ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 16

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
14ta' Jannar 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 16/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2019/C 16/02

Kawżi magħquda C-569/16 u C-570/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Stadt Wuppertal vs Maria Elisabeth Bauer (C-569/16), Volker Willmeroth, fil-kwalità tiegħu ta’ proprjetarju ta’ TWI Technische Wartung und Instandsetzung Volker Willmeroth eK vs Martina Broßonn (C-570/16) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Direttiva 2003/88/KE — Artikolu 7 — Dritt għal-leave annwali mħallas — Relazzjoni tax-xogħol li tintemm minħabba l-mewt tal-ħaddiem — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timpedixxi l-ħlas, lill-aventi kawża tal-ħaddiem, ta’ kumpens finanzjarju għal leave annwali mħallas mhux meħud minnu — Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi tad-dritt nazzjonali — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 31(2) — Invokabbiltà fil-kuntest ta’ tilwima bejn individwi)

2

2019/C 16/03

Kawża C-619/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg – il-Ġermanja) – Sebastian W. Kreuziger vs Land Berlin (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Direttiva 2003/88/KE — Artikolu 7 — Dritt għal-leave annwali mħallas — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-telf ta’ leave annwali mhux meħud u tal-kumpens finanzjarju għal tali leave, meta ma tkunx saret talba għal leave mill-ħaddiem qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ impjieg)

3

2019/C 16/04

Kawżi magħquda C-622/16 P sa C-624/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2018 – Scuola Elementare Maria Montessori Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Taljana (C-622/16 P), Il-Kummissjoni Ewropea vs Scuola Elementare Maria Montessori Srl, Ir-Repubblika Taljana (C-623/16 P), Il-Kummissjoni Ewropea vs Pietro Ferracci, Ir-Repubblika Taljana (C-624/16 P) (Appell — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li tiddikjara li l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern huwa impossibbli — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Rikorsi għal annullament ippreżentati minn kompetituri ta’ benefiċjarji ta’ għajnuna mill-Istat — Ammissibbiltà — Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni — Inċidenza diretta — Kunċett ta’ ‘impossibbiltà assoluta’ li tiġi rkuprata għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Kunċetti ta’ impriża u ta’ attività ekonomika)

4

2019/C 16/05

Kawża C-684/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften eV vs Tetsuji Shimizu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Direttiva 2003/88/KE — Artikolu 7 — Dritt għal-leave annwali mħallas — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-telf ta’ leave annwali mhux meħud u tal-kumpens finanzjarju għal tali leave, meta ma tkunx saret talba għal leave mill-ħaddiem qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ impjieg — Direttiva 2003/88/KE — Artikolu 7 — Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi mad-dritt nazzjonali — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Article 31(2) — Invokabbiltà fil-kuntest ta’ tilwima bejn persuni privati)

5

2019/C 16/06

Kawża C-18/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Danieli & C. Officine Meccaniche SpA, et vs Regionale Geschäftsstelle Leoben des Arbeitsmarktservice (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda — Repubblika tal-Kroazja — Miżuri tranżitorji — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 96/71/KE — Kollokament ta’ ħaddiema — Kollokament ta’ ċittadini Kroati u ta’ Stati terzi fl-Awstrija permezz ta’ impriża stabbilita fl-Italja)

6

2019/C 16/07

Kawża C-33/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bezirksgericht Bleiburg/Okrajno Sodišče Pliberk – l-Awstrija) – Čepelnik d.o.o. vs Michael Vavti (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 56 TFUE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Servizzi fis-suq intern — Direttiva 2006/123/KE — Dritt industrijali — Kollokament ta’ ħaddiema sabiex jitwettqu xogħlijiet ta’ kostruzzjoni — Dikjarazzjoni tal-ħaddiema — Konservazzjoni u traduzzjoni ta’ skedi ta’ ħlas — Sospensjoni tal-pagamenti — Ħlas ta’ garanzija mid-destinatarju ta’ servizzi — Garanzija għal multa eventwali imposta fuq il-fornitur ta’ servizzi)

7

2019/C 16/08

Kawżi Magħquda C-47/17 u C-48/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X (C-47/17), X (C-48/17) vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Regolament (KE) Nru 1560/2003 — Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali — Kriterji u mekkaniżmi għad-determinazzjoni — Talba għal teħid ta’ responsabbiltà jew teħid lura ta’ applikant għal ażil — Risposta negattiva tal-Istat Membru mitlub — Talba għal eżami mill-ġdid — Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1560/2003 — Terminu għal risposta — Skadenza — Effetti)

7

2019/C 16/09

Kawża C-93/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Novembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern — Obbligu ta’ rkupru — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Impriża li twettaq kemm attivitajiet ċivili u militari — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Interessi essenzjali tas-sigurtà ta’ Stat Membru — Artikolu 346(1)(b) TFUE — Sanzjonijiet finanzjarji — Pagamenti ta’ penalità — Somma f’daqqa — Kapaċità ta’ ħlas — Fattur n — Fatturi li huma l-bażi tal-evalwazzjoni tal-kapaċità ta’ ħlas — Prodott domestiku gross — Ippeżar tal-voti tal-Istat Membru fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea — Regola ta’ votazzjoni ġdida fil-Kunsill)

8

2019/C 16/10

Kawża C-171/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Novembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/123/KE — Artikoli 15 sa 17 — Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Artikolu 56 TFUE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Sistema nazzjonali ta’ ħlas mobbli — Monopolju)

9

2019/C 16/11

Kawża C-215/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – Nova Kreditna Banka Maribor d.d. vs Republika Slovenija (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku — Direttiva 2003/98/KE — It-tielet inċiż tal-Artikolu 1(2)(c) — Rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għad-ditti ta’ investiment — Regolament (UE) Nru 575/2013 — Informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u mid-ditti ta’ investiment — Artikolu 432(2) — Eċċezzjonijiet għall-obbligu ta’ pubblikazzjoni — Informazzjoni kummerċjali meqjusa bħala sensittiva jew kunfidenzjali — Applikabbiltà — Istituzzjonijiet ta’ kreditu li fihom l-Istat għandu sehem maġġoritarju — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi n-natura pubblika ta’ ċerta informazzjoni kummerċjali miżmuma mill-imsemmija istituzzjonijiet)

10

2019/C 16/12

Kawża C-238/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus miesto apylinkės teismas – il-Litwanja) – UAB Renerga vs AB Energijos skirstymo operatorius, AB Lietuvos energijos gamyba (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2009/72/KE — Artikolu 3(2), (6) u (15) u Artikolu 36(f) — Suq intern tal-elettriku — Natura ipotetika tad-domandi preliminari — Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

10

2019/C 16/13

Kawża C-247/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – proċedura dwar l-estradizzjoni ta’ Denis Raugevicius (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 18 u 21 TFUE — Talba indirizzata lil Stat Membru minn pajjiż terz, intiża għall-estradizzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu fl-ewwel Stat Membru — Talba ppreżentata għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija u mhux għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali — Projbizzjoni ta’ estradizzjoni applikata għaċ-ċittadini nazzjonali biss — Restrizzjoni għall-moviment liberu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-prevenzjoni tal-impunità — Proporzjonalità)

11

2019/C 16/14

Kawża C-257/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – C, A vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Direttiva 2003/86/KE — Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja — Artikolu 15 — Rifjut li jingħata permess ta’ residenza awtonomu — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi obbligu li persuna tgħaddi minn eżami ta’ integrazzjoni ċivika)

12

2019/C 16/15

Kawżi magħqudaC-293/17 u C-294/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Coöperatie Mobilisation for the Environment UA, Vereniging Leefmilieu vs College van gedeputeerde staten van Limburg, College van gedeputeerde staten van Gelderland (C-293/17), Stichting Werkgroep Behoud de Peel vs College van gedeputeerde staten van Noord-Brabant (C-294/17) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa — Żoni speċjali ta’ konservazzjoni — Artikolu 6 — Evalwazzjoni xierqa tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit — Programm nazzjonali għall-ġlieda kontra d-depożiti ta’ nitroġenu — Kunċetti ta’ proġett u ta’ evalwazzjoni xierqa — Evalwazzjoni globali tal-awtorizzazzjonijiet individwali ta’ azjendi agrikoli li jiġġeneraw tali depożiti)

13

2019/C 16/16

Kawża C-296/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) – il-Bulgarija) – Wiemer & Trachte GmbH, fi stralċ vs Zhan Oved Tadzher (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Proċeduri ta’ insolvenza — Regolament (KE) Nruo1346/2000 — Artikolu 3(1) — Kompetenza internazzjonali — Azzjoni revokatorja — Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nfetħet il-proċedura ta’ insolvenza)

14

2019/C 16/17

Kawża C-308/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Hellenische Republik vs Leo Kuhn (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 1(1) — Kunċett ta’ materji ċivili u kummerċjali — Bonds maħruġa minn Stat Membru — Parteċipazzjoni tas-settur privat fir-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku ta’ dan l-Istat — Modifika unilaterali u retroattiva tal-kundizzjonijiet tas-self — Klawżoli ta’ azzjoni kollettiva — Rikors eżerċitat kontra l-imsemmi Stat minn kredituri privati detenturi ta’ dawn il-bonds bħala persuni fiżiċi — Responsabbilità tal-Istat għal atti jew ommissjonijiet imwettqa fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat)

15

2019/C 16/18

Kawża C-310/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Levola Hengelo BV vs Smilde Foods BV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Direttiva 2001/29/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 2 — Drittijiet ta’ riproduzzjoni — Kunċett ta’ xogħol — Togħma ta’ prodott tal-ikel)

16

2019/C 16/19

Kawża C-330/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Verbraucherzentrale Baden-Württemberg e.V. vs Germanwings GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 1008/2008 — Il-punt 18 tal-Artikolu 2 — Artikolu 23(1) — Trasport — Regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fl-Unjoni Ewropea — Informazzjoni — Indikazzjoni tal-prezz finali li għandu jitħallas — Inklużjoni tan-noll tal-ajru fil-prezz finali li għandu jitħallas — Obbligu li n-nollijiet tal-ajru jiġu indikati f’euro jew f’valuta nazzjonali — Għażla tal-valuta nazzjonali rilevanti — Kriterji ta’ konnessjoni)

16

2019/C 16/20

Kawża C-334/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 – Ir-Repubblika tal-Estonja vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Latvja (Appell — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Ammont li għandu jiġi ddebitat għall-kwantitajiet żejda ta’ zokkor mhux eliminati — Deċiżjoni 2006/776/KE — Talba għal modifika ta’ deċiżjoni definittiva tal-Kummissjoni Ewropea — Ittra ta’ ċaħda — Rikors kontra din l-ittra — Ammissibbiltà)

17

2019/C 16/21

Kawża C-342/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Veneto – l-Italja) – Memoria Srl, Antonia Dall’Antonia vs Comune di Padova (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Restrizzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari — Sitwazzjoni purament interna — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi kull attività lukrattiva relatata maż-żamma ta’ urni funebri — Eżami tal-proporzjonalità — Koerenza tal-leġiżlazzjoni nazzjonali)

18

2019/C 16/22

Kawża C-380/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K, B vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Direttiva 2003/86/KE — Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja — Artikolu 12 — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ tliet xhur wara l-għoti ta’ protezzjoni internzazzjonali — Benefiċjarju tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Ċaħda ta’ applikazzjoni għal viża)

18

2019/C 16/23

Kawża C-432/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – Dermod Patrick O’Brien vs Ministry of Justice, li kien Department for Constitutional Affairs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 97/81/KE — Ftehim Qafas bejn CES, UNICE u CEEP dwar ix-xogħol part-time — Klawżola 4 — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Ħaddiema part-time — Pensjoni tal-irtirar — Kalkolu tal-ammont tal-pensjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tas-snin ta’ servizz imwettqa qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 97/81/KE — Applikazzjoni immedjata għall-effetti futuri ta’ sitwazzjoni li bdiet taħt il-liġi l-antika)

19

2019/C 16/24

Kawża C-457/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Heiko Jonny Maniero vs Studienstiftung des deutschen Volkes eV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew l-oriġini etnika — Direttiva 2000/43/KE — Artikolu 3(1)(g) — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ edukazzjoni — Għoti minn fondazzjoni privata ta’ boroż intiżi sabiex jippromwovu proġetti ta’ riċerka jew ta’ studju barra mill-pajjiż — Artikolu 2(2)(b) — Diskriminazzjoni indiretta — Għoti ta’ dawn il-boroż suġġett għall-kisba minn qabel fil-Ġermanja tal-Ewwel Eżami tal-Istat ta’ Liġi (Erste Juristische Staatsprüfung))

20

2019/C 16/25

Kawża C-461/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – Brian Holohan et vs An Bord Pleanála (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali — Konservazzjoni tal-fawna u tal-flora selvaġġa — Proġett ta’ kostruzzjoni ta’ toroq — Evalwazzjoni xierqa tal-effetti fuq l-ambjent — Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni — Direttiva 2011/92/UE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti — Anness IV, punt 3 — Artikolu 5(3)(d) — Portata tal-kunċett ta’ alternattivi ewlenin prinċipali)

21

2019/C 16/26

Kawża C-484/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/86/KE — Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja — Artikolu 15 — Rifjut li jingħata permess ta’ residenza awtonomu — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi obbligu li persuna tgħaddi minn eżami ta’ integrazzjoni ċivika)

22

2019/C 16/27

Kawża C-495/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Prahova – ir-Rumanija) – Cartrans Spedition Srl vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Prahova, Direcţia Regională a Finanţelor Publice Bucureşti – Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Eżenzjonijiet — Artikolu 146(1)(e) u l-Artikolu 153 — Tranżazzjonijiet ta’ trasport bit-triq direttament marbuta mal-esportazzjoni ta’ oġġetti — Servizzi mogħtija minn intermedjarji li jintervjenu f’tali tranżazzjonijiet — Sistema probatorja relatata mal-esportazzjoni tal-oġġetti — Dikjarazzjoni doganali — Carnet TIR)

22

2019/C 16/28

Kawża C-502/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret – id-Danimarka) – C&D Foods Acquisition ApS vs Skatteministeriet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Proposta ta’ bejgħ ta’ azzjonijiet ta’ subsussidjarja — Spejjeż relatati ma’ provvisti ta’ servizzi miksuba għall-finijiet ta’ dan il-bejgħ — Bejgħ mhux imwettaq — Talba għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT)

23

2019/C 16/29

Kawża C-544/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Novembru 2018 – BPC Lux 2 Sàrl vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Portugiża (Appell — Għajnuna mill-Istat — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Għajnuna mill-awtoritajiet Portugiżi fir-rigward tax-xoljiment tal-istabbiliment finanzjarju Banco Espírito Santo SA — Ħolqien u kapitalizzazzjoni ta’ bank tranżitorju — Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Interess ġuridiku — Rikors quddiem il-qrati nazzjonali intiż għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ xoljiment ta’ Banco Espírito Santo)

24

2019/C 16/30

Kawża C-592/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret – id-Danimarka) – Skatteministeriet vs Baby Dan A/S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Nomenklatura Magħquda — Klassifikazzjoni tariffarja — Intestaturi u subintestaturi 4421, 7326, 7318 15 90, 7318 19 00 u 9403 90 10 — Oġġett speċifikament imfassal għat-twaħħil ta’ xatbiet ta’ sigurtà għat-tfal — Dumping — Validità tar-Regolament (KE) Nru 91/2009 — Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina — Ftehim antidumping tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) — Regolament (KE) Nru 384/96 — Artikolu 3(2) u Artikolu 4(1) — Definizzjoni tal-industrija Komunitarja)

24

2019/C 16/31

Kawża C-648/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – BTA Baltic Insurance Company AS, li kienet Balcia Insurance SE vs Baltijas Apdrošināšanas Nams AS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur — Direttiva 72/166/KEE — Artikolu 3(1) — Kunċett ta’ użu ta’ vetturi — Inċident li jinvolvi żewġ vetturi pparkjati f’parkeġġ — Dannu materjali kkawżat lil vettura minn passiġier tal-vettura viċina li fetaħ il-bieba tagħha)

25

2019/C 16/32

Kawża C-426/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no2 de Terrassa – Spanja) – Elena Barba Giménez vs Francisca Carrión Lozano (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Benefiċjarju tal-għajnuna ġudizzjarja — Remunerazzjoni tal-avukati tal-għajnuna legali — Iffissar tat-tariffi mill-kamra tal-avukati — Assenza ta’ informazzjoni minn qabel dwar it-tariffi tal-avukat lill-klijent tiegħu — Talba għall-onorarji — Stħarriġ tal-eżistenza ta’ klawżoli abużivi u ta’ prattika żleali — Tilwima prinċipali — Kawża mressqa quddiem korp kompetenti — Assenza ta’ tressiq ta’ azzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju — Risposti għad-domandi preliminari — Utilità — Assenza — Inammissibbiltà manifesta)

26

2019/C 16/33

Kawża C-300/18 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 minn UF mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-7 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-422/17, UF vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

26

2019/C 16/34

Kawża C-534/18 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2018 minn Xabier Uribe-Etxebarría Jiménez mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-29 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża T-577/15 – Xabier Uribe-Etxebarría Jiménez vs EUIPO – Núcleo de comunicaciones y control, S.L.

27

2019/C 16/35

Kawża C-551/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fid-29 ta’ Awwissu 2018 – IK

28

2019/C 16/36

Kawża C-568/18 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2018 minn Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-11 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-643/13, Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

29

2019/C 16/37

Kawża C-656/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Erding (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2018 – F. vs Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV

30

2019/C 16/38

Kawża C-676/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

30

2019/C 16/39

Kawża C-685/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fis-7 ta’ Novembru 2018 – Minister for Justice and Equality vs ND

31

2019/C 16/40

Kawża C-288/17: Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’ État, – Franza) – Fédération des fabricants de cigares, Coprova, E-Labo France, Smakq développement vs Premier ministre, Ministre des Affaires sociales et de la Santé, fil-preżenza ta’: Société J. Cortès France, Scandinavian Tobacco Group France, Villiger France

32

2019/C 16/41

Kawża C-299/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Stefan Neldner vs Eurowings GmbH

32

 

Il-Qorti Ġenerali

2019/C 16/42

Kawża T-316/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – PKK vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-PKK bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu — Iffriżar ta’ fondi — Kompetenza tal-Kunsill — Possibbiltà għal awtorità ta’ Stat terz li tiġi kklassifikata bħala awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK — Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi — Riferiment għal atti terroristiċi — Stħarriġ ġudizzjarju — Obbligu ta’ motivazzjoni — Eċċezzjoni ta’ illegalità)

33

2019/C 16/43

Kawża T-793/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Tempus Energy u Tempus Energy Technology vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Suq tal-kapaċità fir-Renju Unit — Skema ta’ għajnuna — Artikolu 108(2) u (3) TFUE — Kunċett ta’ dubji fis-sens tal-Artikolu 4(3) jew (4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija għall-perijodu bejn l-2014-2020 — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati)

35

2019/C 16/44

Kawżi T-639/15 sa T-666/15 u T-94/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2018 – Psara et al vs Il-Parlament (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Parlament Ewropew — Spejjeż tal-Membri tal-Parlament u l-allowances tagħhom — Rifjut ta’ aċċess — Dokumenti ineżistenti — Data personali — Regolament (KE) Nru 45/2001 — Neċessità ta’ trasferiment tad-data — Eżami konkret u individwali — Aċċess parzjali — Piż amministrattiv eċċessiv — Obbligu ta’ motivazzjoni)

36

2019/C 16/45

Kawża T-718/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – Mad Dogg Athletics vs EUIPO – Aerospinning Master Franchising (SPINNING) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SPINNING — Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka — Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

38

2019/C 16/46

Kawża T-724/16 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali — Artikolu 24 tar-Regolament tal-Persunal — Dmir ta’ assistenza tal-Unjoni — Telf tal-interess ġuridiku tal-appellanti matul il-proċedura — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fl-ewwel istanza — Rabta kawżali)

39

2019/C 16/47

Kawża T-827/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – QB vs BĊE (Servizz pubbliku — Persunal tal-BĊE — Proċedura ta’ evalwazzjoni — Rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera [2015] — Possibilità li tkun akkumpanjat minn Rappreżentant sindakali waqt l-intervista ta’ evalwazzjoni — Ksur tar-regoli tal-oġġettività u l-imparzjalità tal-evalwatur — Remunerazzjoni — Deċiżjoni li tirrifjuta l-benefiċċju ta’ żieda fis-salarju — Ammissibbiltà tal-provi — Posta eletronika skambjata bejn membru tal-persunal u l-coach tiegħu fuq l-kaxxa tal-posta elettronika professjonali — Responsabbiltà)

39

2019/C 16/48

Kawża T-44/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2018 – Camomilla vs EUIPO – CMT (CAMOMILLA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CAMOMILLA — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CAMOMILLA — Ċaħda parzjali tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Provi — Rikors inċidentali — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001))

40

2019/C 16/49

Kawża T-216/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Mabrouk vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fil-konfront ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Tuneżija — Miżuri adottati fil-konfront ta’ persuni ħajta ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u ta’ persuni u entitajiet assoċjati — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi — Żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-lista — Bażai fattwali insuffiċjenti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Żball ta’ liġi — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Terminu raġjonevoli)

41

2019/C 16/50

Kawża T-241/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2018 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (FAEG u FAEŻR — Spejjeż esklużi mill-finanzjament — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 585/2011 — Miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ temporanju favur is-settur tal-frott u tal-ħaxix minħabba epidemija mortali kkważata mill-batterja Escherichia coli (E. coli) enteroemorraġika — Operazzjoni għan-nuqqas ta’ ħsad — Portata tal-kumpens favur produtturi li wettqu tali operazzjonijiet — Spejjeż magħmula mill-Polonja — Obbligu ta’ motivazzjoni)

42

2019/C 16/51

Kawża T-454/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – Pro NGO! vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Investigazzjoni ta’ awditur privat — Investigazzjoni tal-OLAF — Konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi sanzjoni amministrattiva fil-konfront tar-rikorrenti — Esklużjoni mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti u mill-għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għal perijodu ta’ sitt xhur — Inklużjoni fid-database tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni — Motiv ġdid — Dritt tad-difiża)

42

2019/C 16/52

Kawża T-486/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2018 – Foodterapia vs EUIPO – Sperlari (DIETOX) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea DIETOX — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea Dietor — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]

43

2019/C 16/53

Kawża T-830/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2018 – Szentes vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Avviż ta’ kompetizzjoni — Kompetizzjoni ġenerali — Kundizzjonijiet ta’ ammissjoni — Esperjenza professjonali — Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jiġix ammess fil-kompetizzjoni — Talba għal eżami mill-ġdid — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żnaturament ta’ informazzjoni inkuża fl-att ta’ kandidatura — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Ksur tal-avviż ta’ kompetizzjoni)

44

2019/C 16/54

Kawża T-140/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 15 ta’ Novembru 2018 – LMP Lichttechnik vs EUIPO (LITECRAFT) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali LITECRAFT — Motiv assolut ta’ rifjut — Natura deskrittiva — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

44

2019/C 16/55

Kawża T-271/10 OST: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2018 – H vs Il-Kunsill (Proċedura — Nuqqas li tittieħed deċiżjoni fuq l-ispejjeż)

45

2019/C 16/56

Kawża T-621/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2018 – Taminco vs EFSA (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Regolament (KE) Nru 1107/2009 — Pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-eżami mwettaq mill-EFSA dwar l-eżami mill-ġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva Thiram — Talba għal kunfidenzjalità fir-rigward ta’ ċerti siltiet — Rifjut li jingħata t-trattament kunfidenzjali — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza)

46

2019/C 16/57

Kawża T-625/18: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2018 – FT vs ESMA

46

2019/C 16/58

Kawża T-635/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2018 – Industrial Química del Nalón vs Il-Kummissjoni

47

2019/C 16/59

Kawża T-636/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2018 – Tokai erftcarbon vs Il-Kummissjoni

48

2019/C 16/60

Kawża T-637/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2018 – Bawtry Carbon International vs Il-Kummissjoni

49

2019/C 16/61

Kawża T-638/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2018 – Deza vs Il-Kummissjoni

50

2019/C 16/62

Kawża T-639/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2018 – SGL Carbon vs Il-Kummissjoni

51

2019/C 16/63

Kawża T-643/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2018 – August Wolff vs EUIPO – Faes Farma (DermoFaes)

52

2019/C 16/64

Kawża T-645/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2018 – Bilbaína de Alquitranes vs Il-Kummissjoni

53

2019/C 16/65

Kawża T-647/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2018 – ZQ vs Il-Kummissjoni

54

2019/C 16/66

Kawża T-648/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2018 – Super bock group, SGPS vs EUIPO – Agus (Crystal)

56

2019/C 16/67

Kawża T-650/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2018 – Reaktor Group vs EUIPO (REAKTOR)

56

2019/C 16/68

Kawża T-665/18: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2018 – Soundio vs EUIPO – E-Plus Mobilfunk (Vibble)

57

2019/C 16/69

Kawża T-667/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2018 – Pinto Teixeira vs SEAE

58

2019/C 16/70

Kawża T-671/18: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2018 – ZU vs Il-Kummissjoni

58


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 16/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 4, 7.1.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 455, 17.12.2018

ĠU C 445, 10.12.2018

ĠU C 436, 3.12.2018

ĠU C 427, 26.11.2018

ĠU C 408, 12.11.2018

ĠU C 399, 5.11.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Stadt Wuppertal vs Maria Elisabeth Bauer (C-569/16), Volker Willmeroth, fil-kwalità tiegħu ta’ proprjetarju ta’ TWI Technische Wartung und Instandsetzung Volker Willmeroth eK vs Martina Broßonn (C-570/16)

(Kawżi magħquda C-569/16 u C-570/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 7 - Dritt għal-leave annwali mħallas - Relazzjoni tax-xogħol li tintemm minħabba l-mewt tal-ħaddiem - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timpedixxi l-ħlas, lill-aventi kawża tal-ħaddiem, ta’ kumpens finanzjarju għal leave annwali mħallas mhux meħud minnu - Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi tad-dritt nazzjonali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 31(2) - Invokabbiltà fil-kuntest ta’ tilwima bejn individwi))

(2019/C 16/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stadt Wuppertal (C-569/16), Volker Willmeroth, fil-kwalità tiegħu ta’ proprjetarju ta’ TWI Technische Wartung u Instandsetzung Volker Willmeroth eK (C-570/16)

Konvenuti: Maria Elisabeth Bauer (C-569/16), Martina Broßonn (C-570/16)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li b’applikazzjoni tagħha, meta r-relazzjoni ta’ xogħol tintemm minħabba l-mewt tal-ħaddiem, id-dritt għal-leave annwali mħallas miksub skont l-imsemmija dispożizzjonijiet u mhux meħud minn dan il-ħaddiem qabel il-mewt tiegħu jispiċċa mingħajr ma jkun jista’ jagħti lok għal dritt għal kumpens finanzjarju għall-imsemmi leave li jkun trażmissibbli lill-aventi kawża tal-imsemmi ħaddiem permezz tas-suċċessjoni.

2)

Fil-każ ta’ impossibbiltà li tinterpreta leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali b’mod li tiżgura l-konformità tagħha mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 u mal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-qorti nazzjonali, adita b’tilwima bejn l-aventi kawża ta’ ħaddiem li miet u l-persuna li kienet timpjega lil dan il-ħaddiem, għandha tħalli mhux applikata l-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali u tiżgura li l-imsemmi aventi kawża jingħata, għad-detriment ta’ din il-persuna li timpjega, il-benefiċċju ta’ kumpens finanzjarju għal-leave annwali mħallas miksub skont l-imsemmija dispożizzjonijiet u mhux meħud minn dan il-ħaddiem qabel mewtu. Dan l-obbligu huwa impost fuq il-qorti nazzjonali skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali meta t-tilwima tkun bejn tali aventi kawża u persuna li timpjega li għandha l-kwalità ta’ awtorità pubblika, u skont it-tieni waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet meta t-tilwima tkun bejn l-aventi kawża u l-persuna li timpjega li jkollha l-kwalità ta’ individwu.


(1)  ĠU C 53, 20.2.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg – il-Ġermanja) – Sebastian W. Kreuziger vs Land Berlin

(Kawża C-619/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 7 - Dritt għal-leave annwali mħallas - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-telf ta’ leave annwali mhux meħud u tal-kumpens finanzjarju għal tali leave, meta ma tkunx saret talba għal leave mill-ħaddiem qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ impjieg))

(2019/C 16/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sebastian W. Kreuziger

Konvenut: Land Berlin

Dispożittiv

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din timplika li, jekk il-ħaddiem ma jkunx talab li jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ impjieg, il-persuna kkonċernata, awtomatikament u mingħajr verifika minn qabel dwar jekk din kinitx effettivament imqiegħda f’din il-pożizzjoni minn min impjegaha, b’mod partikolari b’informazzjoni adegwata min-naħa ta’ dan tal-aħħar, titlef id-dritt tagħha għal-leave qabel l-imsemmi tmiem, il-ġranet ta’ leave annwali mħallas li għalihom kienet intitolata bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni fil-mument ta’ dan it-tmiem, kif ukoll, korrelattivament, id-dritt tagħha għal kumpens finanzjarju għal dan il-leave annwali mħallas mhux meħud.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2018 – Scuola Elementare Maria Montessori Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Taljana (C-622/16 P), Il-Kummissjoni Ewropea vs Scuola Elementare Maria Montessori Srl, Ir-Repubblika Taljana (C-623/16 P), Il-Kummissjoni Ewropea vs Pietro Ferracci, Ir-Repubblika Taljana (C-624/16 P)

(Kawżi magħquda C-622/16 P sa C-624/16 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara li l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern huwa impossibbli - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Rikorsi għal annullament ippreżentati minn kompetituri ta’ benefiċjarji ta’ għajnuna mill-Istat - Ammissibbiltà - Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni - Inċidenza diretta - Kunċett ta’ ‘impossibbiltà assoluta’ li tiġi rkuprata għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kunċetti ta’ “impriża” u ta’ “attività ekonomika”))

(2019/C 16/04)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

(C-622/16 P)

Appellanti: Scuola Elementare Maria Montessori Srl (rappreżentanti: E. Gambaro u F. Mazzocchi, avvocati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, P. Stancanelli u F. Tomat, aġenti), Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistiti minn G. De Bellis u S. Fiorentino, avvocati dello Stato)

(C-623/16 P)

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, P. Stancanelli u F. Tomat, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Scuola Elementare Maria Montessori Srl (rappreżentanti: E. Gambaro u F. Mazzocchi, avvocati), Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistiti minn G. De Bellis u S. Fiorentino, avvocati dello Stato)

(C-624/16 P)

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, P. Stancanelli u F. Tomat, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Pietro Ferracci, Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistiti minn G. De Bellis u S. Fiorentino, avvocati dello Stato)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Settembru 2016, Scuola Elementare Maria Montessori vs Il-Kummissjoni (T-220/13, mhux ippubblikata, EU:T:2016:484), hija annullata sa fejn ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn Scuola Elementare Maria Montessori Srl u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/284/UE tad-19 ta’ Diċembru 2012 dwar l-għajnuna mill-istat SA.20829 (C 26/2010, qabel NN 43/2010 (qabel CP 71/2006)) Is-sistema għall-eżenzjoni mill-ICI [taxxa muniċipali fuq il-proprjetà immobbli] għal bini li jintuża minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali għal skopijiet speċifiċi li ġiet implimentata mill-Italja, sa fejn il-Kummissjoni Ewropea ma ordnatx l-irkupru tal-għajnuna illegali mogħtija bis-saħħa tal-eżenzjoni mill-Imposta comunale sugli immobili (taxxa muniċipali fuq il-proprjetà immobbli).

2)

Il-kumplament tal-appell fil-Kawża C-622/16 P huwa miċħud.

3)

Id-Deċiżjoni 2013/284 hija annullata sa fejn il-Kummissjoni Ewropea ma ordnatx l-irkupru tal-għajnuna illegali mogħija bis-saħħa tal-eżenzjoni mill-Imposta comunale sugli immobili (taxxa muniċipali fuq il-proprjetà immobbli).

4)

L-appelli fil-Kawżi C-623/16 P u C-624/16 P huma miċħuda.

5)

Scuola Elementare Maria Montessori Srl għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha sostnuti fil-kuntest tal-appell fil-Kawża C-622/16 P kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea u tal-ispejjeż rispettivi tagħha marbuta mar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-220/13.

6)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, fir-rigward tal-ispejjeż rispettivi tagħha, terz tal-ispejjeż marbuta mar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-220/13 u dawk marbuta mal-appelli fil-Kawża C-622/16 P sa C-624/16 P, u, fir-rigward tal-ispejjeż ta’ Scuola Elementare Maria Montessori Srl, terz tal-ispejjeż marbuta mar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-220/13 u nofs l-ispejjeż marbuta mal-appell fil-Kawża C-622/16 P, kif ukoll dawk sostnuti fil-kuntest tal-Kawża C-623/16 P.

7)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha sostnuti fil-Kawżi C-622/16 P sa C-624/16 P.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften eV vs Tetsuji Shimizu

(Kawża C-684/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 7 - Dritt għal-leave annwali mħallas - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-telf ta’ leave annwali mhux meħud u tal-kumpens finanzjarju għal tali leave, meta ma tkunx saret talba għal leave mill-ħaddiem qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ impjieg - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 7 - Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi mad-dritt nazzjonali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Article 31(2) - Invokabbiltà fil-kuntest ta’ tilwima bejn persuni privati))

(2019/C 16/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften eV

Konvenut: Tetsuji Shimizu

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha, jekk il-ħaddiem ma jkunx talab li jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas matul il-perijodu ta’ referenza rilevanti, dan il-ħaddiem jitlef, fit-tmiem ta’ dan il-perijodu, awtomatikament u mingħajr verifika minn qabel dwar jekk dan kienx effettivament imqiegħed fil-pożizzjoni li jeżerċita dan id-dritt mill-persuna li timpjegah, b’mod partikolari b’informazzjoni adegwata min-naħa ta’ din tal-aħħar, il-ġranet ta’ leave annwali mħallas miksuba bis-saħħa tal-imsemmija dispożizzjonijiet fl-imsemmi perijodu, kif ukoll, korrelattivament, id-dritt tiegħu għall-ħlas ta’ kumpens finanzjarju għal dan il-leave annwali mhux meħud f’każ tat-tmiem tar-relazzjoni ta’ impjieg. F’dan ir-rigward, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, billi tieħu inkunsiderazzjoni d-dritt intern kollu u billi tapplika metodi ta’ interpretazzjoni rrikonoxxuti minnha, jekk tistax tasal għal interpretazzjoni ta’ dan id-dritt li hija ta’ natura li tiżgura l-effettività sħiħa tad-dritt tal-Unjoni.

2)

Meta jkun impossibbli li tinterpreta leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali b’mod li tiżgura l-konformità ta’ din mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 u mal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, minn din l-aħħar dispożizzjoni jirriżulta li l-qorti nazzjonali adita b’kawża bejn ħaddiem u l-persuna li kienet timpjegah li tkun persuna privata għandha ma tapplikax l-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali u tiżgura li, jekk din il-persuna li impjegatu ma tkunx tista’ turi li tat prova ta’ kull diliġenza meħtieġa li l-ħaddiem ikun effettivament imqiegħed f’pożizzjoni li jieħu l-leave annwali mħallas li għalih huwa kellu dritt bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, l-imsemmi ħaddiem la jista’ jiġi mċaħħad mid-drittijiet miksuba għal dan il-leave annwali mħallas u lanqas, korrelattivament, u f’każ tat-tmiem tar-relazzjoni ta’ impjieg, ma jista’ jiġi mċaħħad minn kumpens finanzjarju għal-leave mhux meħud li huwa dovut, f’dan il-każ, direttament mill-persuna kkonċernata li impjegatu.


(1)  ĠU C 104, 3.4.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Danieli & C. Officine Meccaniche SpA, et vs Regionale Geschäftsstelle Leoben des Arbeitsmarktservice

(Kawża C-18/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda - Repubblika tal-Kroazja - Miżuri tranżitorji - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 96/71/KE - Kollokament ta’ ħaddiema - Kollokament ta’ ċittadini Kroati u ta’ Stati terzi fl-Awstrija permezz ta’ impriża stabbilita fl-Italja))

(2019/C 16/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Danieli & C. Officine Meccaniche SpA, Dragan Panic, Ivan Arnautov, Jakov Mandic, Miroslav Brnjac, Nicolai Dorassevitch, Alen Mihovic

Konvenut: Regionale Geschäftsstelle Leoben des Arbeitsmarktservice

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 56 u 57 TFUE, kif ukoll il-paragrafu 2 tal-Kapitolu 2 tal-Anness V tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru għandu d-dritt li jillimita, permezz ta’ rekwiżit ta’ permess ta’ impjieg, il-kollokament ta’ ħaddiema Kroati li huma impjegati minn impriża li għandha s-sede tagħha fil-Kroazja, meta l-kollokament ta’ dawn il-ħaddiema jsir permezz tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 1(3)(c) tad-Direttiva 96/71, lil impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor, bil-għan ta’ provvista ta’ servizzi fl-ewwel Stat Membru minn din l-aħħar impriża.

2)

L-Artikoli 56 u 57 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru ma jistax jeżiġi li ċittadini ta’ Stati terzi, imqiegħda għad-dispożizzjoni ta’ impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor, minn impriża oħra stabbilita wkoll f’dan l-Istat Membru, għal finijiet ta’ provvista ta’ servizzi fl-ewwel wieħed minn dawn l-Istati Membri, ikollhom permess ta’ impjieg.


(1)  ĠU C 144, 08.05.2017


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bezirksgericht Bleiburg/Okrajno Sodišče Pliberk – l-Awstrija) – Čepelnik d.o.o. vs Michael Vavti

(Kawża C-33/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjonijiet - Servizzi fis-suq intern - Direttiva 2006/123/KE - Dritt industrijali - Kollokament ta’ ħaddiema sabiex jitwettqu xogħlijiet ta’ kostruzzjoni - Dikjarazzjoni tal-ħaddiema - Konservazzjoni u traduzzjoni ta’ skedi ta’ ħlas - Sospensjoni tal-pagamenti - Ħlas ta’ garanzija mid-destinatarju ta’ servizzi - Garanzija għal multa eventwali imposta fuq il-fornitur ta’ servizzi))

(2019/C 16/07)

Lingwi tal-kawża: il-Ġermaniż u s-Sloven

Qorti tar-rinviju

Bezirksgericht Bleiburg/Okrajno Sodišče Pliberk

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Čepelnik d.o.o.

Konvenut: Michael Vavti

Dispożittiv

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu fuq il-persuna li tqabbad ix-xogħlijiet stabbilita f’dan l-Istat Membru li tissospendi l-pagamenti lill-parti kontraenti tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor, jew anki li tħallas garanzija għal ammont ekwivalenti għall-prezz li jkun għadu dovut għax-xogħlijiet, sabiex jiġi żgurat il-ħlas tal-eventwali multa li tista’ tiġi imposta fuq din il-parti kontraenti fil-każ ta’ ksur ikkonfermat tad-dritt industrijali tal-ewwel Stat Membru.


(1)  ĠU C 86, 20.3.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X (C-47/17), X (C-48/17) vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawżi Magħquda C-47/17 u C-48/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Regolament (KE) Nru 1560/2003 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Kriterji u mekkaniżmi għad-determinazzjoni - Talba għal teħid ta’ responsabbiltà jew teħid lura ta’ applikant għal ażil - Risposta negattiva tal-Istat Membru mitlub - Talba għal eżami mill-ġdid - Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1560/2003 - Terminu għal risposta - Skadenza - Effetti))

(2019/C 16/08)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X (C-47/17), X (C-48/17)

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Dispożittiv

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 tat-2 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) tal-Kummissjoni Nru 118/2014 tat-30 ta’ Jannar 2014, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru kompetenti għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, l-Istat Membru adit b’talba għal teħid ta’ responsabbiltà jew għal teħid lura bis-saħħa tal-Artikolu 21 jew tal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, wara li jkunu twettqu l-verifiki meħtieġa, ikun irrisponda negattivament għal dan fit-termini previsti mill-Artikoli 22 jew mill-Artikolu 25 ta’ dan l-aħħar regolament, u li sussegwentement ikun ġie adit b’talba għal eżami mill-ġdid skont l-Artikolu 5(2), għandu jagħmel ħiltu, fi spirtu ta’ kooperazzjoni leali, li jirrispondi għal dan tal-aħħar fi żmien ġimagħtejn.

Meta l-Istat Membru rikjest ma jirrispondix f’dan it-terminu ta’ ġimagħtejn għal din it-talba, il-proċedura addizzjonali ta’ eżami mill-ġdid tkun definittivament magħluqa, b’tali mod li l-Istat Membru rikjedenti għandu, wara l-iskadenza tal-imsemmi terminu, jitqies li huwa responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, ħlief jekk ikun hemm bżonn ta’ iktar żmien sabiex tkun jista’ titressaq, fit-termini imperattivi previsti għal dan l-effett fl-Artikolu 21(1) u fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 604/2013, talba ġdida għal teħid ta’ responsabbiltà jew għal teħid lura.


(1)  ĠU C 112, 10.4.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Novembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-93/17) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Obbligu ta’ rkupru - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Impriża li twettaq kemm attivitajiet ċivili u militari - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Interessi essenzjali tas-sigurtà ta’ Stat Membru - Artikolu 346(1)(b) TFUE - Sanzjonijiet finanzjarji - Pagamenti ta’ penalità - Somma f’daqqa - Kapaċità ta’ ħlas - Fattur “n” - Fatturi li huma l-bażi tal-evalwazzjoni tal-kapaċità ta’ ħlas - Prodott domestiku gross - Ippeżar tal-voti tal-Istat Membru fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Regola ta’ votazzjoni ġdida fil-Kunsill))

(2019/C 16/09)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u B. Stromsky, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: K. Boskovits u A. Samoni-Rantou, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fid-data li fiha skada t-terminu mogħti fl-ittra ta’ intimazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea fis-27 ta’ Novembru 2014, il-miżuri kollha li tinvolvi l-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-28 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-485/10, mhux ippubblikata, EU:C:2012:395), ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 260(1) TFUE.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea pagamenti ta’ penalità fl-ammont ta’ EUR 7 294 000 għal kull perijodu ta’ sitt xhur mid-data ta’ din is-sentenza sad-data tal-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-28 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-485/10, mhux ippubblikata, EU:C:2012:395).

3)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ EUR 10 000 000.

4)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 24.04.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Novembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-171/17) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/123/KE - Artikoli 15 sa 17 - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Sistema nazzjonali ta’ ħlas mobbli - Monopolju))

(2019/C 16/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u H. Tserepa-Lacombe, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija (rappreżentanti: M.Z. Fehér u G. Koós, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi introduċiet u żammet fis-seħħ is-sistema nazzjonali ta’ ħlas mobbli rregolata bin-nemzeti mobil fizetési rendszerről szóló 2011. évi CC. törvény (il-Liġi Nru CC tal-2011 dwar is-Sistema Nazzjonali ta’ Ħlas Mobbli) u bit-356/2012. (XII. 13.) Korm. rendelet a nemzeti mobil fizetési rendszerről szóló törvény végrehajtásáról (id-Digriet tal-Gvern Nru 356/2012 li jimplimenta l-Liġi dwar is-Sistema Nazzjonali ta’ Ħlas Mobbli), l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu l5(2)(d) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, u taħt l-Artikolu 56 TFUE.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Ungerija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 231, 17.7.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – Nova Kreditna Banka Maribor d.d. vs Republika Slovenija

(Kawża C-215/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku - Direttiva 2003/98/KE - It-tielet inċiż tal-Artikolu 1(2)(c) - Rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għad-ditti ta’ investiment - Regolament (UE) Nru 575/2013 - Informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u mid-ditti ta’ investiment - Artikolu 432(2) - Eċċezzjonijiet għall-obbligu ta’ pubblikazzjoni - Informazzjoni kummerċjali meqjusa bħala sensittiva jew kunfidenzjali - Applikabbiltà - Istituzzjonijiet ta’ kreditu li fihom l-Istat għandu sehem maġġoritarju - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi n-natura pubblika ta’ ċerta informazzjoni kummerċjali miżmuma mill-imsemmija istituzzjonijiet))

(2019/C 16/11)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nova Kreditna Banka Maribor d.d.

Konvenuta: Republika Slovenija

Dispożittiv

It-tielet inċiż tal-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku u l-Artikolu 432(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma japplikawx għal leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq bank li kien taħt l-influwenza dominanti ta’ persuna rregolata mid-dritt pubbliku l-obbligu li jiżvela d-data dwar il-kuntratti għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza, ta’ servizzi ta’ avukati, ta’ servizzi ta’ awturi ta’ xogħlijiet intellettwali u ta’ servizzi oħra ta’ natura intellettwali li huwa kkonkluda fil-perijodu li matulu huwa kien taħt din l-influwenza dominanti, mingħajr ebda eċċezzjoni ammessa sabiex jinżammu s-sigrieti kummerċjali ta’ dan il-bank u, għalhekk, ma jipprekludux tali leġiżlazzjoni nazzjonali.


(1)  ĠU C 213, 3.07.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus miesto apylinkės teismas – il-Litwanja) – UAB “Renerga” vs AB “Energijos skirstymo operatorius”, AB “Lietuvos energijos gamyba”

(Kawża C-238/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2009/72/KE - Artikolu 3(2), (6) u (15) u Artikolu 36(f) - Suq intern tal-elettriku - Natura ipotetika tad-domandi preliminari - Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari))

(2019/C 16/12)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus miesto apylinkės teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “Renerga”

Konvenuti: AB “Energijos skirstymo operatorius”, AB “Lietuvos energijos gamyba”

fil-preżenza ta’: UAB “BALTPOOL”, Lietuvos Respublikos Vyriausybė, Achema AB, Achemos Grupė UAB

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus miesto apylinkės teismas (il-Qorti Distrettwali ta’ Vilnjus, il-Litwanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-11 ta’ April 2017, hija inammissibbli.


(1)  ĠU C 231, 17.07.2017


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – proċedura dwar l-estradizzjoni ta’ Denis Raugevicius

(Kawża C-247/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 18 u 21 TFUE - Talba indirizzata lil Stat Membru minn pajjiż terz, intiża għall-estradizzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu fl-ewwel Stat Membru - Talba ppreżentata għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija u mhux għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali - Projbizzjoni ta’ estradizzjoni applikata għaċ-ċittadini nazzjonali biss - Restrizzjoni għall-moviment liberu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-prevenzjoni tal-impunità - Proporzjonalità))

(2019/C 16/13)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Denis Raugevicius

Dispożittiv

L-Artikoli 18 u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-preżenza ta’ talba għal estradizzjoni, magħmula minn pajjiż terz, ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea li jkun eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, mhux għall-finijiet ta’ proċeduri ġudizzjarji ta’ prosekuzzjoni, iżda tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija, l-Istat Membru rikjest, li d-dritt nazzjonali tiegħu jipprojbixxi l-estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu stess barra mill-Unjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena u li jipprevedi l-possibbiltà li tali piena mogħtija barra mill-pajjiż tiġi skontata fit-territorju tiegħu, għandu l-obbligu li jiżgura li dan iċ-ċittadin tal-Unjoni, fil-mument li dan iċ-ċittadin jirrisjedi b’mod permanenti fit-territorju tiegħu, jirċievi trattament identiku għal dak mogħti liċ-ċittadini tiegħu fil-qasam tal-estradizzjoni.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – C, A vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-257/17) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 2003/86/KE - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Artikolu 15 - Rifjut li jingħata permess ta’ residenza awtonomu - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi obbligu li persuna tgħaddi minn eżami ta’ integrazzjoni ċivika”))

(2019/C 16/14)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C, A

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Dispożittiv

1)

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 267 TFUE, sabiex tinterpreta l-Artikolu 15 tad- Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, f’sitwazzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-qorti tar-rinviju hija mitluba tiddeċiedi dwar l-għoti ta’ permess ta’ residenza awtonomu lil ċittadin ta’ pajjiż terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li ma eżerċitax id-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, meta din id-dispożizzjoni tkun ġiet reża applikabbli għal tali sitwazzjonijiet, b’mod dirett u inkundizzjonat, mid-dritt nazzjonali.

2)

L-Artikolu 15(1) u (4) tad-Direttiva 2003/86 ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li tiġi miċħuda applikazzjoni għal permess ta’ residenza awtonomu, ippreżentata minn ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ilu jirrisjedi għal iktar minn ħames snin fit-territorju ta’ Stat Membru abbażi tar-riunifikazzjoni tal-familja, għaliex huwa ma jkunx ipprova li għadda minn eżami ta’ integrazzjoni ċivika rigward il-lingwa u s-soċjetà ta’ dan l-Istat Membru, sakemm il-modalitajiet konkreti tal-obbligu li persuna tgħaddi minn dan l-eżami ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan ta’ ffaċilitar tal-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

3)

L-Artikolu 15(1) u (4) tad-Direttiva 2003/86 ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-permess ta’ residenza awtonomu jista’ jinħareġ biss mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni korrispondenti.


(1)  ĠU C 269, 14.8.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Coöperatie Mobilisation for the Environment UA, Vereniging Leefmilieu vs College van gedeputeerde staten van Limburg, College van gedeputeerde staten van Gelderland (C-293/17), Stichting Werkgroep Behoud de Peel vs College van gedeputeerde staten van Noord-Brabant (C-294/17)

(Kawżi magħqudaC-293/17 u C-294/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa - Żoni speċjali ta’ konservazzjoni - Artikolu 6 - Evalwazzjoni xierqa tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit - Programm nazzjonali għall-ġlieda kontra d-depożiti ta’ nitroġenu - Kunċetti ta’ “proġett” u ta’ “evalwazzjoni xierqa” - Evalwazzjoni globali tal-awtorizzazzjonijiet individwali ta’ azjendi agrikoli li jiġġeneraw tali depożiti))

(2019/C 16/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Coöperatie Mobilisation for the Environment UA, Vereniging Leefmilieu

Konvenuti: College van gedeputeerde staten van Limburg, College van gedeputeerde staten van Gelderland

fil-preżenza ta’: G. H. Wildenbeest, Maatschap Smeets, Maatschap Lintzen-Crooijmans, W. A. H. Corstjens (C-293/17)

u

Rikorrenti: Stichting Werkgroep Behoud de Peel

Konvenut: College van gedeputeerde staten van Noord-Brabant

fil-preżenza ta’: Maatschap Gebr. Lammers, Landbouwbedrijf Swinkels, Pluimveehouderij Van Diepen VOF, Vermeerderingsbedrijf Engelen, Varkenshouderij Limburglaan BV, Madou Agro Varkens CV (C-294/17)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attivitajiet ta’ ragħa ta’ bhejjem u l-applikazzjoni ta’ fertilizzanti fuq jew fil-ħamrija qrib żoni Natura 2000 jistgħu jiġu kklassifikati bħala “proġett”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, anki fl-ipoteżi fejn dawn l-attivitajiet, peress li ma jikkostitwixxux intervent fiżiku fl-ambjent naturali, ma kinux jikkostitwixxu “proġett” fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent.

2)

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li attività rikorrenti, bħall-applikazzjoni ta’ fertilizzanti fuq jew fil-ħamrija, awtorizzata skont id-dritt nazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva, tista’ titqies bħala l-istess proġett wieħed, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, mogħti taħt proċedura ġdida ta’ awtorizzazzjoni, bil-kundizzjoni li din tikkostitwixxi tranżazzjoni unika, ikkaratterizzata minn għan komuni, kontinwità u identità fir-rigward tan-natura tal-attivitajiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-postijiet u l-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni. Jekk proġett wieħed ikun ġie awtorizzat qabel ma l-iskema ta’ protezzjoni prevista minn din l-istess dispożizzjoni ssir applikabbli għas-sit inkwistjoni, l-eżekuzzjoni ta’ dan il-proġett tista’ madankollu taqa’ taħt l-Artikolu 6(2) ta’ din id-direttiva.

3)

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni programmatika nazzjonali li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jawtorizzaw proġetti abbażi ta’ “evalwazzjoni xierqa”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li twettqet qabel u f’liema kwantità globali speċifika ta’ depożiti ta’ nitroġenu ġiet meqjusa bħala kompatibbli mal-għanijiet ta’ protezzjoni tal-imsemmija leġiżlazzjoni. Madankollu, dan japplika biss sa fejn, huwa l-kompitu tal-qorti nazzjonali li tivverifika, li eżami approfondit u komplet tas-solidità xjentifika ta’ din l-evalwazzjoni jippermetti li jiġi żgurat li ma hemm l-ebda dubju raġonevoli mill-aspett xjentifiku fir-rigward tal-assenza ta’ effetti li jikkawżaw ħsara ta’ kull pjan jew proġett fuq l-integrità tas-sit ikkonċernat.

4)

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni programmatika nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teżenta ċerti proġetti li ma jilħqux ċertu limitu jew li ma jeċċedux ċertu limitu massimu f’termini ta’ depożiti ta’ nitroġenu, min-neċessità li tinkiseb awtorizzazzjoni individwali, jekk il-qorti nazzjonali tkun issodisfatta li l-“evalwazzjoni xierqa”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, imwettqa qabel, tissodisfa l-kriterju tal-assenza ta’ dubju xjentifiku raġonevoli dwar l-assenza ta’ effetti dannużi ta’ dawn il-pjanijiet jew proġetti fuq l-integrità tas-siti kkonċernati.

5)

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni programmatika nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti li ċerta kategorija ta’ proġetti, f’dan il-każ l-applikazzjoni ta’ fertilizzanti fuq jew fil-ħamrija u r-ragħa ta’ bhejjem, tkun implimentata mingħajr ma tkun suġġetta għal obbligu ta’ awtorizzazzjoni, u għaldaqstant għal evalwazzjoni individwali xierqa tal-effetti tagħhom fuq is-siti kkonċernati, sakemm ċirkustanzi oġġettivi ma jippermettux li tiġi eskluża, b’mod partikolari, kull possibbiltà li l-imsemmija proġetti, individwalment jew flimkien ma’ proġetti oħra, ikunu jistgħu jaffettwaw dawn is-siti b’mod sinjifikattiv, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

6)

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“evalwazzjoni xierqa”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ma tistax tieħu inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ “miżuri ta’ konservazzjoni”, fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, ta’ “miżuri ta’ prevenzjoni”, fis-sens tal-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu, ta’ miżuri speċifikament adottati għal programm bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jew inkella tal-hekk imsejħa miżuri “awtonomi”, sa fejn dawn il-miżuri huma esterni għal dan il-programm, jekk il-benefiċċji mistennija ta’ dawn il-miżuri ma jkunux ċerti fil-mument ta’ din l-evalwazzjoni.

7)

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-miżuri imposti minn leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jinkludu modalitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll ta’ azjendi agrikoli, li l-attivitajiet tagħhom jiġġeneraw depożiti ta’ nitroġenu, kif ukoll il-possibbiltà li tiddeċiedi fuq sanzjonijiet li jistgħu jwasslu sa l-għeluq tal-imsemmija azjendi huma suffiċjenti għall-osservanza ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 293, 4.9.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) – il-Bulgarija) – Wiemer & Trachte GmbH, fi stralċ vs Zhan Oved Tadzher

(Kawża C-296/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċeduri ta’ insolvenza - Regolament (KE) Nruo1346/2000 - Artikolu 3(1) - Kompetenza internazzjonali - Azzjoni revokatorja - Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nfetħet il-proċedura ta’ insolvenza))

(2019/C 16/16)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wiemer & Trachte GmbH, fi stralċ

Konvenut: Zhan Oved Tadzher

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar il-proċedimenti ta’ falliment [insolvenza], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun infetħet proċedura ta’ insolvenza għandhom ġurisdizzjoni sħiħa sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni revokatorja bbażata fuq l-insolvenza u intiża kontra konvenut li jkollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jew id-domiċilju tiegħu fi Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 256, 07.08.2017


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Hellenische Republik vs Leo Kuhn

(Kawża C-308/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 1(1) - Kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali” - Bonds maħruġa minn Stat Membru - Parteċipazzjoni tas-settur privat fir-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku ta’ dan l-Istat - Modifika unilaterali u retroattiva tal-kundizzjonijiet tas-self - Klawżoli ta’ azzjoni kollettiva - Rikors eżerċitat kontra l-imsemmi Stat minn kredituri privati detenturi ta’ dawn il-bonds bħala persuni fiżiċi - Responsabbilità tal-Istat għal atti jew ommissjonijiet imwettqa fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat))

(2019/C 16/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hellenische Republik

Konvenut: Leo Kuhn

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li tilwima, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar azzjoni mressqa minn persuna fiżika li xtrat bonds maħruġa minn Stat Membru, kontra l-istess Stat Membru u intiża li tikkontesta skambju tal-imsemmija bonds b’bonds ta’ valur inqas, liema skambju kien impost fuq din il-persuna fiżika permezz ta’ liġi, adottata f’ċirkustanzi eċċezzjonali mil-leġiżlatur nazzjonali, li bis-saħħa tagħha dawn il-kundizzjonijiet ġew unilateralment u retroattivament emendati bl-introduzzjoni ta’ klawżola ta’ azzjoni kollettiva li tippermetti lill-maġġoranza ta’ detenturi ta’ bonds ikkonċernati jimponu dan l-iskambju fuq il-minoranza, ma taqax taħt “materji ċivili u kummerċjali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 283, 28.8.2017


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Levola Hengelo BV vs Smilde Foods BV

(Kawża C-310/17) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni - Direttiva 2001/29/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 2 - Drittijiet ta’ riproduzzjoni - Kunċett ta’ ‘xogħol’ - Togħma ta’ prodott tal-ikel”))

(2019/C 16/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Levola Hengelo BV

Konvenuta: Smilde Foods BV

Dispożittiv

Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi li t-togħma ta’ prodott tal-ikel tkun protetta mid-drittijiet tal-awtur taħt din id-direttiva u li leġiżlazzjoni nazzjonali tiġi interpretata b’mod li hija tagħti protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur lil tali togħma.


(1)  ĠU C 269, 14.8.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Verbraucherzentrale Baden-Württemberg e.V. vs Germanwings GmbH

(Kawża C-330/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1008/2008 - Il-punt 18 tal-Artikolu 2 - Artikolu 23(1) - Trasport - Regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fl-Unjoni Ewropea - Informazzjoni - Indikazzjoni tal-prezz finali li għandu jitħallas - Inklużjoni tan-noll tal-ajru fil-prezz finali li għandu jitħallas - Obbligu li n-nollijiet tal-ajru jiġu indikati f’euro jew f’valuta nazzjonali - Għażla tal-valuta nazzjonali rilevanti - Kriterji ta’ konnessjoni))

(2019/C 16/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verbraucherzentrale Baden-Württemberg e.V.

Konvenuta: Germanwings GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità, moqri flimkien mal-punt 18 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li, waqt l-indikazzjoni tan-nollijiet tal-ajru għas-servizzi tal-ajru intra-Komunitarji, it-trasportaturi bl-ajru li ma jesprimux dawn in-nollijiet f’euros huma obbligati jagħżlu valuta nazzjonali oġġettivament marbuta mas-servizz offrut. Dan huwa, b’mod partikolari, il-każ ta’ munita li għandha valuta legali fl-Istat Membru li fih jinsab il-post tat-tluq jew il-post tal-wasla tat-titjira kkonċernata.

B’hekk, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn trasportatur bl-ajru stabbilit fi Stat Membru fejn l-euro għandha valuta legali joffri, fuq l-internet, servizz tal-ajru fejn il-post tat-tluq tat-titjira kkonċernata jkun jinsab fi Stat Membru ieħor, li fih hija munita oħra għajr l-euro li għandha valuta legali, in-nollijiet tal-ajru, jekk ma jiġux espressi f’euro, jistgħu jiġu indikati fil-munita li għandha valuta legali f’dan l-aħħar Stat Membru.


(1)  ĠU C 293, 4.9.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 – Ir-Repubblika tal-Estonja vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Latvja

(Kawża C-334/17 P) (1)

((Appell - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Ammont li għandu jiġi ddebitat għall-kwantitajiet żejda ta’ zokkor mhux eliminati - Deċiżjoni 2006/776/KE - Talba għal modifika ta’ deċiżjoni definittiva tal-Kummissjoni Ewropea - Ittra ta’ ċaħda - Rikors kontra din l-ittra - Ammissibbiltà))

(2019/C 16/20)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: N. Grünberg, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis u L. Naaber-Kivisoo, aġenti, assistiti minn S. Mody, vandeadvokaat), ir-Repubblika tal-Latvja

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Estonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Veneto – l-Italja) – Memoria Srl, Antonia Dall’Antonia vs Comune di Padova

(Kawża C-342/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Restrizzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari - Sitwazzjoni purament interna - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi kull attività lukrattiva relatata maż-żamma ta’ urni funebri - Eżami tal-proporzjonalità - Koerenza tal-leġiżlazzjoni nazzjonali))

(2019/C 16/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Veneto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Memoria Srl, Antonia Dall’Antonia

Konvenuta: Comune di Padova

fil-preżenza ta’: Alessandra Calore

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi, anki minkejja r-rieda espliċita tal-mejjet, lid-depożitarju ta’ urna funebri milli jafda l-kustodja tagħha lil terz, li tobbligah iżommha f’daru, bl-eċċezzjoni li jagħtiha lil ċimiterju muniċipali, u, barra minn hekk, li tipprojbixxi kull attività eżerċitata bi skop ta’ lukru li għandha bħala għan, anki jekk mhux esklużiv, iż-żamma ta’ urni funebri, fuq kwalunkwe bażi u għal kwalunkwe żmien.


(1)  ĠU C 309, 18.9.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K, B vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-380/17) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 2003/86/KE - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Artikolu 12 - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ tliet xhur wara l-għoti ta’ protezzjoni internzazzjonali - Benefiċjarju tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Ċaħda ta’ applikazzjoni għal viża”))

(2019/C 16/22)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: K, B

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Dispożittiv

1)

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 267 TFUE, sabiex tinterpreta l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-qorti tar-rinviju hija mitluba tiddeċiedi dwar id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja ta’ benefiċjarju tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja, meta din id-dispożizzjoni tkun ġiet reża applikabbli għal tali sitwazzjoni, b’mod dirett u inkundizzjonat, mid-dritt nazzjonali.

2)

L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2003/86 ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li tiġi miċħuda applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja ppreżentata għal membru tal-familja ta’ refuġjat, abbażi tad-dispożizzjonijiet iktar favorevoli għar-refuġjati li jinsabu fil-Kapitolu V ta’ din id-direttiva, għar-raġuni li din l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata iktar minn tliet xhur wara l-għoti tal-istatus ta’ refuġjat lill-isponsor, filwaqt li tiġi offruta l-possibbiltà li tiġi ppreżentata applikazzjoni ġdida fil-kuntest ta’ regoli oħra, sakemm din il-leġiżlazzjoni:

tipprevedi li tali motiv ta’ rifjut ma jistax jintuża f’sitwazzjonijiet li fihom ċirkustanzi partikolari jirrendu oġġettivament skużabbli l-preżentazzjoni tardiva tal-ewwel applikazzjoni;

tipprevedi li l-persuni kkonċernati jiġu informati b’mod sħiħ bil-konsegwenzi tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ewwel applikazzjoni tagħhom u bil-miżuri li huma għandhom jieħu sabiex jinvokaw b’mod effikaċi d-dritt tagħhom għal riunifikazzjoni tal-familja, u

tiggarantixxi li l-isponsors irrikonoxxuti bħala refuġjati jkomplu jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet iktar favorevoli għall-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja applikabbli għar-refuġjati, stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 jew fl-Artikolu 12(2) tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 300, 11.9.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – Dermod Patrick O’Brien vs Ministry of Justice, li kien Department for Constitutional Affairs

(Kawża C-432/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 97/81/KE - Ftehim Qafas bejn CES, UNICE u CEEP dwar ix-xogħol part-time - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Ħaddiema part-time - Pensjoni tal-irtirar - Kalkolu tal-ammont tal-pensjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tas-snin ta’ servizz imwettqa qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 97/81/KE - Applikazzjoni immedjata għall-effetti futuri ta’ sitwazzjoni li bdiet taħt il-liġi l-antika))

(2019/C 16/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dermod Patrick O’Brien

Konvenut: Ministry of Justice, li kien Department for Constitutional Affairs

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE tas-7 ta’ April 1998, għandha tiġi interpretata fis-sens li, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-perijodi ta’ anzjanetà preċedenti għad-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 97/81, kif emendata bid-Direttiva 98/23, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni tal-irtirar.


(1)  ĠU C 318, 25.9.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Heiko Jonny Maniero vs Studienstiftung des deutschen Volkes eV

(Kawża C-457/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew l-oriġini etnika - Direttiva 2000/43/KE - Artikolu 3(1)(g) - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “edukazzjoni” - Għoti minn fondazzjoni privata ta’ boroż intiżi sabiex jippromwovu proġetti ta’ riċerka jew ta’ studju barra mill-pajjiż - Artikolu 2(2)(b) - Diskriminazzjoni indiretta - Għoti ta’ dawn il-boroż suġġett għall-kisba minn qabel fil-Ġermanja tal-Ewwel Eżami tal-Istat ta’ Liġi (Erste Juristische Staatsprüfung)))

(2019/C 16/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Heiko Jonny Maniero

Konvenuta: Studienstiftung des deutschen Volkes eV

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għoti minn fondazzjoni privata ta’ boroż intiżi li jsostnu proġetti ta’ riċerka jew ta’ studju barra mill-pajjiż jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “edukazzjoni”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta teżisti rabta suffiċjentement viċina bejn il-benefiċċji finanzjarji mogħtija u l-parteċipazzjoni f’dawn il-proġetti ta’ riċerka jew ta’ studju li min-naħa tagħhom jaqgħu huma stess taħt dan l-istess kunċett ta’ “edukazzjoni”. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, meta dawn il-benefiċċji finanzjarji jkunu marbuta mal-parteċipazzjoni tal-kandidati potenzjali f’tali proġett ta’ riċerka jew ta’ studju, meta jkollhom bħala għan li jneħħu kompletament jew parzjalment l-ostakoli finanzjarji potenzjali għal din il-parteċipazzjoni u meta jkunu idonei sabiex jintlaħaq dan il-għan.

2)

L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li fondazzjoni privata stabbilita fi Stat Membru tirriżerva l-għoti ta’ boroż intiżi sabiex isostnu proġetti ta’ riċerka jew ta’ studji legali barra mill-pajjiż għall-kandidati li jkunu kisbu, f’dan l-Istat Membru, eżami tal-liġi, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jikkostitwixxix diskriminazzjoni indiretta minħabba r-razza jew l-oriġini etnika, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – Brian Holohan et vs An Bord Pleanála

(Kawża C-461/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Konservazzjoni tal-fawna u tal-flora selvaġġa - Proġett ta’ kostruzzjoni ta’ toroq - Evalwazzjoni xierqa tal-effetti fuq l-ambjent - Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni - Direttiva 2011/92/UE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti - Anness IV, punt 3 - Artikolu 5(3)(d) - Portata tal-kunċett ta’ “alternattivi ewlenin prinċipali”))

(2019/C 16/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Brian Holohan, Richard Guilfoyle, Noric Guilfoyle, Liam Donegan

Konvenuta: An Bord Pleanálaen

fil-preżenza ta’: National Parks and Wildlife Service (NPWS)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa għandu jiġi interpretat fis-sens li “evalwazzjoni xierqa” għandha, minn naħa, telenka tipi ta’ habitats u ta’ speċi kollha li għalihom sit huwa protett, kif ukoll, min-naħa l-oħra, tidentifika u teżamina kemm l-effetti tal-proġett propost fuq l-ispeċi preżenti f’dan is-sit, u li għalihom dan ma kienx ġie elenkat, kif ukoll dawk fuq it-tipi ta’ habitats u l-ispeċi li jinsabu barra mil-limiti ta’ dan is-sit, sa fejn dawn l-effetti jistgħu jaffettwaw l-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-sit.

2)

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lill-awtorità kompetenti li tawtorizza pjan jew proġett li jħalli lill-iżviluppatur liberu li jistabbilixxi sussegwentement ċerti parametri relatati mal-fażi ta’ kostruzzjoni, bħal-lokalizzazzjoni tas-sit ta’ kostruzzjoni u r-rotot ta’ trasport, ħlief jekk ikun ċert li l-awtorizzazzjoni tistabbilixxi kundizzjonijiet suffiċjentement stretti li jiggarantixxu li dawn il-parametri ma jippreġudikawx is-sit fit-totalità tiegħu.

3)

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-awtorità kompetenti tiċħad il-konklużjonijiet ta’ perizja xjentifika li tirrakkomanda l-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali, l-“evalwazzjoni xierqa” għandha tinkludi motivazzjoni espliċita u ddettaljata, ta’ natura li tneħħi kull dubju xjentifiku raġonevoli li jikkonċerna l-effetti tax-xogħlijiet previsti fis-sit ikkonċernat.

4)

L-Artikolu 5(1) u (3), kif ukoll l-Anness IV tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimponu fuq l-iżviluppatur li jipprovdi informazzjoni li teżamina esplicitament l-effetti sinjifikattivi tal-proġett tiegħu fuq l-ispeċi kollha identifikati fid-dikjarazzjoni pprovduta skont dawn id-dispożizzjonijiet.

5)

L-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2011/92/UE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-iżviluppatur għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-effetti ambjentali kemm tal-alternattiva adottata kif ukoll ta’ kull waħda mill-alternattivi ewlenin prinċipali eżaminati minnu kif ukoll ir-raġunijiet tal-għażla tiegħu, fir-rigward, tal-inqas, tal-effetti tagħhom fuq l-ambjent, anki f’każ ta’ ċaħda fi stadju bikri ta’ tali alternattiva ewlenija.


(1)  ĠU C 338, 9.10.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-484/17) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/86/KE - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Artikolu 15 - Rifjut li jingħata permess ta’ residenza awtonomu - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi obbligu li persuna tgħaddi minn eżami ta’ integrazzjoni ċivika”))

(2019/C 16/26)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: K

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Dispożittiv

L-Artikolu 15(1) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti li tiġi miċħuda applikazzjoni għal permess ta’ residenza awtonomu, ippreżentata minn ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ilu jirrisjedi għal iktar minn ħames snin fit-territorju ta’ Stat Membru għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja, għaliex huwa ma jkunx ipprova li għadda minn eżami ta’ integrazzjoni ċivika rigward il-lingwa u s-soċjetà ta’ dan l-Istat Membru, sakemm il-modalitajiet konkreti tal-obbligu li persuna tgħaddi minn dan l-eżami ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan ta’ ffaċilitar tal-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 374, 6.11.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Prahova – ir-Rumanija) – Cartrans Spedition Srl vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Prahova, Direcţia Regională a Finanţelor Publice Bucureşti – Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii

(Kawża C-495/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjonijiet - Artikolu 146(1)(e) u l-Artikolu 153 - Tranżazzjonijiet ta’ trasport bit-triq direttament marbuta mal-esportazzjoni ta’ oġġetti - Servizzi mogħtija minn intermedjarji li jintervjenu f’tali tranżazzjonijiet - Sistema probatorja relatata mal-esportazzjoni tal-oġġetti - Dikjarazzjoni doganali - Carnet TIR))

(2019/C 16/27)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Prahova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cartrans Spedition Srl

Konvenuti: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Prahova,

Direcţia Regională a Finanţelor Publice Bucureşti – Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii

Dispożittiv

L-Artikolu 146(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, minn naħa, u l-imsemmija dispożizzjoni magħquda tal-Artikolu 153 ta’ din l-istess direttiva, min-naħa l-oħra, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu prassi fiskali ta’ Stat Membru li skontha l-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, rispettivament, għas-servizzi ta’ trasport direttament marbuta ma’ esportazzjonijiet ta’ oġġetti u għall-provvisti ta’ servizzi mwettqa minn intermedjarji li jintervjenu f’dawn is-servizzi ta’ trasport hija suġġetta għall-produzzjoni mill-persuna taxxabbli tad-dikjarazzjoni doganali ta’ esportazzjoni tal-oġġetti kkonċernati. F’dan ir-rigward, huma l-awtoritajiet kompetenti, għall-finijiet tal-għoti tal-imsemmija eżenzjonijiet, li għandhom jeżaminaw jekk it-twettiq tal-kundizzjoni relatata mal-esportazzjoni tal-oġġetti kkonċernati jistax jiġi dedott b’livell ta’ plawżibbiltà suffiċjentement għolja tal-elementi kollha li dawn l-awtoritajiet għandhom ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom. F’dan il-kuntest, carnet TIR mitlub mid-dwani tal-pajjiżi terzi ta’ destinazzjoni tal-oġġetti prodott mill-persuna taxxabbli jikkostitwixxi element li, bħala prinċipju, għandhom jieħdu debitament inkunsiderazzjoni l-imsemmija awtoritajiet, sakemm dawn ma jkollhomx raġunijiet preċiżi li jiddubitaw mill-awtentiċità jew mill-affidabbiltà ta’ dan id-dokument.


(1)  ĠU C 369, 30.10.2017


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret – id-Danimarka) – C&D Foods Acquisition ApS vs Skatteministeriet

(Kawża C-502/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Proposta ta’ bejgħ ta’ azzjonijiet ta’ subsussidjarja - Spejjeż relatati ma’ provvisti ta’ servizzi miksuba għall-finijiet ta’ dan il-bejgħ - Bejgħ mhux imwettaq - Talba għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT))

(2019/C 16/28)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C&D Foods Acquisition ApS

Konvenut: Skatteministeriet

Dispożittiv

L-Artikoli 2, 9 kif ukoll 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li tranżazzjoni ta’ bejgħ ta’ azzjonijiet, prevista iżda mhux imwettqa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li r-raġuni esklużiva diretta tagħha ma hijiex l-attività ekonomika taxxabbli tal-kumpannija kkonċernata jew li ma tikkostitwixxix l-estensjoni diretta, permanenti u neċessarja ta’ din l-attività ekonomika, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2016


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/24


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Novembru 2018 – BPC Lux 2 Sàrl vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-544/17 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Għajnuna mill-awtoritajiet Portugiżi fir-rigward tax-xoljiment tal-istabbiliment finanzjarju Banco Espírito Santo SA - Ħolqien u kapitalizzazzjoni ta’ bank tranżitorju - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Interess ġuridiku - Rikors quddiem il-qrati nazzjonali intiż għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ xoljiment ta’ Banco Espírito Santo))

(2019/C 16/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: BPC Lux 2 Sàrl (rappreżentanti: J. Webber u M. Steenson, solicitors, B. Woolgar, barrister, u K. Bacon, QC)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u P.J. Loewenthal, aġenti), Ir-Repubblika Portugiża

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Lulju 2017, BPC Lux 2 et vs Il-Kummissjoni (T-812/14, mhux ippubblikat, EU:T:2017:560), huwa annullat.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 402, 27.11.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/24


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret – id-Danimarka) – Skatteministeriet vs Baby Dan A/S

(Kawża C-592/17) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestaturi u subintestaturi 4421, 7326, 7318 15 90, 7318 19 00 u 9403 90 10 - Oġġett speċifikament imfassal għat-twaħħil ta’ xatbiet ta’ sigurtà għat-tfal - Dumping - Validità tar-Regolament (KE) Nru 91/2009 - Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina - Ftehim antidumping tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 3(2) u Artikolu 4(1) - Definizzjoni tal-industrija Komunitarja”))

(2019/C 16/30)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteministeriet

Konvenut: Baby Dan A/S

Dispożittiv

1)

In-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tiegħu li jirriżultaw suċċessivament mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007 tal-20 ta’ Settembru 2007 u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 tad-19 ta’ Settembru 2008, għandha tiġi interpretata fis-sens li oġġett, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jippermetti t-twaħħil ma’ ħajt jew ma’ xambrella tax-xatbiet ta’ sigurtà għat-tfal, ma jikkostitwixxix parti minn dawn ix-xatbiet u għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 7318 15 90 tan-nomenklatura magħquda.

2)

L-eżami tar-raba’ domanda preliminari ma rrilevat l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.


(1)  ĠU C 424, 11.12.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/25


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – “BTA Baltic Insurance Company” AS, li kienet “Balcia Insurance” SE vs “Baltijas Apdrošināšanas Nams” AS

(Kawża C-648/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 72/166/KEE - Artikolu 3(1) - Kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” - Inċident li jinvolvi żewġ vetturi pparkjati f’parkeġġ - Dannu materjali kkawżat lil vettura minn passiġier tal-vettura viċina li fetaħ il-bieba tagħha))

(2019/C 16/31)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“BTA Baltic Insurance Company” AS, li kienet “Balcia Insurance” SE

Konvenuta:“Baltijas Apdrošināšanas Nams” AS

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE tal-24 ta’ April 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “użu ta’ vetturi”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, sitwazzjoni li fiha l-passiġġier ta’ vettura pparkjata f’parkeġġ, huwa u jiftaħ il-bieba ta’ din il-vettura, laqat u kkawża ħsara lill-vettura li kienet ipparkjata ħdejh.


(1)  ĠU C 72, 26.2.2018.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/26


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no2 de Terrassa – Spanja) – Elena Barba Giménez vs Francisca Carrión Lozano

(Kawża C-426/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Benefiċjarju tal-għajnuna ġudizzjarja - Remunerazzjoni tal-avukati tal-għajnuna legali - Iffissar tat-tariffi mill-kamra tal-avukati - Assenza ta’ informazzjoni minn qabel dwar it-tariffi tal-avukat lill-klijent tiegħu - Talba għall-onorarji - Stħarriġ tal-eżistenza ta’ klawżoli abużivi u ta’ prattika żleali - Tilwima prinċipali - Kawża mressqa quddiem korp kompetenti - Assenza ta’ tressiq ta’ azzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju - Risposti għad-domandi preliminari - Utilità - Assenza - Inammissibbiltà manifesta))

(2019/C 16/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elena Barba Giménez

Konvenuta: Francisca Carrión Lozano

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa (Qorti Industrijali Nru 2 ta’ Terrassa, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-27 ta’ Ġunju 2017, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 300, 11.9.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/26


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 minn UF mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-7 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-422/17, UF vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-300/18 P)

(2019/C 16/33)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Appellant: UF (rappreżentant: L. Gudaitė, advokatė)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-11 ta’ Ottubru 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) iddeċidiet li l-appell huwa manifestament infondat.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/27


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2018 minn Xabier Uribe-Etxebarría Jiménez mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-29 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża T-577/15 – Xabier Uribe-Etxebarría Jiménez vs EUIPO – Núcleo de comunicaciones y control, S.L.

(Kawża C-534/18 P)

(2019/C 16/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Xabier Uribe-Etxebarría Jiménez (rappreżentant: M. Esteve Sanz, abogada)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea u Núcleo de comunicaciones y control, S.L.

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata sa fejn tiċħad l-ewwel motiv tar-rikors tal-appellant quddiem il-Qorti Ġenerali u sa fejn tiċħad parzjalment it-tielet motiv tal-imsemmi rikors.

tilqa’ t-talbiet li jirriżultaw mill-ewwel motiv tar-rikors tal-appellant quddiem il-Qorti Ġenerali u, sussidjarjament, mit-tielet motiv tal-imsemmi rikors.

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti jirrimborsaw lill-appelant l-ispejjeż kollha li huwa sostna quddiem il-Qorti Ġenerali u fil-kuntest ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju , li huwa maqsum f’sitt partijiet, huwa dirett kontra l-motivi tas-sentenza appellata li abbażi tagħhom, sa fejn tqies li l-Bord tal-Appell seta’ ġustament jiċħad in-nota komplementari li tesponi l-aggravji ppreżentata fil-ħin mill-appellant quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, ġie miċħud l-ewwel motiv tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali dwar il-ksur, permezz tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-Artikoli 63(1), 64(1) u 76(1) tar-Regolament (KE) 207/2009 (1).

L-ewwel parti tal-ewwel aggravju tallega ksur tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni peress li fis-sentenza appellata ma tingħatax deċiżjoni dwar l-eċċezzjoni, mqajjma mill-appellant matul is-seduta, ta’ inammissibbiltà tal-argument li l-EUIPO żviluppa fir-risposta tiegħu għar-rikors.

It-tieni parti tal-ewwel aggravju tallega: (i) ksur tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li jiġi kkonstatat ex officio n-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata għar-raġunijiet li għalihom ma ħaditx inkunsiderazzjoni t-talba tal-appellant biex terġa’ tanalizza l-prova tal-użu ppreżentata quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni. (ii) Ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-appellant, sa fejn fis-sentenza appellata ġiet aċċettata l-motivazzjoni ex novo żviluppata fir-risposta tal-EUIPO għar-rikors, minflok ma ġie kkonstatat ex officio n-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell. (iii) L-iżnaturament tal-fatti sa fejn fis-sentenza appellata tqies li l-Bord tal-Appell seta’ ġustament jiċħad in-nota tal-appellant, minkejja l-fatt li l-Bord tal-Appell ma ċaħadx l-imsemmija nota.

It-tielet parti tal-ewwel aggravju tallega żnaturament tal-fatti u, b’mod konkret, tad-dikjarazzjonijiet li jinsabu fin-noti (inizjali u komplementari) li jesponu l-aggravji ppreżentati mill-appellant quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Ir-raba’ parti tal-ewwel aggravju tallega ksur tal-Artikoli 63(1), 64(1), 76(1) u 57(2) tar-Regolament (KE) 207/2009, sa fejn fis-sentenza appellata ngħatat interpretazzjoni żbaljata ta’ dawn l-artikoli, bil-konvalidazzjoni tan-nuqqas ta’ deċiżjoni min-naħa tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO fir-rigward ta’ talba tal-appellant, li kienet is-suġġett ta’ diskussjoni quddiem il-Bord tal-Appell.

Il-ħames parti tal-ewwel aggravju tallega ksur tal-Artikolu 64 tar-Regolament (KE) 207/2009, sa fejn fis-sentenza appellata jitqies li meta l-kwistjoni tal-użu ġenwin ma tkunx tqajjmet espliċitament quddiem il-Bord tal-Appell, din il-kwistjoni ma tikkostitwixxix punt ta’ liġi li għandu jiġi neċessarjament eżaminat mill-imsemmi Bord sabiex tinstab soluzzjoni għall-każ ippreżentat quddiemu.

Is-sitt parti tal-ewwel aggravju tallega ksur tal-Artikoli 64 u 60 tar-Regolament (KE) 207/2009 u tar-Regola 49(1) tar-Regolament Nru 2868/95 (2) sa fejn ġiet applikata għal-każ inkwistjoni l-ġurisprudenza stabbilita abbażi ta’ dawn iż-żewġ artikoli, li jirregolaw l-ammissibbiltà tal-appelli quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, meta fil-każ inkwistjoni l-Bord tal-Appell ma kienx iddikjara l-appell inammissibbli u, anki li kieku dan kien hekk, din id-dikjarazzjoni kienet tkun bi ksur tal-imsemmija artikoli, peress li n-noti tal-appellant kienu ammissibbli.

It-tieni aggravju jirrigwarda l-motivazzjoni tas-sentenza appellata li permezz tagħha ġie parzjalment miċħud it-tielet motiv tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali, motiv li kien ibbażat fuq il-ksur, permezz tad-deċiżjoni tal-bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) 207/2009, u huwa maqsum f’żewġ partijiet.

L-ewwel parti tat-tieni aggravju tallega ksur tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata, sa fejn ma ngħatatx motivazzjoni għas-sinjifikat li ġie deċiż li jingħata għall-kunsiderazzjonijiet tad-deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO dwar il-prodotti li għalihom kellu jitqies li ġiet irreġistrata t-trade mark preċedenti. Jiġi allegat ukoll żnaturament tal-imsemmija kunsiderazzjonijiet sa fejn is-sinjifikat mogħti mis-sentenza appellata ma jaqbilx mal-evalwazzjonijiet tal-imsemmija deċiżjonijiet, mal-allegazzjonijiet tal-partijiet u mal-provi prodotti matul il-proċedimenti.

It-tieni parti tat-tieni aggravju tallega ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) 207/2009 sa fejn fis-sentenza appellata ġie meqjus li s-servizzi fil-klassi 42 tat-trade mark kontenzjuża jixbħu l-prodotti li għalihom ġiet irreġistrata t-trade mark prijoritarja.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta’ Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fid-29 ta’ Awwissu 2018 – IK

(Kawża C-551/18)

(2019/C 16/35)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Parti fil-kawża prinċipali

IK

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 8(1)(f) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa biżżejjed li, fil-mandat ta’ arrest Ewropew, l-awtorità ġudizzjarja emittenti ssemmi biss il-piena ta’ priġunerija eżekutorja li ġiet imposta, mingħajr għalhekk ma ssemmi l-piena addizzjonali mogħtija għall-istess reat u permezz tal-istess deċiżjoni ġudizzjarja, bħat-tqegħid għad-dispożizzjoni, li tagħti lok għal ċaħda effettiva tal-libertà biss wara l-eżekuzzjoni tal-piena ta’ priġunerija prinċipali, u dan biss wara deċiżjoni formali mogħtija għal dan l-għan mill-Qorti Penitenzjarja?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 8(1)(f) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konsegwenza tal-konsenja mill-Istat Membru tal-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew li jsemmi biss il-piena ta’ priġunerija eżekutorja li ġiet imposta, u għalhekk ma jsemmix il-piena addizzjonali ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni mogħtija għall-istess reat u permezz tal-istess deċiżjoni ġudizzjarja, hija li, fl-Istat Membru tal-awtorità ġudizzjarja emittenti, jista’ jkun hemm iċ-ċaħda effettiva tal-libertà b’eżekuzzjoni ta’ din il-piena addizzjonali?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 8(1)(f) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konsegwenza tal-fatt li, fil-mandat ta’ arrest Ewropew, l-awtorità ġudizzjarja emittenti ma semmietx il-piena addizzjonali ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni mogħtija, hija li din il-piena addizzjonali, fejn jista’ jiġi preżunt li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni ma tafx biha, ma tistax tagħti lok għal ċaħda effettiva tal-libertà fl-Istat Membru tal-awtorità ġudizzjarja emittenti?


(1)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/29


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2018 minn Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-11 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-643/13, Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-568/18 P)

(2019/C 16/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH (rappreżentanti: S. Altenschmidt, D. Jacob, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fil-11 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-643/13;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Settembru 2013, dwar ir-referenza GestDem 2013/1504;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-aggravji segwenti.

1.

Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1376/2006 (1) għal rifjut ta’ aċċess liberu għall-informazzjoni ambjentali. Hija interpretat b’mod wiesgħa ħafna l-motiv ta’ rifjut previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (2), moqri flimkien mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Il-Qorti Ġenerali twettaq żball ta’ liġi meta tqis li l-informazzjoni dwar l-effiċjenza tad-diossidu tal-karbonju ta’ impjant industrijali hija informazzjoni kummerċjali sensittiva.

2.

Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-informazzjoni ambjentali dwar l-emissjonijiet, bi ksur tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 u tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx suffiċjentement inkunsiderazzjoni l-interess pubbliku superjuri għall-aċċess tal-informazzjoni ambjentali inwkistjoni invokat mill-appellanti.


(1)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 3).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p 331).


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Erding (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2018 – F. vs Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV

(Kawża C-656/18)

(2019/C 16/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Erding

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: F.

Konvenuta: Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tas-7 ta’ Novembru 2018.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/30


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-676/18)

(2019/C 16/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande, C. Cattabriga, G. von Rintelen, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li billi ma adottax, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2014/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu skont l-Atikolu 28(1) tal-imsemmija direttiva;

timponi fuq ir-Renju tal-Belġju, konformement mal-Artikolu 260(3) TFUE, il-pagament ta’ penalità fl-ammont ta’ EUR 49 906,50 għal kuljum b’effett mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/36/UE li għandu jsir f’kont li jiġi indikat mill-Kummissjoni;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Istati Membri kienu marbuta, skont l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2014/36/UE, jieħdu l-miżuri nazzjonali meħtieġa sabiex jittrasponu l-obbligi ta’ din id-direttiva sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2016. Fl-assenza ta’ notifika tal-miżuri kollha ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva mill-Belġju, il-Kummissjoni ddeċidiet li tadixxi lil-Qorti tal-Ġustizzja.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni tipproponi li jiġi impost fuq il-Belġju pagament ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 49 906,50. L-ammont tal-pagament ta’ penalità ġie kkalkolat billi ttieħdu inkunsiderazzjoni l-gravità, it-tul tal-ksur u kif ukoll l-effett dissważiv fid-dawl tal-kapaċità ta’ ħlas ta’ dan l-Istat Membru.


(1)  Direttiva 2014/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali (ĠU 2014 L 94, p. 375).


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fis-7 ta’ Novembru 2018 – Minister for Justice and Equality vs ND

(Kawża C-685/18)

(2019/C 16/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister for Justice and Equality

Konvenut: ND

Domandi preliminari

1)

Il-kriterji li abbażi tagħhom għandu jiġi deċiż jekk prosekutur pubbliku nnominat bħala awtorità ġudizzjarja emittenti għall-finijiet tal-Artikolu 6(1) (1) huwiex awtorità ġudizzjarja fis-sens awtonomu ta’ din il-frażi fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-2002 fuq [il-]mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri huma (1) l-indipendenza tal-prosekutur pubbliku mill-eżekuttiv u (2) il-fatt li fi ħdan l-ordinament ġuridiku tiegħu stess huwa meqjus li jamministra l-ġustizzja jew li jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja?

2)

Jekk le, liema huma l-kriterji li abbażi tagħhom qorti nazzjonali għandha tiddetermina jekk prosekutur pubbliku li huwa nnominat bħala awtorità ġudizzjarja emittenti għall-finijiet tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru huwiex awtorità ġudizzjarja għall-finijiet tal-Artikolu 6(1)?

3)

Sa fejn il-kriterji jinkludu r-rekwiżit li l-prosekutur pubbliku jamministra l-ġustizzja jew jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja dan ir-rekwiżit għandu jiġi ddeterminat skont l-istatus li huwa jokkupa fi ħdan l-ordinament ġuridiku tiegħu stess jew skont ċerti kriterji oġġettivi? Fl-aħħar każ, liema huma l-kriterji oġġettivi rilevanti?

4)

Il-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika tal-Litwanja huwa awtorità ġudizzjarja fis-sens awtonomu ta’ din il-frażi fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-2002 fuq [il-]mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri?


(1)  2002/584/JHA: Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34 u rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/32


Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’ État, – Franza) – Fédération des fabricants de cigares, Coprova, E-Labo France, Smakq développement vs Premier ministre, Ministre des Affaires sociales et de la Santé, fil-preżenza ta’: Société J. Cortès France, Scandinavian Tobacco Group France, Villiger France

(Kawża C-288/17) (1)

(2019/C 16/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/32


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Stefan Neldner vs Eurowings GmbH

(Kawża C-299/18) (1)

(2019/C 16/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 285, 13.8.2018.


Il-Qorti Ġenerali

14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – PKK vs Il-Kunsill

(Kawża T-316/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-PKK bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Iffriżar ta’ fondi - Kompetenza tal-Kunsill - Possibbiltà għal awtorità ta’ Stat terz li tiġi kklassifikata bħala awtorità kompetenti fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK - Bażi fattwali tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi - Riferiment għal atti terroristiċi - Stħarriġ ġudizzjarju - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità”))

(2019/C 16/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kurdistan Workers’ Party (PKK) (rappreżentanti: A. van Eik, T. Buruma u M. Wijngaarden, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Naert u G. Étienne, sussegwentement F. Naert u H. Marcos Fraile, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Ir Renju Unit tal Gran Brittanja u l Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment C. Brodie u V. Kaye, sussegwentement C. Brodie u S. Brandon, sussegwentement C. Brodie, C. Crane u R. Fadoju, sussegwentement C. Brodie, R. Fadoju u P. Nevill, u fl-aħħar nett R. Fadoju, aġenti), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre u D. Gauci, sussegwentement D. Gauci u J. Norris-Usher u T. Ramopoulos, u fl-aħħar nett J. Norris-Usher, T. Ramopoulos u R. Tricot, aġenti

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, inizjalment, għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 tal-10 ta’ Frar 2014 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 714/2013 (ĠU 2014, L 40, p. 9), sa fejn dan l-att jirrigwarda lir-rikorrent, kif ukoll, sussegwentement, għall-annullament ta’ atti konsekuttivi oħrajn, sa fejn jirrigwardawh.

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 tal-10 ta’ Frar 2014 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 714/2013, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lill-Kurdistan Workers’ Party (PKK).

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 790/2014 tat-22 ta’ Lulju 2014 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 125/2014, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lill-PKK.

3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/513 tas-26 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 790/2014, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lill-PKK.

4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/521 tas-26 ta’ Marzu 2015 li taġġorna u temenda l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/483/PESK hija annullata sa fejn tikkonċerna lill-PKK.

5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1325 tal-31 ta’ Lulju 2015 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/513, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lill-PKK.

6)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1334 tal-31 ta’ Lulju 2015 li taġġorna u temenda l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2015/521, hija annullata sa fejn tikkonċerna lill-PKK.

7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2425 tal-21 ta’ Diċembru 2015 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/1325, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lill-PKK.

8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1127 tat-12 ta’ Lulju 2016 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/2425, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lill-PKK.

9)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/150 tas-27 ta’ Jannar 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2016/1127, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lill-PKK.

10)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1420 tal-4 ta’ Awwissu 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2017/150, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lill-PKK.

11)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1426 tal-4 ta’ Awwissu 2017 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/154, hija annullata sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent.

12)

Fir-rigward tal-bqija, it-talba intiża li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, jiġi ddikjarat inapplikabbli fil-konfront tal-PKK, hija miċħuda.

13)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk esposti mill-PKK.

14)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 245, 28.7.2014.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Tempus Energy u Tempus Energy Technology vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-793/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Suq tal-kapaċità fir-Renju Unit - Skema ta’ għajnuna - Artikolu 108(2) u (3) TFUE - Kunċett ta’ dubji fis-sens tal-Artikolu 4(3) jew (4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 - Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija għall-perijodu bejn l-2014-2020 - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati”))

(2019/C 16/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tempus Energy Ltd (Worcester, ir-Renju Unit) u Tempus Energy Technology Ltd (Cheltenham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment J. Derenne, J. Blockx, C. Ziegler u M. Kinsella, sussegwentement J. Derenne, J. Blockx u C. Ziegler u fl-aħħar nett J. Derenne u C. Ziegler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, R. Sauer, K. Herrmann u P. Němečková, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment C. Brodie u L. Christie, aġenti, assistiti minn G. Facenna, QC, sussegwentement S. Simmons, M. Holt, C. Brodie, u S. Brandon, aġenti, assistiti minn G. Facenna, QC, sussegwentement M. Holt, C. Brodie, u S. Brandon u D. Robertson, aġenti, assistiti minn G. Facenna, QC, u fl-aħħar nett S. Brandon, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5083 finali tat-23 ta’ Lulju 2014 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra l-iskema ta’ għajnuna relatata mas-suq ta’ kapaċità fir-Renju Unit, minħabba li l-imsemmija skema hija kompatibbli mas-suq intern, abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE (għajnuna mill-Istat 2014/N-2) (ĠU 2014, C 348, p. 5)

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5083 finali tat-23 ta’ Lulju 2014 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra l-iskema ta’ għajnuna relatata mal-kapaċità fir-Renju Unit, minħabba li l-imsemmija skema hija kompatibbli mas-suq intern, abażi tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE (għajnuna mill-Istat 2014/N-2), hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn Tempus Energy Ltd u Tempus Energy Technology Ltd.

3)

Ir-Renju Unit għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 81, 9.3.2015.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2018 – Psara et al vs Il-Parlament

(Kawżi T-639/15 sa T-666/15 u T-94/16) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Parlament Ewropew - Spejjeż tal-Membri tal-Parlament u l-allowances tagħhom - Rifjut ta’ aċċess - Dokumenti ineżistenti - Data personali - Regolament (KE) Nru 45/2001 - Neċessità ta’ trasferiment tad-data - Eżami konkret u individwali - Aċċess parzjali - Piż amministrattiv eċċessiv - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2019/C 16/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent fil-Kawża T-639/15: Maria Psara (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-640/15: Tina Kristan (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-641/15: Tanja Malle (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-642/15: Wojciech Cieśla (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-643/15: Staffan Dahllof (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-644/15: Delphine Reuter (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawżi T-645/15 u T-654/16: České centrum pro investigativní žurnalistiku o.p.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-646/15: Harry Karanikas (Chalándri, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawżi T-647/15 u T-657/16: Crina Boros (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawżi T-648/15, T-663/15 u T-665/15: Baltijas pētnieciskās žurnālistikas centrs Re:Baltica (Riga, il-Litwanja) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-649/15: Balazs Toth (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-650/15: Minna Knus-Galán (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-651/15: Atanas Tchobanov (Plessis-Robinson, Franza) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-652/15: Dirk Liedtke (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-653/15: Nils Mulvad (Risskov, id-Danimarka) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-655/15: Hugo van der Parre (Huizen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-656/15: Guia Baggi (Firenze, l-Italja) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-658/15: Marcos García Rey (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-659/15: Mark Lee Hunter (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-660/15: Kristof Clerix (Brussell) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-661/15: Rui Araujo (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-662/15: Anuška Delić (Ljubljana) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-664/15: Jacob Borg (San Ġiljan, Malta) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-666/15: Matilda Bačelić (Żagreb, il-Kroazja) (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Rikorrent fil-Kawża T-94/16: Gavin Sheridan (rappreżentanti: N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, C. Burgos u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew A(2015) 8324 C, A(2015) 8463 C, A(2015) 8627 C, A(2015) 8682 C, A(2015) 8594 C, A(2015) 8551 C, A(2015) 8732 C, A(2015) 8681 C, A(2015) 8334 C, A(2015) 8327 C, A(2015) 8344 C, tal-14 ta’ Settembru 2015, A(2015) 8656 C, A(2015) 8678 C, A(2015) 8361 C, A(2015) 8663 C, A(2015) 8360 C, A(2015) 8486 C, A(2015) 8305 C, tal-15 ta’ Settembru 2015, A(2015) 8602 C, A(2015) 8554 C, A(2015) 8490 C, A(2015) 8659 C, A(2015) 8547 C, A(2015) 8552 C, A(2015) 8553 C, A(2015) 8661 C, A(2015) 8684 C, A(2015) 8672 C, tas-16 ta’ Settembru 2015, u A(2015) 13844 C, tal-14 ta’ Jannar 2016, li bihom il-Parlament ċaħad, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3 p. 331), it-talbiet konfermattivi tar-rikorrenti intiżi li jinkiseb l-aċċess għal dokumenti tal-Parlament li jkun fihom informazzjoni dwar l-allowances tal-Membri tiegħu.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-639/15 sa T-666/15 u T-94/16 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

Maria Psara, Tina Kristan, Tanja Malle, Wojciech Cieśla, Staffan Dahllof, Delphine Reuter, České centrum pro investigativní žurnalistiku o.p.s., Harry Karanikas, Crina Boros, Baltijas pētnieciskās žurnālistikas centrs Re:Baltica, Balazs Toth, Minna Knus-Galán, Atanas Tchobanov, Dirk Liedtke, Nils Mulvad, Hugo van der Parre, Guia Baggi, Marcos García Rey, Mark Lee Hunter, Kristof Clerix, Rui Araujo, Anuška Delić, Jacob Borg, Matilda Bačelić u Gavin Sheridan huma kkundannati jbatu l-ispejjeż.


(1)  ĠU C ##, ##.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – Mad Dogg Athletics vs EUIPO – Aerospinning Master Franchising (SPINNING)

(Kawża T-718/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SPINNING - Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka - Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2019/C 16/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mad Dogg Athletics, Inc. (Los Angeles, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Steinberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aerospinning Master Franchising s. r. o., li kienet Aerospinning Master Franchising, Ltd., s.r.o. (Praga, ir-Republika Ċeka) (rappreżentant: K. Labalestra, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2375/2014-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Aerospinning Master Franchising u Mad Dogg Athletics

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2375/2014-5) hija annullata sa fejn din tikkonċerna l-prodotti li jaqgħu fil-klassi 28 u s-servizzi li jaqgħu fil-klassi 41, fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn Mad Dogg Athletics, Inc.

3)

Aerospinning Master Franchising, s. r. o. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 462, 12.12.2016.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-724/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali - Artikolu 24 tar-Regolament tal-Persunal - Dmir ta’ assistenza tal-Unjoni - Telf tal-interess ġuridiku tal-appellanti matul il-proċedura - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fl-ewwel istanza - Rabta kawżali”))

(2019/C 16/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Giorgio Cocchi (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) u Nicola Falcione (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2016, Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni (F-134/11, EU:F:2016:194), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2016, Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni (F-134/11), huwa annullat sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonstata li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għad-danni mressqa minn Giorgio Cocchi u Nicola Falcione fl-ewwel istanza.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

It-talbiet għad-danni mressqa minn G. Cocchi u minn N. Falcione fil-kuntest tar-rikors tagħhom fl-ewwel istanza bin-numru tal-Kawża F-134/11 huma miċħuda.

4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura tal-appell u mal-proċedura fl-ewwel istanza fir-rigward tat-talbiet għad-danni.


(1)  ĠU C 441, 28.11.2016.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – QB vs BĊE

(Kawża T-827/16) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Proċedura ta’ evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera [2015] - Possibilità li tkun akkumpanjat minn Rappreżentant sindakali waqt l-intervista ta’ evalwazzjoni - Ksur tar-regoli tal-oġġettività u l-imparzjalità tal-evalwatur - Remunerazzjoni - Deċiżjoni li tirrifjuta l-benefiċċju ta’ żieda fis-salarju - Ammissibbiltà tal-provi - Posta eletronika skambjata bejn membru tal-persunal u l-“coach” tiegħu fuq l-kaxxa tal-posta elettronika professjonali - Responsabbiltà))

(2019/C 16/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: QB (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. von Lindeiner u B. Ehlers, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u fuq l-Artikolu 36.2 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u l-BĊE anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat FUE u intiża, l-ewwel nett, għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu 2015 u d-deċiżjoni tal-BĊE tal-15 ta’ Diċembru 2015 li tirrifjutaha l-benefiċċju ta’ żieda fis-salarju u, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-BĊE tat-2 ta’ Mejju u tal-15 ta’ Settembru 2016 li jirrifjutaw, rispettivament, l-appell amministrattiv u l-ilment tar-rikorrenti u, it-tieni nett, kumpens għad-danni li r-rikorrenti ssostni li ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ QB dwar il-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-2015 u d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-15 ta’ Diċembru 2015 li tirrifjuta lil QB il-benefiċċju ta’ żieda fis-salarju huma annullati.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-BĊE għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn QB.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2018 – Camomilla vs EUIPO – CMT (CAMOMILLA)

(Kawża T-44/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CAMOMILLA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CAMOMILLA - Ċaħda parzjali tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Provi - Rikors inċidentali - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001)”))

(2019/C 16/48)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Camomilla Srl (Buccinasco, l-Italja) (rappreżentanti: M. Mussi u H. Chiappetta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: M. Franzosi, V. Jandoli, A. Stein u G. Rubino, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2016 (Każ R 2250/2015-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn CMT u Camomilla.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-rikors inċidentali huwa miċħud.

3)

Kull waħda minn Camomilla Srl u CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 95, 27.3.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Mabrouk vs Il-Kunsill

(Kawża T-216/17) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fil-konfront ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Tuneżija - Miżuri adottati fil-konfront ta’ persuni ħajta ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u ta’ persuni u entitajiet assoċjati - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-lista - Bażai fattwali insuffiċjenti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Żball ta’ liġi - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Terminu raġjonevoli”))

(2019/C 16/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mohamed Marouen Ben Ali Ben Mohamed Mabrouk (Tuneż, it-Tuneżija) (rappreżentanti: J.-R. Farthouat, N. Boulay u S. Crosby, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u J. Kneale, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/153 tas-27 ta’ Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2017, L 23, p. 19), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/141 tad-29 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2018, L 25, p. 38), safejn dawn id-deċiżjonijiet jikonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Mohamed Marouen Ben Ali Ben Mohamed Mabrouk huwa kkundannat kemm għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 195, 19.6.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2018 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-241/17) (1)

((FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 585/2011 - Miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ temporanju favur is-settur tal-frott u tal-ħaxix minħabba epidemija mortali kkważata mill-batterja Escherichia coli (E. coli) enteroemorraġika - Operazzjoni għan-nuqqas ta’ ħsad - Portata tal-kumpens favur produtturi li wettqu tali operazzjonijiet - Spejjeż magħmula mill-Polonja - Obbligu ta’ motivazzjoni))

(2019/C 16/50)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Pawlicka, K. Straś u B. Paziewska, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Stobiecka-Kuik u D. Milanowska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/264 tal-14 ta’ Frar 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2017, L 39, p. 12), sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-ammont ta’ EUR 4 438 056,66 imġarrab mir-Repubblika tal-Polonja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 195, 19.6.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – “Pro NGO!” vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-454/17) (1)

((“Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Investigazzjoni ta’ awditur privat - Investigazzjoni tal-OLAF - Konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi sanzjoni amministrattiva fil-konfront tar-rikorrenti - Esklużjoni mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti u mill-għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għal perijodu ta’ sitt xhur - Inklużjoni fid-database tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni - Motiv ġdid - Dritt tad-difiża”))

(2019/C 16/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti:“Pro NGO!” (Non-Governmental-Organisations/Nicht-Regierungs-Organisationen) e.V. (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Scheid, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u B.-R. Killmann, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2017 li timponi sanzjoni amministrattiva ta’ esklużjoni tar-rikorrenti għal perijodu ta’ sitt xhur mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti u mill-għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1), u ta’ esklużjoni tar-rikorrenti għal perijodu identiku mill-għoti ta’ fondi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli ghall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU 2015, L 58, p. 17)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

“Pro NGO!” (Non-Governmental-Organisations/Nicht-Regierungs-Organisationen) e.V. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 330, 2.10.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2018 – Foodterapia vs EUIPO – Sperlari (DIETOX)

(Kawża T-486/17) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea DIETOX - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea Dietor - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”])

(2019/C 16/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Foodterapia, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. C. Erdozain López, J. Galán López u H. Téllez Robledo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sperlari Srl, preċedentement Cloetta Italia Srl (Cremona, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi u G. Ghisletti, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2017 (Każ R 1611/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cloetta Italia u Foodterapia.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Foodterapia, SL, hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Sperlari Srl, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti mill-predeċessur legali ta’ din tal-aħħar quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 318, 25.9.2017.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2018 – Szentes vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-830/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali - Kundizzjonijiet ta’ ammissjoni - Esperjenza professjonali - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jiġix ammess fil-kompetizzjoni - Talba għal eżami mill-ġdid - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żnaturament ta’ informazzjoni inkuża fl-att ta’ kandidatura - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ksur tal-avviż ta’ kompetizzjoni”))

(2019/C 16/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gyula Szentes (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mihaylova u B. Mongin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-President tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/330/16 – Amministraturi fil-qasam tal-enerġija nukleari (AD 7) tal-24 ta’ Frar 2017 li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-fażi segwenti ta’ din il-kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, sa fejn huwa neċessarju, tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) tad-29 ta’ Settembru 2017 dwar iċ-ċaħda tal-ilment tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gyula Szentes huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 19.2.2018.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 15 ta’ Novembru 2018 – LMP Lichttechnik vs EUIPO (LITECRAFT)

(Kawża T-140/18) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali LITECRAFT - Motiv assolut ta’ rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))

(2019/C 16/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: LMP Lichttechnik Vertriebs GmbH (Ibbenbüren, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Plegge, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek u D. Hanf, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Jannar 2018 (Każ R 699/2017-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali LITECRAFT bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

LMP Lichttechnik Vertriebs GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2018 – H vs Il-Kunsill

(Kawża T-271/10 OST) (1)

((“Proċedura - Nuqqas li tittieħed deċiżjoni fuq l-ispejjeż”))

(2019/C 16/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: H (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u F. Naert, aġenti)

Suġġett

Talba intiża biex jiġi rrimedjat nuqqas li tittieħed deċiżjoni fuq l-ispejjeż fis-sentenza tal-11 ta’ April 2018, H vs Il-Kunsill (T-271/10 RENV, EU:T:2018:180).

Dispożittiv

1)

Il-punt 174 tas-sentenza tal-11 ta’ April 2018, H vs Il-Kunsill (T-271/10 RENV, EU:T:2018:180) huwa mfassal b’dan il-mod:

“Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Madankollu, skont l-Artikolu 133 tar-Regoli tal-Proċedura, moqri flimkien mal-Artikolu 219 tal-istess regolament, id-deċiżjoni dwar l-ispejjeż kollha relattivi għall-proċedura tal-appell u għall-proċeduri mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali għandha tingħata fis-sentenza li tagħlaq l-istanza. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 134(3) tar-regoli msemmija, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq waħda jew iktar mit-talbiet tagħhom. Madankollu, jekk fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża jkun jidher ġustifikat, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li waħda mill-partijiet għandha, minbarra l-ispejjeż tagħha, tbati parti mill-ispejjeż tal-parti l-oħra. Fiċ-ċirkustanzi tal-każ, għandu jiġi deċiż, minn naħa, li l-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż esposti mir-rikorrenti u minnu stess sal-pronunzja tas-sentenza fl-appell, biss sa fejn dawn jikkonċernaw il-kwistjoni tal-ammissibbiltà tar-rikors, u, min-naħa l-oħra, li r-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż l-oħra kollha esposti mill-Kunsill u minnha stess, kemm qabel kif ukoll wara l-pronunzja msemmija.”

2)

Il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-11 ta’ April 2018, H vs Il-Kunsill (T-271/10 RENV, EU:T:2018:180) huwa mfassal b’dan il-mod:

“Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u l-ispejjeż ta’ H sal-pronunzja tas-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2016, H vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (C-455/14 P, EU:C:2016:569), biss sa fejn dawn jikkonċernaw il-kwistjoni tal-ammissibbiltà tar-rikors. H għandha tbati l-ispejjeż l-oħra kollha esposti mill-Kunsill u minnha stess, kemm qabel kif ukoll wara l-pronunzja msemmija.”

3)

H u Il-Kunsill għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mat-talba preżenti.


(1)  ĠU C 221, 14.8.2010.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/46


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2018 – Taminco vs EFSA

(Kawża T-621/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament (KE) Nru 1107/2009 - Pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-eżami mwettaq mill-EFSA dwar l-eżami mill-ġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva Thiram - Talba għal kunfidenzjalità fir-rigward ta’ ċerti siltiet - Rifjut li jingħata t-trattament kunfidenzjali - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2019/C 16/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Taminco BVBA (Gand, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Mereu u M. Grunchard, avukati)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (rappreżentanti: D. Detken u S. Gabbi, aġenti, assistiti minn R. van der Hout u C. Wagner, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Koleva u I. Naglis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-EFSA tat-18 ta’ Lulju 2017 li tiċħad it-talbiet għal trattament kunfidenzjali fformulati fil-kuntest tat-talba għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva Thiram.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tad-19 ta’ Settembru 2017 mogħti fil-Kawża T-621/17 R huwa rtirat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/46


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2018 – FT vs ESMA

(Kawża T-625/18)

(2019/C 16/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FT (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ESMA41-137-1154 tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) tad-9 ta’ Awwissu 2018 li permezz tagħha l-ESMA titlob l-irkupru ta’ EUR 12 000, dwar spejjeż sostnuti minnha fil-Kawża F-39/14;

tannulla n-nota ta’ debitu Nru 4440180170 tal-10 ta’ Awwissu 2018 relatata magħha maħruġa mill-ESMA;

tikkundanna lill-ESMA tbati l-ispejjeż tagħha stess kif dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent tinvok tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 98 tar-Regolament Finanzjarju (1), l-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju tal-ESMA (2), l-Artikolu 170 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, kif ukoll tal-prinċipju tal-opportunitajiet ugwali għall-partijiet fil-kawża, peress li l-ammont allegatament dovut mir-rikorrenti u indikat fl-atti kkontestati ma ġiex stabbilit konformement mal-Artikolu 170 mill-Qorti Ġenerali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-ispejjeż mitluba mill-konvenuta ma jistgħux ikunu rkuprati, minħabba li hija eċċediet it-terminu raġonevoli sabiex tressaq ta’ tali talbiet.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-konvenuta fir-rigward tal-ammont mitlub mir-rikorrenti sa fejn l-ammont ta’ EUR 12 000 li huwa mitlub huwa eżorbitanti.


(1)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1).

(2)  Deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali dwar ir-Regolament Finanzjarju tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ESMA/2014/MB/38.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/47


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2018 – Industrial Química del Nalón vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-635/18)

(2019/C 16/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Industrial Química del Nalón, SA (Oviedo, Spanja) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, M. Grunchard, R. Crespi u S. Saez Moreno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu kkawżat mill-konvenuta;

tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-danni kollha subiti mir-rikorrenti bħala konsegwenza diretta tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2013 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU 2013, L 261, p. 5), sa fejn dan ikklassifika s-sustanza żift, qatran tal-faħam, temp.-għolja bħala sustanza Aquatic Acute 1 (H400) u Aquatic Chronic 1 (H410), stmati għal ammont totali ekwivalenti għal EUR 833 628,00 jew għal kull ammont ieħor stabbilit mir-rikorrenti matul il-proċedura jew mill-Qorti Ġenerali;

sussidjarjament, tiddikjara, permezz ta’ sentenza interlokutorja, li l-konvenuta hija obbligata tikkumpensa d-dannu subit u tikkundanna lill-partijiet jikkomunikaw lill-Qorti Ġenerali, fi żmien raġonevoli mid-data tas-sentenza, iċ-ċifri relatati mal-ammont tal-kumpens miftiehem bejn il-partijiet jew, fin-nuqqas ta’ ftehim, tikkundanna lill-partijiet jikkomunikaw lill-Qorti Ġenerali, fl-istess żmien, l-osservazzjonijiet tagħhom li jinkludu ċifri ddettaljati insostenn;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti interessi kumpensatorji bir-rata awtomatika mid-data tad-danni subiti (jiġifieri, jew mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-klassifikazzjoni illegali jew mid-data li fiha d-dannu mmaterjalizza ruħu);

tikkundanna lill-konvenuta tħallas interessi moratorji ta’ 8 %, jew kull rata adegwata oħra li għandha tiġi ddeterminata mill-Qorti Ġenerali, ikkalkolata fuq l-ammont dovut mid-data tas-sentenza sal-ħlas effettiv; u

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż kollha tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kkawżat dannu lir-rikorrenti permezz tal-adozzjoni u tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 (1), li jikklassifika s-sustanza żift, qatran tal-faħam, temp.-għolja bħala sustanza Aquatic Acute 1 (H400) u Aquatic Chronic 1 (H410). Fit-22 ta’ Novembru 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell tal-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali li annullat parzjalment ir-Regolament (UE) Nru 944/2013 sa fejn dan ikklassifika s-sustanza żift, qatran tal-faħam, temp.-għolja bħala sustanza Aquatic Acute 1 (H400) u Aquatic Chronic 1 (H410) minħabba żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti subiet spejjeż sabiex tapplika l-klassifikazzjoni illegali. Il-konvenuta hija responsabbli għal dawn l-ispejjeż skont l-Artikoli 268 u 340 TFUE peress li l-aġir tal-konvenuta huwa illegali inkwantu dan jammonta għal ksur suffiċjentement serju tal-liġi, id-dannu kkawżat huwa reali u ċert u hemm rabta kawżali diretta bejn l-aġir tal-konvenuta u d-dannu allegat.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2013 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU 2013, L 261, p. 5).


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/48


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2018 – Tokai erftcarbon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-636/18)

(2019/C 16/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tokai erftcarbon GmbH (Grevenbroich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, M. Grunchard, R. Crespi u S. Saez Moreno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu kkawżat lilha mill-konvenuta;

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti d-danni sostnuti mir-rikorrenti bħala konsegwenza diretta tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU 2013, L 261, p. 5), sa fejn dan ikklassifika s-sustanza żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja bħala Akwatika Akuta 1 (H400) u Akwatika Kronika 1 (H410), smati għal ammont totali ta’ EUR 66 236,74, jew kwalunkwe ammont ieħor kif stabbilit sussegwentement mir-rikorrenti matul il-proċedura jew mill-Qorti Ġenerali;

b’mod sussidjarju, tagħti sentenza interlokutorja fejn tiddeċiedi li l-konvenuta hija obbligata tikkumpensa għat-telf sostnut u tordna lill-partijiet jipproduċu lill-Qorti Ġenerali, f’perijodu ta’ żmien raġonevoli mid-data tas-sentenza, figuri li jirrigwardaw l-ammont tal-kumpens miftiehem bejn il-partijiet jew, fin-nuqqas ta’ ftehim, tordna lill-partijiet jipproduċu, fl-istess perijodu ta’ żmien, is-sottomissjonijiet tagħhom b’figuri ddettaljati insostenn tagħhom;

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti l-interessi kumpensatorji bir-rata standard mid-data ta’ meta t-telf ġie sostnut (jiġifieri mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-klassifikazzjoni illegali jew inkella mid-data ta’ meta d-dannu mmaterjalizza ruħu);

tordna lill-konvenuta tħallas l-interessi moratorji ta’ 8 %, jew rata xierqa oħra li għandha tiġi ddeterminata mill-Qorti Ġenerali, ikkalkolati fuq l-ammont pagabbli mid-data tas-sentenza sal-ħlas attwali; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motivi wieħed ibbażat fuq li l-konvenuta kkawżat dannu lir-rikorrenti permezz tal-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 (1), li jikklassifika s-sustanza żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja bħala sustanza Akwatika Akuta 1 (H400) u Akwatika Kronika 1 (H410). Fit-22 ta’ Novembru 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell tal-Kummissjoni Ewropea mid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li parzjalment tannulla r-Regolament Nru 944/2013 inkwantu kklassifika s-sustanza żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja bħala sustanza Akwatika Akuta 1 (H400) u Akwatika Kronika 1 (H410), u dan minħabba żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti sostniet spejjeż sabiex tapplika l-klassifikazzjoni illegali. Il-konvenuta hija responsabbli għal dawk l-ispejjeż skont l-Artikoli 268 u 340 TFUE peress li l-aġir tal-konvenuta huwa wieħed illegali inkwantu dan jammonta għal ksur tal-liġi suffiċjentement serju, id-dannu kkawżat huwa reali u ċert u hemm rabta kawżali diretta bejn l-aġir u d-dannu invokati.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 261, 3.10.2013, p. 5).


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/49


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2018 – Bawtry Carbon International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-637/18)

(2019/C 16/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bawtry Carbon International Ltd (Doncaster, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, M. Grunchard, R. Crespi u S. Saez Moreno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat

tikkumpensa r-rikorrenti għad-dannu kkawżat mill-konvenuta;

tordna l-konvenuta tħallas lir-rikorrenti d-danni subiti mir-rikorrenti bħala konsegwenza diretta tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat- 2 ta’ Ottubru 2013 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU 2013, L 261, p. 5) sa fejn ikklassifika ż-żift, il-qatran tal-faħam, it-temp. għolja bħala Aquatic Acute 1 (H400) u Aquatic Chronic 1 (H410), evalwati f’ammont totali ta’ EUR 194 200,06, jew kull ammont ieħor kif stabbilit ’il quddiem mir-rikorrenti matul il-proċedimenti jew mill-Qorti Ġenerali;

alternattivament, tiddeċiedi permezz ta’ sentenza interlokutorja li l-konvenuta hija obbligata tikkumpensa t-telf subit u tordna l-partijiet jipproduċu lill-Qorti Ġenerali, f’perijodu raġonevoli mid-data tas-sentenza, ċifri bħala l-ammont tal-kumpens miftiehem bejn il-partijiet jew, fin-nuqqas ta’ ftehim, tordna l-partijiet jipproduċu lill-Qorti Ġenerali fl-istess perijodu s-sottomissjonijiet tagħhom b’ċifri dettaljati insostenn;

tordna l-konvenuta tħallas lir-rikorrenti imgħax ta’ kumpens bir-rata awtomatika mid-data tat-telf sotnut (jiġifieri jew mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-klassifika illegali jew mid-data meta d-dannu mmaterjalizza);

tordna l-konvenuta tħallas imgħax awtomatiku ta’ 8 % jew b’kull rata xierqa oħra li għandha tkun stabbilita mill-Qorti Ġenerali, ikkalkolata fuq l-ammont li għandu jitħallas mid-data tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali sal-ħlas attwali; u

tikkundanna l-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażata fuq il-fatt li l-konvenuta kkawżat dannu lir-rikorrenti bl-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013, (1) sa fejn ikklassifika s-sustanza żift, qatran tal-faħam, temp. għolja bħala sostanza Aquatic Acute 1 (H400) u Aquatic Chronic 1(H410). Fit-22 ta’ Novembru 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell tal-Kummissjoni Ewropea mid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali biex tannulla parzjalment ir-Regolament Nru 944/2013 sa fejn ikklassifikat s-sustanza żift, qatran tal-faħam, temp. għolja bħala sostanza Aquatic Acute 1 (H400) u Aquatic Chronic 1(H410) minħabba żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti ġarrbet spejjeż biex tapplika l-klassifika illegali. Il-konvenuta kienet tkun responsabbli għal dawk l-ispejjeż skont l-Artikoli 268 u 340 TFUE billi l-kondotta tal-konvenuta hija illegali sa fejn tammonta għal ksur suffiċjentment serju tal-liġi, id-dannu kkawżat huwa attwali u ċert u hemm rabta kawżali diretta bejn il-kondotta u d-dannu invokat.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2013 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU 2013, L 261, p. 5)


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/50


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2018 – Deza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-638/18)

(2019/C 16/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deza, a.s. (Valašské Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, M. Grunchard, R. Crespi u S Saez Moreno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu kkawżat lilha mill-konvenuta;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti għad-danni sostnuti mir-rikorrenti bħala konsegwenza diretta tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2013 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU 2013, L 261, p. 5), sa fejn dan jikklassifika żift, qatran tal-faħam, temp.-għolja bħala Aquatic Acute 1 (H400) u Aquatic Chronic 1 (H410), evalwati fl-ammont totali ta’ CZK 4 784 000,00, jew kwalunkwe ammont ieħor kif stabbilit mir-rikorrenti matul il-proċeduri imenti jew mill-Qorti;

sussidjarjament, tiddeċiedi f’sentenza interlokutorja li l-konvenuta hija obbligata tikkumpensaha għad-dannu sostnut u tordna lill-partijiet jipproduċu lill-Qorti tal-Ġustizzja, f’perijodu raġonevoli mid-data tas-sentenza, iċ-ċifri dwar l-ammont tal-kumpens miftiehem bejn il-partijiet jew, fin-nuqqas ta’ ftehim, tordna lill-partijiet jippreżentaw lill-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess perijodu s-sottomissjonijiet tagħhom b’ċifri ddettaljati insostenn;

tordna lill-konvenuta thallas lir-rikorrenti interessi kumpensatorji bir-rata stabbilita għal każ ta’ inadempjenza mid-data tat-telf sostnut (jiġifieri jew mid-data tad-dhul fis-sehh tal-klassifikazzjoni illegali jew mid-data meta d-dannu ğie fis-seħħ);

tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-interessi moratorji ta’ 8 %, jew kwalunkwe rata xierqa oħra li għandha tiġi ddeterminata mill-Qorti tal-Ġustizzja, ikkalkolata fuq l-ammont pagabbli mid-data tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja sal-ħlas effettiv; u

tordna lill-konvenuta thallas l-ispejjeż kollha tal-proćeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kkawżat dannu lir-rikorrenti permezz tal-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 (1), li jikklassifika s-sustanza żift, qatran tal-faħam, temp.-għolja bħala sustanza Aquatic Acute 1 (H400) u Aquatic Chronic 1 (H410). Fit-22 ta’ Novembru 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell tal-Kummissjoni Ewropea kontra d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali sabiex tannulla parzjalment ir-Regolament Nru 944/2013 sa fejn dan jikklassifika s-sustanza żift, qatran tal-faħam, temp.-għolja bħala Aquatic Acute 1 (H400) u Aquatic Chronic 1 (H410) minħabba żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti kellha tbati l-ispejjeż għall-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni illegali. Il-konvenuta kellha tkun responsabbli għal dawk l-ispejjeż skont l-Artikoli 268 u 340 TFUE peress li l-aġir tal-konvenuta huwa illegali minħabba li dan jikkostitwixxi ksur suffiċentement serju tal-liġi, id-dannu kkawżat huwa reali u ċert u hemm rabta kawżali diretta bejn l-aġir tal-konvenuta u d-dannu invokat.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2013 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU 2013, L 261, p. 5).


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/51


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2018 – SGL Carbon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-639/18)

(2019/C 16/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SGL Carbon SE (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, M. Grunchard, R. Crespi u S. Saez Moreno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti d-danni sostnuti mir-rikorrenti bħala konsegwenza diretta tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU 2013, L 261, p. 5), sa fejn dan ikklassifika s-sustanza żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja bħala Akwatika Akuta 1 (H400) u Akwatika Kronika 1 (H410), smati għal ammont totali ta’ EUR 1 022 172,00, jew kwalunkwe ammont ieħor kif stabbilit sussegwentement mir-rikorrenti matul il-proċedura jew mill-Qorti Ġenerali;

b’mod sussidjarju, tagħti sentenza interlokutorja fejn tiddeċiedi li l-konvenuta hija obbligata tikkumpensa għat-telf sostnut u tordna lill-partijiet jipproduċu lill-Qorti Ġenerali, f’perijodu ta’ żmien raġonevoli mid-data tas-sentenza, figuri li jirrigwardaw l-ammont tal-kumpens miftiehem bejn il-partijiet jew, fin-nuqqas ta’ ftehim, tordna lill-partijiet jipproduċu lill-Qorti Ġenerali, fl-istess perijodu ta’ żmien, is-sottomissjonijiet tagħhom b’figuri ddettaljati insostenn tagħhom;

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti l-interessi kumpensatorji bir-rata standard mid-data ta’ meta t-telf ġie sostnut (jiġifieri mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-klassifikazzjoni illegali jew inkella mid-data ta’ meta d-dannu mmaterjalizza ruħu);

tordna lill-konvenuta tħallas l-interessi moratorji ta’ 8 %, jew rata xierqa oħra li għandha tiġi ddeterminata mill-Qorti Ġenerali, ikkalkolati fuq l-ammont pagabbli mid-data tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali sal-ħlas attwali; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motivi wieħed ibbażat fuq li l-konvenuta kkawżat dannu lir-rikorrenti permezz tal-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 (1), li jikklassifika s-sustanza żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja bħala sustanza Akwatika Akuta 1 (H400) u Akwatika Kronika 1 (H410). Fit-22 ta’ Novembru 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell tal-Kummissjoni Ewropea mid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li parzjalment tannulla r-Regolament Nru 944/2013 inkwantu kklassifika s-sustanza żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja bħala sustanza Akwatika Akuta 1 (H400) u Akwatika Kronika 1 (H410), u dan minħabba żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti sostniet spejjeż sabiex tapplika l-klassifikazzjoni illegali. Il-konvenuta hija responsabbli għal dawk l-ispejjeż skont l-Artikoli 268 u 340 TFUE peress li l-aġir tal-konvenuta huwa wieħed illegali inkwantu dan jammonta għal ksur tal-liġi suffiċjentement serju, id-dannu kkawżat huwa reali u ċert u hemm rabta kawżali diretta bejn l-aġir tal-konvenuta u d-dannu invokati.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 261, 3.10.2013, p. 5).


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/52


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2018 – August Wolff vs EUIPO – Faes Farma (DermoFaes)

(Kawża T-643/18)

(2019/C 16/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. August Wolff GmbH & Co. KG Arzneimittel (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Faes Farma, SA (Lamiaco-Leioa, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DermoFaes – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 069 289

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 1842/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-oppożizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u, skont il-każ, lill-intervenjent għall-ispejjeż tal-kawża u għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/53


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2018 – Bilbaína de Alquitranes vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-645/18)

(2019/C 16/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bilbaína de Alquitranes, SA (Luchana-Baracaldo, Vizcaya, Spanja) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, M. Grunchard, R. Crespi u S. Saez Moreno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu kkawżat mill-konvenuta;

tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-danni kollha subiti mir-rikorrenti bħala konsegwenza diretta tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2013 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU 2013, L 261, p. 5), sa fejn dan ikklassifika s-sustanza żift, qatran tal-faħam, temp.-għolja bħala sustanza Aquatic Acute 1 (H400) u Aquatic Chronic 1 (H410), stmati għal ammont totali ekwivalenti għal EUR 488 871,30 jew għal kull ammont ieħor stabbilit mir-rikorrenti matul il-proċedura jew mill-Qorti Ġenerali;

sussidjarjament, tiddikjara, permezz ta’ sentenza interlokutorja, li l-konvenuta hija obbligata tikkumpensa d-dannu subit u tikkundanna lill-partijiet jikkomunikaw lill-Qorti Ġenerali, fi żmien raġonevoli mid-data tas-sentenza, iċ-ċifri relatati mal-ammont tal-kumpens miftiehem bejn il-partijiet jew, fin-nuqqas ta’ ftehim, tikkundanna lill-partijiet jikkomunikaw lill-Qorti Ġenerali, fl-istess żmien, l-osservazzjonijiet tagħhom li jinkludu ċifri ddettaljati insostenn;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti interessi kumpensatorji bir-rata awtomatika mid-data tad-danni subiti (jiġifieri, jew mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-klassifikazzjoni illegali jew mid-data li fiha d-dannu mmaterjalizza ruħu);

tikkundanna lill-konvenuta tħallas interessi moratorji ta’ 8 %, jew kull rata adegwata oħra li għandha tiġi ddeterminata mill-Qorti Ġenerali, ikkalkolata fuq l-ammont dovut mid-data tas-sentenza sal-ħlas effettiv; u

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż kollha tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kkawżat dannu lir-rikorrenti permezz tal-adozzjoni u tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 (1), li jikklassifika s-sustanza żift, qatran tal-faħam, temp.-għolja bħala sustanza Aquatic Acute 1 (H400) u Aquatic Chronic 1 (H410). Fit-22 ta’ Novembru 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell tal-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali li annullat parzjalment ir-Regolament (UE) Nru 944/2013 sa fejn dan ikklassifika s-sustanza żift, qatran tal-faħam, temp.-għolja bħala sustanza Aquatic Acute 1 (H400) u Aquatic Chronic 1 (H410) minħabba żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti subiet spejjeż sabiex tapplika l-klassifikazzjoni illegali. Il-konvenuta hija responsabbli għal dawn l-ispejjeż skont l-Artikoli 268 u 340 TFUE peress li l-aġir tal-konvenuta huwa illegali inkwantu dan jammonta għal ksur suffiċjentement serju tal-liġi, id-dannu kkawżat huwa reali u ċert u hemm rabta kawżali diretta bejn l-aġir tal-konvenuta u d-dannu allegat.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2013 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU 2013, L 261, p. 5).


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/54


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2018 – ZQ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-647/18)

(2019/C 16/65)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZQ (rappreżentant: C. Cortese, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati u, b’mod partikolari:

a)

tannullat id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-15 Diċembru 2017, irreġistrata f’ares fit-18 ta’ Diċembru 2017, HR.E.2/AS/Ares (2017), dwar “Request for assistance D/374/17” u li tiċħad it-talba għall-assistenza;

b)

tannulla, sa fejn neċessarju, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ċaħdet l-ilment imressaq mir-rikorrent, N. R/187/18, HR.E.2/Ares (2018), tat-19 ta’ Lulju 2018;

c)

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas kumpens għad-dannu sostnut mir-rikorrent bħala riżultat tad-diversi atti illegali indikati fid-deċiżjoni kkontestata u li huma marbuta mill-qrib magħha, ikkwantifikati fl-ammont ta’ EUR 1 000 000;

barra minn hekk,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proeċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

F’din il-kawża r-rikorrent jopponi r-rifjut tal-Kummissjoni li tilqa’ t-talba tiegħu għal assistenza, fir-rigward tal-fastidju li allegatament huwa vittma tiegħu minħabba l-orjentament sesswali tiegħu.

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jibbaża fuq tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li, minn perspettiva ġenerali, l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni jirriżulta b’mod ċar fil-preġudizzju, espress fl-istess deċiżjoni, li d-dikjarazzjonijiet tar-rikorrent ma humiex kredibbli peress li jirrigwardaw perijodu ta’ żmien twil ħafna li matulu r-rikorrent ma ressaq ebda ilment formali.

L-eżistenza ta’ preġudizzju hija barra minn hekk l-unika spjegazzjoni għall-fatt li l-Awtorità tal-Ħatra ħalliet barra mill-portata tad-deċiżjoni kkontestata numru ta’ inċidenti rrappurtati, li għalihom ma saret ebda evalwazzjoni.

L-allegazzjonijiet tar-rikorrent dwar il-fastidju allegatament soffert ġew mnaqqsa ta’ malajr għal każijiet normali ta’ organizzazzjoni ħażina jew kunflitt normali fil-post tax-xogħol.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur ta’ dritt.

Ir-rikorrent isostni, f’dan ir-rigward:

a)

l-applikazzjoni ta’ kunċett żbaljat ta’ fastidju, li jimplika r-rekwiżit ta’ intenzjoni ta’ ħsara (animus nocendi) min-naħa tal-awtur tal-att;

b)

l-applikazzjoni ta’ livell ta’ prova li ma jikkorrispondix għal dak tad-dritt applikabbli (prova prima facie) iżda li timplika l-prova lil hinn minn kull dubju raġonevoli li tistabbilixxi l-fatti u l-klassifikazzjoni ġuridika mhux ambigwa tagħhom;

(c)

l-applikazzjoni ta’ livell ta’ prova manifestament żbaljat fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kredibbiltà tal-ilmenti fir-rigward taż-żmien li għadda;

(d)

il-ksur tal-obbligu li titwettaq investigazzjoni ex officio fejn hemm allegazzjonijiet kredibbli.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni.

Ir-rikorrent isostni f’dan ir-rigward li, anki meta jitqies li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet hija integrata fid-deċiżjoni li tiċħad l-ilment, id-deċiżjoni kkontestata hija fil-parti l-kbira nieqsa minn motivazzjoni xierqa.

Fir-rigward tat-talbiet għal kumpens tad-danni, ir-rikorrent isostni li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti mill-ġurisprudenza huma ssodisfatti f’dan il-każ.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/56


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2018 – Super bock group, SGPS vs EUIPO – Agus (Crystal)

(Kawża T-648/18)

(2019/C 16/66)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Super bock group, SGPS SA (Leça do Balio, il-Portugall) (rappreżentant: J. Mioludo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Agus sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Crystal” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 016 728

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 299/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 016 728 “Crystal” għall-prodotti kollha msemmija;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Agus sp. z o.o. għall-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/56


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2018 – Reaktor Group vs EUIPO (REAKTOR)

(Kawża T-650/18)

(2019/C 16/67)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Reaktor Group Oy (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: L. Laaksonen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni REAKTOR – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 752 522

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 2626/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta‘ Awwissu 2018 fil-Każ R 2626/2017-2, sa fejn it-Tieni Bord tal-Appell ċaħad l-applikazzjoni Nru 13752522 għat-trade mark tal-Unjoni REAKTOR għal ċerti prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41 u 42 skont l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 2017/1001, u tilqa’ b’mod sħiħ għall-pubblikazzjoni u r-reġistrazzjoni l-applikazzjoni għat-trade mark REAKTOR għall-prodotti u s-servizzi kollha koperti mill-applikazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż li hija sostniet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell (inklużi l-ispejjeż ta’ rappreżentanza).

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 2017/1001


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/57


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2018 – Soundio vs EUIPO – E-Plus Mobilfunk (Vibble)

(Kawża T-665/18)

(2019/C 16/68)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Soundio A/S (Drammen, in-Norveġja) (rappreżentanti: N. Köster u J. Albers, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: E-Plus Mobilfunk GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark Vibble li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru No 1 290 194 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 721/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/58


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2018 – Pinto Teixeira vs SEAE

(Kawża T-667/18)

(2019/C 16/69)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: José Manuel Pinto Teixeira (Oeiras, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi li,

id-deċiżjoni tal-21 ta’ Frar 2018 li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra rrifjutat li tawtorizzah jeżerċita attività barranija skont l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal, hija annullata;

is-SEAE huwa kkundannat għall-ispejjeż kif ukoll għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 10 000 għad-dannu morali sostnut.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, inkwantu d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata wara l-iskadenza tat-terminu ta’ tletin jum tax-xogħol minn meta ġiet riċevuta d-dikjarazzjoni tiegħu tal-intenzjoni li jeżerċità attività professjonali wara t-tmiem tas-servizz tar-rikorrent.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li jivvizzjaw id-deċiżjoni kkontestata b’illegalità, peress li l-attività proposta manifestament la għandha rabta ma’ dik li kien jeżerċita waqt l-aħħar tliet snin ta’ servizz, u lanqas ma hija inkompatibbli mal-interessi tas-SEAE.


14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/58


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2018 – ZU vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-671/18)

(2019/C 16/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZU (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kap tal-Unità ġestjoni u mobilità tal-karriera, fid-Direttorat HR.B tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani (DG HR) tal-Kummissjoni, adottata fit-12 ta’ Ottubru 2018, li permezz tagħha r-rikorrent ġie ttrasferit lura lejn DG OLAF;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kap tal-Unità Ċentru ta’ Ġestjoni tal-Kontabbilità 4, fid-Direttorat HR.AMC tad-DG HR tal-Kummissjoni, adottata fid-29 ta’ Ottubru 2018, li provviżorjament stabbiliet id-data tal-kollokament tiegħu għall-1 ta’ Diċembru 2018;

tannulla, flimkien ma dawk imsemmija iktar ’il fuq u sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, li għadha ma ġietx adottata, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ insuffiċjenza ta’ trasparenza fil-proċedura ta’ trasferiment, ta’ ksur tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal u ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni, ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent mit-trasferiment forżat, u ta’ ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tad-dritt għal smiegħ xieraq.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-interess tas-servizz u ta’ ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ommissjoni ta’ elementi kruċjali kontra t-trasferiment immedjat tar-rikorrent lejn l-OLAF, ta’ ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, u ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-protezzjoni tal-whistle-blowers prevista fl-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tad-dmir ta’ diliġenza.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ użu ħażin ta’ poter.