjonati. Għalhekk hemm diversità kbira fil-varjetajiet tal-għeneb, li jfisser li l-prodotti jista’ jkollhom kompożizzjonijiet varjetali differenti ħafna.

Fir-rigward tal-fatturi umani, hemm tradizzjoni ta’ vitikultura fiż-żona, kif attestat minn referenzi storiċi fil-forma ta’ dokumentazzjoni u strutturi fiżiċi, u entużjażmu għal tekniki ġodda rivoluzzjonarji.

It-temperaturi matul il-lejl waqt il-proċess ta’ maturazzjoni huma eċċezzjonalment baxxi — normalment madwar 15 C matul il-proċess ta’ maturazzjoni, li jinżlu għal 2-10 C fl-aħħar stadji tul iż-żona tad-DOP “Costers del Segre”. Dan jipproduċi nbejjed b’aċidità għolja u togħmiet intensi li jispikkaw minn dawk prodotti f’reġjuni oħra. L-aromi primarji tal-inbejjed bojod huma infużi b’irwejjaħ ta’ frott meta jkunu minn subżoni b’għoljiet mhux weqfin ħafna u rwejjaħ tal-fjuri fis-subżoni b’iktar għoljiet. Għall-inbejjed ħomor, l-influwenza naturali hija riflessa fil-fwejjaħ, fit-togħmiet u fil-qawwa alkoħolika attwali. Dawn il-fatturi kollha jippreservaw il-kwalità karatteristika mogħtija lill-inbejjed bit-temperaturi kesħin tal-lejl. Huwa impossibbli li jiġu prodotti nbejjed b’dawn il-karatteristiċi f’reġjuni oħra.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

L-inbid frizzanti ilu jsir bl-użu ta’ metodi tradizzjonali f’ċerti fabbriki tal-inbid mill-bidu tas-seklu li għadda.

L-aromi primarji tal-inbejjed bojod użati fil-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed frizzanti huma infużi b’irwejjaħ ta’ frott meta jkunu minn subżoni b’għoljiet mhux weqfin ħafna u fwejjaħ tal-fjuri meta jkunu minn subżoni b’iktar għoljiet.

Il-fluttwazzjoni sinifikanti ta’ kuljum fit-temperatura matul iċ-ċiklu ta’ maturazzjoni tipproduċi inbejjed b’karatteristiċi distintivi, livelli ogħla ta’ aċidità u aromi ta’ fjuri intensi. Dawn il-fatturi, flimkien mal-fattur uman — l-użu kontinwu ta’ metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali — u l-fattur naturali — il-preservazzjoni ta’ varjetajiet indiġeni u l-adattament ta’ varjetajiet barranin — jgħinu biex jiffurmaw inbejjed frizzanti ta’ kwalità speċifika ta’ din id-DOP.

Inbid likur

Il-produzzjoni ta’ nbejjed likuri tad-DPO “Costers del Segre”:

It-temperaturi ogħla matul il-ġurnata flimkien mal-ammont baxx ta’ xita baxxa fil-ħarifa jippermettu li l-ħsad jiġi ttardjat, li jirriżulta f’għelejjel li huma għonja ħafna fiz-zokkor. Bis-saħħa ta’ dawn il-karatteristiċi klimatiċi speċjali ħafna, hemm tradizzjoni li jiġu prodotti nbejjed likuri bl-użu ta’ għeneb maħsud tard parzjalment imqadded. It-tip ta’ ħamrija jippermetti li l-varjetajiet użati għal dawn l-inbejjed jinħasdu fl-aħjar kundizzjoni, mingħajr ma jilħqu jsiru żżejjed.

Inbid semifrizzanti

L-aċidità elevata u l-aromi intensi ta’ fjuri tal-inbejjed semifrizzanti tad-DOP “Costers del Segre” huma dovuti għall-fluttwazzjoni enormi fit-temperatura waqt il-proċess ta’ maturazzjoni tal-għeneb, li ħafna drabi tista’ taqbeż il-15 C.

9.   Kundizzjonijiet oħra essenzjali

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Għat-tikkettjar tal-imballaġġ użat għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti koperti minn din id-DOP, għandu jintuża metodu ta’ identifikazzjoni b’użu uniku. Dan jista’ jkun siġill ta’ garanzija, tikketta numerata, tikketta sekondarja numerata jew sistema ta’ kontroll elettroniku għad-DOP (assenjata fuq talba mill-fabbrika tal-inbid). Indipendentement minn liema sistema tingħażel, it-traċċabilità trid tkun garantita permezz ta’ proċedura stabbilita mill-korp maniġerjali.

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:

Imballaġġ fiż-żona demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-inbejjed ma għandhomx għalfejn jiġu bbottiljati fiż-żona ġeografika demarkata.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://goo.gl/Xeblp0


Il-Qorti tal-Awdituri

31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/19


Rapport Speċjali Nru 03/2019

Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi: Jeħtieġ li tittieħed azzjoni biex il-FEIS ikun suċċess totali

(2019/C 38/07)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 03/2019 “Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi: Jeħtieġ li tittieħed azzjoni biex il-FEIS ikun suċċess totali” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8773 — LetterOne/BASF/Wintershall DEA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 38/08)

1.   

Fl-24 ta' Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

LetterOne Holdings (“LetterOne”, il-Lussemburgu),

BASF S.E. (“BASF”, il-Ġermanja),

Wintershall DEA, li se jkun ikkontrollat b’mod konġunt minn LetterOne u BASF.

LetterOne u BASF jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Wintershall DEA.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   LetterOne: kumpanija azzjonarja ta’ investiment privat li tiffoka fuq l-investimenti fis-settur tal-enerġija. LetterOne hija s-sid tad-DEA Deutsche Erdoel AG, kumpanija internazzjonali tal-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass,

—   BASF: attiva prinċipalment fis-settur tal-kimika, b’portafoll maqsum f’sustanzi kimiċi, prodotti ta’ prestazzjoni, materjali u soluzzjonijiet funzjonali, soluzzjonijiet agrikoli, u żejt u gass. BASF hija s-sid ta’ Wintershall Holding GmbH li hija attiva fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass inter alia fl-Ewropa,

—   Wintershall DEA: se tgħaqqad in-negozju ta’ Wintershall u tad-DEA u se tkun attiva prinċipalment fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass u, sa ċertu punt, fit-trasport tal-gass.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8773 — LetterOne/BASF/Wintershall DEA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-mail, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/22


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8871 — RWE/E.ON Assets)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 38/09)

1.   

Fit-22 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

RWE AG (“RWE”, il-Ġermanja),

Ċerti assi tal-ġenerazzjoni ta’ E.ON SE (“Assi ta’ E.ON”, il-Ġermanja). L-Assi ta’ E.ON jinkludu l-entitajiet u l-ishma fl-entitajiet li ġejjin: E.ON Climate & Renewables GmbH (il-Ġermanja), Amrum Offshore West GmbH (il-Ġermanja), E.ON Climate & Renewables UK Limited (ir-Renju Unit), E.ON Climate & Renewables North America, LLC (l-Istati Uniti tal-Amerika), E.ON Wind Sweden AB (l-Isvezja), E.ON Climate & Renewables Italia S.r.l (l-Italja). Barra minn hekk, RWE se takkwista madwar 60 % f’Rampon NewCo (ir-Renju Unit), u b’hekk se takkwista sehem indirett ta’ madwar 30 % f’Rampon Offshore Wind Limited (ir-Renju Unit). Flimkien ma’ dawn l-assi rinnovabbli, RWE se takkwista wkoll mill-interessi ta’ E.ON f’assi nukleari, li jinkludu 12,5 % interess minoritarju f’Kernkraftwerke Lippe-Ems GmbH (il-Ġermanja), interess minoritarju ta’ 25 % f’Kernkraftwerk Gundddingen GmbH u 25 % sehem ta’ sjieda konġunta tal-fjuwil nukleari u l-iskart kif ukoll il-proprjetà immobbli relatata mal-impjant tal-enerġija nukleari Gundmremmingen.

RWE takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-Assi ta’ E.ON.

Il-konċentrazzjoni hija parti minn tpartit kumpless ta’ assi bejn RWE u E.ON. F’każ separat (il-Każ M.8870), E.ON se tinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-akkwist propost ta’ kontroll uniku fuq id-distribuzzjoni tal-enerġija u n-negozju tal-enerġija bl-imnut ta’ Innogy kif ukoll xi assi tal-produzzjoni. Innogy bħalissa hija kkontrollata minn RWE u RWE se żżomm parti kbira tal-assi tal-ġenerazzjoni ta’ Innogy. Bħala kunsiderazzjoni parzjali għall-akkwist ta’ Innogy minn E.ON, RWE se tikseb ukoll madwar 16,7 % tal-ishma f’E.ON.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi u ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

RWE hija kumpanija tal-enerġija attiva tul il-katina tal-provvista kollha, inklużi l-ġenerazzjoni, il-provvista bl-ingrossa, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-provvista bl-imnut u l-attivitajiet relatati mal-enerġija (bħall-meters, l-elettromobbiltà, eċċ.). RWE u s-sussidjarji tagħha, inkluża Innogy, huma attivi f’bosta pajjiżi Ewropej, inklużi ċ-Ċekja, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u r-Renju Unit.

L-Assi ta’ E.ON ikopru essenzjalment in-negozju kollu ta’ bħalissa tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli ta’ E.ON u l-ishma minoritarji li bħalissa huma f’idejn E.ON fl-impjanti tal-enerġija nukleari ta’ Gundremmingen C u Emsland li huma mħaddma minn RWE.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8871 — RWE/Assi ta’ E.ON

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/24


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9262 — ADM/Gleadell Agriculture)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 38/10)

1.   

Fit-23 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ADM Arkady Limited (“ADM”, ir-Renju Unit),

Gleadell Agriculture Limited (“Gleadell”, ir-Renju Unit), ikkontrollata b’mod konġunt minn ADM u Invivo Grains.

ADM takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Gleadell kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   ADM: (i) l-ipproċessar ta’ żrieragħ żejtnin, żrieragħ tal-lift, qamħirrum, zokkor, qamħ u prodotti oħra agrikoli; u (ii) il-manifattura ta’ żjut u xaħmijiet veġetali, proteini veġetali, għalf, qamħirrum, sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, dqiq, bijodiżil, etanol u ikel u ingredjenti oħrajn tal-għalf b’valur miżjud.

—   Gleadell: (i) provvista ta’ taħħana, maljeri, għalf kompost, u konsumaturi oħra tal-qamħ; u (ii) esportazzjoni ta’ qmuħ, żrieragħ żejtnija u legumi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9262 — ADM/Gleadell Agriculture

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.