ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 35

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
28ta' Jannar 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 35/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2019/C 35/02

Kawża C-600/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Novemrbu 2018 – National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Annullament ta’ elenkar mill-Qorti Ġenerali — Elenkar mill-ġdid — Provi li d-data tagħhom hija preċedenti għad-data tal-ewwel elenkar — Fatti magħrufa qabel l-ewwel elenkar — Awtorità ta’ res judicata — Portata — Ċertezza legali — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Raġuni ta’ elenkar relatata mal-appoġġ loġistiku lill-Gvern tal-Iran — Portata — Attività ta’ trasport taż-żejt mhux maħdum)

2

2019/C 35/03

Kawża C-248/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Novembru 2018 – Bank Tejarat vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Annullament ta’ inklużjoni mill-Qorti Ġenerali — Inklużjoni mill-ġdid — Raġuni għall-inklużjoni relatata mal-appoġġ finanzjarju mogħti lill-Gvern Iranjan u mal-involviment fl-akkwist ta’ beni u ta’ teknoloġiji pprojbiti — Portata — Finanzjament ta’ proġetti fis-settur taż-żejt u tal-gass — Provi li jmorru lura għal data preċedenti għall-ewwel inklużjoni — Fatti magħrufa qabel l-ewwel inklużjoni — Artikolu 266 TFUE — Awtorità ta’ res judicata — Portata — Protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

3

2019/C 35/04

Kawżi magħquda C-262/17, C-263/17 u C-273/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Novembru 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – l-Italja) – Solvay Chimica Italia SpA et (C-262/17), Whirlpool Europe Srl et (C-263/17), Sol Gas Primari Srl (C-273/17) vs Autorità per l’energia elettrica, il gas e il sistema idrico (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Suq intern tal-elettriku — Direttiva 2009/72/KE — Sistemi ta’ distribuzzjoni — Artikolu 28 — Sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa — Kunċett — Eżenzjonijiet — Limiti — Artikolu 32(1) — Aċċess għal terzi — Artikolu 15(7) u Artikolu 37(6)(b) — Tariffi dovuti għal servizzi ta’ dispaċċ)

3

2019/C 35/05

Kawża C-264/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Münster – il-Ġermanja) – Harry Mensing vs Finanzamt Hamm (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 314 — Artikolu 316 — Artikolu 322 — Skemi speċjali applikabbli fil-qasam tax-xogħlijiet tal-arti — Skema ta’ marġni ta’ profitt — Rivendituri taxxabbli — Kunsinna ta’ xogħlijiet tal-arti mill-awtur jew mis-suċċessuri tiegħu fit-titolu — Tranżazzjonijiet intra-Komunitarji — Rifjut tal-awtoritajiet fiskali nazzjonali li jagħtu lil persuna taxxabbli l-benefiċċju tad-dritt li tagħżel l-applikazzjoni tal-iskema tal-marġni ta’ profitt — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni — Dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet)

4

2019/C 35/06

Kawża C-328/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale della Liguria – l-Italja) – Amt Azienda Trasporti e Mobilità SpA et vs Atpl Liguria – Agenzia regionale per il trasporto pubblico locale SpA, Regione Liguria (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Proċeduri ta’ reviżjoni — Direttiva 89/665/KEE — Artikolu 1(3) — Direttiva 92/13/KEE — Artikolu 1(3) — Dritt għal reviżjoni suġġett għall-kundizzjoni li offerta tkun ġiet sottomessa fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt)

5

2019/C 35/07

Kawża C-340/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-29 ta’ Novembru 2018 – Alcohol Countermeasure Systems (International) Inc. vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Dikjarazzjoni ta’ invalidità abbażi ta’ trade mark preċedenti tar-Renju Unit — Użu ġenwin — Prova — Effetti tal-proċedura ta’ rtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fuq il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata — Assenza)

6

2019/C 35/08

Kawża C-506/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Novembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Rimi ta’ skart f’landfills — Direttiva 1999/31/KE — Artikolu 14(b) u (c) — Awtorizzazzjoni għal operat — Għeluq ta’ siti mhux awtorizzati — Awtorizzazzjoni tax-xogħlijiet neċessarji abbażi tal-pjan ta’ organizzazzjoni tas-sit approvat — Iffissar ta’ perijodu tranżitorju għall-implimentazzjoni tal-pjan)

6

2019/C 35/09

Kawża C-548/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Goslar vs baumgarten sports & more GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Tassazzjoni tal-aġenziji ta’ plejers tal-futbol professjonali — Pagament skedat u suġġett għal kundizzjoni — Fatt taxxabbli, eżiġibbiltà u rkupru tat-taxxa)

7

2019/C 35/10

Kawża C-654/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Ottubru 2018 – Interseroh Dienstleistungsgesellschaft mbH vs SAA Sonderabfallagentur Baden-Württemberg GmbH

8

2019/C 35/11

Kawża C-659/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Instrucción de Badalona (Spanja) fit-22 ta’ Ottubru 2018 – Proċeduri kriminali kontra VW

9

2019/C 35/12

Kawża C-681/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Brescia (l-Italja) fil-31 ta’ Ottubru 2018 – JH vs KG

9

2019/C 35/13

Kawża C-686/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-5 ta’ Novemrbu 2018 – OC et vs Banca d’Italia et

10

2019/C 35/14

Kawża C-706/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (il-Belġju) fl-14 ta’ Novembru 2018 – X vs Belgische Staat

11

2019/C 35/15

Kawża C-717/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Beroep te Gent (il-Belġju) fil-15 ta’ Novembru 2018 – Procureur-generaal, parti oħra: X

12

2019/C 35/16

Kawża C-724/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-21 ta’ Novembru 2018 – Cali Apartments SCI vs Procureur général près la cour d’appel de Paris, Ville de Paris

12

2019/C 35/17

Kawża C-727/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-22 ta’ Novembru 2018 – HX vs Procureur général près la cour d’appel de Paris, Ville de Paris

13

2019/C 35/18

Kawża C-737/18 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2018 mir-Repubblika Portugiża mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-26 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-436/16, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

14

2019/C 35/19

Kawża C-738/18 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2018 minn Duferco Long Products SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-18 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-93/17, Duferco Long Products vs Il-Kummissjoni

15

 

Il-Qorti Ġenerali

2019/C 35/20

Kawża T-545/11 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2018 – Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti li jirrigwardaw l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tas-sustanza attiva glifosat — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz — Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 — Interess pubbliku superjuri — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 — Direttiva 91/414/KEE)

17

2019/C 35/21

Kawża T-508/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni (FAEGG, FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Infiq imġarrab mil-Litwanja — Għajnuna għall-irtirar kmieni — Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 — Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 — Kunċett ta’ eżerċizzju ta’ attività agrikola kummerċjali — Rabta mal-kunċett ta’ rziezet ta’ semi sussistenza)

18

2019/C 35/22

Kawża T-587/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2018 – HM vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15 — Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni fl-eżamijiet ta’ evalwazzjoni — Talba għal eżami mill-ġdid — Rifjut li tittrażmetti din it-talba lill-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali għal raġuni ta’ tardività — Tqassim tal-kompetenzi bejn l-EPSO u l-Bord tal-Għażla)

18

2019/C 35/23

Kawża T-603/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – Brahma vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Servizz pubbliku — Uffiċjali bi prova — Perijodu ta’ prova — Estensjoni tat-tul tal-perijodu ta’ prova — Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova — Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal — Użu ħażin ta’ poter — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 25(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Dritt għal smigħ — Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Responsabbiltà — Rekwiżiti formali — Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment — Ammissibbiltà — Dannu materjali — Dannu morali — Rabta kawżali)

19

2019/C 35/24

Kawża T-82/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2018 – PepsiCo vs EUIPO – Intersnack Group (Exxtra Deep) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Exxtra Deep — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

20

2019/C 35/25

Kawża T-296/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – Buck-Chemie vs EUIPO – Henkel (Sistema ta’ tindif għat-tojlit) (Disinni Komunitarji — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta sistema ta’ tindif għat-tojlit — Raġuni għal invalidità — Karattru individwali — Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

21

2019/C 35/26

Kawża T-339/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2018 – Shenzhen Jiayz Photo Industrial vs EUIPO – Seven (SEVENOAK) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SEVENOAK — Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti 7seven — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

21

2019/C 35/27

Kawża T-424/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 22 ta’ Novembru 2018 – Fruit of the Loom vs EUIPO (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FRUIT — Użu ġenwin tat-trade mark — Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Awtorità ta’ res judicata — Artikolu 65(6) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 72(6) tar-Regolament 2017/1001))

22

2019/C 35/28

Kawża T-460/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2018 – Bopp vs EUIPO (Rappreżentanza ta’ ottagonu ekwilaterali) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta qafas ottagonali blu — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 7(1)(b) u l-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001))

23

2019/C 35/29

Kawża T-677/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2018 – Galletas Gullón vs EUIPO – Intercontinental Great Brands (gullón TWINS COOKIE SANDWICH)

23

2019/C 35/30

Kawża T-684/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2018 – ZV vs Il-Kummissjoni

24

2019/C 35/31

Kawża T-690/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2018 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Vieta Audio (Vita)

25

2019/C 35/32

Kawża T-691/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2018 – KPN vs Il-Kummissjoni

25

2019/C 35/33

Kawża T-692/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2018 – Montanari vs SEAE

27

2019/C 35/34

Kawża T-693/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2018 – ZY vs Il-Kummissjoni

28

2019/C 35/35

Kawża T-694/18: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2018 – DEI vs Il-Kummissjoni

29

2019/C 35/36

Kawża T-696/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2018 – C.R.D.O.P Jamón de Teruel/Paleta de Teruel vs EUIPO – Airesano Foods (AIRESANO BLACK El ibérico de Teruel)

30

2019/C 35/37

Kawża T-704/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2018 – Wacker Chemie vs Il-Kummissjoni

30

2019/C 35/38

Kawża T-705/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2018 – Air Liquide Industriegase vs Il-Kummissjoni

31

2019/C 35/39

Kawża T-706/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2018 – Air Liquide Deutschland vs Il-Kummissjoni

32

2019/C 35/40

Kawża T-711/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2018 – Wyld vs EUIPO – Kaufland Warenhandel (wyld)

32


 

Rettifika

2019/C 35/41

Rettifika tal-Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali dwar il-Kawża T–603/18 ( ĠU C 436, 3.12.2018 )

34


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 35/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 25, 21.1.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 16, 14.1.2019

ĠU C 4, 7.1.2019

ĠU C 455, 17.12.2018

ĠU C 445, 10.12.2018

ĠU C 436, 3.12.2018

ĠU C 427, 26.11.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Novemrbu 2018 – National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-600/16 P) (1)

((Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Annullament ta’ elenkar mill-Qorti Ġenerali - Elenkar mill-ġdid - Provi li d-data tagħhom hija preċedenti għad-data tal-ewwel elenkar - Fatti magħrufa qabel l-ewwel elenkar - Awtorità ta’ res judicata - Portata - Ċertezza legali - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Raġuni ta’ elenkar relatata mal-appoġġ loġistiku lill-Gvern tal-Iran - Portata - Attività ta’ trasport taż-żejt mhux maħdum))

(2019/C 35/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: National Iranian Tanker Company (rappreżentanti: T. de la Mare, QC, M. Lester, QC, M. J. Pobjoy, barrister u R. Chandrasekera, S. Ashley u C. Murphy, solicitors)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Bishop, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

National Iranian Tanker Company hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 30, 30.01.2017.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Novembru 2018 – Bank Tejarat vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-248/17 P) (1)

((Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Annullament ta’ inklużjoni mill-Qorti Ġenerali - Inklużjoni mill-ġdid - Raġuni għall-inklużjoni relatata mal-appoġġ finanzjarju mogħti lill-Gvern Iranjan u mal-involviment fl-akkwist ta’ beni u ta’ teknoloġiji pprojbiti - Portata - Finanzjament ta’ proġetti fis-settur taż-żejt u tal-gass - Provi li jmorru lura għal data preċedenti għall-ewwel inklużjoni - Fatti magħrufa qabel l-ewwel inklużjoni - Artikolu 266 TFUE - Awtorità ta’ res judicata - Portata - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva))

(2019/C 35/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Bank Tejarat (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy u A. Meskarian, Solicitors, M. Brindle QC, T. Otty QC, R. Blakeley, Barrister)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Kneale u M. Bishop, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Bank Tejarat hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 249, 31.7.2017.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Novembru 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – l-Italja) – Solvay Chimica Italia SpA et (C-262/17), Whirlpool Europe Srl et (C-263/17), Sol Gas Primari Srl (C-273/17) vs Autorità per l’energia elettrica, il gas e il sistema idrico

(Kawżi magħquda C-262/17, C-263/17 u C-273/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq intern tal-elettriku - Direttiva 2009/72/KE - Sistemi ta’ distribuzzjoni - Artikolu 28 - Sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa - Kunċett - Eżenzjonijiet - Limiti - Artikolu 32(1) - Aċċess għal terzi - Artikolu 15(7) u Artikolu 37(6)(b) - Tariffi dovuti għal servizzi ta’ dispaċċ))

(2019/C 35/04)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Solvay Chimica Italia SpA, Solvay Specialty Polymers Italy SpA, Solvay Chimica Bussi SpA, Ferrari f.lli Lunelli SpA, Fenice – Qualità Per L’ambiente SpA, Erg Power Srl, Erg Power Generation SpA, Eni SpA, Enipower SpA (C-262/17), Whirlpool Europe Srl, Fenice – Qualità Per L’ambiente SpA, FCA Italy SpA, FCA Group Purchasing Srl, FCA Melfi SpA, Barilla G. e R. Fratelli SpA, Versalis SpA (C-263/17), Sol Gas Primari Srl (C-273/17)

Konvenuta: Autorità per l'energia elettrica, il gas e il sistema idrico

fil-preżenza ta’: Nuova Solmine SpA, American Husky III, Inovyn Produzione Italia SpA, Sasol Italy SpA, Radici Chimica SpA, La Vecchia Soc. cons. arl, Zignago Power Srl, Santa Margherita e Kettmeir e Cantine Torresella SpA, Zignago Vetro SpA, Chemisol Italia Srl, Vinavil SpA, Italgen SpA, Arkema Srl, Yara Italia SpA, Ineos Manufacturing Italia SpA, ENEL Distribuzione SpA, Terna SpA, CSEA – Cassa per i servizi energetici e ambientali, Ministero dello Sviluppo economico (C-262/17), Terna SpA, CSEA – Cassa per i servizi energetici e ambientali, Ministero dello Sviluppo economico, ENEL Distribuzione SpA (C-263/17), Terna SpA, Ministero dello Sviluppo economico (C-273/17)

Dispożittiv

1)

Il-punt 5 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li sistemi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, stabbiliti għall-finijiet ta’ awtokonsum qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u li huma operati minn entità privata, li magħhom ikunu marbuta numru limitat ta’ unitajiet ta’ produzzjoni u ta’ konsum, u li min-naħa tagħhom huma konnessi man-netwerk pubbliku, jikkostitwixxu sistemi ta’ distribuzzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva.

2)

L-Artikolu 28 tad-Direttiva 2009/72 għandu jiġi interpretat fis-sens li sistemi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ġew ikklassifikati minn Stat Membru bħala sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa, fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, jistgħu, f’din il-kapaċità, jiġu biss eżentati mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu, bla ħsara għall-fatt li dawn is-sistemi jkunu, barra minn hekk, eliġibbli għal eżenzjonijiet oħra previsti minn din id-direttiva, b’mod partikolari, dik stabbilita fl-Artikolu 26(4) tagħha, jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fih, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. Fi kwalunkwe każ, dan l-Istat Membru ma jistax jinkludi l-imsemmija sistemi f’kategorija separata ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni bil-għan li dawn jingħataw eżenzjonijiet mhux previsti mill-imsemmija direttiva.

3)

L-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2009/72 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li s-sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa, fis-sens tal-Artikolu 28(1) ta’ din id-direttiva, ma humiex suġġetti għall-obbligu ta’ aċċess għal terzi, iżda għandhom biss jipprovdu aċċess lil terzi li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ utenti li jistgħu jiġu konnessi ma’ dawn is-sistemi, li l-utenti tagħhom għandhom dritt ta’ aċċess għan-netwerk pubbliku.

4)

L-Artikolu 15(7) u l-Artikolu 37(6)(b) tad-Direttiva 2009/72 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-assenza ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva, dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li t-tariffi dovuti għas-servizz ta’ dispaċċ mill-utenti ta’ sistema ta’ distribuzzjoni magħluqa jiġu kkalkolati abbażi tal-elettriku skambjat ma’ din is-sistema minn kull utent tagħha permezz tal-punt ta’ konnessjoni tiegħu mal-imsemmija sistema, jekk jirriżulta, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, li l-utenti ta’ sistema ta’ distribuzzjoni magħluqa ma jkunux jinsabu fl-istess sitwazzjoni bħall-utenti l-oħra tan-netwerk pubbliku u li l-fornitur tas-servizz ta’ dispaċċ tan-netwerk pubbliku jsostni spejjeż limitati fir-rigward ta’ dawn l-utenti ta’ sistema ta’ distribuzzjoni magħluqa.


(1)  ĠU C 309, 18.09.2017


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Münster – il-Ġermanja) – Harry Mensing vs Finanzamt Hamm

(Kawża C-264/17) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 314 - Artikolu 316 - Artikolu 322 - Skemi speċjali applikabbli fil-qasam tax-xogħlijiet tal-arti - Skema ta’ marġni ta’ profitt - Rivendituri taxxabbli - Kunsinna ta’ xogħlijiet tal-arti mill-awtur jew mis-suċċessuri tiegħu fit-titolu - Tranżazzjonijiet intra-Komunitarji - Rifjut tal-awtoritajiet fiskali nazzjonali li jagħtu lil persuna taxxabbli l-benefiċċju tad-dritt li tagħżel l-applikazzjoni tal-iskema tal-marġni ta’ profitt - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni - Dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet”))

(2019/C 35/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Münster

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Harry Mensing

Konvenuta: Finanzamt Hamm

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 316(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li rivenditur taxxabbli jista’ jagħżel l-applikazzjoni tal-iskema tal-marġni ta’ profitt għal kunsinna ta’ xogħlijiet tal-arti li jkunu ġew ikkunsinjati lilu upstream, fil-kuntest ta’ kunsinna intra-Komunitarju eżentata, mill-awtur jew mis-suċċessuri tiegħu fit-titolu, minkejja li dawn ma jaqgħux taħt il-kategoriji ta’ persuni elenkati fl-Artikolu 314 ta’ din id-direttiva.

2)

Rivenditur taxxabbli ma jistax fl-istess waqt jagħżel l-applikazzjoni tal-iskema tal-marġni ta’ profitt prevista fl-Artikolu 316(1)(b) tad-Direttiva 2006/112 għal kunsinna ta’ xogħlijiet tal-arti magħmula lilu upstream fil-kuntest ta’ kunsinna intra-Komunitarja eżentata u jinvoka dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud imħallsa fis-sitwazzjonijiet fejn tali dritt huwa eskluż skont l-Artikolu 322(b) ta’ din id-direttiva, jekk din id-dispożizzjoni msemmija l-aħħar ma ġietx trasposta fid-dritt nazzjonali.


(1)  ĠU C 283, 28.8.2017.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale della Liguria – l-Italja) – Amt Azienda Trasporti e Mobilità SpA et vs Atpl Liguria – Agenzia regionale per il trasporto pubblico locale SpA, Regione Liguria

(Kawża C-328/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Proċeduri ta’ reviżjoni - Direttiva 89/665/KEE - Artikolu 1(3) - Direttiva 92/13/KEE - Artikolu 1(3) - Dritt għal reviżjoni suġġett għall-kundizzjoni li offerta tkun ġiet sottomessa fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt))

(2019/C 35/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale della Liguria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Amt Azienda Trasporti e Mobilità SpA, Atc Esercizio SpA, Atp Esercizio Srl, Riviera Trasporti SpA, Tpl Linea Srl

Konvenuti: Atpl Liguria – Agenzia regionale per il trasporto pubblico locale SpA, Regione Liguria

Dispożittiv

Kemm l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvista u għal xogħlijiet], kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007, kif ukoll l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, kif emendata bid-Direttiva 2007/66, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tippermettix lil operaturi ekonomiċi jippreżentaw rikors kontra d-deċiżjonijiet tal-awtorità kontraenti dwar proċedura ta’ sejħa għal offerti li fiha huma ddeċidew li ma jipparteċipawx minħabba li b’riżultat tal-leġiżlazzjoni applikabbli għal din il-proċedura l-għoti tal-kuntratt pubbliku favurihom kien ikun improbabbli ħafna.

Madankollu, hija l-qorti nazzjonali kompetenti li għandha tevalwa fid-dettall, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha rilevanti li jikkaratterizzaw il-kuntest li fih tidħol il-kawża quddiemha, jekk l-applikazzjoni konkreta ta’ din il-leġiżlazzjoni tistax taffettwa d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati.


(1)  ĠU C 309, 18.9.2017


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-29 ta’ Novembru 2018 – Alcohol Countermeasure Systems (International) Inc. vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-340/17 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Dikjarazzjoni ta’ invalidità abbażi ta’ trade mark preċedenti tar-Renju Unit - Użu ġenwin - Prova - Effetti tal-proċedura ta’ rtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fuq il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata - Assenza))

(2019/C 35/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Alcohol Countermeasure Systems (International) Inc. (rappreżentanti: E. Baud u P. Marchiset, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Botis u S. Hanne, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-appellat: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Brodie u Z. Lavery, aġenti, assistiti minn N. Saunders, barrister)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Alcohol Countermeasure Systems (International) Inc. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Novembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-506/17) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Rimi ta’ skart f’landfills - Direttiva 1999/31/KE - Artikolu 14(b) u (c) - Awtorizzazzjoni għal operat - Għeluq ta’ siti mhux awtorizzati - Awtorizzazzjoni tax-xogħlijiet neċessarji abbażi tal-pjan ta’ organizzazzjoni tas-sit approvat - Iffissar ta’ perijodu tranżitorju għall-implimentazzjoni tal-pjan))

(2019/C 35/08)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn E. Sanfrutos Cano u M. M. Žebre, sussegwentement minn E. Sanfrutos Cano, B. Rous Demiri u F. Thiran u, finalment, minn E. Sanfrutos Cano u B. Rous Demiri, F. Thiran u C. Hermes, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: J. Morela u N. Pintar Gosenca, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħaditx il-miżuri meħtieġa:

sabiex jingħalqu, l-iktar tard fis-16 ta’ Lulju 2009, konformement mal-Artikolu 7(g) u mal-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma, il-landfills ta’ Dragonja, Dvori, Rakek-Pretržje, Bukovžlak-Cinkarna, Suhadole, Lokovica, Mislinjska Dobrava, Izola, Mozelj, Dolga Poljana, Dolga vas, Jelšane, Volče, Stara gora, Stara vas, Dogoše, Mala gora, Tuncovec-Steklarna, Tuncovec-OKP u Bočna-Podhom, li ma kisbux, konformement mal-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, l-awtorizzazzjoni sabiex ikomplu jiffunzjonaw, u

sabiex, l-iktar tard fis-16 ta’ Lulju 2009, il-landfill ta’ Ostri vrh titqiegħed f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/31, bl-eċċezzjoni ta’ dawk stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness I tagħha,

ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont, rispettivament, l-Artikolu 14(b) u l-Artikolu 14(c) tad-Direttiva 1999/31.

2)

Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 357, 23.10.2017.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Goslar vs baumgarten sports & more GmbH

(Kawża C-548/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Tassazzjoni tal-aġenziji ta’ plejers tal-futbol professjonali - Pagament skedat u suġġett għal kundizzjoni - Fatt taxxabbli, eżiġibbiltà u rkupru tat-taxxa))

(2019/C 35/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Goslar

Konvenuta: baumgarten sports & more GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 63 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-Artikolu 64(1) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-fatt taxxabbli u l-eżiġibbiltà tat-taxxa marbuta ma’ provvista ta’ servizzi ta’ tqegħid ta’ plejers tal-futbol professjonali minn aġent, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li hija s-suġġett ta’ pagamenti skedati u kundizzjonati fuq diversi snin wara t-tqegħid, jitqiesu li jseħħu fid-data ta’ dan tal-aħħar.


(1)  ĠU C 437, 18.12.2017.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Ottubru 2018 – Interseroh Dienstleistungsgesellschaft mbH vs SAA Sonderabfallagentur Baden-Württemberg GmbH

(Kawża C-654/18)

(2019/C 35/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Interseroh Dienstleistungsgesellschaft mbH

Konvenuta: SAA Sonderabfallagentur Baden-Württemberg GmbH

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (1)

li jipprevedi li l-vjaġġi tal-iskart segwenti intiż għall-irkupru huma suġġetti għar-rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 18, sakemm il-kwantità ta’ skart ittrasferit teċċedi l-20 kilogramma:

a)

l-iskart elenkat fl-Anness III jew III B;

b)

it-taħlit ta’ skart, li ma huwiex ikklassifikat f’entrata waħda fl-Anness III, ta’ mill-inqas żewġ tipi ta’ skart elenkati fl-Anness III, sa fejn il-kompożizzjoni ta’ dan it-taħlit ma tipprekludix l-irkupru tagħhom skont ir-rispett tal-ambjent, u sa fejn dan it-taħlit huwa elenkat fl-Anness III A, skont l-Artikolu 58;

għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taħlit ta’ skart tal-karta, tal-kartun u ta’ prodotti tal-karta, kompost b’tali mod li kull tip ta’ skart meqjus individwalment jaqa’ taħt l-ewwel tliet inċiżi tal-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel, u jinkludi minn tal-inqas 10 % ta’ impuritajiet, jaqa’ taħt l-entrata B3020 tal-Konvenzjoni ta’ Basel u għalhekk huwa suġġett għar-rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 18 u mhux għall-obbligu ta’ notifika msemmi fl-Artikolu 4?

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 1 tkun fin-negattiv:

2)

L-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006

li jipprevedi li l-vjaġġi tal-iskart segwenti intiż għall-irkupru huma suġġetti għar-rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 18, sakemm il-kwantità ta’ skart ittrasferit teċċedi l-20 kilogramma:

a)

l-iskart elenkat fl-Anness III jew III B;

b)

it-taħlit ta’ skart, li ma huwiex ikklassifikat f’entrata waħda fl-Anness III, ta’ mill-inqas żewġ tipi ta’ skart elenkati fl-Anness III, sa fejn il-kompożizzjoni ta’ dan it-taħlit ma tipprekludix l-irkupru tagħhom skont ir-rispett tal-ambjent, u sa fejn dan it-taħlit huwa elenkat fl-Anness III A, skont l-Artikolu 58;

għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taħlit ta’ skart tal-karta, tal-kartun u ta’ prodotti tal-karta, kompost b’tali mod li kull tip ta’ skart meqjus individwalment jaqa’ taħt l-ewwel tliet inċiżi tal-entrata B3020 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel, u jinkludi minn tal-inqas 10 % ta’ impuritajiet, ma għandux jiġi kklassifikat taħt il-punt 3(g) tal-Anness III A u għalhekk ma huwiex suġġett għar-rekwiżiti ġenerali fil-qasam tal-informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 18, iżda għall-obbligu ta’ notifika msemmi fl-Artikolu 4?


(1)  Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU 2006, L 190, p. 1 (rettifiki fil-ĠU 2013, L 344, p. 46 u fil-ĠU 2015, L 277, p. 61).


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Instrucción de Badalona (Spanja) fit-22 ta’ Ottubru 2018 – Proċeduri kriminali kontra VW

(Kawża C-659/18)

(2019/C 35/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Instrucción de Badalona

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

VW

Domanda preliminari

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2013/48/UE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt għas-servizzi ta’ avukat jista’ jiġi ttardjat b’mod ġustifikat jekk il-persuna ssuspettata jew akkużata ma tidhirx għall-ewwel taħrika tal-qorti u fejn ikun inħareġ mandat ta’ arrest nazzjonali, Ewropew jew internazzjonali, fejn is-servizzi ta’ avukat u l-intervent tiegħu fil-proċeduri jiġu ttardjati sakemm jiġi eżegwit il-mandat u l-pulizija tressaq lill-persuna ssuspettata quddiem il-qorti?


(1)  Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU 2013, L 249, p. 1)


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Brescia (l-Italja) fil-31 ta’ Ottubru 2018 – JH vs KG

(Kawża C-681/18)

(2019/C 35/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Brescia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JH

Konvenut: KG

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2008/104/KE tad-19 ta’ Novembru 2008 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 276/2003, kif emendat bid-Digriet Liġi Nru 34/2014, li (a) ma jipprevedix limiti għall-assenjazzjonijiet suċċessivi tal-istess ħaddiem mal-istess impriża utenti; (b) ma jissuġġettax il-leġittimità tal-użu ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema, minn aġenzija tax-xogħol, għal żmien determinat għall-obbligu li jiġu indikati r-raġunijiet ta’ natura teknika, ta’ produttività, ta’ organizzazzjoni jew ta’ sostituzzjoni tal-użu tat-tqegħid għad-dispożizzjoni nnifsu; (c) ma jipprevedix ir-rekwiżit li l-ħtieġa ta’ produttività rispettiva tal-impriża utenti għandha tkun temporanja bħala kundizzjoni għall-użu leġittimu ta’ tali forma ta’ kuntratt ta’ xogħol?


(1)  Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzij (ĠU 2008, L 327, p. 9)


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-5 ta’ Novemrbu 2018 – OC et vs Banca d’Italia et

(Kawża C-686/18)

(2019/C 35/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OC et, Adusbef, Federconsumatori, PB et, QA et.

Konvenuti: Banca d’Italia, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’economia e delle finanze

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 575/2013[, dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment] (1), l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Delega Nru 241/2014 (2), l-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’riferiment għall-Artikolu 6(4) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 (3), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik introdotta permezz tal-Artikolu 1 tad-Digriet-Liġi Nru 3/2015, maqlub f’liġi, b’emendi, permezz tal-Liġi Nru 33/2015 (u fil-preżent anki l-Artikolu 1(15) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 72/2015, li ssostitwixxa l-Artkolu 28(2-ter), [Test Uniku Bankarju], li essenzjalment jirriproduċi t-test tal-Artikolu 1(1)(a) tad-Digriet-Liġi Nru 3/2015, kif meqlub f’liġi, b’emendi mhux rilevanti f’dan il-każ), li timponi limitu ta’ attiv li lil hinn minnu l-bank popolari huwa obbligat li jittrasforma ruħu f’kumpannija b’responsabbiltà limitata, filwaqt li tiffissa dan il-limitu għal 8 biljuni ta’ attiv? Barra minn hekk, l-imsemmija parametri tad-dritt tal-Unjoni jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ trasformazzjoni tal-bank popolari f’kumpannija b’responsabbiltà limitata, tippermetti lill-istituzzjoni tiddifferrixxi jew tillimita, anki għal żmien indeterminat, ir-rimbors tal-azzjonijiet tas-soċju li jirtira?

2)

L-Artikoli 3 u 63 et seq. TFUE dwar il-kompetizzjoni fis-suq intern u l-moviment liberu tal-kapital, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik introdotta permezz tal-Artikolu 1 tad-Digriet Liġi Nru 3/2015 maqlub f’liġi, b’emendi, permezz tal-Liġi Nru 33/2015, li tillimita l-eżerċizzju tal-attività bankarja fil-forma ta’ kooperattiva sa limitu determinat ta’ attiv, billi tobbliga lill-istituzzjoni tittrasforma ruħha f’kumpannija b’responsabbiltà limitata fil-każ li dan il-limitu jinqabeż?

3)

L-Artikoli 107 et seq. TFUE dwar l-għajnuna mill-Istat, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik introdotta permezz tal-Artikolu 1 tad-Digriet Liġi Nru 3/2015 maqlub f’liġi, b’emendi, permezz tal-Liġi Nru 33/2015, (u fil-preżent anki l-Artikolu 1(15) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 72/2015, li ssostitwixxa l-Artkolu 28(2-ter), [Test Uniku Bankarju], li essenzjalment jirriproduċi t-test tal-Artikolu 1(1)(a) tad-Digriet-Liġi Nru 3/2015, kif meqlub f’liġi, b’emendi mhux rilevanti f’dan il-każ), li timponi t-trasformazzjoni tal-bank popolari f’kumpannija b’responsabbiltà limitata fil-każ li jinqabeż ċertu limitu ta’ attiv (stabbilit għal 8 biljuni), filwaqt li tipprevedi restrizzjonijiet fuq ir-rimbors tal-ishma tas-soċju fil-każ ta’ rtirar, sabiex tiġi evitata l-likwidazzjoni possibbli tal-bank ittrasformat?

4)

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tal-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Delega UE Nru 241/2014, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik prevista mill-Artikolu 1 tad-Digriet Liġi Nru 3/2015 maqlub f’liġi, b’emendi, permezz tal-Liġi Nru 33/2015, hekk kif interpretata mill-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali, l-Italja) fis-sentenza tagħha Nru 99/2018, li tippermetti lill-bank popolari jiddifferixxi r-rimbors għal perijodu illimitat u jillimita kompletament jew parzjalment l-ammont?

5)

Fil-każ li, fl-interpretazzjoni tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonkludi li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni hija kompatibbli mal-interpretazzjoni prevista mill-kontropartijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tevalwa l-konformità mad-dritt Ewropew tal-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 541/2014, fid-dawl tal-Artikolu 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (li jipprevedi: “[k]ull persuna għandha d-dritt li tgawdi mill-proprjetà tal-beni tagħha li tkun akkwistat legalment, li tużahom, li tiddisponi minnhom u li tħallihom bħala wirt. L-ebda persuna ma tista’ tiġi mċaħħda mill-proprjetà tagħha, ħlief fl-interess pubbliku u fil-każijiet u skond il-kondizzjonijiet previsti mil-liġi, bi ħlas ta’ kumpens xieraq fi żmien utli għal dak li tkun tilfet. L-użu tal-proprjetà jista’ jiġi rregolat bil-liġi safejn ikun meħtieġ għall-interess pubbliku”, integrat, anki fid-dawl tal-Artikolu 52(3) tal-istess Karta (li jipprevedi: “[s]afejn din il-Karta fiha drittijiet li jikkorrispondu għal drittijiet iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, it-tifsira u l-ambitu ta’ dawk id-drittijiet għandhom ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti mill-Konvenzjoni msemmija. Din id-dispożizzjoni ma żżommx lil-liġi ta’ l-Unjoni milli jipprevedi protezzjoni aktar estensiva”) u tal-ġurisprudenza tal-KEDB dwar l-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali għall-KEDB.


(1)  Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1 u rettifiki fil-ĠU 2017, L 20, p. 2, fil-ĠU 2013, L 321, p. 6 u fil-ĠU 2013, L 208, p. 68).

(2)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU 2014, L 74, p. 8).

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (il-Belġju) fl-14 ta’ Novembru 2018 – X vs Belgische Staat

(Kawża C-706/18)

(2019/C 35/14)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad voor Vreemdelingenbetwistingen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X

Konvenut: Belgische Staat

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2003/86/KE (1), fid-dawl tal-Artikolu 3(5) u tal-għan tagħha, jiġifieri l-iffissar tal-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi li l-Artikolu 5(4) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konsegwenza tan-nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit għal dan il-għan tikkonsisti fl-obbligu li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jagħtu ex officio permess ta’ residenza lill-persuna kkonċernata, mingħajr ma qabel jivverifikaw li l-imsemmija persuna fil-fatt tissodisfa r-rekwiżiti sabiex tirrisjedi fil-Belġju konformement mad-dritt tal-Unjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224).


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Beroep te Gent (il-Belġju) fil-15 ta’ Novembru 2018 – Procureur-generaal, parti oħra: X

(Kawża C-717/18)

(2019/C 35/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Beroep te Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Procureur-generaal

Parti oħra fil-proċedura: X

Domandi preliminari

1)

Għall-evalwazzjoni, mill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, tal-livell minimu ta’ piena għal perijodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin impost mill-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI (1), kif traspost fid-dritt Belġjan permezz tal-wet van 19.12.2003 betreffende het Europees aanhoudingsbevel (il-Liġi tad-19 ta’ Diċembru 2003 dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew, iktar ’il quddiem il-“Wet EAB”), din id-dispożizzjoni tippermetti li jsir riferiment għal-liġi kriminali li hija applikabbli fl-Istat Membru emittenti fil-mument li jinħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew?

2)

Għall-evalwazzjoni, mill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, tal-livell minimu ta’ piena għal perijodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin impost mill-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI, kif traspost fid-dritt Belġjan permezz tal-Wet EAB, din id-dispożizzjoni tippermetti li jsir riferiment għal liġi kriminali fis-seħħ fil-mument tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew u li aggravat l-iskala tal-piena b’paragun mal-liġi li kienet applikabbli fl-Istat Membru emittenti fil-mument li fih twettqu r-reati?


(1)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU 2002, L 190, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-21 ta’ Novembru 2018 – Cali Apartments SCI vs Procureur général près la cour d’appel de Paris, Ville de Paris

(Kawża C-724/18)

(2019/C 35/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cali Apartments SCI

Konvenuti: Procureur général près la cour d’appel de Paris, Ville de Paris

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2006/123/KE tat-12 ta’ Diċembru 2006 (1), fid-dawl tad-definizzjoni tas-suġġett u tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha permezz tal-Artikoli 1 u 2 tagħha, tapplika għal kiri bi ħlas, anki għal skop mhux professjonali, b’mod ripetut u għal perijodi qosra ta’ żmien, ta’ proprjetà bl-għamara għal użu residenzjali li ma tikkostitwixxix ir-residenza prinċipali tal-inkwilin, lil klijenti għal żmien qasir, li ma jkollhomx hemm id-domiċilju tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-kunċetti ta’ fornituri u ta’ servizzi?

2)

F’każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda preċedenti, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik prevista bl-Artikolu L.631-7 tal-code de la construction et de l’habitation (il-Kodiċi tal-Bini u tal-Abitazzjoni), tikkostitwixxi skema ta’ awtorizzazzjoni tal-attività msemmija qabel fis-sens tal-Artikoli 9 sa 13 tad-Direttiva 2006/123 tat-12 ta’ Diċembru 2006 jew hija biss rekwiżit suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 14 u 15?

Fil-każ li l-Artikoli 9 sa 13 tad-Direttiva 2006/123/KE tat-12 ta’ Diċembru 2006 japplikaw:

3)

L-Artikolu 9(b) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għan tal-ġlieda kontra n-nuqqas ta’ residenzi għall-kiri jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika miżura nazzjonali li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni, f’ċerti żoni ġeografiċi, il-kiri ta’ proprjetà bl-għamara ddestinata għall-abitazzjoni b’mod ripetut għal perijodi qosra ta’ żmien lil klijenti li ma jkollhomx hemm id-domiċilju tagħhom?

4)

Fl-affermattiv, tali miżura hija proporzjonali għall-għan segwit?

5)

L-Artikolu 10(2)(d) u (e) tad-direttiva jipprekludi miżura nazzjonali li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni l-fatt li proprjetà bl-għamara ddestinata għall-abitazzjoni tinkera “b’mod ripetut”, għal “perijodi qosra ta’ żmien”, lil “klijenti għal żmien qasir li ma jkollhomx hemm id-domiċilju tagħhom”?

6)

L-Artikolu 10(2)(d) sa (g) tad-Direttiva jipprekludi skema ta’ awtorizzazzjoni li tipprevedi li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni għandhom jiġu stabbiliti, b’deċiżjoni tal-kunsill komunali, fid-dawl tal-għanijiet ta’ taħlit soċjali, b’mod partikolari skont il-karatteristiċi tas-swieq tal-proprjetajiet ta’ abitazzjoni u tal-ħtieġa li ma jikbirx in-nuqqas ta’ postijiet ta’ akkomodazzjoni?


(1)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36).


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-22 ta’ Novembru 2018 – HX vs Procureur général près la cour d’appel de Paris, Ville de Paris

(Kawża C-727/18)

(2019/C 35/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: HX

Konvenuti: Procureur général près la cour d’appel de Paris, Ville de Paris

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2006/123/KE tat-12 ta’ Diċembru 2006 (1), fid-dawl tad-definizzjoni tas-suġġett u tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha permezz tal-Artikoli 1 u 2 tagħha, tapplika għal kiri bi ħlas, anki għal skop mhux professjonali, b’mod ripetut u għal perijodi qosra ta’ żmien, ta’ proprjetà bl-għamara għal użu ta’ abitazzjoni li ma tikkostitwixxix ir-residenza prinċipali tal-inkwilin, lil klijenti għal żmien qasir, li ma jkollhomx hemm id-domiċilju tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-kunċetti ta’ fornituri u ta’ servizzi?

2)

F’każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda preċedenti, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik prevista bl-Artikolu L.631-7 tal-code de la construction et de l’habitation (il-Kodiċi tal-Bini u tal-Abitazzjoni), tikkostitwixxi skema ta’ awtorizzazzjoni tal-attività msemmija qabel fis-sens tal-Artikoli 9 sa 13 tad-Direttiva 2006/123 tat-12 ta’ Diċembru 2006 jew hija biss rekwiżit suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 14 u 15?

Fil-każ li l-Artikoli 9 sa 13 tad-Direttiva 2006/123/KE tat-12 ta’ Diċembru 2006 japplikaw:

3)

L-Artikolu 9(b) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għan tal-ġlieda kontra n-nuqqas ta’ residenzi għall-kiri jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika miżura nazzjonali li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni, f’ċerti żoni ġeografiċi, il-kiri ta’ proprjetà bl-għamara ddestinata għall-abitazzjoni b’mod ripetut għal perijodi qosra ta’ żmien lil klijenti li ma jkollhomx hemm id-domiċilju tagħhom?

4)

Fl-affermattiv, tali miżura hija proporzjonali għall-għan segwit?

5)

L-Artikolu 10(2)(d) u (e) tad-direttiva jipprekludi miżura nazzjonali li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni l-fatt li proprjetà bl-għamara ddestinata għall-abitazzjoni tinkera “b’mod ripetut”, għal “perijodi qosra ta’ żmien”, lil “klijenti għal żmien qasir li ma jkollhomx hemm id-domiċilju tagħhom”?

6)

L-Artikolu 10(2)(d) sa (g) tad-Direttiva jipprekludi skema ta’ awtorizzazzjoni li tipprevedi li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni għandhom jiġu stabbiliti, b’deċiżjoni tal-kunsill komunali, fid-dawl tal-għanijiet ta’ taħlit soċjali, b’mod partikolari skont il-karatteristiċi tas-swieq tal-proprjetajiet ta’ abitazzjoni u tal-ħtieġa li ma jikbirx in-nuqqas ta’ postijiet ta’ akkomodazzjoni?


(1)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36).


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/14


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2018 mir-Repubblika Portugiża mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-26 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-436/16, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-737/18 P)

(2019/C 35/18)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, P. Barros da Costa, P. Estêvão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata, sa fejn, permezz ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (KE) C (2016) 3753 (1) tal-20 ta’ Ġunju 2016.

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (KE) C (2016) 3753 tal-20 ta’ Ġunju 2016, inkwantu l-Qorti tal-Ġustizzja tinsab f’kundizzjoni li tikkonstata l-fondatezza tal-argumenti tar-Repubblika Portugiża.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Portugiża ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata u, konsegwentement, li tiġi annullata d-deċiżjoni kkontestata, fuq il-bażi tal-aggravji li ġejjin:

1)

Żball ta’ liġi u ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali – Ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 (2) u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(1)(c) u tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 (3) u kontradizzjoni manifesta li tirriżulta minn żball ta’ liġi, kif deċiż fil-punti 43 u 44 tas-sentenza appellata, sa fejn, billi ddeċidiet li t-tieni motiv tal-Kummissjoni kien infondat, il-Qorti Ġenerali qieset li s-sistema Portugiża ta’ kontroll tal-kundizzjonalità kienet sistema ta’ kontroll effiċjenti, u għaldaqstant, billi kkonkludiet li l-motiv kien infondat u ma annullatx id-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest ta’ liġi u tat deċiżjoni kontradittorja, fejn kisret ukoll il-prinċipju ta’ ċertezza legali.

2)

Żball ta’ liġi, deċiżjoni kontradittorja u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn fil-punt 41 tas-sentenza appellata hija aċċettata d-distinzjoni inekwivoka bejn eleġibbiltà u s-sistema ta’ kundizzjonalità u, fil-punti 46 u 47, tafferma, b’mod kontradittorju, li l-ammont totali tal-għajnuna mħallsa lill-bdiewa għandha tkun suġġetta għal korrezzjoni. Għalhekk, il-punt 43 tas-sentenza appellata kkonkluda, b’mod żbaljat, li r-riskju għall-fond ma jistax ikun limitat għall-kampjun ta’ verifika u żammet il-korrezzjoni finanzjarja tal-Kummissjoni applikata għall-ispiża kollha, liema fatt la huwa adegwat u lanqas neċessarju għall-għan li jrid jintlaħaq, inkwantu, fih innifsu, huwa sproporzjonat. Din l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tikser l-Artikolu 5 TUE, l-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1290/2005 (4) u l-Artikolu 50(1) tar-Regolament Nru 1122/2009, fejn jirriżulta li r-rata ta’ korrezzjoni hija applikabbli biss għall-parti min-nefqa esposta għar-riskju, jiġifieri 1 %. B’dan il-mod, is-sentenza appellata tat lok għal żball manifest ta’ liġi u motivi kontradittorji, bi ksur tal-prinċipji ġenerali u tar-regoli previsti fl-ewwel u s-sitt paragrafi tal-punt 2 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni, AGRI-2005-64043, billi applikathom b’mod żbaljat, u bi ksur ukoll tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni DS/2010/29 REV u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1059 tal-20 ta’ Ġunju 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notifikata bid-dokument C(2016) 3753) (ĠU 2016, L 173, p. 59).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU 2009, L 30, p. 16 u r-rettifika fil-ĠU 2010, L 43, p. 7).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU 2009, L 316, p. 65 u r-rettifika fil-ĠU 2013, L 246, p. 3).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005, L 209, p. 1).


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/15


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2018 minn Duferco Long Products SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-18 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-93/17, Duferco Long Products vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-738/18 P)

(2019/C 35/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Duferco Long Products SA (rappreżentanti: J.-F. Bellis, R. Luff, M. Favart, Q. Declève, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata (T-93/17, EU:T:2018:558);

tannulla l-Artikolu 1(f) u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Jannar 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22926 2013/C (ex 2013/NN, 2011/CP) implimentata mill-Belġju favur Duferco;

tikkundanna lill-konvenuta fl-ewwel istanza għall-ħlas tal-ispejjeż ta’ din il-kawża kif ukoll għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-appell tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi rrifjutat li teżamina żewġ żbalji ta’ kalkolu mwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tan-natura pari passu tas-sitt miżura msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal 20 ta’ Jannar 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22926 2013/C (ex 2013/NN, 2011/CP), kif ukoll fl-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq.

L-appellanti tesponi b’mod iktar partikolari li:

Il-Qorti Ġenerali ma wettqitx stħarriġ ġudizzjarju adegwat tal-mod kif il-Kummissjoni applikat il-kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq;

Il-Qorti Ġenerali jmissha eżaminat, bi prijorità, il-motiv ibbażat fuq żbalji mwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tan-natura pari passu ta’ din is-sitt miżura minflok ipprivileġġjat l-analiżi tad-dokumenti pprovduti mill-Belġju.


Il-Qorti Ġenerali

28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2018 – Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-545/11 RENV) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jirrigwardaw l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tas-sustanza attiva ‘glifosat’ - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001 - Interess pubbliku superjuri - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 - Direttiva 91/414/KEE”))

(2019/C 35/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Greenpeace Nederland (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Kloostra u A. van den Biesen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet, P. Ondrůšek u L. Pignataro-Nolin, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, H. Shev, L. Swedenborg u F. Bergius, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u D. Klebs, aġenti); European Chemical Industry Council (Cefic) (Brussell) u Association européenne pour la protection des cultures (ECPA) (Brussell) (rappreżentanti: I. Antypas u D. Waelbroeck, avukati); CropLife International AISBL (CLI) (Brussell) (rappreżentanti: R. Cana, E. Mullier, avukati, u D. Abrahams, barrister); CropLife America Inc. (Washington, DC, l-Istati Uniti), National Association of Manufacturers of the United States of America (NAM) (Washington) u America Chemistry Council Inc. (ACC) (Washington) (rappreżentanti: inizjalment M. Abenhaïm u K. Nordlander, avukati, sussegwentement K. Nordlander u M. Zdzieborska, solicitor, u fl-aħħar nett K. Nordlander, M. Zdzieborska u Y.-A. Benizri, avukat); u European Crop Care Association (ECCA) (Brussell) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Awwissu 2011, li tirrifjuta li tagħti l-aċċess għall-volum 4 tal-abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni, redatt mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja bħala Stat Membru relatur, tas-sustanza attiva “glifosat”, skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414 tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Stichting Greenpeace Nederland u Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) huma kkundannati għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju tal-Isvezja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 355, 3.12.2011.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-508/15) (1)

((“FAEGG, FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imġarrab mil-Litwanja - Għajnuna għall-irtirar kmieni - Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 - Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 - Kunċett ta’ eżerċizzju ta’ attività agrikola kummerċjali - Rabta mal-kunċett ta’ rziezet ta’ semi sussistenza”))

(2019/C 35/21)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, M. Palionis, T. Lozoraitis, R. Krasuckaitė u A. Petrauskaitė, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina u J. Jokubauskaitė, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 182, p. 39), inkwantu din imponiet fuq ir-Repubblika tal-Litwanja korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa ta’ 5 %, u b’hekk teskludi l-ammont ta’ EUR 1 938 300.08 mill-finanzjament imħallas abbażi tal-miżura “Irtirar Kmieni” matul il-perijodu ta’ bejn is-16 ta’ Ottubru 2010 u l-15 ta’ Ottubru 2013.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Litwanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 371, 9.11.2015.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2018 – HM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-587/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15 - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni fl-eżamijiet ta’ evalwazzjoni - Talba għal eżami mill-ġdid - Rifjut li tittrażmetti din it-talba lill-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali għal raġuni ta’ tardività - Tqassim tal-kompetenzi bejn l-EPSO u l-Bord tal-Għażla”))

(2019/C 35/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: HM (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) tas-17 ta’ Awwissu 2015 li ma tiħux inkunsiderazzjoni t-talba għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrenti ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15-3 u, min-naħa l-oħra, tad-“deċiżjoni impliċita” tal-Bord tal-Għażla li ma tintlaqax din it-talba.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) tas-17 ta’ Awwissu 2015 li ma tiħux inkunsiderazzjoni t-talba għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li HM ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15-3 hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-17/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – Brahma vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-603/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali bi prova - Perijodu ta’ prova - Estensjoni tat-tul tal-perijodu ta’ prova - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova - Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal - Użu ħażin ta’ poter - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 25(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Dritt għal smigħ - Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Responsabbiltà - Rekwiżiti formali - Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment - Ammissibbiltà - Dannu materjali - Dannu morali - Rabta kawżali”))

(2019/C 35/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Zoher Brahma (Thionville, Franza) (rappreżentant: A. Tymen, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Inghelram u L. Tonini Alabiso, sussegwentement J. Inghelram u Á. Almendros Manzano, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 2015 li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li ma tikkonfermax lir-rikorrent bħala uffiċjal u li tkeċċih b’effett mill-31 ta’ Lulju 2015 u d-deċiżjoni tas-16 ta’ Marzu 2016 tal-Kumitat tal-Ilmenti li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 2015 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu materjali u morali li r-rikorrent allegatament sostna wara dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Reġistrataur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-kwalità tiegħu ta’ Awtorità tal-Ħatra, tas-17 ta’ Lulju 2015, ta’ tkeċċija ta’ Zoher Brahma fi tmiem il-perijodu ta’ prova, b’effett mill-31 ta’ Lulju 2015, hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Ilmenti tas-16 ta’ Marzu 2016 li tiċħad l-ilment kontra d-deċiżjoni tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-kwalità tiegħu ta’ Awtorità tal-Ħatra, tas-17 ta’ Lulju 2015, ta’ tkeċċija ta’ Z. Brahma fi tmiem il-perijodu ta’ prova tiegħu, b’effett mill-31 ta’ Lulju 2015, hija annullata.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-Numru F-33/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2018 – PepsiCo vs EUIPO – Intersnack Group (Exxtra Deep)

(Kawża T-82/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Exxtra Deep - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2019/C 35/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PepsiCo, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Rajh u D. Walicka, aġenti)

Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Intersnack Group GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Lampel u M. Pfaff, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-24 ta’ Novembru 2016 (Każ R 482/2016–4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn PepsiCo u Intersnack Group.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-24 ta’ Novembru 2016 (Każ R 482/2016-2), hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn PepsiCo, Inc.

3)

Intersnack Group GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 121, 18.4.2017.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – Buck-Chemie vs EUIPO – Henkel (Sistema ta’ tindif għat-tojlit)

(Kawża T-296/17) (1)

((“Disinni Komunitarji - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta sistema ta’ tindif għat-tojlit - Raġuni għal invalidità - Karattru individwali - Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”))

(2019/C 35/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Buck-Chemie GmbH (Herrenberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Schultze, J. Ossing, R.-D. Härer, C. Weber, H. Ranzinger, C. Brockmann u C. Gehweiler, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Henkel AG & Co. KGaA (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tmien Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2017 (Każ R 2113/2015-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Buck-Chemie u Henkel.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Buck-Chemie GmbH għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Henkel AG & Co. KGaA, inklużi l-ispejjeż indispensabbli li saru quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2018 – Shenzhen Jiayz Photo Industrial vs EUIPO – Seven (SEVENOAK)

(Kawża T-339/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SEVENOAK - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti 7seven - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2019/C 35/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shenzhen Jiayz Photo Industrial Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina) (rappreżentant: M. de Arpe Tejero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Seven SpA (Leinì, l-Italja) (rappreżentant: L. Trevisan, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1326/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Seven u Shenzhen Jiayz Photo Industrial.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1326/2016-1) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, tmienja minn kull għaxra tal-ispejjeż sostnuti minn Shenzhen Jiayz Photo Industrial Ltd.

4)

Seven SpA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, wieħed minn kull għaxra tal-ispejjeż sostnuti minn Shenzhen Jiayz Photo Industrial Ltd.

5)

Shenzhen Jiayz Photo Industrial Ltd għandha tbati wieħed minn kull għaxra tal-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 22 ta’ Novembru 2018 – Fruit of the Loom vs EUIPO

(Kawża T-424/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FRUIT - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Awtorità ta’ res judicata - Artikolu 65(6) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 72(6) tar-Regolament 2017/1001)”))

(2019/C 35/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fruit of the Loom, Inc. (Bowling Green, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u V. Marsland, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Takko Holding GmbH (Telgte, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2017 (Każ R 2119/2016-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Takko Holding u Fruit of the Loom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fruit of the Loom, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 318, 25.9.2017.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2018 – Bopp vs EUIPO (Rappreżentanza ta’ ottagonu ekwilaterali)

(Kawża T-460/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta qafas ottagonali blu - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 7(1)(b) u l-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2019/C 35/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Carsten Bopp (Glashütten, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Pröckl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Mejju 2017 (Każ R 1954/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta qafas ottagonali blu bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Carsten Bopp huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 300, 11.9.2017.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/23


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2018 – Galletas Gullón vs EUIPO – Intercontinental Great Brands (gullón TWINS COOKIE SANDWICH)

(Kawża T-677/18)

(2019/C 35/29)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Galletas Gullón, SA (Aguilar de Campoo, Spanja) (rappreżentanti: S. Martínez-Almeida y Alejos-Pita, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Intercontinental Great Brands LLC (East Hanover, New Jersey, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea gullón TWINS COOKIE SANDWICH – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 877 543

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 2378/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u għal dawk sostnuti fil-kuntest tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/24


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2018 – ZV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-684/18)

(2019/C 35/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZV (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, innotifikati permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Frar 2018, li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrenti għall-pożizzjoni ta’ Assistent Ombudsman u li jimlew il-pożizzjoni bin-nominazzjoni ta’ kandidat ieħor;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter u ta’ proċedura. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti targumenta li l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti COM/2017/1739 ma kienx jippermetti li jiġi ggarantit li l-kandidat magħżul effettivament ikollu t-taħriġ u l-esperjenza indispensabbli għall-eżerċizzju tal-impjieg vakanti. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqajjem l-argument li l-kandidat li ntagħżlet il-kandidatura tiegħu ma kellux l-kwalifikazzjonijiet meħtieġa kollha, b’mod partikolari esperjenza ta’ medjazzjoni u għarfien legali approfondit tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002/601) tal-4 ta’ Marzu 2002 dwar is-servizz ta’ medjazzjoni msaħħaħ, sa fejn l-Artikolu 6(3) jipprevedi li l-President tal-Kummissjoni għandu jwettaq in-nominazzjoni tal-Assistenti Ombudsmen fuq proposta tal-Ombudsman, iżda la tipprevedi proċedura ta’ preselezzjoni u lanqas l-istabbiliment ta’ lista tal-kandidati magħżula. Issa, f’dan il-każ, il-kumitat konsultattiv tan-nominazzjonijiet organizza proċedura ta’ preselezzjoni u bagħat lill-Ombudsman it-tliet kandidaturi li huwa kien għażel. Minn dan isegwi, skont ir-rikorrenti, li l-Ombudsman ma eżaminax il-kandidaturi kollha u li għalhekk huwa bi ksur tad-dispożizzjoni ppreċitata li huwa ppropona lill-President tal-Kummissjoni li jipproċedi għan-nominazzjoni tal-kandidat magħżul.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma vvizzjati bih.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti COM/2017/1739 u fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti targumenta li, kuntrarjament għaliha, il-kandidat magħżul ma jissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa mill-avviż msemmi iktar ’il fuq sabiex jokkupa l-impjieg kontenzjuż, jiġifieri b’mod partikolari għarfien tajjeb tar-Regolamenti tal-Persunal u tar-regolamenti applikabbli għal uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni u esperjenza fis-soluzzjoni tat-tilwim.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/25


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2018 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Vieta Audio (Vita)

(Kawża T-690/18)

(2019/C 35/31)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vieta Audio, SA (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Vita” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 993 361

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 695/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u l-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/25


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2018 – KPN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-691/18)

(2019/C 35/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KPN BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. van Ginneken u G. Béquet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)3569 finali tat-30 ta’ Mejju 2018 li tiddikjara li l-konċentrazzjoni li tinvolvi l-akkwist, minn Liberty Global plc, tal-kontroll esklużiv ta’ Ziggo NV hija kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE (Każ M.7000 – Liberty Global/Ziggo);

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Kummissjoni għal investigazzjoni ulterjuri skont l-Artikolu 10(5) tar-Regolament dwar il-Mergers (1), u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball manifest fid-definizzjoni tas-suq fir-rigward tal-kanali tal-isport u tal-films tat-televiżjoni premium bi ħlas

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li, waqt il-proċedura amministrattiva, hija sostniet li Ziggo Sport Totaal (“ZST”) huwa “indispensabbli” għall-operaturi li jipprovdu t-televiżjoni, servizzi ta’ broadband u ta’ telefonija mobbli lill-konsumatur finali, u pakketti (bundles) li jinkludu wieħed jew iktar minn dawn is-servizzi, sabiex ikunu jistgħu jikkompetu fis-suq tal-bejgħ bl-imnut. Allegatament, dan ġie kkonfermat permezz ta’ investigazzjoni tas-suq imwettqa mill-Kummissjoni. Konsegwentement, iż-żewġ kanali tal-isport tat-televiżjoni premium bi ħlas ZST u FOX Sports ma jistgħux jiġu ssostitwiti.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li madankollu l-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm suq wieħed għall-provvista u l-akkwist bl-ingrossa ta’ kanali tal-isport tat-televiżjoni premium bi ħlas, li jinkludu ZST u FOX Sports, u li ma kien hemm bżonn ta’ ebda segmentazzjoni ulterjuri tas-suq.

Skont ir-rikorrenti, dawn l-iżbalji fid-definizzjoni tas-suq jaffettwaw l-evalwazzjoni ulterjuri tal-Kummissjoni u finalment jaffettwaw il-konklużjoni li l-merger għandu jiġi awtorizzat.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni mmotivat b’mod insuffiċjenti d-definizzjoni tas-suq fir-rigward tal-kanali tal-isport u tal-films tat-televiżjoni premium bi ħlas

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li s-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li FOX Sports u ZST huma parti mill-istess suq kienet tkun tirrikjedi spjegazzjoni estensiva għaliex din is-suppożizzjoni tmur kontra l-investigazzjoni tas-suq imwettqa mill-Kummissjoni li indikat li ZST huwa “indispensabbli” u d-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni ma mmotivatx id-definizzjoni tas-suq għall-kanali tal-films tat-televiżjoni premium bi ħlas.

Skont ir-rikorrenti, dan in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-definizzjoni tas-suq ikun jaffettwa l-evalwazzjoni ulterjuri tal-Kummissjoni u finalment jaffettwa l-konklużjoni li l-merger għandu jiġi awtorizzat.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-abbiltà li ZST jiġi prekluż u tal-impatt ta’ dan fuq is-suq għall-provvista u l-akkwist bl-ingrossa ta’ ZST

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-merger estenda s-saħħa tal-partijiet li qegħdin jingħaqdu f’merger fis-suq għal ZST għat-territorju tal-Pajjiżi l-Baxxi sħiħ.

Ir-rikorrenti ssussegwentement issostni li billi jirrifjutaw li jipprovdu aċċess, lil parti terza, għal ZST (fuq termini vijabbli ekonomikament), il-partijiet li qegħdin jingħaqdu f’merger għandhom l-abbiltà li jipprekludu ż-ZST lill-kompetituri downstream tagħhom.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni mmotivat b’mod insuffiċjenti l-evalwazzjoni tal-abbiltà li ZST jiġi prekluż u tal-impatt ta’ dan fuq is-suq għall-provvista u l-akkwist bl-ingrossa ta’ ZST

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni tiċħad l-argument li ZST huwa “indispensabbli”, u għaldaqstant jista’ jiġi prekluż, abbażi tad-definizzjoni tas-suq tiegħu fit-taqsima 5.1.2.1 tad-deċiżjoni kkontestata. Fuq il-bażi tas-sottomissjoni tar-rikorrenti li d-deċiżjoni kkontestata ma tipprovdix definizzjoni tas-suq, jew tagħti definizzjoni żbaljata tas-suq, hija targumenta li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tkun qiegħda titlaq minn punt ta’ tluq ħażin.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni mmotivat b’mod insuffiċjenti l-evalwazzjoni tagħha tan-nuqqas ta’ abbiltà tal-partijiet li qegħdin jingħaqdu f’merger li jipprekludu ZST u tal-impatt ta’ dan.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-abbiltà li l-kontenut ta’ HBO jiġi prekluż

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni b’mod żbaljat evalwat li l-partijiet magħquda f’merger ma għandhom ebda saħħa sinjifikanti fis-suq, abbażi ta’ nuqqas ta’ definizzjoni tas-suq u suppożizzjonijiet żbaljati.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni mmotivat b’mod insuffiċjenti l-evalwazzjoni tal-abbiltà li l-kontenut HBO jiġi prekluż

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li mingħajr definizzjoni tas-suq affidabbli fir-rigward tal-kontenut ta’ films, l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-effetti tal-merger fuq l-imsemmi suq hija awtomatikament motivata b’mod insuffiċjenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/27


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2018 – Montanari vs SEAE

(Kawża T-692/18)

(2019/C 35/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Marco Montanari (Reggio Emilia, l-Italja) (rappreżentanti: A. Champetier u S. Rodrigues, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tirrifjuta totalment jew parzjalment lir-rikorrent l-aċċess għad-dokument iċċitat iktar ’il fuq;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors dirett kontra d-deċiżjoni tal-24 ta’ Ottubru 2018 tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent aċċess għar-rapport tad-29 ta’ Lulju 2017 stabbilit fit-tmiem tal-missjoni ta’ funzjoni ta’ medjazzjoni, mill-Kap ta ’ Diviżjoni ta’ “Sostenn għall-missjonijiet”.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq ksur tar-Regolament Nru 1049/2001, tal-Artikolu 15(3) TFUE u tal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, ir-rikorrent isostni li l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet jikkostitwixxi l-prinċipju legali u li l-possibbiltà ta’ rifjut hija l-eċċezzjoni. Madankollu, l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 u invokati mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ma jistgħux jiġġustifikaw ir-rifjut ta’ aċċess għal dokumenti għar-raġuni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-artikolu msemmi hawn fuq ma ġewx sodisfatti.

2.

It-tieni motiv, huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 296 TFUE u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, billi d-deċiżjonijiet ikkontestati huma vvizzjati minn difett jew nuqqas ta‘ motivazzjoni suffiċjenti.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/28


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2018 – ZY vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-693/18)

(2019/C 35/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ZY (rappreżentanti: N. Voß u D. Fouquet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, fl-intier tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 3166 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018 għas-snin 2012 u 2013;

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 3166 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018 sa fejn, għas-snin 2012 u 2013, fir-rigward ta’ konsumaturi ta’ karga bażika tal-elettriku b’minn tal-inqas 7 000 siegħa ta’ użu fis-sena tipprevedi rimbors ta’ iktar minn 20 %, fir-rigward ta’ konsumaturi ta’ karga bażika tal-elettriku b’minn tal-inqas 7 500 siegħa ta’ użu fis-sena tipprevedi rimbors ta’ iktar minn 15 % u fir-rigward ta’ konsumaturi ta’ karga bażika tal-elettriku b’minn tal-inqas 8 000 siegħa ta’ użu fis-sena tipprevedi rimbors ta’ iktar minn 10 %, tal-ispejjeż tan-netwerk ippubblikati;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż legali u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq il-motivi segwenti.

1.

Konstatazzjoni żbaljata ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat, waqt l-eżami tal-eżenzjoni tal-ispejjeż tan-netwerk inkwistjoni, l-użu ta’ riżorsi mill-Istat.

Barra minn hekk, waqt l-eżami tal-kundizzjoni dwar is-selettività, is-sistema ta’ referenza ġiet iddeterminata b’mod skorrett u inkomplet.

2.

Ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament

Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-konvenuta kienet tikkonċerna biss l-obbligi ta’ ħlas retroattiv għall-konsumaturi ta’ karga bażika tal-elettriku li bbenefikaw minn eżenzjoni kompleta tal-ispejjeż tan-netwerk fl-2012 u fl-2013. Dawn il-konsumaturi ta’ karga bażika tal-elettriku għalhekk ġew ittrattati b’mod differenti u kienu żvantaġġati inġustifikament meta mqabbla ma’ konsumaturi ta’ karga bażika tal-elettriku li bbenefikaw minn tnaqqis b’rata fissa tal-ispejjeż tan-netwerk għall-istess perijodu u li fir-rigward tagħhom ma kien hemm ebda obbligu ta’ ħlas retroattiv.

3.

Ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi

Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti ssostni li minħabba ċirkustanzi partikolari, hija seta’ jkollha l-aspettattiva leġittima li kienet ser tkompli tibbenefika mill-ispejjeż tan-netwerk speċjali li kienu jingħatawlha.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/29


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2018 – DEI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-694/18)

(2019/C 35/35)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Bourtzalas, A. Iliadou u Ch. Synodinos, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)4947 final tat-30 ta’ Lulju 2018, Każ SA. 50152, sa fejn fiha din iddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet dwar l-iskema ta’ għajnuna għall-Metavatiko Michanismo Apozimiosis Evelixias AE (iktar ’il quddiem “Neos MMAE”) il-ġdid li l-Greċja nnotifikat, abbażi tal-konklużjoni li tali skema hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas tal-ispejjeż sostnuti minn DEI.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-att ikkontestat huwa vvizzjat minn żball manifest ta’ evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ dritt u ta’ fatt, kif ukoll minn ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali tal-kawża fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 108(2) TFUE, inkwantu l-Kummissjoni ma tatx bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-att ikkontestat huwa vvizzjat minn żball manifest ta’ evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ dritt u ta’ fatt, meta jiġi konkluż li l-Metavatiko Michanismo Apozimiosis Evelixias il-ġdid jissodisfa l-kriterji tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE u, b’mod partikolari, il-kriterji ta’ adegwatezza, propozjonalità, neċessità, effett ta’ inċentivazzjoni u prevenzjoni tal-effetti negatttivi indebiti fuq il-kompetizzjoni.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/30


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2018 – C.R.D.O.P “Jamón de Teruel/Paleta de Teruel” vs EUIPO – Airesano Foods (AIRESANO BLACK El ibérico de Teruel)

(Kawża T-696/18)

(2019/C 35/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Consejo Regulador de la Denominación de Origen Protegida “Jamón de Teruel/Paleta de Teruel” (Teruel, Spanja) (rappreżentant: F. Pérez Álvarez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Airesano Foods, SL (La Puebla de Valverde, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni figurattiva AIRESANO BLACK El ibérico de Teruel – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 15 240 005

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 88/2018-4

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

tikkundanna lill-EUIPO u lill-partijiet għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/30


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2018 – Wacker Chemie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-704/18)

(2019/C 35/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wacker Chemie AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kachel u D. Fouquet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 3166 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018 sa fejn, għas-snin 2012 u 2013, fir-rigward ta’ konsumaturi ta’ karga bażika tal-elettriku b’minn tal-inqas 7 000 siegħa ta’ użu fis-sena tipprevedi rimbors ta’ iktar minn 20 %, fir-rigward ta’ konsumaturi ta’ karga bażika tal-elettriku b’minn tal-inqas 7 500 siegħa ta’ użu fis-sena tipprevedi rimbors ta’ iktar minn 15 % u fir-rigward ta’ konsumaturi ta’ karga bażika tal-elettriku b’minn tal-inqas 8 000 siegħa ta’ użu fis-sena tipprevedi rimbors ta’ iktar minn 10 %, tal-ispejjeż tan-netwerk ippubblikati;

sussidjarjament, tannulla fl-intier tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 3166 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018 għas-snin 2012 u 2013;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż legali u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-693/18, ZY vs Il-Kummissjoni.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/31


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2018 – Air Liquide Industriegase vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-705/18)

(2019/C 35/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Air Liquide Industriegase GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kachel u D. Fouquet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, fl-intier tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 3166 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018 għas-snin 2012 u 2013;

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 3166 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018 sa fejn, għas-snin 2012 u 2013, fir-rigward ta’ konsumaturi ta’ karga bażika tal-elettriku b’minn tal-inqas 7 000 siegħa ta’ użu fis-sena tipprevedi rimbors ta’ iktar minn 20 %, fir-rigward ta’ konsumaturi ta’ karga bażika tal-elettriku b’minn tal-inqas 7 500 siegħa ta’ użu fis-sena tipprevedi rimbors ta’ iktar minn 15 % u fir-rigward ta’ konsumaturi ta’ karga bażika tal-elettriku b’minn tal-inqas 8 000 siegħa ta’ użu fis-sena tipprevedi rimbors ta’ iktar minn 10 %, tal-ispejjeż tan-netwerk ippubblikati;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż legali u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-693/18, ZY vs Il-Kummissjoni.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/32


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2018 – Air Liquide Deutschland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-706/18)

(2019/C 35/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Air Liquide Deutschland GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kachel u D. Fouquet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, fl-intier tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 3166 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018 għas-snin 2012 u 2013;

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 3166 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018 sa fejn, għas-snin 2012 u 2013, fir-rigward ta’ konsumaturi ta’ karga bażika tal-elettriku b’minn tal-inqas 7 000 siegħa ta’ użu fis-sena tipprevedi rimbors ta’ iktar minn 20 %, fir-rigward ta’ konsumaturi ta’ karga bażika tal-elettriku b’minn tal-inqas 7 500 siegħa ta’ użu fis-sena tipprevedi rimbors ta’ iktar minn 15 % u fir-rigward ta’ konsumaturi ta’ karga bażika tal-elettriku b’minn tal-inqas 8 000 siegħa ta’ użu fis-sena tipprevedi rimbors ta’ iktar minn 10 %, tal-ispejjeż tan-netwerk ippubblikati;

tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż legali u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-693/18, ZY vs Il-Kummissjoni.


28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/32


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2018 – Wyld vs EUIPO – Kaufland Warenhandel (wyld)

(Kawża T-711/18)

(2019/C 35/40)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wyld GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kaufland Warenhandel GmbH & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “wyld” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 525 562

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 2621/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tippermetti r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni “wyld” Nru 14 525 562 sa fejn din ġiet miċħuda;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Rettifika

28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/34


Rettifika tal-Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali dwar il-Kawża T–603/18

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 436 tat-3 ta’ Diċembru 2018 )

(2019/C 35/41)

L-Avviż ippublikat dwar il-Kawża T-603/18, ZE vs Il-Parlament jinbidel b’dan li ġej:

“Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2018 — ZE vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża T-603/18)

()

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: ZE (rappreżentant: P. Giatagantzidis, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Settembru 2018 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew li tordna s-sospensjoni tal-funzjonijiet tiegħu sal-31 ta’ Ottubru 2018, kif ukoll kull att ieħor relatat,

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt tiegħu għal smigħ qabel l-adozzjoni, fil-konfront tiegħu, tad-deċiżjoni kkontestata.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bl-użu ta’ metodu għal ġbir tal-informazzjoni li jikser id-dritt tar-rikorrent għal amministrazzjoni tajba sanċit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità mis-Segretarju Ġenerali, peress li huwa ordna l-ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva fil-konfront tar-rikorrent u fl-istess ħin adotta d-deċiżjoni kkontestata.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur manifest tad-dritt għall-protezzjoni tal-ħajja privata tar-rikorrent minħabba l-projbizzjoni imposta fuqu milli jkollu aċċess għall-post tax-xogħol tiegħu kif ukoll għall-fajls personali tiegħu.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-proċedura użata tikser il-preżunzjoni ta’ innoċenza u tas-sigriet proċedurali, fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet magħmula lill-istampa minn uffiċjali għoljin tal-Parlament Ewropew.”