|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
2019/C 37/01 CON/2018/55 |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 37/02 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2019/C 37/03 |
||
|
2019/C 37/04 |
Avviż tal-Gvern tar-Renju Unit fir-rigward tad-Direttiva 94/22/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 37/05 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9224 — Brookfield Asset Management/Johnson Controls Power Solutions Business) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2019/C 37/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9269 — ENGIE/BPCE/ENGIE PV Curbans) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2019/C 37/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9246 — Daikin Industries/Cool International Holding) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
III Atti preparatorji
Il-Bank Ċentrali Ewropew
|
30.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-7 ta’ Diċembru 2018
dwar proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u atti legali relatati
(CON/2018/55)
(2019/C 37/01)
Introduzzjoni u bażi legali
Fil-11 ta’ Ottubru u l-14 ta’ Novembru 2018 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talbiet mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, rispettivament, għal opinjoni dwar proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea); ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq); ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju; ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej; ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; ir-Regolament (UE) 2015/760 dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil; ir-Regolament (UE) 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment; ir-Regolament (UE) 2017/1129 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat; u d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (1) (iktar ’il quddiem “il-proposta emendata”).
Fit-23 ta’ Novembru 2017 il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew ikkonsultaw lill-BĊE dwar il-proposta leġiżlattiva oriġinali għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) u atti legali relatati (2) u rċieva opinjoni adottata mill-BĊE fil-11 ta’ April 2018 (3). Il-proposta emendata tinkludi elementi ġodda li dwarhom il-Parlament Ewropew reġa’ kkonsulta lill-BĊE.
Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea peress li r-regolament propost jinkludi dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribuzzjoni tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-twettiq bla xkiel ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat, u l-kompiti speċifiċi mogħtija lill-BĊE rigward is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 127(6) tat-Trattat. F’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
1. Kummenti ġenerali
|
1.1. |
Il-proposta emendata għandha l-għan li ssaħħaħ il-mandat tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) fil-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għal skopijiet ta’ ħasil ta’ flus (ĦF) u ta’ finanzjament tat-terroriżmu (FT), sabiex tiżdied il-fiduċja fil-Unions Bankarji u tas-Suq Kapitali. Il-BĊE jappoġġa bis-sħiħ dan l-għan. Il-proposta emendata se tikkontribwixxi għal identifikazzjoni aħjar ta’ riskji ta’ ĦF/FT fil-livell tal-Unjoni, u għat-titjib u l-armonizzazzjoni ta’ prattiki superviżorji madwar l-Unjoni. |
|
1.2. |
Il-kompitu ta’ superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’rabta mal-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għal skopijiet ta’ ĦF jew FT (superviżjoni kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjarment tat-terroriżmu (KĦF/KFT)) ma ngħatax lill-BĊE. Madankollu, l-eżiti tas-superviżjoni KĦF/KFT huma importanti li jiġu kkunsidrati għat-twettiq tal-kompiti tal-BĊE ta’ superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taħt l-Artikolu 127(6) tat-Trattat u r-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (4). B’mod partikolari, ir-riskju tal-użu tas-sistema finanzjarja għal ĦF jew FT huwa rilevanti għad-deċiżjonijiet superviżorji prudenzjali tal-BĊE rigward l-akkwist ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti f’entitajiet taħt superviżjoni (inkluż rigward il-proċess ta’ għoti ta’ awtorizzazzjonijiet lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu) u valutazzjonijiet tajbin u xierqa ta’ maniġers eżistenti jew prospettivi ta’ entitajiet taħt superviżjoni, kif ukoll għas-superviżjoni ta’ kuljum fil-kuntest tal-eżami superviżorju u l-proċess ta’ valutazzjoni. Ksur serju tar-rekwiżiti ta’ KĦF/KFT jista’ jaffettwa ħażin ir-reputazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu u jwassal għal sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali sinifikanti imposti fuq entitajiet taħt superviżjoni jew fuq il-persunal tagħhom, u għaldaqstant jista’ jkun ta’ riskju għall-vijabbiltà ta’ entitajiet taħt superviżjoni. F’ċerti każijiet, ksur serju tar-rekwiżiti ta’ KĦF/KFT jista’ jiskatta direttament il-ħtieġa tal-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu. Għaldaqstant huwa importanti ħafna li l-BĊE, kif ukoll superviżuri prudenzjali oħrajn ta’ KĦF/KFT, jirċievu informazzjoni f’waqtha u affidabbli dwar ir-riskji ta’ ĦF/FT u l-ksur tar-rekwiżiti ta’ KĦF/KFT mill-entitajiet taħt superviżjoni. |
|
1.3. |
Il-qafas legali tal-Unjoni għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskopijiet ta’ ĦF jew FT ġie aġġornat f’dawn l-aħħar snin permezz ta’ diversi atti leġiżlattivi (5) li dwarhom il-BĊE ta l-opinjoni tiegħu. Il-BĊE jappoġġa bis-sħiħ skema tal-Unjoni li tiżgura li l-istituzzjonijiet residenti tal-Istati Membri u tal-Unjoni jkollhom għodod effettivi fil-ġlieda kontra l-ĦF u t-FT, b’mod partikolari kontra kwalunkwe użu ħażin tas-sistema finanzjarja minn dawk li jaħslu l-flus u minn dawk li jiffinanzjaw it-terroriżmu u l-kompliċi tagħhom (6). |
|
1.4. |
Peress li l-BĊE diġà ddeċieda, fl-Opinjoni CON/2018/19, dwar il-proposwta leġiżlattiva oriġinali, il-BĊE se jiffoka biss fuq l-elementi ġodda li jinsabu fil-proposta emendata. |
2. Kummenti speċifiċi
2.1. Informazzjoni li trid tinġabar mill-EBA
|
2.1.1. |
Taħt il-proposta emendata, l-EBA se jkollha l-kompitu li tiġbor informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti marbuta mad-dgħufijiet identifikati fil-proċessi u fil-proċeduri, l-arranġamenti ta’ governanza, il-valutazzjonijiet tajbin u xierqa, il-mudelli ta’ negozju u l-attivitajiet ta’ operaturi tas-settur finanzjarju għall-prevenzjoni ta’ ĦF u FT kif ukoll il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti (7). L-informazzjoni preċiża li għandha tiġi rrappurtata lill-EBA mhijiex ċara. Pereżempju, mhuwiex ċar kif għandha tinftiehem dgħufija f’mudell ta’ negozju għall-prevenzjoni ta’ ĦF u FT. Barra minn hekk, il-proposta emendata ma tinkludi ebda kwalifika ta’ dgħufija li għandha tiġi rrappurtata, li jimplika li anki dgħufijiet żgħar ħafna jkollhom jiġu rrappurtati. Huwa ssuġġerit li r-regolament għandu: (a) jiċċara li dan ir-rekwiżit ġdid ta’ rappurtar jiġbor kull dgħufija materjali li żżid ir-riskju li s-sistema finanzjarja tista’ tintuża għal ĦF jew FT; u (b) jirrikjedi li l-EBA tiżviluppa gwida għall-awtoritajiet kompetenti dwar x’jikkostitwixxi tali dgħufija materjali. Barra minn hekk, ir-regolament għandu jispeċifika kwalunkwe element jew proċess addizzjonali li jista’ jkun meħtieġ għall-funzjonament effiċjenti tal-proċedura ta’ skambju ta’ informazzjoni. Barra minn hekk, ir-riskji ta’ ĦF/FT rilevanti għar-rwol il-ġdid tal-EBA jistgħu jkunu identifikati fi proċeduri superviżorji apparti dawk li diġà huma elenkati fil-proposta emendata, bħal fl-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet jew valutazzjonijiet ta’ akkwisti ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti f’operaturi tas-suq finanzjarju. Huwa ssuġġerit li l-informazzjoni miġbura mill-EBA għandha tkun estiża sabiex tinkludi dan it-tip ta’ informazzjoni. |
|
2.1.2. |
Il-proposta emendata għandha tiċċara wkoll li r-rappurtar lill-EBA u t-tixrid sussegwenti tal-informazzjoni mill-EBA m’għandux jieħu post l-iskambju dirett ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti. L-introduzzjoni tal-EBA bħala intermedjarja fl-iskambji kollha ta’ informazzjoni tpoġġi lir-riżorsi tal-EBA taħt pressjoni kbira, u mhux neċessarjament ittejjeb l-effiċjenza tal-iskambju ta’ informazzjoni. |
|
2.1.3. |
Fejn l-informazzjoni jew id-dokumenti dwar dgħufijiet materjali hija kondiviża bejn l-awtoritajiet kompetenti, għandu jiġi evitat ir-rappurtar multiplu tal-istess dgħufija materjali mill-awtoritajiet kollha. Il-proposta emendata għandha għalhekk tistipula li l-awtorità kompetenti li oriġinarjament ġabret l-informazzjoni jew ipproduċiet id-dokument biss għandha tirrapporta lill-EBA. |
|
2.1.4. |
Biex jonqos il-piż addizzjonali fuq l-awtoritajiet kompetenti li se joħloq dan ir-rappurtar ġdid lill-EBA, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu meħtieġa biss jirrappurtaw informazzjoni li ma jkunux ikkondividew mal-EBA permezz ta’ kanali oħrajn. Pereżempju, fejn l-EBA tipparteċipa f’kulleġġi ta’ superviżuri u tirċievi informazzjoni dwar dgħufija materjali permezz ta’ dawk il-kulleġġi, l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx ikunu meħtieġa jirrappurtawha mill-ġdid lill-EBA. L-EBA għandha għalhekk tuża kanali ta’ informazzjoni diġà eżistenti safejn ikun possibbli. F’dan ir-rigward, il-ftehim dwar il-modalitajiet prattiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni li għandu jiġi konkluż sal-10 ta’ Jannar 2019 taħt l-Artikolu 57a(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) bejn il-BĊE u s-superviżuri ta’ KĦF/KFT tal-Istati Membri kollha se jkun kanal sinifikanti għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar ksur rilevanti ta’ KĦF/KFT u rekwiżiti prudenzjali. L-EBA għandha tingħata aċċess dirett għall-informazzjoni li tiġi skambjata taħt dan il-ftehim. L-aċċess dirett ikun l-aktar mod effiċjenti biex tiġi żgurata kondiviżjoni f’waqtha tal-informazzjoni rilevanti mal-EBA. Tali kuntest jippermetti lill-EBA tirċievi informazzjoni mingħajr dewmien ulterjuri, filwaqt li jelimina l-ħtieġa għall-awtoritajiet kompetenti partijiet għal dan il-ftehim milli jirrappurtaw l-istess informazzjoni lill-EBA. |
|
2.1.5. |
Għal sitwazzjonijiet fejn se jkunu meħtieġa rapporti ddedikati lill-EBA, huwa ssuġġerit li l-EBA għandha tiżvilupp wkoll linji gwida, li jinkludu mudelli li jiffaċilitaw ir-rappurtar. |
|
2.1.6. |
Mhuwiex ċar dak li se tkun qed tikkoordina l-EBA mal-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) taħt l-aħħar sentenza tal-Artikolu 9a(1)(a) il-ġdid propost b’rabta mal-għoti ta’ informazzjoni lill-EBA. Lanqas ma huwa ċar jekk din il-koordinazzjoni hijiex relatata, u b’liema mod, mal-ġbir tal-informazzjoni li huwa rregolat f’dak l-abbozz ta’ dispożizzjoni. Għaldaqstant il-proposta emendata għandha tkun iċċarata aktar għal dan il-għan. Jekk il-koordinazzjoni mal-UIF hija relatata mal-ġbir tal-informazzjoni mingħand is-superviżuri prudenzjali, inkluż il-BĊE, il-proposta emendata għandha tispeċifika r-regoli rigward l-aċċess tal-UIF għall-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu lill-EBA. Jekk il-koordinazzjoni mal-UIF mhijiex relatata mal-ġbir ta’ informazzjoni mill-EBA, ir-rekwiżit ta’ koordinazzjoni bejn l-EBA u l-UIF għandu jitmexxa għal dispożizzjoni oħra. |
|
2.1.7. |
Abbażi tal-esperjenza prattika bil-proċedura l-ġdida ta’ ġbir u tixrid ta’ data proposta u deskritta hawn fuq, jidher xieraq li din il-proċedura tkun riveduta fir-rapport regolari mħejji mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Tali reviżjoni tivverifika l-effiċjenza tal-proċedura u tivvaluta jekk għandhomx isiru xi tibdiliet. |
2.2. Il-promozzjoni ta’ konverġenza ta’ proċessi superviżorji u valutazzjonijiet tar-riskju fuq l-awtoritajiet kompetenti
|
2.2.1. |
Taħt il-proposta emendata, l-EBA ikollha l-kompitu li tippromwovi l-konverġenza tal-proċessi superviżorji msemmija fid-Direttiva (UE) 2015/849, inkluż billi twettaq rieżamijiet perjodiċi (9). Il-BĊE jifhem li dawn il-proċessi superviżorji jirrigwardaw biss lis-superviżuri KĦF/KFT u mhux lis-superviżuri prudenzjali. Dan il-fatt għandu jkun iċċarat b’mod espliċitu fil-proposta emendata. |
|
2.2.2. |
Taħt il-proposta emendata, l-EBA ikollha l-kompitu li twettaq valutazzjonijiet tar-riskji fuq l-awtoritajiet kompetenti b’enfasi ewlenija, iżda mhux esklużiva, fuq is-superviżuri KĦF/KFT (10). Mhuwiex ċar kif dawn il-valutazzjonijiet tar-riskju se jvarjaw mir-rieżamijiet perjodiċi msemmija aktar ’il fuq. Kemm ir-rieżamijiet perjodiċi kif ukoll il-valutazzjonijiet tar-riskju jidhru li jkopru l-identifikazzjoni u l-indirizzar ta’ riskji ta’ ĦF/FT iżda, filwaqt li l-abbozz ta’ dispożizzjoni li tirregola r-rieżamijiet perjodiċi jirreferi għar-riskji kollha ta’ ĦF/FT inġenerali, l-abbozz ta’ dispożizzjoni li tirregola l-valutazzjonijiet tar-riskju jirreferi biss għall-aktar riskji emerġenti importanti. B’hekk, il-valutazzjonijiet tar-riskji jidhru li diġà huma inkorporati fir-rieżamijiet perjodiċi. Il-proposta emendata għandha għalhekk tiġi fformulata mill-ġdid biex tiddistingwi b’mod aktar ċar il-valutazzjonijiet tar-riskju mir-rieżamijiet perjodiċi. Fl-istess ħin, il-kunċett ta’ “l-aktar riskji emerġenti importanti” għandu jiġi ċċarat aktar. |
2.3. L-iffaċilitar tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżi terzi
Taħt il-proposta emendata, f’każijiet materjali ta’ ĦF jew ta’ FT li jkollhom dimensjoni transfruntiera li tinvolvi lil pajjiżi terzi, l-EBA ikollha rwol mexxej fl-iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni u l-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżi terzi (11). Il-BĊE jilqa’ kwalunkwe appoġġ mill-EBA li jgħin lill-awtoritajiet kompetenti jinteraġixxu b’mod aktar effiċjenti mal-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżi terzi. Madankollu, il-BĊE jemmen li l-koordinazzjoni tal-EBA m’għandhiex tieħu post kwalunkwe kuntatt dirett li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkunu meħtieġa li jkollhom mal-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżi terzi. Fejn il-kooperazzjoni diretta ta’ dawk l-awtoritajiet tista’ taħdem tajjeb, ma jidhirx li huwa effiċjenti li jiżdied livell ieħor ta’ koordinazzjoni permezz tal-EBA. L-introduzzjoni tal-EBA bħala awtorità addizzjonali fejn ikun hemm kooperazzjoni diretta bejn awtorità kompetenti u awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz tista’ tkun problematika wkoll mill-aspett legali jekk l-awtorità kompetenti u l-awtorità rilevanti f’pajjiż terz jikkooperaw flimkien fuq il-bażi ta’ memorandum ta’ ftehim li għalih l-EBA mhijiex parti. Il-proposta emendata għandha għalhekk tagħti lill-EBA is-setgħa li tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fil-kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżi terzi fejn rilevanti. Madankollu, il-proposta emendata m’għandhiex għalfejn tirrikjedi li l-EBA tassumi awtomatikament rwol mexxej fl-iffaċilitar ta’ tali kooperazzjoni. Barra minn hekk, il-kunċett ta’ “każijiet materjali” għandu jkun speċifikat aktar, biex ikun ċar f’liema sitwazzjonijiet jiskatta r-rekwiżit għall-appoġġ tal-EBA. Għal dan il-għan, jidher neċessarju li jiġu speċifikati l-kriterji li l-EBA jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom isegwu fl-identifikazzjoni ta’ tali każijiet. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-interazzjoni bejn l-EBA u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-identifikazzjoni, ir-rappurtar u l-indirizzar ta’ dawn il-każijiet. Għaldaqstant huwa ssuġġerit li l-EBA għandha toħroġ linji gwida li jispeċifikaw l-elementi kollha meħtieġa u l-proċessi neċessarji għall-funzjonament effiċjenti ta’ din il-proċedura.
Fejn il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost jiġi emendat, qed jiġu stabbiliti abbozzi speċifiċi ta’ dispożizzjonijiet f’dokument ta’ ħidma tekniku separat akkumpanjat minn test ta’ spjegazzjoni għal dan il-għan. Id-dokument ta’ ħidma tekniku huwa disponibbli bl-Ingliż fuq is-sit web tal-BĊE.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Diċembru 2018.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) COM(2018) 646 final.
(2) COM(2017) 536 final.
(3) Opinjoni CON/2018/19 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ April 2018 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u atti legali relatati (ĠU C 255, 20.7.2018, p. 2). L-Opinjonijiet kollha tal-BĊE huma ppubblikati fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(5) Ara d-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UEE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43); id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73); ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1).
(6) Ara l-Opinjoni tal-BĊE CON/2013/32.
(7) L-Artikolu 9a(1)(a) il-ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
(8) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(9) L-Artikolu 9a(3) ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
(10) L-Artikolu 9a(4) ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
(11) L-Artikolu 9a(5) ġdid propost tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-29 ta’ Jannar 2019
(2019/C 37/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1422 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
125,03 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4650 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86735 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,3508 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1352 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
136,80 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,7035 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,747 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
317,21 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2976 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7562 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,0665 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5954 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5142 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,9620 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6694 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5444 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 277,32 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,5560 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,6927 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4233 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 093,60 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6931 |
|
PHP |
Peso Filippin |
59,947 |
|
RUB |
Rouble Russu |
75,6887 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
35,991 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,2735 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,7153 |
|
INR |
Rupi Indjan |
81,3060 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
30.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/6 |
Lista ta’ faċilitajiet fl-Istati Membri approvati għat-trattament ta’ oġġetti tal-ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel bir-radjazzjoni jonizzanti
(Skont l-Artikolu 7 (4) tad-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel ittrattati b’radjazzjoni li tijonizza (1) )
(Dan it-test jikkanċella u jissostitwixxi t-test ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 405 tal-4 ta’ Novembru 2016, p. 6)
(2019/C 37/03)
|
Stat Membru |
Faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sors, Numru ta’ Referenza, Isem, Indirizz |
Aktar dettalji tal-approvazzjoni |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
AT |
M’hemmx |
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
BE |
Sors: irradjazzjoni bir-raġġi gamma 60Co Nru ta’ Referenza: 2110/91/0004
|
Approvazzjoni għall-ikel b’konformità mal-Artikolu 7 (2) tad-Direttiva 1999/2/KE. |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
BG |
Sors: irradjazzjoni bir-raġġi gamma 60Co
|
Approvazzjoni għall-ħxejjex u l-ħwawar aromatiċi mnixxfa u għall-kondimenti veġetali mnixxfa b’konformità mal-Artikolu 7 (2) tad-Direttiva 1999/2/KE. |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
CY |
M’hemmx |
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
CZ |
Sors: irradjazzjoni bir-raġġi gamma 60Co Nru ta’ Referenza: IR-02-CZ
|
Approvazzjoni għall-ħxejjex aromatiċi, għall-ħwawar u għall-kondimenti mnixxfa, b’konformità mal-Artikolu 7 (2) tad-Direttiva 1999/2/KE. |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
DE |
Sors: irradjazzjoni bir-raġġi gamma 60Co
Sors: irradjazzjoni b’elettroni aċċellerati
|
Approvazzjoni għall-ħxejjex aromatiċi, għall-ħwawar u għall-kondimenti mnixxfa, b’konformità mal-Artikolu 7 (2) tad-Direttiva 1999/2/KE. |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
DK |
M’hemmx |
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
EE |
Sors: irradjazzjoni bir-raġġi gamma 60Co Nru ta’ Referenza: 2835
|
Approvazzjoni għall-ħxejjex aromatiċi, għall-ħwawar u għall-kondimenti mnixxfa, b’konformità mal-Artikolu 7 (2) tad-Direttiva 1999/2/KE. |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
ES |
Sors: irradjazzjoni b’elettroni aċċellerati Nru ta’ Referenza: 5.00001/CU
Sors: irradjazzjoni bir-raġġi gamma 60Co Nru ta’ Referenza: 5.00002/B
|
Approvazzjoni għall-ħxejjex aromatiċi, għall-ħwawar u għall-kondimenti mnixxfa, b’konformità mal-Artikolu 7 (2) tad-Direttiva 1999/2/KE. |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
FI |
M’hemmx |
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
FR |
Sors: irradjazzjoni bir-raġġi gamma 60Co
Sors: irradjazzjoni b’elettroni aċċellerati
|
Approvazzjoni għall-ikel b’konformità mal-Artikolu 7 (2) tad-Direttiva 1999/2/KE |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
GR |
M’hemmx |
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
HR |
Sors: irradjazzjoni bir-raġġi gamma 60Co Nru ta’ Referenza: 541-02/03-IRB16-1
|
Awtorizzat għal: Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u kondimenti veġetali skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 1999/2/KE |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
HU |
Sors: irradjazzjoni bir-raġġi gamma 60Co Nru ta’ Referenza: EU-AIF 04-2002
|
Approvazzjoni b’konformità mal-Artikolu 7 (2) tad-Direttiva 1999/2/KE |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
IE |
M’hemmx |
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
IT |
Sors: irradjazzjoni bir-raġġi gamma 60Co Nru ta’ Referenza: RAD 1/04 IT
|
Approvazzjoni b’konformità mal-Artikolu 7 (2) tad-Direttiva 1999/2/KE |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
LU |
M’hemmx |
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
LT |
M’hemmx |
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
LV |
M’hemmx |
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
MT |
M’hemmx |
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
NL |
Sors: irradjazzjoni bir-raġġi gamma 60Co
|
Approvazzjoni għat-trattament ta’ frott imnixxef, ta’ ħemes, ta’ ħxejjex deidratati, ta’ qxur taċ-ċereali, ta’ ħxejjex aromatiċi, ħwawar, gambli, pollam, saqajn taż-żrinġijiet, gomma arabika u prodotti magħmula mill-bajd b’konformità mal-Artikolu 7 (2) tad-Direttiva 1999/2/KE |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
PL |
Sors: irradjazzjoni b’elettroni aċċellerati Nru ta’ Referenza: GIS-BŻ-PR-022-279/16/3-1
|
Approvazzjoni għat-trattament tal-patata, tal-basal, tat-tewm, tal-faqqiegħ, tal-ħwawar imnixxfin (inklużi l-ħxejjex aromatiċi mnixxfa, il-ħwawar u l-kondimenti veġetali), għall-faqqiegħ imnixxef, għall-ħaxix imnixxef |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
PT |
M’hemmx |
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
RO |
Sors: irradjazzjoni bir-raġġi gamma 60Co Instalaţie de iradiere cu scopuri multiple
|
Approvazzjoni b’konformità mal-Artikolu 7 (2) tad-Direttiva 1999/2/KE |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
SE |
M’hemmx |
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
SI |
M’hemmx |
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
SK |
M’hemmx |
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
UK |
Sors: irradjazzjoni bir-raġġi gamma 60Co Nru ta’ Referenza: EW/04
|
Approvazzjoni għal ċerti ħxejjex aromatiċi u ħwawar b’konformità mal-Artikolu 7(2)tad-Direttiva 1999/2/KE |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
30.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/11 |
Avviż tal-Gvern tar-Renju Unit fir-rigward tad-Direttiva 94/22/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 37/04)
Avviż tar-Renju Unit għall-31 Ċiklu Supplimentari ta’ ħruġ ta’ liċenzji għat-tiftix taż-żejt u l-gass lil hinn mill-kosta
L-AWTORITÀ TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS
L-Att dwar il-Petroleum tal-1998 (The Petroleum Act 1998)
Ċiklu ta’ ħruġ ta’ liċenzji lil hinn mill-kosta
|
1. |
L-Awtorità taż-Żejt u tal-Gass (l-OGA) tistieden lill-persuni interessati biex japplikaw għal Liċenzji għall-Produzzjoni ta’ Idrokarburi f’żoni speċifiċi tal-Blata Kontinentali tar-Renju Unit. |
|
2. |
Id-dettalji kollha tal-offerta, inklużi l-listi u l-mapep taż-żoni inklużi fl-offerta flimkien ma’ gwida dwar il-liċenzji, it-termini li se jinkludu dawk il-liċenzji, u kif wieħed għandu japplika, huma disponibbli fis-sit web tal-OGA (ara hawn taħt). |
|
3. |
L-applikazzjonijiet kollha se jiġu ddeterminati, fejn applikabbli, skont it-termini tal-Hydrocarbons Licensing Directive Regulations tal-1995 (S.I. 1995 No. 1434), il-Petroleum Licensing (Applications) Regulations tal-2015 (SI 2015 No. 766) u l-Offshore Petroleum Licensing (Offshore Safety Directive) Regulations tal-2015 (SI 2015 No. 385). Fl-1 ta’ Ottubru 2016, il-funzjonijiet tas-Segretarju tal-Istat f’dan ir-rigward ġew trasferiti lill-Awtorità taż-Żejt u l-Gass skont The Energy (Transfer of Functions, Consequential Amendments and Revocation) Regulations tal-2016 (http://www.legislation.gov.uk/uksi/2016/912/pdfs/uksi_20160912_en.pdf), li jipprevedu li kulma jsir (jew li għandu effett daqslikieku sar) mis-Segretarju tal-Istat jew b’rabta miegħu fir-rigward ta’ dawn il-funzjonijiet trasferiti, issa għandu effett, sakemm ikun meħtieġ biex jitkompla l-effett ta’ dan wara l-1 ta’ Ottubru 2016, daqslikieku sar mill-Awtorità taż-Żejt u tal-Gass jew b’rabta magħha. Id-determinazzjonijiet se jsiru fil-kuntest tal-ħtieġa kontinwa għal esplorazzjoni mingħajr dewmien, bir-reqqa, effiċjenti u sikura sabiex ikunu identifikati r-riżorsi taż-żejt u tal-gass tar-Renju Unit filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-aspetti ambjentali. |
Qafas “Innovattiv”
|
4. |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji se jitqiesu fid-dawl tal-approċċ innovattiv adottat għall-Programmi ta’ Ħidma tal-Perjodu Inizjali (“Programmi ta’ Ħidma”) għal-liċenzji. Dawn il-Programmi ta’ Ħidma se jinkorporaw il-kombinament flessibbli ta’ mhux aktar minn tliet Fażijiet (A, B u C) fil-Perjodu Inizjali. Dan se jgħin biex jiġi żgurat li l-Programmi ta’ Ħidma għall-blokok li għalihom qed issir l-applikazzjoni jkunu xierqa għall-isfidi ġeotekniċi u oħrajn li jridu jiġu indirizzati f’żona partikolari, filwaqt li jiġu ottimizzati l-fatturi elenkati fil-Paragrafu 3. Il-flessibilità li qed tingħata mill-kombinament ta’ mhux aktar minn tliet fażijiet tippermetti wkoll li l-applikanti jfasslu Programm ta’ Ħidma xieraq għall-pjanijiet u għar-rekwiżiti partikolari tagħhom. |
|
5. |
Il-Fażi A tal-Programm ta’ Ħidma tinkludi perjodu li fih se jitwettqu Studji Ġeotekniċi u Riproċessar Ġeofiżiku tad-Data; Il-Fażi B tal-Programm ta’ Ħidma se tkun perjodu fejn se tinġabar data Siżmika Ġdida; Il-Fażi C tal-Programm ta’ Ħidma se tkun għat-tħaffir esploratorju u/jew ta’ evalwazzjoni. L-applikanti jistgħu jiddeċiedu l-kombinament tal-Fażijiet, jekk isirux it-tliet Fażijiet kollha, direttament il-Fażi B segwita mill-Fażi C, direttament il-Fażi C, inkella l-Fażi A direttament għall-Fażi C. |
|
6. |
Il-Fażi A u l-Fażi B mhumiex obbligatorji u jistgħu ma jkunux xierqa f’ċirkostanzi partikolari, iżda kull applikazzjoni trid tipproponi Fażi C, ħlief meta l-applikant jaħseb li ma tkun meħtieġa l-ebda esplorazzjoni u jipproponi li jmur direttament għall-iżvilupp (jiġifieri “direttament għat-Tieni Perjodu”). F’dan il-każ, jenħtieġ li l-applikazzjonijiet isiru skont il-gwida disponibbli fuq is-sit web tal-OGA. |
|
7. |
Il-liċenzji mogħtija f’dan iċ-ċiklu jista’ jkollhom Perjodu Inizjali ta’ mhux aktar minn disa’ snin. It-tul ta’ żmien tal-liċenzja u l-fażijiet se jeħtieġu ġustifikazzjoni fil-kuntest tal-programm ta’ ħidma propost, u se jkunu s-suġġett ta’ diskussjoni fil-waqt tal-applikazzjoni. |
|
8. |
L-applikazzjonijiet li l-fażi tal-bidu tagħhom hija l-Fażi A jew B se jiġu ġġudikati abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
|
9. |
Il-liċenzji b’Fażi B għandhom jispeċifikaw perjodu ta’ żmien biex il-liċenzja tiskadi fi tmiem din il-fażi jekk id-Detentur tal-liċenżja ma jkunx issodisfa l-OGA bil-kapaċità teknika u finanzjarja tiegħu biex itemm il-Programm ta’ Ħidma. Għal liċenzji b’Fażi A iżda bl-ebda Fażi B, il-liċenzja se tispeċifika wkoll perjodu biex il-liċenzja tiskadi fi tmiem din il-fażi jekk id-Detentur tal-liċenżja ma jkunx issodisfa lill-OGA bil-kapaċità teknika u finanzjarja tiegħu biex itemm il-Programm ta’ Ħidma. |
|
10. |
L-applikazzjonijiet fejn il-Fażi tal-bidu hija l-Fażi C se jiġu ġġudikati abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
Gwida
|
11. |
Gwida ulterjuri tinsab fuq is-sit web tal-OGA: https://www.ogauthority.co.uk/licensing-consents/licensing-rounds/ |
Offerti għal-Liċenzji
|
12. |
Sakemm ma tkunx meħtieġa Valutazzjoni Xierqa għal xi Blokka partikolari (ara l-Paragrafu 15 hawn isfel), kull offerta mill-Awtorità taż-Żejt u tal-Gass ta’ liċenzja skont din l-istedina, se ssir fi żmien 18-il xahar mid-data ta’ dan l-Avviż. |
|
13. |
L-Awtorità taż-Żejt u tal-Gass ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għal kwalunkwe kost imġarrab mill-applikant waqt il-kunsiderazzjoni tal-applikazjoni tiegħu jew waqt li jkun qed jagħmilha. |
Valutazzjonijiet Ambjentali
|
14. |
Is-Segretarju tal-Istat wettaq Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (VAS) skont id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent taż-żoni kollha li se jiġu offruti f’dan il-Ċiklu. Is-sejbiet ta’ dik il-VAS jinsabu fuq is-sit web gov.uk tal-VAS għall-enerġija lil hinn mill-kosta:
https://www.gov.uk/offshore-energy-strategic-environmental-assessment-sea-an-overview-of-the-sea-process |
|
15. |
Il-liċenzji skont din l-istedina se jiġu offruti biss jekk, skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats (id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa):
|
|
16. |
Kuntatt:
Is-sit web tal-Awtorità taż-Żejt u tal-Gass: https://www.ogauthority.co.uk/licensing-consents/licensing-rounds/ |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/14 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9224 — Brookfield Asset Management/Johnson Controls Power Solutions Business)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 37/05)
1.
Fis-16 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, il-Kanada), |
|
— |
Johnson Controls International plc (“Johnson Controls”, l-Irlanda) |
Brookfield takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ parti minn Johnson Controls.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Brookfield tiġġestixxi assi alternattivi b’enfasi fuq il-proprjetà immobbli, l-enerġija rinnovabbli, l-infrastruttura u l-ekwità privata. |
|
— |
Il-mira, li bħalissa hija unità tan-negozju ta’ Johnson Controls, hija involuta fin-negozju ta’ prodotti ta’ ħażna ta’ enerġija b’vultaġġ baxx li jużaw teknoloġiji ta’ aċidu taċ-ċomb u l-jone tal-litju, primarjament għall-użu ma’ vetturi tal-passiġġieri, trakkijiet u applikazzjonijiet mekkaniċi oħrajn. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9224 — Brookfield Asset Management/Johnson Controls Power Solutions Business
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
30.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/16 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9269 — ENGIE/BPCE/ENGIE PV Curbans)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 37/06)
1.
Fl-24 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Engie S.A. (“Engie”, Franza), |
|
— |
Mirova Eurofidemare 4 (Franza), li tappartjeni għall-Banque Populaire Caisse d’Epargne Group (“BPCE”, Franza), |
|
— |
ENGIE PV Cebans (“Il-Mira”, Franza). |
Engie u BPCE jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Mira kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Engie hija kumpanija industrijali attiva fl-oqsma tal-gass, l-elettriku u s-servizzi tal-enerġija. Hija attiva tul il-katina tal-valur tal-enerġija kollha kemm hi. |
|
— |
Il-BPCE hija istituzzjoni finanzjarja Franċiża attiva prinċipalment fis-servizzi finanzjarji u fis-servizzi bankarji. |
|
— |
Il-Mira għandha impjant fotovoltajku u hija attiva fil-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriċità fi Franza. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9269 — ENGIE/BPCE/ENGIE PV Curbans
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
30.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/17 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9246 — Daikin Industries/Cool International Holding)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 37/07)
1.
Fis-16 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Daikin Europe N.V. (il-Belġju), ikkontrollata minn Daikin Industries, Ltd (il-Ġappun), |
|
— |
Cool International Holding GmbH (l-Awstrija). |
Daikin Europe N.V. takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Cool International Holding GmbH.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Daikin Europe N.V. timmanifattura u tforni t-tagħmir tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata, inklużi pompi tas-sħana u tagħmir tar-refriġerazzjoni, |
|
— |
Cool International Holding GmbH timmanifattura, permezz tas-sussidjarji tagħha li jiffurmaw l-AHT Group, plug-in display cases għall-manifatturi tal-ikel u l-bejjiegħa tal-ikel. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9246 — Daikin Industries/Cool International Holding
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).