ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 18

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
15ta' Jannar 2019

Werrej

Paġna

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 18/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

Il-Qorti tal-Awdituri

2019/C 18/02

Rapport Speċjali Nru 01/2019 — Il-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq tal-UE: jeħtieġ li tittieħed azzjoni

2

V   Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 18/03

Sejħa għal proposti u attivitajiet relatati skont il-pjan ta’ ħidma għall-2019 tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2

3

2019/C 18/04

Sejħa għall-proposti 2019 — Programmi sempliċi — Għotjiet għal miżuri ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

4

2019/C 18/05

Sejħa għall-proposti 2019 — Programmi multipli — Għotjiet għal miżuri ta’ għoti informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

21

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 18/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9218 — CVC Capital Partners/K3) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

40

2019/C 18/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9130 — Société Générale/Commerzbank EMC Business) ( 1 )

42

2019/C 18/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9233 — Fosun International/Tom Tailor) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

43

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/1

Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Jannar 2019

(2019/C 18/01)

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1467

JPY

Yen Ġappuniż

123,93

DKK

Krona Daniża

7,4639

GBP

Lira Sterlina

0,89263

SEK

Krona Żvediża

10,2493

CHF

Frank Żvizzeru

1,1258

ISK

Krona Iżlandiża

138,50

NOK

Krona Norveġiża

9,7868

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,561

HUF

Forint Ungeriż

321,33

PLN

Zloty Pollakk

4,2925

RON

Leu Rumen

4,6815

TRY

Lira Turka

6,3241

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5945

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5226

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,9934

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6820

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5526

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 287,82

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,9218

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7595

HRK

Kuna Kroata

7,4325

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 195,99

MYR

Ringgit Malażjan

4,7049

PHP

Peso Filippin

59,912

RUB

Rouble Russu

77,0602

THB

Baht Tajlandiż

36,626

BRL

Real Brażiljan

4,2739

MXN

Peso Messikan

21,9830

INR

Rupi Indjan

81,2195

(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-Qorti tal-Awdituri

15.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/2

Rapport Speċjali Nru 01/2019

“Il-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq tal-UE: jeħtieġ li tittieħed azzjoni”

(2019/C 18/02)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 01/2019 “Il-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq tal-UE: jeħtieġ li tittieħed azzjoni” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu.

V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/3

Sejħa għal proposti u attivitajiet relatati skont il-pjan ta’ ħidma għall-2019 tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2

(2019/C 18/03)

Qiegħed jingħata avviż hawnhekk dwar it-tnedija tas-sejħa għal proposti u attivitajiet relatati skont il-pjan ta’ ħidma għall-2019 tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (FCH 2 JU).

Dan il-pjan ta’ ħidma, inklużi d-dati ta’ skadenza u l-baġits għall-attivitajiet, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Portal tal-Parteċipanti (https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home) flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa u l-attivitajiet relatati, u gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess Portal tal-Parteċipanti.

15.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/4

SEJĦA GĦALL-PROPOSTI 2019

PROGRAMMI SEMPLIĊI

Għotjiet għal miżuri ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2019/C 18/04)

1.   L-isfond u l-għan ta’ din is-sejħa

1.1.   Miżuri dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli

Fit-22 ta’ Ottubru 2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 (1) dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008. Ir-Regolament huwa supplimentat bir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 (2) u r-regoli għall-applikazzjoni tiegħu huma stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831 (3)

L-objettiv ġenerali tal-miżuri dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni huwa li jżidu l-kompetittivià tas-settur agrikolu tal-Unjoni.

L-objettivi speċifiċi tal-miżuri dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni huma li:

(a)

iżidu s-sensibilizzazzjoni tal-merti dwar il-prodotti agrikoli tal-Unjoni u dwar l-istandards għoljin applikabbli għall-metodi ta’ produzzjoni fl-Unjoni;

(b)

iżidu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agrikoli u ta’ ċerti prodotti tal-ikel tal-Unjoni u li jgħollu l-profil tagħhom kemm ġewwa kif ukoll barra mill-Unjoni;

(c)

iżidu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni;

(d)

iżidu s-sehem mis-suq tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni u ta’ ċerti prodotti tal-ikel, billi jiffokaw b’mod speċifiku fuq dawk is-swieq f’pajjiżi terzi li għandhom l-akbar potenzjal ta’ tkabbir;

(e)

jerġgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet normali tas-suq fil-każ ta’ disturb serju tas-suq, telf tal-fiduċja tal-konsumaturi jew problemi speċifiċi oħra.

1.2.   Il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Kummissjoni għall-2019

Il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Kummissjoni għall-2019, adottat bid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (4) fi 14 ta’ Novembru 2018, jispeċifika d-dettalji għall-għoti ta’ kofinanzjament u l-prijoritajiet għal programmi sempliċi u multipli fis-suq intern u f’pajjiżi terzi. Dan huwa disponibbli fl-indirizz li ġej:

https://ec.europa.eu/info/promotion-eu-farm-products_en

1.3.   Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (minn hawn ’il quddiem “Chafea”) hija fdata mill-Kummissjoni Ewropea bil-ġestjoni ta’ ċerti partijiet tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi, inkluża l-evalwazzjoni ta’ programmi sempliċi.

1.4.   Din is-sejħa għall-proposti

Din is-sejħa għal proposta hija relatata mal-implimentazzjoni ta’ programmi sempliċi, fil-qafas tat-Taqsima 1.2.1.1 (azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 1: programmi sempliċi fis-suq intern) u 1.2.1.2 (azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 2: programmi sempliċi f’pajjiżi terzi) tal-anness I tal-Programm ta’ Ħidma Annwali għall-2019.

2.   Objettivi — Prijoritajiet — Suġġetti

It-taqsimiet 1.2.1.1 u 1.2.1.2 tal-anness I tal-Programm ta’ Ħidma Annwali għall-2019 jispeċifikaw il-prijoritajiet tematiċi għall-azzjonijiet li għandhom jiġu kofinanzjati permezz ta’ din is-sejħa (ara wkoll it-taqsima 6.2 dwar l-Attivitajiet eliġibbli aktar ’l isfel). L-applikazzjonijiet sottomessi bħala tweġiba għal din is-sejħa jridu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ xi wieħed mis-6 suġġetti li jingħataw f’dawn it-taqsimiet tal-Programm ta’ Ħidma Annwali, inkella mhux se jiġu kkunsidrati għal finanzjament. L-applikanti jistgħu jissottomettu diversi applikazzjonijiet għal proġetti differenti taħt l-istess suġġett prijoritarju. L-applikanti jistgħu jissottomettu wkoll diversi applikazzjonijiet għal proġetti differenti taħt prijoritajiet tematiċi jew suġġetti differenti.

3.   Skeda

L-iskadenza għas-sottomissjoni hija s-16 ta’ April 2019, 17:00 CET (Ħin tal-Ewropa Ċentrali).

Stadji/Dati ta’ Skadenza

Data u ħin jew perjodu indikattiv

a)

Pubblikazzjoni tas-sejħa għall-proposti

15.1.2019

b)

Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni ta’ mistoqsijiet mhux relatati mal-IT

2.4.2019 17:00 CET

c)

Data ta’ skadenza biex tingħata tweġiba għal mistoqsijiet mhux relatati mal-IT

9.4.2019 17:00 CET

d)

Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

16.4.2019 17:00 CET

e)

Perjodu ta’ evalwazzjoni

April–Awwissu 2019

f)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni

Ottubru 2019

g)

Informazzjoni lill-applikanti mill-Istati Membri

Ottubru 2019

(h)

Fażi tal-adattament tal-għotja

Ottubru 2019–Jannar 2020

i)

Firma tal-ftehim ta’ għotja bejn l-Istati Membri u l-benefiċjarji

< Jannar 2020

j)

Data tal-bidu tal-azzjoni

> 1.1.2020

4.   Baġit disponibbli

Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-azzjonijiet taħt din is-sejħa huwa ta’ EUR 95 000 000. L-ammonti indikattivi disponibbli għal kull suġġett huma indikati fit-tabella “Attivitajiet eliġibbli” taħt il-punt 6.2 aktar ’l isfel.

L-ammont hu soġġett għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fil-baġit ġenerali tal-UE għall-2019, wara l-adozzjoni tiegħu mill-awtorità baġitarja tal-UE jew previsti fil-partijiet minn kull tnax proviżorji. Dan l-ammont huwa soġġett ukoll għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet għat-tliet snin li jmiss b’kont meħud tan-natura mhux differenzjata tal-approprjazzjonijiet.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

5.   Rekwiżiti ta’ Ammissibbiltà

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu sa mhux aktar tard mill-iskadenza għas-sottomissjoni msemmija fit-taqsima 3.

L-applikazzjonijiet iridu jiġu sottomessi online mill-koordinatur permezz tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti (is-sistema ta’ sottomissjoni elettronika disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/programmes/agrip).

In-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ hawn fuq iwassal għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni.

Il-proposti jistgħu jiġu sottomessi bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, meta jkunu qegħdin iħejju l-proposti tagħhom, l-applikanti għandhom iqisu li l-ftehimiet ta’ għotja se jiġu mmaniġġati mill-Istati Membri. Għaldaqstant, l-applikanti huma mħeġġa sabiex jissottomettu l-proposta tagħhom bil-lingwa/lingwi tal-Istat Membru tal-oriġini tal-organizzazzjoni(jiet) proponenti sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx indika l-qbil tiegħu li l-ftehim ta’ għotja jiġi ffirmat bl-Ingliż (5).

Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rieżami tal-proposti minn esperti indipendenti, li jipprovdu input tekniku għall-evalwazzjoni, traduzzjoni bl-Ingliż tal-parti teknika tal-proposta (parti B) għandha preferibbilment takkumpanja l-proposta jekk din tkun miktuba b’lingwa uffiċjali oħra tal-UE.

6.   Kriterji ta’ Eliġibbiltà

6.1.   Applikanti eliġibbli

Il-Proposti għal programmi sempliċi jistgħu jiġu sottomessi biss minn persuni ġuridiċi jew entitajiet oħra li ma jkollhomx personalità ġuridika taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, bil-kundizzjoni li r-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-kapaċità li jossidisfaw obbligi legali f’isem l-entità u joffru garanziji għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jkunu ekwivalenti għal dawk offruti minn persuni ġuridiċi kif imsemmija fl-Artikolu 197(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”).

B’mod aktar speċifiku, l-applikazzjonijiet mill-organizzazzjonijiet u l-korpi li ġejjin huma eliġibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014:

(i)

organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali stabbiliti fi Stat Membru u rappreżentanti tas-settur jew tas-setturi kkonċernat(i) f’dak l-Istat Membru, u b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet interprofessjonali msemmija fl-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (7) u l-gruppi kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), sakemm ikunu rappreżentattivi għall-isem protett skont ir-Regolament tal-aħħar u li huwa kopert b’dak il-programm;

(ii)

organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif definiti fl-Artikoli 152 u 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ġew rikonoxxuti minn Stat Membru; jew

(iii)

korpi tas-settur agroalimentari li l-objettiv u l-attività tagħhom huma li jipprovdu informazzjoni dwar, u li jippromwovu prodotti agrikoli u li jkunu ġew inkarigati, mill-Istat Membru kkonċernat, b’missjoni ta’ servizz pubbliku f’dan il-qasam iddefinit b’mod ċar; dawk il-korpi għandhom ikunu ġew stabbiliti legalment fl-Istat Membru inkwistjoni tal-inqas sentejn qabel id-data tas-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 8(2).

L-organizzazzjonijiet proponenti msemmija hawn fuq jistgħu jissottomettu proposta diment li jkunu rappreżentattivi tas-settur jew prodott ikkonċernat mill-proposta, li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 1(1) jew 1(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829, prinċipalment:

(i)

organizzazzjoni professjonali jew interprofessjonali, stabbilita fi Stat Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 rispettivament, għandha titqies li tkun rappreżentattiva tas-settur ikkonċernat mill-programm:

meta tkun tammonta għal mill-inqas 50 % bħala proporzjon tal-għadd ta’ produtturi, jew 50 % tal-volum jew tal-valur tal-produzzjoni li tista’ titqiegħed fis-suq tal-prodott(i) jew is-settur ikkonċernat(i), fl-Istat Membru kkonċernat; jew

meta tkun organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta mill-Istat Membru skont l-Artikolu 158 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);

(ii)

grupp, kif iddefinit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u msemmi fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, għandu jitqies li huwa rappreżentattiv tal-isem protett taħt ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u kopert mill-programm, meta dan jammonta għal mill-inqas 50 % tal-volum jew tal-valur tal-produzzjoni li tista’ titqiegħed fis-suq tal-prodott(i) li ismu(isimhom) ikun(ikunu) protett(i);

(iii)

organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 għandha titqies li tkun rappreżentattiva tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat(i) mill-programm, fejn hija rikonoxxuta mill-Istat Membru skont l-Artikolu 154 jew 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013;

(iv)

korp fis-settur agroalimentari, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 għandu jitqies li huwa rappreżentattiv tas-settur(i) kkonċernat(i) mill-programm permezz ta’ rappreżentanti ta’ dak(dawk) il-prodott(i) jew settur fost is-sħubiji tiegħu.

B’deroga mill-punti (i) u (ii) ta’ hawn fuq, jistgħu jiġu aċċettati limiti aktar baxxi jekk l-organizzazzjoni proponenti fil-proposta mressqa turi li jeżistu ċirkostanzi speċifiċi, inkluża l-evidenza dwar l-istruttura tas-suq, li jiġġustifikaw it-trattament tal-organizzazzjoni proponenti bħala rappreżentattiva tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat(i).

Il-proposti jistgħu jiġu sottomessi minn organizzazzjoni proponenti waħda jew aktar, f’liema każ ilkoll għandhom ikunu mill-istess Stat Membru tal-UE.

Huma eliġibbli biss l-applikazzjonijiet minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE.

Għal applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġbok kun af li għandu jkun hemm konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà għad-durata kollha tal-għotja. Jekk ir-Renju Unit jirtira mill-UE matul il-perjodu tal-għotja mingħajr ma jikkonkludi ftehim mal-UE li b’mod partikolari jiżgura li l-applikanti Brittaniċi jkomplu jkunu eliġibbli, inti tieqaf tirċievi finanzjament mill-UE (filwaqt li, sa fejn ikun possibbli, tkomplu tipparteċipaw) jew se tkun meħtieġ titlaq mill-proġett abbażi tal-Artikolu 34.3 tal-ftehim ta’ għotja.

Entitajiet mhux eliġibbli: applikanti li diġà jirċievu finanzjament mill-Unjoni għall-istess azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jkunu jagħmlu parti mill-proposta(i) tagħhom m’għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni għal dawk il-miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014.

Għall-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikanti, huma mitluba d-dokumenti ta’ sostenn li ġejjin:

Entità privata: estratt mill-ġurnal uffiċjali, kopja tal-istatut ta’ assoċjazzjoni, jew estratt mir-reġistru tan-negozji jew tal-assoċjazzjonijiet.

Entità pubblika: kopja tar-riżoluzzjoni jew tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-kumpanija pubblika, jew dokument uffiċjali ieħor li jistabbilixxi l-entità taħt il-liġi pubblika.

Entitajiet mingħajr personalità ġuridika: dokumenti li jipprovdu evidenza li r-rappreżentant(i) tagħhom għandu/hom il-kapaċità li jissodisfa(w) l-obbligi legali f’isimhom.

Barra minn hekk, l-applikanti kollha huma meħtieġa jissottomettu d-dokumentazzjoni rilevanti li tagħti prova li l-applikant jissodisfa l-kriterji tar-rappreżentattività stabbiliti fl-artikolu 1 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829.

6.2.   Azzjonijiet u attivitajiet eliġibbli

Il-proposti għandhom jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibbiltà elenkati fl-anness II tal-Programm ta’ Ħidma Annwali, jiġifieri:

(a)

il-proposti jistgħu jkopru biss prodotti u skemi elenkati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014;

(b)

il-proposti għandhom jassiguraw li l-miżuri jiġu implimentati permezz ta’ korpi ta’ implimentazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014. L-organizzazzjonijiet proponenti jridu jagħżlu l-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi billi jassiguraw l-aħjar valur għall-flus u n-nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess (ara l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829). L-organizzazzjoni proponenti għandha tintrabat li l-korp responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm għandu jintgħażel mhux aktar tard milli qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja (ara l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1831);

(c)

jekk organizzazzjoni proponenti tipproponi li timplimenta ċerti partijiet tal-proposta hija stess, hija għandha tassigura li l-kost tal-miżura li hija tippjana li twettaq hija nnifisha ma jaqbiżx ir-rati normali tas-suq;

(d)

il-proposti għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni li jirregola l-prodotti kkonċernati u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn, ikunu ta’ skala sinifikanti, ikollhom dimensjoni tal-Unjoni u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829;

(e)

jekk messaġġ imwassal ikun jirrigwarda informazzjoni dwar l-impatt fuq is-saħħa, il-proposti għandhom jikkonformaw mar-regoli kif imsemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829;

(f)

jekk il-proposta tipproponi li ssemmi l-oriġini jew ditti, hija għandha tikkonforma mar-regoli msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831.

Għall-applikanti li jissottomettu proposti mmirati lejn ir-Renju Unit: jekk jogħġobkom innotaw li l-irtirar tar-Renju Unit mill-UE jista’ jwassal għal bidliet fl-implimentazzjoni tal-programmi.

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-attivitajiet ippjanati, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

Proposti li jkopru skemi ta’ kwalità nazzjonali għandhom jipprovdu dokumentazzjoni jew referenza għas-sorsi disponibbli għall-pubbliku li juru li l-iskema ta’ kwalità hija rikonoxxuta b’mod uffiċjali mill-Istat Membru;

Proposti li għandhom fil-mira tagħhom is-suq intern u li jgħaddu messaġġ dwar il-prattiki tad-dieta xierqa jew dwar il-konsum responsabbli tal-alkoħol għandhom jiddeskrivu kif il-programm propost u l-messaġġ(i) tiegħu huma konformi mar-regoli nazzjonali rilevanti fil-qasam tas-saħħa pubblika fl-Istat Membru fejn se jitwettaq il-programm. Il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi referenzi jew dokumentazzjoni b’appoġġ tal-pretensjoni.

Barra minn hekk, proposta għandha tikkonforma wkoll ma’ waħda mill-prijoritajiet tematiċi elenkati fil-Programm ta’ Ħidma Annwali għall-2019 għall-programmi sempliċi. Dawn ta’ hawn taħt huma estratti mill-programm ta’ Ħidma Annwali għall-2019 li jagħtu dettalji tas-6 suġġetti li għalihom jistgħu jiġu sottomessi applikazzjonijiet. It-test jiddeksrivi s-suġġett, l-ammont relatat previst, l-objettivi u r-riżultati mistennija.

Azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 1: programmi sempliċi fis-suq intern

Suġġetti

Ammont totali previst

Prijoritajiet tas-sena, objettivi segwiti u riżultati mistennija

Suġġett 1

Programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni bl-għan li jżidu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(4)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014

12 000 000 EUR

L-objettiv hu li jżidu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni, jiġifieri:

(a)

skemi ta’ kwalità: denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP), indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), speċjalità tradizzjonali garantita (STG) u termini fakultattivi tal-kwalità;

(b)

metodu ta’ produzzjoni organika;

(c)

il-logo għal prodotti agrikoli ta’ kwalità speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni.

Il-programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jimmiraw dawn l-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni għandhom ikunu prijorità ewlenija fis-suq intern billi tali skemi jipprovdu lill-konsumaturi b’assigurazzjonijiet dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott jew il-proċess ta’ produzzjoni li jintuża, jiksbu valur miżjud għall-prodotti kkonċernati u jtejbu l-opportunitajiet tagħhom fis-suq.

Wieħed mir-riżultati mistennija huwa li jiżdiedu l-livelli ta’ rikonoxximent tal-logo assoċjati mal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjon mill-konsumaturi Ewropej. Skont l-Ewrobarometru speċjali (Nru 473), 18 % biss tal-konsumaturi Ewropej jagħrfu l-logos tal-prodotti li jibbenefikaw minn denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) u minn indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), u 15 % għall-Ispeċjalità Tradizzjonali Garantita, billi dawn huma l-iskemi ta’ kwalità ewlenin tal-Unjoni. Għad li l-għarfien dwar il-logo tal-biedja organika żdied b’erba’ punti mill-2015 ’l hawn, xorta waħda 27 % tal-konsumaturi Ewropej jagħrfu l-logo tal-UE tal-biedja organika.

L-impatt finali mistenni huwa li jiżdiedu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti rreġistrati taħt skema ta’ kwalità tal-Unjoni, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem tagħhom mis-suq.

Suġġett 2

Programmi ta’ għoti ta’ informazzjoni jew ta’ promozzjoni li jimmiraw li jenfasizzaw il-karatteristiċi speċjali tal-metodi agrikoli fl-Unjoni u l-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli tal-ikel Ewropej, u l-iskemi ta’ kwalità definiti fl-Artikolu 5(4)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014

8 000 000 EUR

L-objettiv huwa li tiġi sottolinjata mill-inqas waħda mill-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi ta’ produzzjoni agrikola fl-Unjoni, b’mod partikolari f’termini tas-sigurtà alimentari, tat-traċċabilità, tal-awtentiċità, tat-tikkettar, tal-aspetti nutrizzjonali u tas-saħħa (inklużi prattiki tad-dieta xierqa u konsum responsabbli tax-xarbiet alkoħoliċi eliġibbli), tat-trattament xieraq tal-annimali, tar-rispett għall-ambjent u s-sostenibbiltà, u tal-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli u dawk tal-ikel, b’mod partikolari f’termini tal-kwalità, tat-togħma, tad-diversità jew tat-tradizzjonijiet tagħhom.

L-impatt finali mistenni huwa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-meriti tal-prodotti agrikulturali tal-Unjoni mill-konsumaturi Ewropej u li jiżdiedu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-UE, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem tagħhom tas-suq.

Azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 2: programmi sempliċi f’pajjiżi terzi

L-applikanti jistgħu jirreferu għat-taqsima 1.2.1 tal-Anness I tal-Programm ta’ Ħidma għal informazzjoni ta’ sfond addizzjonali.

Suġġetti

Ammont totali previst

Prijoritajiet tas-sena, objettivi segwiti u riżultati mistennija

Suġġett 3

Programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni mmirati lejn wieħed jew aktar mill-pajjiżi li ġejjin: Iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u Macao), il-Ġappun, il-Korea t’Isfel, it-Tajwan, ir-reġjun Asjatiku tax-Xlokk jew l-Asja tan-Nofsinhar (10)

25 250 000 EUR

Il-programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għandhom jimmiraw pajjiż wieħed jew aktar identifikat(i) fis-suġġett korrispondenti.

L-objettivi ta’ dawn il-programmi għandhom jikkonformaw mal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014.

L-impatt finali mistenni għandu jżid il-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-Unjoni, jgħolli l-profil tagħhom u jżid is-sehem tagħhom tas-suq f’dawn il-pajjiżi mmirati.

Suġġett 4

Programmi ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni mmirati lejn wieħed jew aktar mill-pajjiżi li ġejjin: il-Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerka, il-Messiku jew il-Kolombja

22 000 000 EUR

Suġġett 5

Programmi ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni mmirati lejn żoni ġeografiċi oħra

25 250 000 EUR

Suġġett 6 (*1)

Programmi ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni mmirati lejn kwalunkwe pajjiż terz dwar żebbuġ tal-ikel kif definit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, PARTI VII, punt (b)

2 500 000 EUR

Jekk organizzazzjoni proponenti tkun tixtieq timmira diversi mir-reġjuni prijoritizzati f’pajjiżi terzi, hija għandha jew tissottometti diversi applikazzjonijiet u applikazzjoni waħda għal kull suġġett. Inkella, hija tista’ tapplika taħt is-suġġett “programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni mmirati lejn żoni ġeografiċi oħra”. Dan is-suġġett jirrigwarda ż-żoni ġeografiċi li ma kinux elenkati fis-suġġett 3 u fis-suġġett 4, iżda jista’ jirrigwarda wkoll taħlita ta’ diversi reġjuni prijoritizzati elenkati fis-suġġett 3 u fis-suġġett 4.

Tipi ta’ attivitajiet eliġibbli

L-azzjonijiet ta’ promozzjoni u ta’ għoti ta’ informazzjoni jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari mill-attivitajiet li ġejjin, eliġibbli taħt din is-sejħa:

1.

Ġestjoni tal-proġett

2.

Relazzjonijiet pubbliċi

Attivitajiet ta’ PR

Avvenimenti tal-istampa

3.

Sit web, midja soċjali

Stabbiliment, aġġornament u manutenzjoni tas-sit web

Midja soċjali (stabbiliment tal-kontijiet u ppowstjar regolari)

Oħrajn (apps tal-mowbajl, pjattaformi ta’ tagħlim elettroniku, webinars, eċċ.)

4.

Reklamar

Mezzi Stampati

TV

Radju

Onlajn

Fuq barra

Ċinema

5.

Għodod ta’ komunikazzjoni

Pubblikazzjonijiet, settijiet tal-midja, merkanzija promozzjonali

Filmati promozzjonali

6.

Avvenimenti

Stands fil-fieri kummerċjali

Seminars, workshops, laqgħat B2B, sessjonijiet ta’ taħriġ għas-snajja’/koki, attivitajiet fl-iskejjel

Ġimgħat tar-ristoranti

Sponsorizzar tal-avvenimenti

Vjaġġi ta’ studju fl-Ewropa

7.

Promozzjoni fil-punti tal-bejgħ (POS)

Jiem tad-dewqan

Oħrajn: promozzjoni fil-pubblikazzjonijiet tal-bejjiegħa bl-imnut, reklamar fil-POS

Id-dewqan u d-distribuzzjoni tal-kampjuni mhumiex permessi fil-kuntest tal-kampanji dwar ix-xorb responsabbli implimentati fis-suq intern; madankollu, dawn l-attivitajiet jiġu aċċettati jekk ikunu anċillari għal u jappoġġjaw l-għoti ta’ miżuri ta’ informazzjoni dwar l-iskemi ta’ kwalità u l-metodu tal-produzzjoni organika.

Perjodu ta’ implimentazzjoni

L-azzjoni kofinanzjata (programmi ta’ informazzjoni/ta’ promozzjoni) għandha tiġi implimentata fuq perjodu ta’ mill-anqas sena iżda ta’ mhux aktar minn tliet snin.

Il-proposti għandhom jispeċifikaw id-durata tal-azzjoni.

7.   Kriterji ta’ Esklużjoni (11)

7.1.   Esklużjoni mill-parteċipazzjoni

L-applikanti jiġu esklużi milli jipparteċipaw f’din il-proċedura ta’ sejħa għall-proposti jekk ikunu jinsabu f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni:

(a)

l-applikant ikun fallut, soġġett għal proċedimenti ta’ insolvenza jew ta’ stralċ, l-assi tiegħu jkunu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew minn qorti, ikun f’arranġament ma’ kredituri, ikollu l-attivitajiet tan-negozju tiegħu sospiżi, jew ikun fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista fil-liġijiet jew fir-regolamenti nazzjonali;

(b)

ikun ġie stabbilit b’deċiżjoni finali jew b’deċiżjoni amministrattiva finali li l-applikant ikun qiegħed jikser l-obbligi tiegħu relatati mal-pagament tat-taxxi jew tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont il-liġi applikabbli;

(c)

ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-applikant ikun ħati ta’ kondotta professjonali ħażina serja bil-ksur ta’ liġijiet jew regolamenti jew standards etiċi applikabbli għall-professjoni li għaliha jappartjeni l-applikant jew billi jkun involut fi kwalunkwe intenzjoni ħażina jew negliġenza serja, inkluż b’mod partikolari, kull wieħed minn dawn ix-xenarji:

(i)

ir-rappreżentazzjoni skorretta b’mod frodulenti jew b’negliġenza ta’ tagħrif meħtieġ biex jiġi vverifikat li m’hemmx bażi għall-esklużjoni jew is-sodisfazzjon tal-kriterji ta’ eliġibbiltà jew tal-għażla jew fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, ta’ ftehim ta’ għotja jew ta’ deċiżjoni ta’ għotja;

(ii)

il-ftehim ma’ applikanti oħrajn bil-għan li titfixkel il-kompetizzjoni;

(iii)

il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(iv)

it-tentattiv sabiex jiġi influwenzat il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-Aġenzija waqt il-proċedura ta’ għoti;

(v)

it-tentattiv li tinkiseb informazzjoni kunfidenzjali li tista’ tagħtih vantaġġi mhux xierqa fil-proċedura ta’ għoti;

(d)

ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali li l-applikant ikun ħati ta’ kwalunkwe wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

frodi, fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1995;

(ii)

korruzzjoni, kif definita fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1371 jew l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 1997, jew l-aġir imsemmi fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI (13), jew korruzzjoni kif iddefinita fid-dritt applikabbli;

(iii)

imġiba relatata ma’ organizzazzjoni kriminali kif imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI (14);

(iv)

ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu fis-sens tal-Artikolu 1(3), (4) u (5) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15);

(v)

reati terroristiċi jew reati marbuta ma’ attivitajiet terroristiċi, kif definiti fl-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI (16), rispettivament, jew inċitament, għajnuna, tixwix jew tentattivi għat-twettiq ta’ tali reati, kif imsemmija fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni;

(vi)

tħaddim tat-tfal jew reati oħra li jikkonċernaw it-traffikar tal-bnedmin kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);

(e)

l-applikant ikun wera nuqqasijiet gravi fil-konformità mal-obbligi prinċipali fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, li jwasslu għal terminazzjoni kmieni tagħhom jew għall-applikazzjoni ta’ danni likwidati jew penali kuntrattwali oħrajn, jew li jinkixfu wara verifiki, awditi jew investigazzjonijiet mill-uffiċjal awtorizzanti, l-OLAF jew il-Qorti tal-Awdituri;

(f)

ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-applikant ikun wettaq irregolarità fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (18);

(g)

Ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-applikant ħoloq entità f’ġurisdizzjoni differenti bil-ħsieb li jevita obbligazzjonijiet fiskali, soċjali jew kwalunkwe obbligazzjoni legali oħra ta’ applikazzjoni mandatorja fil-ġurisdizzjoni tal-uffiċċju rreġistrat, tal-amministrazzjoni ċentrali jew tas-sede prinċipali tiegħu;

(h)

ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li entità tkun inħolqot bil-ħsieb imsemmi fil-punt (g);

(i)

għas-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-punti (c) sa (h) hawn fuq, l-applikant huwa soġġett għal:

(i)

fatti stabbiliti fil-kuntest ta’ awditi jew investigazzjonijiet imwettqin mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew wara t-twaqqif tiegħu, mill-Qorti tal-Awdituri, mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi jew minn awditur intern, jew kwalunkwe verifika, awditu jew kontroll ieħor imwettqin taħt ir-responsabbiltà ta’ uffiċjal awtorizzanti jew istituzzjoni tal-UE, ta’ uffiċċju Ewropew jew ta’ aġenzija jew korp tal-UE;

(ii)

sentenzi mhux finali jew deċiżjonijiet amministrattivi mhux finali li jistgħu jinkludu miżuri dixxiplinari meħuda mill-korp ta’ sorveljanza kompetenti responsabbli għall-verifika tal-applikazzjoni tal-istandards ta’ etika professjonali;

(iii)

fatti msemmijin fid-deċiżjonijiet tal-persuni jew tal-entitajiet li jiġu inkarigati bil-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-UE;

(iv)

informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri li jimplimentaw fondi tal-Unjoni;

(v)

deċiżjonijiet tal-Kummissjoni marbuta mal-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jew ta’ awtorità kompetenti nazzjonali relatati mal-ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali; jew

(vi)

deċiżjonijiet ta’ esklużjoni minn uffiċjal awtorizzanti ta’ istituzzjoni tal-UE, ta’ uffiċċju Ewropew jew ta’ aġenzija jew korp tal-UE.

7.2.   Esklużjoni mill-għoti

L-applikanti jiġu esklużi mill-għoti ta’ kofinanzjament jekk, matul il-proċedura tal-għoti ta’ finanzjament, huma jkunu f’waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti taħt l-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju (19):

(a)

ikunu f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni stabbilita skont l-Artikolu 136 tar-Regolament Finanzjarju;

(b)

ikunu rrappreżentaw b’mod ħażin l-informazzjoni meħtieġa bħala kondizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura jew naqsu milli jipprovdu dik l-informazzjoni fil-proċedura tal-għoti tal-għotja jew naqsu milli jipprovdu din l-informazzjoni;

(c)

qabel kienu involuti fit-tħejjija tad-dokumenti użati fil-proċedura ta’ għoti fejn dan ikun jinvolvi ksur tal-prinċipju ta’ trattament indaqs, inkluża distorsjoni tal-kompetizzjoni li ma tistax tiġi rimedjata b’xi mod ieħor.

Biex juri l-konformità mal-kriterji ta’ esklużjoni, il-koordinatur irid jimmarka l-kaxxa rilevanti waqt li jkun qiegħed jissottometti l-applikazzjoni online tiegħu. Jekk jintgħażlu għall-kofinanzjament, il-benefiċjarji kollha (f’każ ta’ għotja b’diversi benefiċjarji) iridu jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-unur li tiċċertifika li ma jkunux f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 136(1), 136(2) u 141 u 142 tar-Regolament Finanzjarju. L-applikanti għandhom isegwu l-istruzzjonijiet fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.

8.   Kriterji tal-għażla

8.1.   Kapaċità finanzjarja

L-applikanti jrid ikollhom sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament biex iżommu l-attività tagħhom tul il-perjodu sħiħ tal-implimentazzjoni tal-azzjoni u biex jipparteċipaw fil-finanzjament tagħha.

Il-kapaċità finanzjarja tal-applikanti kollha tiġi vvalutata skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Din il-valutazzjoni ma titwettaqx jekk:

Il-kontribuzzjoni tal-UE mitluba mill-applikant hija ≤ EUR 60 000.

L-applikant ikun korp pubbliku.

Id-dokumenti ta’ sostenn li jridu jiġu mehmuża mal-applikazzjoni online biex tkun tista’ ssir il-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja jinkludu:

Il-kontijiet annwali (inklużi l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-introjtu) għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha jkunu ngħalqu l-kontijiet (għall-entitajiet maħluqin ġodda, għandu jiġi ppreżentat il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju minflok il-kontijiet).

Formola tal-Vijabilità Finanzjarja mimlija minn qabel li tiġbor fil-qosor id-data neċessarja mill-kontijiet annwali li tikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tal-applikant.

Barra minn hekk, għal koordinatur jew għal benefiċjarju ieħor li jitlob kontribuzzjoni mill-UE ta’ ≥ EUR 750 000 (limitu applikabbli għal kull benefiċjarju):

Rapport tal-awditu mħejji minn awditur estern approvat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għall-korpi pubbliċi.

8.2.   Kapaċità operattiva

L-applikanti jrid ikollhom il-kwalifiki professjonali xierqa meħtieġa biex itemmu l-azzjonijiet proposti.

L-applikanti għandhom juru li mill-inqas persuna fiżika waħda li taħdem taħt kuntratt ta’ impjieg mal-applikant, jew assenjata għall-azzjoni abbażi ta’ att ta’ ħatra ekwivalenti, sekondata kontra l-pagament jew abbażi ta’ tipi oħrajn ta’ kuntratti diretti (eż. li jkopru l-għoti ta’ servizzi) se tinħatar bħala koordinatur tal-proġetti. Il-koordinatur tal-proġetti għandu jkollu mill-inqas tliet snin ta’ esperjenza fil-ġestjoni tal-proġetti. Bħala evidenza, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi pprovduta fl-anness “CVs”:

Curriculum Vitae (kwalifiki u esperjenzi professjonali) tal-persunal tal-persuna prinċipalment responsabbli għall-ġestjoni u għall-implimentazzjoni tal-azzjoni proposta (20).

F’każijiet fejn l-organizzazzjonijiet proponenti jipproponu li jimplimentaw ċerti partijiet tal-proposta, għandha tingħata evidenza li jkollhom mill-anqas tliet snin esperjenza fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni. Bħala evidenza, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi pprovduta fl-Anness “Informazzjoni addizzjonali”:

Ir-rapport dwar l-attivitajiet tal-organizzazzjoni(jiet) proponenti jew deskrizzjoni tal-attivitajiet imwettqa b’rabta mal-attivitajiet li jkunu eliġibbli għal kofinanzjament kif deskritt taħt il-punt 6 (aktar ’il fuq).

9.   Kriterji għall-għoti

Il-Parti B tal-applikazzjoni sservi biex il-proposta tiġi evalwata kontra l-kriterji għall-għoti.

L-applikazzjonijiet iridu jipproponu struttura effiċjenti tal-ġestjoni u jipprovdu strateġija ċara u deskrizzjoni preċiża tal-istrateġija u tar-riżultati mistennija.

Il-kontenut ta’ kull proposta jiġi vvalutat skont il-kriterji u s-sottokriterji li ġejjin:

Kriterji

Punti Massimi

Limitu

1.

Id-dimensjoni tal-Unjoni

20

14

2.

Il-kwalità tal-proposta teknika

40

24

3.

Il-kwalità tal-ġestjoni tal-proġett

10

6

4.

Baġit u kosteffettività

30

18

TOTAL

100

62

Il-proposti li jaqgħu taħt il-limiti globali u/jew il-limiti individwali mħabbra hawn fuq għandhom jiġu rifjutati.

Is-sottokriterji li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni ta’ kull wieħed mill-kriterji prinċipali tal-għoti:

1.

Id-dimensjoni tal-Unjoni:

(a)

Ir-rilevanza tal-informazzjoni proposta u tal-miżuri ta’ promozzjoni għall-objettivi ġenerali u speċifiċi elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, għall-għanijiet elenkati fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament, kif ukoll għall-prijoritajiet, għall-objettivi u għar-riżultati mistennija mħabbra taħt il-prijorità tematika rilevanti.

(b)

Il-messaġġ tal-Unjoni tal-kampanja.

(c)

L-impatt tal-proġett fil-livell tal-Unjoni.

2.

Il-kwalità tal-proposta teknika

(a)

Il-kwalità u r-rilevanza tal-analiżi tas-suq.

(b)

Il-koerenza tal-istrateġija, tal-objettivi, u tal-messaġġi ewlenin tal-programm.

(c)

Għażla xierqa ta’ attivitajiet fir-rigward tal-objettivi u tal-istrateġija tal-programm, taħlita ta’ komunikazzjoni adegwata, sinerġija bejn l-attivitajiet.

(d)

Deskrizzjoni konċiża tal-attivitajiet u tar-riżultati.

(e)

Il-kwalità tal-metodi u tal-indikaturi proposti għall-evalwazzjoni.

3.

Il-kwalità tal-ġestjoni tal-proġett

(a)

L-organizzazzjoni tal-proġett u l-istruttura tal-ġestjoni.

(b)

Il-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità u l-ġestjoni tar-riskju.

4.

Baġit u kosteffettività

(a)

Ġustifikazzjoni tal-livell ġenerali tal-investiment.

(b)

Allokazzjoni xierqa tal-baġit fir-rigward tal-objettivi u tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet.

(c)

Deskrizzjoni ċara tal-ispejjeż stmati u tal-preċiżjoni tal-baġit.

(d)

Il-konsistenza bejn l-ispejjeż stmati u r-riżultati.

(e)

Stima realistika tal-ispejjeż tal-koordinazzjoni tal-proġetti u tal-attivitajiet implimentati mill-organizzazzjoni proponenti, inklużi n-numru u r-rata tal-persuni/jiem.

Wara l-evalwazzjoni, il-proposti kollha eliġibbli jiġu kklassifikati skont in-numru totali ta’ punti mogħtija. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jingħataw lill-proposti bl-ogħla klassifikazzjoni skont il-baġit disponibbli.

Għandha tiġi stabbilita lista bi klassifikazzjoni separata għal kull wieħed mis-suġġetti ta’ prijorità elenkati taħt it-taqsima 6.2 ta’ din is-sejħa.

Jekk ikun hemm żewġ proposti (jew aktar) bl-istess numru ta’ punti fuq l-istess lista bi klassifikazzjoni, f’dak il-każ il-proposta(i) li tagħti(jagħtu) lok għal diversifikazzjoni f’termini ta’ prodotti jew ta’ swieq immirati għandha/għandhom tingħata/jingħataw prijorità. Dan ifisser li bejn proposti ex aequo, il-Kummissjoni l-ewwel għandha tagħżel dik li l-kontenut tagħha (l-ewwel f’termini tal-prodotti, it-tieni f’termini tas-suq immirat) ikun għadu mhux rappreżentat fil-proposti kklassifikati ogħla. Jekk dan il-kriterju ma jkunx jista’ jiġi applikat, f’dak il-każ il-Kummissjoni l-ewwel għandha tagħżel il-programm li jkun ġab l-ogħla punteġġ għall-kriterji għall-għoti individwali. L-ewwel, hi se tqabbel il-punteġġi għad-“Dimensjoni tal-Unjoni”, imbagħad għall-“Kwalità tal-proposta finanzjarja”, u finalment għall-“Baġit u l-kosteffettività”.

Jekk għal suġġett partikolari ma jkunx hemm biżżejjed proposti fuq il-lista bi klassifikazzjoni biex jiġi eżawrit l-ammont kollu previst, l-ammont li jifdal jista’ jiġi allokat mill-ġdid lil suġġetti oħra skont il-kriterji li ġejjin.

(a)

it-total tal-ammont previst li jifdal għaż-żewġ suġġetti dwar is-suq intern għandu jiġi allokat għall-proġetti li jimmiraw is-suq intern bl-ogħla punteġġ tal-kwalità, irrispettivament mis-suġġett li applikaw għalih;

(b)

għandu jittieħed l-istess approċċ għall-proposti mmirati lejn il-pajjiżi terzi (Suġġetti 3-6);

(c)

jekk l-ammont previst jibqa’ ma jiġix eżawrit, l-ammonti li jifdal kemm għas-suq intern kif ukoll għall-pajjiżi terzi għandhom jingħaqdu u jiġu assenjati għall-proġetti bl-ogħla punteġġ tal-kwalità, irrispettivament mill-prijorità u mis-suġġett li għalih ikunu applikaw.

L-ordni tal-listi kklassifikati se tiġi segwita b’mod strett.

10.   Impenji legali

Wara l-evalwazzjoni, is-Chafea tistabbilixxi lista ta’ proposti rakkomandati għal finanzjament, ikklassifikati skont in-numru totali ta’ punti mogħtija.

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, il-Kummissjoni Ewropea għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni, li jiddetermina l-programmi sempliċi magħżula, kwalunkwe tibdil li għandu jsir fihom, u l-baġits korrispondenti (deċiżjoni ta’ għoti).

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni se telenka l-programmi magħżula aċċettati għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014. Din id-Deċiżjoni se tiġi indirizzata lill-Istati Membri kompetenti. L-Istati Membri kkonċernati se jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni xierqa tal-programmi sempliċi magħżula u għall-pagamenti rilevanti.

Malli l-Kummissjoni tadotta dan l-att ta’ implimentazzjoni, hija għandha tibgħat il-kopji tal-programmi magħżula lill-Istati Membri kkonċernati. Mingħajr dewmien, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-organizzazzjonijiet proponenti kkonċernati jekk l-applikazzjonijiet tagħhom ikunux ġew aċċettati jew le.

L-Istati Membri għandhom jikkonkludu kuntratti għall-implimentazzjoni ta’ programmi mal-organizzazzjonijiet proponenti magħżula skont ir-rekwiżiti msemmija taħt l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1831. Il-ftehimiet ta’ għotja se jiddettaljaw b’mod partikolari l-kundizzjonijiet u l-livell ta’ finanzjament, kif ukoll l-obbligi tal-partijiet.

11.   Dispożizzjonijiet finanzjarji

11.1.   Prinċipji ġenerali li japplikaw għall-għotjiet (21)

(a)

Għoti mhux kumulattiv

Azzjoni tista’ tirċievi biss għotja waħda mill-baġit tal-UE.

L-istess spejjeż fl-ebda ċirkustanza ma għandhom jiġu ffinanzjati darbtejn mill-baġit tal-Unjoni.

L-applikanti għandhom jindikaw is-sorsi u l-ammonti ta’ finanzjament tal-Unjoni riċevut jew li ssir applikazzjoni għalih għall-istess azzjoni jew parti mill-azzjoni jew għat-tħaddim tagħhom (għotjiet operattivi), kif ukoll kwalunkwe finanzjament ieħor riċevut jew li ssir applikazzjoni għalih għall-istess azzjoni.

(b)

Non-retroattività

Ma tista’ tingħata l-ebda għotja b’mod retrospettiv għal azzjonijiet li jkunu diġà tlestew.

(c)

Il-prinċipju tal-kofinanzjament

Kofinanzjament ifisser li r-riżorsi meħtieġa biex titwettaq l-azzjoni ma jkunux kompletament ipprovduti mill-għotja tal-UE.

In-nefqa li tibqa’ titħallas esklużivament mill-organizzazzjoni proponenti.

Huma permessi u se jiġu kkunsidrati bħala riċevuti, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija lil benefiċjarju mill-membri tagħha, speċifikament biex jintużaw għall-ispejjeż li huma negliġibbli taħt l-azzjoni

11.2.   Baġit ibbilanċjat

Il-baġit stmat tal-azzjoni jrid jiġi ppreżentat fil-parti A tal-formola ta’ applikazzjoni. Dan irid ikollu d-dħul u n-nefqa bbilanċjati.

Il-baġit irid ikun imfassal fil-munita euro.

L-applikanti li jipprevedu li l-ispejjeż ma jkunux se jiġu mġarrba fil-munita euro huma mistiedna jużaw ir-rata tal-kambju ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

http://ec.europa.eu/budget/contracts_grants/info_contracts/inforeuro/inforeuro_en.cfm

11.3.   Kuntratti/sottokuntratti ta’ implimentazzjoni

Fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni tkun teħtieġ l-għoti ta’ kuntratti ta’ akkwist (kuntratti ta’ implimentazzjoni), il-benefiċjarju għandu jagħti l-kuntratt lill-offerta li tagħti l-aħjar valur għall-flus jew l-orħos prezz (kif ikun xieraq), biex b’hekk jiġu evitati kunflitti ta’ interess (22).

Il-benefiċarju hu mistenni li jiddokumenta b’mod ċar il-proċedura tal-offerti u għandu jżomm id-dokumentazzjoni f’każ li jkun hemm bżonn ta’ awditjar.

Fejn l-organizzazzjoni proponenti tkun korp irregolat mil-liġi pubblika skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(4) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), hija trid tagħżel is-sottokuntratturi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi dik id-Direttiva.

Is-sottokuntrattar, jiġifieri l-esternalizzazzjoni ta’ kompiti jew ta’ attivitajiet speċifiċi li jiffurmaw parti mill-azzjoni kif deskritt fil-proposta, irid jissodisfa l-kundizzjonijiet applikabbli għal kwalunkwe kuntratt ta’ implimentazzjoni (kif speċifikat hawn fuq) u flimkien magħhom il-kundizzjonijiet li ġejjin:

irid ikun iġġustifikat filwaqt li jitqiesu n-natura tal-azzjoni u dak li jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tagħha;

il-kompiti ċentrali tal-azzjonijiet (jiġifieri l-koordinazzjoni teknika u finanzjarja tal-azzjoni u l-ġestjoni tal-istrateġija) la jistgħu jiġu sottokuntrattati u lanqas delegati;

l-ispejjeż stmati tas-sottokuntrattar iridu jissemmew b’mod ċar fil-partijiet tekniċi u finanzjarji tal-proposta;

kwalunkwe rikors għas-sottokuntrattar, jekk ma jiġix ipprovdut fid-deskrizzjoni tal-azzjoni, jiġi kkomunikat mill-benefiċjarju u approvat mill-Istat Membru. L-Istat Membru jista’ jagħti approvazzjoni:

(i)

qabel kwalunkwe rikors għal sottokuntrattar, jekk il-benefiċjarji jitolbu emenda

(ii)

wara rikors għal sottokuntrattar jekk is-sottokuntrattar:

ikun speċifikament iġġustifikat fir-rapport tekniku interim jew finali u

ma jinvolvix bidliet għall-ftehim tal-għotja li jqajmu dubju dwar id-deċiżjoni li tagħti l-għotja jew ikunu kontra t-trattament ugwali tal-applikanti;

il-benefiċjarji jiżguraw li ċerti kundizzjonijiet applikabbli għall-benefiċjarji, enumerati fil-ftehim tal-għotja (eż. il-viżibbiltà, il-kunfidenzjalità, eċċ.) jkunu applikabbli wkoll għas-sottokuntratturi.

Sottokuntrattar lil entitajiet li jkollhom rabta strutturali mal-benefiċjarju

Jistgħu jingħataw sottokuntratti wkoll lil entitajiet li jkollhom rabta strutturali mal-benefiċjarju, iżda biss jekk il-prezz ikun limitat għall-ispejjeż attwali mġarrba mill-entità (jiġifieri mingħajr l-ebda marġini ta’ profitt).

Il-kompiti li għandhom jiġu implimentati minn tali entitajiet iridu jkunu msemmija b’mod ċar fil-parti teknika tal-proposta.

11.4.   Forom ta’ finanzjament, spejjeż eliġibbli u mhux eliġibbli

Il-kofinanzjament għandu jieħu l-forma ta’ rimborż ta’ proporzjon speċifikat tal-ispejjeż eliġibbli li fil-fatt jiġġarrbu; huwa se jinkludi wkoll rata fissa li tkopri l-ispejjeż indiretti (ugwali għal 4 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-persunal) li jkunu relatati mal-implimentazzjoni tal-azzjoni (24).

—   Ammont massimu mitlub

L-għotja tal-UE hija limitata għar-rata massima ta’ kofinanzjament li ġejja ta’:

għal programmi sempliċi fis-suq intern: 70 % tal-ispejjeż eliġibbli;

għal programmi sempliċi f’pajjiżi terzi: 80 % tal-ispejjeż eliġibbli;

għal programmi sempliċi fis-suq intern ta’ benefiċjarju stabbilit fi Stati Membri li fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara rċevew għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 136 u 143 TFUE (25): 75 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-programm;

għal programmi sempliċi f’pajjiżi terzi ta’ benefiċjarju stabbilit fi Stati Membri li fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara rċevew għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 136 u 143 TFUE: 85 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-programm.

Dawn l-aħħar żewġ perċentwali għandhom japplikaw għal dawk il-programmi li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwarhom qabel id-data minn meta l-Istat Membru kkonċernat ma jibqax jirċievi dik l-għajnuna finanzjarja.

Konsegwentement, parti mit-total tal-ispejjeż eliġibbli mdaħħla fl-istima tal-baġit għandha tiġi ffinanzjata minn sorsi barra l-għotja mill-UE (prinċipju ta’ kofinanzjament).

—   Spejjeż eliġibbli

L-ispejjeż eliġibbli jkunu attwalment imġarrba mill-benefiċjarju tal-għotja u jissodisfaw il-kriterji kollha indikati fl-Artikoli 6.1 u 6.2 tal-ftehim mudell ta’ għotja u fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829.

—   Spejjeż ineliġibbli

L-ispejjeż li mhumiex eliġibbli huma spejjeż li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829. Dawn huma elenkati taħt l-Artikolu 6.4 tal-ftehim mudell ta’ għotja.

—   Kalkolu tal-ammont finali tal-għotja

L-ammont finali tal-għotja jiġi kkalkulat wara t-tlestija tal-programm, fuq approvazzjoni tat-talba għall-pagament.

L-“ammont finali tal-għotja” jiddependi minn kemm fil-fatt il-programm ikun qiegħed jiġi implimentat skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim ta’ għotja.

Dan l-ammont jiġi kkalkulat mill-Istat Membru — meta jsir il-pagament tal-bilanċ — skont l-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1831.

11.5.   Arranġamenti għall-pagamenti

L-organizzazzjoni proponenti tista’ tissottometti applikazzjoni għal pagament bil-quddiem lill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 13 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831.

L-applikazzjonijiet għal pagament interim tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu sottomessi mill-organizzazzjoni proponenti lill-Istati Membri skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831.

L-applikazzjonijiet għall-pagament tal-bilanċ għandhom jiġu sottomessi mill-organizzazzjoni proponenti lill-Istati Membri skont l-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831.

11.6.   Garanziji bil-quddiem

Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1831, il-pagament bil-quddiem għandu jitħallas bil-kundizzjoni li l-organizzazzjoni proponenti tkun iddepożitat garanzija daqs l-ammont ta’ dak il-ħlas bil-quddiem favur l-Istat Membru skont il-Kapitolu IV tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (26).

12.   Pubbliċità

Il-benefiċjarji jridu juru biċ-ċar il-kontribut tal-Unjoni Ewropea fl-attivitajiet kollha li għalihom tintuża l-għotja.

F’dan ir-rigward, il-benefiċjarji huma meħtieġa li jagħtu prominenza lill-isem u l-emblema tal-Unjoni Ewropea fil-pubblikazzjonijiet, posters, programmi u prodotti oħra kollha tagħhom imwettqa taħt il-proġett kofinanzjat.

Ir-regoli għar-riproduzzjoni grafika tal-emblema Ewropea jinsabu fil-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali (27).

Barra minn hekk, il-materjal viżiv kollu li jiġi prodott fil-qafas ta’ programm ta’ promozzjoni kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea għandu juri l-firma “Enjoy it’s from Europe” (“Gawdi, dan mill-Ewropa”). Il-linji gwida dwar l-użu tal-firma, kif ukoll il-fajls grafiċi kollha jistgħu jitniżżlu mis-sit web tal-promozzjoni fuq Ewropa (28).

Fl-aħħar nett, il-materjal miktub kollu, jiġifieri l-brochures, posters, fuljetti, banners, kartelluni, reklami stampati, artikoli fil-gazzetti, paġni elettroniċi (bl-eċċezzjoni ta’ gadgets żgħar), għandu jinkludi dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà skont it-termini speċifikati fil-ftehim tal-għotja, li tispjega li dan jirrappreżenta l-fehmiet tal-awtur. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għall-użu li jista’ jsir mill-informazzjoni li jkun fih.

13.   Protezzjoni tad-data

It-tweġiba għal kull sejħa għall-proposti tinvolvi r-reġistrazzjoni u l-proċessar ta’ data personali (bħall-isem, l-indirizz u s-CV tal-individwi li jipparteċipaw fl-azzjoni kofinanzjata). Din id-data tiġi proċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-mistoqsijiet u kwalunkwe data personali mitluba li huma meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni skont l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-proposti se jiġu proċessati biss għal dak l-iskop mill-Aġenzija Eżekuttiva/mill-Kummissjoni jew minn partijiet terzi li jaġixxu f’isem l-Aġenzija Eżekuttiva/il-Kummissjoni u taħt ir-responsabbiltà tagħha. Is-suġġetti tad-data jistgħu jiġu infurmati dwar aktar dettalji tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar, id-drittijiet tagħhom u kif dawn jistgħu jiġu infurzati b’riferiment għad-dikjarazzjoni tal-privatezza ppubblikata fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti:

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/support/legalnotice

u fis-sit web tal-Aġenzija:

http://ec.europa.eu/chafea/about/data_protection.html

L-applikanti huma mistiedna jiċċekkjaw id-dikjarazzjoni tal-privatezza rilevanti f’intervalli regolari ħalli jkunu infurmati kif xieraq b’aġġornamenti possibbli li jistgħu jseħħu sal-iskadenza tas-sottomossjoni tal-proposti tagħhom jew wara. Il-benefiċjarji jassumu l-obbligu ġuridiku li jinfurmaw lill-persunal tagħhom dwar l-operazzjonijiet tal-proċessar rilevanti li għandhom jitwettqu mill-Aġenzija; biex jagħmlu dan, iridu jipprovdulhom id-dikjarazzjonijiet tal-privatezza ppubblikati mill-Aġenzija fuq il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti qabel jittrażmettu d-data tagħhom lill-Aġenzija; Id-data personali tista’ tiġi rreġistrata fis-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija (EDES) tal-Kummissjoni Ewropea prevista fl-Artikoli 135 u 142 tar-Regolament Finanzjarju tal-UE skont id-dispożizzjonijiet applikabbli.

14.   Proċedura għall-preżentazzjoni ta’ proposti

Il-proposti jridu jintbagħtu sal-iskadenza stabbilita fit-taqsima 3 permezz tas-Sistema Elettronika għall-Preżentazzjoni fuq:

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home

Qabel ma tissottometti proposta:

1.

Sib sejħa:

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/programmes/agrip

2.

Oħloq kont biex tissottometti proposta:

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/how-to-participate/beneficiary-register

3.

Irreġistra s-sħab kollha permezz tar-reġistru tal-benefiċjarji:

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/how-to-participate/beneficiary-register

L-applikanti se jiġu infurmati bil-miktub dwar ir-riżultati tal-proċess tal-għażla.

L-applikanti għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-limitu ta’ paġni u tal-ifformattjar għall-proposta teknika (parti B) indikata fis-sistema tas-sottomissjoni.

Meta jissottometti proposta, l-applikant jaċċetta l-proċeduri u l-kundizzjonijiet kif deskritt f’din is-sejħa u fid-dokumenti li tirreferi għalihom.

Ma hija permessa l-ebda modifika fl-applikazzjoni ladarba tgħaddi l-iskadenza għas-sottomissjoni. Madankollu, jekk ikun meħtieġ li jiġu ċċarati ċerti aspetti jew li jiġu rranġati xi żbalji klerikali, il-Kummissjoni/l-Aġenzija tista’ tikkuntattja lill-applikant għal dan il-għan matul il-proċess tal-evalwazzjoni (30).

Kuntatti

Għal mistoqsijiet dwar l-għodod għas-sottomissjoni online, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Helpdesk tal-IT stabbilit għal dan l-għan permezz tas-sit web tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti:

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/support/helpdesks

Għal mistoqsijiet mhux relatati mal-IT, huwa disponibbli helpdesk fis-Chafea fuq: CHAFEA-AGRI-CALLS@ec.europa.eu. L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-mistoqsijiet hija t-2.4.2019 17:00 CET (Ħin tal-Ewropa Ċentrali). It-tweġibiet għal mistoqsijiet rilevanti se jiġu ppubblikati fuq http://ec.europa.eu/chafea/agri/faq.html sad-9.4.2019 17:00 CET (Ħin tal-Ewropa Ċentrali)

Il-mistoqsijiet frekwenti huma ppubblikati fis-sit elettroniku tas-Chafea: http://ec.europa.eu/chafea/agri/faq.html

Fil-korrispondenza kollha relatata ma’ din is-sejħa (eż: meta tintalab informazzjoni, jew tiġi sottomessa applikazzjoni), għandha ssir referenza ċara għal din is-sejħa speċifika. Ladarba s-sistema ta’ skambju elettroniku talloka numru tal-ID tal-proposta, l-applikant irid juża dan in-numru f’kull korrispondenza sussegwenti.

Dokumenti relatati

Gwida għall-applikanti dwar l-annessi rilevanti

Formola ta’ applikazzjoni

Mudell tal-ftehim tal-għotjiet (verżjoni ta’ monobenefiċjarju u multibenefiċjarju)

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).

(2)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 tat-23 ta’ April 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 3).

(3)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831 tas-7 ta’ Ottubru 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 14).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2019 tal-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi, C(2018) 7451.

(5)  Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq https://ec.europa.eu/chafea/agri/funding-opportunities/simple-and-multi-programmes.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

(10)  Il-kompożizzjoni tar-reġjuni ssegwi l-klassifikazzjoni tal-pajjiżi u reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti. Għal aktar dettalji dwar il-lista ta’ pajjiżi li jsawru ż-żoni ġeografiċi, ara: http://unstats.un.org/unsd/methods/m49/m49regin.htm

(*1)  Il-programmi dwar iż-żebbuġ tal-ikel immirati lejn pajjiżi terzi għandhom japplikaw taħt is-Suġġett 6. Dawn ma jistgħux japplikaw taħt is-Suġġett 3, 4 jew 5, ħlief jekk iż-żebbuġ tal-ikel ikun assoċjat ma’ prodott(i) ieħor/oħra.

(11)  L-Artikolu 136, l-Artikolu 137 u l-Artikolu 142 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

(12)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(13)  Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2003/568/JHA tat-22 ta' Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54).

(14)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).

(15)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(16)  Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2002/475 tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).

(17)  Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).

(18)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(19)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

(20)  Hu rakkomandat li l-appilkanti jissottomettu l-curricula vitae fil-format Ewropew. Il-mudell hu disponibbli fuq: https://europass.cedefop.europa.eu/mt

(21)  L-Artikolu 188 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046

(22)  Għal gwida dwar il-proċedura kompetittiva, jekk jogħġbok irreferi għall-paġna tal-web li ġejja:

https://ec.europa.eu/chafea/agri/sites/chafea/files/agri-2016-61788-00-00_mt.pdf

(23)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(24)  L-applikanti għandhom ikunu jafu li f’każ li jirċievu għotja operattiva, l-ispejjeż indiretti ma jkunux eliġibbli.

(25)  Fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din is-sejħa: l-ebda wieħed mill-Istati Membri ma jinsab taħt assistenza finanzjarja.

(26)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).

(27)  http://publications.europa.eu/code/mt/mt-5000100.htm

(28)  http://ec.europa.eu/agriculture/promotion/index_mt.htm

(29)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(30)  L-introduzzjoni (89) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

15.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/21

SEJĦA GĦALL-PROPOSTI 2019

PROGRAMMI MULTIPLI

Għotjiet għal miżuri ta’ għoti informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2019/C 18/05)

1.   L-isfond u l-għan ta’ din is-sejħa

1.1.   Miżuri dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli

Fit-22 ta’ Ottubru 2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 (1) dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008. Dan ir-Regolament huwa supplimentat bir- Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 (2) u r-regoli għall-applikazzjoni tiegħu huma stabbiliti fir- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831 (3).

L-objettiv ġenerali tal-miżuri dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni huwa li jżidu l-kompetittivià tas-settur agrikolu tal-Unjoni.

L-objettivi speċifiċi tal-miżuri dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni huma li:

(a)

iżidu s-sensibilizzazzjoni tal-merti dwar il-prodotti agrikoli tal-Unjoni u dwar l-istandards għoljin applikabbli għall-metodi ta’ produzzjoni fl-Unjoni;

(b)

iżidu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agrikoli u ta’ ċerti prodotti tal-ikel tal-Unjoni u li jgħollu l-profil tagħhom kemm ġewwa kif ukoll barra mill-Unjoni;

(c)

iżidu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni;

(d)

iżidu s-sehem mis-suq tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni u ta’ ċerti prodotti tal-ikel, billi jiffokaw b’mod speċifiku fuq dawk is-swieq f’pajjiżi terzi li għandhom l-akbar potenzjal ta’ tkabbir;

(e)

jerġgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet normali tas-suq fil-każ ta’ disturb serju tas-suq, telf tal-fiduċja tal-konsumaturi jew problemi speċifiċi oħra.

1.2.   Il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Kummissjoni għall-2019

Il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Kummissjoni għall-2019, adottat bid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (4) fl-14 ta’ Novembru 2018, jispeċifika d-dettalji għall-għoti ta’ kofinanzjament u l-prijoritajiet għal programmi sempliċi u multipli fis-suq intern u f’pajjiżi terzi. Dan huwa disponibbli fl-indirizz li ġej:

https://ec.europa.eu/info/promotion-eu-farm-products_en

1.3.   Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (minn hawn ’il quddiem “Chafea”) hija fdata mill-Kummissjoni Ewropea bil-ġestjoni ta’ ċerti partijiet tal-miżuri dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi, inkluża t-tnedija ta’ sejħiet għall-proposti, ir-riċeviment u l-evalwazzjoni tal-proposti, it-tħejjija u l-iffirmar ta’ ftehimiet ta’ għotja għal programmi multipli u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom.

1.4.   Din is-sejħa għall-proposti

Din is-sejħa preżenti għall-proposti tirrigwarda l-implimentazzjoni ta’ programmi multipli, fil-qafas tat-Taqsimiet 1.2.1.3 (azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 3: programmi multipli fis-suq intern) u 1.2.1.4 (azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 4: programmi multipli f’pajjiżi terzi) tal-anness I tal-Programm ta’ Ħidma Annwali għall-2019.

2.   Objettivi – Prijoritajiet – Suġġetti

It-Taqsimiet 1.2.1.3 u 1.2.1.4 tal-anness I tal-programm ta’ Ħidma Annwali għall-2019 jispeċifikaw il-prijoritajiet tematiċi għall-azzjonijiet kofinanzjati permezz ta’ din is-sejħa (ara wkoll it-taqsima 6.2 dwar Attivitajiet eliġibbli aktar ’l isfel). L-applikazzjonijiet sottomessi bħala tweġiba għal din is-sejħa jridu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ xi wieħed mill-ħames suġġetti li jingħataw f’dawn it-taqsimiet tal-programm ta’ Ħidma Annwali, inkella mhux se jiġu kkunsidrati għal finanzjament. L-applikanti jistgħu jissottomettu diversi applikazzjonijiet għal proġetti differenti taħt l-istess suġġett prijoritarju. L-applikanti jistgħu jissottomettu wkoll diversi applikazzjonijiet għal proġetti differenti taħt prijoritajiet tematiċi jew suġġetti differenti.

3.   Skeda

L-iskadenza għas-sottomissjoni hija s-16 ta’ April 2019, 17:00 CET (Ħin tal-Ewropa Ċentrali).

Stadji/Dati ta’ Skadenza

Data u ħin jew perjodu indikattiv

a)

Pubblikazzjoni tas-sejħa għall-proposti

15.1.2019

b)

Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni ta’ mistoqsijiet mhux relatati mal-IT

2.4.2019 17:00 CET

c)

Data ta’ skadenza biex tingħata tweġiba għal mistoqsijiet mhux relatati mal-IT

9.4.2019 17:00 CET

d)

Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

16.4.2019 17:00 CET

e)

Perjodu ta’ evalwazzjoni

April–Awwissu 2019

f)

Informazzjoni lill-applikanti

Ottubru 2019

g)

Fażi tal-adattament tal-għotja

Ottubru 2019–Jannar 2020

h)

Iffirmar tal-ftehim tal-għotja

< Jannar 2020

i)

Data tal-bidu tal-azzjoni

> 1.1.2020

4.   Baġit disponibbli

Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-azzjonijiet taħt din is-sejħa huwa stmat li jilħaq EUR 86 600 000. L-ammonti indikattivi disponibbli għal kull suġġett huma indikati fit-tabella “Attivitajiet eliġibbli” taħt il-punt 6.2 aktar ’l isfel.

L-ammont hu soġġett għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet prevista fil-baġit ġenerali tal-UE għall-2019, wara l-adozzjoni tiegħu mill-awtorità baġitarja jew previsti fil-partijiet minn kull tnax proviżorja.

Iċ-Chafea tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

5.   Rekwiżiti ta’ Ammissibbiltà

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu sa mhux aktar tard mill-iskadenza għas-sottomissjoni msemmija fit-taqsima 3.

L-applikazzjonijiet iridu jiġu sottomessi online mill-koordinatur permezz tal- Portal tal-Finanzjament u l-Offerti (is-sistema ta’ sottomissjoni elettronika disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home).

In-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ hawn fuq iwassal għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni.

Minkejja li l-proposti jistgħu jiġu sottomessi fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-applikanti huma mħeġġin ħafna jissottomettu l-proposta tagħhom bl-Ingliż sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar tal-applikazzjoni, inkluża r-reviżjoni tagħha minn esperti indipendenti.

Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu konxji li Chafea, fil-prinċipju, se tuża l-Ingliż biex tikkomunika mal-benefiċjarji rigward is-segwitu u l-monitoraġġ tal-azzjonijiet kofinanzjati (fażi tal-ġestjoni tal-għotja).

Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rieżami tal-proposti minn esperti indipendenti, li jipprovdu input tekniku għall-evalwazzjoni, traduzzjoni bl-Ingliż tal-parti teknika tal-proposta (parti B) għandha takkumpanja l-proposta jekk din tkun miktuba b’lingwa uffiċjali oħra tal-UE.

6.   Kriterji ta’ Eliġibbiltà

6.1.   Applikanti eliġibbli

Il-proposti jistgħu jiġu sottomessi biss minn persuni ġuridiċi jew minn entitajiet oħrajn li ma jkollhomx personalità ġuridika taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, diment li r-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-kapaċità li jissodisfaw obbligi legali f’isem l-entità u joffru garanziji għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jkunu ekwivalenti għal dawk offruti minn persuni ġuridiċi, kif imsemmija fl-Artikolu 197(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (minn hawn ’il quddiem “Regolament Finanzjarju”).

B’mod aktar speċifiku, l-applikazzjonijiet mill-organizzazzjonijiet u l-korpi li ġejjin huma eliġibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014:

(i)

organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali stabbiliti fi Stat Membru u rappreżentanti tas-settur jew tas-setturi kkonċernat(i) f’dak l-Istat Membru, u b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet interprofessjonali msemmija fl-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u l-gruppi kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), sakemm ikunu rappreżentattivi għall-isem protett skont ir-Regolament tal-aħħar u li huwa kopert b’dak il-programm;

(ii)

organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali tal-Unjoni rappreżentattivi tas-settur jew setturi kkonċernat(i) fil-livell tal-Unjoni;

(iii)

organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif definiti fl-Artikoli 152 u 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ġew rikonoxxuti minn Stat Membru; jew

(iv)

korpi tas-settur agroalimentari li l-objettiv u l-attività tagħhom huma li jipprovdu informazzjoni dwar, u li jippromwovu prodotti agrikoli u li jkunu ġew inkarigati, mill-Istat Membru kkonċernat, b’missjoni ta’ servizz pubbliku f’dan il-qasam iddefinit b’mod ċar; dawk il-korpi għandhom ikunu ġew stabbiliti legalment fl-Istat Membru inkwistjoni tal-inqas sentejn qabel id-data tas-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 8(2).

L-organizzazzjonijiet proponenti msemmija hawn fuq jistgħu jissottomettu proposta diment li jkunu rappreżentattivi tas-settur jew prodott ikkonċernat mill-proposta, li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 1(1) jew 1(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829, prinċipalment:

(i)

organizzazzjoni professjonali jew interprofessjonali, stabbilita fil-livell ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 rispettivament, għandha titqies li tkun rappreżentattiva tas-settur ikkonċernat mill-programm:

meta tkun tammonta għal mill-inqas 50 % bħala proporzjon tal-għadd ta’ produtturi, jew 50 % tal-volum jew tal-valur tal-produzzjoni li tista’ titqiegħed fis-suq tal-prodott(i) jew is-settur ikkonċernat(i), fl-Istat Membru kkonċernat jew fil-livell tal-Unjoni; jew

meta tkun organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta mill-Istat Membru skont l-Artikolu 158 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

(ii)

grupp, kif iddefinit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u msemmi fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, għandu jitqies li huwa rappreżentattiv tal-isem protett taħt ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u kopert mill-programm, meta dan jammonta għal mill-inqas 50 % tal-volum jew tal-valur tal-produzzjoni li tista’ titqiegħed fis-suq tal-prodott(i) li ismu(isimhom) ikun(ikunu) protett(i);

(iii)

organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 għandha titqies li tkun rappreżentattiva tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat(i) mill-programm, fejn hija rikonoxxuta mill-Istat Membru skont l-Artikolu 154 jew 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013;

(iv)

korp fis-settur agroalimentari, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 għandu jitqies li huwa rappreżentattiv tas-settur(i) kkonċernat(i) mill-programm permezz ta’ rappreżentanti ta’ dak(dawk) il-prodott(i) jew settur fost is-sħubiji tiegħu.

B’deroga mill-punti (i) u (ii) ta’ hawn fuq, jistgħu jiġu aċċettati limiti aktar baxxi jekk l-organizzazzjoni proponenti fil-proposta mressqa turi li jeżistu ċirkostanzi speċifiċi, inkluża l-evidenza dwar l-istruttura tas-suq, li jiġġustifikaw it-trattament tal-organizzazzjoni proponenti bħala rappreżentattiva tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat(i).

Il-proposti għandhom jiġu sottomessi minn:

(a)

Tal-inqas żewġ organizzazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (c) jew (d) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, li għandhom ikunu minn tal-inqas żewġ Stati Membri; jew

(b)

Organizzazzjoni waħda jew aktar tal-Unjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014.

Huma eliġibbli biss l-applikazzjonijiet minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE.

Għal applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġbok kun af li għandu jkun hemm konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà għad-durata kollha tal-għotja. Jekk ir-Renju Unit jirtira mill-UE matul il-perjodu tal-għotja mingħajr ma jikkonkludi ftehim mal-UE li b’mod partikolari jiżgura li l-applikanti Brittaniċi jkomplu jkunu eliġibbli, inti tieqaf tirċievi finanzjament mill-UE (filwaqt li, sa fejn ikun possibbli, tkomplu tipparteċipaw) jew se tkun meħtieġ titlaq mill-proġett abbażi tal-Artikolu 34.3 tal-ftehim ta’ għotja.

Entitajiet mhux eliġibbli: applikanti li diġà jirċievu finanzjament mill-Unjoni għall-istess azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jkunu jagħmlu parti mill-proposta(i) tagħhom m’għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni għal dawk il-miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014.

Għall-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikanti, huma mitluba d-dokumenti ta’ sostenn li ġejjin:

Entità privata: estratt mill-ġurnal uffiċjali, kopja tal-istatut ta’ assoċjazzjoni, jew estratt mir-reġistru tan-negozji jew tal-assoċjazzjonijiet.

Entità pubblika: kopja tar-riżoluzzjoni jew tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-kumpanija pubblika, jew dokument uffiċjali ieħor li jistabbilixxi l-entità taħt il-liġi pubblika;

Entitajiet mingħajr personalità ġuridika: dokumenti li jipprovdu evidenza li r-rappreżentant(i) tagħhom għandu/hom il-kapaċità li jissodisfa(w) l-obbligi legali f’isimhom.

Barra minn hekk, l-applikanti kollha huma meħtieġa jissottomettu d-dokumentazzjoni rilevanti li tagħti prova li l-applikant jissodisfa l-kriterji tar-rappreżentattività stabbiliti fl-artikolu 1 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829.

6.2.   Azzjonijiet u attivitajiet eliġibbli

Il-proposti għandhom jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibbiltà elenkati fl-Anness III tal-programm ta’ Ħidma Annwali, jiġifieri:

(a)

il-proposti jistgħu jkopru biss prodotti u skemi elenkati fl-Atikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014;

(b)

il-proposti għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni li jirregola l-prodotti kkonċernati u l-kummerċjabbiltà tagħhom u għandu jkollhom dimensjoni tal-Unjoni;

(c)

il-proposti fis-suq intern li jkopru skema waħda jew aktar kif imsemmi fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, għandhom jiffokaw fuq din(dawn) l-iskema(i) fil-messaġġ ewlieni tagħhom tal-Unjoni. Meta f’dan il-programm, prodott wieħed jew diversi prodotti juri(u) din(dawn) l-iskema(i), dan/dawn għandu(hom) jidher(jidhru) bħala messaġġ sekondarju fir-rigward tal-messaġġ ewlieni tal-Unjoni;

(d)

jekk messaġġ li jintbagħat minn programm multiplu jikkonċerna informazzjoni dwar l-impatt fuq is-saħħa, il-proposti għandhom:

fis-suq intern, jikkonformaw mal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), jew jiġu aċċettati mill-awtorità nazzjonali responsabbli għas-saħħa pubblika fl-Istat Membru fejn jitwettqu l-operazzjonijiet;

f’pajjiżi terzi, jiġu aċċettati mill-awtorità nazzjonali responsabbli għas-saħħa pubblika fil-pajjiż fejn jitwettqu l-operazzjonijiet.

(e)

jekk il-proposta tipproponi li ssemmi l-oriġini jew xi marki kummerċjali, hija għandha tikkonforma mar-regoli kif imsemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1831.

Għall-applikanti li jissottomettu proposti mmirati lejn ir-Renju Unit: jekk jogħġobkom innotaw li l-irtirar tar-Renju Unit mill-UE jista’ jwassal għal bidliet fl-implimentazzjoni tal-programmi.

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-attivitajiet ippjanati, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

Proposti li jkopru skemi ta’ kwalità nazzjonali għandhom jipprovdu dokumentazzjoni jew referenza għas-sorsi disponibbli għall-pubbliku li juru li l-iskema ta’ kwalità hija rikonoxxuta b’mod uffiċjali mill-Istat Membru.

Proposti li għandhom fil-mira tagħhom is-suq intern u li jgħaddu messaġġ dwar il-prattiki tad-dieta xierqa jew dwar il-konsum responsabbli tal-alkoħol għandhom jiddeskrivu kif il-programm propost u l-messaġġ(i) tiegħu huma konformi mar-regoli nazzjonali rilevanti fil-qasam tas-saħħa pubblika fl-Istat Membru fejn se jitwettaq il-programm. Il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi referenzi jew dokumentazzjoni b’appoġġ tal-pretensjoni.

Barra minn hekk, proposta għandha tikkonforma wkoll ma’ waħda mill-prijoritajiet tematiċi elenkati fil-Programm ta’ ħidma Annwali għall-2019 għall-programmi multipli. Dawn ta’ hawn taħt huma estratti mill-programm ta’ Ħidma Annwali għall-2019 li jagħtu dettalji tal-5 suġġetti li għalihom jistgħu jiġu sottomessi applikazzjonijiet. It-test jiddeksrivi s-suġġett, l-ammont relatat previst, l-objettivi u r-riżultati mistennija.

Azzjoni taħt il-prijorità tematika 3: Programmi multipli fis-suq intern

Suġġetti

Ammont totali previst

Prijoritajiet tas-sena, objettivi segwiti u riżultati mistennija

Suġġett A

Għal programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni bl-għan li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(4)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014

EUR 32 800 000

Għal programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni bl-għan li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(4)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014:

L-objettiv hu li jżidu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni, jiġifieri:

(a)

skemi ta’ kwalità: denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP), indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), speċjalità tradizzjonali garantita (STG) u termini fakultattivi tal-kwalità;

(b)

metodu ta’ produzzjoni organika;

(c)

il-logo għal prodotti agrikoli ta’ kwalità speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni.

Wieħed mir-riżultati mistennija huwa li jiżdiedu l-livelli ta’ rikonoxximent tal-logo assoċjati mal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjon mill-konsumaturi Ewropej. Skont Eurobarometer speċjali (Nru 473), 18 % biss tal-konsumaturi Ewropej jirrikonoxxu l-logos ta’ prodotti li jibbenefikaw minn denominazzjoni protetta ta’ oriġini (DPO) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), u 15 % għall-Speċjalità Tradizzjonali Garantita, li dawn huma l-iskemi ewlenin tal-kwalità tal-Unjoni. Għad li l-għarfien dwar il-logo tal-biedja organika żdied b’erba’ punti mill-2015 ’l hawn, xorta waħda 27 % tal-konsumaturi Ewropej jagħrfu l-logo tal-UE tal-biedja organika.

L-impatt finali mistenni huwa li jiżdiedu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-Unjoni rreġistrati taħt skema ta’ kwalità tal-Unjoni, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem tagħhom mis-suq.

Jew:

Programmi ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jenfasizzaw il-karatteristiċi speċjali tal-metodi agrikoli fl-Unjoni u l-karatteristiċi tal-prodotti agroalimentari u l-iskemi ta’ kwalità tal-UE msemmija fl-Artikolu 5(4)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014

Għal programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jenfasizzaw il-karatteristiċi speċjali tal-metodi agrikoli fl-Unjoni u l-karatteristiċi tal-prodotti agroalimentari u l-iskemi ta’ kwalità tal-UE msemmija fl-Artikolu 5(4)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014:

L-objettiv huwa li tiġi sottolinjata mill-inqas waħda mill-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi ta’ produzzjoni agrikola fl-Unjoni, b’mod partikolari f’termini tas-sigurtà tal-ikel, it-traċċabilità, l-awtentiċità, it-tikkettar, l-aspetti nutrizzjonali u tas-saħħa (inklużi prattiki tad-dieta xierqa u konsum responsabbli tax-xarbiet alkoħoliċi eliġibbli), il-benesseri tal-annimali, ir-rispett għall-ambjent u s-sostenibbiltà, u l-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli u dawk tal-ikel, b’mod partikolari f’termini tal-kwalità, it-togħma, id-diversità jew it-tradizzjonijiet tagħhom.

L-impatt mistenni huwa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-merti tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni mill-konsumaturi Ewropej u li titjieb il-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-Unjoni, jgħolli l-profil tagħhom u jżid is-sehem tagħhom mis-suq u l-ikel agroalimentari.

Suġġett B

Programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni bl-għan li jiżdied il-konsum tal-frott u tal-ħaxix frisk fis-suq intern fil-kuntest ta’ prattiki tal-ikel bilanċjati u xierqa (*1)

Il-prodotti eliġibbli taħt dan is-suġġett huma dawk elenkati fil-Parti IX tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

8 000 000 EUR

Il-Kummissjoni għandha l-impenn li tippromwovi prattiki tal-ikel xierqa, f’konformità mal-white paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar strateġija dwar kwistjonijiet ta’ saħħa li jirrigwardaw in-nutrizzjoni, il-piż żejjed u l-obeżità (10). L-azzjonijiet għandhom jenfasizzaw il-benefiċċji tal-konsum tal-frott u tal-ħaxix frisk f’dieta bilanċjata. Il-messaġġ jista’ jiffoka primarjament fuq: l-għan li jkun hemm mill-inqas 5 porzjonijiet ta’ varjetà ta’ frott u ħaxix kuljum; il-post tal-frott u tal-ħaxix fil-piramida tal-ikel, l-impatt ta’ benefiċċju fuq is-saħħa, eċċ.

L-objettiv huwa li jiżdied il-konsum tal-frott u tal-ħaxix frisk tal-UE billi l-konsumaturi jiġu infurmati dwar prattiki tad-dieta bilanċjati u xierqa.

L-impatt finali mistenni huwa li jiżdiedu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari kkonċernati tal-UE, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem tagħhom tas-suq.

Suġġett Ċ

Programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li għandhom l-għan li jenfasizzaw l-aspett sostenibbli tal-produzzjoni tar-ross (*2)

Il-prodotti eliġibbli taħt dan is-suġġett huma dawk definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, parti II.

2 500 000 EUR

L-għan huwa li jiġi enfasizzat l-aspett sostenibbli tas-settur tar-ross. Il-produzzjoni tar-ross fl-Ewropa għandha dimensjoni ambjentali partikolari, minħabba li hija fil-qalba tal-preservazzjoni ta’ ċerti artijiet mistagħdra. Il-kultivazzjoni tar-ross hija prattika sensittiva u speċifika fil-livell Ewropew, peress li hija prodotta f’żoni fejn hemm ftit għelejjel alternattivi. Il-preservazzjoni u t-titjib tiegħu jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà tar-reġjuni li jipproduċu r-ross, billi għandhom rwol attiv fiż-żamma ta’ żoni rurali, biex jipproteġu n-natura u jippreservaw il-bijodiversità. L-azzjonijiet sejrin jenfasizzaw is-sostenibbiltà finanzjarja tal-produzzjoni, fejn jissottolinjaw ir-rwol ta’ benefiċċju tagħha għall azzjoni klimatika u għall-ambjent.

L-azzjonijiet sejrin, pereżempju jindirizzaw kif il-prodott(i) promossi u l-metodu/i tal-produzzjoni tagħhom jikkontribwixxu għal: mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (eż. tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra) u/jew adattament; il-bijodiversità, il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli (eż. pajsaġġ, riżorsi ġenetiċi); ġestjoni sostenibbli tal-ilma (eż. effiċjenza fl-użu tal-ilma, tnaqqis fit-tagħbija tan-nutrijenti jew pestiċidi); ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija (eż. kontroll tal-erożjoni; bilanċ ta’ nutrijenti; prevenzjoni ta’ aċidifikazzjoni, salinizzazzjoni). Jistgħu wkoll jenfasizzaw ir-rwol tal-produzzjoni tar-ross fil-provvediment ta’ impjieg f’żoni rurali.

L-impatt finali mistenni huwa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-meriti tal-prodotti agrikulturali tal-Unjoni mill-konsumaturi Ewropej u li jiżdiedu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari kkonċernati tal-UE, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem tagħhom tas-suq.

Azzjoni taħt il-prijorità tematika 4: Programmi multipli f’pajjiżi terzi

L-applikanti jistgħu b’mod partikolari jikkunsidraw li jimmiraw is-swieq l-iktar inkoraġġanti identifikati taħt it-taqsima 1.2.1 tal-Programm ta’ Ħidma Annwali.

Suġġetti

Ammont totali previst

Prijoritajiet tas-sena, objettivi segwiti u riżultati mistennija

Suġġett D

Programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni mmirati lejn kwalunkwe pajjiż(i) terzi

EUR 38 300 000

Il-programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għandhom jimmiraw pajjiż terz wieħed jew diversi pajjiżi terzi.

L-objettivi ta’ dawn il-programmi għandhom jikkonformaw mal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014.

L-impatt finali mistenni għandu jżid il-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-Unjoni, jgħolli l-profil tagħhom u jżid is-sehem tagħhom tas-suq f’dawn il-pajjiżi mmirati.

Suġġett E

Programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni fuq il-laħam taċ-ċanga u/jew tal-vitella li jimmira kwalunkwe pajjiż(i) terz (*3)

Il-prodotti eliġibbli taħt dan is-suġġett huma dawk elenkati fil-Parti XV tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

EUR 5 000 000

L-għan huwa li jiġu kkonsolidati jew żviluppati swieq ġodda fis-settur taċ-ċanga/vitella.

Il-produtturi Ewropej tal-laħam taċ-ċanga qed iħabbtu wiċċhom ma’ tnaqqis fil-konsum u l-pressjoni kummerċjali mill-kompetituri filwaqt li hemm prospetti għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

L-impatt aħħari mistenni huwa li jkun hemm titjib fil-kompetittività u l-konsum tal-laħam taċ-ċanga u/jew tal-vitella tal-Unjoni, li jitgħolla l-profil tagħhom u li jiżdied is-sehem tagħhom fis-suq f’pajjiżi terzi fil-mira.

Tipi ta’ attivitajiet eliġibbli

L-azzjonijiet ta’ promozzjoni u ta’ għoti ta’ informazzjoni jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari mill-attivitajiet li ġejjin, eliġibbli taħt din is-sejħa:

1.

Ġestjoni tal-proġett

2.

Relazzjonijiet pubbliċi

Attivitajiet ta’ PR

Avvenimenti tal-istampa

3.

Sit web, midja soċjali

Stabbiliment, aġġornament u manutenzjoni tas-sit web

Midja soċjali (stabbiliment tal-kontijiet u ppowstjar regolari)

Oħrajn (apps tal-mowbajl, pjattaformi ta’ tagħlim elettroniku, webinars, eċċ.)

4.

Reklamar

Mezzi Stampati

TV

Radju

Onlajn

Fuq barra

Ċinema

5.

Għodod ta’ komunikazzjoni

Pubblikazzjonijiet, settijiet tal-midja, merkanzija promozzjonali

Filmati promozzjonali

6.

Avvenimenti

Stands fil-fieri kummerċjali

Seminars, workshops, laqgħat B2B, sessjonijiet ta’ taħriġ għas-snajja’/koki, attivitajiet fl-iskejjel

Ġimgħat tar-ristoranti

Sponsorizzar tal-avvenimenti

Vjaġġi ta’ studju fl-Ewropa

7.

Promozzjoni fil-punti tal-bejgħ (POS)

Jiem tad-dewqan

Oħrajn: promozzjoni fil-pubblikazzjonijiet tal-bejjiegħa bl-imnut, reklamar fil-POS

Id-dewqan u d-distribuzzjoni tal-kampjuni mhumiex permessi fil-kuntest tal-kampanji dwar ix-xorb responsabbli implimentati fis-suq intern; madankollu, dawn l-attivitajiet jiġu aċċettati jekk ikunu anċillari għal u jappoġġjaw l-għoti ta’ miżuri ta’ informazzjoni dwar l-iskemi ta’ kwalità u l-metodu tal-produzzjoni organika.

Perjodu ta’ implimentazzjoni

L-azzjoni kofinanzjata (programmi ta’ informazzjoni/ta’ promozzjoni) għandha tiġi implimentata fuq perjodu ta’ mill-anqas sena iżda ta’ mhux aktar minn tliet snin.

Il-proposti għandhom jispeċifikaw id-durata tal-azzjoni.

7.   Kriterji ta’ Esklużjoni (11)

7.1.   Esklużjoni mill-parteċipazzjoni

L-applikanti jiġu esklużi milli jipparteċipaw f’din il-proċedura ta’ sejħa għall-proposti jekk ikunu jinsabu f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni:

(a)

l-applikant ikun fallut, soġġett għal proċedimenti ta’ insolvenza jew ta’ stralċ, l-assi tiegħu jkunu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew minn qorti, ikun f’arranġament ma’ kredituri, ikollu l-attivitajiet tan-negozju tiegħu sospiżi, jew ikun fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista fil-liġijiet jew fir-regolamenti nazzjonali;

(b)

ikun ġie stabbilit b’deċiżjoni finali jew b’deċiżjoni amministrattiva finali li l-applikant ikun qiegħed jikser l-obbligi tiegħu relatati mal-pagament tat-taxxi jew tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont il-liġi applikabbli;

(c)

ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċżjoni amministrattiva finali li l-applikant ikun ħati ta’ kondotta professjonali ħażina serja bil-ksur ta’ liġijiet jew regolamenti jew standards etiċi applikabbli għall-professjoni li għaliha jappartjeni l-applikant jew billi jkun involut fi kwalunkwe intenzjoni ħażina jew negliġenza serja, inkluż b’mod partikolari, kull wieħed minn dawn ix-xenarji:

(i)

ir-rappreżentazzjoni skorretta b’mod frodulenti jew b’negliġenza ta’ tagħrif meħtieġ biex jiġi vverifikat li m’hemmx bażi għall-esklużjoni jew is-sodisfazzjon tal-kriterji ta’ eliġibbiltà jew tal-għażla jew fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, ta’ ftehim ta’ għotja jew ta’ deċiżjoni ta’ għotja;

(ii)

il-ftehim ma’ applikanti oħrajn bil-għan li titfixkel il-kompetizzjoni;

(iii)

il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(iv)

it-tentattiv sabiex jiġi influwenzat il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-Aġenzija waqt il-proċedura ta’ għoti;

(v)

it-tentattiv li tinkiseb informazzjoni kunfidenzjali li tista’ tagħtih vantaġġi mhux xierqa fil-proċedura ta’ għoti;

(d)

ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali li l-applikant ikun ħati ta’ kwalunkwe wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

frodi, fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1995;

(ii)

korruzzjoni, kif definita fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1371 jew l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 1997, jew l-aġir imsemmi fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI (13), jew korruzzjoni kif iddefinita fid-dritt applikabbli;

(iii)

imġiba relatata ma’ organizzazzjoni kriminali kif imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI (14);

(iv)

ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu fis-sens tal-Artikolu 1(3), (4) u (5) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15);

(v)

reati terroristiċi jew reati marbuta ma’ attivitajiet terroristiċi, kif definiti fl-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI (16), rispettivament, jew inċitament, għajnuna, tixwix jew tentattivi għat-twettiq ta’ tali reati, kif imsemmija fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni;

(vi)

tħaddim tat-tfal jew reati oħra li jikkonċernaw it-traffikar tal-bnedmin kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);

(e)

l-applikant ikun wera nuqqasijiet sinifikanti fil-konformità mal-obbligi prinċipali fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, li jwasslu għal terminazzjoni kmieni tagħhom jew għall-applikazzjoni ta’ danni likwidati jew penali kuntrattwali oħrajn, jew li jinkixfu wara verifiki, awditi jew investigazzjonijiet mill-uffiċjal awtorizzanti, l-OLAF jew il-Qorti tal-Awdituri;

(f)

ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-applikant ikun wettaq irregolarità fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (18);

(g)

Ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-applikant ħoloq entità f’ġurisdizzjoni differenti bil-ħsieb li jevita obbligazzjonijiet fiskali, soċjali jew kwalunkwe obbligazzjoni legali oħra ta’ applikazzjoni mandatorja fil-ġurisdizzjoni tal-uffiċċju rreġistrat, tal-amministrazzjoni ċentrali jew tas-sede prinċipali tiegħu;

(h)

ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li entità tkun inħolqot bil-ħsieb imsemmi fil-punt (g);

(i)

għas-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-punti (c) sa (h) hawn fuq, l-applikant huwa soġġett għal:

(i)

fatti stabbiliti fil-kuntest ta’ awditi jew investigazzjonijiet imwettqin mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew wara t-twaqqif tiegħu, mill-Qorti tal-Awdituri, mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi jew minn awditur intern, jew kwalunkwe verifika, awditu jew kontroll ieħor imwettqin taħt ir-responsabbiltà ta’ uffiċjal awtorizzanti jew istituzzjoni tal-UE, ta’ uffiċċju Ewropewjew ta’ aġenzija jew korp tal-UE;

(ii)

sentenzi mhux finali jew deċiżjonijiet amministrattivi mhux finali li jistgħu jinkludu miżuri dixxiplinari meħuda mill-korp ta’ sorveljanza kompetenti responsabbli għall-verifika tal-applikazzjoni tal-istandards ta’ etika professjonali;

(iii)

fatti msemmijin fid-deċiżjonijiet tal-persuni jew tal-entitajiet li jiġu inkarigati bil-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-UE;

(iv)

informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri li jimplimentaw fondi tal-Unjoni;

(v)

deċiżjonijiet tal-Kummissjoni marbuta mal-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jew ta’ awtorità kompetenti nazzjonali relatati mal-ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali; jew

(vi)

deċiżjonijiet ta’ esklużjoni minn uffiċjal awtorizzanti ta’ istituzzjoni tal-UE, ta’ uffiċċju Ewropew jew ta’ aġenzija jew korp tal-UE.

7.2.   Esklużjoni mill-għoti

L-applikanti se jiġu esklużi mill-għoti ta’ kofinanzjament jekk, matul il-proċedura tal-għoti ta’ finanzjament, huma jkunu f’waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti taħt l-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju (19):

(a)

ikunu f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni stabbilita skont l-Artikolu 136 tar-Regolament Finanzjarju;

(b)

ikunu rrappreżentaw b’mod ħażin l-informazzjoni meħtieġa bħala kondizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura jew naqsu milli jipprovdu dik l-informazzjoni fil-proċedura tal-għoti tal-għotja jew naqsu milli jipprovdu din l-informazzjoni;

(c)

qabel kienu involuti fit-tħejjija tad-dokumenti użati fil-proċedura ta’ għoti fejn dan ikun jinvolvi ksur tal-prinċipju ta’ trattament indaqs, inkluża distorsjoni tal-kompetizzjoni li ma tistax tiġi rimedjata b’xi mod ieħor.

Biex juri l-konformità mal-kriterji ta’ esklużjoni, il-koordinatur irid jimmarka l-kaxxa rilevanti waqt li jkun qiegħed jissottometti l-applikazzjoni online tiegħu. Jekk jintgħażlu għall-kofinanzjament, il-benefiċjarji kollha (f’każ ta’ għotja b’diversi benefiċjarji) iridu jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-unur li tiċċertifika li ma jkunux f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 136(1), 136(2), 141 u 142 tar-Regolament Finanzjarju. L-applikanti għandhom isegwu l-istruzzjonijiet fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti.

8.   Kriterji tal-għażla

8.1.   Kapaċità finanzjarja

L-applikanti jrid ikollhom sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament biex iżommu l-attività tagħhom tul il-perjodu sħiħ tal-implimentazzjoni tal-azzjoni u biex jipparteċipaw fil-finanzjament tagħha.

Il-kapaċità finanzjarja tal-applikanti kollha tiġi vvalutata skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Din il-valutazzjoni ma titwettaqx jekk:

L-applikant ikun korp pubbliku.

Il-kontribuzzjoni tal-UE mitluba mill-applikant hija ≤ EUR 60 000.

Id-dokumenti ta’ sostenn li jridu jiġu annessi mal-applikazzjoni online biex tkun tista’ ssir il-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja jinkludu:

Il-kont tal-qligħ u telf, u l-karta bilanċjali għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha jkunu ngħalqu l-kontijiet.

Għall-entitajiet maħluqin ġodda, il-pjan tan-negozju jista’ jieħu post id-dokumenti t’hawn fuq.

Barra minn hekk, għal koordinatur jew benefiċjarju ieħor li jitlob kontribuzzjoni mill-UE ta’ ≥ EUR 750 000 (limitu applikabbli għal kull benefiċjarju):

Rapport tal-awditu mħejji minn awditur estern approvat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għall-korpi pubbliċi.

Il-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tal-applikanti ser titwettaq permezz tal-Portal ta’ Finanzjar u Sejħiet għall-Offerti.

8.2.   Kapaċità operattiva

L-applikanti għandu jkollhom il-kwalifiki professjonali xierqa biex iwettqu l-azzjonijiet proposti.

L-applikanti għandhom juru li mill-inqas persuna fiżika waħda li taħdem taħt kuntratt ta’ impjieg mal-applikant, jew assenjata għall-azzjoni abbażi ta’ att ta’ ħatra ekwivalenti, sekondata kontra l-pagament jew abbażi ta’ tipi oħrajn ta’ kuntratti diretti (eż. li jkopru l-għoti ta’ servizzi) se tinħatar bħala koordinatur tal-proġetti. Il-koordinatur tal-proġetti għandu jkollu mill-inqas tliet snin ta’ esperjenza fil-ġestjoni tal-proġetti. Bħala evidenza, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi pprovduta fl-Anness “CVs”:

Curriculum Vitae (kwalifiki u esperjenzi professjonali) tal-persuna/i prinċipalment responsabbli għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-azzjoni proposta (20).

Barra minn hekk, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi pprovduta fl-anness “Informazzjoni addizzjonali”:

Ir-rapport dwar l-attivitajiet tal-organizzazzjoni(jiet) proponenti jew deskrizzjoni tal-attivitajiet imwettqa b’rabta mal-attivitajiet li jkunu eliġibbli għal kofinanzjament kif deskritt taħt il-punt 6 (aktar ’il fuq).

9.   Kriterji għall-għoti

Il-Parti B tal-applikazzjoni sservi biex il-proposta tiġi evalwata kontra l-kriterji għall-għoti.

L-applikazzjonijiet iridu jipproponu struttura effiċjenti tal-ġestjoni u jipprovdu strateġija ċara u deskrizzjoni preċiża tal-istrateġija u tar-riżultati mistennija.

Il-kontenut ta’ kull proposta se jiġi vvalutat skont il-kriterji u s-sottokriterji li ġejjin:

Kriterji

Punti Massimi

Limitu

1.

Id-dimensjoni tal-Unjoni

20

14

2.

Il-kwalità tal-proposta teknika

40

24

3.

Il-kwalità tal-ġestjoni tal-proġett

10

6

4.

Baġit u kosteffettività

30

18

TOTAL

100

62

Il-proposti li jaqgħu taħt il-limiti globali u/jew il-limiti individwali mħabbra hawn fuq għandhom jiġu rifjutati.

Is-sottokriterji li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni ta’ kull wieħed mill-kriterji prinċipali tal-għoti:

1.

Id-dimensjoni tal-Unjoni:

(a)

Ir-rilevanza tal-informazzjoni proposta u tal-miżuri ta’ promozzjoni għall-objettivi ġenerali u speċifiċi elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, għall-għanijiet elenkati fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament, kif ukoll għall-prijoritajiet, għall-objettivi u għar-riżultati mistennija mħabbra taħt il-prijorità tematika rilevanti.

(b)

Il-messaġġ tal-Unjoni tal-kampanja.

(c)

L-impatt tal-proġett fil-livell tal-Unjoni.

2.

Il-kwalità tal-proposta teknika:

(a)

Il-kwalità u r-rilevanza tal-analiżi tas-suq.

(b)

Il-koerenza tal-istrateġija tal-programm, tal-objettivi, u tal-messaġġi ewlenin.

(c)

Għażla xierqa ta’ attivitajiet fir-rigward tal-objettivi u tal-istrateġija tal-programm, taħlita ta’ komunikazzjoni adegwata, sinerġija bejn l-attivitajiet.

(d)

Deskrizzjoni konċiża tal-attivitajiet u tar-riżultati.

(e)

Il-kwalità tal-metodi u tal-indikaturi proposti għall-evalwazzjoni.

3.

Il-kwalità tal-ġestjoni tal-proġett:

(a)

L-organizzazzjoni tal-proġett u l-istruttura tal-ġestjoni.

(b)

Il-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità u l-ġestjoni tar-riskju.

4.

Il-baġit u l-kosteffettività:

(a)

Ġustifikazzjoni tal-livell ġenerali tal-investiment.

(b)

Allokazzjoni xierqa tal-baġit fir-rigward tal-objettivi u tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet.

(c)

Deskrizzjoni ċara tal-ispejjeż stmati u tal-preċiżjoni tal-baġit.

(d)

Il-konsistenza bejn l-ispejjeż stmati u r-riżultati.

(e)

Stima realistika tal-ispejjeż tal-koordinazzjoni tal-proġetti u tal-attivitajiet implimentati mill-organizzazzjoni proponenti, inklużi n-numru u r-rata tal-persuni/jiem.

Wara l-evalwazzjoni, il-proposti kollha eliġibbli jiġu kklassifikati skont in-numru totali ta’ punti mogħtija. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jingħataw lill-proposti bl-ogħla klassifikazzjoni skont il-baġit disponibbli.

Għandha tiġi stabbilita lista bi klassifikazzjoni separata għal kull wieħed mis-suġġetti ta’ prijorità elenkati taħt it-taqsima 6.2 ta’ din is-sejħa.

Jekk ikun hemm żewġ proposti (jew aktar) bl-istess numru ta’ punti fuq l-istess lista bi klassifikazzjoni, f’dak il-każ il-proposta(i) li tagħti(jagħtu) lok għal diversifikazzjoni f’termini ta’ prodotti jew ta’ swieq immirati għandha/għandhom tingħata/jingħataw prijorità. Dan ifisser li bejn proposti ex aequo, il-Kummissjoni l-ewwel għandha tagħżel dik li l-kontenut tagħha (l-ewwel f’termini tal-prodotti, it-tieni f’termini tas-suq immirat) ikun għadu mhux rappreżentat fil-proposti kklassifikati ogħla. Jekk dan il-kriterju ma jkunx jista’ jiġi applikat, f’dak il-każ il-Kummissjoni għandha l-ewwel tagħżel il-programm li jkun ġab l-ogħla punteġġ għall-kriterji tal-għoti individwali. L-ewwel, hi se tqabbel il-punteġġi għad-“Dimensjoni tal-Unjoni”, imbagħad għall-“Kwalità tal-proposta finanzjarja”, u finalment għall-“Baġit u l-kosteffettività”.

Jekk għal suġġett partikolari ma jkunx hemm biżżejjed proposti fuq il-lista bi klassifikazzjoni biex jiġi eżawrit l-ammont kollu previst, l-ammont li jifdal jista’ jiġi allokat mill-ġdid lil suġġetti oħra skont il-kriterju li ġej:

It-total tal-ammont previst li jifdal għall-ħames suġġetti għandu jingħaqad u jiġi allokat għall-proġetti bl-ogħla punteġġ tal-kwalità, irrispettivament mis-suġġett li għalih applikaw.

L-ordni tal-listi kklassifikati se tiġi segwita b’mod strett.

10.   Impenji legali

Il-koordinaturi tal-proposti inklużi fil-lista għall-finanzjament sejrin jiġu mistiedna jinvolvu ruħhom fil-fażi tal-adattament ta’ qabel l-iffirmar tal-ftehim tal-għotja; l-adattament se jsir permezz ta’ sistema online ta’ tħejjija tal-għotjiet (SYGMA). Jekk jirnexxi, dan se jirriżulta fl-iffirmar ta’ ftehim ta’ għotja, imfassal fil-munita euro u li jispjega l-kundizzjonijiet u l-livell tal-finanzjament.

Il-ftehim tal-għotja jrid jiġi ffirmat elettronikament l-ewwel mill-koordinaturi f’isem il-konsorzju, imbagħad miċ-Chafea. Il-kobenefiċjarji kollha jridu jaderixxu mal-ftehim tal-għotja billi jiffirmaw elettronikament il-formola tal-adeżjoni tal-għotja.

11.   Dispożizzjonijiet finanzjarji

Ir-Regolament Finanzjarju (21) jiddefinixxi r-regoli applikabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi multipli.

11.1.   Prinċipji ġenerali li japplikaw għall-għotjiet (22)

(a)

Għoti mhux kumulattiv

Azzjoni tista’ tirċievi biss għotja waħda mill-baġit tal-UE.

L-istess spejjeż fl-ebda ċirkustanza ma għandhom jiġu ffinanzjati darbtejn mill-baġit tal-Unjoni.

L-applikanti għandhom jindikaw is-sorsi u l-ammonti ta’ finanzjament tal-Unjoni riċevut jew li ssir applikazzjoni għalih għall-istess azzjoni jew parti mill-azzjoni jew għat-tħaddim tagħhom (għotjiet operattivi), kif ukoll kwalunkwe finanzjament ieħor riċevut jew li ssir applikazzjoni għalih għall-istess azzjoni.

(b)

Non-retroattività

Ma tista’ tingħata l-ebda għotja b’mod retrospettiv għal azzjonijiet li jkunu diġà tlestew.

Għotja tista’ tingħata għal azzjoni li diġà tkun bdiet biss meta l-applikant ikun jista’ juri l-ħtieġa li l-azzjoni tibda qabel ma jiġi ffirmat il-ftehim tal-għotja.

F’dawn il-każijiet, l-ispejjeż eliġibbli għall-finanzjament ma jistgħux jiġġarrbu qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-għotja.

(c)

Il-prinċipju tal-kofinanzjament

Kofinanzjament ifisser li r-riżorsi meħtieġa biex titwettaq l-azzjoni ma jkunux kompletament ipprovduti mill-għotja tal-UE.

In-nefqa li tibqa’ titħallas esklużivament mill-organizzazzjoni proponenti. Huma permessi u se jiġu kkunsidrati bħala riċevuti, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija lil benefiċjarju mill-membri tagħha, speċifikament biex jintużaw għall-ispejjeż li huma negliġibbli taħt l-azzjoni

11.2.   Baġit ibbilanċjat

Il-baġit stmat tal-azzjoni jrid jiġi ppreżentat fil-parti A tal-formola ta’ applikazzjoni. Dan irid ikollu d-dħul u n-nefqa bbilanċjati.

Il-baġit irid ikun imfassal fil-munita euro.

L-applikanti, li jipprevedu li l-ispejjeż ma jkunux se jiġu mġarrba fil-munita euro, huma mistiedna jużaw ir-rata tal-kambju ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

http://ec.europa.eu/budget/contracts_grants/info_contracts/inforeuro/inforeuro_en.cfm

11.3.   Kuntratti/sottokuntratti ta’ implimentazzjoni

Fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni tkun teħtieġ l-għoti ta’ kuntratti ta’ akkwist (kuntratti ta’ implimentazzjoni), il-benefiċjarju għandu jagħti l-kuntratt lill-offerta li tagħti l-aħjar valur għall-flus jew l-orħos prezz (kif ikun xieraq), biex b’hekk jiġu evitati kunflitti ta’ interess (23).

Il-benefiċarju hu mistenni li jiddokumenta b’mod ċar il-proċedura tal-offerti u għandu jżomm id-dokumentazzjoni f’każ li jkun hemm bżonn ta’ awditjar.

Fejn l-organizzazzjoni proponenti tkun korp irregolat mil-liġi pubblika skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(4) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), hija trid tagħżel is-sottokuntratturi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi dik id-Direttiva.

Is-sottokuntrattar, jiġifieri l-esternalizzazzjoni ta’ kompiti jew attivitajiet speċifiċi li jiffurmaw parti mill-azzjoni kif deskritt fil-proposta, irid jissodisfa l-kundizzjonijiet applikabbli għal kwalunkwe kuntratt ta’ implimentazzjoni (kif speċifikat hawn fuq) u flimkien magħhom il-kundizzjonijiet li ġejjin:

irid ikun iġġustifikat filwaqt li jitqiesu n-natura tal-azzjoni u dak li jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tagħha;

il-kompiti ċentrali tal-azzjonijiet (jiġifieri l-koordinazzjoni teknika u finanzjarja tal-azzjoni u l-ġestjoni tal-istrateġija) la jistgħu jiġu sottokuntrattati u lanqas delegati;

l-ispejjeż stmati tas-sottokuntrattar iridu jissemmew b’mod ċar fil-partijiet tekniċi u finanzjarji tal-proposta;

kwalunkwe rikors għas-sottokuntrattar, jekk ma jiġix ipprovdut fid-deskrizzjoni tal-azzjoni, jiġi kkomunikat mill-benefiċjarju u approvat miċ-Chafea. Iċ-Chafea tista’ tagħti approvazzjoni tal-għotja:

(i)

qabel kwalunkwe rikors għal sottokuntrattar, jekk il-benefiċjarji jitolbu emenda

(ii)

wara rikors għal sottokuntrattar jekk is-sottokuntrattar:

ikun speċifikament iġġustifikat fir-rapport tekniku interim jew finali u

ma jinvolvix bidliet għall-ftehim tal-għotja li jqajmu dubju dwar id-deċiżjoni li tagħti l-għotja jew ikunu kontra t-trattament ugwali tal-applikanti;

il-benefiċjarji jiżguraw li ċerti kundizzjonijiet applikabbli għall-benefiċjarji, enumerati fil-ftehim tal-għotja (eż. il-viżibbiltà, il-kunfidenzjalità, eċċ.) jkunu applikabbli wkoll għas-sottokuntratturi.

Sottokuntrattar lil entitajiet li jkollhom rabta strutturali mal-benefiċjarju:

Jistgħu jingħataw sottokuntratti wkoll lil entitajiet li jkollhom rabta strutturali mal-benefiċjarju, iżda biss jekk il-prezz ikun limitat għall-ispejjeż attwali mġarrba mill-entità (jiġifieri mingħajr l-ebda marġini ta’ profitt).

Il-kompiti li għandhom jiġu implimentati minn tali entitajiet iridu jkunu msemmija b’mod ċar fil-parti teknika tal-proposta.

11.4.   Forom ta’ finanzjament, spejjeż eliġibbli u mhux eliġibbli

Il-kofinanzjament għandu jieħu l-forma ta’ rimborż ta’ proporzjon speċifikat tal-ispejjeż eliġibbli li fil-fatt jiġġarrbu; huwa se jinkludi wkoll rata fissa li tkopri l-ispejjeż indiretti (ugwali għal 4 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-persunal) li jkunu relatati mal-implimentazzjoni tal-azzjoni (25).

—   Ammont massimu mitlub

L-għotja tal-UE hija limitata għar-rata massima ta’ kofinanzjament li ġejja ta’:

għal programmi multipli fis-suq intern u f’pajjiżi terzi: 80 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-programm;

għal applikanti stabbiliti fi Stati Membri li fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara rċevew għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 136 u 143 TFUE (26), il-perċentwal għandu jkun 85 %.

Dan għandu japplika biss għal dawk l-għotjiet li ffirmat iċ-Chafea qabel id-data minn meta l-Istat Membru kkonċernat ma jibqax jirċievi dik l-għajnuna finanzjarja.

Konsegwentement, parti mit-total tal-ispejjeż eliġibbli mdaħħla fl-istima tal-baġit għandha tiġi ffinanzjata minn sorsi barra l-għotja mill-UE (prinċipju ta’ kofinanzjament).

—   Spejjeż eliġibbli

L-ispejjeż eliġibbli jkunu attwalment imġarrba mill-benefiċjarju tal-għotja u jissodisfaw il-kriterji kollha indikati fl-Artikolu 6 tal-mudell tal-ftehim ta’ għotja:

L-ispejjeż eliġibbli (direttament u indirettament) huma indikati fil-ftehim tal-għotja (ara l-Artikolu 6, il-paragrafi 1 u 2).

L-ispejjeż li mhumiex eliġibbli huma indikati fil-ftehim tal-għotja (ara l-Artikolu 6.4).

—   Kalkolu tal-ammont finali tal-għotja

L-ammont finali tal-għotja jiġi kkalkulat wara t-tlestija tal-programm, fuq approvazzjoni tat-talba għall-pagament.

L-“ammont finali tal-għotja” jiddependi minn kemm fil-fatt il-programm ikun qiegħed jiġi implimentat skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim ta’ għotja.

Dan l-ammont jiġi kkalkulat miċ-Chafea, meta jsir il-pagament tal-bilanċ, fl-istadji li ġejjin:

1.

Applikazzjoni tar-rata tar-rimborż għall-ispejjeż eliġibbli.

2.

Limitu għall-ammont massimu tal-għotja.

3.

Tnaqqis minħabba r-regola ta’ ebda profitt.

4.

Tnaqqis minħabba implimentazzjoni żbaljata jew ksur ta’ obbligi oħrajn.

L-għotjiet tal-UE jistgħu ma jkollhomx l-iskop jew l-effett li jipproduċu profitt fi ħdan il-qafas tal-azzjoni. “Profitt” għandha tiġi definita bħala l-eċċess tal-ammont miksub wara l-istadji 1 u 2 flimkien mal-irċevuti totali tal-azzjoni, fuq l-ispejjeż eliġibbli totali tal-azzjoni.

F’dan ir-rigward, meta jsir profitt, iċ-Chafea għandha tkun intitolata li tirkupra l-perċentwal tal-profitt li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-UE għall-ispejjeż eliġibbli li fil-fatt iġġarrbu mill-benefiċjarju(i) biex iwettaq(iwettqu) l-azzjoni. Sieħeb (koordinatur jew benefiċjarju ieħor) li jitlob kontribuzzjoni mill-UE ta’ ≤ EUR 60 000, huwa eżentat minn din id-dispożizzjoni.

11.5.   Arranġamenti għall-pagamenti

Ħlas ta’ prefinanzjament li jikkorrispondi għal 20 % tal-ammont tal-għotja se jiġi ttrasferit lill-koordinatur skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta’ għotja (l-Artikolu 16.2).

Pagament(i) interim għandu(hom) jitħallas(jitħallsu) lill-koordinatur skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta’ għotja (l-Artikolu 16.3). Il-pagament(i) interim huwa(huma) maħsuba(in) biex jirrimborżaw il-kostijiet eliġibbli mġarrba għall-implimentazzjoni tal-programm matul il-perjodu(i) ta’ rapportar korrispondenti.

L-ammont totali tal-pagament(i) ta’ prefinanzjament u interim ma għandux jaqbeż 90 % tal-ammont massimu tal-għotja.

Iċ-Chafea se tistabbilixxi l-ammont tal-pagament tal-bilanċ abbażi tal-kalkolu tal-ammont finali tal-għotja u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tal-għotja.

Jekk l-ammont totali tal-pagamenti li saru qabel ikun akbar mill-ammont finali tal-għotja, il-pagament tal-bilanċ jieħu l-forma ta’ rkupru.

11.6.   Garanzija ta’ prefinanzjament

Jekk il-kapaċità finanzjarja tal-applikant ma tkunx sodisfaċenti, tista’ tintalab garanzija tal-prefinanzjament li tista’ tasal sal-istess ammont tal-pagament tal-prefinanzjament biex tillimita r-riskji finanzjarji relatati mal-pagament tal-prefinanzjament.

Jekk mitluba, il-garanzija finanzjarja f’euro, għandha tiġi pprovduta minn bank jew minn istituzzjoni finanzjarja approvata stabbilita f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Ammonti li jkunu marbutin f’kontijiet il-bank ma għandhomx jiġu aċċettati bħala garanziji finanzjarji.

Din il-garanzija tista’ tiġi sostitwita b’garanzija mogħtija in solidum minn parti terza, jew bħala garanzija konġunta tal-benefiċjarji tal-azzjoni li huma partijiet għall-istess ftehim tal-għotja.

Il-garanti għandu jkun il-garanti li jissejjaħ l-ewwel u ċ-Chafea ma jkunx jeħtiġilha li l-ewwel tirrikorri kontra d-debitur prinċipali (jiġifieri l-benefiċjarju kkonċernat).

Il-garanzija tal-prefinanzjament għandha tibqa’ fis-seħħ b’mod espliċitu sakemm jitħallas il-bilanċ, u fil-każ li l-pagament tal-bilanċ jsir fil-forma ta’ rkupru, sa tliet xhur wara li n-nota ta’ debitu tiġi nnotifikata lil benefiċjarju.

Ma hija se tkun meħtieġa l-ebda garanzija għal benefiċjarji li jirċievu kontribuzzjoni tal-UE ta’ EUR ≤ 60 000 (għotjiet ta’ valur baxx).

12.   Pubbliċità

12.1.   Mill-benefiċjarji

Il-benefiċjarji jridu juru biċ-ċar il-kontribut tal-Unjoni Ewropea fl-attivitajiet kollha li għalihom tintuża l-għotja.

F’dan ir-rigward, il-benefiċjarji huma meħtieġa li jagħtu prominenza lill-isem u l-emblema tal-Unjoni Ewropea fil-pubblikazzjonijiet, posters, programmi u prodotti oħra kollha tagħhom imwettqa taħt il-proġett kofinanzjat.

Ir-regoli għar-riproduzzjoni grafika tal-emblema Ewropea jinsabu fil-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali (27).

Barra minn hekk, il-materjal viżiv kollu li jiġi prodott fil-qafas ta’ programm ta’ promozzjoni kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea għandu juri l-firma “Enjoy it’s from Europe” (“Gawdi, dan mill-Ewropa”):

Il-linji gwida dwar l-użu tal-firma, kif ukoll il-fajls grafiċi kollha jistgħu jitniżżlu mis-sit web tal-promozzjoni fuq Ewropa (28).

Fl-aħħar nett, kull materjal bil-miktub, jiġifieri brochures, posters, fuljetti, strixxuni, kartelluni, riklami stampati, artikli fil-ġurnali, paġni web (bl-eċċezzjoni ta’ gadgets żgħar) għandu jinkludi dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà skont it-termini dettaljati fil-ftehim tal-għotja, li tispjega li jirrappreżenta l-fehmiet tal-awtur. Il-Kummissjoni Ewropea/l-Aġenzija ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għal użu li jista’ jsir mill-informazzjoni li jkun fih.

12.2.   Miċ-Chafea

Kull informazzjoni relatata mal-għotjiet mogħtija matul sena finanzjarja għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-Internet taċ-Chafea sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja li fiha jkunu ngħataw l-għotjiet.

Iċ-Chafea ser tippubblika l-informazzjoni li ġejja:

l-isem tal-benefiċjarju (entità legali),

l-indirizz tal-benefiċjarju meta dan tal-aħħar ikun persuna ġuridika, ir-reġjun meta l-benefiċjarju jkun persuna fiżika, kif iddefinit fil-livell NUTS 2 (29) jekk huwa/hija domiċiljat(a) fl-UE jew ekwivalenti jekk domiċiljati barra mill-UE,

is-suġġett tal-għotja,

l-ammont mogħti.

13.   Protezzjoni tad-data

It-tweġiba għal kull sejħa għall-proposti tinvolvi r-reġistrazzjoni u l-ipproċessar tad-data personali (bħall-isem, l-indirizz u s-CV tal-individwi li jipparteċipaw fl-azzjoni kofinanzjata). Din id-data tiġi proċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-mistoqsijiet u kwalunkwe data personali mitluba li huma meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni skont l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-proposti se jiġu proċessati biss għal dak l-iskop mill-Aġenzija Eżekuttiva/mill-Kummissjoni jew minn partijiet terzi li jaġixxu f’isem l-Aġenzija Eżekuttiva/il-Kummissjoni u taħt ir-responsabbiltà tagħha. Is-suġġetti tad-data jistgħu jiġu infurmati dwar aktar dettalji tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar, id-drittijiet tagħhom u kif dawn jistgħu jiġu infurzati b’riferiment għad-dikjarazzjoni tal-privatezza ppubblikata fil-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti:

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/support/legalnotice

u fis-sit web tal-Aġenzija:

http://ec.europa.eu/chafea/about/data_protection.html

L-applikanti huma mistiedna jiċċekkjaw id-dikjarazzjoni tal-privatezza rilevanti f’intervalli regolari ħalli jkunu infurmati kif xieraq b’aġġornamenti possibbli li jistgħu jseħħu sal-iskadenza tas-sottomossjoni tal-proposti tagħhom jew wara. Il-benefiċjarji jassumu l-obbligu ġuridiku li jinfurmaw lill-persunal tagħhom dwar l-operazzjonijiet tal-ipproċessar rilevanti li għandhom jitwettqu mill-Aġenzija; biex jagħmlu dan, iridu jipprovdulhom id-dikjarazzjonijiet tal-privatezza ppubblikati mill-Aġenzija fuq il-Portal tal-Finanzjament u l-Offerti qabel jittrażmettu d-data tagħhom lill-Aġenzija; Id-data personali tista’ tiġi rreġistrata fis-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija (EDES) tal-Kummissjoni Ewropea prevista fl-Artikoli 135 u 142 tar-Regolament Finanzjarju tal-UE skont id-dispożizzjonijiet applikabbli.

14.   Proċedura għall-preżentazzjoni ta’ proposti

Il-proposti jridu jintbagħtu sad-data ta’ skadenza stabbilita fit-taqsima 3 permezz tas-Sistema tas-Sottomissjoni Elettronika fuq:

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home

Qabel ma tissottometti proposta:

1.

Sib sejħa:

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/programmes/agrip

2.

Oħloq kont biex tissottometti proposta:

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/how-to-participate/beneficiary-register

3.

Irreġistra s-sħab kollha permezz tar-reġistru tal-benefiċjarji:

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/how-to-participate/beneficiary-register

L-applikanti se jiġu infurmati bil-miktub dwar ir-riżultati tal-proċess tal-għażla.

L-applikanti għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-limitu ta’ paġni u tal-ifformattjar għall-proposta teknika (parti B) indikata fis-sistema tas-sottomissjoni.

Meta jissottometti proposta, l-applikant jaċċetta l-proċeduri u l-kundizzjonijiet kif deskritt f’din is-sejħa u fid-dokumenti li tirreferi għalihom.

Ma hija permessa l-ebda modifika fl-applikazzjoni ladarba tgħaddi l-iskadenza għas-sottomissjoni. Madankollu, jekk ikun meħtieġ li jiġu ċċarati ċerti aspetti jew li jiġu rranġati xi żbalji klerikali, il-Kummissjoni/l-Aġenzija tista’ tikkuntattja lill-applikant għal dan il-għan matul il-proċess tal-evalwazzjoni (31).

Kuntatti

Għal mistoqsijiet dwar l-għodod għas-sottomissjoni online, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Helpdesk tal-IT stabbilit għal dan l-għan permezz tas-sit web tal-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti:

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/support/helpdesks

Għal mistoqsijiet mhux relatati mal-IT, huwa disponibbli helpdesk fis-Chafea fuq: CHAFEA-AGRI-CALLS@ec.europa.eu. L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-mistoqsijiet hija t-2.4.2019 17:00 CET (Ħin tal-Ewropa Ċentrali). It-tweġibiet għal mistoqsijiet rilevanti se jiġu ppubblikati fuq http://ec.europa.eu/chafea/agri/faq.html sad-9.4.2019 17:00 CET (Ħin tal-Ewropa Ċentrali)

Il-mistoqsijiet frekwenti huma ppubblikati fis-sit elettroniku tas-Chafea: http://ec.europa.eu/chafea/agri/faq.html

Fil-korrispondenza kollha relatata ma’ din is-sejħa (eż: meta tintalab informazzjoni, jew tiġi sottomessa applikazzjoni), għandha ssir referenza ċara għal din is-sejħa speċifika. Ladarba s-sistema ta’ skambju elettroniku talloka numru tal-ID tal-proposta, l-applikant irid juża dan in-numru f’kull korrispondenza sussegwenti.

Dokumenti relatati

Gwida għall-applikanti dwar l-annessi rilevanti

Formola ta’ applikazzjoni

Mudell tal-ftehim tal-għotjiet (verżjoni ta’ monobenefiċjarju u multibenefiċjarju)

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).

(2)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 tat-23 ta’ April 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 3).

(3)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831 tas-7 ta’ Ottubru 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 14).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2019 tal-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi, C(2018) 7451

(5)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9).

(*1)  Proposti ta’ programmi multipli dwar “Frott u ħxejjex” għas-suq intern huma eliġibbli wkoll taħt is-Suġġett A. F’dak il-każ, il-messaġġ ta’ proposti dwar frott u ħxejjex taħt Suġġett A għandu jkun differenti milli jenfasizza l-benefiċċji tal-frott u l-ħaxix li jikkunsmaw f’dieta tajba (ħlief jekk il-frott u l-ħxejjex huma assoċjati ma’ prodott(i) ieħor/oħrajn)).

(*2)  Proposti ta’ programmi multipli dwar ir-ross għas-suq intern huma eliġibbli wkoll taħt is-Suġġett A. F’dak il-każ, sabiex jiġi evitat l-irduppjar tal-affarijiet, il-messaġġ ta’ proposti tar-ross taħt Suġġett A għandu jkun differenti mill-aspett sostenibbli tal-produzzjoni tar-ross (għajr jekk ir-ross ikun assoċjat ma’ prodott(i) ieħor/oħrajn)).

(10)  COM(2007) 279 final, 30.5.2007.

(*3)  Programmi multipli dwar iċ-ċanga u/jew il-vitella immirati lejn pajjiżi terzi għandhom japplikaw taħt it-Tema E. Dawn ma jistgħux japplikaw taħt it-Tema D, ħlief jekk iċ-ċanga u/jew il-vitella jkunu assoċjati ma’ prodott (i) ieħor/oħrajn.

(11)  Artikoli 136, Artikolu 137 u Artikolu 142 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

(12)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(13)  Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54).

(14)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).

(15)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(16)  Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).

(17)  Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).

(18)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(19)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

(20)  L-applikanti huma avżati biex jissottomettu curricula vitae fil-format tal-Europass. Mudell disponibbli fuq: http://europass.cedefop.europa.eu/

(21)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

(22)  L-Artikolu 188 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

(23)  Għal gwida dwar il-proċedura kompetittiva, jekk jogħġbok irreferi għall-paġna tal-web li ġejja:

https://ec.europa.eu/chafea/agri/sites/chafea/files/agri-2016-61788-00-00_mt.pdf

(24)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(25)  L-applikanti għandhom ikunu jafu li f’każ li jirċievu għotja operattiva, spejjeż indiretti ma jkunux eliġibbli.

(26)  Fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din is-sejħa: l-ebda wieħed mill-Istati Membri ma jinsab taħt assistenza finanzjarja.

(27)  http://publications.europa.eu/code/mt/mt-5000100.htm

(28)  https://ec.europa.eu/info/promotion-eu-farm-products_mt

(29)  ĠU L 39, tal-10 ta’ Frar 2007, p. 1.

(30)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(31)  Introduzzjoni (89) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/40

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9218 — CVC Capital Partners/K3)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 18/06)

1.   

Fil-21 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”) (il-Lussemburgu),

Ahlsell AB (“K3”) (l-Isvezja).

CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Ahlsell AB kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-11 ta’ Diċembru 2018.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   CVC: CVC u/jew is-sussidjarji tagħha jiġġestixxu fondi u pjattaformi ta’ investiment,

—   Ahlsell AB (K3): distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut ta’ prodotti ta’ installazzjoni li huma fil-kategoriji li ġejjin: tisħin, ventilazzjoni, arja kundizzjonata u sistemi tal-ilma, elettriku, u għodod u provvisti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9218 — CVC Capital Partners/K3

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.

15.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/42

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9130 — Société Générale/Commerzbank EMC Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 18/07)

1.   

Fis-7 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Société Générale SA (“SG”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Société Générale,

In-negozju tas-Swieq tal-Ekwità u l-Komoditajiet (“Commerzbank EMC Business”) ta’ Commerzbank AG.

SG takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani tal-Commerzbank EMC Business kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi u ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

SG hija grupp ta’ servizzi finanzjarji inkorporati skont il-liġijiet ta’ Franza. Hija attiva madwar id-dinja fi tliet negozji ewlenin, jiġifieri, operazzjonijiet bankarji ġenerali u servizzi finanzjarji, ġestjoni u servizzi marbutin ma’ investiment dinji, u operazzjonijiet bankarji korporattivi u ta’ investiment;

Commerzbank EMC Business jikkonsisti f’servizzi ta’ ġestjoni tal-assi mad-dinja kollha, l-istrutturar, il-ħruġ, u l-ġenerazzjoni tas-suq ta’ prodotti tal-investiment strutturati nnegozjati fil-borża u l-istrutturar, il-ħruġ, u l-ġenerazzjoni tas-suq bl-ingrossa ta’ prodotti tal-investiment strutturati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9130 — Société Générale/Commerzbank EMC Business

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

15.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/43

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9233 — Fosun International/Tom Tailor)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 18/08)

1.   

Fil-21 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Fosun International Limited (“Fosun International”, iċ-Ċina),

Tom Tailor Holding SE (“Tom Tailor”, il-Ġermanja).

Fosun International takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Tom Tailor kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ mezzi oħra, marbuta ma’ tnaqqis fir-rati ta’ attendenza għal-laqgħat annwali tal-azzjonisti ta’ Tom Tailor.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Fosun hija parti minn grupp Ċiniż b’attivitajiet (i) fil-farmaċewtiċi, is-servizzi mediċi u tas-saħħa, (ii) fit-turiżmu, ir-rikreazzjoni, prodotti tal-moda u għall-konsumatur, u (iii) fl-assigurazzjoni, il-finanzi u l-investiment.

Tom Tailor hija kumpaniji Ġermaniża tal-ħwejjeġ tal-moda li toffri prinċipalment ħwejjeġ każwali klassiċi u moderni għall-irġiel, in-nisa u t-tfal.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9233 — Fosun International/Tom Tailor