ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 31

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
25ta' Jannar 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 31/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9085 — Dr August Oetker/Coop-Gruppe/F&B — Food and Beverage Services) ( 1 )

1

2019/C 31/02

Irtirar ta’ notifika ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9178 — Cargill/ADM/GrainBridge/JV) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 31/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

2019/C 31/04

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (Pubblikazzjoni ta’ titli u ta’ referenzi ta’ speċifikazzjonijiet tal-Komunità skont ir-Regolament)  ( 1 )

3

2019/C 31/05

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (Pubblikazzjoni ta’ titli u ta’ referenzi ta’ speċifikazzjonijiet Komunitarji skont ir-Regolament)  ( 1 )

3

2019/C 31/06

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (Pubblikazzjoni ta’ titli u ta’ referenzi ta’ speċifikazzjonijiet Komunitarji skont ir-Regolament)  ( 1 )

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2019/C 31/07

Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 31/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9255 — Swiss/Montagu/Proprjetà Immobbli) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7

2019/C 31/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9258 — Prodotti tal-Isports ANTA/FountainVest China Capital Partners GP3/Amer Sports) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9

2019/C 31/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9169 — Caisse des dépôts et consignations/Swiss Life/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

10


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9085 — Dr August Oetker/Coop-Gruppe/F&B — Food and Beverage Services)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 31/01)

Fil-21 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9085. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/1


Irtirar ta’ notifika ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9178 — Cargill/ADM/GrainBridge/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 31/02)

Fit-13 ta’ Diċembru 2018 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta bejn Cargill u ADM. Fil-21 ta’ Jannar 2019, il-parti(jiet) notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li hi/huma kienet/kienu qed tirtira/jirtiraw in-notifika.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ Jannar 2019

(2019/C 31/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1341

JPY

Yen Ġappuniż

124,43

DKK

Krona Daniża

7,4659

GBP

Lira Sterlina

0,87085

SEK

Krona Żvediża

10,2843

CHF

Frank Żvizzeru

1,1283

ISK

Krona Iżlandiża

135,90

NOK

Krona Norveġiża

9,7278

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,695

HUF

Forint Ungeriż

318,42

PLN

Zloty Pollakk

4,2881

RON

Leu Rumen

4,7722

TRY

Lira Turka

5,9895

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5967

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5160

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8988

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6731

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5430

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 281,18

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,6360

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7041

HRK

Kuna Kroata

7,4356

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 064,53

MYR

Ringgit Malażjan

4,6986

PHP

Peso Filippin

59,905

RUB

Rouble Russu

74,7868

THB

Baht Tajlandiż

35,985

BRL

Real Brażiljan

4,2869

MXN

Peso Messikan

21,6031

INR

Rupi Indjan

80,6560


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/3


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (1)

(Pubblikazzjoni ta’ titli u ta’ referenzi ta’ speċifikazzjonijiet tal-Komunità skont ir-Regolament)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 31/04)

Organizzazzjoni

Referenza

Data numru

Titlu tal-ispeċifikazzjonijiet tal-Komunità

Edizzjoni Data

Eurocontrol (2)

Spec-0107

3.2

Speċifikazzjoni tal-Eurocontrol għall-ATS Data Exchange Presentation (ADEXP) (3)

18.12.2017


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru: Rue de la Fusée 96, B-1130 Brussell, telefown +32 27299011, fax +32 27299044.

(3)  http://www.eurocontrol.int/publications/eurocontrol-specification-ats-data-exchange-presentation-adexp


25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/3


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (1)

(Pubblikazzjoni ta’ titli u ta’ referenzi ta’ speċifikazzjonijiet Komunitarji skont ir-Regolament)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 31/05)

Organizzazzjoni

Referenza u titlu tal-ispeċifikazzjoni Komunitarja

Referenza tal-ispeċifikazzjoni Komunitarja sostitwita

Data tat-tmiem tal-preżunzjoni ta’ konformità tal-ispeċifikazzjoni Komunitarja sostitwita

Eurocontrol (2)

Spec-0101, Edition 1.3 EUROCONTROL Specification for the Initial Flight Plan (IFPL) (3)

Spec-0101 Edition 1.2

26.2.2018


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru: Rue de la Fusée 96, 1130 Brussell, Il-Belġju, tel. +32 27299011, fax +32 27295190.

(3)  https://www.eurocontrol.int/publications/eurocontrol-specification-initial-flight-plan-ifpl


25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/4


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (1)

(Pubblikazzjoni ta’ titli u ta’ referenzi ta’ speċifikazzjonijiet Komunitarji skont ir-Regolament)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 31/06)

Organizzazzjoni

Referenza

Edizzjoni bin-numru

Titlu tal-ispeċifikazzjonijiet tal-Komunità

Edizzjoni bid-data

Eurocontrol (2)

Spec-0106

4.3

Speċifikazzjoni tal-Eurocontrol għall-On-Line Data Interchange (OLDI) (3)

18.12.2017


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru: Rue de la Fusée 96, B-1130 Brussell, telefown +32 2 729 90 11, fax +32 27299044.

(3)  http://www.eurocontrol.int/publications/eurocontrol-specification-line-data-interchange-oldi


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/5


Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1)

(2019/C 31/07)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall- Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.

IN-NETHERLANDS

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 248, 16.7.2018

LISTA TA’ PERMESSI TA’ RESIDENZA MAĦRUĠIN MILL-ISTATI MEMBRI

1.

Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi

Regulier bepaalde tijd

(Regolari — terminu ta’ żmien fiss)

Regulier onbepaalde tijd

(Regolari — indefinit)

Asiel bepaalde tijd

(Asil — terminu ta’ żmien fiss)

Asiel onbepaalde tijd

(Asil — indefinit)

EU/EER (Gemeenschapsonderdanen)

(ċittadini tal-UE)

2.

Id-dokumenti l-oħra kollha maħruġa liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li jkollhom valur ekwivalenti għal permess ta’ residenza

Het Geprivilegeerdendocument

(Dokument tal-persuni privileġjati)

NB: Dokument maħruġ lil grupp ta’ “persuni privileġjati” li jinkludi membri tal-korpi diplomatiċi, il-korpi konsolari u ċertu organizzazzjonijiet internazzjonali, u l-membri tal-familja tagħhom.

Visum voor terugkeer

(Visa tar-ritorn)

Lista ta’ persuni li jieħdu sehem f’ħarġa skolastika fl-Unjoni Ewropea.

Lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1.

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5.

 

ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11.

 

ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14.

 

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31.

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14.

 

ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12.

 

ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13.

 

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5.

 

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15.

 

ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9.

 

ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2.

 

ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15.

 

ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20.

 

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5.

 

ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26.

 

ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8.

 

ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6.

 

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5.

 

ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1.

 

ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26.

 

ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7.

 

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5.

 

ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7.

 

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4.

 

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 6.

 

ĠU C 75, 14.3.2013, p. 8.

 

ĠU C 77, 15.3.2014, p. 4.

 

ĠU C 118, 17.4.2014, p. 9.

 

ĠU C 200, 28.6.2014, p. 59.

 

ĠU C 304, 9.9.2014, p. 3.

 

ĠU C 390, 5.11.2014, p. 12.

 

ĠU C 210, 26.6.2015, p. 5.

 

ĠU C 286, 29.8.2015, p. 3.

 

ĠU C 151, 28.4.2016, p. 4.

 

ĠU C 16, 18.1.2017, p. 5.

 

ĠU C 69, 4.3.2017, p. 6.

 

ĠU C 94, 25.3.2017, p. 3.

 

ĠU C 297, 8.9.2017, p. 3.

 

ĠU C 343, 13.10.2017, p. 12.

 

ĠU C 100, 16.3.2018, p. 25.

 

ĠU C 144, 25.4.2018, p. 8.

 

ĠU C 173, 22.5.2018, p. 6.

 

ĠU C 222, 26.6.2018, p. 12.

 

ĠU C 248, 16.7.2018, p. 4.

 

ĠU C 269, 31.7.2018, p. 27.

 

ĠU C 345, 27.9.2018, p. 5.

 

ĠU C 27, 22.1.2019, p. 8.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta' dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9255 — Swiss/Montagu/Proprjetà Immobbli)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 31/08)

1.   

Fit-18 ta' Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Swiss Life Holding AG (“Swiss Life”, l-Iżvizzera),

Montagu Private Equity LLP (“Montagu”, ir-Renju Unit),

Proprjetà immobbli (il-“Proprjetà Immobbli”, il-Ġermanja).

Swiss Life and Montagu jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-proprjetà immobbli kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Swiss Life: kumpanija tal-assikurazzjoni

—   Montagu: ditta ta' ekwità privata;

—   il-Proprjetà Immobbli: bini ta’ uffiċċji diġà mikrija fi Munich (il-Ġermanja).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9255 — Swiss/Montagu/Proprjetà Immobbli

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9258 — Prodotti tal-Isports ANTA/FountainVest China Capital Partners GP3/Amer Sports)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 31/09)

1.   

Fis-17 ta' Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Prodotti tal-Isports ANTA (“ANTA”, Ħong Kong),

FountainVest China Capital Partners GP3 (“FountainVest”, il-Gżejjer Cayman),

Amer Sports (“Amer Sports”, il-Finlandja).

ANTA u FountainVest jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Amer Sports.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma permezz ta’ offerta pubblika mnedija fl-20 ta’ Diċembru 2018.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   ANTA: l-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni tas-serje tal-ħwejjeġ tal-isports ANTA għas-suq tal-massa fiċ-Ċina ta’ prodotti sportivi professjonali inklużi żraben, ilbies u aċċessorji,

—   FountainVest: ditta ta’ ekwità privata b’enfasi fuq l-investiment f’impriżi ewlenin fl-industrija b’potenzjal ta’ tkabbir sinifikanti. FountainVest għandha investimenti fin-negozji tal-ħwienet tal-konsumaturi, il-media u t-teknoloġija, il-kura tas-saħħa u l-industrijali,

—   Amer Sports: l-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ kumpanija ta’ prodotti sportivi ta’ marki tad-ditta rikonoxxuti internazzjonalment inklużi Salomon, Wilson, Atomic, Arc’teryx, Mavic, Suunto u Precor.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9258 — Il-Prodotti tal-Isports ANTA/FountainVest China Capital Partners GP3/Amer Sports.

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9169 — Caisse des dépôts et consignations/Swiss Life/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 31/10)

1.   

Fis-17 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Il-Caisse des Dépôts et Consignations (“CDC”, Franza),

Swiss Life REIM, li tappartjeni għall-grupp Swiss Life (“Swiss Life”, l-Iżvizzera),

il-Mira (il-joint venture, “JV”, Franza).

Il-CDC u Swiss Life jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   CDC: stabbiliment pubbliku li jwettaq attivitajiet ta’ interess ġenerali, li partikolarment jikkonsistu fil-ġestjoni ta’ fondi privati li għalihom l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jixtiequ jipprovdu protezzjoni partikolari, u attivitajiet miftuħin għall-kompetizzjoni fis-setturi tal-ambjent, tal-proprjetà immobbli, tal-investiment u tal-kapital ta’ investiment kif ukoll tas-servizzi;

—   Swiss Life: joffri lill-klijenti privati u lill-impriżi, konsulenza dinjija kif ukoll firxa wiesgħa ta' prodotti fis-setturi tal-ħarsien mir-riskju u tal-assikurazzjoni tal-ħajja, permezz tan-network tiegħu ta' aġenti, sensara u banek;

—   il-JV: proprjetà immobbli li trid tinbena għall-użu ta’ istituzzjoni tas-saħħa li tinsab fi Bracon (id-dipartiment ta’ Jura, Franza), soġġetta għal kuntratt ta’ kera fl-istat futur ta’ tlestija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jridu li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9169 — Caisse des dépôts et consignations/Swiss Life/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Commission européenne

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.