ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 2

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
4ta' Jannar 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 2/01

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 0,00 % fl-1 ta’ Jannar 2019 — Rata tal-kambju tal-euro

1

2019/C 2/02

Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 2/03

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9180 — Volkswagen/Daimler/HeyCar) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

3

2019/C 2/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9135 — The Blackstone Group/Luminor Bank) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/1


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

0,00 % fl-1 ta’ Jannar 2019

Rata tal-kambju tal-euro (2)

It-3 ta’ Jannar 2019

(2019/C 2/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1348

JPY

Yen Ġappuniż

122,21

DKK

Krona Daniża

7,4675

GBP

Lira Sterlina

0,90312

SEK

Krona Żvediża

10,2808

CHF

Frank Żvizzeru

1,1219

ISK

Krona Iżlandiża

133,60

NOK

Krona Norveġiża

9,9113

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,683

HUF

Forint Ungeriż

322,41

PLN

Zloty Pollakk

4,2975

RON

Leu Rumen

4,6660

TRY

Lira Turka

6,2248

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6287

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5392

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8884

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7085

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5501

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 279,17

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,4149

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8019

HRK

Kuna Kroata

7,4325

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 352,47

MYR

Ringgit Malażjan

4,7020

PHP

Peso Filippin

59,679

RUB

Rouble Russu

78,2615

THB

Baht Tajlandiż

36,518

BRL

Real Brażiljan

4,2814

MXN

Peso Messikan

22,2384

INR

Rupi Indjan

79,6080


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


4.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/2


Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 2/02)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:

Fil-paġna 296, fin-Noti ta’ Spjegazzjoni għas-subtitlu 7307 19 10 (Ta’ ħadid fondut malleabbli), it-tielet paragrafu taħt l-intestatura huwa mħassar.

Fl-Anness 296, tiżdied in-Nota ta’ Spjegazzjoni li ġejja:

7307 19 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi fittings magħmula mill-ħadid fondut tal-grafit sferojdali.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

4.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9180 — Volkswagen/Daimler/HeyCar)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 2/03)

1.   

Fid-19 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Volkswagen Financial Services AG (“VWFS”, il-Ġermanja), ikkontrollata mill-Volkswagen AG (“Volkswagen”);

Leonie FS DVB GmbH (“DFS”, il-Ġermanja), ikkontrollata mid-Daimler AG (“Daimler”);

Mobility Trader Holding GmbH (“MTH”, il-Ġermanja), ikkontrollata mill-Volkswagen Group, li jopera bl-isem kummerċjali HeyCar.

DFS takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ MTH, flimkien mal-VWFS.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Volkswagen hi attiva madwar id-dinja fil-manifattura u l-bejgħ ta’ vetturi bil-mutur, inklużi spare parts relatati u aċċessorji, magni tad-diesel u muturi. Volkswagen tipprovdi wkoll servizzi finanzjarji, inkluż iffinanzjar, kiri, assigurazzjoni, servizzi ta’ ġestjoni tal-flotta u soluzzjonijiet tal-mobilità.

Daimler hi attiva madwar id-dinja fil-manifattura u l-bejgħ ta’ vetturi bil-mutur, prinċipalment karozzi tal-passiġġieri, trakkijiet, vannijiet u karozzi tal-linja. Il-portafoll tal-prodotti tagħha jinkludi wkoll il-finanzjament u pakketti tal-kiri għan-negozjanti u l-klijenti, kif ukoll servizzi finanzjarji bħas-senserija tal-assigurazzjoni, prodotti ta’ investiment, karti ta’ kreditu, u l-ġestjoni tal-flotta sħiħa u servizzi tal-kiri.

MTH tipprovdi lin-negozjanti u lill-konsumaturi fil-Ġermanja pjattaforma online msejħa HeyCar għall-bejgħ u x-xiri ta’ karozzi użati ta’ kwalità għolja.

HeyCar hija attiva wkoll bħala intermedjarju għal opportunitajiet ta’ finanzjament tal-karozzi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9180 — Volkswagen/Daimler/HeyCar

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


4.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9135 — The Blackstone Group/Luminor Bank)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 2/04)

1.   

Fit-18 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

The Blackstone Group L.P. (“Blackstone”, l-Istati Uniti tal-Amerika), u

Luminor Bank AS (“Luminor Bank”, l-Estonja) li jappartjeni għal-Luminor Group AB (l-Isvezja).

Blackstone takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Luminor Bank kollu hemm hu.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Blackstone: ġestjoni tal-assi u ta’ servizzi ta’ konsulenza finanzjarja; kif ukoll

—   Luminor Bank: servizzi finanzjarji, inklużi operazzjonijiet bankarji korporattivi u għall-konsumaturi fl-Estonja, il-Latvja, u l-Litwanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9135 — The Blackstone Group/Luminor Bank

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.