ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 466

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
28 ta' Diċembru 2018


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2018/C 466/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 2018 dwar kooperazzjoni msaħħa kontra l-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

2018/C 466/02

Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew

8

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 466/03

Rata tal-kambju tal-euro

11

2018/C 466/04

Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

12

2018/C 466/05

Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2019(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 ( ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1 ))

14

2018/C 466/06

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

15

2018/C 466/07

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

16

2018/C 466/08

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

17

2018/C 466/09

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

18

2018/C 466/10

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

19

2018/C 466/11

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

20

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 466/12

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-operat tas-servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

21

2018/C 466/13

Festi pubbliċi fl-2019

22


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 466/14

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

24


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kunsill

28.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 466/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Diċembru 2018

dwar kooperazzjoni msaħħa kontra l-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim

(2018/C 466/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 168(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), għandu jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. L-azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politiki nazzjonali, għandha tindirizza t-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni tal-mard fiżiku u mentali, u l-evitar tas-sorsi ta’ periklu għas-saħħa fiżika u mentali.

(2)

Skont l-Artikolu 168(6) TFUE, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jadotta rakkomandazzjonijiet għall-għanijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu sabiex tittejjeb is-saħħa pubblika, b’mod partikolari b’rabta mal-ġlieda kontra flaġelli kbar tas-saħħa, u l-monitoraġġ, it-twissija bikrija għat-theddid transfruntiera serju għas-saħħa u l-ġlieda kontrih. Mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim huwa meqjus bħala flaġell kbir tas-saħħa.

(3)

It-tilqim huwa wieħed mill-aktar miżura b’saħħitha u kosteffiċjenti tas-saħħa pubblika żviluppata fis-seklu 20 u jibqa’ l-għodda ewlenija għall-prevenzjoni primarja tal-mard li jittieħed.

(4)

Filwaqt li l-programmi ta’ tilqim huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri, in-natura transfruntiera tal-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim u l-isfidi komuni li jiffaċċjaw programmi nazzjonali ta’ immunizzazzjoni jibbenefikaw minn azzjoni u approċċi tal-UE aktar koordinati sabiex jipprevjenu jew jillimitaw it-tixrid ta’ epidemiji u mard b’dimensjoni transfruntiera.

(5)

It-tixrid rapidu ta’ miżinformazzjoni permezz tal-midja soċjali u permezz ta’ attivisti vokali kontra t-tilqim ikkawża ideat żbaljati li qed ineħħu l-attenzjoni tal-pubbliku minn fuq il-benefiċċji individwali u kollettivi tat-tilqim u r-riskji li jinħolqu minn mard li jittieħed, u jitfgħuha fuq aktar nuqqas ta’ fiduċja u biża’ minn avvenimenti negattivi mingħajr provi. Hija meħtieġa azzjoni sabiex jissaħħaħ id-djalogu maċ-ċittadini, jinftiehem it-tħassib ġenwin jew id-dubji tagħhom dwar it-tilqim u sabiex dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati b’mod adegwat skont il-bżonnijiet individwali tagħhom.

(6)

Il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa għandhom rwol ewlieni biex jintlaħaq l-għan ta’ rati ta’ kopertura mtejba tat-tilqim. Biex jiġu appoġġati l-isforzi tagħhom, jeħtieġ li jiġu offruti opportunitajiet biex ikomplu bl-edukazzjoni u t-taħriġ dwar it-tilqim f’konformità ma’ rakkomandazzjonijiet nazzjonali.

(7)

Jeħtieġ li jiġu indirizzati l-każijiet fejn ir-rati ta’ kopertura tat-tilqim tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa huma kkunsidrati insuffiċjenti skont ir-rakkomandazzjonijiet nazzjonali sabiex jiġu protetti dawn il-ħaddiema u l-pazjenti tagħhom.

(8)

Il-varjazzjoni fl-iskedi tat-tilqim bejn l-Istati Membri fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet, it-tip ta’ tilqim użat, in-numru ta’ dożi mogħtija, u ż-żmien li fih jingħataw iżid ir-riskju li ċ-ċittadini, b’mod partikolari t-tfal, jitilfu tilqima waqt li jkunu qed jiċċaqalqu minn Stat Membru għal ieħor.

(9)

Il-ħtieġa li s-servizzi ta’ immunizzazzjoni jitressqu iktar qrib iċ-ċittadini teħtieġ sforzi ddedikati sabiex jintlaħqu l-iktar persuni vulnerabbli tas-soċjetà, b’mod partikolari permezz ta’ fornituri bbażati fil-komunità. Il-Fondi Strutturali Ewropej, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (‘FSE’) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (‘FEŻR’), joffru opportunitajiet sinifikanti għall-Istati Membri sabiex isaħħu t-taħriġ relatat mat-tilqim tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u biex isaħħu l-kapaċitajiet tal-infrastruttura tas-saħħa fil-qasam tat-tilqim.

(10)

Il-bidliet demografiċi, il-mobbiltà tal-persuni, it-tibdil fil-klima u l-immunità li qiegħda tonqos qed jikkontribwixxu għal ċaqliq epidemjoloġiku fil-piż tal-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim, li jeħtieġ programmi ta’ tilqim b’approċċ tul il-ħajja kollha lil hinn mis-snin tat-tfulija. Dan l-approċċ għandu l-għan li jiżgura protezzjoni adegwata tul il-ħajja u jikkontribwixxi għal għajxien f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba u tixjiħ b’saħħtu kif ukoll is-sostenibbiltà tas-sistemi tal-kura tas-saħħa.

(11)

L-iskarsezzi tat-tilqim għandhom konsegwenzi diretti għat-twettiq u l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali ta’ tilqim; L-Istati Membri jiffaċċjaw diversi interruzzjonijiet tal-provvista tat-tilqim, il-kapaċitajiet tal-produzzjoni fl-UE jibqgħu limitati u d-diffikultajiet jippersistu fit-tqassim tat-tilqim bejn il-fruntieri, filwaqt li n-nuqqas ta’ ppjanar ikkoordinat tal-previżjoni jikkontribwixxi għal inċertezza dwar id-domanda. F’dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha jibqgħu vulnerabbli fil-każ ta’ tifqigħat ta’ mard li jittieħed.

(12)

Il-ħtieġa li jsir avvanz malajr fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ tilqim ġdid u li jsir titjib jew adattament ta’ dak eżistenti teħtieġ sħubijiet u pjattaformi innovattivi, għarfien espert ta’ livell għoli u rabtiet aktar b’saħħithom bejn dixxiplini u setturi, kif ukoll investiment f’riċerka dwar xjenza soċjali u tal-imġiba sabiex nifhmu aħjar id-determinanti speċifiċi skont il-kuntest li huma l-bażi ta’ attitudnijiet ta’ inċertezza dwar it-tilqim.

(13)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tilqim bħala għodda effettiva fis-saħħa pubblika (1) diġà jidentifikaw xi wħud minn dawn l-isfidi ewlenin u x’għandu jsir fil-ġejjieni, u jappellaw lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżviluppaw azzjonijiet konġunti biex jaqsmu l-aħjar prattiki dwar il-politiki tat-tilqim.

(14)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-immunizzazzjoni tat-tfal (2) speċifikament jitolbu li r-reġistri tal-immunizzazzjoni u s-sistemi tal-informazzjoni jiġu rfinati sabiex jittejjeb il-monitoraġġ tal-programmi tat-tilqim u jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tat-tilqim.

(15)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar is-Suq Uniku Diġitali (3) u l-Komunikazzjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika 2012-2020 (4) ifakkru fl-importanza tal-aġenda tas-saħħa diġitali u l-ħtieġa li tingħata prijorità lill-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq is-Saħħa elettronika u fuq il-Big Data. Dawn l-inizjattivi huma msaħħa mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-iffaċilitar tat-trasformazzjoni diġitali tal-kura u tas-saħħa fis-Suq Uniku Diġitali (5), sabiex jiżguraw mudelli tal-kura tas-saħħa moderni u sostenibbli kif ukoll ċittadini u ħaddiema tal-kura tas-saħħa kompetenti.

(16)

Id-Direttiva 2000/54/KE (6) dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol tistipula rekwiżiti minimi biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħaddiema, inkluż il-ħtieġa li jiġi offrut tilqim lil dawk li ma kinux immunizzati qabel u d-Direttiva tal-Kunsill 2010/32/UE (7) li timplimenta l-Ftehim Qafas dwar il-prevenzjoni ta’ korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa li ġie konkluż mill-HOSPEEM u l-EPSU tipprevedi li jekk il-valutazzjoni tar-riskju turi li hemm riskju għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema minħabba l-espożizzjoni tagħhom għal aġenti bijoloġiċi li għalihom jeżisti tilqim effettiv, il-ħaddiema għandhom jiġu offruti t-tilqim.

(17)

Id-Deċiżjoni 1082/2013/UE (8) dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa tipprovdi l-bażi għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu volontarju għax-xiri bil-quddiem ta’ kontromiżuri mediċi għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa.

(18)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-sistemi tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea (9) japprovaw il-prinċipji u l-valuri ġenerali tal-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità tajba, l-ekwità u s-solidarjetà, li huma ta’ importanza assoluta sabiex jiżguraw aċċess ekwu għal servizzi ta’ tilqim irrispettivament mill-età, l-istatus soċjali jew il-lokalità ġeografika, skont programmi ta’ immunizzazzjoni nazzjonali u reġjonali.

(19)

Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 (10) jagħti mandat liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (‘ECDC’) biex jappoġġa l-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li jittieħed u jrawwem l-iskambju tal-aħjar prattiki u tal-esperjenza fir-rigward tal-programmi ta’ tilqim. Barra minn hekk, l-ECDC jikkoordina l-ġbir, il-validazzjoni, l-analiżi u t-tixrid tad-data fil-livell tal-UE, inkluż dwar strateġiji ta’ tilqim.

(20)

Id-Direttiva 2001/83/KE (11) u r-Regolament (UE) Nru 726/2004 (12) dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u li jistabbilixxu l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, jagħtu lill-awtoritajiet regolatorji mandat sabiex jippromwovu u jipproteġu s-saħħa pubblika billi jawtorizzaw l-użu ta’ tilqim sikur u effettiv, u billi jivvalutaw kontinwament il-profil tal-benefiċċji u r-riskji tagħhom wara l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

(21)

Il-Pjan ta’ Azzjoni Saħħa Waħda tal-Kummissjoni (13) jappoġġa lill-Istati Membri tal-UE fil-ġlieda tagħhom kontra r-reżistenza antimikrobika (RAM) u jitlob biex tingħata spinta lill-mogħdijiet simplifikati għall-awtorizzazzjoni ta’ aġenti antibatteriċi ġodda u għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ tilqim ġdid għal patoġeni assoċjati mar-reżistenza antimikrobika.

(22)

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ April 2018 dwar ir-retiċenza dwar it-tilqim u t-tnaqqis fir-rati ta’ tilqim fl-Ewropa (14) tappella lill-Istati Membri biex jiżguraw tilqim suffiċjenti tal-ħaddiema fil-kura tas-saħħa, jieħdu passi effettivi kontra l-miżinformazzjoni, u jimplimentaw miżuri għat-titjib tal-aċċess għall-mediċini. Hija tistieden ukoll lill-Kummissjoni tiffaċilita skeda aktar armonizzata għat-tilqim madwar l-UE.

(23)

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Aħbarijiet Foloz u d-Diżinformazzjoni Online għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ strateġija fil-livell tal-UE dwar l-indirizzar tat-tixrid tad-diżinformazzjoni, u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-indirizzar tad-diżinformazzjoni (15) tindirizza l-isfidi tal-pjattaformi online fir-rigward tat-tixrid ta’ diżinformazzjoni.

(24)

Il-Kummissjoni appoġġat it-titjib tal-aċċess għal tilqim modern u essenzjali fl-iktar 77 pajjiż fqir permezz ta’ Gavi, l-Alleanza tat-Tilqim (‘Gavi’) mill-bidu tagħha fis-sena 2000. Sal-2015, ingħataw EUR 83 miljun, li kkontribwixxew biex jiġu immunizzati kompletament 277 miljun tifel u tifla fil-perijodu 2011-2015, u EUR 200 miljun oħra ġew imwiegħda għall-perijodu 2016-2020, bi pjanijiet biex jiġu immunizzati 300 miljun tifel u tifla oħra bejn l-2016 u l-2020.

(25)

Fl-Assemblea Dinjija tas-Saħħa tal-2012, il-Ministri għas-saħħa approvaw il-Pjan ta’ Azzjoni Globali dwar it-Tilqim, sabiex jiżguraw li ħadd ma jitlef immunizzazzjoni vitali sal-2020. Fl-2014 il-Kumitat Reġjonali Ewropew tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (‘WHO’) adotta l-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar it-Tilqim 2015-2020.

(26)

L-Għan tlieta tal-Aġenda 2030 għal Żvilupp Sostenibbli (16) - “Jiġu żgurati ħajjiet f’saħħithom u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd f’kull età” - jenfasizza l-importanza tat-tilqim fil-protezzjoni tal-persuni mill-mard. Barra minn hekk, permezz tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp “Id-Dinja Tagħna, Id-Dinjità Tagħna, Il-Futur Tagħna” (17), l-UE u l-Istati Membri tagħha jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jipproteġu d-dritt ta’ kulħadd li jgawdi l-ogħla standard ta’ saħħa fiżika u mentali li jista’ jintlaħaq, inkluż billi jgħinu sabiex jiġi żgurat aċċess għal mediċini u tilqim affordabbli u essenzjali għal kulħadd.

(27)

Azzjoni Konġunta dwar it-Tilqim, ikkofinanzjata mit-tielet Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (18), li tibda fl-2018, għandha tiffoka fuq il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar il-politiki nazzjonali tat-tilqim u l-identifikazzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi rigward sistemi elettroniċi ta’ informazzjoni dwar l-immunizzazzjoni, previżjonijiet tat-tilqim, prijoritizzazzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp tat-tilqim, u riċerka sabiex tiġi indirizzata r-retiċenza dwar it-tilqim.

(28)

L-azzjonijiet imressqa f’din ir-Rakkomandazzjoni għandhom l-għan li jżidu s-sigurtà tas-saħħa pubblika, inaqqsu l-inugwaljanzi bejn l-Istati Membri, u jżidu s-sigurtà tal-provvista tat-tilqim fis-Suq Intern. Dawn jikkomplementaw u jsaħħu l-politiki u l-azzjonijiet nazzjonali fl-Istati Membri kollha filwaqt li jqisu l-punti ta’ tluq differenti tagħhom fir-rigward tal-politiki dwar l-immunizzazzjoni, it-twaqqif istituzzjonali, id-differenzi reġjonali, u l-kapaċitajiet tal-kura tas-saħħa.

(29)

Din ir-Rakkomandazzjoni hija konsistenti mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI:

1.

Jiżviluppaw u jimplimentaw pjanijiet ta’ tilqim fil-livell nazzjonali u/jew reġjonali, kif adatt, bil-għan li tiżdied il-kopertura tat-tilqim sabiex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri tal-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar it-Tilqim tal-WHO sal-2020. Dawn il-pjanijiet jistgħu jinkludu, pereżempju, dispożizzjonijiet għal finanzjament sostenibbli u forniment ta’ tilqim, approċċ ta’ tul il-ħajja kollha għat-tilqim, kapaċità li tingħata risposta għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, u attivitajiet ta’ komunikazzjoni u promozzjoni.

2.

Jimmiraw biex sal-2020 jiksbu, b’mod partikolari għall-ħosba, ir-rata ta’ kopertura tat-tilqim ta’ 95 %, b’żewġ dożi tat-tilqim għall-popolazzjoni tat-tfal fil-mira, u jaħdmu biex ineħħu d-distakki fl-immunità fil-gruppi tal-etajiet l-oħra kollha bl-għan li l-ħosba tiġi eliminata fl-UE.

3.

Jintroduċu kontrolli ta’ rutina tal-istatus tat-tilqim u opportunitajiet regolari sabiex jingħata tilqim fi stadji differenti tal-ħajja, permezz ta’ żjarat ta’ rutina fis-sistema tal-kura tas-saħħa primarja u permezz ta’ miżuri addizzjonali meħuda, pereżempju, meta jibdew l-iskola (kindergarten), fil-post tax-xogħol jew f’faċilitajiet ta’ kura, skont il-kapaċitajiet nazzjonali.

4.

Jiffaċilitaw l-aċċess għal servizzi ta’ tilqim nazzjonali u/jew reġjonali, permezz ta’:

(a)

simplifikazzjoni u twessiegħ ta’ opportunitajiet biex joffru tilqim, jisfruttaw fornituri bbażati fil-komunità; u

(b)

jiżguraw kuntatt immirat mal-aktar gruppi vulnerabbli fosthom gruppi esklużi soċjalment, sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi u n-nuqqasijiet fil-kopertura tat-tilqim.

5.

Jinkoraġġixxu u jikkooperaw ma’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-partijiet ikkonċernati rilevanti biex jikkunsidraw jinkludu u jsaħħu t-taħriġ dwar mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim, il-vaċċinoloġija, u l-immunizzazzjoni fil-kurrikuli mediċi nazzjonali u kwalunkwe programm edukattiv mediku kontinwu għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa fis-setturi kollu kull meta huwa rrakkomandat, sabiex jissaħħaħ ir-rwol ewlieni tagħhom li jimmiraw lejn rati ogħla ta’ kopertura tat-tilqim.

Jużaw l-opportunitajiet offruti mill-FES u l-FERŻ sabiex jappoġġaw it-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa dwar mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim, il-vaċċinoloġija, u l-immunizzazzjoni u sabiex isaħħu l-kapaċitajiet tal-infrastruttura tas-saħħa nazzjonali u reġjonali, inkluż sistemi elettroniċi ta’ informazzjoni dwar l-immunizzazzjoni, fil-qasam tat-tilqim.

6.

Meta meħtieġ, iżidu l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji tat-tilqim billi:

(a)

jippreżentaw evidenza xjentifika f’forma li tinftiehem minn persuni mhux esperti, billi jużaw strateġiji differenti bbażati fuq il-kuntest, biex jaħdmu kontra t-tixrid ta’ miżinformazzjoni, inkluż, pereżempju, permezz ta’ għodod diġitali u sħubiji mas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati oħra;

(b)

jinvolvu ruħhom mal-atturi rilevanti u joffrulhom taħriġ, bħall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, partijiet ikkonċernati fl-edukazzjoni, is-sħab soċjali u l-media bħala multiplikaturi, sabiex tiġi miġġielda l-kompjaċenza u tiżdied il-fiduċja fl-immunizzazzjoni.

7.

Jesploraw il-possibbiltà li tiġi żviluppata l-kapaċità tal-istituzzjonijiet tas-saħħa u tal-kura tas-saħħa biex ikollhom informazzjoni elettronika dwar l-istatus tat-tilqim taċ-ċittadini, pereżempju abbażi ta’ sistemi ta’ informazzjoni li jipprovdu funzjonalitajiet ta’ tfakkira, li jiġbru data aġġornata dwar il-kopertura tat-tilqim fil-gruppi tal-etajiet kollha u li jippermettu rabtiet u skambji tad-data fis-sistemi tal-kura tas-saħħa kollha.

8.

Fejn adegwat, iżidu l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni tat-tilqim sabiex ikun hemm biżżejjed riżorsi disponibbli għall-avvanz rapidu ta’ tilqim ġdid jew imtejjeb, u jiffaċilitaw l-adozzjoni tar-riċerka dwar it-tilqim għal programmi u politiki ta’ tilqim nazzjonali jew reġjonali infurmati aħjar.

HAWNHEKK JILQA’ L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI TIEĦU L-AZZJONIJIET LI ĠEJJIN, FIL-QAFAS TA’ KOOPERAZZJONI MILL-QRIB MAL-ISTATI MEMBRI:

9.

Timmira li tistabbilixxi sistema Ewropea għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar it-Tilqim (EVIS), ikkoordinata mill-ECDC, sabiex:

(a)

flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa pubblika,

(i)

teżamina l-fattibbiltà li sal-2020 jiġu stabbiliti linji gwida għal skeda ewlenija tal-UE tat-tilqim b’kont meħud tar-rakkomandazzjonijiet tal-WHO għal immunizzazzjoni b’rutina, bil-għan li tittejjeb il-kompatibbiltà ta’ skedi nazzjonali u tiġi promossa l-ekwità fil-protezzjoni tas-saħħa taċ-ċittadini tal-UE kif ukoll il-fattibbiltà li tinħoloq kard komuni tat-tilqim;

(ii)

issaħħaħ il-konsistenza, it-trasparenza u l-metodoloġiji fil-valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali u reġjonali dwar it-tilqim, billi taqsam l-evidenza u l-għodda xjentifiċi bl-appoġġ tal-Gruppi Konsultattivi Tekniċi Nazzjonali dwar l-Immunizzazzjoni (NITAG);

(iii)

tfassal metodoloġiji u gwida tal-UE dwar ir-rekwiżiti tad-data għal monitoraġġ aħjar tar-rati ta’ kopertura tat-tilqim fost il-gruppi ta’ etajiet kollha, inkluż il-ħaddiema fil-kura tas-saħħa, f’kooperazzjoni mal-WHO u jiġbor data bħal din u taqsamha fil-livell tal-UE;

(b)

tistabbilixxi, sal-2019, portal Ewropew ta’ informazzjoni dwar it-tilqim, bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, sabiex tipprovdi online evidenza oġġettiva, trasparenti u aġġornata dwar it-tilqim, il-benefiċċji u s-sigurtà tiegħu, u l-proċess ta’ farmakoviġilanza.

(c)

tiġġieled kontra l-miżinformazzjoni online dwar it-tilqim u tiżviluppa għodod ta’ informazzjoni u gwida bbażati fuq l-evidenza sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fl-indirizzar tal-inċertezza mit-tilqim, f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-indirizzar tad-diżinformazzjoni online.

10.

Bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u b’kooperazzjoni mal-ECDC, tissorvelja kontinwament il-benefiċċji u r-riskji tat-tilqim, fil-livell tal-UE, inkluż permezz ta’ studji dwar is-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq.

11.

Taħdem biex tiżviluppa metodoloġiji u bies jissaħħu l-kapaċitajiet biex tiġi vvalutata l-effettività relattiva tat-tilqim u l-programmi ta’ tilqim.

12.

Issaħħaħ l-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għall-aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol, kif stipulat fid-Direttiva 2000/54/KE u fid-Direttiva tal-Kunsill 2010/32/UE, b’kont meħud tal-kompetenzi nazzjonali, b’mod partikolari billi tiġi appoġġata l-edukazzjoni kontinwa tal-ħaddiema fil-kura tas-saħħa, jiġi ssorveljat l-istatus tal-immunizzazzjoni tagħhom u, fejn meħtieġ, jiġi offrut tilqim b’mod attiv sabiex jiġu żgurati livelli adegwati ta’ sikurezza tal-pazjenti u tal-ħaddiema fil-kura tas-saħħa.

13.

Tipprovdi evidenza u data, inkluż permezz ta’ European Schoolnet, sabiex tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex isaħħu l-aspetti relatati mal-vaċċinoloġija u l-immunizzazzjoni fil-kurrikuli mediċi nazzjonali tagħhom u fl-edukazzjoni postgradwatorja.

14.

Taħdem biex issaħħaħ il-provvista tat-tilqim u jitnaqqsu r-riskji ta’ skarsezza billi:

(a)

tikkunsidra li tiżviluppa maħżen tad-data Ewropew virtwali dwar il-bżonnijiet tat-tilqim u, jekk applikabbli, stokkijiet li jistgħu jiġu offruti, sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju volontarju ta’ informazzjoni dwar provvisti disponibbli, eċċessi possibbli u skarsezzi globali ta’ tilqim essenzjali;

(b)

tikkunsidra li tiżviluppa kunċett għal mekkaniżmu għall-iskambju tal-provvisti tat-tilqim minn Stat Membru għal ieħor f’każ ta’ tifqigħa, filwaqt li ttejjeb ir-rabtiet bejn il-provvista u d-domanda tat-tilqim;

(c)

tesplora l-fattibbiltà ta’ ħażna fiżika u tinvolvi ruħha fi djalogu mal-kumpanniji li jipproduċu t-tilqim dwar mekkaniżmu li jiffaċilita l-ħażna u d-disponibbiltà tat-tilqim f’każ ta’ tifqigħat b’kont meħud ta’ nuqqasijiet globali ta’ tilqim essenzjali;

(d)

tikkunsidra, b’mod konġunt mal-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari mal-industrija li timmanifattura t-tilqim, li għandha rwol ewlieni biex tilħaq dawn l-għanijiet, il-possibiltajiet għat-titjib tal-kapaċità tal-manifattura tal-UE, tiżgura l-kontinwità tal-provvista u tiżgura d-diversità tal-fornituri;

(e)

tesplora l-possibiltajiet tal-akkwist konġunt ta’ tilqim jew antitossini li għandhom jintużaw f’pandemiji, tifqigħat mhux mistennija u f’każijiet ta’ domanda żgħira għat-tilqim (numru żgħir ta’ każijiet jew popolazzjonijiet speċifiċi ħafna li għandhom jiġu koperti);

(f)

tappoġġa n-netwerk tal-Laboratorji Uffiċjali għall-Kontroll tal-Mediċini tal-UE u l-ħidma tiegħu biex tiżgura li t-tilqim li jitqiegħed fis-suq tal-UE ikun ta’ kwalità għolja.

(g)

tissorvelja l-konformità mal-obbligu ta’ provvista kontinwa ta’ mediċini lil dawk li għandhom awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (l-Artikolu 81 tad-Direttiva 2001/83/KE) u tesplora modi kif ittejjeb il-konformità ma’ dak l-obbligu.

(h)

tikkunsidra li tiffaċilita, flimkien mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, djalogu bikri ma’ żviluppaturi, dawk li jfasslu l-politika u regolaturi nazzjonali sabiex jappoġġaw l-awtorizzazzjoni ta’ tilqim innovattiv, inkluż għal theddid emerġenti għas-saħħa.

15.

Iżżid l-effettività u l-effiċjenza tal-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp tal-UE u nazzjonali dwar it-tilqim permezz ta’ sforzi sabiex:

(a)

issaħħaħ l-isħubiji u l-infrastrutturi tar-riċerka eżistenti u tistabbilixxi oħrajn ġodda, inkluż għal provi kliniċi;

(b)

tfittex kunsens dwar ħtiġijiet mhux issodisfati tal-popolazzjoni u l-prijoritajiet miftiehma għat-tilqim li jistgħu jintużaw sabiex jiġu infurmati programmi ta’ finanzjament għar-riċerka dwar it-tilqim f’livell nazzjonali u tal-UE, inkluż l-ingranaġġ tal-vantaġġi tal-Koalizzjoni għal innovazzjonijiet ta’ Tħejjija għall-Epidemija (CEPI) u l-Kollaborazzjoni għar-Riċerka Globali għat-Tħejjija għall-Mard Infettiv (‘GloPID-R’);

(c)

tikkunsidra li tinvesti fir-riċerka dwar ix-xjenza soċjali u tal-imġiba dwar id-determinanti tal-inċertezza mit-tilqim bejn sottogruppi differenti tal-popolazzjoni u ħaddiema fil-kura tas-saħħa.

B’DAN JILQA’ L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI:

16.

Teżamina kwistjonijiet ta’ kopertura insuffiċjenti tat-tilqim ikkawżati minn moviment transfruntiera ta’ persuni fi ħdan l-UE u tfittex possibiltajiet biex tindirizzahom, inkluż billi teżamina l-fattibbiltà tal-iżvilupp ta’ kard/passaport ta’ tilqim komuni għaċ-ċittadini tal-UE (li jieħu kont tal-iskedi nazzjonali tat-tilqim potenzjalment differenti u) li jkun kompatibbli ma’ sistemi ta’ informazzjoni elettronika dwar l-immunizzazzjoni u rikonoxxut għal użu transfruntiera, mingħajr ma tiġi duplikata l-ħidma fil-livell nazzjonali.

17.

Timmira li tipproduċi fuq bażi regolari, pereżempju fil-kuntest tal-Istat tas-Saħħa fil-proċess tal-UE, rapport dwar l-istat tal-fiduċja fit-tilqim fl-UE, biex tissorvelja l-attitudnijiet lejn it-tilqim. Abbażi ta’ dak ir-rapport u b’kont meħud tal-ħidma relatata tal-WHO, tippreżenta gwida li tista’ tappoġġa lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-inċertezza mit-tilqim.

18.

Tlaqqa’ Koalizzjoni għat-Tilqim sabiex tgħaqqad flimkien assoċjazzjonijiet Ewropej ta’ ħaddiema fil-kura tas-saħħa kif ukoll assoċjazzjonijiet ta’ studenti rilevanti f’dan il-qasam, sabiex jimpenjaw ruħhom li jipprovdu informazzjoni preċiża lill-pubbliku, jiġġieldu l-ideat foloz u jiskambjaw l-aħjar prattiki.

19.

Issaħħaħ l-impatt tal-Ġimgħa Ewropea tal-Immunizzazzjoni annwali billi tospita inizjattiva tal-UE għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u tappoġġa l-attivitajiet tal-Istati Membri stess.

20.

Tidentifika ostakli għall-aċċess u l-appoġġ ta’ interventi biex jiżdied l-aċċess għat-tilqim għal gruppi żvantaġġati u esklużi soċjalment inkluż bil-promozzjoni ta’ medjaturi tas-saħħa u netwerks tal-komunità fil-livell lokali, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet nazzjonali.

21.

Tiżviluppa gwida sabiex jiġu megħluba l-ostakli legali u tekniċi li jimpedixxu l-interoperabbiltà tas-sistemi nazzjonali tal-informazzjoni dwar l-immunizzazzjoni, b’kunsiderazzjoni xierqa għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-faċilitazzjoni tat-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa u tal-kura fis-Suq Uniku Diġitali, l-għoti ta’ setgħa liċ-ċittadini u l-bini ta’ soċjetà aktar b’saħħitha.

22.

Tkompli tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni permezz tal-programmi qafas tal-EU għar-riċerka u l-innovazzjoni għall-iżvilupp ta’ tilqim ġdid, sikur u effettiv, u l-ottimizzazzjoni tat-tilqim eżistenti

23.

Issaħħaħ is-sħubiji u l-kollaborazzjoni eżistenti ma’ atturi u inizjattivi internazzjonali, bħall-WHO u l-Grupp Konsultattiv Strateġiku ta’ Esperti dwar l-Immunizzazzjoni (SAGE) tagħha, il-Grupp Konsultattiv Tekniku Ewropew ta’ Esperti dwar l-Immunizzazzjoni (ETAGE), il-proċessi tal-Aġenda u l-Inizjattiva Globali dwar is-Sigurtà tas-Saħħa (Inizjattiva Globali dwar is-Sigurtà tas-Saħħa, Aġenda Globali dwar is-Sigurtà tas-Saħħa), il-Unicef u inizjattivi ta’ ffinanzjar u riċerka bħall-Gavi, CEPI, GloPID-R u JPIAMR (l-Inizjattiva ta’ Programmazzjoni Konġunta dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi).

24.

Tirrapporta fuq bażi regolari dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni abbażi ta’ indikaturi maqbula mill-Istati Membri u ta’ informazzjoni minn sorsi rilevanti oħra.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

B. HARTINGER-KLEIN


(1)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tilqim bħala għodda effettiva fis-saħħa pubblika (2014/C 438/04) (ĠU C 438, 6.12.2014, p. 3)

(2)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-immunizzazzjoni tat-tfal: suċċessi u sfidi tal-Immunizzazzjoni Ewropea tat-tfal u t-triq ’il quddiem (ĠU C 202, 8.7.2011, p. 4)

(3)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-analiżi ta’ nofs it-terminu tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar is-Suq Uniku Diġitali, Suq Uniku Diġitali Konness għal kulħadd, COM/2017/0228.

(4)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika 2012-2020, COM/2012/736.

(5)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-iffaċilitar tat-trasformazzjoni diġitali tal-kura u tas-saħħa fis-Suq Uniku Diġitali; l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini u l-bini ta’ soċjetà aktar b’saħħitha, COM(2018)233.

(6)  Id-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Settembru 2000, dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 262, 17.10.2000, p. 21).

(7)  Direttiva 2010/32/UE tal-10 ta’ Mejju 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas dwar il-prevenzjoni ta’ korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa li ġie konkluż mill-HOSPEEM u l-EPSU, (ĠU L 134, 1.6.2010, p. 66).

(8)  Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

(9)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar valuri u prinċipji komuni fis-sistemi tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 146, 22.6.2006, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1).

(11)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

(12)  Ir-Regolament 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).

(13)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar Pjan ta’ Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika (RAM) COM(2017)339.

(14)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-retiċenza dwar it-tilqim u t-tnaqqis fir-rati ta’ tilqim fl-Ewropa (Għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU).

(15)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-indirizzar tad-diżinformazzjoni online: Approċċ Ewropew, COM(2018)236.

(16)  Ir-Riżoluzzjoni 70/1 adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta’ Settembru 2015: “Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għal Żvilupp Sostenibbli”.

(17)  Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni. Il-Kunsens Ewropew ġdid għall-Iżvilupp “Id-Dinja Tagħna, id-Dinjità Tagħna, il-Futur Tagħna” (ĠU C 210, 30.6.2017, p. 1).

(18)  Regolament Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

28.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 466/8


DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew

(2018/C 466/02)

IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 223(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 25 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

F’konformita’ mal-Artikolu 69(1) tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (2) (“il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni”), l-ammonti tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar li jistgħu jiġu rimborżati, l-allowance għas-sussistenza ta’ kuljum u l-allowance għall-ispejjeż ġenerali jistgħu jintrabtu kull sena mal-indiċi tal-għoli tal-ħajja mill-Bureau, sa żieda massima ugwali għar-rata ta’ inflazzjoni annwali fl-Unjoni Ewropea f’Ottubru tas-sena ta’ qabel, kif ippublikata mill-Eurostat.

(2)

Ir-rata ta’ inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu minn Ottubru 2017 sa Ottubru 2018, kif ġiet innotifikata mill-Eurostat fis-16 ta’ Novembru 2018 hija ta’ 2,2 %. L-ammonti l-ġodda li jirriżultaw mill-aġġustament meħtieġ sabiex titqies ir-rata ta’ inflazzjoni għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2019 u l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni għandhom jiġu emendati konsegwentement.

(3)

Skont l-Artikolu 69(2) tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni, l-ammont massimu tal-ispejjeż għall-assistenza parlamentari li jistgħu jitħallsu fir-rigward tal-membri tal-istaff personali msemmija fl-Artikolu 33(4) tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni għandu, jekk ikun il-każ, jintrabat kull sena mal-indiċi tal-għoli tal-ħajja fuq il-bażi ta’ data stabbilita b’applikazzjoni tal-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (3).

(4)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabbiliet li r-rata ta’ aġġustament għall-2018 hija ta’ 1,7 %. Għaldaqstant, l-ammont massimu li jista’ jitħallas fix-xahar għall-ispejjeż għall-assistenza parlamentari għandu jiżdied għal EUR 24 943 b’effett mill-1 ta’ Lulju 2018.

(5)

Fid-dawl tal-kontijiet tal-Fond ta’ Pensjoni Addizzjonali (Volontarja), huwa neċessarju li jittieħdu għadd ta’ miżuri ekonomikament inevitabbli bil-għan li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-Fond ta’ Pensjoni Addizzjonali (Volontarja), biex tiġi indirizzata l-problema dejjem akbar tal-likwidità u biex jitnaqqsu d-defiċit attwarjali u l-konsegwenzi negattivi għall-kontribwenti Ewropej.

(6)

Għal dan il-għan, u bil-ħsieb li jiġu rispettati d-drittijiet akkwistati tal-benefiċjarji li diġà qed jirċievu pensjoni, il-modalitajiet għal-pensjonijiet addizzjonali għal benefiċjarji li sal-1 ta’ Jannar 2019 ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha biex jirċievu pensjoni jenħtieġ li jiġu modifikati kif ġej: l-età tal-irtirar għall-benefiċjarji tal-Iskema ta’ Pensjoni Addizzjonali (Volontarja) jenħtieġ li tiżdied mill-età attwali ta’ 63 sena għal 65 sena u imposta ta’ 5 % jenħtieġ li tiġi ntrodotta fuq il-pagamenti kollha tal-pensjonijiet għal pensjonijiet stabbiliti wara l-1 ta’ Jannar 2019. Dawk il-miżuri jikkostitwixxu l-miżuri l-inqas intrużivi possibbli għall-persuni kkonċernati.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 15, punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

fil-każ ta’ vjaġġ bil-karozza, b’limitu ta’ rimborż ta’ 1 000 km għal kull vjaġġ lil hinn jew kull vjaġġ ta’ ritorn: EUR 0,53/km, kif ukoll il-prezz ta’ kwalunkwe qsim bil-vapur jew trasport simili, li jkun meħtieġ.”;

(2)

Fl-Artikolu 20(1), punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

għall-parti tal-vjaġġ bejn 0 u 50 km: EUR 23,63;”;

(3)

L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont massimu annwali li jista’ jiġi rimborżat f’dak li għandu x’jaqsam mal-ispejjeż tal-ivvjaġġar li jsiru fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1), punt (b) għandu jkun ta’ EUR 4 454.”;

(b)

l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 huwa sostitwit b’li ġej:

“3.   L-ammont massimu annwali li jista’ jiġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar li jkunu effettivament inkorsi mill-presidenti ta’ kumitati jew ta’ sottokumitati li jivvjaġġaw sabiex jattendu konferenzi jew avvenimenti li jittrattaw kwistjoni ta’ interess Ewropew fl-ambitu tar-responsabilità tal-kumitat jew is-sottokumitat tagħhom u li jkollhom dimensjoni parlamentari, għandu jkun ta’ EUR 4 454. Parteċipazzjoni bħal din għandha teħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel mill-President tal-Parlament, wara li ssir verifika li jkunu disponibbli l-approprjazzjonijiet sal-ammont massimu indikat hawn fuq.”;

(4)

Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Jekk l-attività uffiċjali ssir fit-territorju tal-Unjoni, Membru għandu jirċievi allowance ta’ EUR 320 li tingħata f’daqqa u ta’ darba.”;

(5)

Fl-Artikolu 26, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-ammont tal-allowance ta’ kull xahar skont l-Artikolu 25 għandu jkun ta’ EUR 4 513.”;

(6)

Fl-Artikolu 33, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-ammont massimu kull xahar li jista’ jitħallas fir-rigward tal-istaff personali msemmi fl-Artikolu 34 għandu jkun EUR 24 943.”;

(7)

L-Artikolu 76 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Pensjoni addizzjonali li ssir pagabbli lil ex Membri jew benefiċjarji oħra skont l-Artikoli 1, 3 u 4 tal-Anness VII tar-Regoli PEAM qabel l-1 ta’ Jannar 2019 għandha tibqa’ titħallas skont dak l-Anness kif applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2018”.

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Kwalunkwe pensjoni addizzjonali li fl-1 ta’ Jannar 2019 tkun għadha ma saritx pagabbli, għandha tiġi ddeterminata u mħallsa skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Anness VII tar-Regoli PEAM soġġetta għal-kundizzjonijiet u d-derogi li ġejjin:

(a)

il-pensjoni għandha tkun pagabbli mill-ewwel jum tax-xahar kalendarju wara d-data li fiha l-Membru jilħaq l-età ta’ 65 sena.

(b)

il-pensjoni għandha tkun soġġetta għal imposta speċjali li tammonta għal 5 % tal-ammont nominali tal-pensjoni. L-imposta jenħtieġ li tkun pagabbli direttament lill-Fond tal-Pensjoni Addizzjonali (Volontarja).”:

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Il-pensjoni addizzjonali (volontarja) għal benefiċjarji oħra skont l-Artikoli 3 u 4 tal-Anness VII tar-Regoli PEAM li fl-1 ta’ Jannar 2019 tkun għadha ma saritx pagabbli għandha tkun soġġetta għal imposta speċjali li tammonta għal 5 % tal-ammont nominali tal-pensjoni pagabbli. L-imposta għandha tkun pagabbli direttament lill-Fond tal-Pensjoni Addizzjonali (Volontarja).”

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2019, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1(6), li għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2018.


(1)  Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2005 li tadotta l-istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU C 159, 13.7.2009, p. 1).

(3)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

28.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 466/11


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-27 ta’ Diċembru 2018

(2018/C 466/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1377

JPY

Yen Ġappuniż

126,14

DKK

Krona Daniża

7,4672

GBP

Lira Sterlina

0,90073

SEK

Krona Żvediża

10,2725

CHF

Frank Żvizzeru

1,1279

ISK

Krona Iżlandiża

133,00

NOK

Krona Norveġiża

9,9698

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,858

HUF

Forint Ungeriż

321,56

PLN

Zloty Pollakk

4,2945

RON

Leu Rumen

4,6536

TRY

Lira Turka

6,0067

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6161

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5500

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,9109

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6964

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5617

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 276,84

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,5208

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8109

HRK

Kuna Kroata

7,4125

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 608,20

MYR

Ringgit Malażjan

4,7419

PHP

Peso Filippin

59,991

RUB

Rouble Russu

78,8767

THB

Baht Tajlandiż

37,026

BRL

Real Brażiljan

4,4786

MXN

Peso Messikan

22,6283

INR

Rupi Indjan

79,9445


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


28.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 466/12


Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 466/04)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fuq paġna 380, it-test “9406 00 Bini prefabbrikat” huwa sostitwit b’li ġej:

9406

Bini prefabbrikat

Din l-intestatura tinkludi ‘poly-tunnels’, magħmula minn elementi tal-bini (tipikament tubi tal-azzar jew tal-aluminju), ħitan u saqaf (tipikament tal-plastik jew tal-ħġieġ), użati fl-ortikultura, biex jitkabbru x-xtieli fihom, imħarsa mill-elementi. Huma ddiżinjati għal użu fit-tul fuq barra, huma ta’ kostruzzjoni stabbli u jifilħu għal kull xorta ta’ temp. Huma kbar biżżejjed biex persuna tkun tista’ tidħol fihom. Jistgħu wkoll ikunu ddiżinjati biex jiġu mgħammra b’karatteristiċi addizzjonali, bħat-tisħin jew l-arja kkundizzjonata.

Madankolu, il-‘poly-tunnels’ li jintużaw fl-ortikultura li m’għandhomx il-karattru ta’ binja prefabbrikata (eż. il-kostruzzjoni mhix ta’ natura stabbli, huma ddiżinjati għall-użu temporanju, jistgħu jiżżarmaw u jiġu mċaqilqa faċilment) għandhom jiġu kklassifikati skont il-materjal kostitwenti tal-elementi tal-bini tagħhom (tipikament tubi tal-azzar jew tal-aluminju) li lill-oġġett jagħtuh il-karattru essenzjali tiegħu skont it-tifsira tar-regola ġenerali 3 (b).

Eżempji ta’ prodotti koperti mill-intestatura 9406:

Image

Immaġni Nru 1

Image

Immaġni Nru 2

Eżempji ta’ prodotti li għandhom jiġu kklassifikati skont il-materjal kostitwenti tal-elementi tal-bini tagħhom (tubi):

Image

Immaġni Nru 3

Image

Immaġni Nru 4

Image

Immaġni Nru 5.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


28.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 466/14


Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2019

(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

(2018/C 466/05)

Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta’ riferenza u ta’ tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punti bażi fuq ir-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

It-tabella ta’ qabel din hija ppubblikata fil-ĠU C 412, 14.11.2018, p. 4.

Minn

sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.1.2019

-0,16

-0,16

0,00

-0,16

1,98

-0,16

0,02

-0,16

-0,16

-0,16

-0,16

-0,16

0,28

0,56

-0,16

-0,16

-0,16

-0,16

-0,16

-0,16

-0,16

1,87

-0,16

3,56

-0,31

-0,16

-0,16

1,09


28.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 466/15


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 466/06)

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Belġju

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Il-Belġju

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-450 anniversarju mill-mewt ta’ Pieter Bruegel, l-Anzjan

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-parti ta’ ġewwa tal-munita tirrapreżenta l-wiċċ tal-artist famuż Belġjan Pieter Bruegel, l-Anzjan, flimkien ma’ pittura fuq kavallett. Fuq dan, jidhru l-isem P. Bruegel, is-snin 1569, b’obelisk sottili li jirreferi għas-sena tal-mewt, u 2019, is-sena tal-ħruġ.

Peress li z-Zekka Rjali tan-Netherlands se tkun responsabbli għall-ħruġ tal-muniti, il-marka taz-zekka ta’ Utrecht, il-bakketta ta’ merkurju tidher fuq ix-xellug flimkien mal-marka tal-mastru taz-zekka Belġjana, l-arma tal-muniċipalità ta’ Herzele, il-kodiċi tal-pajjiż BE. L-inizjali LL li jirreferu għad-disinjatur tal-munita, is-Sur Luc Luycx, jidhru fuq il-lemin. Fl-aħħar nett, madwar it-tarf tan-naħa ta’ ġewwa tikek żgћar jifformaw ċirku.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 155 000 munita

Data tal-ħruġ : Jannar 2019


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


28.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 466/16


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 466/07)

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Belġju

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Il-Belġju

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-25 anniversarju tal-Istitut Monetarju Ewropew (IME)

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-parti ta’ ġewwa, fuq il-lemin tal-munita juri l-wiċċ ta’ Alexandre Lamfalussy, l-ewwel President tal-IME, b’ismu taħtu. Fil-parti ċentrali, fuq in-naħa tax-xellug, jidher l-akronimu EMI bis-sena 1994 fuqha, bħala riferiment għad-data tat-twaqqif tal-Istitut u l-ħatra ta’ Lamfalussy bħala l-ewwel president tiegħu. Taħt l-akronimu “IME”, jidhru diversi muniti fuq xulxin bl-iskrizzjoni €, “ECU” u “BEF” minn fuq għal isfel. Minħabba l-fatt li huwa ħruġ ta’ munita Belġjana, intgħażel l-akronimu “BEF”, li huwa l-akronimu tal-munita nazzjonali preċedenti tal-Belġju. Din ir-rappreżentazzjoni tissimbolizza t-tranżizzjoni tal-muniti nazzjonali għal munita unika Ewropea, l-euro, minħabba li l-objettiv ewlieni tal-IME kien it-twaqqif tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, inkluż il-BĊE u l-munita l-ġdida. Fil-parti ta’ fuq in-naħa tax-xellug tal-munita tidher l-iskrizzjoni “Istitut Monetarju Ewropew”.

Peress li z-Zekka Irjali Netherlandiża se tkun responsabbli għall-ħruġ tal-muniti, il-marka taz-zekka ta’ Utrecht, il-bakketta ta’ merkurju tidher fuq ix-xellug mal-marka tal-masru taz-zekka Belġjana, l-arma tal-muniċipalità ta’ Herzele. Il-kodiċi tal-pajjiż BE u l-marka tas-sena 2019 jinsabu fil-qiegħ. L-inizjali LL jirreferu għad-disinjatur tal-munita, is-Sur Luc Luycx, u jidhru fuq il-lemin.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 155 000 munita

Data tal-ħruġ : Jannar 2019


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


28.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 466/17


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 466/08)

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Ġermanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma permessi li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : il-Ġermanja

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Is-70 anniversarju mit-twaqqif tal-Bundesrat.

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri rappreżentazzjoni skulturata b’mod dettaljat ħafna tal-bini tal-Bundesrat. In-nofs ta’ fuq tal-parti ta’ ġewwa tal-munita tinkludi l-marka taz-zekka taz-zekka rispettiva (“A”, “D”, “F”, “G” jew “J”), l-inizjali tal-artist u s-sena “2019”. In-nofs ta’ isfel tal-parti ta’ ġewwa tal-munita tinkludi l-iskrizzjoni “BUNDESRAT” u l-kodiċi tal-pajjiż ta’ ħruġ tal-Ġermanja “D”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd stmat ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

30 000 000

Data tal-ħruġ : Jannar/Frar 2019


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


28.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 466/18


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 466/09)

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Spanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma permessi li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Spanja

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Is-Siti ta’ Wirt Kulturali u Naturali Dinji tal-Unesco – il-belt antika ta’ Avila u l-knejjes tagħha barra l-ħitan

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-belt ta’ Avila żammet l-awsterità u l-purità ta’ stil medjevali, imdawra b’ħitan l-iktar intatt ta’ Spanja.

Fiċ-ċentru, id-disinn jirrappreżenta dettall mill-ħajt ta’ Avila. Fuq in-naħa ta’ fuq, tidher il-kelma “ESPANA” b’mod ċirkulari axxendenti, is-sena tal-ħruġ “2019” u l-marka taz-zekka.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd stmat ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

1 000 000

Data tal-ħruġ : L-ewwel tliet xhur tal-2019


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


28.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 466/19


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 466/10)

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Italja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : L-Italja

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-500 anniversarju mill-mewt ta’ Leonardo da Vinci

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri dettall tal-pittura “Dama con l’ermellino” (Mara b’Ermellin) ta’ Leonardo da Vinci (il-mużew Czartoryski fi Krakovja). Fuq ix-xellug, l-iskrizzjoni “Leonardo”, l-inizjali tal-awtriċi Maria Angela Cassol “MAC” u l-logo “RI” l-akronimu tar-Repubblika Taljana; fuq il-lemin, “R”, u l-marka taz-zekka taz-Zekka ta’ Ruma, u d-dati “1519-2019”, rispettivament, is-sena tal-mewt ta’ Leonardo u s-sena tal-ħruġ tal-muniti.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

3 000 000

Data tal-ħruġ : Jannar 2019


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


28.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 466/20


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 466/11)

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Lussemburgu

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Il-Lussemburgu

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-100 anniversarju mill-aċċess għat-tron tal-Gran Dukessa Charlotte

Deskrizzjoni tad-disinn : Fuq ix-xellug, id-disinn juri x-xbieha tal-Altezza Rjali Tiegħu, il-Gran Duka Henri, u fuq in-naħa tal-lemin, ix-xbieha tal-Gran Dukessa Charlotte. Fil-qiegħ hemm l-isem tal-pajjiż emittenti “LUXEMBOURG” u taħtu tidher is-sena tal-ħruġ “2019”. Fin-naħa ta’ fuq, f’nofs-ċirku madwar ix-xbihat tidher l-iskrizzjoni “Centenaire de l’accession au trône de la Grande-Duchesse Charlotte” (Ċentinarju mill-aċċess għat-tron tal-Gran Dukessa Charlotte).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

500 000

Data tal-ħruġ : Jannar 2019


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

28.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 466/21


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-operat tas-servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 466/12)

Stat Membru

Il-Portugall

Rotot ikkonċernati

Bragança – Vila Real – Viseu – Cascais – Portimão – Cascais – Viseu – Vila Real – Bragança

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Erba’ (4) snin wara l-bidu tal-operat

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti

62 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din l-istedina

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligi tas-servizz pubbliku mmodifikati

Id-dokumenti kollha huma disponibbli fuq: http://www.saphety.com

Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja:

Ministério do Planeamento e das Infraestruturas

Gabinete do Secretário de Estado das Infraestruturas

Av. Barbosa do Bocage n.o 5 – 2.o andar

1049-039 Lisboa

PORTUGAL

Email: gab.infraestruturas@mpi.gov.pt


28.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 466/22


Festi pubbliċi fl-2019

(2018/C 466/13)

Belgique/België

1.1, 2.1, 22.4, 1.5, 8.5, 30.5, 10.6, 11.7, 21.7, 15.8, 27.9, 1.11, 2.11, 11.11, 15.11, 25.12, 26.12, 27.12, 30.12, 31.12

България

1.1, 3.3, 4.3, 26.4, 27.4, 28.4, 29.4, 1.5, 6.5, 24.5, 6.9, 22.9, 23.9, 24.12, 25.12, 26.12

Česká republika

1.1, 19.4, 22.4, 1.5, 8.5, 5.7, 6.7, 28.9, 28.10, 17.11, 24.12, 25.12, 26.12

Danmark

1.1, 18.4, 19.4, 21.4, 22.4, 17.5, 30.5, 9.6, 10.6, 25.12, 26.12

Deutschland

1.1, 19.4, 22.4, 1.5, 30.5, 10.6, 3.10, 25.12, 26.12

Eesti

1.1, 24.2, 19.4, 21.4, 1.5, 9.6, 23.6, 24.6, 20.8, 24.12, 25.12, 26.12

Éire/Ireland

1.1, 18.3, 22.4, 6.5, 3.6, 5.8, 28.10, 25.12, 26.12

Ελλάδα

1.1, 6.1, 11.3, 25.3, 26.4, 29.4, 1.5, 17.6, 15.8, 28.10, 25.12, 26.12

España

1.1, 19.4, 1.5, 15.8, 12.10, 1.11, 6.12, 25.12

France

1.1, 22.4, 1.5, 8.5, 30.5, 10.6, 14.7, 15.8, 1.11, 11.11, 25.12

Hrvatska

1.1, 6.1, 22.4, 1.5, 20.6, 22.6, 25.6, 5.8, 15.8, 8.10, 1.11, 25.12, 26.12

Italia

1.1, 6.1, 22.4, 25.4, 1.5, 2.6, 15.8, 1.11, 8.12, 25.12, 26.12

Κύπρος/Kıbrıs

1.1, 6.1, 11.3, 25.3, 1.4, 26.4, 29.4, 1.5, 17.6, 15.8, 1.10, 28.10, 24.12, 25.12, 26.12

Latvija

1.1, 19.4, 21.4, 22.4, 1.5, 4.5, 6.5, 23.6, 24.6, 18.11, 24.12, 25.12, 26.12, 31.12

Lietuva

1.1, 16.2, 11.3, 21.4, 22.4, 1.5, 5.5, 3.6, 24.6, 6.7, 15.8, 1.11, 24.12, 25.12, 26.12

Luxembourg

1.1, 22.4, 1.5, 30.5, 10.6, 23.6, 15.8, 1.11, 25.12, 26.12

Magyarország

1.1, 15.3, 19.4, 22.4, 1.5, 20.8, 23.10, 1.11, 25.12, 26.12

Malta

1.1, 10.2, 19.3, 31.3, 19.4, 1.5, 7.6, 29.6, 15.8, 8.9, 21.9, 8.12, 13.12, 25.12

Nederland

1.1, 21.4, 22.4, 27.4, 30.5, 31.5, 9.6, 10.6, 25.12, 26.12, 27.12

Österreich

1.1, 6.1, 22.4, 1.5, 30.5, 10.6, 20.6, 15.8, 26.10, 1.11, 8.12, 25.12, 26.12

Polska

1.1, 6.1, 21.4, 22.4, 1.5, 3.5, 9.6, 20.6, 15.8, 1.11, 11.11, 25.12, 26.12

Portugal

1.1, 19.4, 21.4, 25.4, 1.5, 10.6, 20.6, 15.8, 5.10, 1.11, 1.12, 8.12, 25.12

România

1.1, 2.1, 24.1, 26.4, 28.4, 29.4, 1.5, 1.6, 16.6, 17.6, 15.8, 30.11, 1.12, 25.12, 26.12

Slovenija

1.1, 2.1, 8.2, 21.4, 22.4, 27.4, 1.5, 2.5, 9.6, 25.6, 15.8, 31.10, 1.11, 25.12, 26.12

Slovensko

1.1, 6.1, 19.4, 22.4, 1.5, 8.5, 5.7, 29.8, 1.9, 15.9, 1.11, 17.11, 24.12, 25.12, 26.12

Suomi/Finland

1.1, 6.1, 19.4, 21.4, 22.4, 1.5, 30.5, 9.6, 22.6, 2.11, 6.12, 25.12, 26.12

Sverige

1.1, 6.1, 19.4, 21.4, 22.4, 1.5, 30.5, 6.6, 9.6, 22.6, 2.11, 25.12, 26.12

United Kingdom

Wales and England: 1.1, 19.4, 22.4, 6.5, 27.5, 26.8, 25.12, 26.12

Northern Ireland: 1.1, 2.1, 19.4, 6.5, 27.5, 5.8, 30.11, 2.12, 25.12, 26.12

Scotland: 1.1, 17.3, 18.3, 19.4, 22.4, 6.5, 27.5, 12.7, 26.8, 25.12, 26.12


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

28.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 466/24


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2018/C 466/14)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-applikazzjoni għal emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri saret pubblika fil-bażi tad-data tal-Kummissjoni DOOR.

DOKUMENT UNIKU

“SIDRA DE ASTURIAS”/“SIDRA D’ASTURIES”

Nru UE: PDO-ES-0260-AM01 – 31.10.2017

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem (Ismijiet)

“Sidra de Asturias”/“Sidra d’Asturies”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.8. Prodotti oħra tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Il-prodotti li se jibbenefikaw mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Sidra de Asturias” huma:

“Sidra”: ix-xarba miksuba mill-fermentazzjoni alkoħolika parzjali jew sħiħa tat-tuffieħ frisk jew tal-ġulepp tat-tuffieħ. Is-saħħa alkoħolika minima attwali tagħha trid tkun 5 % skont il-volum.

Is-sidru b’kontenut ta’ zokkor ta’ anqas minn 30 g/l huwa sidru “xott”; bejn 30 u 50 g/l is-sidru jkun semixott u s-sidru ħelu jkun fih aktar minn 50 g/l, sa massimu ta’ 80 g/l.

Il-proprjetajiet organolettiċi tas-sidru huma togħma qawwija fil-ħalq li tista’ tkun xotta, semixotta jew ħelwa; il-persistenza tal-bżieżaq u ftit ragħwa ġejjin mill-gass naturali tad-diossidu tal-karbonju; u aroma nadifa u bilanċjata b’togħma ħafifa ta’ tuffieħ frisk jew imsajjar. Għandu dehra semitrasparenti u jiddi, b’kulur li jvarja fl-isfumaturi tal-isfar.

“Sidra natural”: xarba naturalment karbonata miksuba mill-fermentazzjoni alkoħolika parzjali jew sħiħa tat-tuffieħ frisk jew tal-ġulepp tat-tuffieħ, b’ebda zokkor miżjud, prodotta bl-użu ta’ metodi tradizzjonali. Il-qawwa alkoħolika minima attwali tagħha hija ta’ 5 % skont il-volum.

Is-“sidra natural” huwa kkaratterizzat minn togħma qawwija fil-ħalq, b’bilanċ bejn l-aċidità u l-imrar u b’sensazzjoni ħafifa ta’ gass naturali. L-aroma tiegħu hija pura u friska, b’tonalitajiet varjetali jew tal-frott u b’aċidità ħafifa. Għandu dehra semitrasparenti u brillanti, u l-kulur tiegħu jvarja minn isfar ċar għall-isfar lewn it-tiben.

Prattiki awtorizzati

1.   Ġuleppi

a)

L-estrazzjoni tal-ġuleppi bl-għasir tat-tuffieħ tas-sidru tal-varjetajiet awtorizzati jew ta’ taħlita ta’ varjetajiet awtorizzati;

b)

L-użu tat-tkessiħ jew ta’ gassijiet inerti għall-preżervazzjoni tal-ġuleppi tat-tuffieħ pur;

c)

Il-filtrazzjoni u l-ippurifikar bl-użu ta’ sustanzi awtorizzati u ta’ enzimi pektiċi;

d)

Il-korrezzjoni tal-ġuleppi bl-użu ta’ sustanzi awtorizzati;

e)

Il-konċentrazzjoni tal-ġuleppi miksuba bl-għasir tal-varjetajiet awtorizzati għat-toħlija.

2.   “Sidra”

a)

It-taħlit tas-sidri protetti;

b)

Il-prattiki tradizzjonali ta’ manifattura tas-sidru: it-tiswib, l-ippurifikar, il-filtrazzjoni;

c)

L-użu tat-tkessiħ;

d)

Il-korrezzjonijiet bl-użu ta’ sustanzi awtorizzati;

e)

L-użu ta’ gassijiet inerti (nitroġenu) għall-preżervazzjoni tas-sidri;

f)

Il-fermentazzjoni bil-ħmira magħżula;

g)

Iż-żieda ta’ gass tad-diossidu tal-karbonju qabel l-ibbottiljar, bl-użu biss tal-gass li jinħeles naturalment matul il-fermentazzjoni tal-ġuleppi;

h)

Iż-żieda taz-zokkor sa 80 g bħala dolċifikant, fil-forma ta’ xropp taz-zokkor, ta’ ġulepp naturali jew ta’ ġulepp tat-tuffieħ konċentrat, għal kull litru, sa proporzjon massimu ta’ parti waħda ta’ sustanza ta’ dolċifikant għal għaxar partijiet ta’ sidru mhux magħmul ħelu.

3.   “Sidra natural”

a)

It-taħlit tas-sidri naturali protetti;

b)

Il-prattiki tradizzjonali ta’ manifattura tas-sidru: l-ippressar, it-tiswib, l-ippurifikar, il-filtrazzjoni;

c)

L-użu tat-tkessiħ;

d)

Korrezzjoni bl-użu ta’ sustanzi awtorizzati;

e)

L-użu ta’ gassijiet inerti (nitroġenu) għall-preżervazzjoni tas-sidri;

f)

Il-fermentazzjoni bil-ħmira magħżula.

Prattiki pprojbiti

1.   Ġuleppi

a)

Kwalunkwe proċess li jbiddel il-kontenut ta’ zokkor naturali tal-ġuleppi tat-tuffieħ pur;

b)

It-taħlita ta’ ġuleppi naturali bil-ġuleppi konċentrati, ikun xi jkun il-proporzjon;

c)

L-aromatizzazzjoni artifiċjali tal-ġuleppi;

d)

Il-pastorizzazzoni.

2.   “Sidra”

a)

Iż-żieda b’mod artifiċjali tal-kontenut tal-alkoħol naturali;

b)

Il-korrezzjoni u/jew żieda ta’ prodotti mhux awtorizzati;

c)

Iż-żieda tal-ilma fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni;

d)

Iż-żieda tal-inbid, tal-fermenti tal-frott u/jew tal-alkoħol minn kwalunkwe sors;

e)

L-użu ta’ dolċifikanti artifiċjali u ta’ destrini;

f)

L-użu ta’ koloranti għajr il-karamella;

g)

L-użu ta’ esteri, ta’ taħwiriet u ta’ sustanzi simili ta’ kwalunwke tip jew oriġini;

h)

Il-pastorizzazzjoni;

i)

Iż-żieda ta’ gass tad-diossidu tal-karbonju.

3.   “Sidra natural”

a)

Il-projbizzjonijiet kollha previsti fil-punt 2;

b)

Iż-żieda tal-gass tad-diossidu tal-karbonju ta’ kwalunkwe oriġini;

c)

L-użu taz-zokkor ta’ kwalunkwe oriġini.

Is-“sidra natural” se jkollu l-karatteristiċi fiżikokimiċi li ġejjin:

Aċidità volatili: < 2,0 g/l aċidu aċetiku. Grad alkoħoliku: > 5 % (v/v). Diossidu tal-kubrit totali ta’: < 150 mg/l; Pressjoni tad-diossidu tal-karbonju fil-flixkun (f’20 °C) ta’: > 0,5 atm.

Is-sidru se jkollu l-karatterstiċi fiżikokimiċi li ġejjin:

Aċidità volatili: < 2,0 g/l aċidu aċetiku. Grad alkoħoliku: > 5 % (v/v). Diossidu tal-kubrit totali ta’: < 200 mg/l. Pressjoni tad-diossidu tal-karbonju fil-flixkun (f’20 °C) ta’: > 3 atm.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Kemm is-“sidra” kif ukoll is-“sidra natural” huma magħmula minn varjetajiet tat-tuffieħ tas-sidru tradizzjonalment imkabbra fiż-żona tal-produzzjoni.

Fuq il-bażi tal-aċidità u tal-konċentrazzjoni tagħhom ta’ komposti fenoliċi, kull varjetà awtorizzata hi kklassifikata f’disa’ kategoriji teknoloġiċi: ħelwa, ħelwa-morra, morra, semiqarsa, semiqarsa-morra, morra-semiqarsa, qarsa, qarsa-morra u morra-qarsa.

Klassifikazzjoni Teknoloġika

Qarsa:

Blanquina, Limón Montés, Teórica, San Roqueña, Raxao, Fuentes, Xuanina, Regona, Prieta, Collaos, Josefa, Carrandona, Raxila Ácida, Collaina, Raxina Marelo, Perurico Precoz, Perurico, Raxona Ácida, Raxina Ácida, Arbeya, Reineta Caravia, Durón Encarnado, Fresnosa, Peñarudes, Perracabiella, Reineta Encarnada, Repinaldo de Hueso, San Justo u Sucu.

Qarsa-morra:

Beldredo, Picón, Madiedo, Martina u Montoto.

Morra:

Clara, Amariega u Cladurina.

Morra-qarsa:

Meana, Lin, Cladurina Amargoácida u Rosadona.

Morra-semiqarsa:

Durcolorá u Colorá Amarga.

Semiqarsa:

Solarina, De la Riega, Carrió, Perico, Perezosa, Durona de Tresali, Panquerina, Raxila Rayada, Antonona, Chata Encarnada, Durón d’Arroes, Maria Elena, Mariñana, Miyeres, Repinaldo Caravia, Reineta Pinta u Celso.

Semiqarsa-morra:

Montes de Llamera u Corchu.

Ħelwa:

Ernestina, Verdialona, Raxila Dulce, Raxina Dulce, Raxona Dulce, Chata Blanca, Cristalina, Dura, Montés de Flor, Paraguas u Verdosa.

Ħelwa-morra:

Coloradona, Raxina Amarga u Raxarega.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-prodotti protetti bid-DOP “Sidra de Asturias”/“Sidra d’Asturies” (sidru naturali jew sidru) huma magħmula minn tuffieħ tas-sidru tal-varjetajiet awtorizzati bir-regoli tad-DOP li tkabbru fuq irqajja’ tas-siġar tal-frott irreġistrati mal-Bord Regolatorju. Il-prodotti jridu jsiru f’fabbriki tas-sidru li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni u li jkunu reġistrati wkoll mal-Bord Regolatorju, u jkunu għaddew numru ta’ testijiet li jeżaminaw il-metodi tal-manifattura u tal-proċessar tagħhom. Dawn it-testijiet, li jivverifikaw il-varjetajiet użati, it-tekniki ta’ tkabbir, il-materja prima, l-għasir, il-proċessi ta’ manifattura tas-sidru, l-ibbottiljar u t-tikkettar, għandhom isiru f’konformità mal-proċedura dokumentata tas-sistema ta’ kwalità tal-Bord Regolatorju.

Meta jsir is-sidru, trid tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li meta jiżdied il-gass tad-diossidu tal-karbonju, dan ikun biss id-diossidu tal-karbonju meħlus naturalment fil-proċess ta’ fermentazzjoni, u mbagħad ippurifikat, filtrat u maħżun, u li dan jiżdied qabel l-ibbottiljar. Il-proċess sħiħ irid jiġi ssorveljat skont l-istruzzjonijiet stabbiliti fil-manwal dwar il-kwalità tal-Bord Regolatorju, li jrid jinkludi, tal-anqas, it-teknika tal-analiżi li għandha tintuża għad-detezzjoni tal-gass tad-diossidu tal-karbonju bl-identifikazzjoni tal-iżotopi ħfief stabbli u tal-proporzjon C13/C12, li jippermettu li tiġi vverifikata l-oriġini tal-gass miżjud.

Il-proċess ta’ ċertifikazzjoni jrid jinkludi spezzjonijiet viżivi, kontrolli tad-dokumenti u kampjunar tal-prodotti. Is-sidri ċċertifikati jridu jkunu ttikkettati bil-logo tal-Bord Regolatorju u bil-kliem “Denominación de Origen Protegida Sidra de Asturias”. Il-flixkun ukoll se jkun ittikkettat b’numru ta’ spezzjoni pprovdut mill-Bord.

Il-proċess tal-manifattura tas-sidru jikkonsisti fil-ħasil u t-tifrik tat-tuffieħ. L-estrazzjoni tal-ġulepp tat-tuffieħ pur issir wara l-għasir, il-fermentazzjoni, it-tiswib, it-tindif u l-filtrazzjoni bl-użu tal-prodotti u tal-materjali permessi u, finalment, isir l-ibbottiljar.

Is-“sidra” jista’ jiġi karbonat bid-diossidu tal-karbonju meħlus naturalment matul il-proċess tal-manifattura tas-sidru, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan id-dokument, fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott u fil-manwal tal-kwalità.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih jirreferi l-isem

Ir-raġuni għall-inklużjoni tal-ibbottiljar fiż-żona ddefinita bħala parti mill-proċess tal-manifattura tas-sidru tad-DOP “Sidra de Asturias” hi biex tiġi protetta r-reputazzjoni tal-prodott billi jiġu żgurati kemm l-awtentiċità tal-prodott kif ukoll il-kwalità u l-karatteristiċi tiegħu. Il-benefiċjarji ta’ din l-iskema jassumu r-responsabbiltà sħiħa u kollettiva għall-iżgurar ta’ dawn il-karatteristiċi permezz tal-Bord Regolatorju mwaqqaf għal dan il-għan.

Dan jiżgura li l-prodotti miksuba jkunu soġġetti għal miżuri ta’ spezzjoni u ta’ traċċabilità, biex tiġi evitata kwalunkwe possibbiltà li jitħalltu ma’ prodotti minn band’oħra. Dan għaliex l-ispezzjonijiet imwettqa fiż-żona tal-produzzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-benefiċjarji tad-DOP, huma dettaljati u sistematiċi, imsejsa fuq għarfien komprensiv tal-karatteristiċi tal-prodott.

Barra minn hekk, peress li s-sidri jistgħu jiġu kkarbonati biss bl-użu tal-gass tad-diossidu tal-karbonju li jseħħ naturalment waqt il-proċess tal-produzzjoni, irid ikun hemm it-tagħmir xieraq integrati fl-installazzjonijiet tal-manifattura u tal-ibbottiljar. Mhuwiex issuġerit, u jikkomplika ħafna l-proċess ta’ spezzjoni, li kieku s-sidru kellu jiġi ttrasportat f’impjanti oħra tal-ibbottiljar, billi dan jissogra li l-proċess jiġi żnaturat.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih qed jirreferi l-isem

Biex il-konsumatur ma jiġix imqarraq, it-tikketti tas-sidru jridu jkunu konformi mal-Ordni tal-1 ta’ Awwissu 1979 li tirregola s-sidri u xarbiet oħra magħmula mit-tuffieħ. L-Artikolu 17 ta’ din l-Ordni jistipula li fuq il-fliexken, fost it-tismijiet obbligatorji l-oħra, ikun hemm id-denominazzjoni “sidra” jew “sidra natural”, skont il-każ.

Minbarra kwalunkwe informazzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Sidra de Asturias” irid jidher b’mod prominenti fuq it-tikketti ta’ quddiem u ta’ wara tas-sidri bbottiljati.

Il-konsumatur ikun jista’ jagħmel distinzjoni ċara bejn it-tipi ta’ prodotti differenti mill-preżentazzjoni tagħhom, peress li jintużaw tipi differenti ta’ tappijiet tal-fliexken. Il-pressa fi flixkun tas-“sidra” hi aktar minn tliet atmosferi, u b’hekk hu ċar li teħtieġ tip differenti ta’ tappijiet. It-tipi ta’ fliexken użati għaż-żewġ prodotti huma differenti wkoll.

Fi kwalunkwe każ, is-sidri protetti kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli dwar l-użu tal-isem iridu jkunu tikkettati bil-kliem DOP “Sidra de Asturias”. Barra minn hekk, skont ir-regoli ġenerali dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ prodotti tal-ikel, it-tikketti jridu jiddikjaraw ukoll jekk il-prodott huwiex “sidra” (sidru) jew “sidra natural”, skont il-każ.

Il-fliexken kollha li fihom is-sidru protett b’din id-DOP iridu jiġu kkonsenjati b’tikketta ta’ kontroll enumerata maħruġa mill-Bord Regolatorju.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tat-tuffieħ u tal-ipproċessar tas-sidru li tibbenefika mid-denominazzoni ta’ oriġini protetta “Sidra de Asturias” tikkonsisti mit-territorju tal-komunità awtonoma tal-Prinċipat tal-Asturji, li huwa reġjun ġeografiku u storiku fit-Tramuntana ta’ Spanja li fih 78 muniċipalità (concejos): Allande, Aller, Amieva, Avilés, Belmonte de Miranda, Bimenes, Boal, Cabrales, Cabranes, Candamo, Cangas de Narcea, Cangas de Onís, Caravia, Carreño, Caso, Castrillón, Castropol, Coaña, Colunga, Corvera, Cudillero, Degaña, El Franco, Gijón, Gozón, Grado, Grandas de Salime, Ibias, Illano, Illas, Langreo, Las Regueras, Laviana, Lena, Llanera, Llanes, Mieres, Morcín, Muros de Nalón, Nava, Navia, Noreña, Onís, Oviedo, Parres, Peñamellera Alta, Peñamellera Baja, Pesoz, Piloña, Ponga, Pravia, Proaza, Quirós, Ribadedeva, Ribadesella, Ribera de Arriba, Riosa, Salas, San Martín de Oscos, San Martín del Rey Aurelio, Santirso de Abres, Santa Eulalia de Oscos, Santo Adriano, Sariego, Siero, Sobrescobio, Somiedo, Soto del Barco, Tapia de Casariego, Taramundi, Teverga, Tineo, Valdés, Vegadeo, Villanueva de Oscos, Villaviciosa, Villayón, Yernes u Tameza.

Għad li ż-żona ġeografika għandha erja totali ta’ 10 560 km2, il-Prinċipat tal-Asturji hu wieħed mill-aktar reġjuni muntanjużi tal-Ewropa. Dan ifisser li l-art agrikola disponibbli għat-tkabbir tat-tuffieħ hi limitata b’mod konsiderevoli, bit-tkabbir ristrett għall-widien żgħar u għall-ġnub ta’ għoljiet fi ħdan it-territorju (jiġifieri t-78 muniċipalità elenkati hawn fuq).

Minħabba l-art u l-kundizzjonijiet tat-tkabbir fl-Asturji, l-azjendi agrikoli huma, ftit jew wisq, mifruxa bejn il-muniċipalitajiet kollha, li jfisser li ċ-ċentri tal-popolazzjoni rurali huma żgħar u dispersi, u hekk ukoll l-irqajja’ tas-siġar tal-frott.

Fil-Prinċipat tal-Asturji, il-kultivazzoni tradizzjonali tat-tuffieħ tas-sidru hija kulivazzjoni estensiva u mħallta (bur permanenti tat-tuffieħ tas-sidru). Peress li l-farms fl-Asturji għandhom tendenza li jkunu żgħar ħafna, din it-taħlita ta’ trobbija tal-bhejjem u ta’ tkabbir tat-tuffieħ għall-manifattura tas-sidru kellha impatt soċjali u ekonomiku konsiderevoli fuq il-ħajja fil-kampanja tal-Asturji: it-tkabbir tat-tuffieħ iġġenera introjtu żejjed għall-farms tal-familji, u pprovda attività ambjentalment sostenibbli li żżomm il-popolazzjoni, u b’hekk, sa ċertu punt, tgħin biex jitrażżan l-eżodu rurali.

Bl-istess mod bħalma l-ġonna tas-siġar tat-tuffieħ tas-sidru huma mifruxa fuq it-territorju, tradizzjonalment il-fabbriki tas-sidru kienu faċilitajiet fuq skala żgħira fil-farms li kienu jagħmlu s-sidru biex jinxtorob mill-familja tal-bdiewa. Din il-prattika gradwalment ġiet abbandunata, u l-fabbriki moderni tas-sidru huma kkonċentrati f’postijiet li huma qrib l-infrastruttura u s-servizzi aktar xierqa għall-iżvilupp ta’ attività industrijali.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-kuntest:

Il-Prinċipat tal-Asturji hu r-reġjun prinċipali ta’ Spanja għall-produzzjoni tas-sidru, u jirrappreżenta 80 % tal-produzzjoni nazzjonali. Hekk kif jista’ jidher mill-kitbiet tal-ġeografu Strabo datati lura għas-sena 60 QK, il-prattiki tat-tkabbir tat-tuffieħ tas-sidru u tal-manifattura tas-sidru għandhom għeruq fondi fl-istorja tar-reġjun.

Naturali:

Tul is-sekli, l-użu tas-siġar imkabbra miż-żrieragħ (mingħajr l-użu ta’ tilqimiet), il-bdiewa tal-Asturji gradwalment għażlu l-aktar varjetajiet produttivi li huma l-aktar adattati għall-ambjent lokali u li jrendu l-aħjar tuffieħ għas-sidru. Il-proprjetajiet differenti ta’ kull varjetà (ħelwa, morra-ħelwa, morra, semiqarsa, semiqarsa-morra, morra-semiqarsa, qarsa, qarsa-morra u morra-qarsa) u t-taħlitiet li jirriżultaw ta’ dawn il-kategoriji jagħtu lis-sidri tal-Asturji l-karatteristiċi s-semiqarsa partikolari tagħhom.

Il-fatt li d-denominazzjoni tkopri żewġ tipi ta’ prodotti (sidru naturali u sidru) jirrifletti r-regoli Spanjoli dwar il-kwalità (l-Ordni Ministerjali tal-1 ta’ Settembru 1979), li jagħmlu distinzjoni bejn dawn iż-żewġ prodotti, billi s-sidru jista’ jiġi mmanifatturat biż-żieda tad-diossidu tal-karbonju, li jkun ġej minn kwalunkwe sors.

Iż-żewġ tipi ta’ sidru koperti mid-denominazzjoni ġejjin mill-isem “sidra natural” li, fil-każ tas-sidru jiżdied is-CO2 li jinkiseb waqt il-proċess ta’ fermentazzjoni (jiġifieri gass naturali biss) u eventwalment ammont żgħir ta’ xropp taz-zokkor. Il-materja prima, it-teknika tal-produzzjoni u l-faċilitajiet industrijali huma prattikament l-istess, għad li s-“sidra natural” imur lura aktar fiż-żmien. Is-sidru bid-diossidu tal-karbonju miżjud deher biss fi żminijiet aktar riċenti, bħala riżultat tar-riċerka u tal-iżviluppi fit-teknoloġija miksuba fis-seklu dsatax.

Fi Spanja, l-isem “Asturias” għandu rabtiet storiċi mal-manifattura tas-sidru u max-xorb tas-sidru, u r-reġjun issa jirrappreżenta l-maġġoranza l-kbira tal-produzzjoni domestika.

Fattur uman:

Is-sidru hu t-tielet l-aktar prodott importanti tas-settur tal-ikel u tal-agrikoltura tal-Asturji f’termini ta’ fatturat. Is “Sidra natural” jiġi prodott fil-fabbriki tas-sidru tradizzjonali, u issa hemm 106 fabbriki tas-sidru fuq skala kummerċjali. It-tradizzjoni tal-familja hi partikolarment b’saħħitha, b’aktar minn 60 % ta’ dawn il-fabbriki tas-sidru li ntirtu mis-sidien tagħhom. Il-maġġoranza titmexxa bħala negozju uniku, b’korporazzjonijiet u b’kumpaniji b’responsabbiltà limitata li jirrappreżentaw biss madwar 10 % tal-fabbriki tas-sidru. Is-suq tal-Asturji jirrappreżenta 93 % tal-produzzjoni tas-“Sidra natural”. Għaxar kumpaniji jiddominaw il-produzzjoni tas-“Sidra”, u flimkien jirrappreżentaw 61 % tal-fatturat totali tas-settur. Madwar 80 % tal-produzzjoni tmur għas-suq domestiku, filwaqt li bejn 13-14 % tiġi esportata u s-7 % li jifdal tiġi kkonsmata fi ħdan ir-reġjun.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1), ta’ dan ir-Regolament)

https://www.asturias.es/Asturias/descargas/PDF_TEMAS/Agricultura/Alimentaci%C3%B3n/sidra_de_asturias_modificado.pdf


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.