ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 27

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
22ta' Jannar 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2019/C 27/01

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità soġġetti għal miżuri ristrettivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/86, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/84 li jikkonċernaw miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi

1

2019/C 27/02

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542 li jikkonċernaw miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi

2

2019/C 27/03

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

3

2019/C 27/04

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

4

2019/C 27/05

Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u ta’entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

5

2019/C 27/06

Avviż għall-attenzjoni ta’ persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

6

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 27/07

Rata tal-kambju tal-euro

7

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2019/C 27/08

Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

8

2019/C 27/09

Proċeduri ta’ stralċ — Deċiżjoni biex jinfetħu proċeduri ta’ stralċ fir-rigward ta’ Qudos Insurance A/S (Pubblikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

13


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 27/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9249 — Triton/Sunweb) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

14

2019/C 27/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9203 — Pierburg/Xingfu/Xingfu Assets) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

16

2019/C 27/12

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9235 — OTPP/MDP/Fleet Complete) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

17


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

22.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/1


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità soġġetti għal miżuri ristrettivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/86, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/84 li jikkonċernaw miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi

(2019/C 27/01)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/86 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542 (3), kif implimentata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/84 (4) li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entità li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 u fir-Regolament (UE) 2018/1542 li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi. Ir-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entità kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entità kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/1542, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entità kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel l-1 ta’ Lulju 2019 fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2018/1542.

L-attenzjoni tal-persuni u l-entità kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 259, 16.10.2018, p. 25.

(2)  ĠU L 18 I, 21.1.2019, p. 10.

(3)  ĠU L 259, 16.10.2018, p. 12.

(4)  ĠU L 18 I, 21.1.2019, p. 1.


22.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/2


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542 li jikkonċernaw miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi

(2019/C 27/02)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/86 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/84 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar huwa RELEX.1.C li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Il-fini tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2019/86, u r-Regolament (UE) 2018/1542, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/84.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 u fir-Regolament (UE) 2018/1542.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċiżzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu għaddejjin il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 259, 16.10.2018, p. 25.

(3)  ĠU L 18 I, 21.1.2019, p. 10.

(4)  ĠU L 259, 16.10.2018, p. 12.

(5)  ĠU L 18 I, 21.1.2019, p. 1.


22.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/3


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

(2019/C 27/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet iddeżinjati fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 (2), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dawk il-persuni u l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel l-1 ta’ Marzu 2019, flimkien ma’ dokumentazzjoni ġustifikattiva, li d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami li jmiss mill-Kunsill tal-lista ta’ persuni u entitajiet iddeżinjati, f’konformità mal-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u l-Artikolu 32(4) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u fir-raba’ u s-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(2)  ĠU L 18 I, 21.1.2019, p. 13.

(3)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 18 I, 21.1.2019, p. 4.


22.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/4


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

(2019/C 27/04)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi ġuridika għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (2), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu r-RELEX.1.C li wieħed jista’ jikkuntattja f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (PESK) 2019/87, u r-Regolament (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/85.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK u r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata.

Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt ta’ aċċess, kif ukoll id-drittijiet ta’ rettifika jew ta’ oġġezzjoni ser jiġi indirizzat skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(3)  ĠU L 18 I, 21.1.2019, p. 13.

(4)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(5)  ĠU L 18 I, 21.1.2019, p. 4.


22.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/5


Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u ta’entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

(2019/C 27/05)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur AHMADI-MOQADDAM Esmail (nru 1), is-Sur ALLAHKARAM Hossein (nru 2), is-Sur FAZLI Ali (nru 4), is-Sur KHALILI Ali (nru 7), is-Sur MOTLAGH Bahram Hosseini (nru 8), is-Sur RADAN Ahmad-Reza (nru 10), is-Sur RAJABZADEH Azizollah (nru 11), is-Sur TAEB Hossein (nru 13), is-Sur SHARIATI Seyeed Hassan (nru 14), is-Sur DORRI-NADJAFABADI Ghorban-Ali (nru 15), is-Sur HADDAD Hassan (nru 16), is-Sur SOLTANI Hodjatoleslam Seyed Mohammad (nru 17), is-Sur HEYDARIFAR Ali-Akbar (nru 18), is-Sur JAFARI-DOLATABADI Abbas (nru 19), is-Sur MORTAZAVI Said (nru 22), is-Sur MORTAZAVI Amir (nru 24), is-Sur SALAVATI Abdolghassem (nru 25), is-Sur YASAGHI Ali-Akbar (nru 28), is-Sur SEDAQAT Farajollah (nru 31), is-Sur ZANJIREI Mohammad-Ali (nru 32), is-Sur ABBASZADEH-MESHKINI, Mahmoud (nru 33), is-Sur AKHARIAN Hassan (nru 35), is-Sur AVAEE Seyyed Ali-Reza (nru 36), is-Sur BANESHI Jaber (nru 37), Maġ-Ġen Dr FIRUZABADI Seyyed Hasan (nru 38), is-Sur GANJI Mostafa Barzegar (nru 39), is-Sur HABIBI Mohammad Reza (nru 40), is-Sur HEJAZI Mohammad (nru 41), is-Sur JAVANI Yadollah (nru 43), is-Sur JAZAYERI Massoud (nru 44), is-Sur JOKAR Mohammad Saleh (nru 45), is-Sur KAMALIAN Behrouz (nru 46), is-Sur MALEKI Mojtaba (nru 49), is-Sur OMIDI Mehrdad (nru 50), is-Sur SALARKIA Mahmoud (nru 51), is-Sur KHODAEI SOURI Hojatollah (nru 52), is-Sur TAMADDON Morteza (nru 54), is-Sur ZEBHI Hossein (nru 55), is-Sur BAHRAMI Mohammad-Kazem (nru 56), is-Sur HAJMOHAM-MADI Aziz (nru 57), is-Sur BAGHERI Mohammad-Bagher (nru 58), Dr HOSSEINI Mohammad (nru 60), is-Sur KAZEMI Toraj (nru 64), is-Sur LARIJANI Sadeq (nru 65), is-Sur MORTAZAVI Seyyed Solat (nru 69), is-Sur FAHRADI Ali (nru 73), is-Sur RASHIDI AGHDAM, Ali Ashraf (nru 79), is-Sur JAFARI, Asadollah (nru 83), is-Sur HAMLBAR, Rahim (nru 85) u l-Pulizija Ċibernetika (nru 1), persuni u entità li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmija hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel it-28 ta’ Jannar 2019, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni li tasal qabel il-15 ta’ Frar 2019 għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/235/PESK u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011.


(1)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51.

(2)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.


22.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/6


Avviż għall-attenzjoni ta’ persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

(2019/C 27/06)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sinjura Grace Mugabe li tidher fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe u fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (2) dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuna msemmija hawn fuq b’dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet. Il-persuna msemmija hawn fuq hija b’dan infurmata li tista’ tippreżenta talba lill-Kunsill biex tikseb id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet prevista għad-deżinjazzjoni tagħha, qabel il-25 ta’ Jannar 2019, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuna kkonċernata tista’ fi kwalunkwe mument tippreżenta talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li tkun inkluża u tinżamm fil-lista titqies mill-ġdid, fl-indirizz imsemmi hawn fuq. It-tali talba tiġi kkunsidrata meta tasal. B’rabta ma’ dan, tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għar-rieżami regolari tal-lista mill-Kunsill. Biex talba tiġi kkunsidrata fir-rieżami li jmiss, għandha tintbagħat sat-8 ta’ Frar 2019.


(1)  ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6.

(2)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

22.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Jannar 2019

(2019/C 27/07)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1362

JPY

Yen Ġappuniż

124,60

DKK

Krona Daniża

7,4659

GBP

Lira Sterlina

0,88303

SEK

Krona Żvediża

10,2515

CHF

Frank Żvizzeru

1,1343

ISK

Krona Iżlandiża

137,80

NOK

Krona Norveġiża

9,7438

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,593

HUF

Forint Ungeriż

317,71

PLN

Zloty Pollakk

4,2911

RON

Leu Rumen

4,7110

TRY

Lira Turka

6,0667

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5889

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5117

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,9134

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6895

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5457

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 285,38

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,7551

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7238

HRK

Kuna Kroata

7,4268

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 180,62

MYR

Ringgit Malażjan

4,6793

PHP

Peso Filippin

59,961

RUB

Rouble Russu

75,4270

THB

Baht Tajlandiż

36,120

BRL

Real Brażiljan

4,2853

MXN

Peso Messikan

21,7800

INR

Rupi Indjan

80,9335


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

22.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/8


Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2019/C 27/08)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta’ kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.

FRANZA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 297, 8.9.2017.

LISTA TA’ PERMESSI TA’ RESIDENZA MAĦRUĠIN MILL-ISTATI MEMBRI

1.

Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi

Permessi ta’ residenza Franċiżi

Carte de séjour temporaire comportant une mention particulière qui varie selon le motif du séjour autorisé

(Permess ta’ residenza temporanja li fuqu jkollu kliem speċifiku li jvarja skont ir-raġunijiet tal-permanenza awtorizzata);

Carte de séjour pluriannuelle, d’une durée de validité maximale de 4 ans

(Karta ta’ residenza multiannwali b’perijodu ta’ validità ta’ mhux aktar minn erba’ snin)

Carte de séjour portant la mention “retraité”

(Permess ta’ residenza bil-kliem “irtirat”)

Carte de résident

(Kard ta’ resident)

Carte de résident portant la mention “résident de longue durée-CE”

(Kard ta’ resident bil-kliem “resident fit-tul tal-KE”)

Carte de résident délivrée aux ressortissants andorrans

(Kard ta’ resident maħruġa liċ-ċittadini tal-Andorra)

Certificat de résidence d’Algérien

(Ċertifikat ta’ resident għaċ-ċittadini Alġerini)

Carte de séjour délivrée aux membres de famille (les membres de famille peuvent être des ressortissants de pays tiers) des citoyens de l’Union européenne, des ressortissants des États parties à l’Espace économique européen et des ressortissants suisses

(Permess ta’ residenza maħruġ lill-membri tal-familja (il-membri tal-familja jistgħu jkunu wkoll ċittadini ta’ pajjiż terz) taċ-ċittadini tal-UE u ċ-ċittadini taż-ŻEE/Svizzera);

Liste des personnes participant à un voyage scolaire à l’intérieur de l’Union européenne

(Lista ta’ persuni li qed jieħdu sehem fi vjaġġ tal-iskola fl-Unjoni Ewropea)

NB: Sa mit-13 ta’ Mejju 2002, il-permessi ta’ residenza, il-kards ta’ residenza u ċ-ċertifikati ta’ residenza kollha huma fil-forma ta’ kard tal-plastik laminat skont il-mudell Ewropew uniformi. Il-mudelli ta’ qabel validi sat-12 ta’ Mejju 2012 għadhom fiċ-ċirkolazzjoni.

Permessi Monegaski (inkluż skont id-deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-23 ta’ Ġunju 1998 dwar il-permessi Monegaski [SCH/Com-ex(98) 19]):

Carte de séjour de résident temporaire de Monaco

(Permess ta’ resident temporanju — Monako)

Carte de séjour de résident ordinaire de Monaco

(Permess ta’ resident ordinarju — Monako)

Carte de séjour de résident privilégié de Monaco

(Permess ta’ resident privileġjat — Monako)

Carte de séjour de conjoint de ressortissant monégasque

(Permess ta’ residenza għar-raġel jew il-mara ta’ persuna ta’ nazzjonalità Monegaska).

2.

Id-dokumenti l-oħra kollha maħruġa liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jawtorizzaw permanenza jew dħul mill-ġdid ft-territorju.

Récépissés de renouvellement de demande de titre de séjour, accompagnés du titre de séjour périmé ou d’un visa D de long séjour d’une durée de validité comprise entre 4 et 12 mois, périmé (à l’exclusion du visa D comportant la mention “Dispense temporaire de carte de séjour”).

(Irċevuta għal applikazzjoni mġedda għal permess ta’ residenza, flimkien mal-permess ta’ residenza skadut jew viża tat-tip D skaduta għal soġġorn twil b’perjodu ta’ validità li jkopri bejn 4 xhur u 12-il xahar (bl-esklużjoni ta’ viża tat-tip D li tinkludi r-referenza “Esklużjoni temporanja ta’ karta ta’ residenza”).

Dokumenti maħruġa lill-aljeni li huma minorenni:

Document de circulation pour étrangers mineurs (DCEM) délivré par la France

(Dokument tal-ivvjaġġar għall-minorenni aljeni maħruġ minn Franza)

Document de circulation pour étrangers mineurs (DCEM) délivré par la Principauté de Monaco

(Dokument ta’ ċirkolazzjoni għal barranin minuri (DCEM) maħruġ mill-Prinċipat ta’ Monaco)

Titre d’identité républicain (TIR)

(Dokument tal-identità tar-Repubblika Franċiża)

Permessi speċjali ta’ residenza

Autorisation provisoire de séjour portant la mention “volontariat associatif”

(Awtorizzazzjoni temporanja għal permanenza bil-kliem “Servizz komunitarju volontarju”);

Autorisation provisoire de séjour portant la mention “étudiant en recherche d’emploi”

(Awtorizzazzjoni temporanja għal permanenza bil-kliem “Student li qed ifittex impjieg”)

Autorisation provisoire de séjour portant la mention “parent accompagnant d’un mineur étranger malade”

(Awtorizzazzjoni temporanja għal permanenza bil-kliem “Ġenitur li qed jakkumpanja aljen marid li huwa minorenni”)

Autorisation provisoire de séjour ne portant pas de mention spécifique

(Awtorizzazzjoni temporanja għal permanenza mingħajr l-ebda kliem speċifiku)

Kull permess speċjali ta’ residenza għandu jkollu r-referenza speċifika skont il-kwalità tad-detentur:

CMD/A”: mogħtija lill-kapijiet ta’ missjonijiet diplomatiċi

CMD/M”: mogħtija lill-kapijiet tal-missjonijiet ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali

CMD/D”: mogħtija lill-kapijiet ta’ delegazzjoni permanenti f’organizzazzjoni internazzjonali

CD/A”: mogħtija lill-aġenti ta’ korp diplomatiku

CD/M”: mogħtija lill-uffiċjali għolja ta’ organizzazzjoni internazzjonali

CD/D”: mogħtija lill-uffiċjali membri ta’ delegazzjoni permanenti f’organizzazzjoni internazzjonali

CC/C”: mogħtija lill-uffiċjali konsulari

AT/A”: mogħtija lill-persunal amministrattiv jew tekniku f’ambaxxata

AT/C”: mogħtija lill-persunal amministrattiv jew tekniku f’konsulat

AT/M”: mogħtija lill-persunal amministrattiv jew tekniku f’organizzazzjoni internazzjonali

AT/D”: mogħtija lill-persunal amministrattiv jew tekniku f’delegazzjoni permanenti fi ħdan organizzazzjoni internazzjonali

SE/A”: mogħtija lill-persunal ta’ servizz f’ambaxxata

SE/C”: mogħtija lill-persunal ta’ servizz f’konsulat

SE/M”: mogħtija lill-persunal ta’ servizz f’organizzazzjoni internazzjonali

SE/D”: mogħtija lill-persunal ta’ servizz f’delegazzjoni permanenti fi ħdan organizzazzjoni internazzjonali

PP/A”: mogħtija lill-persunal privat ta’ uffiċjal diplomatiku

PP/C”: mogħtija lill-persunal privat ta’ uffiċjal konsulari

PP/M”: mogħtija lill-persunal privat ta’ membru ta’ organizzazzjoni internazzjonali

PP/D”: mogħtija lill-persunal privat ta’ membru ta’ delegazzjoni permanenti fi ħdan organizzazzjoni internazzjonali

EM/A”: mogħtija lill-mibgħuta fuq missjonijiet temporanji, għalliema jew militari bi status speċjali f’ambaxxata

EM/C”: mogħtija lill-mibgħuta fuq missjonijiet temporanji, għalliema jew militari bi status speċjali fi ħdan konsulat

EM/M”: mogħtija lill-mibgħuta fuq missjonijiet temporanji fi ħdan organizzazzjoni internazzjonali

EM/D”: mogħtija lill-mibgħuta fuq missjonijiet temporanji f’delegazzjoni permanenti fi ħdan organizzazzjoni internazzjonali

FI/M”: mogħtija lill-uffiċjali internazzjonali ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali

N.B. 1: dawk intitolati (il-konjuġi, it-tfal ta’ anqas minn 21 sena u t-tfal diependenti) jirċievu permessi speċjali ta’ residenza fl-istess kategorija tat-titolari li magħhom huma marbuta.

N.B. 2: dawk li mhumiex meqjusa bħala permessi speċjali ta’ residenza huma ċ-“ċertifikati tal-ħatra” (“CMR”, “CR”, “AR”, “SR” et “FR”) mogħtija mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej lill-persunal ta’ missjonijiet u organi imsemmija li jkunu ta’ ċittadinanza franċiża jew ir-residenza permanenti tagħhom fi Franza, kif ukoll l-ufiċjali internazzjonali li jgħixu barra mill-pajjiż (“EF/M”).

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5

 

ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11

 

ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14

 

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14

 

ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12

 

ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13

 

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5

 

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15

 

ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9

 

ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2

 

ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15

 

ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20

 

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5

 

ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26

 

ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8

 

ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6

 

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5

 

ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1

 

ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26

 

ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7

 

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5

 

ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7

 

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4

 

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 6

 

ĠU C 75, 14.3.2013, p. 8

 

ĠU C 77, 15.3.2014, p. 4

 

ĠU C 118, 17.4.2014, p. 9

 

ĠU C 200, 28.6.2014, p. 59

 

ĠU C 304, 9.9.2014, p. 3

 

ĠU C 390, 5.11.2014, p. 12

 

ĠU C 210, 26.6.2015, p. 5

 

ĠU C 286, 29.8.2015, p. 3

 

ĠU C 151, 28.4.2016, p. 4

 

ĠU C 16, 18.1.2017, p. 5

 

ĠU C 69, 4.3.2017, p. 6

 

ĠU C 94, 25.3.2017, p. 3

 

ĠU C 297, 8.9.2017, p. 3

 

ĠU C 343, 13.10.2017, p. 12

 

ĠU C 100, 16.3.2018, p. 25

 

ĠU C 144, 25.4.2018, p. 8

 

ĠU C 173, 22.5.2018, p. 6

 

ĠU C 222, 26.6.2018, p. 12

 

ĠU C 248, 16.7.2018, p. 4

 

ĠU C 269, 31.7.2018, p. 27

 

ĠU C 345, 27.9.2018, p. 5


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


22.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/13


Proċeduri ta’ stralċ

Deċiżjoni biex jinfetħu proċeduri ta’ stralċ fir-rigward ta’ Qudos Insurance A/S

(Pubblikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

(2019/C 27/09)

Impriża tal-assigurazzjoni

Qudos Insurance A/S

Købmagergade 22, 3.3

1150 Copenhagen K

ID-DANIMARKA

Id-data, id-dħul fis-seħħ u t-tip ta’ deċiżjoni

l-20 ta’ Diċembru 2018, Falliment

Awtoritajiet kompetenti

Il-Qorti Marittima u Kummerċjali

Amaliegade 35, 2.

12 56 Copenhagen K

ID-DANIMARKA

Awtorità superviżorja

L-ebda waħda

Amministratur maħtur

Boris K. Frederiksen,

Vester Farimagsgade 23,

1606 Copenhagen V

ID-DANIMARKA

Dritt applikabbli

Id-Danimarka. Kodiċi Daniż dwar il-Falliment §17


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9249 — Triton/Sunweb)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 27/10)

1.   

Fl-14 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Triton Managers V Limited (Jersey) u Triton Fund V GP S.à r.l. (il-Lussemburgu), li jappartjenu għall-grupp Triton (“Triton”, Channel Islands),

il-grupp Sunweb (“Sunweb”), permezz ta’ Holiday Holding Rotterdam B.V. (in-Netherlands).

Triton jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Sunweb kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Triton: grupp ta’ fondi u kumpaniji Ewropej indipendenti ta’ ekwità privata, iddedikati biex jinvestu primarjament f’negozji ta’ daqs medju bil-kwartieri tagħhom fl-Ewropa ta’ Fuq, b’enfasi fuq negozji fi tliet setturi ewlenin: Servizzi Kummerċjali, Industrijali u Konsumatur/Saħħa,

—   Sunweb: operatur turistiku online Ewropew, li jipprovdi pakketti ta’ vaganzi għal 20 + destinazzjoni fokali madwar l-Ewropa u l-Mediterran.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9249 — Triton/Sunweb

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


22.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/16


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9203 — Pierburg/Xingfu/Xingfu Assets)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 27/11)

1.   

Fil-21 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Shanghai Xingfu Motorcycle Co., Ltd (“Xingfu”) (iċ-Ċina), ikkontrollata minn Huayu Automotive Systems Company Limited (“HAZSCO”), li tappartjeni għall-grupp ta’ Shanghai Automotive Industry Corporation (Group) (“SAIC”),

Pieburg Pump Technology GmbH (“Pierburg”) (il-Ġermanja), ikkontrollata minn Rheinmetall Automotive AG (“RHA”).

Pierburg u Xingfu jakkwistaw, permezz tal-impriża konġunta (joint venture) tagħhom ikkontrollata b’mod konġunt, Pierburg Huayu Technology Co., Ltd (“Pierburg Huayu”), il-kontroll konġunt fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet tan-negozju tal-pompi tal-karozzi ta’ Xingfu.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Xingfu hija attiva fin-negozju tal-manifattura ta’ pompi tal-karozzi għall-kumpaniji affiljati ma’ SAIC u terzi persuni. HASCO hija kumpanija kkwotata fil-borża attiva prinċipalment fis-suq Ċiniż fil-manifattura u l-forniment ta’ komponenti tal-karozzi lill-OEMs (original equipment manufacturers) ta’ vetturi kummerċjali u tal-passiġġieri. SAIC huwa attiv fl-industrija tal-karozzi,

Pierburg timmanifattura l-pompi speċjalment għall-industrija tal-karozzi.

Pierburg Huayu huwa joint venture bejn Pierburg u Xingfu u hija attiva fil-produzzjoni ta’ pompi tal-karozzi fiċ-Ċina.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9203 — Pierburg/Xingfu/Xingfu Assets

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


22.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9235 — OTPP/MDP/Fleet Complete)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 27/12)

1.   

Fil-11 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”, il-Kanada)

Madison Dearborn Partners, LLC (“MDP”, l-Istati Uniti tal-Amerka)

Complete Innovations Holdings Inc. (“Fleet Fleet”, il-Kanada)

OTPP u MDP jiksbu, fis-sens tal-Artikolu 3(1) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt Fleet Complete.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ akkwist ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   OTPP: l-amministrazzjoni tal-benefiċċji tal-pensjoni u l-investiment ta’ assi tal-pjanijiet tal-pensjoni f’isem madwar 318 000 għalliem attiv u rtirat fil-provinċja Kanadiża ta’ Ontario;

—   MDP: investiment privat li jiffoka fuq il-ġestjoni tal-buyouts, il-finanzjament tat-tkabbir, il-finanzjament għar-rikapitalizzazzjonijiet u l-akkwiżizzjonijiet;

—   Fleet Complete: il-provvista ta’ teknoloġiji tat-traċċar mobbli li huma ffukati fuq il-konnessjoni ta’ vetturi tal-flotta, assi mobbli u negozji bbażati fuq ix-xogħol mobbli.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9235 — OTPP/MDP/Fleet Complete

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permez tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.