|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
||
|
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
It-Tlieta 6 ta’ Frar 2018 |
|
|
2018/C 463/01 |
||
|
2018/C 463/02 |
||
|
|
L-Erbgħa 7 ta’ Frar 2018 |
|
|
2018/C 463/03 |
||
|
2018/C 463/04 |
||
|
|
Il-Ħamis 8 ta’ Frar 2018 |
|
|
2018/C 463/05 |
||
|
2018/C 463/06 |
||
|
2018/C 463/07 |
||
|
2018/C 463/08 |
||
|
2018/C 463/09 |
||
|
2018/C 463/10 |
||
|
2018/C 463/11 |
||
|
2018/C 463/12 |
||
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
Il-Ħamis 8 ta’ Frar 2018 |
|
|
2018/C 463/13 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
|
It-Tlieta 6 ta’ Frar 2018 |
|
|
2018/C 463/14 |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
IL-PARLAMENT EWROPEW |
|
|
|
It-Tlieta 6 ta’ Frar 2018 |
|
|
2018/C 463/15 |
||
|
2018/C 463/16 |
||
|
2018/C 463/17 |
||
|
2018/C 463/18 |
||
|
|
L-Erbgħa 7 ta’ Frar 2018 |
|
|
2018/C 463/19 |
||
|
2018/C 463/20 |
||
|
2018/C 463/21 |
||
|
2018/C 463/22 |
||
|
|
Il-Ħamis 8 ta’ Frar 2018 |
|
|
2018/C 463/23 |
||
|
2018/C 463/24 |
|
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att) Emendi tal-Parlament: Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. |
|
MT |
|
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/1 |
IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2017–2018
Dati tas-seduti: 5-8 ta’ Frar 2018
Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 254, 19.7.2018 .
TESTI ADOTTATI
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 6 ta’ Frar 2018
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/2 |
P8_TA(2018)0025
Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2016
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2018 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2016 (2017/2124(INI))
(2018/C 463/01)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 284(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), b'mod partikolari l-Artikoli 3 u 15 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji (ir-Rapport Monti), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku (MIP), |
|
— |
wara li kkunsidra l-artiklu tal-Economic Bullettin tal-BĊE bit-titolu “MFI lending rates: pass-through in the time of non-standard monetary policy” (“Ir-rati ta' self tal-IMF: mogħdija fi żmien ta' politika monetarja mhux standard”) (Ħarġa 1/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-2017 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropewdwar il-politika Ewropea industrijali u monetarja, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport ta' Transparency International bit-titolu “Two sides of the same coin? Independence and accountability of the European Central Bank” (“Żewġ uċuħ tal-istess munita? L-indipendenza u l-akkontabbiltà tal-Bank Ċentrali Ewropew”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-paġna ta' spjegazzjoni tal-BĊE bit-titolu “What is money?” (“X'inhuma l-flus?”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim tal-BĊE dwar l-Assistenza ta' Likwidità f'Emerġenza (ELA) ppubblikat fid-19 ta' Ġunju 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2010/191/UE tat-22 ta' Marzu 2010 dwar il-firxa u l-effetti tal-valuta legali ta' karti tal-flus u muniti tal-euro (1); |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta' Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni tal-euro (2); |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 128(1) tat-(TFUE), dwar il-munita tal-euro bħala valuta legali; |
|
— |
wara li kkunsidra d-diskors tas-6 ta' April 2017 mill-President tal-BĊE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 127(5) tat-TFUE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 127(2) tat-TFUE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-feedback tal-BĊE dwar il-kontribut mogħti mill-Parlament Ewropew bħala parti mir-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-Rapport Annwali tal-BĊE għall-2015 (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0383/2017), |
|
A. |
billi, fil-laqgħa tiegħu tad-9 u l-10 ta' Marzu 2016, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE adotta miżuri ulterjuri biex jinkiseb l-objettiv primarju li tingħata stabbiltà lill-prezzijiet u l-objettiv sekondarju li l-politika monetarja tagħti appoġġ lill-ekonomija, permezz ta': 1) tnaqqis fir-rati tal-imgħax ewlenin tiegħu u tnaqqis fir-rata tal-faċilità ta' depożitu ta' 0,4 %; 2) żieda ta' xiri mensili taħt il-programm ta' xiri ta' assi (APP) għal EUR 80 biljun; 3) l-inklużjoni ta' programm ġdid ta' xiri mis-settur korporattiv (CSPP) fl-APP għal xiri ta' bonds denominati f'euro bi grad ta' investiment maħruġa minn korporazzjonijiet mhux bankarji stabbiliti fiż-żona tal-euro; u 4) serje ġdida ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament fuq perjodu itwal ta' żmien (TLTRO) b'maturità ta' erba' snin; |
|
B. |
billi, fil-laqgħa tiegħu tas-7 u t-8 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ddeċieda li jestendi l-orizzont tal-APP b'pass mensili mnaqqas (minn EUR 80 biljun għal EUR 60 biljun), minn April 2017 sa Diċembru 2017, jew għal żmien itwal minn hekk, jekk dan ikun meħtieġ, u fi kwalunkwe każ sakemm il-Kunsill Governattiv jara aġġustament sostnut fit-triq tal-inflazzjoni konsistenti mal-għan ta' inflazzjoni tiegħu; |
|
C. |
billi l-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE konsistentement enfasizzaw l-importanza tal-implimentazzjoni ta' riformi li jtejbu l-produttività fiż-żona tal-euro, kif ukoll ta' politiki fiskali favur it-tkabbir, fil-qafas tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir; |
|
D. |
billi, skont il-projezzjonijiet makroekonomiċi magħmula minn esperti tal-Eurosistema f'Settembru 2017, l-inflazzjoni annwali fiż-żona tal-euro kif imkejla mill-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) hija mistennija li tkun 1,5 % fl-2017, 1,2 % fl-2018 u 1,5 % fl-2019; |
|
E. |
billi l-objettiv primarju tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) huwa li tinżamm l-istabbiltà fil-prezzijiet, iddefinita mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE bħala żieda sena wara sena fl-HICP għaż-żona tal-euro ta' ftit inqas minn 2 % fuq terminu medju; billi t-tbassir tal-BĊE kien ferm inqas mill-mira tiegħu tal-inflazzjoni fuq terminu medju f'kull waħda mill-erba' snin mill-2013 'l hawn u l-BĊE issa qed ibassar li l-inflazzjoni mhux ser tilħaq il-livell fil-mira qabel l-2020; |
|
F. |
billi l-BĊE jqis li d-dinamika dgħajfa tal-inflazzjoni hija riżultat, fost fatturi oħra, ta' tkabbir imnaqqas fil-pagi u l-prezzijiet tal-enerġija baxxi; |
|
G. |
billi l-Artikolu 127(5) tat-TFUE jirrikjedi lis-SEBĊ biex tikkontribwixxi għaż-żamma tal-istabbiltà finanzjarja; |
|
H. |
billi fl-2016, il-profitt nett tal-BĊE kien jammonta għal EUR 1,19 biljun meta mqabbel ma' EUR 1,08 biljun fl-2015; |
|
I. |
billi l-introjtu nett ogħla mill-imgħax miksub fuq it-titoli miżmuma għal finijiet ta' politika monetarja, inklużi l-portafolli tal-APP u tad-dollaru Amerikan, huwa l-kontributur ewlieni ta' dan il-profitt nett; |
|
J. |
billi r-rati tat-tkabbir u tal-qgħad jibqgħu ġeografikament inugwali b'mod sinifikanti, bir-riżultat li jikkawżaw fraġilità perikoluża għall-ekonomija u jipperikolaw il-kwalità tal-iżvilupp; |
|
K. |
billi l-Artikolu 123 tat-TFUE u l-Artikolu 21 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jipprojbixxu l-iffinanzjar monetarju tal-gvernijiet; |
|
L. |
billi numru li qed jikber ta' ditti FinTech għandu potenzjal sinifikanti f'dak li jirrigwardja t-twessigħ tal-inklużjoni finanzjarja fiż-żona tal-euro, u jżid ukoll il-ħtieġa ta' superviżjoni u monitoraġġ fil-livell mikro u makroprudenzjali; |
Ħarsa ġenerali
|
1. |
Jenfasizza li b'mod konformi mal-Artikolu 7 tal-Istatut tal-BĊE, la l-BĊE u lanqas bank ċentrali nazzjonali, jew kwalunkwe membru tal-korpi deċiżjonali tagħhom ma għandhom ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Komunità, minn xi gvern ta' Stat Membru jew minn xi korp ieħor; jissottolinja, għalhekk, l-indipendenza tal-BĊE fir-rwol tiegħu bħala l-awtorità monetarja taż-żona tal-euro, kif stabbilit fit-Trattat; jisħaq, madankollu, fuq il-ħtieġa għal aktar akkontabbiltà u trasparenza, proporzjonata għal-livell ta' indipendenza tiegħu; |
|
2. |
Jirrikonoxxi wkoll in-natura federali tal-BĊE, fejn m'hemm l-ebda veto nazzjonali u interferenza governattiva, li ppermettietlu jaġixxi b'mod deċiżiv f'diversi kwistjonijiet bħal, pereżempju, il-kontribut biex jindirizza l-kriżi; |
|
3. |
Jinnota l-kontribut tal-politika monetarja akkomodattiva segwita mill-BĊE inklużi r-rati tal-imgħax baxxi u l-programm tax-xiri tal-assi tiegħu, fil-perjodu 2012-2016, għall-irkupru ekonomiku ċikliku u l-ħolqien tal-impjiegi, anke billi jipprevjeni d-deflazzjoni, jippreserva kundizzjonijiet favorevoli ta' finanzjament għall-kumpaniji u l-unitajiet domestiċi, u jżomm stabbiltà finanzjarja u l-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta' pagament; huwa, madankollu, imħasseb dwar il-konsegwenzi fuq il-miżuri tal-politika monetarja mhux konvenzjonali għal individwi li għandhom kontijiet ta' tfaddil u l-ekwilibriju finanzjarju tal-iskemi tal-pensjoni u tal-assigurazzjoni kif ukoll għall-bini ta' sitwazzjonijiet artifiċjali tal-assi, li għandhom ikunu mmonitorjati bir-reqqa mill-BĊE u mminimizzati; |
|
4. |
Huwa mħasseb li l-banek taż-żona tal-euro ma użawx l-ambjent vantaġġuż maħluq mill-BĊE biex isaħħu l-bażijiet kapitali tagħhom iżda minflok, skont il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, biex iħallsu dividendi sostanzjali li xi drabi jaqbżu l-livell tal-qligħ imfaddal; |
|
5. |
Jibqa' mħasseb bil-livelli li għadhom sinifikanti ta' assi li ma jistgħux jinbiegħu u titoli koperti mill-assi mressqa bħala kollateral għall-Eurosistema fil-qafas tal-operazzjonijiet ta' rifinanzjament tagħha; itenni t-talba tiegħu lill-BĊE biex jipprovdi informazzjoni li fuqha l-banek ċentrali aċċettaw dawn it-titoli ta' sigurtà kif ukoll biex jiżvela l-metodi ta' valwazzjoni dwar dawn l-assi; jenfasizza li dan l-iżvelar ikun ta' benefiċċju għall-iskop tal-iskrutinju parlamentari tal-kompiti superviżorji mogħtija lill-BĊE; |
|
6. |
Jinnota bi tħassib li l-iżbilanċi ta' TARGET 2 qed jerġgħu jiżdiedu fiż-żona tal-euro, minkejja tnaqqis fl-iżbilanċi kummerċjali, li jindika fluss ta' ħruġ mill-periferija taż-żona tal-euro; |
Stabbiltà tal-prezzijiet
|
7. |
Ifakkar li, skont il-Eurostat, l-inflazzjoni medja fiż-żona tal-euro kienet ta' 0,2 % fl-2016, filwaqt li l-inflazzjoni esklużi l-prezzijiet tal-enerġija kienet ta' 0,9 %; jinnota barra minn hekk li, kif iddikjarat fir-Rapport Annwali tal-BĊE għall-2016, l-inflazzjoni sottostanti baqgħet nieqsa minn xejra konvinċenti 'l fuq fl-2016; |
|
8. |
Jinnota li l-inflazzjoni fiż-żona tal-euro hija mistennija li tibqa' taħt it-2 % mill-inqas sal-2020, minkejja politika monetarja akkomodattiva ħafna segwita mill-BĊE, li tissuġġerixxi li l-ekonomija taż-żona tal-euro mhux qed topera b'kapaċità sħiħa, filwaqt li, fost fatturi oħra, l-apprezzament reċenti tar-rata tal-kambju tal-ewro jagħmilha aktar diffiċli biex tinkiseb l-istabbiltà fil-prezzijiet; |
|
9. |
Jieħu nota tal-valutazzjoni tal-BĊE stess li mingħajr il-pakkett ta' politika tiegħu, l-inflazzjoni kienet tkun ta' madwar 0,5 % inqas bħala medja mir-rata attwalment projettata għas-snin 2016-2019; |
|
10. |
Jaqbel mal-BĊE li taħlita bbilanċjata ta' politiki fiskali nazzjonali sodi u favorevoli għat-tkabbir fuq bażi ta' rispett sħiħ tal-PST, inkluża l-flessibbiltà interna tiegħu, kif ukoll riformi soċjalment ibbilanċjati u ambizzjużi li jtejbu l-produttività, huma meħtieġa wkoll fil-livell tal-Istati Membri sabiex jibdlu l-irkupru ċikliku u attwali f'xenarju ta' żvilupp ekonomiku dejjiemi, sostenibbli, u robust fuq terminu twil; |
|
11. |
Iqis li, minħabba l-ineffiċjenzi attwali tal-kanali tat-trażmissjoni tal-politika monetarja, il-BĊE jrid jiżgura li l-istabbiltà fil-prezzijiet, definita mill-Kunsill tal-Gvernaturi tal-BĊE bħala rata ta' inflazzjoni ta' ftit inqas minn 2 %, tinkiseb; jemmen li l-BĊE għandu madankollu jivvaluta bir-reqqa l-benefiċċji u l-effetti sekondarji tal-politika tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tal-azzjoni maħsuba biex tiġġieled id-deflazzjoni fil-futur; jemmen li sabiex joħloq ċertezza u fiduċja fis-swieq finanzjarji, il-BĊE għandu jiffoka fuq komunikazzjoni ċara u konċiża tal-miżuri tal-politika monetarja tiegħu; |
|
12. |
Jemmen li l-kriżi attwali enfasizzat il-ħtieġa li jiġi diversifikat l-isfond teoretiku sottostanti l-qafas ta' politika fi ħdan il-banek ċentrali; jitlob lill-BĊE biex fir-rapport annwali tiegħu li jmiss janalizza l-impatt tal-kriżi fuq l-evoluzzjoni tal-qafas teoretiku tiegħu; |
It-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi
|
13. |
Ifakkar li, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tal-Istatut tiegħu u l-Artikolu 127 tat-TFUE u d-dettalji ulterjuri previsti fl-Artikolu 282 tat-TFUE, il-BĊE jrid, mingħajr preġudizzju għall-objettiv primarju tal-istabbiltà fil-prezzijiet, jappoġġja “l-politika monetarja tal-Unjoni”, bil-ħsieb li jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-TUE; |
|
14. |
Jinnota li t-tkabbir fil-PGD fiż-żona tal-euro kien stabbli iżda modest, madankollu favorevoli meta mqabbel mas-snin preċedenti u miexi fuq triq stabbli, ta' 2 % fl-2015 u 1,8 % fl-2016; josserva li t-Tbassir Ekonomiku tal-Kummissjoni għall-ħarifa tal-2017 ibassar rati ta' tkabbir tal-PGD ta' 2,2 % fl-2017 u 2,3 % fl-2018; |
|
15. |
Jenfasizza li skont ir-Rapport Annwali tal-BĊE tal-2016, l-investiment żdied b'rata ftit aktar bil-mod mis-sena preċedenti; jenfasizza li l-isforzi tal-politika monterja tal-BĊE sa issa għadhom ma ħallewx impatt tanġibbli fuq in-naħa tal-investiment tal-ekonomija tal-UE; jinnota li dan in-nuqqas ta' impatt qed ikollu effett negattiv fir-reġjuni periferali tal-Unjoni; |
|
16. |
Jenfasizza b'dispjaċir li skont il-Perspettiva Ekonomika Globali tal-FMI ta' April 2017, il-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni fiż-żona tal-euro kien -1,2 % tal-PDG potenzjali fl-2016, marġni li ser jibqa' negattiv sal-2019, u b'hekk jindika li l-PDG taż-żona tal-euro ser ikun taħt il-potenzjal tiegħu matul il-perjodu mbassar; |
|
17. |
Jinnota li, skont il-BĊE, il-politika monetarja tiegħu kienet fundamentali għall-irkupru ekonomiku ċikliku fiż-żona tal-euro, li prinċipalment kien u għadu mmexxi mid-domanda domestika, appoġġjata minn, fost affarijiet oħra, kundizzjonijiet ta' finanzjament favorevoli u tisħieħ fis-swieq tax-xogħol, u riformi li jsaħħu l-produttività u l-kompetittività f'xi Stati Membri, filwaqt li bbenefika wkoll mill-waqgħa fil-prezzijiet taż-żejt, u b'hekk jiżdied tkabbir kumulattiv ta' 1,7 % għall-perjodu 2016-2019; |
|
18. |
Iqis li, kif innutat mill-President tal-BĊE, il-politika monetarja mhix biżżejjed biex issostni l-irkupru ekonomiku, u lanqas ma tista' tikkontribwixxi biex issolvi l-problemi strutturali tal-ekonomija Ewropea, sakemm ma tkunx ikkomplementata minn politiki mfassla bir-reqqa, ibbilanċjata soċjalment u ġusta bil-għan li ssaħħaħ it-tkabbir u l-kompetittività fuq terminu twil, flimkien ma' politika fiskali soda u fi ħdan il-Patt dwar it-Tkabbir u l-Istabbiltà; jaqbel ukoll mal-BĊE, barra minn hekk, li huwa meħtieġ li jsir approfondiment tal-istruttura istituzzjonali tal-UEM biex jiġu appoġġjati r-riformi msemmija u biex iż-żona tal-euro tkun aktar reżiljenti għal xokkijiet makroekonomiċi; |
|
19. |
Jiddispjaċih li minkejja li l-qgħad niżel minn 10,5 % f'Diċembru 2015 għal 9,6 % f'Diċembru 2016, ħafna pajjiżi fiż-żona tal-euro għadhom isofru minn livell għoli ta' qgħad, u d-domanda aggregata fiż-żona tal-euro tibqa' mrażżna, anke meta wieħed iżomm f'moħħu li inugwaljanza persistenti fl-UE tista' tkun dannuża għal żvilupp ekonomiku sod u inklużiv; jappella, madankollu, għall-implimentazzjoni ta' politiki li huma mmirati li jżidu l-produttività, b'fokus fuq il-ħiliet li jiffaċilitaw aktar ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, kif ukoll żidiet fil-pagi; |
|
20. |
Jieħu nota tal-analiżi tar-Rapport Annwali tal-BĊE dwar il-konsegwenzi distribuzzjonali tal-politiki tal-BĊE; iħeġġeġ lill-BĊE jkompli jistudja l-impatt distributtiv tal-politika monetarja tiegħu, inkluż fuq id-dħul inugwali, u biex iqis din ir-riċerka fil-kuntest tat-tfassil ta' politika monetarja; |
|
21. |
Jenfasizza li sabiex tkun żgurata effikaċja sħiħa tal-politika monetarja, l-iżbilanċi tal-kont kurrenti jridu jiġu kkoreġuti b'politiki fiskali u ekonomiċi xierqa u riformi li jsaħħu l-produttività; |
Il-provvista tal-kreditu u s-superviżjoni bankarja
|
22. |
Jirrimarka li għalkemm l-M1 kiber b'rata ta' 8,8 % fl-2016, l-M3 ikompli jikber b'rata ta' 5 % fis-sena biss, li turi li t-trażmissjoni tal-politika monetarja mhijiex effikaċi għalkollox u tindika anormalitajiet monetarji kif ukoll nuqqas ta' provvista tal-kreditu; jenfasizza, għalhekk, l-importanza tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU), li tista' toffri mod alternattiv ta' finanzjament tal-ekonomija matul żminijiet ta' diffikultà bankarja; |
|
23. |
Jirrikonoxxi li l-politika monetarja, sa ċertu punt, naqqset il-kost tal-kreditu u għenet biex ittejjeb l-aċċess għall-finanzi għall-kumpaniji u għall-unitajiet domestiċi fiż-żona tal-euro, b'impatt partikolari f'ċerti Stati Membri, kif innutat mir-rapport annwali tal-BĊE tal-2016, li jiddikjara li l-kost li tissellef għall-unitajiet domestiċi fiż-żona tal-euro jvarja bejn il-pajjiżi differenti; iqis, għalhekk, li l-effett ta' din il-politika huwa limitat minħabba domanda għall-kreditu mnaqqsa, il-persistenza ta' problemi strutturali fis-sistemi bankarji f'xi Stati Membri, u n-nuqqas ta' fiduċja fost l-istituzzjonijiet finanzjarji nfushom; |
|
24. |
Iħeġġeġ aktar titjib tal-aċċess għall-kreditu mill-SMEs, b'tali mod li tissaħħaħ l-inklussività fl-iżvilupp ekonomiku; |
|
25. |
Jilqa' l-fatt li mill-2015, ir-rati għal self żgħir ħafna komplew jonqsu b'pass aktar rapidu minn dawk għal self kbir, u dan jikkontribwixxi għal tnaqqis ulterjuri tad-differenza bejn self żgħir ħafna u self kbir; jinnota, barra minn hekk, li d-differenza bejn ir-rati ta' self żgħir u self kbir issa hija simili bejn il-pajjiżi taż-żona tal-euro; |
|
26. |
Jinnota li perjodu mtawwal ta' kważi kurva ċatta tar-rendiment tar-rata tal-imgħax jista' jaffettwa l-istabbiltà u l-proftabbiltà tas-sistema bankarja; jaqbel madankollu mal-valutazzjoni tal-BĊE li l-profittabbiltà tal-bank fl-aħħar mill-aħħar tiddependi fuq il-mudell kummerċjali tiegħu, kif ukoll fuq l-istruttura u l-karta tal-bilanċ tiegħu, indipendentement minn rati tal-imgħax baxxi; jinnota wkoll li s-settur bankarju tal-UE huwa kkaratterizzat minn diversità, mhux l-inqas bħala riżultat tal-ispeċifiċitajiet nazzjonali, li min-naħa tagħha tikkontribwixxi għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja; |
|
27. |
Jirrikonoxxi li filwaqt li l-politika attwali tar-rati tal-imgħax baxxi, b'mod temporanju, għandha effett pożittiv fuq il-livell ta' self improduttiv (NPLs), ir-riskji għolja relatati mal-NPLs għandhom ikunu indirizzati b'mod effikaċi u strutturat; jinnota li l-isforzi tal-BĊE u l-SSM fis-supervizjoni u l-assistenza lill-banek fiż-żona tal-euro biex inaqqsu l-esponiment tagħhom għall-NPL, u b'mod partikolari l-gwida provduta mill-BĊE lill-banek dwar l-indirizzar tal-NPLs f'Marzu 2017 u l-azzjonijiet tiegħu rigward banek individwali, kif ukoll il-pjan ta' azzjoni approvat mill-Kunsill ECOFIN tal-11 ta' Lulju 2017, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Parlament rigward il-leġiżlazzjoni tal-livell 1; jirrimarka li implimentazzjoni ordnata mill-Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill teħtieġ sforz konġunt mill-banek, is-superviżuri, ir-regolaturi u l-awtoritajiet nazzjonali; jitlob li jkun hemm testijiet tal-istress ikkaratterizzati minn kopertura wiesgħa, pertinenza metodoloġika u robustezza; jirrakkomanda l-monitoraġġ bir-reqqa tal-iżviluppi fis-swieq tal-proprjetà immobbli; iqis li kwalunkwe miżura addizzjonali għandha tiżgura r-rispett sħiħ għall-prerogattivi tal-Parlament Ewropew; |
CSPP
|
28. |
Jilqa' t-titjib li sar mill-BĊE fl-iżvelar tal-lista ta' titoli miżmuma mill-Eurosistema taħt is-CSPP tal-BĊE, iżda jinnota li dan il-programm jibbenefikaw l-aktar minnu il-korporazzjonijiet il-kbar; |
|
29. |
Jistieden lill-BĊE jkompli jiżgura trasparenza sħiħa fl-iżvelar tal-volumi tax-xiri magħmula taħt is-CSPP għal kull kumpanija wara żmien raġonevoli; jistieden lill-BĊE jippubblika wkoll id-data kollha mis-CSPP fi spreadsheet waħda faċli għall-utent li tista' tiffaċilita l-akkontabilità pubblika tal-programm; jenfasizza li fi kwalunkwe każ għandha tiġi pprovduta trasparenza sħiħa meta jispiċċa l-programm; barra minn hekk jistieden lill-BĊE jagħmel pubbliċi l-kriterji li japplikaw rigward l-eliġibbiltà tal-bonds korporattivi għax-xiri taħt is-CSPP, sabiex jiġu evitati distorsjonijiet possibbli għall-kompetizzjoni tas-suq; jenfasizza li l-eliġibbiltà tal-bonds hija soġġetta għall-kriterji tal-ġestjoni tar-riskju u mhux għad-daqs tal-kumpaniji li joħorġuhom; |
Sfidi addizzjonali
|
30. |
Jinnota li l-BĊE bħala istituzzjoni tal-UE huwa marbut mal-Ftehim ta' Pariġi; |
|
31. |
Jaqbel li suq kapitali li jiffunzjona sew, diversifikat u integrat jista' jappoġġja t-trażmissjoni tal-politika monetarja unika; huwa tal-opinjoni li l-unjoni tas-swieq kapitali (CMU) għandha rwol fundamentali fl-espansjoni tal-pool ta' kapital fl-UE; jitlob li jkun hemm tlestija u implimentazzjoni pass b'pass, f'waqtha u sħiħa tas-CMU; |
|
32. |
Jinnota l-opinjoni pożittiva tal-BĊE rigward l-istabbiliment ta' skema Ewropea ta' assigurazzjoni tad-depożiti (EDIS) bħala t-tielet pilastru ta' unjoni bankarja; jenfasizza r-rwol fundamentali tal-assigurazzjoni tad-depożiti għall-bini tal-fiduċja u għall-iżgurar tas-sikurezza ugwali tad-depożiti fi ħdan l-Unjoni Bankarja; jenfasizza li l-EDIS tista' tkompli tgħin biex tissaħħaħ u tiġi salvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja; jirrikonoxxi li l-kondiviżjoni tar-riskju u t-tnaqqis tar-riskju jeħtieġ jimxu id f'id; |
|
33. |
Jieħu nota tar-riflessjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-ħolqien ta' ass sikur Ewropew għall-Unjoni Bankarja taż-żona tal-euro; |
|
34. |
Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE rigward ir-Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Artikolu 22 tas-SEBĊ u l-Istatut tal-BĊE, meħuda fit-23 ta' Ġunju 2017 sabiex tiġi pprovduta bażi legali li tippermetti l-Eurosistema twettaq ir-rwol tagħha bħala bank ċentrali tal-ħruġ fir-riforma proposta tal-istruttura superviżorja tal-kontropartijiet ċentrali tal-ikklerjar (CCPs), b'tali mod li l-BĊE jingħata l-kompetenza li jirregola l-attività tas-sistemi tal-ikklerjar, inklużi s-CCPs, bl-objettiv li b'mod effikaċi jiġu indirizzati r-riskji maħluqa minn dawk is-sistemi fl-operazzjoni bla xkiel tas-sistemi ta' pagament u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja unika; attwalment qiegħed jivvaluta r-rakkomandazzjoni, u jistenna bil-ħerqa diskussjonijiet dwar din il-proposta; |
Flus fiżiċi u muniti diġitali
|
35. |
Jaqbel mal-BĊE dwar l-importanza tal-flus fiżiċi bħala valuta legali, peress li ż-żona tal-euro hija l-unika valuta legali fi ħdan iż-żona tal-euro, u jfakkar lill-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro li l-aċċettazzjoni tal-muniti u l-karti tal-euro għandhom ikunu r-regola fi tranżazzjonijiet bl-imnut, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-istess Stati Membri li jintroduċu limiti massimi għal pagament bi flus kontanti bil-għan li jiġu miġġielda l-ħasil tal-flus, il-frodi fiskali, u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata; jissuġġerixxi li l-Eurosistema għandha toħroġ karti tal-flus kommemorattivi ta' Charlemagne li jkunu wkoll valuti legali; |
|
36. |
Jieħu nota tad-diskussjonijiet li għaddejja dwar “munita diġitali tal-bank ċentrali” jew “flus b'bażi diġitali” li ser ikunu disponibbli għal firxa wiesgħa ta' kontropartijiet inklużi unitajiet domestiċi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-BĊE jistudjaw tali skemi bil-għan li jtejbu l-aċċess pubbliku għas-sistemi ta' pagament, flimkien mal-flus fiżiċi, kif ukoll l-isfidi potenzjali li jinsabu fil-monopolju tal-BĊE li joħroġ il-flus; jenfasizza li l-progress fil-qasam tal-muniti virtwali ma jridx iwassal għal restrizzjonijiet rigward il-movimenti ta' flus kontanti bl-imnut jew għat-tneħħija tal-flus kontanti; |
|
37. |
Jissottolinja l-importanza taċ-ċibersigurtà għas-settur finanzjarju; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma tal-BĊE f'dan il-qasam, inklużi t-tnedija ta' skema pilota għar-rapportar ta' ċiberinċidenti sinifikanti fi Frar 2016 u l-kollaborazzjoni fil-qafas tal-G7; |
Responsabbiltà u trasparenza
|
38. |
Jitlob lill-BĊE jkompli jipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-Greċja, u lil kwalunkwe Stat Membru ieħor, fir-rieżami tat-tlestija tal-programm ta' assistenza finanzjarja; iqis li tali appoġġ jista' jinvolvi, mingħajr preġudizzju għall-istatus indipendenti tiegħu, l-inklużjoni tal-bonds sovrani Griegi fil-PSPP, abbażi tal-kriterji tal-eliġibbiltà applikati għall-Istati Membri kollha, u l-estensjoni tal-programm CBPP3 lill-entitajiet legali Griegi rregolati mil-liġi pubblika u privata, f'konformità mal-istess kriterji tal-eliġibbiltà; |
|
39. |
Jistieden lill-BĊE, f'kooperazzjoni mal-ESAs, jivvaluta l-konsegwenzi kollha tal-irtirar tar-Renju Unit mill-UE u jkun lest li jħejji għar-rilokazzjoni ta' banek u l-attivitajiet tagħhom fiż-żona tal-euro; iqis li t-tisħiħ tas-sorveljanza għall-ikklerjar tal-euro (euro-clearing) barra miż-żona tal-euro huwa ta' importanza kbira, sabiex jiġu evitati lakuni superviżorji u kwistjonijiet ta' stabbiltà finanzjarja; qed jibda jiddibatti l-proposta tal-Kummissjoni li temenda l-EMIR fir-rigward tas-superviżjoni tas-CCPs maħruġa f'Ġunju 2017 fil-livell ta' kumitat, bil-għan li jinkiseb dan it-tisħiħ; |
|
40. |
Jinnota li l-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji identifika l-profitti tal-BĊE mill-ħruġ tal-munita bħala waħda mir-riżorsi proprji l-ġodda possibbli għall-baġit tal-UE; jenfasizza li l-bdil ta' dawn il-profitti f'riżorsa proprja tal-UE jirrikjedi bidla fl-Istatut tal-SEBĊ u l-BĊE, kif ukoll aġġustamenti sabiex tiġi akkomodata s-sitwazzjoni speċifika ta' Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro; |
|
41. |
Iqis li l-indipendenza tal-BĊE, u għalhekk il-grad tiegħu ta' responsabbiltà, trid tkun proporzjonata mal-importanza tiegħu; jenfasizza li r-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-BĊE jeħtieġu trasparenza lejn il-pubbliku ġenerali u responsabbiltà msaħħa lejn il-Parlament; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu sottomessi listi ta' kandidati sabiex il-Parlament ikun jista' jwettaq ir-rwol istituzzjonali tiegħu fil-ħatra tal-President, tal-Viċi President u membri oħra tal-bord eżekuttiv tal-BĊE; |
|
42. |
Ifakkar li d-Djalogu Monetarju huwa għodda importanti għall-iżgurar tat-trasparenza fid-deċiżjonijiet tal-politika monetarja fir-rigward tal-Parlament, u għaldaqstant għall-pubbliku ġenerali; jilqa' b'sodisfazzjon il-preżenza u d-djalogu regolari mal-President tal-BĊE u membri oħra tal-Bord Eżekuttiv fil-qafas tad-Djalogu Monetarju u formati oħra; iqis li d-Djalogu Monetarju jista' jittejjeb aktar, inkluż billi jiġi mfassal mill-ġdid sabiex jissaħħu l-fokus, l-interattività u r-relevanza tal-iskambju ta' fehmiet mal-President tal-BĊE u membri oħra tal-Bord Eżekuttiv fil-qafas tad-Djalogu Monetarju u formati oħra, b'rispett għar-rakkomandazzjonijiet u l-feedback mill-esperti monetarji kkummissjonati mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji f'Marzu 2014; jistieden ukoll lill-uffiċjali tal-BĊE jkomplu bil-prattika apprezzata li jipprovdu tweġibiet bil-miktub meta jkun għad hemm kwistjonijiet pendenti wara l-iskambju ta' fehmiet; |
|
43. |
Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni meħuda mill-BĊE fl-2016 li jippubblika fir-rapport annwali tiegħu l-feedback tiegħu dwar il-kontribut ipprovdut mill-Parlament u jinkoraġġixxi lill-BĊE jkompli bl-isforzi ta' trasparenza tiegħu sabiex jispjega aħjar il-miżuri ta' politika monetarja tiegħu; ifakkar it-talba tiegħu lill-BĊE biex iżid kapitolu jew anness fir-rapport annwali tiegħu li jipprovdi feedback komprensiv dwar ir-rapport tal-Parlament fis-sena preċedenti; |
|
44. |
Jitlob lill-BĊE jiżgura l-indipendenza tal-membri tal-Kumitat ta' Verifika intern tiegħu; iħeġġeġ lill-BĊE li, sabiex jipprevjeni l-kunflitti ta' interess, jippubblika d-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji għall-membri tal-Kunsill Governattiv tiegħu; iħeġġeġ lill-BĊE jiżgura li l-Kumitat tal-Etika ma jkunx ippresedut minn President preċedenti jew membri oħra preċedenti tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, u lanqas minn xi ħadd li jista' jkollu kunflitt ta' interess; jitlob lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE jsegwi r-Regolamentazzjoni tal-Persunal u l-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE u li jesiġi perjodu ta' astensjoni professjonali ta' sentejn għall-membri li jkunu temmew il-mandat tagħhom; jenfasizza li l-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandhom, fil-prinċipju, jastjenu milli jkunu membri simultanji ta' fora jew organizzazzjonijiet oħra li jinkludu eżekuttivi minn banek sorveljati mill-BĊE, sakemm tali sħubija hija f'konformità mal-prattika stabbilita fil-livell globali u l-BĊE jipparteċipa flimkien ma' banek oħra ċentrali bħas-Sistema ta' Riżerva Federali tal-Istati Uniti jew il-Bank tal-Ġappun; iqis li f'dawn il-każi l-BĊE għandu jieħu miżuri xierqa biex jevita interferenza possibbli mar-rwol superviżorju tiegħu u m'għandhux jipparteċipa f'diskussjonijiet rigward banek individwali taħt is-superviżjoni tiegħu; jieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew tal-15 ta' Jannar 2018 dwar l-involviment tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-membri tal-korpi tat-teħid ta' deċiżjonijiet tiegħu fil-“Grupp tat-Tletin”; |
|
45. |
Jistenna lill-BĊE jadotta politika ċara u pubblika dwar l-iżvelar ta' informazzjoni; |
|
46. |
Jinnota li l-politika tal-impjiegi kurrenti tal-BĊE rigward aġenti temporanji, li tistrieħ ukoll fuq kuntratti temporanji repetittivi, tista' toħloq instabbiltà fl-ambjent tax-xogħol u xxekkel il-koeżjoni professjonali fi ħdan il-BĊE; huwa mħasseb dwar il-każijiet allegati ta' kroniżmu u l-livell għoli ta' nuqqas ta' sodisfazzjoni fost l-impjegati tal-BĊE; jinnota u jilqa' l-inizjattivi tal-BĊE li jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet, anke permezz ta' djalogu msaħħaħ mar-rappreżentanti tal-persunal, u jinkoraġġixxih ikompli jsegwi dan l-isforz; iħeġġeġ lill-BĊE jiżgura trattament u opportunitajiet ugwali għall-persunal kollu tiegħu, kif ukoll biex jiggarantixxi kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fi ħdan l-istituzzjoni; |
|
47. |
Jilqa' l-isforzi tal-BĊE biex itejjeb iċ-ċarezza u t-trasparenza fir-rigward tal-għoti tal-assistenza ta' likwidità f'emerġenza (ELA) u d-determinazzjoni tal-prezz tagħha, f'konformità mal-ftehim dwar l-ELA ta' Mejju 2017; jirrimarka li l-għoti tal-liwidità ċentrali bankarja lill-istituzzjonijiet fiż-żona tal-euro jista' jiġi ċċarat aktar; |
|
48. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-prattika tal-BĊE li jippubblika d-deċiżjonijiet tiegħu ta' applikazzjoni ġenerali, regolamenti, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet, u b'hekk inaqqas drastikament in-numru ta' eżenzjonijiet minn divulgazzjoni ta' informazzjoni; jitlob lill-BĊE jżid it-trasparenza tiegħu lejn il-pubbliku, inkluż permezz ta' konsultazzjonijiet pubbliċi, fejn il-pubblikazzjoni ma tfixkilx b'mod sinifikanti l-funzjonament tas-swieq; |
|
49. |
Jenfasizza li r-rwoli superviżorji u tal-politika monetarja tal-BĊE m'għandhomx jitħawdu ma' xulxin u m'għandhom jiġġeneraw ebda kunflitt ta' interess fit-twettiq tal-funzjonijiet prinċipali tiegħu; |
o
o o
|
50. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BĊE. |
(1) ĠU L 83, 30.3.2010, p. 70.
(2) ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1.
(3) https://www.ecb.europa.eu/pub/pdf/other/20170410_feedback_on_the_input_provided_by_the_european_parliament.en.pdf?384c7fc03ceda115fe0e9aa7cf378e07
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/10 |
P8_TA(2018)0026
Aċċellerazzjoni tal-Innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-6 ta' Frar 2018 dwar l-aċċelerazzjoni tal-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa (2017/2084(INI))
(2018/C 463/02)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2016 bit-titolu “Aċċellerazzjoni tal-Innovazzjoni fil-qasam tal-Enerġija Nadifa” (COM(2016)0763), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, ratifikat mill-Unjoni Ewropea fl-4 ta' Ottubru 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2015 bit-titolu “Towards an Integrated Strategic Energy Technology (SET) Plan: Accelerating the European Energy System Transformation” (Lejn Pjan Strateġiku Integrat għat-Teknoloġija tal-Enerġija (SET): Aċċelerazzjoni tat-Trasformazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija Ewropea) (C(2015)6317), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2015 bit-titolu “Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem” (COM(2015)0080), u r-riżoluzzjoni tiegħu, tal-15 ta' Diċembru 2015, bit-titolu “Lejn Unjoni Ewropea tal-Enerġija” (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2011 bit-titolu “Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050” (COM(2011)0885), u r-riżoluzzjoni tiegħu, tal-14 ta' Marzu 2013, dwar il-pjan direzzjonali għall-Enerġija 2050, futur b'enerġija (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2016, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija (COM(2016)0759), u b'mod partikolari d-dimensjoni tar-“riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività” fl-Unjoni tal-Enerġija, speċjalment l-Artikolu 22 dwar “Rapportar integrat dwar ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Lulju 2017 bit-titolu “Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli” (COM(2017)0376), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2016 bit-titolu “Il-mexxejja li jmiss tal-Ewropa: l-Inizjattiva favur in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu” (COM(2016)0733), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0005/2018), |
|
A. |
billi r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (RŻI) jikkostitwixxu dimensjoni distinta tal-Unjoni tal-Enerġija tal-UE u jirrappreżentaw mutur ewlieni tas-supremazija industrijali tal-Unjoni, il-kompetittività tagħha fid-dinja, it-tkabbir sostenibbli tagħha u l-ħolqien tal-impjiegi, kif ukoll tas-sigurtà ġenerali tal-enerġija tal-Istati Membri u tal-Unjoni, billi jnaqqsu d-dipendenza fuq l-enerġija impurtata u jrawmu l-użu effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi kollha tal-enerġija; |
|
B. |
billi l-UE għadha fuq quddiem nett fid-dinja f'dak li għandu x'jaqsam ma' innovazzjonijiet b'livell baxx ta' emissjonijiet u b'valur għoli fil-qasam tal-enerġija, inkluż fl-effiċjenza enerġetika, fl-enerġija rinnovabbli u fit-teknoloġiji emerġenti nodfa, u dan jagħti lill-UE bażi solida biex tagħmel qabża ulterjuri fir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa, inkluż fl-iżvilupp ta' batteriji għall-elettromobbiltà u l-ħżin tal-enerġija; billi l-politiki ambizzjużi u mmirati dwar il-klima u l-enerġija, partikolarment permezz tal-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, kif ukoll il-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050, kienu l-muturi ewlenin ta' din is-supremazija; billi, f'dan il-kuntest, il-Ftehim ta' Pariġi żied b'mod sostanzjali l-livell tal-ambizzjoni globali u tal-impenji konkreti tal-firmatarji b'rabta mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; billi l-UE jeħtieġ tkompli tkun ambizzjuża fil-politiki u l-istrumenti tagħha sabiex tibgħat is-sinjali ta' investiment korretti u ma titlifx is-supremazija tagħha fis-suq dinji f'dak li għandu x'jaqsam mar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa; |
|
C. |
billi l-progress fl-effiċjenza enerġetika kif ukoll l-innovazzjonijiet u r-R&Ż ibbażati fuq l-enerġija rinnovabbli huma fundamentali għall-kompetittività tal-UE fil-futur, inkluż għall-industrija tal-Ewropa; billi l-UE ma tistax issir “in-numru wieħed fl-enerġija rinnovabbli” jekk mhux bl-adozzjoni ta' innovazzjonijiet kosteffikaċi u bl-intensifikazzjoni tal-isforzi fir-R&Ż f'dan is-settur speċifiku; billi l-implimentazzjoni tal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” jeħtieġ tkun imsejsa fuq politika robusta dwar l-innovazzjoni fil-livell Ewropew, partikolarment b'rabta mal-integrazzjoni tas-sistemi; |
|
D. |
billi suq intern tal-enerġija kompetittiv u li jiffunzjona bis-sħiħ, b'qafas regolatorju u infrastruttura adegwati, huwa essenzjali biex ikomplu jiġu stimulati r-RŻI u tiġi massimizzata l-adozzjoni ta' teknoloġiji ġodda u nodfa min-naħa tas-suq fir-reġjuni kollha tal-UE billi jinħolqu ekonomiji ta' skala u ċertezza fir-regolamentazzjoni u l-investiment, biex b'hekk l-Unjoni tkun tista' tisfrutta l-potenzjal kollu ta' innovazzjoni enerġetika newtrali mil-lat teknoloġiku li trawwem l-effiċjenza, l-użu sostenibbli tas-sorsi tal-enerġija u soluzzjonijiet u teknoloġiji ta' ġenerazzjoni, ħżin u trasport deċentralizzati; |
|
E. |
billi l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa għandha tikkontribwixxi wkoll biex il-konsumaturi Ewropej ikollhom provvista tal-enerġija bi prezzijiet aċċessibbli billi tgħinhom igawdu tariffi tal-enerġija aktar baxxi, aktar kontroll fuq il-konsum u l-produzzjoni tal-enerġija tagħhom u prodotti u servizzi li jikkunsmaw inqas enerġija; |
|
F. |
billi l-politika tal-enerġija u l-istrumenti ta' finanzjament tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, inklużi l-investimenti pubbliċi rilevanti, għandhom jitfasslu b'tali mod li jittieħed vantaġġ sħiħ mill-aċċelerazzjoni tal-iżviluppi tekniċi, u għandhom jiffukaw primarjament fuq tranżizzjoni gradwali lejn sistemi tal-enerġija nodfa, effiċjenti ħafna, u b'livell baxx ta' emissjonijiet; billi minħabba l-inċertezza teknoloġika, xjentifika jew tas-suq, il-finanzjament mis-settur privat sikwit ikun insuffiċjenti jew indisponibbli; billi l-UE jeħtieġ toħloq inċentivi u tibgħat sinjali b'saħħithom u konsistenti, sabiex isserraħ moħħ l-investituri u tagħti spinta lill-investiment privat fl-innovazzjoni, fir-R&Ż u fl-użu ta' enerġija nadifa; |
|
G. |
billi l-innovazzjoni hija xprunata l-ewwel u qabel kollox mill-innovaturi u mid-domanda tas-suq; billi l-Kummissjoni għandha tiffoka l-isforzi tagħha primarjament fuq il-ħolqien ta' qafas ta' abilitazzjoni għall-innovaturi, li jvarja mis-simplifikazzjoni tal-aċċess għal finanzjament għar-riċerka għat-trasformazzjoni tal-għarfien fi prodotti kummerċjalment vijabbli; billi s-sħubijiet bejn ir-riċerkaturi u s-sħab industrijali rilevanti jistgħu jkunu ta' għajnuna f'dan il-kuntest; |
|
H. |
billi s-sussidji fuq l-enerġija jaffettwaw il-prezzijiet tas-suq, jaħbu l-ispejjeż reali tal-enerġija minn sorsi differenti u l-ispiża reali tat-teknoloġiji relatati mal-enerġija, u b'hekk jaffettwaw ħażin il-kundizzjonijiet għar-riċerka u l-investiment fl-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa, kif ukoll l-użu eventwali tagħha; billi, filwaqt li l-użu tas-sussidji għandu jitneħħa b'mod gradwali, dan l-użu għandu, sadanittant, ikun limitat għal strumenti temporanji mmirati lejn il-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwi u suq kompetittiv li jiffaċilita l-adozzjoni ta' teknoloġiji nodfa ġodda, b'mod speċjali fl-oqsma tal-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli; |
|
I. |
billi l-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja (LCA) tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mis-sorsi, min-netwerks tad-distribuzzjoni u mit-teknoloġiji tal-enerġija għandha tittieħed bħala referenza meta jiġu indirizzati politiki u inċentivi konkreti fil-livell tal-UE mmirati lejn it-trawwim ta' soluzzjonijiet u teknoloġiji nodfa, b'emissjonijiet baxxi u effiċjenti fl-enerġija, inkluż l-akkwist sostenibbli tal-materja prima u l-minerali; billi l-enfasi għandha tkun fuq dawk l-innovazzjonijiet tal-enerġija nadifa li għandhom rilevanza diretta għaċ-ċittadini u l-prosumaturi, u li jippermettu l-parteċipazzjoni tagħhom fit-tranżizzjoni tal-enerġija u jagħmlu t-tranżizzjoni nfisha aktar aċċessibbli mil-lat ekonomiku; |
|
J. |
billi r-riċerka marbuta mal-enerġija u l-innovazzjoni ġiet rikonoxxuta bħala qasam ta' prijorità fil-qafas tal-FP7 u ta' Orizzont 2020, u għandha tibqa' hekk fil-qafas tal-FP9, fid-dawl tal-impenji tal-UE fl-ambitu tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Ftehim ta' Pariġi, sabiex il-finanzjament pubbliku u privat fir-R&Ż jiġi sfruttat b'mod aktar effikaċi u jingħata kontribut biex jitnaqqsu r-riskji tal-investiment tal-aktar innovazzjonijiet prospettivi fil-qasam tal-enerġija nadifa, b'mod partikolari fl-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli; |
|
K. |
billi s-settur tat-trasport jirrappreżenta terz tal-konsum enerġetiku tal-UE, għandu potenzjal enormi għall-effiċjenza enerġetika u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju, u għaldaqstant għandu jkollu rwol essenzjali fit-tranżizzjoni lejn soluzzjonijiet enerġetiċi ġodda u lejn soċjetà b'livell baxx ta' karbonju; |
|
1. |
Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-qafas għall-aċċelerazzjoni tal-innovazzjoni tal-UE fil-qasam tal-enerġija nadifa; jenfasizza l-ħtieġa ta' qafas għar-regolamentazzjoni u l-finanzjament tal-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija li jkun koerenti mal-pjan direzzjonali għall-enerġija tal-UE għall-2050 u mal-impenji tagħha fil-qafas tal-Ftehim ta' Pariġi, u li jrawwem l-użu effiċjenti u sostenibbli tas-sorsi kollha tal-enerġija u b'hekk jirriżulta fi ffrankar tal-enerġija u f'benefiċċji akbar fl-oqsma tas-saħħa, is-sikurezza u l-kwalità tal-arja u tal-ilma, u fl-istess ħin jiżgura l-kompetittività industrijali tal-Unjoni, is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tagħha u l-konformità mal-obbligi li joħorġu mit-Trattat tal-UE, kif ukoll risposta komprensiva għall-kwistjonijiet ambjentali; jirrikonoxxi li l-qafas għall-aċċelerazzjoni tal-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa tal-UE huwa parti integrali minn sett usa' ta' proposti leġiżlattivi stabbiliti fil-pakkett “Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha” u għalhekk għandu jsaħħaħ id-diversi elementi tiegħu, l-impenji tal-Unjoni fil-qafas tal-Ftehim ta' Pariġi u l-leġiżlazzjoni u l-prinċipji usa' tal-Unjoni tal-Enerġija, b'mod partikolari dawk li huma riflessi fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u fil-pjan direzzjonali għall-2050, filwaqt li jirrispetta d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 191 u 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE); |
|
2. |
Jirrikonoxxi li s-suċċess fl-adozzjoni ta' innovazzjonijiet fil-qasam tal-enerġija huwa sfida multidimensjonali li tiġbor fiha l-ktajjen tal-valur fuq in-naħa tal-provvista u tad-domanda, il-kapital uman, id-dinamika tas-suq, ir-regolamentazzjoni, l-innovazzjoni u kwistjonijiet ta' politika industrijali; jenfasizza li din l-isfida teħtieġ l-involviment taċ-ċittadini – konsumaturi u prosumaturi – kif ukoll ekosistema wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati, inklużi l-akkademiċi, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u t-teknoloġija (RTOs), l-SMEs, in-negozji l-ġodda, il-kumpaniji tal-enerġija u tal-kostruzzjoni, il-fornituri tal-mobbiltà, il-fornituri tas-servizzi, il-manifatturi tat-tagħmir, il-kumpaniji tal-IT u tat-telekomunikazzjoni, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali, lokali u tal-Unjoni, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, l-NGOs, l-edukaturi u l-opinion leaders; jenfasizza l-valur ta' mudelli kummerċjali ġodda li jużaw teknoloġiji diġitali innovattivi biex, fost l-oħrajn, jottimizzaw l-awtoġenerazzjoni, il-ħżin, l-iskambju u l-awtokonsum ta' enerġija rinnovabbli fuq il-post u jżidu l-aċċess għall-enerġija rinnovabbli, anke għall-familji f'sitwazzjoni ta' faqar enerġetiku; |
|
3. |
Iqis li tranżizzjoni tal-enerġija kosteffikaċi lejn sistemi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, orjentati lejn il-konsumatur u aktar diġitalizzati u deċentralizzati bi prosumaturi u komunitajiet ta' prosumaturi attivi tirrikjedi riċerka u l-adozzjoni ta' innovazzjonijiet fis-setturi kollha tas-sistema tal-enerġija, inklużi soluzzjonijiet speċifiċi u sistemiċi mhux teknoloġiċi, immirati – fost l-oħrajn – għall-effiċjenza u l-ġenerazzjoni deċentralizzata tal-enerġija; jirrikonoxxi li din it-tranżizzjoni qed trawwem mudelli organizzattivi ġodda, b'mod partikolari fil-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-ħżin tal-enerġija, kif ukoll fl-elettromobbiltà, il-ġestjoni tan-negozju u tal-ħtiġijiet, u l-forniment tas-servizzi; jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' standards komuni sabiex titrawwem sistema tal-enerġija konnessa u diġitalizzata; jenfasizza r-rwol li jista' jkollhom proġetti pilota sostenibbli fuq skala kbira, inklużi dawk ibbażati fil-komunità, fl-adozzjoni ta' innovazzjonijiet sistemiċi fil-qasam tal-enerġija; |
|
4. |
Ifakkar li l-effiċjenza enerġetika għandha tkun prijorità orizzontali trasversali fil-politika dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE li tkun tapplika għas-setturi kollha u ma tkunx limitata għal proġetti relatati mal-enerġija, tippromwovi u tinċentiva b'mod sistematiku l-produzzjoni ta' proċessi, servizzi u prodotti aktar effiċjenti, bl-implimentazzjoni tal-prinċipju li “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” tul il-katina tal-enerġija kollha, li tinkludi l-ġenerazzjoni, t-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-użu aħħari tal-enerġija; |
|
5. |
Jirrikonoxxi l-importanza ta' aktar liberalizzazzjoni fis-swieq tal-enerġija Ewropej, b'mod partikolari billi jitneħħew l-ostakli għall-formazzjoni libera tal-prezzijiet u billi jitneħħew gradwalment is-sussidji fuq l-enerġija, sabiex dan jiffaċilita ż-żieda fl-innovazzjoni u l-adozzjoni ta' teknoloġiji ġodda li jwasslu għal użu aktar sostenibbli tal-enerġija u jrawmu provvista emerġenti ta' enerġija rinnovabbli, minbarra li joħloq kundizzjonijiet ekwi u suq kompetittiv li kapaċi jwasslu għal soluzzjoni aktar vantaġġuża għall-konsumaturi, il-prosumaturi, il-komunitajiet u n-negozji; |
Il-koerenza tal-azzjonijiet tal-UE
|
6. |
Jinnota li r-RŻI fil-qasam tal-enerġija nadifa jiddependu b'mod kruċjali fuq suq stabbli u fuq il-prevedibbiltà u ċ-ċertezza ta' qafas regolatorju, li jirrikjedi viżjoni politika ambizzjuża u fattibbli fit-tul, bl-inklużjoni ta' objettivi u impenji relatati mal-klima u l-enerġija, inċentivi mmirati sostnuti u kapital ta' ekwità “paċenzjuż” sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi fost it-teknoloġiji, biex b'hekk tiġi aġevolata l-innovazzjoni, tiġi ffaċilitata l-provvista tal-enerġija, jonqsu l-ostakli għad-dħul fis-suq u jsir aktar faċli għall-innovazzjonijiet fil-qasam tal-enerġija nadifa li jilħqu l-massa kritika meħtieġa biex jiġu adottati mis-suq; jilqa' u jinkoraġġixxi l-enfasi fuq it-teknoloġiji essenzjali, kif ikkonfermat fil-Pjan Strateġiku għat-Teknoloġija tal-Enerġija (Pjan SET) u fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni; itenni d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 194 tat-TFUE u jinnota li dawn iridu jkunu riflessi fl-istrumenti tal-politika u l-finanzi li jappoġġjaw l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa; jenfasizza l-ħtieġa, madankollu, ta' aktar prijoritizzazzjoni tal-innovazzjoni trasversali, transettorjali u sistemika fil-qasam tal-enerġija, kif ukoll il-promozzjoni tal-edukazzjoni u l-intraprenditorija, peress li l-innovazzjoni mhijiex xprunata mit-teknoloġija biss; jissottolinja l-ħtieġa li dan l-approċċ sistemiku jkun jista' jintegra b'mod effikaċi s-soluzzjonijiet differenti disponibbli jew li jkunu qed jiġu żviluppati, partikolarment fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika u l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli; jappella biex il-pjattaformi tat-teknoloġija u l-innovazzjoni Ewropej jintużaw biex jgħinu fl-identifikazzjoni ta' innovazzjonijiet prospettivi fil-qasam tal-enerġija nadifa li jistħoqqilhom appoġġ immirat; |
|
7. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, u, fejn rilevanti, lill-awtoritajiet reġjonali, joħolqu mekkaniżmi għall-koordinazzjoni tal-programmi tal-UE, nazzjonali u reġjonali għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija sabiex jitrawmu sinerġiji u tiġi evitata d-duplikazzjoni, u b'hekk jiġi żgurat l-aktar użu effikaċi tar-riżorsi u l-infrastruttura eżistenti, kif ukoll tas-sorsi tal-enerġija disponibbli fl-Istati Membri, sabiex tiġi massimizzata l-adozzjoni ta' innovazzjonijiet u teknoloġiji ġodda mis-suq u jitrawmu mudelli kummerċjali ġodda fl-UE kollha; jemmen li l-inklużjoni ta' informazzjoni rilevanti fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tista' twassal biex jintlaħaq dan l-objettiv; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza li jitrawmu l-aħjar prattiki u l-iskambji ta' informazzjoni, kif ukoll li jiġu simplifikati r-regoli dwar il-parteċipazzjoni fi programmi ta' innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija għall-organizzazzjonijiet, l-intrapriżi, l-universitajiet u l-istituti kollha, kemm mill-UE kif ukoll minn pajjiżi terzi; |
|
8. |
Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tkompli tiffinanzja r-riċerka fundamentali permezz ta' Orizzont 2020 u permezz tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka; jenfasizza l-ħtieġa li jitjieb aktar il-finanzjament tar-riċerka kollaborattiva fil-qafas tal-Isfidi tas-Soċjetà ta' Orizzont 2020 fil-qasam tal-enerġija, imma wkoll li tiġi simplifikata l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija fl-isfidi l-oħra tas-soċjetà; jinnota l-proposta tal-Kummissjoni li jissaħħu l-innovazzjonijiet li joħolqu s-swieq billi jinħoloq Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni – minbarra l-Inizjattiva favur in-Negozji l-Ġodda u n-Negozji li Qed Jespandu – biex b'hekk jingħata kontribut għat-trawwim ta' innovazzjonijiet rivoluzzjonarji li jistgħu jattiraw u joħolqu swieq ġodda; jemmen li l-ħolqien ta' strumenti ta' finanzjament ibbażati fuq is-suq (bħal self u ekwità) m'għandux ikun ta' detriment għall-finanzjament ta' għotjiet li jippermetti lill-parteċipanti pubbliċi u mingħajr skop ta' qligħ, bħall-akkademiċi, l-universitajiet u s-soċjetà ċivili, jieħdu sehem fi proġetti Ewropej transnazzjonali ta' valur għoli; |
|
9. |
Huwa mħasseb dwar l-għadd kbir u l-kumplessità tal-istrumenti finanzjarji eżistenti u jenfasizza l-ħtieġa ta' koerenza akbar fost il-fondi rilevanti, inklużi l-fondi strutturali, iddedikati għall-effiċjenza enerġetika u għal proġetti ta' enerġija nadifa, u li l-istrumenti ta' finanzjament eżistenti fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri jkunu aktar faċli biex jinftiehmu; jistieden lill-Kummissjoni timmappja l-fondi u l-istrumenti finanzjarji differenti tul il-katina tal-valur, u jqis li l-ippuljar tal-istrumenti differenti – mingħajr ma tiddgħajjef il-komplementarjetà tagħhom – għandu jiġi studjat bħala possibbiltà; iqis ukoll li xi Stati Membri m'għandhomx il-kapaċità biex jiżviluppaw azzjonijiet ta' appoġġ għall-innovazzjoni relatata mal-enerġija, b'mod partikolari permezz ta' skemi nazzjonali ta' appoġġ finanzjarju, u, f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ dawn il-kapaċitajiet filwaqt li tiżgura qafas ta' finanzjament koerenti u simplifikat għall-UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa; |
|
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni tar-rendiment tal-istrumenti finanzjarji u l-fondi relatati mal-enerġija tagħha u tipprovdi risposta “rapida” biex ittejjeb l-istrumenti jekk jiġu identifikati każijiet speċifiċi ta' paraliżi, inkoerenza jew bżonn ta' titjib u tadatta l-istrumenti u l-fondi msemmija għall-miri l-ġodda tal-UE dwar l-enerġija; |
|
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi, bħala parti mill-politika industrijali tal-Unjoni, dimensjoni tal-enerġija ffukata, fit-tul u teknoloġikament newtrali, ibbażata fuq effiċjenza enerġetika għolja, liberalizzazzjoni akbar tas-suq u aktar trasparenza biex ikunu jistgħu jiġu evitati investimenti f'assi mitlufa; jisħaq li din id-dimensjoni għandha tkun parti integrali mill-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni tal-politika industrijali tal-Unjoni; jenfasizza r-rwol ta' proċessi u teknoloġiji innovattivi fit-titjib tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet min-naħa tal-industriji li jużaw ħafna enerġija; jistieden lill-Kummissjoni tpoġġi l-effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi fuq quddiem nett tar-riċerka u l-innovazzjoni, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw id-dħul mill-irkantijiet tal-ETS biex jagħmlu investimenti responsabbli fl-effiċjenza enerġetika u f'teknoloġiji sostenibbli u b'emissjonijiet baxxi; jenfasizza l-ħolqien ta' Fond ta' Innovazzjoni biex jingħata appoġġ lill-innovazzjoni f'teknoloġiji u proċessi b'livell baxx ta' karbonju matul il-Fażi IV tal-ETS; iqis li l-promozzjoni ta' sistema ta' innovazzjoni miftuħa fejn l-industrija u l-kumpaniji jippuljaw l-għarfien espert varjat tagħhom u jiżviluppaw flimkien soluzzjonijiet sostenibbli u ta' kwalità għolja hija essenzjali; jirrikonoxxi r-rwol tal-Forum dwar il-Kompetittività Industrijali għal Enerġija Nadifa fl-adozzjoni ta' innovazzjonijiet fundamentali fil-qasam tal-enerġija, inkluż fis-settur tal-enerġija fotovoltajka u fis-settur tal-enerġija mir-riħ, iżda possibbilment ukoll, fost l-oħrajn, għal soluzzjonijiet ta' ħżin, ġbir u ħżin tal-karbonju u bijoproċessi li jipproduċu l-enerġija; jilqa' l-impenn u l-appoġġ tal-Kummissjoni favur inizjattivi mmexxija mill-industrija għall-promozzjoni tas-supremazija globali tal-UE fl-enerġija nadifa u f'soluzzjonijiet teknoloġiċi b'livell baxx ta' emissjonijiet; |
|
12. |
Ifakkar li l-industrija fotovoltajka jeħtieġ tkun fil-qalba tal-politika industrijali Ewropea sabiex tilqa' għad-domanda ta' suq globali li qed jikber f'kuntest fejn il-maġġoranza taċ-ċelloli u l-moduli fotovoltajċi llum il-ġurnata huma manifatturati barra mill-UE, l-aktar fiċ-Ċina; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tkun integrata bis-sħiħ fiċ-ċiklu ta' investiment il-ġdid sabiex iżżomm is-supremazija tagħha fir-R&Ż fil-makkinarju tal-manifattura fotovoltajka, kif ukoll f'xi oqsma oħra bħall-invertituri, il-materja prima, il-pannelli fotovoltajċi integrati fil-bini, l-operazzjonijiet u l-manutenzjoni u l-bilanċ tas-sistemi; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li żżomm l-għarfien espert tagħha fl-integrazzjoni tas-sistemi bħal soluzzjonijiet fotovoltajċi fuq skala żgħira għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; |
|
13. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, meta jindirizzaw is-settur tal-enerġija u setturi oħra relatati, iżidu l-isforzi tagħhom b'appoġġ għall-innovazzjoni f'sorsi sostenibbli ta' materja prima, fid-disinn aħjar tal-prodotti, fir-riċiklaġġ, fir-riutilizzazzjoni u fl-użu kaskata ta' metalli u materjal eżistenti fil-kuntest tal-ekonomija ċirkolari u l-iffrankar tal-enerġija; |
|
14. |
Jirrikonoxxi r-rabtiet bejn id-diġitalizzazzjoni, it-teknoloġiji tal-IT u r-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija, b'mod partikolari fir-rigward tat-titjib fil-ġbir tad-data, l-interoperabbiltà, is-sigurtà tad-data assoċjata u l-garanziji tal-privatezza; iqis li t-teknoloġiji tar-reġistru distribwit, bħas-sistema tal-blockchain, jista' jkollhom rwol fit-titjib tal-effiċjenza tal-proċessi relatati mal-enerġija u fit-trawwim tal-involviment taċ-ċittadini fit-trasformazzjoni tas-sistema tal-enerġija, inkluż permezz tal-iskambji ta' enerġija bejn il-pari; jistieden lill-Kummissjoni, għal dan il-għan, tinkoraġġixxi din l-inizjattiva, ittejjeb il-qafas regolatorju tagħha u tiżgura l-koerenza bejn l-aspetti relatati tal-Unjoni tal-Enerġija, is-suq uniku diġitali, l-istrateġiji taċ-ċibersigurtà u l-Qafas Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tkun fuq quddiem nett ta' din it-tendenza l-ġdida; |
|
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf tim iddedikat bl-involviment ta' servizzi differenti li fost l-oħrajn:
|
|
16. |
Jenfasizza li l-akkwist pubbliku jista' jixpruna l-innovazzjoni kif ukoll irawwem tkabbir aktar sostenibbli, kif rikonoxxut ukoll mill-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli; jindika li l-għażla ta' prodotti, servizzi u xogħlijiet pubbliċi sostenibbli hija essenzjali u tista' toħloq swieq pilota jew ġodda għal prodotti innovattivi; jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni fil-qafas tal-Inizjattiva favur in-Negozji l-Ġodda u n-Negozji li Qed Jespandu li tintroduċi miżuri dwar l-akkwist tal-UE sabiex, fost l-oħrajn, tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jistabbilixxu miri ta' akkwist ambizzjużi fil-qasam tal-innovazzjoni; jenfasizza wkoll ir-rwol li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jista' jkollhom fl-għoti ta' eżempju tajjeb kif ukoll fl-involviment tagħhom fl-iskambju ta' prattiki tajbin f'forums bħalma huwa l-Patt tas-Sindki; |
|
17. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-komponent tal-kapaċità tal-innovazzjoni fl-ittestjar tal-kompetittività fil-qafas tal-valutazzjonijiet tal-impatt, u tapplika l-Għodda tar-Riċerka u l-Innovazzjoni għall-proposti ġodda kollha tal-politika dwar l-enerġija u r-rieżami tal-leġiżlazzjoni eżistenti, mingħajr ma ddgħajjef l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni; |
|
18. |
Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-ħidma tagħha fuq l-innovazzjoni min-naħa waħda, u fuq l-istandards u l-interoperabbiltà fuq in-naħa l-oħra, tkun kompletament koerenti sabiex l-UE tafferma s-supremazija globali tagħha fl-iffissar ta' standards fis-setturi tal-enerġija nadifa integrati mal-“Internet tal-Oġġetti”; jilqa', bħala eżempju f'dan il-kuntest, l-iżvilupp tal-istandard Ewropew il-ġdid għall-apparat intelliġenti (Saref) li potenzjalment se joħloq lingwa ta' referenza ġdida bbażata fl-UE għad-data relatata mal-enerġija li tippermetti lill-apparat domestiku jaqsam informazzjoni ma' kwalunkwe sistema ta' ġestjoni tal-enerġija; |
|
19. |
Ifakkar li l-politiki dwar l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija għandhom ikunu konformi mal-impenn tal-UE li tikkonserva u ssaħħaħ il-bjar tas-CO2 filwaqt li tippreserva l-bijodiversità, b'mod speċjali fil-foresti, fuq l-art u fil-baħar; |
|
20. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri rilevanti jikkontribwixxu b'mod adegwat biex tintlaħaq il-mira ta' 3 % tal-PDG tal-UE għar-R&Ż; jinnota li żieda globali għal 3 % tfisser ukoll aktar minn EUR 100 biljun fis-sena għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa; ifakkar li żewġ terzi tal-fondi tar-R&Ż huma mistennija li jiġu mis-settur privat; |
Ċertezza ta' finanzjament fit-tul
|
21. |
Itenni l-appell tiegħu għal baġit globali akbar ta' mill-inqas EUR 120 biljun għall-FP9 u jħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid il-proporzjon ta' finanzjament sostenibbli relatat mal-enerġija fil-qafas tal-FP9 b'tal-inqas 50 % aktar mill-ammonti korrispondenti ta' Orizzont 2020, sabiex jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti biex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni tal-enerġija tal-UE u l-implimentazzjoni effikaċi tal-Unjoni tal-Enerġija; jappella, b'mod partikolari, biex ir-riżorsi finanzjarji fil-qafas tal-FP9 jissaħħu sabiex jiġu stimulati l-progressi rivoluzzjonarji u l-innovazzjonijiet li joħolqu s-swieq, speċjalment min-naħa tal-SMEs u n-negozji l-ġodda; jenfasizza l-importanza ta' kriterji ta' eċċellenza b'saħħithom biex l-UE tinbidel f'ċentru globali għall-innovazzjoni, ir-riċerka u t-teknoloġiji ewlenin, inkluża r-riċerka mingħajr għan preċiż (“blue sky”); jirrimarka r-riżultati tal-evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020 li juru li, sal-1 ta' Jannar 2017, il-programm ma kienx qed jilħaq il-mira fir-rigward tan-nefqa għall-klima u s-sostenibbiltà; jilqa' ż-żieda fil-finanzjament ta' Orizzont 2020 għall-Isfida tas-Soċjetà relatata mal-enerġija fil-baġit tal-2018, iżda għadu mħasseb serjament dwar it-tnaqqis fil-proġetti tal-enerġija fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jikkunsidrah inkompatibbli mal-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija; |
|
22. |
Itenni l-bżonn li tittejjeb il-kwalità tal-investimenti ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u li ssir enfasi partikolari fuq inċentivi għal allokazzjoni ġeografika aħjar, fid-dawl tal-iżbilanċ attwali fil-kopertura ġeografika tal-FEIS kif ukoll il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni inqas żviluppati u fi tranżizzjoni; jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' kooperazzjoni mal-banek ta' investiment promozzjonali nazzjonali, mal-pjattaformi ta' investiment u ma' intermedjarji finanzjarji eliġibbli permezz tal-possibbiltà ta' delega tal-użu tal-garanzija tal-UE; jappella għat-tisħiħ sostanzjali tar-rwol u l-kapaċità taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti, b'mod partikolari permezz ta' preżenza lokali u rwol proattiv fit-tħejjija tal-proġetti; |
|
23. |
Jemmen li l-FP9 għandu jappoġġja inizjattivi bħal “bliet 100 % rinnovabbli”, bl-involviment tal-bliet u l-awtoritajiet lokali, bil-għan li tiżdied b'mod sostanzjali l-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli għall-elettriku, il-mobbiltà, it-tisħin u t-tkessiħ fil-bliet permezz ta' proġetti ta' innovazzjoni, li potenzjalment jistgħu jinkludu grilji intelliġenti, il-ġestjoni tas-sistema tal-enerġija, attivitajiet li jippermettu l-akkoppjament tas-setturi, inċentivi għall-użu ta' vetturi elettriċi, eċċ.; |
|
24. |
Jirrikonoxxi r-rwol tal-Pjan SET, il-Komunità ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) InnoEnergy u l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (JTIs) rilevanti għall-ixprunar tal-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija; jenfasizza l-ħtieġa li dawn id-diversi oqfsa jiġu konnessi aħjar ma', fost l-oħrajn, l-inizjattiva InnovFin, il-FEIS u l-programm propost Fond ta' Fond(i) ta' Kapital ta' Riskju Pan-Ewropew (VC FoF), bħala parti minn strateġija ta' investiment koordinata u ffukata fl-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa li tgħin proġetti fi stadju bikri, negozji ġodda u SMEs jegħlbu b'mod effikaċi l-“wied tal-mewt” u jilħqu l-livelli ta' maturità tas-suq meħtieġa għal espansjoni globali; iqis li inċentivi effikaċi għall-investiment fl-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija, permezz ta' fondi ta' investiment nazzjonali u fondi tal-pensjonijiet, jista' jkollhom rwol kruċjali fil-mobilizzazzjoni tal-kapital ta' ekwità meħtieġ; |
|
25. |
Ifakkar li l-proġetti FOAK (l-ewwel tat-tip tagħhom) huma riskjużi ħafna u l-provvista tal-ekwità u d-dejn tkun f'livelli ferm aktar baxxi milli fil-każ tal-finanzjament ta' teknoloġiji ppruvati b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tneħħi l-ostakli regolatorji li fadal u tipproponi l-ħolqien ta' Fond ta' Ekwità SET-FOAK; |
|
26. |
Jirrikonoxxi r-rwol li l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni jista' jiżvolġi fl-għajnuna li jista' jagħti lill-kumpaniji fi stadju bikri biex isibu l-finanzjament u jipproponi li jkollu r-rwol li jikkoordina d-diversi linji ta' strateġija ta' investiment koerenti fl-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa; jitlob aktar informazzjoni dwar l-istruttura tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u l-konsistenza tiegħu ma' strumenti eżistenti li jappoġġjaw l-innovazzjoni; |
|
27. |
Iqis li l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija xprunata miċ-ċittadini teħtieġ inqas ostakli għad-dħul fis-suq u tiftaħ opportunitajiet mhux sfruttati għall-finanzjament tal-innovazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tesplora modi effikaċi għall-promozzjoni tal-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija, fost l-oħrajn permezz tal-crowdfunding, u tikkunsidra l-possibbiltà li twaqqaf fond kollettiv ta' ekwità fl-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa; iqis li dawn il-mezzi ta' finanzjament ġodda u varjati għandhom ikunu addizzjonali u komplementari għal dawk li diġà jeżistu; |
|
28. |
Jenfasizza l-importanza li jsir progress fit-teknoloġija tal-grilji intelliġenti, kif ukoll il-promozzjoni u l-integrazzjoni ta' ġenerazzjoni deċentralizzata axxendenti, inkluż permezz ta' raggruppamenti u skemi kooperattivi; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja dawn l-oqsma ta' innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa permezz ta' mekkaniżmi finanzjarji, inklużi dawk li jtaffu r-riskju għall-investimenti privati u jnaqqsu l-piżijiet fuq l-investimenti pubbliċi fil-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija; jilqa', barra minn hekk, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li żżid l-użu ta' premjijiet ta' inkoraġġiment bħala għodda siewja biex jitrawmu innovazzjonijiet rivoluzzjonarji axxendenti; |
|
29. |
Jenfasizza li, sabiex jitħeġġeġ l-approċċ axxendenti għall-innovazzjoni, għandhom jitrawmu l-adozzjoni u r-raggruppament ta' applikazzjonijiet fuq skala żgħira (eż. NegaWatt, il-ġenerazzjoni fuq il-post, il-ħżin lokali, fost affarijiet oħra) biex jiġu attirati aktar investimenti u tiżdied l-aċċessibbiltà mil-lat ekonomiku, b'attenzjoni partikolari għall-familji b'introjtu baxx u l-bini kollettiv; |
Is-supremazija globali tal-UE
|
30. |
Jirrikonoxxi l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi li jitrawmu sforzi globali għall-aċċelerazzjoni tal-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa; jissottolinja l-ħtieġa li jitkomplew il-finanzjament tar-riċerka u l-ġbir tad-data b'rabta mat-tibdil fil-klima; jistieden lill-Kummissjoni biex, f'konformità mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), tesplora l-modalitajiet differenti li bihom tista' tingħata għajnuna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-ekonomiji emerġenti fit-tranżizzjoni tal-enerġija tagħhom, fost l-oħrajn permezz ta' miżuri ta' bini ta' kapaċità, għajnuna biex jitnaqqsu l-ispejjeż kapitali tal-enerġija rinnovabbli u ta' proġetti fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija, it-trawwim tal-possibbiltà ta' trasferiment tat-teknoloġija, u l-għoti ta' soluzzjonijiet għall-iżvilupp ta' bliet intelliġenti, kif ukoll għall-komunitajiet remoti u rurali, biex b'hekk jissaħħu l-ekosistemi tal-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawn jingħataw l-għajnuna biex iwettqu l-impenji tagħhom skont il-Ftehim ta' Pariġi; jilqa', f'dan ir-rigward, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli li għadu kif inħoloq; |
|
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta l-potenzjal sħiħ tal-inizjattiva Missjoni Innovazzjoni, b'tali mod li l-membri kollha tagħha jkunu jistgħu jonoraw l-impenn tagħhom li jirduppjaw in-nefqa annwali fuq ir-R&Ż fil-qasam tal-enerġija nadifa bejn l-2015 u l-2020; jenfasizza l-importanza li jinstabu sinerġiji ma' inizjattivi globali oħrajn bħal, fost l-oħrajn, il-Breakthrough Energy Coalition, u ma' fondi ta' ekwità u ta' investiment globali; jilqa', f'dan ir-rigward, ir-rwol ta' tmexxija tal-UE fl-Isfida ta' Innovazzjoni relatata mat-Trasformazzjoni tad-Dawl tax-Xemx u l-Isfida ta' Innovazzjoni relatata mat-Tisħin u t-Tkessiħ Affordabbli tal-Bini; jappella, f'dan il-kuntest, biex tiġi esplorata l-possibbiltà ta' tqassim koordinat tax-xogħol fl-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija fuq skala globali; |
|
32. |
Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-possibbiltà li tiżviluppa strateġija komprensiva dwar l-esportazzjoni għal teknoloġiji u soluzzjonijiet sistemiċi sostenibbli fil-qasam tal-enerġija nadifa, li tinkludi faċilità ta' appoġġ dedikata u assistenza ffukata mid-delegazzjonijiet tal-UE f'pajjiżi terzi; jissottolinja, f'dan il-kuntest, ir-rwol li ż-Żoni ta' Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi (DCFTA) jista' jkollhom fl-implimentazzjoni ta' strateġija bħal din; |
|
33. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu eżami bir-reqqa tal-proċeduri ta' reġistrazzjoni tal-privattivi u jitlob li jitneħħew il-piżijiet amministrattivi bla bżonn, li jxekklu l-proċess tal-penetrazzjoni ta' prodotti innovattivi fis-suq u jaffettwaw ir-rwol ta' supremazija tal-UE fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa; |
Innovazzjoni fl-enerġija xprunata miċ-ċittadini
|
34. |
Jemmen li l-aċċelerazzjoni tal-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa tirrikjedi li l-Ewropej ibiddlu l-mentalità tagħhom b'mod li jmur lil hinn mis-sempliċi għarfien dwar kwistjonijiet ta' enerġija, lejn fehim aktar profond fil-bidliet fl-imġiba, speċjalment fl-iffrankar enerġetiku u fix-xejriet ġodda tal-konsum, li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-isfidi urġenti tat-tkabbir sostenibbli u b'hekk jinsiltu l-vantaġġi tar-rivoluzzjoni diġitali u l-innovazzjoni fl-oqsma kollha u, fl-aħħar mill-aħħar, tirnexxi t-tranżizzjoni tal-enerġija; jinnota li l-innovazzjoni tista' tippermetti liċ-ċittadini jkollhom rwol aktar attiv fil-ġenerazzjoni tal-enerġija, inkluż bl-alimentazzjoni tal-grilja b'enerġija awtoġenerata, kif ukoll tikkontribwixxi għal użu aktar effiċjenti tal-enerġija billi jitnaqqas il-konsum fil-livell domestiku, u b'hekk jitnaqqsu kemm l-emissjonijiet kif ukoll il-kontijiet; |
|
35. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-bażi tal-għarfien tal-Ewropa u titnaqqas il-frammentazzjoni billi titrawwem l-eċċellenza fix-xjenza u fl-edukazzjoni, bil-għan li jinħolqu ċentri ta' riċerka li jkunu fuq quddiem nett tal-eċċellenza akkademika internazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata strateġija li tiżgura li l-Ewropa tattira talent barrani filwaqt li żżomm kuntatt mal-aqwa talent Ewropew barra l-Ewropa; jirrikonoxxi li d-disponibbiltà ta' ħaddiema kwalifikati hija ta' vantaġġ kbir għall-Ewropa u tikkostitwixxi mutur ewlieni għall-iżvilupp tal-investiment fir-RŻI; |
|
36. |
Jirrikonoxxi l-importanza tal-involviment demokratiku sħiħ taċ-ċittadini u l-komunitajiet Ewropej, bħala parti essenzjali minn tranżizzjoni tal-enerġija li tirnexxi; jenfasizza, fl-istess waqt, li l-implimentazzjoni effikaċi ta' din it-trasformazzjoni tirrikjedi ftuħ, trasparenza u kundizzjonijiet ekwi u trid tkun imsejsa fuq kompetizzjoni ġusta; |
|
37. |
Jemmen fil-potenzjal tal-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġiji nodfa u l-effiċjenza enerġetika fil-ħolqien ta' impjiegi ġodda u aħjar; iqis li sabiex it-tranżizzjoni lejn ekonomija dekarbonizzata sostenibbli tkun immaniġġjata b'suċċess, jeħtieġ li jiġi żgurat li s-swieq tax-xogħol ikunu jistgħu jwieġbu b'mod adegwat għall-esiġenzi l-ġodda ta' sistemi tal-enerġija nadifa innovattivi; |
|
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti aktar attenzjoni għar-rabta bejn l-innovazzjoni fis-sistemi tal-enerġija u l-profili professjonali l-ġodda, il-ħtiġijiet edukattivi, l-impjiegi u r-rekwiżiti tat-taħriġ fl-inizjattivi tar-R&Ż tagħha; |
|
39. |
Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' edukazzjoni sistemika u skemi ta' impenn imfassla biex jgħinu lis-soċjetà tinvolvi ruħha bis-sħiħ fit-trasformazzjoni tas-sistema tal-enerġija u biex l-Ewropej ta' kull età jkunu jistgħu gradwalment jagħmlu progress minn għarfien u fehim lejn involviment attiv u responsabbilizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u s-settur privat jippromwovu l-għażliet infurmati min-naħa tal-konsumaturi u l-involviment taċ-ċittadini fi kwistjonijiet relatati mal-enerġija, fost l-oħrajn permezz ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni, informazzjoni komprensiva u aċċessibbli dwar il-kontijiet tal-enerġija u għodod ta' tqabbil tal-prezzijiet, il-promozzjoni ta' skemi ta' awtoġenerazzjoni, rispons tad-domanda u qsim kooperattiv, baġits parteċipattivi u crowdfunding għal investimenti marbuta mal-enerġija, kif ukoll inċentivi fiskali u għall-investiment, u anke billi jmexxu soluzzjonijiet u innovazzjonijiet teknoloġiċi; jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet rilevanti jidentifikaw l-aħjar prattiki fil-mod kif jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku tal-familji; |
|
40. |
Jemmen li r-reġjuni u l-bliet għandhom rwol kruċjali fit-titjib tal-mudelli tal-enerġija sostenibbli; jirrikonoxxi r-rwol essenzjali tar-reġjuni, il-bliet u l-irħula fil-promozzjoni ta' sens ta' appartenenza fit-tranżizzjoni tal-enerġija u biex l-innovazzjoni relatata mal-klima u mal-enerġija titmexxa mill-qiegħ; jinnota li r-reġjuni u ż-żoni urbani huma l-aktar adatti għall-ittestjar u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet integrati bl-involviment dirett taċ-ċittadini; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-Patt tas-Sindki, bl-aspirazzjoni tiegħu li jrawwem l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-livell dinji u possibbilment l-ippuljar ta' riżorsi u investimenti; jinnota li ż-żoni rurali jipprovdu wkoll spazju għal innovazzjoni li tista' tegħleb sfidi bħad-distanza jew it-tibdil demografiku, kif ukoll il-forniment ta' servizzi ġodda; |
|
41. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jassistu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jieħdu passi koordinati sabiex jinċentivaw l-innovazzjoni fl-enerġija fil-livell lokali u transreġjonali, bil-għan li jiżviluppaw strateġiji koerenti; jissottolinja li t-tranżizzjoni tal-enerġija se jkollha impatt drammatiku fuq l-impjiegi f'xi reġjuni tal-Unjoni Ewropea u, f'dan il-kuntest, jinsisti li għandu jkun hemm enfasi partikolari fuq ir-reġjuni li jiffaċċjaw sfidi fl-eliminazzjoni gradwali tal-linjite, il-faħam u fjuwils fossili solidi oħra għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u fuq l-industriji minerarji b'risposta għal deċiżjoni ta' Stat Membru, tal-awtoritajiet lokali jew tal-industrija, jew b'risposta għal ċirkustanzi oħra; jissottolinja l-ħtieġa li dawn ir-reġjuni jingħataw appoġġ fl-iżvilupp ta' strateġiji ta' tranżizzjoni inklużivi, lokali u ġusti u fl-indirizzar tal-impatti soċjali, soċjoekonomiċi u ambjentali, kif ukoll fir-rikonverżjoni tas-siti; jenfasizza l-alternattivi finanzjarji biex jingħata tali appoġġ permezz tal-użu parzjali tad-dħul mill-irkantijiet tal-ETS, kif ukoll permezz tal-Fond għall-Modernizzazzjoni li għandu jinħoloq għall-perjodu 2021-2030; iqis li l-proċessi inklużivi tal-partijiet ikkonċernati għandhom jiżviluppaw kif l-aħjar jiġu attirati negozji ġodda u industriji alternattivi u innovattivi, bil-għan li tinbena ekonomija reġjonali sostenibbli, tingħata spinta lid-dinjità tan-nies u jingħata kontribut biex il-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tiġi sostitwita b'soluzzjonijiet ibbażati fuq l-enerġija rinnovabbli jew l-effiċjenza enerġetika; jappella biex il-politiki tar-riċerka u l-innovazzjoni jiffukaw fuq kif tingħata l-ħajja mill-ġdid lir-reġjuni kkonċernati f'termini ta' impjiegi sostenibbli u perspettivi ta' tkabbir, b'mod partikolari fejn l-eliminazzjoni tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-enerġija mil-linjite, il-faħam jew fjuwils fossili solidi oħra hija marbuta mal-attivitajiet minerarji; |
|
42. |
Jistieden lill-Kummissjoni tgħin fir-responsabbilizzazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-adozzjoni ta' innovazzjonijiet fil-qasam tal-enerġija nadifa, bħall-bliet intelliġenti, l-elettromobbiltà u l-grilji żgħar, kif ukoll fil-penetrazzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fis-suq, skont il-livell ta' maturità tagħhom, u tgħin lil dawn l-awtoritajiet jindirizzaw l-isfidi fil-promozzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija, pereżempju l-involviment taċ-ċittadini; jinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki, l-ippuljar tal-investimenti u valutazzjoni aħjar tal-bankabbiltà tal-proġetti, kif ukoll l-iżvilupp ta' strateġiji ta' finanzjament bħall-istudji tal-fattibbiltà u l-użu tal-akkwist pubbliku u s-self; |
|
43. |
Jemmen li s-settur tat-trasport għandu potenzjal enormi u għandu jkollu rwol essenzjali fit-tranżizzjoni u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja l-finanzjament eżistenti biex tiġi implimentata l-infrastruttura għall-vetturi elettriċi; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja u tiżviluppa aktar inizjattivi, bħall-inizjattiva mifruxa madwar l-Ewropa kollha dwar l-elettromobbiltà, kif ukoll l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu; |
|
44. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-benefiċċji tal-mobbiltà tal-idroġenu, kif ukoll l-akkoppjament settorjali bejn is-setturi tat-trasport u tal-elettriku u toħloq inċentivi għal mudelli kummerċjali ġodda f'oqsma simili, bħall-iċċarġjar intelliġenti u l-iskattaturi mill-vettura għall-grilja, li jippermettu lis-sidien tal-vetturi elettriċi jbigħu lis-sistema tal-enerġija b'mod flessibbli; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-finanzjament tal-innovazzjoni mmirata lejn l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet għall-ħżin tal-idroġenu u soluzzjonijiet avvanzati għall-ħżin fit-tul għall-vetturi elettriċi, l-iżvilupp ta' infrastruttura għall-iċċarġjar bl-idroġenu, kif ukoll infrastruttura u soluzzjonijiet rikarikabbli, inkluża l-infrastruttura tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali jieħdu aktar inizjattivi, bħal inċentivi fiskali b'rabta mal-penetrazzjoni ta' vetturi elettriċi u tal-idroġenu fis-suq, tnaqqis u eżenzjonijiet mit-taxxa għas-sidien ta' vetturi elettriċi u tal-idroġenu, kif ukoll diversi inizjattivi oħra fir-rigward tal-promozzjoni tal-użu tal-vetturi elettriċi, bħal tnaqqis fil-prezzijiet, ħlas ta' bonusijiet u primjums għax-xerrejja ta' vetturi elettriċi, u l-ħolqien ta' spazji ta' parkeġġ bla ħlas għall-vetturi elettriċi; |
|
45. |
Jinnota l-isforzi kbar li qed isiru fl-ambitu tal-programm ta' riċerka u żvilupp tal-UE Orizzont 2020 bil-għan li jinkiseb tnaqqis ta' 60 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-settur tat-trasport sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990 (4); ifakkar li l-programmi ta' riċerka u innovazzjoni tal-UE jikkostitwixxu fattur ewlieni fl-adozzjoni ta' innovazzjonijiet fil-qasam tal-enerġija, tal-ICT u tas-sistemi ta' trasport intelliġenti min-naħa tas-suq; jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-futur, tikkonċentra l-għajnuna finanzjarja disponibbli b'mod aktar ċar fuq prijoritajiet strateġiċi interkonnessi, bħall-mobbiltà b'livell baxx ta' emissjonijiet, l-infrastruttura tal-iċċarġjar bi fjuwils alternattivi u trasport urban integrat, b'attenzjoni partikolari għall-emissjonijiet kollha li jniġġsu, it-tnaqqis tal-istorbju, is-sikurezza stradali, il-konġestjoni u r-restrinġiment tat-traffiku, u dan f'konformità mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika; jirrimarka wkoll l-importanza tal-iżvilupp ta' bijofjuwils avvanzati, biex b'hekk jiżdied is-sehem tat-trasport ferrovjarju u l-użu tar-roti; |
|
46. |
Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni se tappoġġja l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi ta' enerġija nadifa min-naħa tas-suq permezz tal-akkwist pubbliku u r-reviżjoni tad-Direttiva dwar Vetturi Nodfa, u jirrikonoxxi l-benefiċċju li dan jista' jkollu għall-awtoritajiet u l-operaturi tat-trasport pubbliku, il-manifatturi tal-karozzi tal-linja, il-fornituri tal-industrija, il-fornituri tal-enerġija u l-assoċjazzjonijiet u ċ-ċentri ta' riċerka nazzjonali u internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ malajr bi proposti f'dan is-sens; |
|
47. |
Iħeġġeġ it-twaqqif ta' Aġenda Strateġika għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fit-Trasport, bi pjanijiet direzzjonali mfassla f'konsultazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, kif ukoll l-awtoritajiet u l-operaturi lokali u reġjonali, u mekkaniżmu korrispondenti ta' governanza, bħala sostenn għar-riċerka, l-innovazzjoni u t-tħejjija għall-użu ta' teknoloġiji ġodda fis-settur tat-trasport u bil-għan li tiġi mħeġġa l-mobbiltà b'livell baxx ta' emissjonijiet, li huma kollha elementi indispensabbli; jitlob li l-konklużjonijiet ta' dawn il-pjanijiet direzzjonali jiddaħħlu fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni; |
|
48. |
Jappella għal approċċ integrat u kkoordinat biex titqies id-dimensjoni urbana tal-politiki u l-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE, kif ukoll biex jiġu żviluppati Pjanijiet ta' Mobbiltà Urbana Sostenibbli (SUMPs) bil-għan li l-Istati Membri jingħataw is-sostenn, il-possibbiltà u l-inkoraġġiment biex itejbu s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini u l-qagħda tal-ambjent fiż-żoni urbani; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' Sistemi tat-Trasport Intelliġenti u Kooperattivi (C-ITS) u ta' vetturi awtonomi u l-użu ta' infrastrutturi li jikkomunikaw biex jiġu ggarantiti l-ħtiġijiet ta' kapaċità għolja u latenza baxxa għal netwerk 5G; jappella biex isiru sforzi attivi sabiex jitnaqqsu d-differenzi u tittejjeb il-kooperazzjoni bejn iż-żoni urbani u ż-żoni rurali u bejn ir-reġjuni aktar żviluppati u dawk li għadhom lura f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalità infrastrutturali; |
|
49. |
Jirrikonoxxi l-importanza tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid, iffirmat f'Ġunju 2017, li jistabbilixxi viżjoni u qafas ta' azzjoni komuni għall-UE u l-Istati Membri tagħha fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp; jinnota li, għall-ewwel darba, is-17-il SDG u l-miri assoċjati li għandhom jintlaħqu sal-2030 huma applikabbli b'mod universali għall-pajjiżi kollha, fid-dawl tal-impenn tal-UE biex tkun minn ta' quddiem fl-implimentazzjoni tagħhom; josserva li dan il-Kunsens iġib il-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp f'konformità mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u jidentifika miżuri importanti fil-qasam tal-enerġija sostenibbli u t-tibdil fil-klima; |
|
50. |
Ifakkar li l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR) jistabbilixxi li “l-objettivi tal-Fondi ESI għandhom jiġu segwiti konformement mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli”, mal-objettivi tal-UE li tippreserva, tħares u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent, u mal-impenji tagħha fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi; |
|
51. |
Ifakkar li l-Ftehimiet ta' Sħubija u l-programmi fil-qafas tas-CPR għandhom l-għan li jippromwovu l-effiċjenza fir-riżorsi, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, kif ukoll il-prinċipji orizzontali tas-sħubija, il-governanza fuq diversi livelli, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi; |
|
52. |
Iqis li s-sinerġiji bejn il-politiki tal-UE għandhom jissaħħu permezz ta' pożizzjoni unifikata u konsistenti tal-UE dwar miżuri anti-dumping, bil-għan li jiġi żgurat li l-industrija tal-manifattura tieħu vantaġġ sħiħ mit-tranżizzjoni tal-enerġija; |
|
53. |
Jirrikonoxxi r-rwol essenzjali tar-reġjuni, il-bliet u l-irħula fil-promozzjoni ta' sens ta' appartenenza għat-tranżizzjoni tal-enerġija madwar id-dinja u fl-innovazzjoni axxendenti fil-qasam tal-klima u l-enerġija; jappella biex jiġu applikati l-istess standards ta' kwalità ambjentali għat-teknoloġija enerġetika kollha li tidħol fis-suq tal-UE; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-ħarsien taż-żoni ekoloġiċi urbani; |
o
o o
|
54. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. |
(1) ĠU C 399, 24.11.2017, p. 21.
(2) ĠU C 36, 29.1.2016, p. 62.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104.
(4) Kif stabbilit fil-White Paper tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2011 bit-titolu “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti” (COM(2011)0144).
L-Erbgħa 7 ta’ Frar 2018
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/21 |
P8_TA(2018)0032
Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni ta' ċittadini tal-UE li jappartjenu għal minoranzi fl-Istati Membri tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Frar 2018 dwar il-protezzjoni u n-nondiskriminazzjoni fir-rigward tal-minoranzi fl-Istati Membri tal-UE (2017/2937(RSP))
(2018/C 463/03)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 10, 19, 21 u 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dritt ta' petizzjoni stabbilit fl-Artikoli 20 u 227 tat-TFUE u fl-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 21 u 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-preambolu tat-TUE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali, il-Protokoll Nru 12 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (1) (Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (2) (Direttiva dwar it-Trattament Ugwali fl-Impjieg), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (3) (Direttiva dwar il-Moviment Liberu), |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) tat-3 ta' Frar 2017 fil-kawża T-646/13 – Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Il-Kummissjoni (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2005 dwar il-ħarsien tal-minoranzi u l-politiki kontra d-diskriminazzjoni f'Ewropa akbar (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2013 dwar il-lingwi Ewropej fil-periklu ta' estinzjoni u d-diversità lingwistika fl-Unjoni Ewropea (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014 bit-titolu “Rapport tal-2013 dwar iċ-ċittadinanza tal-UE. Iċ-ċittadini tal-UE: id-drittijiet tagħkom, il-futur tagħkom” (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2015 (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 bit-titolu “L-Aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu” (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2017 bit-titolu “Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2017: Insaħħu d-drittijiet taċ-ċittadini f'Unjoni ta' tibdil demokratiku” (10), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju ta' April 2017, ikkummissjonat mid-Dipartiment Tematiku C tal-Parlament Ewropew fuq it-talba tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet bit-titolu “Discrimination(s) as emerging from petitions received” (Diskriminazzjoni/każijiet ta' diskriminazzjoni kif jirriżulta mill-petizzjonijiet irċevuti), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju ta' Awwissu 2017, ikkummissjonat mid-Dipartiment Tematiku C tal-Parlament Ewropew fuq it-talba tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern bit-titolu “Towards a comprehensive EU protection system for minorities” (Lejn sistema ta' protezzjoni komprensiva tal-UE għall-minoranzi), |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju ta' Mejju 2017, ikkummissjonat mid-Dipartiment Tematiku B tal-Parlament Ewropew fuq it-talba tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni bit-titolu “Minority Languages and Education: Best Practices and Pitfalls” (Lingwi minoritarji u edukazzjoni: l-aħjar prattiki u n-nases), |
|
— |
wara li kkunsidra s-seduta ta' smigħ pubbliku organizzata mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-4 ta' Mejju 2017 bit-titolu “Fighting against discrimination of EU citizens in the EU Member States and the protection of minorities” (Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni ta' ċittadini tal-UE fl-Istati Membri tal-UE u l-protezzjoni tal-minoranzi) (11), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 216(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet irċieva bosta petizzjonijiet li jqajmu tħassib dwar prattiki varji li jiddiskriminaw kontra ċittadini tal-UE li jagħmlu parti minn minoranzi u organizza seduta ta' smigħ dwar id-diversi kwistjonijiet li tqajmu; |
|
B. |
billi teżisti rabta b'saħħitha bejn id-drittijiet tal-minoranzi u l-prinċipju tal-istat tad-dritt; billi l-Artikolu 2 tat-TUE espressament isemmi d-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi u billi dawn id-drittijiet jistħoqqilhom l-istess trattament bħal drittijiet oħra minquxa fit-Trattati; |
|
C. |
billi l-Artikolu 10 tat-TFUE jiddikjara li “fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li tiġġieled kontra kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali”; |
|
D. |
billi, filwaqt li l-ftehimiet internazzjonali joffru qafas sod għad-drittijiet tal-minoranzi, għad hemm ħafna lok biex jitjieb il-mod li bih il-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi titqiegħed fil-prattika fl-UE; |
|
E. |
billi kull persuna fl-UE għandha dritt u dmir indaqs biex issir membru sħiħ, attiv u integrat tas-soċjetà; |
|
F. |
billi r-rispett tad-drittijiet tal-minoranzi huwa rekwiżit essenzjali għall-pajjiżi kandidati kif stabbilit fil-kriterji ta' Copenhagen; |
|
G. |
billi d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-oriġini etnika tissemma bħala l-aktar forma komuni ta' diskriminazzjoni u billi d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali żdiedet konsiderevolment skont l-aktar stħarriġ riċenti tal-Ewrobarometru dwar id-diskriminazzjoni (12); |
|
H. |
billi l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar Trattament Ugwali (COM(2008)0426) tkopri bosta oqsma bħall-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali, u l-aċċess u l-provvista ta' oġġetti u servizzi; |
|
I. |
billi l-petizzjonijiet li rċieva l-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-qasam tad-diskriminazzjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-minoranzi għandhom ikunu eżaminati bir-reqqa biex ikunu mifhuma l-kwistjonijiet li jħassbu liċ-ċittadini u biex ikunu proposti soluzzjonijiet; |
|
J. |
billi bosta petizzjonijiet juru li l-minoranzi jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali tagħhom u billi dan iqajjem tħassib fir-rigward tal-futur tal-komunitajiet minoritarji, partikolarment fid-dawl ta' attivitajiet li jniġġsu l-ambjent; |
|
K. |
billi l-protezzjoni u t-tisħiħ tal-patrimonju kulturali relatat mal-minoranzi nazzjonali fl-Istati Membri – komponent fundamentali tal-identità kulturali tal-komunitajiet, tal-gruppi u tal-individwi – jiżvolġu rwol kruċjali fil-koeżjoni soċjali; |
|
L. |
billi l-Istati Membri jerfgħu responsabilità ċara biex jieħdu miżuri korrettivi kontra prattiki li jiddiskriminaw kontra membri tal-komunità Rom, partikolarment meta jkollhom x'jaqsmu mal-awtoritajiet amministrattivi reġjonali u nazzjonali; |
|
M. |
billi l-petizzjonanti huma mħassba bin-nuqqas ta' risposta komprensiva min-naħa tal-UE u ta' protezzjoni f'dawk li huma d-drittijiet lingwistiċi u ta' drittijiet oħrajn bħala minoranzi, li huma stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE, kif iddikjarat il-QtĠ-UE; |
|
1. |
Jiddeplora l-fatt li l-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi għadhom iħabbtu wiċċhom ma' ostakli fil-garanzija tar-rispett tad-drittijiet fundamentali tagħhom u jibqgħu vittmi ta' diskors ta' mibegħda u ta' reati ta' mibegħda; |
|
2. |
Iqis li l-Istati Membri għandhom jiddefendu b'mod konsistenti d-drittijiet tal-minoranzi u jivvalutaw perjodikament jekk dawk id-drittijiet humiex jiġu rispettati; |
Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni tal-minoranzi awtoktoni, nazzjonali u lingwistiċi: responsabilità nazzjonali u tal-UE
|
3. |
Josserva li l-kwistjonijiet marbuta mal-minoranzi ma ngħatawx biżżejjed importanza fl-aġenda tal-UE u jsostni approċċ integrat għall-ugwaljanza u għan-nondiskriminazzjoni bl-għan li jiġi żgurat li l-Istati Membri jittrattaw b'mod adegwat id-diversità tal-persuni fis-soċjetajiet tagħhom; |
|
4. |
Jemmen li l-UE terfa' r-responsabilità li tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tal-minoranzi; iqis li huwa neċessarju li jitjieb il-qafas leġiżlattiv tal-UE għall-protezzjoni, b'mod komprensiv, tad-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi; |
|
5. |
Jenfasizza r-rwol tal-istituzzjonijiet tal-UE fis-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet marbuta mal-protezzjoni tal-minoranzi, u ta' inkoraġġiment u sostenn tal-Istati Membri fil-promozzjoni tad-diversità kulturali u t-tolleranza, speċjalment permezz tal-edukazzjoni; |
|
6. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-iżvilupp ta' kwalunkwe politika dwar il-patrimonju kulturali għandu jkun inklużiv, ibbażat fuq il-komunitajiet u parteċipattiv, li jinvolvi l-konsultazzjoni u d-djalogu mal-komunitajiet minoritarji kkonċernati; |
|
7. |
Jinnota li l-UE hija nieqsa mill-istrumenti effikaċi biex timmonitorja r-rispett tad-drittijiet tal-minoranzi; jitlob monitoraġġ effikaċi, fuq skala tal-UE, tas-sitwazzjoni tal-minoranzi awtoktoni u lingwistiċi; iqis li l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali jmissha tagħmel monitoraġġ imsaħħaħ tad-diskriminazzjoni fil-konfront tal-minoranzi nazzjonali fl-Istati Membri; |
|
8. |
Jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-Istati Membri fil-protezzjoni tal-minoranzi awtoktoni, nazzjonali jew lingwistiċi; ifakkar li l-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fuq bażi tal-lingwa jew tal-appartenenza għal minoranza nazzjonali huma stabbiliti fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
|
9. |
Jiddispjaċih li l-kwistjonijiet imqajma fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-ħarsien tal-minoranzi u l-politiki kontra d-diskriminazzjoni f'Ewropa akbar għadhom ma ssolvewx; |
Qafas ġuridiku tal-UE dwar il-minoranzi: sfidi u opportunitajiet
|
10. |
Jenfasizza l-fatt li d-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali u l-protezzjoni tagħhom huma parti integrali tal-istat tad-dritt kif stabbilit fid-dokument ta' Copenhagen tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) iffirmat fl-1990; |
|
11. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li s-sistemi ġuridiċi tagħhom jiggarantixxu li l-persuni li jagħmlu parti minn minoranza ma jiġux iddiskriminati, u li jieħdu miżuri ta' protezzjoni mmirati abbażi tan-normi internazzjonali rilevanti; jikkundanna kwalunkwe trattament diskriminatorju min-naħa tal-uffiċjali pubbliċi ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi; jissuġġerixxi li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu użu mill-miżuri fis-seħħ biex jirrapportaw, u jekk meħtieġ, jissanzjonaw tali każijiet ta' diskriminazzjoni; |
|
12. |
Jisħaq fuq il-fatt li s-sitwazzjoni u l-istatus ġuridiku ta’ non-ċittadini, permanentement residenti fl-Istati Membri, jeħtieġu jiġu indirizzati; |
|
13. |
Jenfasizza li r-riżorsi naturali u tal-patrimonju kulturali tal-minoranzi nazzjonali huma pilastri fundamentali tal-koeżjoni soċjali u jridu jitqiesu bħala beni li jeħtieġ li jiġu kkonservati bis-sħiħ għall-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni, inkluż billi jitwaqqfu l-attivitajiet ta' tniġġis; |
|
14. |
Jistieden lill-Istati Membri jiffirmaw, jirratifikaw u jeżegwixxu l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali, il-Protokoll Nru 12 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji jew jaġġornaw l-impenji tagħhom fir-rigward tal-ftehimiet internazzjonali rilevanti; jisħaq fuq il-fatt li l-minoranzi lingwistiċi u awtoktoni għandhom jiġu ttrattati skont il-prinċipji stabbiliti f'dawn id-dokumenti; |
|
15. |
Jitlob li d-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali u d-Direttiva dwar it-Trattament Ugwali fl-Impjieg jiġu riveduti; jiddispjaċih mhux ftit li bilkemm sar progress fl-adozzjoni tal-proposta għal direttiva dwar trattament ugwali u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jerġgħu jagħtu bidu lin-negozjati rilevanti bil-għan li jkunu konklużi qabel tmiem din il-leġiżlatura; |
Protezzjoni u difiża tal-lingwi minoritarji
|
16. |
Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżguraw id-dritt li tintuża lingwa minoritarja u jipproteġu d-diversità lingwistika fi ħdan l-Unjoni skont it-Trattati tal-UE; |
|
17. |
Jemmen li d-drittijiet lingwistiċi jridu jiġu rispettati fil-komunitajiet fejn hemm aktar minn lingwa uffiċjali waħda, mingħajr limiti għad-drittijiet ta' lingwa meta mqabbla ma' oħra, f'konformità mal-ordni kostituzzjonali ta' kull Stat Membru; |
|
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-promozzjoni tat-tagħlim u tal-użu tal-lingwi reġjonali u minoritarji, bħala mod potenzjali biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni bejn il-lingwi fl-UE; |
Id-drittijiet tal-persuni LGBTI
|
19. |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tieħu provvedimenti aktar iddeterminati biex tiġġieled id-diskriminazzjoni fil-konfront tal-persuni LGBTI u l-omofobija, inklużi miżuri leġiżlattivi konkreti, filwaqt li jkunu rispettati l-kompetenzi tal-Istati Membri; jirrakkomanda l-monitoraġġ tad-drittijiet tal-persuni LGBTI u l-għoti ta' informazzjoni ċara u aċċessibbli dwar ir-rikonoxximent tad-drittijiet transfruntieri tal-persuni LGBTI u tal-familji tagħhom fl-UE; iqis li l-Istati Membri jmisshom jinvestu fl-isforzi dovuti ħalli jipprovdu edukazzjoni mmirata f'fażijiet differenti bil-għan li jipprevjenu l-bullying u jiġġieldu l-omofobija b'mod strutturat; |
|
20. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jimplimentaw korrettament id-Direttiva dwar il-Moviment Liberu billi jirrispettaw b'mod konsistenti, fost oħrajn, id-dispożizzjonijiet relatati mal-membri tal-familja u jipprojbixxu d-diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi; |
|
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tiżgura li l-individwi LGBTI u l-familji tagħhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu kemm skont l-Artikolu 21 tat-TFUE kif ukoll skont l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
o
o o
|
22. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(2) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(3) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(4) ECLI:UE:C:2017:59.
(5) ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 405.
(7) ĠU C 378, 9.11.2017, p. 146.
(8) Testi adottati, P8_TA(2016)0512.
(9) Testi adottati, P8_TA(2017)0413.
(10) Testi adottati, P8_TA(2017)0487.
(11) http://www.europarl.europa.eu/cmsdata/117287/peti-hearing-programme-20170504-en.pdf
(12) Discrimination in the EU in 2015 (Diskriminazzjoni fl-UE fl-2015), http://ec.europa.eu/COMMFrontOffice/publicopinion/index.cfm/Survey/getSurveyDetail/instruments/SPECIAL/surveyKy/2077
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/26 |
P8_TA(2018)0033
Tolleranza żero għall-mutilazzjoni ġenitali femminili
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Frar 2018 dwar tolleranza żero għall-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili (MĠF) (2017/2936(RSP))
(2018/C 463/04)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra, l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi (2012/29/UE) tal-25 ta' Ottubru 2012 (1) dwar l-għoti obbligatorju ta' servizzi ta' appoġġ għall-vittmi tal-vjolenza, inklużi dawk tal-mutilazzjoni ġenitali femminili, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 21 tad-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza (2013/33/UE) tas-26 ta’ Ġunju 2013 (2), li jsemmu speċifikament vittmi tal-MĠF fost persuni vulnerabbli li għandhom jirċievu kura tas-saħħa xierqa matul il-proċedura tal-asil tagħhom, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 20 tad-Direttiva dwar il-Kwalifika (2011/95/UE) tat-13 ta’ Diċembru 2011 (3), fejn l-MĠF bħala forma ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali serja hija inkluża bħala kriterju li għandu jiġi kkunsidrat għall-protezzjoni internazzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2014 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Lejn l-eliminazzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili” (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar it-tmiem tal-mutilazzjoni ġenitali femminili (5), li appellat għat-tmiem tal-MĠF mad-dinja kollha permezz ta' miżuri ta' prevenzjoni, ta' protezzjoni, u miżuri leġiżlattivi, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapporti Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Ġunju 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet, fosthom il-mutilazzjoni ġenitali femminili, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Marzu 2010 dwar l-eradikazzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa fl-UE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2013 bit-titolu “Lejn l-eliminazzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili” (COM(2013)0833), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tat-6 ta' Frar 2013 dwar il-Jum Internazzjonali kontra l-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili, li fiha l-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli u ħames Kummissarji kkonfermaw l-impenn tal-UE li tikkumbatti l-MĠF fl-ambitu tar-relazzjonijiet esterni tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015-2019, b'mod partikolari l-Objettiv 14(b), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, b'mod partikolari l-mira 5.3 dwar l-eliminazzjoni tal-prattiki ta' ħsara kollha, bħaż-żwieġ tat-tfal, dak prekoċi u furzat u l-mutilazzjoni ġenitali femminili, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2020, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-2013 dwar “Il-mutilazzjoni ġenitali femminili fl-Unjoni Ewropea u l-Kroazja”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2017 (6) li titratta l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa ta' Settembru 2017 dwar il-ħtieġa li jiġu intensifikati l-isforzi biex jipprevjenu u jiġġieldu l-mutilazzjoni ġenitali femminili u ż-żwieġ furzat fl-Ewropa, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar l-“Intensifikazzjoni tal-isforzi globali għall-eliminazzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili” (A/RES/67/146), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Inizjattiva “Spotlight” tal-UE u n-NU tal-2017 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, |
|
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar tolleranza żero kontra l-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili (MĠF) (O-000003/2018 – B8-0005/2018), |
|
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli b'mod espliċitu titlob l-eliminazzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili flimkien ma' prattiki ta' ħsara taħt l-Għan 5 "Achieve gender equality and empower all women and girls (“Tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-awtonomija għan-nisa u l-bniet kollha”); |
|
B. |
billi l-MĠF hija prattika sottolineata għal attenzjoni speċjali fi ħdan l-Objettiv 14 “Promoting gender equality, women's rights, empowerment and participation of women and girls” (“Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, id-drittijiet tan-nisa, l-abilitazzjoni u l-parteċipazzjoni tan-nisa u l-bniet”) tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015-2019; |
|
C. |
billi l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2020 (GAP II) taħt il-Prijorità Tematika B: “Physical and Psychological Integrity” (“L-Integrità Fiżika u Psikoloġika”) jinkludi bħala indikatur il-perċentwal ta' bniet u nisa ta' bejn il-15 u d-49 sena li ġew sottoposti għal mutilazzjoni ġenitali femminili; |
|
D. |
billi, bħala prattika detrimentali ta' natura transnazzjonali, il-mutilazzjoni ġenitali femminili issa hija rikonoxxuta bħala kwistjoni globali, filwaqt li l-Aġenda 2030 dwar l-għanijiet għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU identifikatha bħala prattika ta' ħsara li għandha tiġi eliminata sas-sena 2030; |
|
E. |
billi r-rapport statistiku tal-UNICEF għall-2016 iddikjara li minimu ta' 200 miljun mara u tifla madwar id-dinja kienu sottoposti għal mutilazzjoni ġenitali femminili, iżda ċ-ċifra eżatta mhix magħrufa; |
|
F. |
billi l-prattika tal-mutilazzjoni ġenitali femminili – li għadha tiġi tradizzjonalment ipprattikata f'ċerti partijiet tal-kontinent Afrikan, iżda wkoll f'partijiettal-Lvant Nofsani, l-Asja u l-Oċeanja – toħloq ukoll problema fl-Unjoni Ewropea, b'konsegwenzi severi fuq in-nisa u l-bniet affettwati; |
|
G. |
billi, għalkemm b'mod mhux uniformi, kien hemm progress matul l-aħħar tliet deċennji, bir-rata ta' prevalenza tinżel b'madwar 30 %; billi dan il-progress jista' xorta waħda jiġi kkumpensat minn żieda fil-popolazzjoni, li jfisser li numru akbar ta' nisa u bniet jgħaddu minn din il-proċedura; |
|
H. |
billi l-komunitajiet lokali spiss huma l-uniku u l-akbar influwenza fuq id-deċiżjoni tal-ġenituri li jimmutilaw it-tfal bniet tagħhom jew fuq id-deċiżjoni ta' nisa li jagħżlu li jiġu sottoposti għal mutilazzjoni ġenitali femminili; |
|
I. |
billi għalkemm m'hemm l-ebda rekwiżit reliġjuż biex titwettaq mutilazzjoni ġenitali femminili, il-preżenza qawwija ta' reliġjon f'ħafna komunitajiet li jipprattikawha tagħmilha neċessarja għall-mexxejja reliġjużi u mexxejja oħrajn li jkunu involuti fil-moviment kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili; |
|
J. |
billi, sabiex titfassal strateġija xierqa ta' eradikazzjoni, din il-prattika għandha dejjem tiġi eżaminata fil-kuntest lokali; |
|
K. |
billi l-mutilazzjoni ġenitali femminili ta' spiss hi assoċjata ma' kwistjonijiet oħra ta' inugwaljanza bejn is-sessi u tidher biss bħala wieħed mill-bosta każijiet ta' ksur kontra d-drittijiet tan-nisa bħalma huma: in-nuqqas ta' aċċess għall-edukazzjoni għall-bniet, inkluża l-edukazzjoni sesswali komprensiva; in-nuqqas ta' xogħol jew ta' impjieg għan-nisa; l-inabbiltà li jkunu sidien ta' proprjetà jew li jirtu proprjetà; iż-żwieġ tat-tfal bikri jew furzat; il-vjolenza fiżika u sesswali; u n-nuqqas ta' kura tas-saħħa ta' kwalità, inklużi s-saħħa sesswali u riproduttiva u servizzi dwar id-drittijiet; |
|
L. |
billi l-mutilazzjoni ġenitali femminili tinkludi l-premessa ta' kontroll fuq il-ġisem tal-mara b'forom oħra ta' vjolenza abbażi tas-sess kif ukoll il-ksur tad-dritt tal-mara għas-saħħa, għas-sigurtà u għall-integrità fiżika u, f'xi każijiet, saħansitra għad-dritt tagħha għall-ħajja; |
|
M. |
billi, filwaqt li l-prevenzjoni hija mod aktar konvenjenti għall-abbandun tal-mutilazzjoni ġenitali femminili mill-prosekuzzjoni minħabba li min iwettaq ir-reati, dawk li jagħtu l-għajnuna u li jħeġġu li ssir ta' spiss huma l-ġenituri tal-vittma, hemm ħtieġa ċara wkoll li jitneħħew l-ostakoli għall-prosekuzzjoni ta' każijiet ta' mutilazzjoni ġenitali femminili, filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi tat-tfal; |
|
1. |
Jinnota tnaqqis fir-rati ta' prevalenza tal-mutilazzjoni ġenitali femminili bħala riżultat ta' azzjonijiet deċiżivi u ta' sensibilizzazzjoni, u jħeġġeġ lill-atturi kollha jkomplu bl-isforzi tagħhom sabiex jinżamm il-momentum f'pajjiżi fejn il-mutilazzjoni ġenitali femminili hija prevalenti; |
|
2. |
Iqis dan il-momentum bħala opportunità għal organizzazzjonijiet internazzjonali u l-istati biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom, primarjament permezz tal-ħolqien ta' rabtiet u konnessjonijiet bejn reġjuni differenti, il-partijiet ikkonċernati u s-setturi sabiex jaħdmu flimkien b'mod attiv bil-ħsieb li jiksbu l-abbandun ta' din il-prattika u ta' prattiki oħrajn li huma ta' ħsara għal tfal bniet, minħabba li dawn jistgħu jsofru konsegwenzi fiżiċi, psikoloġiċi u emozzjonali tul ħajjithom kollha; |
|
3. |
Jirrikonoxxi l-ħidma imprezzabbli tal-organizzazzjonijiet li jaħdmu mal-komunitajiet fil-post, kemm fi ħdan l-UE kif ukoll lil hinn minnha, dwar il-prevenzjoni, is-sensibilizzazzjoni u l-promozzjoni, u jirrikonoxxi li l-bini ta' pontijiet bejniethom huwa neċessità jekk irridu li l-mutilazzjoni ġenitali femminili ssir xi ħaġa tal-imgħoddi; |
|
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw il-prevenzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili fis-setturi kollha, speċjalment tas-saħħa, inkluża s-saħħa sesswali u riproduttiva, il-ħidma soċjali, l-asil, l-edukazzjoni inkluża l-edukazzjoni sesswali, l-infurzar tal-liġi, il-ġustizzja, il-protezzjoni tat-tfal, u l-mezzi tax-xandir u l-komunikazzjoni; |
|
5. |
Jenfasizza li, skont l-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni ta' Istanbul, l-Istati Membri huma obbligati li jikkriminalizzaw il-mutilazzjoni ġenitali femminili, kif ukoll l-inċitament, l-isfurzar jew l-akkwist ta' tifla biex tiġi sottoposta għaliha, u li l-Konvenzjoni tipproteġi mhux biss bniet u nisa f'riskju ta' mutilazzjoni ġenitali femminili, iżda wkoll il-bniet u n-nisa li jbatu l-konsegwenzi ta' din il-prattika tul ħajjithom (f'sitwazzjonijiet bħal infibulazzjoni mill-ġdid, sitwazzjonijiet relatati mal-asil, aċċess għall-kura, eċċ.); jenfasizza li l-Konvenzjoni ta' Istanbul tistipula li l-kultura, id-drawwiet, it-tradizzjoni, ir-reliġjon jew l-hekk imsejjaħ “unur” ma jistgħu jiġġustifikaw l-ebda att ta' vjolenza fuq in-nisa; |
|
6. |
Jitlob lill-UE u lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma ratifikawx il-Konvenzjoni ta' Istanbul tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa biex jagħmlu dan mingħajr dewmien sabiex l-impenn tal-UE jkun konformi mal-istandards internazzjonali li jippromwovu approċċ olistiku u integrat għall-vjolenza fuq in-nisa u għall-mutilazzjoni ġenitali femminili; |
|
7. |
Jinnota bi pjaċir li l-liġi kriminali fl-Istati Membri kollha tipproteġi espliċitament jew impliċitament lill-bniet u n-nisa mill-mutilazzjoni ġenitali femminili, iżda huwa mħasseb ħafna dwar l-ineffettività apparenti tagħha meta jitqies l-għadd żgħir ta' każijiet legali fl-UE; |
|
8. |
Jinnota bi tħassib li l-infurzar tal-liġijiet u, speċifikament, il-prosekuzzjoni hija sfida fl-Istati Membri kollha u fil-pajjiżi ta' oriġini; jistieden lill-Kummissjoni għalhekk tiffaċilita taħriġ immirat għall-atturi rilevanti dwar l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili; jistieden lill-Istati Membri jkunu aktar viġilanti fir-rigward tal-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' każijiet ta' mutilazzjoni ġenitali femminili; |
|
9. |
Josserva li l-liġi kriminali u t-taħriġ immirat iridu jimxu id f'id mal-isforzi biex titqajjem sensibilizzazzjoni li tiskoraġġixxi prattikanti milli jkomplu din il-prattika; |
|
10. |
Jirrikonoxxi li differenza importanti bejn il-mutilazzjoni ġenitali femminili u forom oħra ta' vjolenza abbażi ta' sess hija n-nuqqas ta' intenzjoni ħażina wara l-att, u jenfasizza li, filwaqt li dan bl-ebda mod ma jista' jservi ta' ġustifikazzjoni, irid pero' jiġi kkunsidrat fi strateġiji mmirati biex din il-prattika tiġi abbandunata; |
|
11. |
Jiddeplora ż-żieda fil-medikalizzazzjoni f'ċerti pajjiżi u jinsisti li din hija tweġiba inaċċettabbli sabiex jiġu indirizzati l-kawżi prinċipali, kif diġà stabbilit min-NU u d-WHO; jistieden lill-Istati Membri biex b'mod espliċitu jipprojbixxu l-medikalizzazzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili filwaqt li jżidu s-sensibilizzazzjoni tal-persunal mediku dwar din il-problema; |
|
12. |
Jenfasizza li l-mutilazzjoni ġenitali femminili hija waħda mill-aktar forom prevedibbli ta' vjolenza sessista u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu azzjoni preventiva b'saħħitha f'kampijiet tar-rifuġjati; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tinkludi l-prevenzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili u prattiki ta' ħsara oħra fi ħdan il-proċeduri ta' integrazzjoni u l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u biex tipprovdi informazzjoni rilevanti permezz tal-Aġenzija tal-UE għall-Asil; |
|
13. |
Jitlob l-ogħla standards ta' protezzjoni għal dawk li jfittxu l-asil għal raġunijiet relatati mal-mutilazzjoni ġenitali femminili fi ħdan il-qafas tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u r-reviżjoni tad-Direttivi dwar l-Asil kif ukoll permezz tar-rwol il-ġdid tal-Aġenzija tal-UE għall-Asil; |
|
14. |
Jinsab ħerqan dwar l-istabbiliment ta' netwerk globali li ser jifforma konnessjonijiet bejn l-atturi rilevanti minn kull parti tad-dinja sabiex jgħaqqad l-ideat u l-forzi flimkien; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ lil dan in-netwerk; |
|
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni twieġeb għat-talbiet li saru mis-soċjetà ċivili sabiex il-finanzjament ikun flessibbli biżżejjed li organizzazzjonijiet ta' bażi li jwettqu x-xogħol tagħhom fil-komunità jistgħu japplikaw għall-fondi, li sensiela ta' kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniet u tan-nisa jistgħu jiġu indirizzati flimkien mal-mutilazzjoni ġenitali femminili bl-użu ta' approċċ olistiku, u li jistgħu jiġu stabbiliti l-konnessjonijiet bejn organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-UE u dawk li jaħdmu f'pajjiżi fejn isseħħ din il-prattika; jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward ix-xogħol tan-Netwerk Ewropew għall-Eliminazzjoni tal-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili u l-membri tiegħu, inkluż permezz tal-proġett Klima Plus, fit-taħriġ tar-rappreżentanti tal-komunitajiet lokali biex tiġi mħeġġa mhux biss bidla leġiżlattiva iżda wkoll bidla fl-imġiba fil-komunitajiet tagħhom; |
|
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżommu data dwar il-prevalenza tal-mutilazzjoni ġenitali femminili u t-tipi tagħha, u biex jinkludi l-persunal akkademiku fil-proċess tal-ġbir ta' data, ir-riċerka u l-edukazzjoni tal-ġenerazzjonijiet futuri ta' professjonisti dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili; jirrikonoxxi li n-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni jista' jkun involut; iqis li aġenda ta' riċerka konġunta dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili tippermetti li l-universitajiet f'żoni fejn din qed tkun prattikata jikkonnettjaw mal-universitajiet tal-UE bil-ħsieb li jorganizzaw programmi ta' skambju, itejbu l-ġbir tad-data u jtejbu l-kapaċitajiet ta' professjonisti futuri f'setturi differenti; |
|
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jinkludu informazzjoni bażika dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili u prattiki oħra ta' ħsara għal tfal bniet fi programmi edukattivi ta' dawk id-dixxiplini li jaqdu rwol ewlieni fil-prevenzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili; |
|
18. |
Jenfasizza li, minkejja l-kuntest lokali, il-mutilazzjoni ġenitali femminili għandha titqies fil-kuntest ta' vjolenza sessista u bħala kwistjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u għandha tiġi indirizzata permezz ta' approċċ komprensiv sabiex jiġu evitati t-tkasbir tal-komunitajiet fejn hija prattikata; |
|
19. |
Jenfasizza li l-iżgurar li l-bniet kollha jattendu l-iskola, u l-iżvilupp ta' prekondizzjonijiet għall-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa, huma l-ewwel passi biex tintrefa' l-pożizzjoni tan-nisa f'komunitajiet li jipprattikaw il-mutilazzjoni ġenitali femminili; |
|
20. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-potenzjal u s-setgħa ta' diversi mezzi ta' komunikazzjoni bħalma huma l-arti, il-letteratura, il-mezzi tax-xandir ġodda u lokali biex il-messaġġi jinġiebu eqreb tan-nies; jenfasizza l-importanza li jiġu involuti s-subien u l-irġiel fil-ħolqien ta' narrattiva ġdida dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra l-istrutturi tal-poter eżistenti permezz ta' netwerks, programmi mill-pari, kampanji ta' informazzjoni u programmi ta' taħriġ; |
|
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri fit-twaqqif u l-prattika ta' netwerks u ta' strateġiji integrati għall-prevenzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili, inkluż it-taħriġ ta' ħaddiema soċjali, il-persunal mediku, il-mexxejja fil-komunità u l-mexxejja reliġjużi, u l-uffiċjali tal-pulizija u tal-ġustizzja; jirrikonoxxi li l-ebda reliġjon ma tinkoraġġixxi din il-prattika; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-kwistjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili u prattiki oħra ta' ħsara għan-nisa u l-bniet fid-djalogi tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem u f'kuntatti diplomatiċi; jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jżidu l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi sabiex dawn jiġu mħeġġa jadottaw liġijiet nazzjonali li jipprojbixxu l-mutilazzjoni ġenitali femminili u biex jingħata appoġġ lill-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi bil-ħsieb li tiġi żgurata l-implimentazzjoni; |
|
23. |
Jinnota b'apprezzament li d-Delegazzjonijiet u s-SEAE jiġu mħarrġa kull sena dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili fl-ambitu tad-drittijiet tat-tfal jew f'qafas ta' taħriġ dwar is-sessi, u jistieden lill-Kummissjoni tara li l-għodod tagħha bħall-“Magħqudin biex intemmu l-mutilazzjoni ġenitali femminili” għal professjonisti ta' setturi differenti jkunu magħrufa u disponibbli b'mod wiesa' għall-popolazzjonijiet fil-mira; |
|
24. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(1) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.
(2) ĠU L 180, 29.6.2013, p. 96.
(3) ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9.
(4) ĠU C 93, 24.3.2017, p. 142.
(5) ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 87.
(6) Testi adottati, P8_TA(2017)0329.
Il-Ħamis 8 ta’ Frar 2018
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/31 |
P8_TA(2018)0034
Russja, il-każ ta' Oyub Titiev u ċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Frar 2018 dwar ir-Russja, il-każ ta' Oyub Titiev u ċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial (2018/2560(RSP))
(2018/C 463/05)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-istat tad-dritt fir-Russja (1), tat-13 ta' Marzu 2014 dwar ir-Russja: l-għoti ta' sentenzi lid-dimostranti involuti fl-avvenimenti ta' Pjazza Bolotnaya (2) u tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar l-għeluq tal-NGO “Memorial” (rebbieħa tal-Premju Sakharov 2009) fir-Russja (3), tat-12 ta' Marzu 2015 dwar il-qtil tal-mexxej tal-oppożizzjoni Russa Boris Nemtsov u l-istat tad-demokrazija fir-Russja (4), tal-24 ta' Novembru 2016 dwar il-każ ta' Ildar Dadin, priġunier minħabba twemmin fir-Russja (5) u tas-6 ta' April 2017 dwar ir-Russja, l-arrest ta' Alexei Navalny u dimostranti oħra (6), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-12 ta' Jannar 2018 tal-Presidenti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u s-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament li fiha ntalab ir-rilaxx immedjat tad-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Oyub Titiev, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 7 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li t-tnejn jipprevedu li ħadd ma għandu jkun soġġett għal tortura jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti u li l-Federazzjoni Russa hija firmatarja tagħhom, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-UE tad-19 ta' Jannar 2018 dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-rigward taċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial fir-Russja u d-Dikjarazzjoni maħruġa mill-Kelliem tas-SEAE fil-11 ta' Jannar 2018 dwar id-detenzjoni tad-Direttur taċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial fir-Repubblika taċ-Ċeċenja, is-Sur Oyub Titiev, |
|
— |
wara li kkunsidra ż-żjara tal-Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Prevenzjoni tat-Tortura fir-Repubblika tac-Ċeċenja tal-Federazzjoni Russa f'Novembru-Diċembru 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fid-9 ta' Diċembru 1998, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) eżistenti li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, kif ukoll in-negozjati sospiżi għal ftehim ġdid bejn l-UE u r-Russja, |
|
— |
wara li kkunsidra s-seba' rapport perjodiku tal-Federazzjoni Russa eżaminat mill-Kumitat tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fit-3 136 laqgħa u fit-3 137 laqgħa tiegħu, li saru fis-16 u fis-17 ta' Marzu 2015, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta' Ġunju 2013 għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha minn persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Federazzjoni Russa, bħala membru sħiħ tal-Kunsill tal-Ewropa u firmatarja tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, intrabtet li tosserva l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem; billi r-Russja għandha l-obbligu u l-mezzi biex tinvestiga d-delitti mwettqa mill-awtoritajiet Ċeċeni; billi l-Federazzjoni Russa rratifikat 11 mit-18-il trattat internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
|
B. |
billi Oyub Titiev, id-direttur fl-uffiċju Ċeċen tal-organizzazzjoni għad-drittijiet tal-bniedem rebbieħa tal-Premju Sakharov 2009, iċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial (komunement magħrufa bħala Memorial), ġie arrestat fid-9 ta' Jannar 2018 mill-pulizija Ċeċena u akkużat b'pussess tad-droga; billi s-Sur Titiev ċaħad dawn l-akkużi filwaqt li diversi NGOs u difensuri oħra tad-drittijiet tal-bniedem skreditawhom bħala vvintati; |
|
C. |
billi fil-25 ta' Jannar 2018 il-Qorti Suprema tar-Repubblika taċ-Ċeċenja kkonfermat id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Belt ta' Shalinsky li Oyub Titiev jinżamm arrestat għal xahrejn; |
|
D. |
billi d-dritt kriminali tal-Federazzjoni Russa ġie emendat u ġie introdott l-Artikolu 212.1 il-ġdid, li taħtu persuna tista' tiġi akkużata f'każ ta' ksur tal-liġi dwar l-assemblej pubbliċi, minkejja l-fatt li din l-emenda tillimita l-libertà tal-kelma u tal-assemblea; |
|
E. |
billi l-awtoritajiet Russi juru tendenza li juru nuqqas ta’ rispett lejn id-dritt tal-libertà tal-assemblea u fil- Belt ta’ Moska biss arrestaw aktar minn 1 000 ċittadin dimostranti u ħafna aktar f'diversi bliet oħra tal-Federazzjoni Russa, wara d-dimostrazzjonijiet paċifiċi li saru fis-26 ta' Marzu 2017; |
|
F. |
billi l-għadd ta' priġunieri politiċi fil-pajjiż żdied b'mod sinifikanti f'dawn l-aħħar snin u, skont iċ-Ċentru Memorial tad-Drittijiet tal-Bniedem, fl-2016 ammonta għal 102 persuni; |
|
G. |
billi l-liġi dwar l-NGOs tal-2012 irrestrinġiet severament il-kapaċità tal-NGOs li jaħdmu b'mod indipendenti u joperaw b'mod effettiv; billi, skont din il-liġi, Memorial ġiet indikata bħala “aġent barrani” mill-Ministeru tal-Ġustizzja Russu; |
|
H. |
billi Yuri Dmitriev, storiku tal-Memorial, kien parti minn tim li sab qabar tal-massa ta' aktar minn 9 000 persuna f'Sandarmokh, ħafna minnhom membri tal-intelligentsia Sovjetika; billi, f'dawn l-aħħar snin, Memorial saret l-aħħar organizzazzjoni indipendenti għad-drittijiet tal-bniedem li għadha topera fir-Repubblika taċ-Ċeċenja; billi huwa probabbli ħafna li l-attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika taċ-Ċeċenja, inklużi l-akkużi kriminali vvintati kontra Oyub Titiev u l-attakki ta' ħruq doluż fir-repubbliki tal-viċinat, ġew orkestrati b'ritaljazzjoni kontra Memorial talli kixfet u fittxet ġustizzja għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċeċenja; |
|
I. |
billi l-Parlament ta l-Premju Sakharov 2009 għal-Libertà tal-Ħsieb lill-grupp tad-drittijiet tal-bniedem Memorial; |
|
J. |
billi fl-Indiċi tad-Demokrazija tal-Economist għall-2017, ir-Russja hija kklassifikata fil-135 pożizzjoni minn 167 pajjiż, u dan juri deterjorament sinifikanti meta mqabbel mal-klassifika tal-pajjiż fil-102 pożizzjoni fl-2006; |
|
K. |
billi hemm livell għoli ta' tħassib fir-rigward tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-konfront tal-persuni LGBTI fiċ-Ċeċenja; billi l-Federazzjoni Russa hija firmatarja ta' bosta trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u – bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa – tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u għaldaqstant għandha d-dmir li tiżgura s-sikurezza tal-persuni kollha li jistgħu ikunu f'riskju; billi l-UE ripetutament offriet għajnuna u għarfien espert addizzjonali biex tgħin lir-Russja timmodernizza u ssegwi l-ordinament kostituzzjonali u ġuridiku tagħha, f'konformità mal-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa; billi r-Russja għandha l-obbligu u l-mezzi biex tinvestiga d-delitti mwettqa mill-awtoritajiet Ċeċeni; billi fl-1993 l-omosesswalità ġiet dekriminalizzata fil-Federazzjoni Russa; |
|
1. |
Jitlob ir-rilaxx immedjat tad-Direttur taċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial fir-Repubblika taċ-Ċeċenja, is-Sur Oyub Titiev, li ġie arrestat fid-9 ta' Jannar 2018 u mbagħad uffiċjalment mixli u mibgħut biex jinżamm taħt arrest fuq akkużi foloz ta' akkwist u pussess illegali ta' narkotiċi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jiżguraw ir-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet ġuridiċi tas-Sur Titiev, inkluż l-aċċess għal avukat u għall-kura medika, għall-integrità fiżika u d-dinjità u l-protezzjoni mill-intimidazzjoni ġudizzjarja, mill-kriminalizzazzjoni u mill-arrest arbitrarju; |
|
2. |
Jiddeplora d-dikjarazzjoni magħmula mill-awtoritajiet Ċeċeni li tikkritika l-ħidma tad-difensuri u l-organizzazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem; jinnota bi tħassib li l-arrest ġara ftit wara r-rimarki pubbliċi tas-Sur Magomed Daudov, l-ispeaker tal-parlament Ċeċen, li jidher li japprova mill-vjolenza kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
3. |
Huwa tal-fehma li l-arrest tas-Sur Titiev huwa parti minn xejra inkwetanti ta' arresti, attakki, intimidazzjonijiet u skreditazzjonijiet ta' ġurnalisti indipendenti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jaħdmu fiċ-Ċeċenja; jirrimarka li każijiet oħra li jiffurmaw parti minn din ix-xejra inkwetanti jinkludu l-arresti tal-president tal-Assemblea tal-Popli tal-Kawkasu, Ruslan Kutaev, u l-ġurnalist Zhalaudi Geriev, li kienet ingħatatilhom sentenza fuq bażijiet dubjużi relatati mad-drogi fl-2014 u fl-2016, rispettivament; |
|
4. |
Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar il-fatt li ħadd għadu ma tressaq quddiem il-ġustizzja għall-qtil tal-predeċessur tas-Sur Oyub Titiev f'Memorial u attivista tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċeċenja, is-Sa Natalia Estemirova, li kienet inħatfet minn quddiem id-dar tagħha fi Grozny f'Lulju 2009 u fl-istess jum kienet instabet maqtula b'arma tan-nar qrib il-villaġġ ta' Gazi-Yurt fl-Ingushetia, reġjun fil-viċin; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jwettqu investigazzjonijiet ġenwini dwar dan id-delitt; ifakkar, f'dan ir-rigward, li avukat u attivist tad-drittijiet tal-bniedem ieħor, Stanislav Markelov, magħruf għall-ħidma tiegħu fuq l-abbużi Ċeċeni, kien inqatel b'arma tan-nar fiċ-ċentru ta' Moska fl-2009; |
|
5. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi biex immedjatament itemmu din ix-xejra inkwetanti ta' arresti, attakki, intimidazzjonijiet u skreditazzjonijiet ta' ġurnalisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem indipendenti li jaħdmu f'dak ir-reġjun tal-Federazzjoni Russa, bi ksur tad-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni; jikkundanna l-attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem mill-awtoritajiet Ċeċeni u jħeġġeġ lil Moska ttemm dawn l-attakki u trawwem klima ta' ħidma normali għad-difensuri u għall-organizzazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċeċenja u f'partijiet oħra tal-Federazzjoni Russa; |
|
6. |
Jesprimi tħassib profond dwar il-fatt li l-kundizzjonijiet għas-soċjetà ċivili kritika fir-Russja qed jeħżienu, b'mod partikolari dawk l-organizzazzjonijiet li jaħdmu għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet demokratiċi u jesprimu kritika fir-rigward tal-politiki tal-istat f'dan ir-rigward; jissottolinja li Memorial, ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2009, għadha waħda mill-aktar ilħna awtorevoli dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-Russja llum u saret l-aħħar organizzazzjoni għad-drittijiet tal-bniedem indipendenti li għadha topera fir-Repubblika taċ-Ċeċenja u jesprimi s-solidarjetà u l-appoġġ qawwi tiegħu għall-ħidma dedikata tagħha; |
|
7. |
Jistieden lill-awtoritajiet Russi biex jipproteġu liċ-ċittadini Russi kollha mill-abbuż illegali; jistieden lill-awtoritajiet Russi biex immedjatament itemmu r-ripressjoni tal-libertà tal-espressjoni fiċ-Ċeċenja u jipprovdu garanziji ta' sigurtà effettivi lill-vittmi u lix-xhieda tal-abbużi u jressqu lill-awturi tal-abbużi quddiem il-ġustizzja; jissottolinja li r-Russja u l-gvern tagħha jġorru r-responsabilità finali biex jinvestigaw dawn l-atti, iressqu lill-awturi quddiem il-ġustizzja u jipproteġu liċ-ċittadini Russi kollha mill-abbuż illegali; |
|
8. |
Jirrimarka li sinjal ieħor ta' persekuzzjoni u fastidju mġarrbin mill-organizzazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun tal-Kawkasu tat-Tramuntana kien l-attakk ta' ħruq doluż fis-17 ta' Jannar 2018 kontra l-uffiċċji ta' Memorial fir-Repubblika ta' Ingushetia, fil-viċinat, u l-attakk fit-22 ta' Jannar 2018 meta persuni mhux magħrufa dolożament qabbdu n-nar fuq karozza li tappartjeni lill-uffiċċju lokali ta' Memorial f'Dagestan; jikkundanna dawn l-attakki u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jinvestigaw b'mod effettiv dawn l-attakki u attakki oħra kontra l-proprjetà ta' Memorial u t-theddid kontra l-persunal tagħha u jiżguraw li dawk responsabbli jwieġbu għal għemilhom; |
|
9. |
Jistieden lill-awtoritajiet Russi jwettqu investigazzjonijiet immedjati, indipendenti, oġġettivi u bir-reqqa dwar l-iżviluppi deplorevoli fiċ-Ċeċenja b'urġenza; jistieden lill-awtoritajiet Ċeċeni u lil dawk tal-Federazzjoni Russa jirrispettaw il-leġiżlazzjoni interna u l-impenji internazzjonali u jirrispettaw l-istat tad-dritt u l-istandards universali tad-drittijiet tal-bniedem u jiżguraw is-sikurezza u l-libertajiet demokratiċi tal-persuni kollha li jistgħu jkunu f'riskju; |
|
10. |
Jieħu nota tat-talba minn Memorial biex jiġi investigat il-każ ta' Titiev barra miċ-Ċeċenja; |
|
11. |
Jikkundanna l-attakki kontra gruppi oħra tas-soċjetà ċivili u l-NGOs fiċ-Ċeċenja, inklużi l-attakki u l-kampanja ta' malafama kontra l-Grupp Mobbli Konġunt tad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem fiċ-Ċeċenja (JMG), li mexxew l-irtirar tal-grupp miċ-Ċeċenja għal raġunijiet ta' sigurtà fl-2016; |
|
12. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar ir-rapporti ta' arrest arbitrarju u tortura ta' persuni meqjusa bħala LGBTI fir-Repubblika taċ-Ċeċenja; jistieden lill-awtoritajiet itemmu din il-kampanja ta' persekuzzjoni u jħallu lill-organizzazzjonijiet internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem iwettqu investigazzjoni kredibbli dwar id-delitti allegati; jikkundanna wkoll il-qtil ta' individwi minn membri tal-familja f'hekk imsejjaħ “qtil tal-unur” u jiddeplora l-appoġġ u t-tħeġġiġ tal-awtoritajiet Ċeċeni għal dawn id-delitti; |
|
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jgħinu lil dawk li ħarbu miċ-Ċeċenja u biex jikxfu din il-kampanja ta' abbuż fil-beraħ; jilqa' l-fatt li għadd ta' Stati Membri taw asil lil dawn il-vittmi u jistieden lill-Istati Membri kollha biex ikomplu jew iħaffu l-proċeduri ta' talba għall-asil għall-vittmi, il-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, b'konformità mal-liġi Ewropea u nazzjonali; |
|
14. |
Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lis-SEAE jiżguraw li l-każijiet kollha ta' persuni pproċessati għal raġunijiet politiċi jitqajmu fil-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u r-Russja, meta jitkomplew, u li r-rappreżentanti tar-Russja f'dawn il-konsultazzjonijiet jintalbu jwieġbu formalment f'kull każ u jirrappurtaw lura lill-Parlament dwar l-iskambji tagħhom mal-awtoritajiet Russi; |
|
15. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa u lill-awtoritajiet Ċeċeni. |
(1) ĠU C 65, 19.2.2016, p. 150.
(2) ĠU C 378, 9.11.2017, p. 250.
(3) ĠU C 274, 27.7.2016, p. 21.
(4) ĠU C 316, 30.8.2016, p. 126.
(5) Testi adottati, P8_TA(2016)0446.
(6) Testi adottati, P8_TA(2017)0125.
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/35 |
P8_TA(2018)0035
Eżekuzzjonijiet fl-Eġittu
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Frar 2018 dwar l-eżekuzzjonijiet fl-Eġittu (2018/2561(RSP))
(2018/C 463/06)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Eġittu, b'mod partikolari dik tal-10 ta' Marzu 2016 dwar l-Eġittu, b'mod partikolari l-każ ta' Giulio Regeni (1), dik tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar Ibrahim Halawa, li qed jiffaċċa l-possibiltà tal-piena tal-mewt (2) u dik tas-15 ta' Jannar 2015 dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu (3); għar-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta’ Frar 2017 dwar l-eżekuzzjonijiet fil-Kuwajt u fil-Bahrain (4) u tat-8 ta’ Ottubru 2015 dwar il-piena tal-mewt (5); u għar-riżoluzzjoni tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-Jum Dinji kontra l-Piena tal-Mewt (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt, dwar it-Tortura, dwar il-Libertà ta' Espressjoni u dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE dwar l-Eġittu ta' Awwissu 2013 u Frar 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-2001, li daħal fis-seħħ fl-2004, u msaħħaħ permezz tal-Pjan ta' Azzjoni tal-2007; wara li kkunsidra l-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2017-2020, adottati fil-25 ta' Lulju 2017, u d-dikjarazzjoni konġunta maħruġa wara l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-10 ta' Ottubru 2017 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, u s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Jum Ewropew u Dinji kontra l-Piena tal-Mewt, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istqarrija konġunta tas-26 ta' Jannar 2018 minn esperti tan-NU fosthom Nils Melzer, ir-Rapporteur Speċjali dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, li tħeġġeġ lill-awtoritajiet Eġizzjani jwaqqfu l-eżekuzzjonijiet imminenti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Eġittu, u b'mod partikolari l-Artikolu 93 tagħha (in-natura vinkolanti tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem), |
|
— |
wara li kkunsidra s-Salvagwardji tan-Nazzjonijiet Uniti li Jiggarantixxu l-Protezzjoni tad-Drittijiet ta' dawk li jiffaċċjaw il-Piena tal-Mewt, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Prinċipji u l-Linji Gwida Afrikani dwar id-Dritt għal Proċess Ġust u Assistenza Legali, li jipprojbixxu proċessi militari ta' persuni ċivili fi kwalunkwe ċirkostanza, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali adottata mis-6 Kungress Dinji kontra l-Piena tal-Mewt, li sar f'Oslo bejn il-21 u t-23 ta' Ġunju 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni l-ġodda tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li għandhom l-għan li jqiegħdu l-protezzjoni u s-sorveljanza tad-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tal-politiki kollha tal-UE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli 6 u 13 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sitt riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU favur l-adozzjoni ta' moratorju fuq il-piena tal-mewt, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Karta Għarbija tad-Drittijiet tal-Bniedem, li ġew ratifikati mill-Eġittu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li l-Eġittu hu parti tiegħu, u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu u t-tieni protokoll fakultattiv dwar il-piena tal-mewt, kif ukoll l-Artikolu 14 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-piena tal-mewt hija l-iktar kastig inuman u degradanti, li jikser id-dritt għall-ħajja kif imħaddan fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem; billi l-Unjoni Ewropea għandha pożizzjoni qawwija u ta' prinċipju kontra l-piena tal-mewt u favur moratorju universali fuq il-piena tal-mewt bil-għan li diġà tiġi abolita globalment, bħala wieħed mill-objettivi ewlenin tal-politika tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
|
B. |
billi ġie rappurtat li minn Jannar 2014, mill-inqas 2 116-il persuna ġew ikkundannati għall-mewt fl-Eġittu; billi l-ebda sentenza ta' mewt ma ġiet approvata taħt l-ex-Presidenti Mohamed Morsy u Adly Mansour; billi mill-inqas 81 eżekuzzjoni twettqu mill-1 ta' Jannar 2014; |
|
C. |
billi ġie rappurtat li fl-2017 il-qrati Eġizzjani taw mill-inqas 186 sentenza ta' mewt, waqt li 16-il persuna ġew iġġustizzjati; billi f'dawn l-aħħar ġimgħat u mill-aħħar ta' Diċembru 2017 kien hemm żieda allarmanti; billi l-eżekuzzjonijiet kollha li twettqu riċentement saru mingħajr ma ġew notifikati minn qabel il-vittmi jew qrabathom; billi attwalment donnu li 24 Eġizzjan ieħor jinsabu fil-periklu ta' eżekuzzjoni imminenti, għax il-proċessi ta' appell tagħhom ġew eżawriti; |
|
D. |
billi mill-inqas 891 persuna bħalissa jinsabu għaddejjin minn proċess ġudizzjarju jew qed jistennew biex jibda proċess ġudizzjarju kontrihom fl-Eġittu fuq akkużi li jaf jinvolvu sentenza ta' mewt; billi mill-inqas 38 persuna li kellhom inqas minn 18-il sena meta allegatament wettqu r-reati ġew ipproċessati ma' kokonvenuti adulti, b'akkużi li jinvolvu l-piena tal-mewt; billi l-qrati rrakkomandaw sentenzi ta' mewt inizjali għal tal-inqas seba' persuni bħal dawn; billi l-impożizzjoni u l-eżekuzzjoni tal-piena tal-mewt kontra persuni li kienu taħt l-età ta' 18 meta jkun twettaq ir-reat huma ksur tad-dritt internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, kif ukoll l-Artikolu 111 tal-Liġi tat-Tfal Eġizzjana; billi l-Eġittu huwa parti ta' diversi konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet ċivili u politiċi, it-tortura, id-drittijiet tat-tfal u tal-minorenni, u l-ġustizzja; |
|
E. |
billi l-Kodiċi Militari tinkludi fiha għadd ikbar ta' reati punibbli bil-piena tal-mewt mill-kontroparti ċivili tagħha, u l-leġiżlazzjoni Eġizzjana espandiet b'mod gradwali l-ġurisdizzjoni militari; billi l-għadd ta' persuni ċivili kkundannati għall-mewt mill-qrati militari fl-Eġittu żdied minn 60 fl-2016 għal mill-inqas 112 fl-2017; billi mill-inqas 23 Eġizzjan ġew iġġustizzjati f'dawn l-aħħar xhur, fosthom 22 ċivili li ġew ikkundannati minn qrati militari li huma 'l bogħod ħafna mill-ilħuq tal-istandards ta' proċess ġust; billi ġie rappurtat li b'kollox, mill-anqas 15 000 persuna ċivili, inklużi għexieren ta' tfal, ġew riferuti lill-prosekuturi militari bejn Ottubru 2014 u Settembru 2017; |
|
F. |
billi ġie rappurtat li għadd preokkupanti ta' xhieda u konfessjonijiet użati fil-proċessi, inklużi l-proċessi militari, inkiseb wara li l-akkużati allegatament għebu b'mod sfurzat jew ġew ittorturati jew maltrattati; billi l-ġlieda kontra t-tortura hija prijorità antika tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, u għan komuni għall-Konvenzjoni Kontra t-Tortura tan-NU, li ġiet iffirmata mill-Eġittu; |
|
G. |
billi hu rappurtat li l-eżekuzzjonijiet kollha riċenti u imminenti huma r-riżultat ta' proċessi li naqsu milli jirrispettaw id-drittijiet ta' proċess ġust u proċess dovut; billi s-Salvagwardji tan-Nazzjonijiet Uniti li Jiggarantixxu l-Protezzjoni tad-Drittijiet ta' dawk li jiffaċċjaw il-Piena tal-Mewt jipprojbixxu strettament l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt wara proċessi inġusti; billi diversi esperti tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU talbu ripetutament lill-Eġittu biex iwaqqaf l-eżekuzzjonijiet kollha pendenti wara allegazzjonijiet ta' proċessi inġusti; |
|
H. |
billi huwa importanti li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun żgurat li l-proċessi jsiru f'kundizzjonijiet li ġenwinament joffru l-garanziji sħaħ stipulati fl-Artikolu 14 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li tiegħu l-Eġittu huwa Stat parti; billi f'każijiet ta' piena tal-mewt, il-proċessi jeħtieġ li jilħqu l-ogħla standards ta' imparzjalità u proċess dovut; |
|
I. |
billi fid-29 ta' Novembru 2017 il-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ħeġġet lill-Gvern Eġizzjan biex jissospendi minnufih is-sentenzi ta' mewt f'ħames kawżi differenti; billi, madankollu, il-konvenuti ta' waħda minn dawn il-kawżi, il-kawża Kafr el-Sheikh, ġew iġġustizzjati fit-2 ta' Jannar 2018; |
|
J. |
billi l-Eġittu għadda minn diversi sfidi diffiċli mir-rivoluzzjoni tal-2011 u l-komunità internazzjonali qed tappoġġa lill-pajjiż fl-indirizzar tal-isfidi ekonomiċi, politiċi u tas-sigurtà tiegħu; |
|
K. |
billi jeżistu sfidi serji tas-sigurtà fl-Eġittu, b'mod partikolari fis-Sinaj, fejn xi gruppi terroristiċi wettqu attakki fuq il-forzi tas-sigurtà; billi fl-Eġittu twettqu diversi attakki terroristiċi qerrieda, inkluż l-attakk riċenti fuq moskea Sufi li ħalla 311-il persuna ċivili mejta u mill-inqas 128 oħra midruba; billi fid-9 ta' April 2017 twettqu żewġ attakki suwiċida bil-bombi fil-knisja ta' San Ġorġ f'Tanta u fil-katidral Kopti Ortodoss ta' San Mark, attakki li ħallew mill-inqas 47 persuna mejta; |
|
L. |
billi fl-Eġittu għaddej stat ta' emerġenza li ilu fis-seħħ minn April 2017 u li ġie estiż għal tlett xhur mit-13 ta' Jannar 2018, introdott, skont il-mezzi tax-xandir tal-Istat, biex jgħin l-indirizzar tal-“perikli u l-finanzjament tat-terroriżmu” u li jdgħajjef il-libertajiet fundamentali u jagħti lill-President u lil dawk li jaġixxu f'ismu is-setgħa li jirreferu lil persuni ċivili quddiem il-Qrati tal-Emerġenza tas-Sigurtà Statali għat-tul tal-perjodu tat-tliet xhur; |
|
M. |
billi s-sitwazzjoni ġenerali tad-drittijiet tal-bniedem qed tkompli tiddeterjora fl-Eġittu; billi r-repressjoni kontra t-terroriżmu ntużat bħala ġustifikazzjoni mill-awtoritajiet Eġizzjani biex iwettqu repressjoni fuq skala kbira; |
|
N. |
billi l-Liġi Kontra t-Terroriżmu adottata fl-2015 timponi l-piena tal-mewt għal kull min jinstab ħati tal-istabbiliment jew it-tmexxija ta' grupp terroristiku, taħt definizzjoni wiesgħa tat-terroriżmu li tinkludi “l-ksur tal-ordni pubbliku, l-ipperikolar tas-sikurezza, l-interessi, jew is-sigurtà tas-soċjetà, l-ostakolar tad-dispożizzjonijiet tal-kostituzzjoni u tal-liġi, jew il-ħsara lill-unità nazzjonali, il-paċi soċjali, jew is-sigurtà nazzjonali”, u b'hekk ipoġġi lil kwalunkwe persuna ċivili, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, fir-riskju li tiġi ttikkettata bħala terrorista u li tiġi kkundannata għall-mewt; |
|
O. |
billi difensuri Eġizzjani tad-drittijiet tal-bniedem li jiddokumentaw u jiddenunzjaw sentenzi tal-mewt, tortura u għajbien sfurzat kienu soġġetti għal miżuri repressivi mmirati, bħall-għeluq taċ-Ċentru El Nadeem fl-2017 u t-tentattiv min-naħa tal-awtoritajiet Eġizzjani li jagħlqu l-uffiċċju tal-Kajr tal-Kummissjoni Eġizzjana għad-Drittijiet u l-Libertajiet (ECRF); billi s-sena li għaddiet l-Eġittu attakka lill-NGOs fil-livell legali b'liġi li tirrikjedi li l-aġenziji tas-sigurtà tal-Istat japprovaw il-finanzjament tagħhom, barrani jew domestiku, u b'hekk virtwalment qed tipprojbihom; billi fil-5 ta' April 2018 l-ogħla qorti tal-appell tal-Eġittu se tiddeċiedi dwar il-kawża tal-hekk imsejjaħ “finanzjament barrani” li tinvolvi NGOs internazzjonali; |
|
P. |
billi l-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu ġodda għall-2017-2020, adottati f'Lulju 2017 huma ggwidati minn impenn komuni favur il-valuri universali tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u jikkostitwixxu qafas imġedded għal impenn politiku u kooperazzjoni msaħħa, inkluż dwar is-sigurtà, ir-riforma ġudizzjarja u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, fuq bażi ta' rispett xieraq għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; billi s-Sottokumitat dwar Kwistjonijiet Politiċi, id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Eġittu u l-Unjoni Ewropea kellu l-ħames sessjoni tiegħu li saret fil-Kajr fl-10 u l-11 ta' Jannar 2018, u dan indirizza l-kooperazzjoni fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt; |
|
Q. |
billi l-UE hija s-sieħba ekonomika ewlenija tal-Eġittu u s-sors ewlieni ta' investiment barrani tiegħu; billi l-assistenza bilaterali tal-UE lill-Eġittu fl-ambitu tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat għall-2017-2020 tammonta għal madwar EUR 500 miljun; billi fil-21 ta' Awwissu 2013 il-Kunsill Affarijiet Barranin inkariga lir-Rappreżentant Għoli biex teżamina mill-ġdid l-assistenza tal-UE lill-Eġittu; billi l-Kunsill iddeċieda li l-kooperazzjoni tal-UE mal-Eġittu għandha tkun aġġustata mill-ġdid skont l-iżviluppi fil-post; |
|
R. |
billi kumpaniji bbażati f'diversi Stati Membri tal-UE komplew jesportaw tagħmir ta' sorveljanza u tagħmir militari lejn l-Eġittu; |
|
1. |
Jikkundanna bil-qawwa l-użu tal-piena kapitali, u jitlob li kwalunkwe eżekuzzjoni imminenti fl-Eġittu titwaqqaf; jappoġġa bil-qawwa moratorju immedjat fuq il-piena tal-mewt fl-Eġittu bħala pass favur l-abolizzjoni tagħha; f'dan ir-rigward, jikkundanna l-eżekuzzjonijiet kollha kulfejn iseħħu, u għal darb'oħra jenfasizza li l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt tikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-dinjità umana kif stabbilit fil-prijoritajiet tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jirrevedu s-sentenzi tal-mewt pendenti kollha sabiex jiżguraw li dawk li nstabu ħatja fi proċessi vizzjati jkollhom proċess ġdid ġust; ifakkar li minkejja l-isfidi tas-sigurtà fl-Eġittu, l-eżekuzzjonijiet m'għandhomx jintużaw bħala mezz għall-ġlieda kontra t-terroriżmu; |
|
2. |
Jistieden lill-Parlament Eġizzjan jirrevedi l-Kodiċi Kriminali, il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, il-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu u l-Kodiċi Militari tal-Eġittu, u jistieden lill-gvern jirrevedi d-digrieti rilevanti sabiex jiżgura li membri tal-popolazzjoni ċivili akkużati b'reati kriminali punibbli bil-mewt għal ebda raġuni ma jiġu riferiti lil qrati eċċezzjonali jew militari, peress li dawn il-qrati ma jilħqux l-istandards ta' proċess ġust approvati mill-Eġittu fl-impenji internazzjonali tiegħu dwar id-drittijiet u li huma ggarantiti fil-Kostituzzjoni tiegħu; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jieqfu mill-proċessi kontra persuni ċivili fi qrati militari; |
|
3. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Eġizzjani jiżguraw is-sikurezza fiżika u psikoloġika tal-persuni kollha akkużati waqt li jkunu miżmuma fil-ħabs; jiddenunzja l-użu ta' tortura jew trattament ħażin; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani sabiex jiżguraw li dawk li ġew detenuti jirċievu kull attenzjoni medika li jeħtieġu; jistieden lill-UE timplimenta b'mod sħiħ il-kontrolli tal-esportazzjoni tagħha lejn l-Eġittu, b'mod partikolari fir-rigward ta' oġġetti li jistgħu jintużaw għat-tortura jew għall-piena kapitali; |
|
4. |
Iħeġġeġ lill-Eġittu jiffirma u jirratifika t-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi mmirat lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, u l-Konvenzjoni Internazzjonali tan-NU għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat; iħeġġeġ lill-Gvern Eġizzjan joħroġ stedina miftuħa lir-Rapporteurs Speċjali rilevanti tan-NU biex iżuru l-pajjiż; |
|
5. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-proċessi tal-massa mill-qrati Eġizzjani u l-għadd kbir ta' sentenzi tal-mewt mogħtija minnhom; jistieden lill-awtoritajiet ġudizzjarji Eġizzjani biex jonoraw u jirrispettaw il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li tiegħu l-Eġittu hu parti, u partikolarment l-Artikolu 14 tiegħu dwar id-dritt għal proċess ġust u fil-ħin abbażi ta' akkużi ċari u li jiżgura r-rispett tad-drittijiet tal-konvenuti; |
|
6. |
Jistieden lill-VP/RGħ tikkundanna l-għadd allarmanti ta' eżekuzzjonijiet riċenti fl-Eġittu, u jħeġġeġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Istati Membri jkomplu jiġġieldu kontra l-użu tal-piena tal-mewt; iħeġġeġ lis-SEAE biex jindirizza l-iżviluppi riċenti fl-Eġittu, u biex juża l-mezzi kollha ta' influwenza għad-dispożizzjoni tiegħu biex iwaqqaf l-eżekuzzjonijiet imminenti u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Eġizzjani biex jirrispettaw l-impenji tagħhom lejn l-istandards u l-liġijiet internazzjonali; |
|
7. |
Iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jiżguraw li d-drittijiet tal-bniedem ma jiġux imminati b'azzjonijiet tal-ġestjoni tal-migrazzjoni jew l-azzjonijiet kontra t-terroriżmu fl-ambitu tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu; jenfasizza l-importanza li l-UE tagħti lill-kooperazzjoni tagħha mal-Eġittu bħala ġar u sieħeb importanti; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Eġittu biex jirrispetta l-impenn tiegħu meħud fil-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu adottati fis-27 ta' Lulju 2017 għall-promozzjoni tad-demokrazija, il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, f'konformità mal-Kostituzzjoni u l-istandards internazzjonali; |
|
8. |
Jikkundanna l-attakki terroristiċi fl-Eġittu; jestendi l-kondoljanzi l-aktar sinċieri tiegħu lill-familji tal-vittmi tat-terroriżmu; jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-poplu Eġizzjan, u jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu biex jiġġieled it-tixrid ta' ideoloġiji radikali u gruppi terroristiċi; |
|
9. |
Ifakkar lill-Gvern Eġizzjan li l-prosperità fuq żmien twil tal-Eġittu u tal-poplu tiegħu timxi id f'id mal-protezzjoni tad-drittijiet universali tal-bniedem u l-istabbiliment u l-ankrar ta' istituzzjonijiet demokratiċi u trasparenti li jkunu impenjati li jipproteġu d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini; |
|
10. |
Jappoġġa l-aspirazzjonijiet tal-maġġoranza tal-poplu Eġizzjan li jixtiequ jistabbilixxu pajjiż liberu, stabbli, prosperu, inklużiv u demokratiku li jirrispetta l-impenji nazzjonali u internazzjonali tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; |
|
11. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar ir-restrizzjonijiet li għaddejjin fuq id-drittijiet fundamentali demokratiċi, partikolarment il-libertà tal-espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda, il-pluraliżmu politiku u l-istat tad-dritt fl-Eġittu; jitlob li jieqfu minnufih l-atti kollha ta' vjolenza, inċitament, diskors ta' mibegħda, fastidju, intimidazzjoni, każijiet ta' għajbien sfurzat jew ċensura diretti kontra avversarji politiċi, persuni li jipprotestaw, ġurnalisti, bloggers, studenti, attivisti tad-drittijiet tan-nisa, atturi tas-soċjetà ċivili, persuni LGBTI, NGOs u minoranzi, inklużi n-Nubjani, min-naħa tal-awtoritajiet tal-istat, il-forzi u s-servizzi tas-sigurtà u gruppi oħra fl-Eġittu; jikkundanna l-użu tal-vjolenza eċċessiva fil-konfront tad-dimostranti; jitlob għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta' dawk kollha detenuti talli eżerċitaw b'mod paċifiku d-drittijiet tagħhom tal-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni, u jitlob li ssir investigazzjoni indipendenti u trasparenti tal-vjolazzjonijiet kollha tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
12. |
Ifakkar fir-rabja kontinwa tiegħu dwar it-tortura u l-qtil tar-riċerkatur Taljan Giulio Regeni, u jiddenunzja, għal darba oħra, in-nuqqas ta' progress fl-investigazzjoni ta' dan il-qtil brutali; jenfasizza li se jkompli jagħmel pressjoni fuq l-awtoritajiet Ewropej biex jimpenjaw ruħhom mal-kontrapartijiet Eġizzjani tagħhom sakemm tkun stabbilita l-verità dwar dan il-każ u dawk ħatja jinżammu responsabbli; |
|
13. |
Iħeġġeġ tal-President Sisi u lill-Gvern tiegħu biex jissodisfaw l-impenn tagħhom għal riforma politika ġenwina u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li elezzjonijiet kredibbli u trasparenti huma essenzjali għal demokrazija, kif iggarantit mill-Kostituzzjoni tal-2014 u skont l-impenji internazzjonali tal-Eġittu; |
|
14. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jieħdu pożizzjoni ċara, b'saħħitha u unifikata dwar l-Eġittu fis-sessjoni li jmiss tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u sakemm il-pajjiż ikompli jonqos milli juri titjib sinifikanti fir-rekord tiegħu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
15. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, u Parlament u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Eġittu. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0084.
(2) ĠU C 399, 24.11.2017, p. 130.
(3) ĠU C 300, 18.8.2016, p. 34.
(4) Testi adottati, P8_TA(2017)0044.
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/40 |
P8_TA(2018)0036
L-iskjavitù tat-tfal fil-Haiti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Frar 2018 dwar l-iskjavitù tat-tfal fil-Haiti (2018/2562(RSP))
(2018/C 463/07)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Haiti, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tat-12 ta' Ġunju 2017 fl-okkażjoni tal-Jum Dinji Kontra t-Tħaddim tat-Tfal, maħruġa mill-Viċi President tal-Kummissjoni / r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissarju għall-Iżvilupp, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU li jiġbed l-attenzjoni fuq l-avvanzi u l-isfidi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Haiti fl-2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-Azzjoni AKP-UE għall-Migrazzjoni (ACP-EU Migration Action) tal-20 ta' Lulju 2017 dwar it-traffikar tal-bnedmin fil-Haiti, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport ta' implimentazzjoni dwar il-Haiti eżaminat mill-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal fil-15 ta' Jannar 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Eżami Perjodiku Universali tal-UNHCR dwar il-Haiti, li sar bejn il-31 ta' Ottubru – l-11 ta' Novembru 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll Fakultattiv tan-NU għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Furzat, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Supplimentari tan-NU dwar l-Abolizzjoni tal-Iskjavitù, il-Kummerċ tal-Iskjavi, u Istituzzjonijiet u Prattiki Simili għall-Iskjavitù tas-7 ta' Settembru 1956, b'mod partikolari l-Artikolu 1(d) tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni 182 tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) dwar l-agħar forom ta' tħaddim tat-tfal u l-Konvenzjoni 138 tal-ILO dwar l-età minima għax-xogħol, |
|
— |
wara li kkunsidra l-34 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE ta' Diċembru 2017 f'Port-au-Prince, il-Haiti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Haiti huwa fost l-ifqar pajjiżi fid-dinja, u l-faqar li qed jifnih ġej primarjament mill-korruzzjoni serja, l-infrastruttura fqira, in-nuqqas ta' kura tas-saħħa, il-livelli baxxi ta' edukazzjoni u l-instabbiltà politika storika; |
|
B. |
billi l-użu tat-tfal bħala sefturi, magħrufa bit-terminu Kreol “Restavek”, huwa sistematiku fil-Haiti kollu u jeżisti l-aktar minħabba l-kundizzjonijiet ekonomiċi diffiċli u ċerti attitudnijiet kulturali fil-konfront tat-tfal; |
|
C. |
billi l-fenomenu tar-Restavek huwa forma ta' traffikar domestiku u skjavitù moderna li taffettwa madwar 400 000 tifel u tifla fil-Haiti, 60 % minnhom bniet; billi ħafna tfal Haitjani ma jkollhomx ċertifikati tat-twelid u jirriskjaw traffikar u abbuż; billi, skont l-UNICEF, it-tfal ikunu esposti għal vjolenza u abbuż, fosthom swat u vjolenza sessista, u din hi problema sostanzjali; billi waħda minn kull erba' nisa u wieħed minn kull ħamest irġiel jisfaw vittmi ta' abbuż sesswali qabel ma jagħlqu t-18-il sena; billi 85 % tat-tfal ta' bejn sentejn u 14-il sena huma vittmi ta' dixxiplina vjolenti fi djarhom, 79 % jaqilgħu s-swat u 16 % jsofru swat estrem; billi huwa stmat li 30 000 tifel u tifla jgħixu f'madwar 750 orfanatrofju, il-biċċa l-kbira minnhom immexxija u ffinanzjati mill-privat; |
|
D. |
billi, tipikament, it-tfal Restavek ikunu twieldu f'familji rurali foqra li ftit jew xejn ikollhom mezzi ta' introjtu u jbigħu tifel jew tifla lil familja oħra bi tpartit ma' ikel jew flus; |
|
E. |
billi l-Gvern tal-Haiti għamel xi sforzi biex jindirizza l-isfruttament tat-tfal Restavek, bħall-adozzjoni ta' liġi komprensiva għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, miżuri biex jiġu identifikati u megħjuna t-tfal li jkunu qed jagħmluha ta' sefturi, u kampanji ta' sensibilizzazzjoni; billi l-Istat għandu l-obbligu li jgħin lill-ġenituri sabiex ikunu jistgħu jonoraw ir-responsabbiltajiet tagħhom; |
|
F. |
billi ħafna tfal Haitjani ma jirċevux biżżejjed edukazzjoni u tagħlim; billi, skont l-UNICEF, 18 % tat-tfal Haitjani ta' bejn sitt snin u 11-il sena ma jmorrux skola; billi madwar nofs il-Haitjani minn 15-il sena 'l fuq huma illitterati, peress li 85 % tal-iskejjel huma mmexxija minn entitajiet privati u huma għaljin wisq għall-familji bi dħul baxx; billi l-uragan Matthew ħalla impatt sinifikanti fuq l-aċċess għall-edukazzjoni, u fl-aktar żoni milquta għamel ħsara f'1 633 minn 1 991 skola; |
|
G. |
billi aktar minn 175 000 persuna, fosthom għexieren ta' eluf ta' tfal, spostati wara l-uragan Matthew ta' Ottubru 2016, għadhom qed jgħixu f'kundizzjonijiet estremament prekarji u perikolużi; billi t-terremot tal-2010 ħasad il-ħajja ta' aktar minn 220 000 ruħ u sposta madwar 800 000 tifel u tifla, b'tali mod li ħafna ġew imġiegħla jsiru skjavi; |
|
H. |
billi l-Haiti huwa pajjiż ta' sors, tranżitu u destinazzjoni għax-xogħol furzat u t-traffikar tat-tfal; billi l-fenomenu tar-Restavek għandu wkoll dimensjoni internazzjonali, u ħafna tfal Haitjani jiġu ttraffikati mill-Haiti lejn ir-Repubblika Dominicana, pajjiż ġar tiegħu; |
|
I. |
billi l-impass elettorali u politiku reċenti wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2016 fixkel serjament il-kapaċità tal-Haiti li japprova liġijiet essenzjali u baġit nazzjonali biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali u ekonomiċi urġenti; |
|
J. |
billi l-impunità fil-Haiti ġejja min-nuqqas ta' responsabbiltà tal-uffiċjali, u b'mod partikolari n-nuqqas sistematiku ta' investigazzjonijiet dwar l-użu tal-forza u l-għadd kbir ta' arresti illegali jew arbitrarji min-naħa tal-pulizija; billi l-Haiti jokkupa l-159 post minn 176 pajjiż fl-Indiċi tal-Korruzzjoni ta' Transparency International; |
|
K. |
billi l-Haiti jokkupa l-163 post fl-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tal-UNDP u qiegħed fi bżonn kontinwu ta' għajnuna umanitarja u għajnuna għall-iżvilupp; |
|
L. |
billi, f'Settembru 2017, il-parlament tal-Haiti approva baġit nazzjonali għas-sena 2018 li jiġbor ammont sproporzjonat ta' taxxi migħand poplu li diġà huwa fqir, u li wassal għal dimostrazzjonijiet u rewwixti vjolenti fil-belt kapitali, Port-au-Prince; billi l-Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi, Patrick Salomon, ippreżenta baġit li, pereżempju, jagħti aktar prijorità lit-tindif tal-istituzzjonijiet tal-gvern milli lill-programmi tas-saħħa pubblika; |
|
M. |
billi l-UE allokat EUR 420 miljun lill-Haiti fil-qafas tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, b'enfasi partikolari fuq in-nutrizzjoni tat-tfal u l-edukazzjoni b'appoġġ għall-iżvilupp tat-tfal; |
|
N. |
billi, fl-2017, l-UE nediet sejħa għal proposti taħt it-titlu Franċiż ta' “La promotion des droits des enfants et la protection des enfants victimes d'exploitation, discrimination, violence et abandon” li l-prijorità ewlenija tagħha kienet li t-tfal skjavi jitreġġgħu lura għand il-familji bijoloġiċi tagħhom jew jitqiegħdu f'familji li jieħdu ħsiebhom; |
|
1. |
Jiddeplora l-fatt li għadd kbir ta' tfal fil-Haiti jittieħdu bil-forza mingħand il-familji tagħhom bħala parti mill-fenomenu tar-Restavek u jiġu soġġetti għal xogħol furzat; jappella biex din il-prattika tintemm; |
|
2. |
Jesprimi tħassib serju dwar il-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem fil-Haiti, inklużi l-vjolenza sessista, l-arresti illegali u l-prattika li t-tfal jinżammu skjavi bħala Restaveks; jistieden lill-Gvern Haitjan jagħti prijorità lill-miżuri leġiżlattivi – partikolarment lir-riforma tal-Kodiċi Kriminali – biex jiġu miġġielda dawn il-problemi, filwaqt li jerġa' jistabbilixxi l-istituzzjonijiet ewlenin li staġnaw minħabba l-impass politiku reċenti fil-pajjiż, sabiex isiru r-riformi urġenti li hemm bżonn; |
|
3. |
Jistieden lill-Gvern tal-Haiti jimplimenta miżuri urġenti sabiex jiġu indirizzati l-vulnerabbiltajiet li jwasslu biex it-tfal jagħmluha ta' sefturi, u anke biex jitħarsu dawk vittmi ta' negliġenza, abbuż, vjolenza u tħaddim tat-tfal; |
|
4. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jgħinu lill-Haiti jimplimenta miżuri li jipproteġu t-tfal, inklużi programmi u sħubijiet għall-ġlieda kontra l-vjolenza, l-abbuż u l-isfruttament tat-tfal; jistieden lill-Gvern tal-Haiti jipprijoritizza u jistabbilixxi proċeduri b'riżorsi biżżejjed biex tintemm il-prattika tar-Restavek, fosthom it-taħriġ tas-servizzi soċjali biex it-tfal Restavek jittieħdu mingħand il-familji abbużivi u tingħatalhom ir-riabilitazzjoni fiżika u psikoloġika li jkollhom bżonn; |
|
5. |
Jistieden lill-Gvern Haitjan jimplimenta sistema amministrattiva li tiggarantixxi li t-trabi kollha jiġu reġistrati mat-twelid, kif ukoll miżuri biex jiġu reġistrati dawk li ma jkunux ġew reġistrati mat-twelid u biex jiġi reġistrat fejn joqogħdu; |
|
6. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Haitjani u lid-donaturi jaqbdu r-riżorsi kbar li qed jintefqu bħalissa fuq orfanatrofji li jiswew ħafna flus – iżda huma ta' kwalità fqira – u jqiegħduhom f'servizzi bbażati fil-komunità li jsaħħu l-kapaċitajiet tal-familji u l-komunitajiet li jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom b'mod adegwat; |
|
7. |
Jistieden lill-Gvern tal-Haiti u lill-Istati Membri tal-UE li għad fadal biex – jekk applikabbli – jirratifikaw mingħajr riżervi l-konvenzjonijiet li ġejjin, li huma essenzjali fil-ġlieda kontra t-traffikar u l-iskjavitù tat-tfal:
|
|
8. |
Jappella biex l-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp tagħti attenzjoni partikolari lill-assistenza fir-rigward ta' riforma urġenti tas-sistema ġudizzjarja u lit-taħriġ tal-prosekuturi u l-imħallfin fit-trattament ta' każijiet ta' stupru u vjolenza sesswali, billi jiġi żgurat li l-pulizija u l-ġudikatura jkunu mħarrġa biex iġibu ruħhom b'mod imparzjali ma' nisa u tfajliet li jirrappurtaw vjolenza sessista; |
|
9. |
Jinnota li l-parlament Haitjan approva baġit annwali f'Settembru 2017; jissottolinja l-progress reċenti li sar fir-rigward tad-dritt għall-edukazzjoni, b'mod partikolari permezz tal-Programm “Universal, Free and Compulsory Education”, li jirrikjedi kemm sistema ta' monitoraġġ u infurzar effikaċi kif ukoll sforz finanzjarju sostnut mill-baġit nazzjonali tal-Haiti u mill-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp; jappella biex, fil-qafas li jmiss tal-FEŻ u l-Programm Indikattiv Nazzjonali tal-Haiti, tingħata aktar attenzjoni għall-benessri u r-riabilitazzjoni tat-tfal Restavek, inklużi l-aktar tfal żvantaġġati, it-tfal b'diżabilità, dawk li għandhom diffikultajiet fit-tagħlim u dawk li jgħixu f'żoni rurali, anke permezz ta' rapport konġunt regolari dwar il-progress fuq il-miżuri meħuda u l-effikaċja tagħhom fil-ġlieda kontra l-fenomenu tar-Restavek; |
|
10. |
Jistenna li l-UE u l-Istati Membri tagħha, li wiegħdu għajnuna lill-Haiti wara l-uragan Matthew, jonoraw l-impenji tagħhom u jgħinu lill-pajjiż jegħleb l-isfidi persistenti tiegħu; |
|
11. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, lill-istituzzjonijiet tal-Cariforum, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Haiti u r-Repubblika Dominicana u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/44 |
P8_TA(2018)0039
Rapport Annwali dwar l-Attivitajiet Finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Frar 2018 dwar ir-Rapport Annwali dwar l-Attivitajiet Finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment (2017/2071(INI))
(2018/C 463/08)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 126, 175, 177, 208, 209, 271, 308 u 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Protokoll Nru 5 dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Pjan Operattiv tal-Grupp tal-BEI għall-2017-2019 ippubblikat fuq is-sit web tal-BEI, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Attività 2016 tal-BEI, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Finanzjarju 2016 u r-Rapport Statistiku 2016 tal-BEI, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Evalwazzjoni tal-Funzjonament tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) ta' Settembru 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim milħuq fit-2 ta' Mejju 2017 mill-Parlament Ewropew u l-BEI rigward l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata skont ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/2396 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew Konsulenza għall-Investimenti (2) |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea (COM(2016)0583), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni (COM(2016)0582), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Inizjattiva ta' Reżiljenza Ekonomika tal-BEI, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Settembru 2017 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta' Garanzija tal-EFSD (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ewwel laqgħa tal-Bord Strateġiku tal-EFSD li saret fi Brussell fit-28 ta' Settembru 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra s-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir li sar f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017 u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Grupp tal-BEI dwar l-Ugwaljanza bejn is-sessi u l-awtonomizzazzjoni ekonomika tan-nisa, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Trasparenza tal-BEI fl-2015 u r-Rapport tal-BEI tal-2016 dwar il-Governanza Korporattiva, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Manwal Ambjentali u Soċjali tal-BEI, |
|
— |
wara li kkunsidra r-reviżjoni li għaddejja tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti tal-BEI –Prinċipji, Termini ta' Referenza u Regoli tal-Proċedura 2010, |
|
— |
wara li kkunsidra l-politika tal-BEI favur ġurisdizzjonijiet irregolati b'mod dgħajjef, mhux trasparenti u mhux kooperattivi (il-Politika NCJ) tal-15 ta' Diċembru 2010 u l-addendum għaliha tat-8 ta' April 2014, |
|
— |
wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-BEI tar-ratifika tal-Ftehim ta' Pariġi mill-UE tal-4 ta' Ottubru 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, |
|
— |
wara li kkunsidra d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President Juncker mogħti fit-13 ta' Settembru 2017 fis-sessjoni plenarja tal-Parlament fi Strasburgu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0013/2018), |
|
A. |
billi l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) huwa meqjus bħala d-“driegħ finanzjarju tal-UE” u l-istituzzjoni ewlenija fis-sostenn tal-investimenti pubbliċi u privati fl-UE, filwaqt li għandu wkoll rwol importanti barra l-UE permezz tal-attivitajiet ta' self estern tiegħu; |
|
B. |
billi l-attivitajiet finanzjarji tal-Grupp tal-BEI jinkludu kemm is-self ta' riżorsi proprji kif ukoll l-issodisfar tad-diversi mandati mogħtija lilu bl-appoġġ tal-baġit tal-UE u ta' partijiet terzi bħalma huma l-Istati Membri tal-UE; |
|
C. |
billi jenħtieġ li tingħata attenzjoni kontinwa fuq l-iżvilupp tal-aħjar prattiki relatati mal-politika tal-prestazzjoni u l-ġestjoni, il-governanza u t-trasparenza tal-Grupp tal-BEI; |
|
D. |
billi l-BEI żamm kapaċità finanzjarja soda fl-2016 skont il-previżjoni għal dik is-sena, b'bilanċ favorevoli annwali ta' EUR 2,8 biljun; |
|
E. |
billi l-BEI jenħtieġ li jkompli jsaħħaħ l-isforzi tiegħu biex jespandi l-attivitajiet ta' self tiegħu b'mod effikaċi billi jipprovdi assistenza teknika u sostenn konsultattiv, speċjalment f'reġjuni b'livelli baxxi ta' investiment, sabiex jindirizza diskrepanzi reġjonali, filwaqt li jnaqqas il-piżijiet amministrattivi għall-applikanti; |
|
F. |
billi l-BEI, bħala l-istituzzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), jenħtieġ li jkompli jfittex portafoll tal-assi ta' kwalità għolja li huwa ġeografikament ibbilanċjat, b'benefiċċji ekonomiċi fuq terminu twil li jiġġeneraw impjiegi ta' kwalità, u jenħtieġ jagħmel dan il-prijorità ewlenija tiegħu fit-territorju kollu tal-UE; |
|
G. |
billi l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) jenħtieġ li jkollu rwol ewlieni billi jikkomplementa l-interventi tal-BEI bħala l-veikolu speċjalizzat tal-UE għall-kapital ta' riskju u garanziji mmirati primarjament lejn l-appoġġ lill-SMEs, u b'hekk iwassal għal aktar integrazzjoni Ewropea u koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; |
|
H. |
billi d-dispożizzjonijiet kuntrattwali tal-Grupp tal-BEI inklużi fil-kuntratti ffirmati bejn il-Grupp tal-BEI u l-kontropartijiet tiegħu fihom salvagwardji kontra l-frodi, li jinkludu l-frodi fiskali u l-ħasil tal-flus, u r-riskji tal-finanzjament tat-terroriżmu; billi l-Grupp tal-BEI jenħtieġ li jesiġi li l-kontropartijiet tiegħu jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli kollha; billi jenħtieġ li l-Grupp tal-BEI jimponi dispożizzjonijiet kuntrattwali addizzjonali li jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi ta' trasparenza u integrità abbażi tar-riżultati tad-diliġenza dovuta; |
|
I. |
billi l-Grupp tal-BEI huwa marbut bit-trattati li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni, il-koeżjoni ekonomika u soċjali u l-iżvilupp reġjonali tal-UE permezz ta' strumenti ta' investiment iddedikati bħal self, ekwitajiet, garanziji, faċilitajiet tal-kondiviżjoni tar-riskju u servizzi ta' konsulenza; |
|
J. |
billi l-Grupp tal-BEI jenħtieġ li jżomm livell għoli ta' affidabbiltà kreditarja bħala assi fundamentali tal-mudell ta' negozju tiegħu u portafoll tal-assi ta' kwalità għolja u solidu bi proġetti ta' investiment sodi skont il-FEIS u l-istrumenti finanzjarji kollha fil-portafoll tiegħu; |
Sfidi globali u politiki ewlenin
|
1. |
Jenfasizza li l-kriżi ekonomika dgħajfet b'mod sinifikanti t-tkabbir tal-ekonomija fl-UE u li wieħed mill-konsegwenzi negattivi huwa t-tnaqqis fl-investiment fl-UE; jissottolinja li t-tnaqqis fl-investiment pubbliku u privat laħaq livelli allarmanti f'dawk il-pajjiżi l-aktar milquta mill-kriżi, kif jixhdu s-sejbiet tal-Eurostat; jesprimi tħassib dwar l-iżbilanċi makroekonomiċi u r-rati tal-qgħad li għadhom sinifikanti f'xi Stati Membri; |
|
2. |
Jistenna li l-BEI jkompli jaħdem mal-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet sistemiċi li jimpedixxu lil ċerti reġjuni jew pajjiżi milli jieħdu vantaġġ sħiħ tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI; |
|
3. |
Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rieda tal-Grupp tal-BEI biex isaħħaħ il-kompetittività tal-UE, jipprovdi appoġġ reali għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, u jikkontribwixxi biex tinstab soluzzjoni għall-isfidi soċjoekonomiċi fi ħdan l-UE u lil hinn minnha, billi jsegwi l-għanijiet ta' politika pubblika globali tagħha relatata mal-innovazzjoni, l-SMEs u l-finanzjament għall-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja, l-infrastruttura, l-ambjent, il-koeżjoni ekonomika u soċjali, u l-klima; ifakkar li dawn l-objettivi jeħtieġu wkoll il-provvista ta' beni pubbliċi; jinsisti li, sabiex jintlaħqu b'suċċess l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, l-attivitajiet kollha tal-Grupp tal-BEI mhux biss jenħtieġ li jkunu ekonomikament sostenibbli, iżda jikkontribwixxu wkoll għal UE aktar intelliġenti, aktar ekoloġika u aktar inklużiva; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-BEI biex jaħdem ma' parteċipanti żgħar fis-suq u ma' kooperattivi tal-komunità biex iwettaq pakkett ta' proġetti tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira sabiex dawn ikunu jistgħu jkunu eliġibbli għal finanzjament tal-BEI; jenfasizza l-ħtieġa għal koerenza bejn l-istrumenti neċessarji biex jintlaħqu dawn l-objettivi; |
|
4. |
Jilqa' f'dan ir-rigward il-linja ta' ħidma tal-Kummissjoni li tikkombina sorsi ta' finanzjament differenti, inklużi l-FEIS, strumenti finanzjarji ġestiti ċentralment fil-livell tal-UE u riżorsi minn programm tal-fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE), kif ukoll ir-riżorsi tal-Istati Membri u tal-banek u l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali, li ppermettiet li proġetti riskjużi u proġetti b'aċċess limitat għall-finanzjament jiġu ġestiti għall-benefiċċju tal-SMEs; |
|
5. |
Jilqa' l-fatt li l-BEI ddikjara l-impenn tiegħu li jappoġġa t-twettiq tal-Ftehim ta' Pariġi; jemmen li r-rieżami tal-kriterji dwar is-self għall-enerġija tal-BEI previst għall-2018 se jkun opportunità biex il-bank jieħu kont tal-appoġġ li jagħti lis-settur tal-karburanti fossili u li huwa jippubblika d-data komprensiva, rilevanti u relata; iħeġġeġ lill-bank, f'dan il-kuntest, jippubblika l-pjanijiet ta' azzjoni konkreti li jirriżultaw mill-Istrateġija tal-Klima għall-2015, u biex jallinja l-portafoll tiegħu mal-mira ta' żieda fit-temperatura medja globali ta' 1,5 gradi skont il-Ftehim ta' Pariġi, permezz tal-eliminazzjoni rapida u kompleta tal-proġetti tal-karburanti fossili u l-prijoritizzazzjoni ta' proġetti rinnovabbli u ta' effiċjenza enerġetika; jilqa' l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2017 dwar il-finanzjament għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, (4) u jenfasizza l-importanza li finanzjament suffiċjenti jkun disponibbli għal investimenti ekoloġiċi sostenibbli, inkluż għall-industriji b'bażi bijoloġika (5); jistieden lill-BEI jkompli l-appoġġ finanzjarju tiegħu għas-sorsi tal-enerġija sostenibbli lokali sabiex jingħeleb il-livell għoli ta' dipendenza enerġetika tal-Ewropa fuq sorsi esterni u tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista; jistieden lill-BEI jqis l-adozzjoni tal-indikaturi tal-klima ta' Rio tal-OECD, użati biex jirrintraċċaw u jimmonitorjaw l-infiq fuq il-klima mill-SIE, sabiex jittieħed kont aħjar tal-attivitajiet tal-BEI relatati mal-politika ta' koeżjoni fil-valutazzjoni tar-rwol tal-Fondi SIE fl-indirizzar tat-tibdil fil-klima; |
|
6. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-BEI kellu riżultati mħallta ħafna fil-qasam tal-azzjoni klimatika, minkejja li laħaq il-mira tiegħu ta' 25 % b'marġni żgħir f'termini globali; jinsab imħasseb li, f'16-il Stat Membru, l-appoġġ tal-BEI għall-azzjoni klimatika lanqas biss laħaq il-livell ta' 20 % u li l-azzjoni klimatika tal-investiment fl-2016 kienet fil-biċċa l-kbira fl-ekonomiji l-aktar b'saħħithom tal-UE, b'70 % tal-appoġġ tal-FEIS għall-enerġija rinnovabbli kienet ikkonċentrata f'pajjiż wieħed biss – il-Belġju – u 80 % tal-investiment fl-effiċjenza enerġetika permezz tal-FEIS ġiet allokata lill-Franza, lill-Finlandja u lill-Ġermanja; |
|
7. |
Jilqa' l-fatt li l-BEI wieġeb għall-kriżi billi espanda l-attivitajiet tiegħu b'mod sinifikanti, inkluż fil-pajjiżi li ntlaqtu l-agħar; jistieden lill-BEI jkompli jappoġġa lill-pajjiżi tal-UE sabiex jikkontribwixxu għall-irkupru ekonomiku tagħhom; |
|
8. |
Ifakkar fil-ħtieġa urġenti li jiġi kkjarifikat l-impatt tal-Brexit fuq il-baġit attwali tal-BEI u fuq l-attivitajiet tiegħu sabiex l-istituzzjoni tkun tista' tkompli twettaq ir-rwol tagħha; jinnota li r-Renju Unit ipprovda 16,11 % tal-kapital tal-BEI, li jammonta għal EUR 3,5 biljun tal-kapital imħallas u EUR 35,7 biljun tal-kapital eżegwibbli tal-Bank; jenfasizza l-importanza li jiġi ċċarat l-ammont tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għall-baġit tal-BEI kif ukoll il-parteċipazzjoni ekonomika fil-ġejjieni tar-Renju Unit; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-ħruġ tar-Renju Unit ma jwassalx biex il-BEI jitlef il-kapaċità tiegħu li jappoġġa l-ekonomija tal-UE; jissottolinja, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li tiġi stabbilita ċ-ċertezza legali mill-aktar fis possibbli fir-rigward tal-proġetti li għaddejjin u li huma kofinanzjati mill-BEI fir-Renju Unit; jemmen li, filwaqt li r-Renju Unit, f'termini ta' investiment, għandu jiġi ttrattat bl-istess mod bħal kwalunkwe Stat Membru ieħor qabel il-ħruġ formali tiegħu mill-Unjoni, il-BEI għandu raġun jikkundizzjona l-investiment fuq assigurazzjonijiet li l-kriterji tal-eliġibbiltà tal-investiment, b'mod partikolari dwar l-istandards ambjentali, jiġu rrispettati tul l-eżistenza kollha ta' dawn l-investimenti; |
|
9. |
Jenfasizza l-importanza tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI fil-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar sabiex jappoġġa lil dawk il-pajjiżi li qegħdin jimplimentaw riformi ekonomiċi u demokratiċi diffiċli fi triqthom lejn l-UE; ifakkar li l-attivitajiet ta' finanzjament ewlenin għandhom jimmiraw ukoll biex jindirizzaw kemm il-ħtiġijiet urġenti u kemm l-isfidi aktar fit-tul bħall-bini mill-ġdid tal-infrastruttura, filwaqt li jiżguraw akkomodazzjoni adegwata u infrastruttura ta' emerġenza u jiġi miġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ; jenfasizza l-ħtieġa li l-BEI jwettaq operazzjonijiet esterni sabiex l-attivitajiet tiegħu jiffokaw speċifikament fuq oqsma ta' importanza kbira għall-UE; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-espansjoni tal-Mandat ta' Self Estern (ELM) tal-BEI biex jintensifika l-attivitajiet fil-viċinat tan-Nofsinhar, fir-reġjun tal-Mediterran, fl-Amerika Latina u fl-Asja; jenfasizza, barra minn hekk, il-potenzjal kbir li l-operazzjonijiet tal-BEI għandhom biex itejbu l-qagħda ekonomika fir-reġjuni ta' rilevanza ġeopolitika ewlenija, b'mod partikolari fl-Ukrajna, li qiegħed tiffaċċja stress ekonomiku kbir minħabba l-kunflitt armat li għaddej fil-Lvant tal-Ukrajna; |
|
10. |
Jikkunsidra li l-BEI, bħala “l-bank tal-UE” inkorporat u rregolat mit-Trattati u l-Protokoll rilevanti anness magħhom, irid jonora dan l-istatus uniku, li jġib miegħu drittijiet u responsabbiltajiet uniċi; josserva li l-BEI jiżvolġi rwol kruċjali fl-implimentazzjoni ta' għadd dejjem ikbar ta' strumenti finanzjarji li jiddependu fuq il-fondi baġitarji tal-UE; |
|
11. |
Jinnota li skont il-Pjan Operattiv 2017-2019 il-valur tas-self tal-BEI ffirmat huwa mbassar li jiżdied għal darb'oħra fl-2019 (għal EUR 76 biljun, wara li naqas minn EUR 77 biljun fl-2014 għal EUR 73 biljun fl-2016); jirrimarka li l-kuntest attwali għandu jinkoraġġixxi lill-bank jadotta objettivi aktar ambizzjużi u jżid is-self iffirmat mill-BEI; ifakkar li l-BEI għandu jiżvolġi rwol fundamentali fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 permezz ta' strumenti bħal Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; |
|
12. |
Jilqa' l-impenn tal-BEI li jindirizza l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni u jieħu azzjoni fil-pajjiżi li huma partikolarment milquta mill-kriżi tal-migrazzjoni, inkluż billi jsaħħaħ u jikkomplementa l-azzjoni umanitarja u jipprovdi appoġġ għat-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp u l-investimenti meħtieġa kemm fl-infrastruttura urbana, tas-saħħa u edukattiva, soċjali, moderna u sostenibbli, billi jagħti spinta lill-attivitajiet ekonomiċi għall-ħolqien tal-impjiegi u jippromwovi kooperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi; jistenna li, għal dan il-għan, il-Grupp tal-BEI jintensifika l-isforzi tiegħu biex jikkoordina l-Inizjattiva ta' Reżiljenza Ekonomika tiegħu u l-Mandat ta' Self Estern rivedut mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD); jappella għal żieda fl-għajnuna finanzjarja għal proġetti li jgħinu biex jitnaqqsu l-kosti ekonomiċi marbuta mal-kriżi tal-migrazzjoni filwaqt li jkollhom impatt pożittiv fuq iċ-ċittadini, ir-rifuġjati u migranti oħrajn fl-Istati Membri li jirċievu l-akbar flussi ta' rifuġjati u migranti; |
|
13. |
Jilqa', f'dan ir-rigward, l-Inizjattiva ta' Reżiljenza u ta' Rispons għall-Kriżjiet tal-BEI, li għandha l-għan li żżid il-volum tal-għajnuna mogħtija lill-pajjiżi fil-viċinat tan-Nofsinhar tal-Ewropa u l-Balkani b'EUR 6 biljun; jitlob li din l-inizjattiva tiġġenera addizzjonalità reali fir-rigward tal-attivitajiet attwali tal-BEI fir-reġjun; |
|
14. |
Jieħu nota tal-proposta tal-BEI biex, flimkien mal-Grupp, iwaqqaf sussidjarju – billi jintuża l-FEI bħala mudell – iddedikat lill-finanzjament barra mill-Ewropa; jistenna li jkun infurmat dwar kwalunkwe żvilupp dwar din il-kwistjoni fi żmien debitu; |
|
15. |
Jilqa' l-Istrateġija ta' Grupp tal-BEI dwar l-Ugwaljanza bejn is-sessi u l-awtonomizzazzjoni ekonomika tan-nisa ppubblikata fl-2017; jemmen li perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi għandha tiġi applikata għall-operazzjonijiet finanzjarji kollha tal-Grupp tal-BEI; jistenna Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi li jiżviluppa miri ambizzjużi u li jkun akkumpanjat minn indikaturi konkreti, li għandhom jiġu implimentati dalwaqt; |
|
16. |
Jilqa' l-fehim li ntlaħaq dwar l-estensjoni u l-aġġustament tal-FEIS, u jistenna li l-fond rivedut u ċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti msaħħaħ jippermettu li jingħelbu l-problemi identifikati fl-iskema attwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-addizzjonalità, is-sostenibbiltà, l-azzjoni klimatika, il-bilanċ ġeografiku u l-attivitajiet ta' konsulenza; jenfasizza l-importanza li jiġu evitati żbilanċi ġeografiċi fl-attività ta' self tal-BEI sabiex tiġi żgurata allokazzjoni usa' mil-lat ġeografiku u settorjali mingħajr ma tiġi kompromessa l-kwalità għolja tal-proġetti; jistieden lill-BEI jsaħħaħ aktar l-ħidma tiegħu ma' banek promozzjonali nazzjonali sabiex itejjeb l-ilħiq, jiżviluppa aktar l-attività ta' konsulenza u l-assistenza teknika biex jindirizza l-kwistjoni tal-bilanċ ġeografiku fit-tul; jinnota varjetà wiesgħa ta' esperjenzi f'termini tal-proġetti tal-EFSI; jappoġġa u jinkoraġġixxi l-iskambju ulterjuri tal-aħjar prattiki bejn il-BEI u l-Istati Membri sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza ekonomika u effett ta' lieva adegwat tal-Pjan Juncker, b'mod li jagħmlu differenza fil-ħajja taċ-ċittadini tal-UE; |
|
17. |
Jinnota li fis-settur soċjali, il-BEI jsellef medja ta' EUR 1 biljun fis-sena għal proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali (li raw żieda qawwija f'dawn l-aħħar snin u d-diversifikazzjoni ulterjuri ta' promoturi u mutwatarji), EUR 1,5 biljun għal infrastruttura tas-saħħa, u EUR 2,4 biljun għal proġetti tal-infrastruttura tal-edukazzjoni; jissottolinja li l-iżvilupp ulterjuri ta' finanzjament tal-BEI f'dan is-settur ikun jirrifletti l-progress attwali lejn il-ħarsien tal-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali tal-UE u jiżgura, f'konformità ma' dak li kien mistenni, li l-Grupp tal-BEI jagħti prijorità lil dawk il-proġetti li l-aktar għandhom impatt fuq il-ħolqien ta' impjiegi lokali sostenibbli; |
|
18. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, skont in-nota ta' informazzjoni tat-28 ta' Settembru 2017 mid-Dipartiment tal-Ekonomija tal-BEI, l-investimenti kumulattivi approvati mill-Grupp tal-BEI fl-2015 u l-2016 se jkabbru bi 2,3 % il-PDG tal-UE sal-2020 u se jżidu 2,25 miljun impjieg, u dan juri l-impatt makroekonomiku sostanzjali tal-BEI; iħeġġeġ lill-BEI jkompli jespandi l-kapaċità tiegħu ta' analiżi makroekonomika, inkluża r-riċerka dwar l-impatt makroekonomiku tal-attivitajiet tiegħu, kif ukoll il-ħidma analitika ġenerali tiegħu u l-istudji settorjali, kif ukoll il-firxa ta' pubblikazzjonijiet u dokumenti empiriċi, u b'hekk isir ukoll “bank tal-għarfien”; jistieden lill-BEI jkompli jtejjeb il-valutazzjoni tal-proġetti, bl-użu ta' indikaturi tal-impatt aktar għanja, aktar preċiżi u rfinuti; |
|
19. |
Jagħraf l-importanza tar-rwol antiċikliku li l-BEI kellu f'dawn l-aħħar snin; jemmen li waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-BEI ladarba l-ekonomija terġa' lura għal-livelli ta' investiment ta' qabel il-kriżi għandha tkun li jiffoka fuq il-fatt li jgħin sabiex jitnaqqas id-distakk fl-investiment f'oqsma fejn is-swieq ma jirnexxilhomx, pereżempju minħabba l-perspettiva fuq żmien fil-qosor persistenti tagħhom u l-inkapaċità tagħhom li jiffissaw b'mod korrett il-prezz tal-esternalitajiet fit-tul, sabiex tingħata spinta lill-investimenti sostenibbli, lill-progress teknoloġiku u lill-innovazzjoni li jwasslu għal tkabbir sostenibbli; jissottolinja l-ħtieġa li l-proġetti bbażati fuq l-innovazzjoni b'valur miżjud ċar għall-UE jingħataw prijorità, kif ukoll il-proġetti li jappoġġaw l-iżvilupp reġjonali bħall-għoti ta' ħajja ġdida lil żoni rurali u żoni oħra li huma anqas aċċessibbli u sottożviluppati; |
|
20. |
Jenfasizza li l-BEI kellu u qed ikompli jkollu rwol pożittiv fit-tnaqqis tad-distakk fl-investiment pubbliku; jenfasizza li l-investiment, ir-riformi strutturali responsabbli u sostenibbli u l-politiki baġitarji tajba jridu jkunu parti integrali minn strateġija globali; jappella għall-koordinazzjoni bejn l-attivitajiet tal-BEI fl-Istati Membri u l-attivitajiet, il-politiki u l-objettivi tal-gvernijiet, stabbiliti fil-programmi ta' riforma nazzjonali, kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż kull fejn din il-koordinazzjoni tkun possibbli; |
|
21. |
Jissottolinja li fil-livell tal-UE hemm raġunijiet strutturali ewlenin li minħabba fihom qed jiżdied id-distakk fl-investiment bejn l-Istati Membri; jistieden lill-BEI jsaħħaħ l-assistenza teknika tiegħu sabiex jindirizza l-kapaċità baxxa ta' ġenerazzjoni ta' proġetti f'xi Stati Membri; jistieden lill-BEI jipprovdi informazzjoni aktar dettaljata dwar l-impjiegi diretti u indiretti maħluqa minn kull proġett iffinanzjat; |
|
22. |
Jissottolinja li l-BEI huwa marbut bit-trattati biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp ibbilanċjat u kostanti tas-suq intern permezz tal-attività primarja ta' self tiegħu, sabiex jappoġġa proġetti għall-iżvilupp ta' reġjuni inqas żviluppati u proġetti li għandhom natura transfruntiera, b'sinerġija mal-Fondi SIE; jenfasizza għalhekk il-potenzjal tar-rwol komplementari importanti tal-BEI fl-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni, li għandu jibqa' dejjem ibbażat fuq il-prestazzjoni u orjentat lejn ir-riżultati, inkluż permezz ta' attivitajiet immirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċitajiet għat-tħejjija tal-proġetti, konsulenza u servizzi ta' analiżi u ta' self għall-kofinanzjament nazzjonali tal-Fondi SIE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI jikkoordinaw aħjar l-isforzi tagħhom bil-għan li jippromwovu aktar l-iskambju tal-aħjar prattiki u t-tixrid ta' opportunitajiet ta' investiment fir-reġjuni kollha Ewropej, inklużi dawk li mhumiex koperti mill-Fond ta' Koeżjoni, bil-ħsieb li jintlaħqu aħjar l-objettivi ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; |
|
23. |
Jenfasizza li l-BEI, bħala istituzzjoni finanzjarja pubblika li tiffinanzja proġetti li jimmiraw li jissodisfaw il-politiki u l-prijoritajiet tal-UE, għandu jikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, inkluż fir-reġjuni anqas żviluppati, kif previst fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jinnota bi tħassib, madankollu, li, skont il-klassifikazzjoni ġeografika tas-self skont il-pajjiż fejn il-proġetti huma lokalizzati, ħames Stati Membri, l-akbar ekonomiji tal-UE, irċevew 54,11 % tat-total tas-self mogħti fl-2016; jistieden lill-BEI u lill-Kummissjoni jeżaminaw ir-raġunijiet li wasslu għal din is-sitwazzjoni u jirrapportaw lura lill-Parlament sa nofs l-2018; jenfasizza l-ħtieġa għal distribuzzjoni territorjali usa' ta' fondi, inkluż fir-rigward tal-FEIS, li dejjem għandha tkun komplementari għall-Fondi SIE, sabiex jintlaħaq l-objettiv li jitnaqqsu d-disparitajiet reġjonali; jenfasizza l-ħtieġa għal rwol imsaħħaħ tal-BEI fil-finanzjament tal-intraprenditorija soċjali u n-negozji ġodda, l-aċċelerazzjoni tat-tkabbir tal-infrastruttura soċjali, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-proġetti tal-ekonomija ċirkolari; ifakkar, f'dan il-kuntest, li l-BEI huwa wkoll investitur kbir f'pajjiżi li mhumiex fl-UE; |
|
24. |
Jieħu nota tal-evalwazzjoni interim ta' nofs it-terminu tal-istrumenti finanzjarji kollha tal-Orizzont 2020 (InnovFin) ġestita mill-Grupp tal-BEI u l-15 -il rakkomandazzjoni li jinsabu fiha; jistenna li l-Grupp tal-BEI jifformula strateġija dettaljata fit-triq li beħsiebu jsegwi biex jimplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet; |
Konformità
|
25. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-qafas legali Ewropew, inkluż l-Istatut tal-BEI, ir-Regolament dwar il-FEIS, l-erba' Regolamenti dwar il-Politika Agrikola Komuni (PAK), u l-ħames Fondi SIE (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd) għandu jipprojbixxi l-użu tal-fondi tal-UE li fl-aħħar mill-aħħar qed imorru għand benefiċjarji jew intermedjarji finanzjarji li jkollhom rekord ippruvat ta' involviment f'evażjoni tat-taxxa jew fi frodi fiskali; |
|
26. |
Ifakkar li l-politika dwar il-ġurisdizzjoni mhux konformi tal-BEI teħtieġ tkun ambizzjuża; jinnota li l-fatt li wieħed jibbaża ruħu fuq lista komuni tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi li jonqsu milli jikkonformaw mal-istandards ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa, li kienet approvata mill-Kunsill tal-UE fil-5 ta' Diċembru 2017 u li se tipprevali fuq il-listi tal-organizzazzjonijiet ewlenin oħrajn fil-każ ta' kunflitt, huwa pass pożittiv iżda insuffiċjenti, u jitlob li jkun hemm rappurtar pajjiż b'pajjiż mingħajr eżenzjonijiet li jkun parti mill-istrateġija ta' responsabbiltà soċjali korporattiva tal-BEI; jistieden lill-BEI biex: jikkonforma mal-istandards rilevanti u mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa; ma jużax jew jieħu sehem fi strutturi għall-evitar tat-taxxa, b'mod partikolari skemi ta' pjanifikazzjoni fiskali aggressiva jew prattiki li ma jikkonformawx mal-kriterji ta' governanza fiskali tajba, kif stabbilit fl-atti ġuridiċi tal-Unjoni, fil-konklużjonijiet tal-Kunsill, fil-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew fi kwalunkwe avviż formali tal-Kummissjoni; u ma jkollux relazzjonijiet ta' negozju ma' entitajiet stabbiliti f'ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx mal-Unjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta' standards tat-taxxa miftiehma internazzjonalment dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni. jistieden lill-BEI, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-partijiet interessati, jirrevedi u jaġġorna l-politika tiegħu dwar il-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx fid-dawl tal-adozzjoni tal-lista tal-Unjoni msemmija hawn fuq ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx; jistieden lill-Kummissjoni sabiex, min-naħa tagħha, tippreżenta rapport lill-Parlament u lill-Kunsill kull sena dwar l-implimentazzjoni ta' dik il-politika; |
|
27. |
Jinnota li l-Kummissjoni fl-imgħoddi mblukkat ċerti proġetti ppreżentati minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (IFIs) (6) minħabba li dawn il-proġetti kienu jinvolvu arranġamenti fiskali kumplessi mingħajr ġustifikazzjoni bis-saħħa ta' reġimi fiskali dannużi jew assenti f'pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI biex fir-rapport annwali tagħhom jinkludu informazzjoni dwar proġetti fejn il-fondi jkunu ġew trasferiti lejn ġurisdizzjonijiet offshore; jenfasizza l-ħtieġa li l-IFIs jeliminaw ir-riskju li l-fondi tal-UE direttament jew indirettament jgħinu l-evitar tat-taxxa u l-frodi fiskali; |
|
28. |
Jinnota li tqajjem tħassib dwar proġetti ffinanzjati mill-BEI li jinvolvu strutturi offshore u ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika rapport pubbliku annwali dwar l-użu ta' fondi tal-UE b'rabta ma' strutturi offshore u trasferimenti monetarji tal-BEI u tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) lejn dawk l-istrutturi, inkluż l-għadd u n-natura ta' proġetti mblukkati, kummenti ta' spjegazzjoni dwar ir-raġunament għal proġetti mblukkati u azzjonijiet ta' segwitu meħuda biex jiżguraw li l-fondi tal-UE ma jkunux qed jgħinu direttament jew indirettament l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi fiskali; |
|
29. |
Jilqa' l-fatt li l-BEI jqis l-impatt tat-taxxa f'pajjiżi fejn isir l-investiment u kif dan l-investiment jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku, għall-ħolqien tal-impjiegi u għat-tnaqqis tal-inugwaljanza; |
|
30. |
Iqis li, bħala l-bank tal-Unjoni Ewropea, il-BEI għandu jsaħħaħ l-isforzi tiegħu biex jiżgura li l-intermedjarji finanzjarji li jinvolvi ruħu magħhom ma jagħmlux użu minn strutturi ta' evitar tat-taxxa, jew jidħlu fihom, b'mod partikolari skemi jew prattiki ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa li ma jikkonformawx ma' kriterji ta' governanza tajba tat-taxxa, kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-UE, inklużi r-rakkomandazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni; jenfasizza li l-BEI għandu wkoll jiżgura li l-intermedjarji finanzjarji ma jkunux involuti f'każijiet ta' korruzzjoni, ħasil tal-flus, kriminalità organizzata jew terroriżmu; |
|
31. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-BEI jkollu informazzjoni affidabbli u kompluta dwar is-sjieda benefiċjarja tal-benefiċjarji finali tal-fondi tal-BEI, inkluż f'każijiet fejn il-finanzjament jiddependi fuq fondi tal-ekwità privata; iħeġġeġ għalhekk lill-BEI jsaħħaħ il-proċedura tad-diliġenza dovuta u t-trasparenza tiegħu meta jaħdem ma' intermedjarji finanzjarji; iqis li l-użu ta' kriterji għall-għażla ta' intermedjarji finanzjarji u l-pussess ta' informazzjoni aġġornata dwar is-sjieda benefiċjarja tal-kumpaniji, inklużi fondi fiduċjarji, fondazzjonijiet u rifuġji fiskali, huma l-aħjar prattiki li jridu jiġu segwiti b'mod permanenti; jinnota l-fatt li l-BEI jidentifika matul il-proċess ta' diliġenza dovuta s-sidien benefiċjarji ta' tali kumpaniji; jistieden lill-Grupp tal-BEI jkompli jsaħħaħ il-kundizzjonijiet kuntrattwali tiegħu billi jintegra klawsola jew referenza għall-governanza tajba sabiex itaffi r-riskji għall-integrità u r-reputazzjoni; jinsisti fuq il-ħtieġa li l-BEI jistabbilixxi lista pubblika dettaljata dwar il-kriterji għall-għażla ta' intermedjarji finanzjarji, sabiex isaħħaħ l-impenn tal-UE li tiġġieled kontra abbużi fiskali u li tipprevjeni b'mod aktar effikaċi r-riskji ta' korruzzjoni u ta' infiltrazzjoni minn gruppi kriminali; |
|
32. |
Jilqa' l-isforzi tal-BEI biex iwettaq diliġenza dovuta fuq il-kontrapartijiet u l-operazzjonijiet tal-Grupp tal-BEI, inklużi l-attivitajiet u l-kontrolli ta' monitoraġġ kontinwi, sabiex jiġi żgurat li l-BEI ma jiffaċilitax mingħajr ma jkun jaf il-korruzzjoni, il-frodi, il-kollużjoni, il-koerċizzjoni, il-ħasil tal-flus, il-frodi fiskali, il-prattiki dwar it-taxxa dannużi, jew il-finanzjament tat-terroriżmu, b'mod partikolari permezz tal-pubblikazzjoni ta' rapporti regolari tal-attività tal-Uffiċċju tal-Uffiċjal Ewlieni għall-Konformità (OCCO) u l-kooperazzjoni mill-qrib tiegħu mal-Ispettorat Ġenerali tal-BEI; jistieden lill-BEI jallinja ruħu mas-sistema l-ġdida ta' twissija rapida u esklużjoni ppjanata mill-Kummissjoni Ewropea; |
|
33. |
Jilqa' l-kooperazzjoni u l-iskambji tal-Grupp tal-BEI mas-servizzi differenti tal-Kummissjoni dwar il-miżuri li jinsabu fil-pakkett kontra l-evitar tat-taxxa, bil-għan li jiġu ċċarati l-ambitu u l-elementi ewlenin tal-pakkett leġiżlattiv, ir-rwol u l-involviment tal-Grupp tal-BEI, kif ukoll l-impenn tiegħu fid-djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar dawn il-kwistjonijiet, kemm fil-livell tal-Bord tad-Diretturi tal-Grupp tal-BEI kif ukoll f'dak tas-servizzi tal-BEI, bħalma hu l-Uffiċċju tal-Uffiċjal Ewlieni għall-Konformità (OCCO); jistieden lill-BEI jindirizza aħjar l-evitar tat-taxxa fil-kontrolli ta' diliġenza dovuta tiegħu; |
L-obbligu ta' rendikont
|
34. |
Jemmen li r-rwol ekonomiku msaħħaħ tal-BEI, iż-żieda fil-kapaċità tal-investiment tiegħu u l-użu tal-baġit tal-UE biex jiġu garantiti l-operazzjonijiet tiegħu jridu jiġu akkumpanjati minn trasparenza akbar u aktar responsabbiltà sabiex jiġi żgurat skrutinju pubbliku ġenwin tal-attivitajiet, l-għażla tal-proġetti u l-prijoritajiet ta' finanzjament tiegħu; |
|
35. |
Jirrikonoxxi li l-BEI jippreżenta tliet rapporti kull sena dwar l-attivitajiet tiegħu lill-Parlament u li l-President u l-persunal tal-BEI jattendu regolarment seduti ta' smigħ fuq talba tal-Parlament u tal-kumitati tiegħu; ifakkar, madankollu, it-talba tiegħu għal livell ogħla ta' responsabbiltà parlamentari u ta' trasparenza tal-BEI; itenni s-sejħa tiegħu, f'dan ir-rigward, li jiġi ffirmat ftehim interistituzzjonali bejn il-BEI u l-Parlament dwar l-iskambju ta' informazzjoni, inkluża l-possibbiltà li l-Membri jindirizzaw mistoqsijiet bil-miktub lill-President tal-BEI; |
|
36. |
Ifakkar li t-trasparenza fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE ma twassalx biss għat-tisħiħ tar-responsabbiltà korporattiva globali u l-kredibbiltà tal-Grupp tal-BEI, b'ħarsa ġenerali ċara lejn it-tip ta' intermedjarji finanzjarji u benefiċjarji finali, iżda tikkontribwixxi wkoll lejn it-tisħiħ tal-effikaċja u s-sostenibbiltà tal-proġetti ffinanzjati u tiżgura approċċ ta' tolleranza żero għall-frodi u l-korruzzjoni fil-portafoll tas-self tiegħu; |
|
37. |
Jilqa' l-fatt li l-politika ta' trasparenza tal-Grupp tal-BEI hija bbażata fuq preżunzjoni ta' divulgazzjoni u li kulħadd jista' jikseb aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni tal-Grupp tal-BEI; ifakkar fir-rakkomandazzjoni tiegħu għall-pubblikazzjoni ta' dokumenti mhux kunfidenzjali fis-sit web tal-Grupp tal-BEI, bħal ftehimiet interistituzzjonali u memoranda, u jħeġġeġ lill-Grupp tal-BEI biex ma jiqafx hemm iżda jkompli ifittex modi għal titjib; |
|
38. |
Jissuġġerixxi li, il-Grupp tal-BEI għandu jsegwi l-eżempju mogħti mill-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali (IFC) tal-Grupp tal-Bank Dinji, u jibda jiddivulga informazzjoni dwar is-sottoproġetti b'riskju għoli li jiffinanzja permezz ta' banek kummerċjali (l-intermedjarji/il-veikoli finanzjarji prinċipali ewlenin użati mill-Grupp tal-BEI għall-finanzjament tal-SMEs); |
|
39. |
Jilqa' l-fatt li d-dokumenti kollha tal-proġetti miżmuma mill-Grupp tal-BEI huma divulgati fuq talba; jitlob lill-Grupp tal-BEI jiddefinixxi linji gwida għal informazzjoni bażika u li mhijiex sensittiva li tista' tiġi divulgata fir-rigward ta' talbiet għal divulgazzjoni proattiva fil-livell tal-proġett; |
|
40. |
Jappella għal politika tad-divulgazzjoni tal-Grupp tal-BEI biex jiżgura livell dejjem ogħla ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-prinċipji li jirregolaw il-politika tal-ipprezzar u l-korpi ta' governanza tiegħu; jilqa', f'dan ir-rigward, id-divulgazzjoni tal-minuti tal-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi tal-Grupp tal-BEI ta' Jannar 2017, ir-reġistru pubbliku ta' dokumenti, u l-pubblikazzjoni tad-data tal-proġett permezz tal-Inizjattiva Internazzjonali għat-Trasparenza tal-Għajnuna (7); jappella għall-pubblikazzjoni tal-minuti tal-laqgħat tal-kumitat ta' ġestjoni; |
|
41. |
Jieħu nota tar-reviżjonijiet li għaddejjin bħalissa tal-politika dwar id-divulgazzjoni tal-informazzjoni protetta tal-Grupp tal-BEI; iħeġġeġ lill-Grupp tal-BEI jsaħħaħ l-indipendenza, il-leġittimità, l-aċċessibbiltà, il-prevedibbiltà, l-ekwitabbiltà u t-trasparenza tal-mekkaniżmu għall-ilmenti tiegħu, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tad-diretturi u t-titjib tal-protezzjoni tal-ilmentaturi; jemmen li dawn il-miżuri b'mod ċar huma fl-interess tal-bank, tal-partijiet interessati u tal-istituzzjonijiet tal-UE; |
|
42. |
Jinnota li mill-120 każ irrappurtati lid-Diviżjoni tal-Ispettorat Ġenerali tal-Investigazzjonijiet tal-Frodi (IG/IN) fl-2016, 53 % kienu referuti mill-persunal tal-Grupp tal-BEI; jilqa' l-fatt li l-mekkaniżmu ta' rappurtar tal-frodi fis-sit web tal-BEI issa huwa disponibbli fi 30 lingwa (8); jemmen li l-BEI għandu jsegwi bir-reqqa x-xogħol li għaddej bħalissa dwar il-protezzjoni tal-informaturi fil-livell tal-UE u b'hekk ikompli jtejjeb il-possibilitajiet ta' rappurtar tiegħu; |
|
43. |
Jistieden lill-Grupp tal-BEI jenfasizza kontinwament l-iskrutinju tal-prestazzjoni permezz ta' valutazzjonijiet tal-prestazzjoni u impatt ippruvat; iħeġġeġ lill-Grupp ikompli jirfina l-indikaturi ta' monitoraġġ tiegħu, b'mod aktar speċifiku l-indikaturi tiegħu ta' addizzjonalità, bil-għan li jiġi evalwat l-impatt kmieni kemm jista' jkun fil-fażi tal-ġenerazzjoni ta' proġett u jipprovdi lill-Bord b'informazzjoni suffiċjenti dwar l-impatt previst, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontribut ta' proġetti għall-politiki tal-UE, pereżempju l-effett tagħhom fuq l-impjiegi (kemm matul l-implimentazzjoni kif ukoll matul it-tħaddim); jirrimarka, barra minn hekk, li t-twettiq tal-finanzjament tal-Grupp tal-BEI ma jistax jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tal-impatt finanzjarju tiegħu biss, u jappella, għalhekk, għall-bilanċ ġust li għandu jinżamm bejn il-miri operattivi definiti f'termini tal-volum tan-negozju u l-objettivi tal-persunal mhux finanzjarji tal-Grupp tal-BEI; iħeġġeġ, pereżempju, li l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni jindikaw liema objettivi speċifiċi fi ħdan il-qafas tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) huma fil-mira tal-proġett u sa liema punt ikkontribwixxa biex dawn jintlaħqu; iqis fundamentali li n-nies li jgħixu fil-viċinat tal-proġetti ffinanzjati relatati mal-infrastruttura għandhom ikunu involuti b'mod attiv fil-valutazzjoni tagħhom; |
|
44. |
Jilqa' l-fatt li l-BEI qed ikompli jaħdem biex jirfina l-metodoloġija tiegħu rigward ir-rappurtar tal-impatt, pereżempju sabiex jirrifletti b'mod preċiż l-investiment mobilizzat permezz ta' bosta strutturi ta' self permezz ta' intermedjarji u prodotti ġodda, u l-passi konġunti meħuda flimkien ma' banek multilaterali oħra tal-iżvilupp fl-armonizzazzjoni ta' aspetti ewlenin tar-rappurtar tal-impatt, bħal fir-rapport imfassal reċentement dwar ir-rappurtar rigward il-finanzjament għall-klima u r-rapport li qed jiġi mħejji fir-rigward tas-self fis-setturi kollha; |
|
45. |
Jilqa' l-fatt li l-kejl tar-riżultati (ReM+) gradwalment qed iwassal għal “bidla kulturali” fil-Grupp tal-BEI; jitlob li jkun hemm armonizzazzjoni u ġeneralizzazzjoni ta' dan l-eżerċizzju, li jintegra wkoll kemm jista' jkun l-indikaturi ta' Addis Ababa u ta' Pariġi; jemmen li l-aġġustament ulterjuri ta' dawn l-indikaturi permezz tal-integrazzjoni tal-fehmiet lokali jista' jdgħajjef il-pożizzjoni mbiegħda tagħhom mingħajr ma jaffettwa l-indipendenza tagħhom; |
|
46. |
Jistieden lill-BEI jqis il-kuntest lokali meta jinvesti f'pajjiżi terzi; ifakkar li l-investiment f'pajjiżi terzi ma jistax ikun ibbażat biss fuq approċċ li jimmassimizza l-profitti iżda jrid ikollu wkoll l-għan li jiġġenera tkabbir ekonomiku fit-tul, sostenibbli u mmexxi mis-settur privat, u li jnaqqas il-faqar permezz tal-ħolqien tal-impjiegi u t-titjib fl-aċċess għar-riżorsi produttivi; |
|
47. |
Jinnota li f'ħafna mill-pajjiżi fejn jopera l-BEI, id-drittijiet tal-bniedem, u b'mod partikolari l-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni huma mhedda f'diversi modi, minn azzjonijiet ripressivi kontra protesti u l-kriminalizzazzjoni tal-libertà tal-espressjoni, għal arresti arbitrarji, id-detenzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll restrizzjonijiet fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-BEI jadotta Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għall-iskop ta' implimentazzjoni tal-objettivi tal-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, u tal-Prinċipji ta' Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, sabiex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv tal-proġetti tal-BEI fuq id-drittijiet tal-bniedem, jiġi żgurat li l-proġetti tiegħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ u t-twettiq tad-drittijiet tal-bniedem, u jipprovdu rimedji f'każ ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
48. |
Jilqa' l-pubblikazzjoni tal-metodoloġija qafas ReM, iżda jemmen li r-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet għandhom jiġu divulgati fi kwalunkwe operazzjoni, inkluż l-impatt ambjentali u soċjali fil-livell tal-proġetti jew tas-sottoproġetti; jilqa' r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Mandat ta' Self Estern u, b'konsegwenza ta' dan, il-BEI issa, fuq talba, se jikkomunika l-iskedi ReM lill-Parlament għal proġetti koperti mill-garanzija tal-baġit tal-UE; jistieden lill-BEI, madankollu, biex jippubblika aktar skedi ReM għall-proġetti individwali barra mill-UE u skedi ta' valutazzjoni tat-Tliet Pilastri għall-proġetti fl-UE sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tal-Bank; |
|
49. |
Jistieden lill-BEI jippubblika d-dokumenti kollha rilevanti fir-rigward ta' self lill-industrija awtomobilistika għall-iżvilupp ta' teknoloġiji diesel, inkluż ir-rapport tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) rispettiv, u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar self tal-BEI lil Volkswagen, u b'mod aktar ġenerali jispjega sa fejn ingħataw selfiet lill-kumpaniji tal-karozzi li jinsabu li jkunu mmanipulaw l-emissjonijiet u jipprovdi ħarsa ġenerali ta' kemm minn dawn is-selfiet ġew magħduda bħala azzjoni klimatika; jitlob, f'dan il-kuntest, għal kjarifika dwar kontrolli u bilanċi fis-seħħ sabiex tkun żgurata orjentazzjoni ġenwina ta' teknoloġija nadifa għal aktar kuntratti ta' self reċenti lill-kumpaniji tal-karozzi, bħal dawk li jappoġġaw attivitajiet ta' riċerka u żvilupp fl-oqsma ta' konnettività, ta' magni ibridi petrol-electriku effiċjenti, ta' karozzi elettriċi fuq distanza tas-sewqan itwal u ta' sistemi ta' assistenza ta' sewqan avanzati; |
|
50. |
Jilqa' l-adozzjoni mill-Grupp tal-BEI ta' standards ta' trasparenza u ta' obbligu ta' rendikont għolja għall-attivitajiet tiegħu ta' self lill-SMEs, u l-fatt li r-rappurtar obbligatorju mill-intermedjarji finanzjarji għal kull SME li bbenefika mill-appoġġ tal-Grupp tal-BEI se jieħu kont ta' dawn ir-riżultati meta jitqiesu tranżazzjonijiet sussegwenti mal-istess intermedjarju; |
|
51. |
Jissottolinja li, wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (9), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (10), l-UPPE għandu jeżamina l-operazzjonijiet tal-BEI fl-Istati Membri kull meta l-awtoritajiet nazzjonali jew l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ikollhom raġuni biex jissuspettaw li jkun sar reat kriminali f'dan il-kuntest; |
|
52. |
Jinnota l-informazzjoni limitata eżistenti dwar il-punt sa fejn l-attivitajiet ta' self tal-BEI jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-politika ta' koeżjoni; jistieden, għalhekk, lill-BEI jippreżenta kapitoli speċjali, kif xieraq, fir-rapport annwali tiegħu, iddedikat għall-valutazzjoni tal-impatt tal-attivitajiet tal-BEI mmirati lejn l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni, inklużi l-attivitajiet relatati mal-Interreg u biex jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-użu tas-self fil-proġetti u l-programmi tal-politika ta' koeżjoni, b'referenza wkoll għad-distribuzzjoni ġeografika tal-appoġġ, il-kontribut effettiv tiegħu għall-objettivi tal-politika ta' koeżjoni, inklużi l-prinċipji orizzontali u l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020, u l-kapaċità konkreta biex jiġi mobilizzat l-investiment privat; jissottolinja, f'dan il-kuntest, ir-responsabbiltà tal-BEI li jipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Qorti tal-Awdituri u oħrajn b'data suffiċjenti, inkluż dwar l-ispejjeż u l-ġestjoni tal-prodotti tiegħu, u jqis ukoll il-valur miżjud tad-data aggregata fil-livell tal-UE dwar il-kombinazzjoni tal-politika ta' koeżjoni u investimenti relatati mal-BEI; |
Attivitajiet finanzjarji tal-Grupp tal-BEI
|
53. |
Jistieden lill-Grupp tal-BEI jikkollabora b'mod attiv mal-Kummissjoni fi proċess ta' razzjonalizzazzjoni tan-numru u t-tipi ta' strumenti finanzjarji taħt il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss u biex jantiċipa l-proċess billi jiġbed l-attenzjoni, bħala l-ewwel pass, għal kwalunkwe duplikazzjoni jew trikkib, abbażi tal-esperjenza tiegħu stess; |
|
54. |
Jemmen li l-istrumenti finanzjarji tal-Grupp tal-BEI għandhom iservu proġetti magħżula fuq il-bażi tal-merti tagħhom, il-potenzjal tagħhom biex jiġġeneraw valur miżjud għall-UE kollha kemm hi, u addizzjonalità effikaċi, speċjalment f'oqsma fejn is-swieq ma jirnexxilhomx jiffinanzjaw u jappoġġaw proġetti, li jsibu l-bilanċ ġust bejn profil ta' riskju potenzjalment ogħla u l-ħtieġa fundamentali li tinżamm l-affidabbiltà kreditarja għolja; |
|
55. |
Iwissi, f'dan ir-rigward, li l-istrumenti bbażati fuq is-suq jirriskjaw jibdlu l-attenzjoni tal-baġit tal-UE mill-beni komuni pubbliċi tal-UE, u jħeġġeġ lill-Grupp tal-BEI jsaħħaħ r-rappurtar tiegħu lill-Kummissjoni dwar il-kwalità u mhux il-kwantità tal-finanzjament tiegħu fil-kuntest tal-istrumenti finanzjarji; |
|
56. |
Jinnota li sabiex isir użu sħiħ mill-kapaċità li jinġarru riskji addizzjonali, il-Grupp tal-BEI qed jiżviluppa diversi prodotti ġodda li jippermettu teħid tar-riskju ogħla (pereżempju, dejn subordinat, tip ta' ekwità, kondiviżjoni tar-riskju mal-banek), u eżamina mill-ġdid il-politika tar-riskju tal-kreditu u l-eliġibbiltajiet tiegħu sabiex jippermetti aktar flessibbiltà; |
|
57. |
Jistieden lill-Grupp tal-BEI jkompli jiżviluppa l-kultura tar-riskju tiegħu sabiex itejjeb l-effikaċja tiegħu u l-komplementarjetà u s-sinerġiji bejn l-interventi tiegħu u diversi politiki tal-UE, b'mod partikolari billi jappoġġa kumpaniji innovattivi, proġetti ta' infrastruttura u SMEs li qed jieħdu riskji jew jevolvu f'reġjuni ekonomikament żvantaġġati jew reġjuni li m'għandhomx stabbiltà, f'konformità mal-objettiv rikorrenti u fit-tul ta' aċċess aktar faċli għall-finanzjament għall-SMEs, iżda mingħajr ma jiġu kompromessi l-prinċipji ta' ġestjoni tajba jew jiġi mhedded il-livell għoli ta' affidabbiltà kreditarja tal-BEI; ifakkar li sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku tal-UE kif ukoll għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-istrumenti tat-trasferiment tar-riskju ta' kreditu ma jistgħux ikunu mingħajr riskju; jenfasizza li l-BEI u l-azzjonisti tiegħu jeħtiġilhom ikunu konxji bis-sħiħ dwar dan; iħeġġeġ lill-BEI jivvaluta l-possibbiltà li joffri bonds tal-BEI għax-xiri dirett; |
|
58. |
Jinnota li l-appoġġ tal-Grupp tal-BEI lill-SMEs u lil kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja jammonta għal rekord ta' EUR 33,6 biljun u jappoġġa l-ħolqien ta' 4,4 miljun impjieg fl-2016; jenfasizza l-importanza li l-Grupp tal-BEI jipprovdi appoġġ kontinwu lill-SMEs u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja billi jsaħħaħ l-aċċess tagħhom għall-finanzjament; jenfasizza li l-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea u għandhom jibqgħu fil-mira prinċipali tal-attivitajiet ta' self tal-Grupp tal-BEI billi jissaħħu ulterjorment l-istrumenti ta' finanzjament għall-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja; |
|
59. |
Ifakkar li aktar minn 90 % tal-SMEs fl-UE huma mikrointrapriżi li jipprovdu kważi 30 % tal-impjiegi fis-settur privat; jirrimarka li l-mikrointrapriżi huma aktar vulnerabbli għax-xokkijiet ekonomiċi mill-kumpaniji akbar u jistgħu jibqgħu mhux moqdija biżżejjed fil-forniment tal-kreditu partikolarment meta dawn ikunu bbażati f'reġjun fejn il-kuntest ekonomiku u bankarju ma jkunx favorevoli; jistieden lill-BEI jfassal strateġija biex jirrimedja l-fatt li dawn l-SMEs għandhom diffikultajiet f'dawn iċ-ċirkustanzi biex jiksbu aċċess għall-finanzjament tal-proġetti; |
|
60. |
Jirrikonoxxi li l-aċċess għall-finanzjament għadu ostaklu ewlieni għat-tkabbir tal-industriji kulturali u kreattivi (CCIs); jenfasizza l-ħtieġa urġenti ta' inizjattivi ta' finanzjament li jsaħħu dawn l-industriji; jenfasizza l-potenzjal tal-BEI u l-FEIS li jappoġġaw is-settur kreattiv, prinċipalment permezz tal-finanzjament tal-SMEs; jistieden lill-BEI jindirizza n-nuqqas ta' finanzjament tal-FEIS lis-CCIs billi jinvestiga l-possibbiltà ta' interazzjonijiet mal-Ewropa Kreattiva; |
|
61. |
Jistieden lill-Grupp tal-BEI jistrieħ aktar fuq intermedjarji finanzjarjament sodi, bħall-banek u istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u reġjonali (NPBIs), għall-istruzzjoni ta' ċerti tipi ta' proġetti, li ma jipperikolawx il-livell għoli ta' affidabbiltà kreditarja tiegħu; |
|
62. |
Iqis li bosta mir-regoli ta' governanza tal-Grupp tal-BEI huma mfassla biex jissalvagwardjaw il-livell għoli ta' affidabbiltà kreditarja tiegħu, iżda li hemm ftit li xejn informazzjoni disponibbli dwar kemm il-Grupp tal-BEI huwa qrib ta' rata iktar baxx; |
|
63. |
Jissottolinja li d-diliġenza dovuta tal-proġetti ta' investiment finanzjati mill-Grupp tal-BEI għandhom ikunu bbażati kemm fuq fatturi li għandhom x'jaqsmu mad-dħul finanzjarju kif ukoll ma' fatturi mhux relatati mad-dħul finanzjarju, iżda minflok mal-kisba ta' tipi oħra ta' objettivi, bħal pereżempju il-kontribut tal-proġett għal konverġenza ekonomika 'l fuq u għall-koeżjoni fl-UE, jew biex jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020 jew l-SDGs; iqis li l-Grupp tal-BEI għandu jispjega dawn il-kriterji mhux finanzjarji lil investituri istituzzjonali u privati (pereżempju, il-fondi tal-pensjonijiet u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni) b'mod xieraq, biex b'hekk jippromwovi żieda fl-enfasi dwar l-impatt soċjoekonomiku u ambjentali fis-settur finanzjarju kollu; |
|
64. |
Jemmen li f'każijiet fejn il-kundizzjonijiet diffiċli tas-suq finanzjarju jwaqqfu r-realizzazzjoni ta' proġett vijabbli jew fejn ikun meħtieġ li jiġi ffaċilitat l-istabbiliment ta' pjattaformi ta' investiment jew il-finanzjament ta' proġetti f'setturi jew oqsma li qed jesperjenzaw tnaqqis sinifikanti tas-suq jew sitwazzjoni ta' investiment subottimali, il-Grupp tal-BEI għandu jimplimenta u jiddokumenta bidliet, b'mod partikolari għar-remunerazzjoni tal-garanzija tal-UE lill-BEI, sabiex jikkontribwixxi għal tnaqqis fl-ispejjeż ta' finanzjament sostnuti mill-benefiċjarju ta' finanzjament tal-Grupp tal-BEI permezz ta' strumenti finanzjarji, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-proġett; jemmen li għandhom isiru sforzi simili, fejn meħtieġ, sabiex jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji jappoġġaw proġetti żgħar, u li meta l-użu ta' intermedjarji lokali jew reġjonali jippermetti tnaqqis fl-ispejjeż ta' strument finanzjarju għall-finanzjament ta' proġetti żgħar, din il-forma ta' użu għandha tiġi kkunsidrata wkoll; |
|
65. |
Jilqa' l-istrateġija ta' ekwità approvata dan l-aħħar li tinvolvi aktar evalwazzjoni ta' operazzjonijiet ta' titoli tat-tip ta' ekwità biex jiġi indirizzat id-distakk fil-finanzjament tal-ekwità fl-innovazzjoni u oqsma ta' prijorità tal-infrastruttura fl-UE, b'mod partikolari fiż-żewġ oqsma tas-suq: finanzjament indirett ta' ekwità (investiment ta' ekwità fil-fondi għall-infrastruttura u għal programmi ta' koinvestiment) u finanzjament dirett tat-tip ta' ekwità (self ta' kważi ekwità lil korporattivi u self ta' kważi ekwità lil kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja) b'taħlita ta' strumenti diretti u indiretti (fondi ta' ekwità u self ta' parteċipazzjoni); |
|
66. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-appoġġ tal-FEI li diġà ta lil pjattaformi ta' finanzjament kollettiv fi ħdan l-ambitu tal-attivitajiet eżistenti, ir-rieda li jitkompla l-appoġġ ta' pjattaformi b'mod selettiv fi ħdan l-ambitu, jew permezz ta' espansjoni ta' programmi eżistenti, u l-ħidma mwettqa b'mod konġunt mal-Kummissjoni dwar proġett pilota rigward id-dejn potenzjali u l-finanzjament kollettiv tal-ekwità; jissuġġerixxi li l-FEI jsib modi biex jidentifika u jilħaq l-intermedjarji finanzjarji gwidati mis-settur FinTech u li jeħtieġu appoġġ; |
|
67. |
Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa u timmonitorja bir-reqqa l-kost assoċjat mal-għadd ta' mandati mogħtija lill-BEI; ifakkar li l-kost amministrattiv assoċjat jista' jkollu impatt fuq il-prestazzjoni ġenerali tiegħu minħabba l-livell attwali ta' riżorsi finanzjarji u umani; |
|
68. |
Jenfasizza li r-rwol tal-BEI fil-politika ta' koeżjoni qed jiżdied, speċjalment minħabba ż-żieda fl-użu tal-istrumenti finanzjarji fil-kombinazzjoni ma' għotjiet; jenfasizza, madankollu, li l-aċċessibbiltà tagħhom għal riċevituri finali għadha baxxa ħafna u li l-Istati Membri u r-reġjuni jenfasizzaw il-kumplessità tal-proċeduri, stabbiliti kemm fir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR), inklużi l-ispejjeż u t-tariffi sproporzjonati, kif ukoll il-kompetizzjoni ma' strumenti nazzjonali u reġjonali aktar attraenti; jilqa', f'dan il-kuntest, l-istabbiliment tal-pjattaforma fi-compass bħala punt ċentrali għal servizzi konsultattivi dwar strumenti finanzjarji fl-ambitu tal-politika ta' koeżjoni; jitlob, madankollu, aktar assistenza teknika u simplifikazzjoni tal-proċeduri eżistenti, kif ukoll konċentrazzjoni akbar fuq il-bini tal-kapaċità fir-rigward ta' intermedjarji finanzjarji, u jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa għal rabta aħjar bejn l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni mal-prestazzjoni tal-maniġer tal-fondi tal-istrumenti finanzjarji fl-ambitu tal-Fondi SIE; ifakkar, madankollu, li l-għotjiet, li huma forma effikaċi ta' sostenn f'bosta oqsma ta' intervent pubbliku, iridu jinżammu bħala l-għodda ewlenija għall-politika ta' koeżjoni u li l-istrumenti finanzjarji għandhom ikunu kkonċentrati f'dawk is-setturi fejn dawn għandhom valur miżjud ogħla minn għotjiet, filwaqt li l-użu tagħhom jibqa' fid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet ta' ġestjoni; jirrimarka li qafas aktar b'saħħtu tal-impenn tal-BEI mal-Parlament Ewropew jeħtieġ jiġi promoss sabiex ikun jista' jsir skrutinju aħjar tal-attivitajiet tal-BEI; |
Komunikazzjoni u attivitajiet konsultatttivi tal-Grupp tal-BEI
|
69. |
Jiddispjaċih li l-benefiċjarji potenzjali ta' finanzjament tal-Grupp tal-BEI ma jkunux ġeneralment konxji biżżejjed tal-prodotti żviluppati mill-Grupp tal-BEI; jistaqsi jekk il-katina tal-provvista tal-Grupp tal-BEI hijiex biżżejjed differenti u inklużiva; |
|
70. |
Jemmen li l-komunikazzjoni tal-grupp tal-BEI, f'kooperazzjoni mas-sħab nazzjonali rilevanti tiegħu, għandha tittejjeb sabiex jiżdied l-għarfien tal-SMEs dwar il-possibbiltajiet ta' finanzjament tagħhom u biex iċ-ċittadini jkunu infurmati aħjar dwar proġetti lokali u konkreti ffinanzjati mill-UE; |
|
71. |
Jilqa', f'dan ir-rigward, is-sħubijiet li qed jiġu konklużi ma' istituzzjonijiet internazzjonali u nazzjonali sabiex tiġi żgurata komplementarjetà fis-servizzi konsultattivi tal-BEI; |
|
72. |
Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' data disponibbli dwar ir-rwol tal-BEI f'kull stadju taċ-ċiklu tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni u l-informazzjoni limitata dwar kemm l-attivitajiet ta' self tal-BEI jikkontribwixxu għall-objettivi tal-politika ta' koeżjoni; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar sforzi, u jitlob biex isiru aktar sforzi biex tinkiseb aktar trasparenza u komunikazzjoni aħjar bil-ħsieb li jiżguraw li l-informazzjoni tasal għand benefiċjarji finali fil-livell reġjonali u lokali u li tiżdied l-viżibbiltà tal-proġetti; |
|
73. |
Jistenna li l-Kummissjoni, il-Grupp tal-BEI u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jkomplu jaħdmu u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom, fl-ispirtu tal-komplementarjetà, ma' banek u istituzzjonijiet nazzjonali promozzjonali biex joħolqu aktar sinerġiji mal-Fondi SIE u mas-self u strumenti ta' finanzjament tal-BEI kif ukoll biex inaqqsu l-piż amministrattiv, jissimplifikaw l-proċeduri, iżidu l-kapaċità amministrattiva, jagħtu spinta lill-iżvilupp territorjali u l-koeżjoni u jtejbu l-ftehim tal-Fondi SIE u tal-finanzjament tal-BEI peress li l-banek u istituzzjonijiet nazzjonali promozzjonali għandhom għarfien sod fit-territorji rispettivi tagħhom u l-kapaċità li jimplimentaw strumenti finanzjarji mfassla apposta fil-livell lokali; |
o
o o
|
74. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-BEI u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 128, 19.5.2017, p. 1.
(2) ĠU L 345, 27.12.2017, p. 34.
(3) ĠU L 249, 27.9.2017, p. 1.
(4) http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2017/10/10/conclusions-climate-change/pdf
(5) Pereżempju, proġetti validi u kklassifikati tajjeb li ma jirċivux finanzjament mill-Impriża Konġunta tal-Industriji b'Bażi Bijoloġika.
(6) Il-BEI, il-FEI u l-Fond Globali għall-Effiċjenza Enerġetika u l-Enerġija Rinnovabbli.
(7) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) – Rapport Annwali 2014. (Testi adottati, P8_TA(2016)0200).
(8) http://www.eib.org/attachments/general/reports/ig_fraud_investigations_ activity_report_2016_en.pdf
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/56 |
P8_TA(2018)0040
Il-qagħda attwali tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Frar 2018 dwar is-sitwazzjoni attwali tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija (2018/2527(RSP))
(2018/C 463/09)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Turkija, b'mod partikolari dik tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti fit-Turkija (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2017 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2016 dwar it-Turkija (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli, Federica Mogherini, u tal-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, Johannes Hahn, tat-2 ta' Frar 2018 dwar l-aħħar żviluppi fit-Turkija, tal-14 ta' Lulju 2017, sena wara l-attentat ta' kolp ta' stat fit-Turkija, u tat-13 ta' Marzu 2017 dwar l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar l-emendi għall-Kostituzzjoni tat-Turkija u l-avvenimenti reċenti, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tat-8 ta' Ġunju 2017 dwar l-aħbar tad-detenzjoni tal-kap ta' Amnesty International fit-Turkija, Taner Kiliç, tat-8 ta' Lulju 2017 dwar id-detenzjoni ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-gżira ta' Büyükada fit-Turkija, u tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar każijiet miftuħin b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Djalogu Politiku ta' Livell Għoli bejn l-UE u t-Turkija tal-25 ta' Lulju 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem imressqa lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tat-2 ta' Novembru 2017 rigward grupp ta' tnax-il applikazzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-libertà ta' espressjoni u d-dritt għal-libertà u għas-sigurtà tal-membri parlamentari fit-Turkija u tal-10 ta' Ottubru 2017 rigward grupp ta' għaxar applikazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-libertà ta' espressjoni u d-dritt għal-libertà tal-ġurnalisti fit-Turkija, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2156 (2017) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi fit-Turkija, |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li l-valuri li fuqhom hija msejsa l-UE jinkludu l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, valuri li japplikaw ukoll għall-pajjiżi kandidati kollha tal-UE; |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li tagħhom it-Turkija hija stat parti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Parlament ikkundanna bil-qawwa l-attentat ta' kolp ta' stat tal-15 ta' Lulju 2016; billi, fit-18 ta' Jannar 2018, il-Parlament Tork estenda l-istat ta' emerġenza fit-Turkija għal tliet xhur oħra; billi l-istat ta' emerġenza bħalissa qed jintuża biex isikket id-dissens u jmur lil hinn sew minn kwalunkwe miżura leġittima għall-ġlieda kontra t-theddid għas-sigurtà nazzjonali; billi, skont id-dritt internazzjonali, il-miżuri ta' emerġenza jridu jkunu neċessarji u proporzjonati fl-ambitu u fit-tul ta' żmien; |
|
B. |
billi t-Turkija hija sieħba importanti tal-UE u, bħala pajjiż kandidat, mistennija tirrispetta l-ogħla standards tad-demokrazija, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-libertajiet fundamentali u d-dritt universali għal proċess ġust; |
|
C. |
billi 148 firmatarju tal-petizzjoni tal-“Akkademiċi għall-Paċi” qed jiffaċċjaw akkużi għat-tixrid ta' “propaganda terroristika” u qed jistennew li jinstemgħu fil-qorti f'Mejju 2018; |
|
D. |
billi, skont il-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti, wara l-attentat fallut ta' kolp ta' stat, 148 ġurnalist għadhom il-ħabs; billi r-repressjoni kontra d-dissens politiku permezz tal-midja soċjali għadha għaddejja; billi 449 ruħ ġew detenuti talli tellgħu kummenti fuq il-midja soċjali li kienu kritiċi fil-konfront tal-intervent militari tal-Gvern Tork fl-enklav Sirjan ta' Afrin; billi, skont Amnesty International, l-awtoritajiet Torok għalqu mijiet ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kif ukoll l-uffiċċji ta' aktar minn 160 xandar, gazzetta, rivista, pubblikatur u kumpanija ta' distribuzzjoni; |
|
E. |
billi l-awtoritajiet Torok keċċew 107 000 ruħ mill-professjoni tagħhom minn Lulju 2016 'il hawn; billi l-“Kummissjoni ta' Inkjesta għall-Prattiki ta' Stat ta' Emerġenza”, stabbilita fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa, kienet irċeviet 104 789 applikazzjoni sat-18 ta' Jannar 2018 u s'issa ħarġet deċiżjonijiet f'mhux aktar minn 3 110 każijiet, li ma nħarġux fil-pubbliku; |
|
F. |
billi dawn l-aħħar snin raw il-kontroll tal-eżekuttiv jiġi estiż fuq il-ġudikatura u l-prosekuzzjoni, l-imħallfin u l-prosekuturi jiġu arrestati, imkeċċija u arbitarjament trasferiti b'mod estensiv u l-avukati jiġu attakkati b'mod persistenti; |
|
G. |
billi, skont data pprovduta mill-Assoċjazzjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem, fl-ewwel 11-il xahar tal-2017, total ta' 2 278 ruħ ġarrbu tortura u maltrattament; |
|
H. |
billi s-sitwazzjoni fix-Xlokk tal-pajjiż għadha waħda mill-aktar preokkupanti; billi madwar 2 500 ruħ ġew irrappurtati maqtula fil-kuntest ta' operazzjonijiet tas-sigurtà u huwa stmat li nofs miljun ruħ ġew spostati minn Lulju 2015 'il hawn; billi 68 sindku Kurd għadhom il-ħabs; |
|
I. |
billi fost il-ġurnalisti detenuti hemm, pereżempju, il-ġurnalist Ġermaniż-Tork Deniz Yücel, l-akkademiku u opinjonista Mehmet Altan, il-ġurnalist Şahin Alpay; kif ukoll għadd kbir ta' ġurnalisti u membri tal-persunal tal-ġurnal ta' kuljum Cumhuriyet, inkluż Ahmet Şık; |
|
J. |
billi, wara t-tneħħija tal-immunitajiet parlamentari ta' numru kbir ta' Membri Parlamentari, bosta Membri Parlamentari tal-oppożizzjoni ffaċċjaw proċedimenti ġudizzjarji u detenzjoni; billi 10 Membri Parlamentari għadhom jinsabu detenuti, fosthom il-Kopresidenti tal-HDP, Figen Yuksekdag u Selahattin Demirtas, li ma tħalliex jitla' l-qorti għal raġunijiet ta' sigurtà, u l-Membru Parlamentari tas-CHP Enis Berberoglu, u billi 6 Membri Parlamentari tneħħielhom il-mandat parlamentari tagħhom, fosthom ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov Leyla Zana, wara vot fil-Parlament Tork; |
|
K. |
billi, f'Lulju 2017, l-awtoritajiet Torok arrestaw 10 attivisti tad-drittijiet tal-bniedem (l-“Għaxra ta' Istanbul”), li aktar tard inħelsu fuq pleġġ; billi l-qorti ta' Istanbul qalbet id-deċiżjoni tagħha stess li teħles lil Taner Kılıç, il-president ta' Amnesty International fit-Turkija, fl-1 ta' Frar 2018, u b'hekk żammitu detenut tul iż-żmien kollu tal-proċess tiegħu; |
|
L. |
billi wieħed mill-mexxejja ewlenin tas-soċjetà ċivili tat-Turkija, Osman Kavala, ġie arrestat fit-18 ta' Ottubru 2017 u ilu miżmum il-ħabs minn dakinhar 'l hawn fuq l-akkuża li “pprova jwaqqa' l-gvern” billi appoġġja l-protesti fil-Park ta' Geżi f'Diċembru 2013; |
|
M. |
billi, fid-19 ta' Novembru 2017, l-Uffiċċju tal-Gvernatur ta' Ankara ddeċieda li jimponi projbizzjoni indefinita fuq kwalunkwe avveniment organizzat minn organizzazzjonijiet LGBTI; |
|
N. |
billi, minkejja l-fatt li l-Kostituzzjoni Torka tipprevedi l-libertà ta' twemmin u ta' qima u t-tixrid privat ta' ideat reliġjużi u tipprojbixxi d-diskriminazzjoni għal raġunijiet reliġjużi, il-minoranzi reliġjużi xorta waħda jiffaċċjaw attakki verbali u fiżiċi, stigmatizzazzjoni u pressjoni soċjali fl-iskejjel u fil-ħajja pubblika, diskriminazzjoni u problemi rigward il-possibbiltà li jistabbilixxu legalment post ta' qima; |
|
O. |
billi, fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Turkija f'dak li jirrigwarda d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-istampa, il-fondi ta' qabel l-adeżjoni tat-Turkija tnaqqsu b'EUR 105 miljun meta mqabblin mal-proposta inizjali tal-Kummissjoni għall-baġit tal-UE għall-2018, filwaqt li ammont addizzjonali ta' EUR 70 miljun qed jinżamm f'riżerva sakemm il-pajjiż jagħmel “titjib suffiċjenti u kwantifikabbli” f'dawn l-oqsma; |
|
P. |
billi, f'Novembru 2016, il-Parlament appella biex il-proċess ta' adeżjoni tat-Turkija jiġi ffriżat u, f'Lulju 2017, appella biex it-tali proċess jiġi sospiż f'każ li r-riformi kostituzzjonali jiġu implimentati tali kwali; |
|
1. |
Itenni l-kundanna qawwija tiegħu fil-konfront tat-tentattiv ta' kolp ta' stat tas-16 ta' Lulju 2016 u jesprimi s-solidarjetà tiegħu maċ-ċittadini tat-Turkija; jirrikonoxxi d-dritt u r-responsabbiltà tal-Gvern Tork li jieħu azzjoni sabiex il-persuni responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja, filwaqt li jiggarantixxi r-rispett għall-istat tad-dritt u d-dritt għal proċess ġust; jenfasizza, madankollu, li t-tentattiv fallut ta' kolp ta' stat militari bħalissa qed jintuża biex tkompli tinħonoq l-oppożizzjoni leġittima u paċifika u biex, permezz ta' azzjonijiet u miżuri sproporzjonati u illegali, il-midja u s-soċjetà ċivili jinżammu milli jeżerċitaw b'mod paċifiku l-libertà tal-espressjoni; |
|
2. |
Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar id-deterjorament li għaddej bħalissa tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u tal-istat tad-dritt fit-Turkija, u n-nuqqas ta' indipendenza tal-ġudikatura; jikkundanna l-użu tad-detenzjoni arbitrarja u tal-fastidju ġudizzjarju u amministrattiv biex jiġu ppersegwitati għexieren ta' eluf ta' persuni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok biex minnufih u mingħajr kundizzjonijiet jeħilsu lil dawk kollha li ġew detenuti biss talli wettqu l-ħidma leġittima tagħhom u talli eżerċitaw il-libertà ta' espressjoni u ta' assoċjazzjoni u li qed jinżammu arrestati mingħajr evidenza ċara ta' attività kriminali; jitlob li jitneħħa l-istat ta' emerġenza fil-pajjiż u jiġu revokati d-digrieti ta' emerġenza; |
|
3. |
Jistieden lill-awtoritajiet Torok jirrispettaw il-Konvenzjoni Ewropea, li tinkludi ċaħda ċara tal-piena tal-mewt, u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż il-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza; |
|
4. |
Jistieden lill-Gvern Tork joffri rimedji xierqa u effikaċi, kif ukoll stħarriġ ġudizzjarju konformi mal-istat tad-dritt, lil dawk kollha li huma soġġetti għal miżuri restrittivi; jenfasizza li l-preżunzjoni ta' innoċenza hija prinċipju fundamentali fi kwalunkwe stat kostituzzjonali; jistieden lit-Turkija tirrevedi, bħala kwistjoni ta' urġenza, l-“Kummissjoni ta' Inkjesta għal Prattiki ta' Stat ta' Emerġenza” b'tali mod li din issir kummissjoni soda u indipendenti li tkun kapaċi tagħti trattament individwali lil kull każ, tipproċessa b'mod effikaċi l-għadd enormi ta' applikazzjonijiet li tirċievi u tiżgura li l-istħarriġ ġudizzjarju ma jġarrabx dewmien bla bżonn; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ta' Inkjesta tagħmel pubbliċi d-deċiżjonijiet tagħha; jistieden lill-awtoritajiet Torok jippermettu lit-trejdjunjins jeżerċitaw attivitajiet trejdjunjonistiċi leġittimi; |
|
5. |
Jisottolinja li t-terroriżmu qed jibqa' jkun ta' theddida diretta għaċ-ċittadini fit-Turkija; itenni, madankollu, li l-leġiżlazzjoni Torka kontra t-terroriżmu, li hija definita b'mod wiesa', m'għandhiex tintuża biex tikkastiga liċ-ċittadini u lill-midja talli jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà ta' espressjoni; jikkundanna, f'dan ir-rigward, id-detenzjoni u l-proċess ta' mill-anqas 148 akkademiku minn universitajiet pubbliċi u privati li ffirmaw il-petizzjoni tal-“Akkademiċi għall-Paċi”, u jikkundanna bl-istess mod l-aktar arresti reċenti ta' ġurnalisti, attivisti, tobba u ċittadini ordinarji talli esprimew l-oppożizzjoni tagħhom għall-intervent militari Tork f'Afrin; jinsab serjament imħasseb dwar il-konsegwenzi umanitarji tal-intervent militari f'dan ir-reġjun ta' maġġoranza Kurda fis-Sirja u jwissi kontra t-tkomplija ta' azzjonijiet sproporzjonati; |
|
6. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar rapporti ta' maltrattament u tortura ta' priġunieri u jistieden lill-awtoritajiet Torok iwettqu investigazzjoni bir-reqqa ta' dawn l-allegazzjonijiet; itenni l-appell tiegħu biex ir-rapport tal-Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Prevenzjoni tat-Tortura (ir-rapport tas-CPT) isir pubbliku; |
|
7. |
Jikkundanna bil-qawwa d-deċiżjoni tal-Parlament Tork li jneħħi b'mod mhux kostituzzjonali l-immunità ta' għadd kbir ta' Membri Parlamentari, biex b'hekk witta t-triq għall-arresti reċenti ta' 10 Membri Parlamentari tal-oppożizzjoni, fosthom il-Kopresidenti tal-Partit Demokratiku Popolari (HDP), Figen Yüksekdağ u Selahattin Demirtaş, filwaqt li rrevoka l-mandat ta' 6 Membri Parlamentari tal-oppożizzjoni, inkluża r-revoka mill-aktar reċenti tal-mandat tar-rebbieħa tal-Premju Sakharov, Leyla Zana; jikkundanna l-arrest ta' 68 sindku Kurd; jikkundanna s-sostituzzjoni arbitrarja ta' rappreżentanti eletti lokalment, li qed tkompli ddgħajjef l-istruttura demokratika tat-Turkija; |
|
8. |
Jinsab imħasseb serjament dwar l-għeluq ta' aktar minn 160 stabbiliment tal-midja permezz ta' digriet eżekuttiv taħt l-istat ta' emerġenza; jikkundanna l-pressjoni politika li qed issir fuq il-ġurnalisti; jesprimi tħassib serju dwar il-monitoraġġ tal-pjattaformi tal-midja soċjali u l-għeluq ta' kontijiet tal-midja soċjali mill-awtoritajiet tat-Turkija; jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta' dawk kollha li ġew detenuti mingħajr prova, fosthom ċittadini tal-UE bħal pereżempju l-ġurnalist Ġermaniż Deniz Yücel, li ilu miżmum il-ħabs sena, inklużi disa' xhur f'iżolament, filwaqt li l-ebda akkuża formali għadha ma tressqet kontrih; iħeġġeġ it-Turkija biex twaqqa' l-akkużi kontra ġurnalista Finlandiża-Torka Ayla Albayrak, li ġiet ikkundannata minn Qorti Torka in absentia; jilqa' l-fatt li xi ġurnalisti u xi membri tal-persunal tal-gazzetta tal-oppożizzjoni Cumhuriyet ġew meħlusa wara xhur il-ħabs, u jappella wkoll għall-ħelsien immedjat tal-erba' ġurnalisti ta' Cumhuriyet li għadhom il-ħabs; |
|
9. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar ir-ripressjoni massiva kontra l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tat-Turkija u, b'mod partikolari, l-arrest ta' wieħed mill-mexxejja prominenti fl-ambitu tal-NGOs, Osman Kavala; iħeġġeġ lill-Gvern Tork jeħles lil Kavala minnufih peress li l-arrest tiegħu huwa politiċizzat u arbitrarju; |
|
10. |
Jinnota bi tħassib id-deterjorament tal-prinċipji u l-valuri sekularisti li t-Turkija ilha tħaddan għal żmien twil; jinsab imħasseb serjament dwar in-nuqqas ta' rispett għal-libertà ta' reliġjon, inkluża ż-żieda fid-diskriminazzjoni kontra l-Insara u minoranzi reliġjużi oħra; jikkundanna l-konfiska ta' 50 knisja, monasteru u ċimiterju Aramej f'Mardin; jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod urġenti tindirizza dawn il-kwistjonijiet mal-awtoritajiet Torok; iħeġġeġ lill-Gvern Tork biex jeħles lill-pastor Andrew Brunson u biex jippermettilu jirritorna lejn daru; |
|
11. |
Ifakkar, bl-istess mod, il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni kontra l-minoranzi, inklużi r-Rom, li għandhom l-istess dritt kemm biex jesprimu l-kultura tagħhom kif ukoll biex ikollhom aċċess għas-servizzi soċjali; |
|
12. |
Jikkundanna d-dikjarazzjoni li saret mill-Uffiċċju tal-Gvernatur ta' Ankara fid-19 ta' Novembru 2017 rigward id-deċiżjoni li jimponi projbizzjoni indefinita fuq kwalunkwe avveniment organizzat minn organizzazzjonijiet LGBTI, wara tliet projbizzjonijiet konsekuttivi tal-parata tal-Istanbul Pride; jistieden lill-awtoritajiet Torok jirrevokaw il-projbizzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħelsien ta' Ali Erol, attivist ewlieni LGBTI u jistieden, f’dan ir-rigward, lill-awtoritajiet Torok jeħilsu lill-attivisti LGBTI arrestati arbitrarjament u jħarsu l-benesseri ta' Diren Coşkun, li qed tagħmel strajk tal-ġuħ; |
|
13. |
Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni fix-Xlokk tat-Turkija, speċjalment fl-oqsma fejn huma imposti curfews, fejn tintuża forza eċċessiva u fejn jiġu applikati kastigi kollettivi; iħeġġeġ lit-Turkija tfassal pjan għar-riintegrazzjoni effikaċi tan-nofs miljun persuna spostata internament; itenni l-kundanna tiegħu fil-konfront tal-użu mill-ġdid tal-vjolenza min-naħa tal-PKK, li ilu fuq il-lista tat-terroristi tal-UE mill-2002, u jħeġġu jċedi l-armi u juża mezzi paċifiċi u demokratiċi biex jagħti vuċi lill-aspettativi tiegħu; ifakkar li l-Gvern Tork għandu responsabbiltà li jipproteġi liċ-ċittadini kollha tiegħu; jiddeplora l-prattika mifruxa ta' esproprjazzjoni, inkluż ta' proprjetajiet li jappartjenu lill-muniċipalitajiet; jinsab konvint li xejn ħlief soluzzjoni politika ġusta tal-kwistjoni Kurda ma jista' jġib stabbiltà u prosperità sostenibbli, kemm fiż-żona kif ukoll fit-Turkija kollha kemm hi, u għalhekk jistieden liż-żewġ naħat biex jerġgħu lura madwar il-mejda tan-negozjati; |
|
14. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar kif taħdem is-sistema legali fit-Turkija wara d-deċiżjoni tal-qorti kriminali ta' Istanbul li żżomm fil-ħabs żewġ ġurnalisti, Mehmet Altan u Şahin Alpay, wara t-talba tal-qorti kostituzzjonali għall-ħelsien tagħhom għar-raġuni li d-drittijiet tagħhom sfaw miksura waqt li kienu jinsabu l-ħabs; jinnota li dan jikkostitwixxi deterjorament ulterjuri tal-istat tad-dritt; jiddispjaċih ħafna dwar l-arrest mill-ġdid reċenti tal-president ta' Amnesty International fit-Turkija, Taner Kılıç, liema arrest huwa meqjus minn ħafna bħala parodija tal-ġustizzja, u jappella biex l-akkużi kontrih u kontra l-kodifensuri tiegħu (l-“Għaxra ta' Istanbul”) jitwaqqgħu peress li għadha ma tressqet ebda evidenza konkreta kontrihom; |
|
15. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu ta' Novembru 2017 li fiha talab li l-fondi merfugħa għall-awtoritajiet Torok taħt l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPAII) jkunu marbuta mal-kundizzjoni li jsir titjib fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, u, fejn possibbli, jingħataw minflok lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tqis l-iżviluppi fit-Turkija matul ir-rieżami tal-fondi tal-IPA, iżda wkoll biex tippreżenta proposti konkreti dwar kif l-appoġġ għas-soċjetà ċivili Torka jista' jiżdied; |
|
16. |
Iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli, lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, mal-interlokuturi Torok tagħhom, ikomplu jqajmu l-kwistjoni tas-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti politiċi, l-avukati, il-ġurnalisti u l-akkademiċi arrestati, u biex jipprovdu appoġġ diplomatiku u politiku għalihom, inklużi l-osservazzjoni tal-proċessi legali u l-monitoraġġ tal-każijiet; |
|
17. |
Jappella biex din ir-riżoluzzjoni tiġi tradotta bit-Tork; |
|
18. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, kif ukoll lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tat-Turkija. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0423.
(2) Testi adottati, P8_TA(2017)0306.
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/61 |
P8_TA(2018)0041
Is-sitwazzjoni fil-Venezwela
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Frar 2018 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela (2018/2559(RSP))
(2018/C 463/10)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li l-Venezwela hija parti għalih, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Venezwela, |
|
— |
wara li kkunsidra d-diversi riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-Venezwela, b'mod partikolari dawk tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela (1), tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar il-persekuzzjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela (2), tat-12 ta' Marzu 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela (3), tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela (4), tas-27 ta' April 2017 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela (5) u tat-13 ta' Settembru 2017 dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Amerika Latina (6), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-12 ta' Lulju 2017 tal-Presidenti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tad-Delegazzjoni Mercosur u tal-Assemblea Parlamentari EuroLat dwar is-sitwazzjoni attwali fil-Venezwela, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta Demokratika Inter-Amerikana adottata fil-11 ta' Settembru 2001, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-31 ta' Marzu 2017 tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Zeid Ra'ad Al Hussein, dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Suprema Venezwelana li tieħu f'idejha s-setgħat leġiżlattivi tal-Assemblea Nazzjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (UNHRC) li tikkundanna d-detenzjoni ta' Enrique Aristeguieta fit-2 ta' Frar 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra t-twissijiet inklużi fir-rapporti tat-30 ta' Mejju 2016 u tal-14 ta' Marzu 2017 tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS) dwar il-Venezwela, kif ukoll l-appelli tas-Segretarju Ġenerali tal-OAS biex il-Kunsill Permanenti tagħha jitlaqqa' b'urġenza skont l-Artikolu 20 tal-Karta Demokratika Inter-Amerikana biex tiġi diskussa l-kriżi politika fil-Venezwela, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP / Rgħ) tas-27 ta' Marzu 2017, dwar il-kriżi politika, ekonomika u umanitarja li qed issir dejjem aktar serja fil-Venezwela, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-OAS, iffirmata minn 14 mill-istati membri tagħha fit-13 ta' Marzu 2017, li tesiġi li l-Venezwela tiskeda elezzjonijiet malajr kemm jista' jkun, teħles lill-priġunieri politiċi u tirrikonoxxi s-separazzjoni tas-setgħat minquxa fil-kostituzzjoni tagħha, fost miżuri oħra, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill Permanenti tal-OAS tat-3 ta' April 2017 dwar il-ġrajjiet li seħħew dan l-aħħar fil-Venezwela, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' “El Grupo de Lima” tat-23 ta' Jannar 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali li ssejjaħ elezzjonijiet presidenzjali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2017 u tat-22 ta' Jannar 2018 dwar il-Venezwela, u b'mod partikolari l-impożizzjoni ta' embargo fuq l-armi u ta' sanzjonijiet, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-VP/RGħ f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi fir-rigward tal-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, tas-7 ta' Diċembru 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-26 ta' Jannar 2018 mill-VP/RGħ f'isem l-UE dwar l-aħħar żviluppi fil-Venezwela, li tikkundanna d-deċiżjoni mill-awtoritajiet Venezwelani li jkeċċu l-Ambaxxatur ta' Spanja f'Caracas, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu li jagħti l-Premju Sakharov 2017 lill-Oppożizzjoni Demokratika fil-Venezwela, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Assemblea Nazzjonali Kostitwenti illeġittima, li la hija rikonoxxuta internazzjonalment u lanqas mill-Unjoni Ewropea, talbet li jsiru elezzjonijiet presidenzjali bikrija qabel tmiem April 2018; billi, skont il-Kostituzzjoni tal-Venezuela, il-korp responsabbli għas-sejħa ta' elezzjoni huwa l-Kunsill Elettorali Nazzjonali; billi l-Artikolu 298 tal-Kostituzzjoni tal-Venezwela, li jiddikjara b'mod ċar li: “Il-liġi li tirregola l-proċessi elettorali ma tistax tkun modifikata bl-ebda mod fil-perjodu bejn il-jum tal-elezzjoni u s-sitt xhur immedjatament qabilha” reċentement kienet miksura diversi drabi; |
|
B. |
billi din id-deċiżjoni ttieħdet barra l-ambitu tad-djalogu nazzjonali li kien ilu għaddej minn Diċembru 2017, u irrispettivament minn kwalunkwe żvilupp possibbli miksub fil-laqgħa li saret bejn il-Gvern tal-Venezwela u l-oppożizzjoni f'Santo Domingo; billi d-data u l-proċess li jwasslu għall-elezzjonijiet kienu tnejn mill-punti prinċipali fit-taħditiet f'Santo Domingo; billi din is-sejħa għal elezzjonijiet tmur kontra kemm il-prinċipji demokratiċi kif ukoll il-bona fede fir-rigward tad-djalogu bejn il-gvern u l-oppożizzjoni; |
|
C. |
billi fil-25 ta' Jannar 2018 il-Qorti Suprema ddeċidiet li teskludi l-MUD (Mesa de la Unidad Democrática), mill-elezzjonijiet presidenzjali; billi fl-4 ta' Frar 2018 il-Kunsill Elettorali Nazzjonali eskluda lill-partit Primero Justicia mill-proċess elettorali; billi mexxejja bħal Leopoldo López u Henrique Capriles huma pprojbiti milli joħorġu għall-elezzjoni; billi dawn id-deċiżjonijiet jirrappreżentaw ksur tal-prinċipju ta' elezzjonijiet ġusti, li jipprojbixxu kandidati tal-oppożizzjoni milli jikkompetu b'mod ħieles u ugwali fl-elezzjonijiet; |
|
D. |
billi fl-2017, l-MUD ingħatat il-Premju Sakharov 2017 tal-Parlament għal-libertà tal-ħsieb; |
|
E. |
billi din is-sejħa għal elezzjoni bikrija li tmur kontra l-kostituzzjoni wasslet biex il-Messiku u ċ-Ċilì rtiraw mill-proċess ta' negozjati politiċi nazzjonali bejn il-Gvern tal-Venezwela u parti mill-oppożizzjoni; |
|
F. |
billi fit-13 ta' Novembru 2017, il-Kunsill tal-UE ddeċieda li jadotta embargo fuq l-armi kontra l-Venezwela u projbizzjoni fuq materjal relatat li jista' jintuża għal repressjoni interna; |
|
G. |
billi fit-22 ta' Jannar 2018, il-Kunsill tal-UE ddeċieda b'mod unanimu li jimponi sanzjonijiet kontra seba' individwi Venezwelani li għandhom pożizzjonijiet uffiċjali, fil-forma ta' miżuri restrittivi bħall-projbizzjoni fuq vjaġġar u l-iffriżar tal-assi, b'konsegwenza tan-nuqqas ta' rispett tal-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-demokrazija; |
|
H. |
billi wara l-adozzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE, il-Venezwela rritaljat billi keċċiet lill-Ambaxxatur Spanjol f'Caracas u pproklamatu “persona non grata”, filwaqt li akkużat lil Spanja b'indħil fl-affarijiet interni tagħha; billi l-UE kkundannat bil-qawwa din id-deċiżjoni, filwaqt li fl-istess ħin iddikjarat is-solidarjetà sħiħa tagħha ma' Spanja, fuq il-bażi li d-deċiżjonijiet tal-UE fil-qasam tal-politika barranija, inkluża l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet, huma unanimi; |
|
I. |
billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Venezwela qed tkompli tiddeterjora; billi l-Venezwela qed tħabbat wiċċha ma' kriżi politika, soċjali, ekonomika u umanitarja bla preċedent, li qed twassal għal ħafna mwiet; billi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet liberi u ġusti bil-garanziji xierqa kollha, u bil-kundizzjoni li jingħata żmien biżżejjed għall-preparamenti, hija fundamentali biex jibdew jiġu solvuti l-ħafna problemi li l-Venezwela qed tħabbat wiċċha magħhom; billi kważi 2 miljun Venezwelan ħarbu mill-pajjiż; billi l-pressjoni fuq il-pajjiżi ospitanti qed tiżdied dejjem aktar f'termini ta' għoti ta' assistenza u servizzi lil min ikun għadu jasal fil-pajjiż; |
|
J. |
billi l-uffiċjal tal-pulizija ribelli, Oscar Pérez, u sitt individwi oħra nqatlu b'mod extraġudizzjarju minkejja l-fatt li kienu diġà ċedew; |
|
K. |
billi, fit-2 ta' Frar 2018, Enrique Aristeguieta Gramcko nħataf minn daru billejl mis-servizzi tal-intelligence, mingħajr ma ngħatat ebda informazzjoni dwar fejn kien qed jinżamm, u nħeles l-għada; |
|
L. |
billi għadd dejjem jikber ta' nies fil-Venezwela, inklużi tfal, qed ibatu minn malnutrizzjoni minħabba aċċess limitat għal servizzi tas-saħħa ta' kwalità, mediċini u ikel; billi, b'dispjaċir, il-Gvern tal-Venezwela qed ikompli jiċħad il-problema u jirrifjuta li jirċievi u jiffaċilita d-distribuzzjoni tal-għajnuna umanitarja internazzjonali; billi l-Venezwelani qed jippruvaw jixtru l-ikel u provvisti essenzjali mill-gżejjer tal-Karibew minħabba skarsezzi kbar f'pajjiżhom; |
|
1. |
Jiddeplora d-deċiżjoni unilaterali tal-Assemblea Nazzjonali Kostitwenti illeġittima, li la hija rikonoxxuta internazzjonalment u lanqas mill-UE, li ssejjaħ elezzjonijiet presidenzjali bikrija sa tmiem April 2018; jiddeplora ferm id-deċiżjoni riċenti tal-Qorti Suprema Venezwelana li tipprojbixxi lir-rappreżentanti tal-MUD milli jikkontestaw l-elezzjonijiet li jmiss; jirrimarka li ħafna kandidati potenzjali mhux se jkunu jistgħu joħorġu għall-elezzjonijiet għaliex huma eżiljati, soġġetti għal skwalifiki amministrattivi, arrestati jew taħt arrest domiċiljarju; jinsisti li m'għandhom jiġu imposti ebda ostaklu jew kundizzjoni fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-partiti politiċi, u jistieden lill-awtoritajiet Venezwelani jerġgħu jagħtuhom kompletament id-drittijiet ta' eliġibbiltà tagħhom; |
|
2. |
Jinsisti li huma biss elezzjonijiet ibbażati fuq kalendarju elettorali vijabbli, miftiehem fil-kuntest tad-djalogu nazzjonali mal-atturi rilevanti u l-partiti politiċi kollha, u li jirrispettaw kundizzjonijiet ta' parteċipazzjoni ekwi, ġusti u trasparenti – inklużi t-tneħħija tal-projbizzjonijiet fuq l-avversarji politiċi, mingħajr priġunieri politiċi, u l-iżgurar li l-Kunsill Elettorali Nazzjonali jkun ibbilanċjat fil-kompożizzjoni u imparzjali u bl-eżistenza ta' garanziji suffiċjenti, inkluż il-monitoraġġ minn osservaturi internazzjonali indipendenti – li se jiġu rikonoxxuti mill-UE u l-istituzzjonijiet tagħha, inkluż il-Parlament Ewropew; ifakkar fid-disponibbiltà tiegħu li jibgħat Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet neċessarji kollha; |
|
3. |
Jikkundanna bil-qawwa d-deċiżjoni tal-awtoritajiet Venezwelani li jkeċċu lill-Ambaxxatur Spanjol f'Caracas u jiddikjarawh “persona non grata”, u jinsisti li l-Gvern tal-Venezwela jerġa' jistabbilixxi minnufih ir-relazzjonijiet diplomatiċi normali tiegħu ma' Spanja; ifakkar li d-deċiżjonijiet kollha tal-UE fil-qasam tal-politika barranija, inkluża l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet, jittieħdu b'mod unanimu; jappella, f'dan ir-rigward, għal solidarjetà sħiħa ma' Spanja; |
|
4. |
Iqis l-impożizzjoni mill-Kunsill tal-UE tal-embargo fuq l-armi, u s-sanzjonijiet imposti kontra seba' uffiċjali Venezwelani bħala miżuri xierqa b'reazzjoni għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, iżda jitlob li dawn jiġu estiżi kontra dawk prinċipalment responsabbli għad-deterjorament tal-kriżi politika, soċjali, ekonomika u umanitarja, b'mod partikolari l-President, il-Viċi President, il-Ministru tad-Difiża, membri tal-kmand militari għoli u membri taċ-ċrieki interni tagħhom, inklużi membri tal-familja; jissuġġerixxi li, jekk is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tkompli tiddeterjora, jistgħu jiġu kkunsidrati u adottati aktar azzjonijiet diplomatiċi u ekonomiċi, fosthom dawk b'rabta mal-kumpanija statali taż-żejt Petróleos de Venezuela, S.A. (PDVSA); |
|
5. |
Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-ksur kontinwu tal-ordni demokratiku fil-Venezwela; itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu tal-Assemblea Nazzjonali bħala l-uniku parlament kostitwit u rikonoxxut legalment fil-Venezwela, u jistieden lill-Gvern tal-Venezwela sabiex jerġa' jistabbilixxi l-awtorità kostituzzjonali sħiħa tagħha; jirrifjuta kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali peress li tikkostitwixxi ksur tal-istandards u tar-regoli demokratiċi kollha; jesprimi l-appoġġ tiegħu għas-soluzzjoni politika fil-kuntest tal-atturi rilevanti u l-partiti politiċi kollha; ifakkar li s-separazzjoni u n-nuqqas ta' ndħil bejn il-fergħat tal-gvern huma prinċipju essenzjali tal-istati demokratiċi mmexxija mill-istat tad-dritt; |
|
6. |
Jistieden lill-Prosekutur tal-QKI, skont id-dispożizzjonijiet tal-Istatut ta' Ruma, biex jibda investigazzjonijiet dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mir-reġim Venezwelan, u jitlob lill-UE tiżvolġi rwol attiv f'dan ir-rigward; |
|
7. |
Itenni l-appelli preċedenti tiegħu għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha, għar-rispett tal-korpi eletti b'mod demokratiku u għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
8. |
Jesprimi s-solidarjetà u l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-poplu tal-Venezwela li qed iġarrab l-effetti ta' kriżi umanitarja serja; jitlob li jintlaħaq ftehim immedjat dwar pjan ta' aċċess umanitarju ta' emerġenza għall-pajjiż, u jistieden lill-awtoritajiet Venezwelani jippermettu l-għajnuna umanitarja mingħajr xkiel bħala kwistjoni ta' urġenza, u jagħtu permess lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li jixtiequ jgħinu lill-pubbliku; jitlob li tiġi implimentata malajr miżura fuq perjodu qasir ta' żmien kontra l-malnutrizzjoni fost il-gruppi l-aktar vulnerabbli, bħalma huma t-tfal; jitlob lill-UE tgħin lill-pajjiżi tal-viċinat, u b'mod partikolari lill-Kolombja, biex jindirizzaw is-sitwazzjoni tar-rifuġjati Venezwelani; jistieden lill-Gvern tal-Venezwela jagħti l-pensjonijiet lill-Venezwelani li qed jgħixu barra l-pajjiż u li huma intitolati jirċievu tali drittijiet tas-sigurtà soċjali; |
|
9. |
Itenni t-talba tiegħu li tintbagħat delegazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-Venezwela u li jkun hemm djalogu mas-setturi kollha involuti fil-kunflitt mill-aktar fis possibbli; |
|
10. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani. |
(1) ĠU C 285, 29.8.2017, p. 145.
(2) ĠU C 294, 12.8.2016, p. 21.
(3) ĠU C 316, 30.8.2016, p. 190.
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0269.
(5) Testi adottati, P8_TA(2017)0200.
(6) Testi adottati, P8_TA(2017)0345.
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/65 |
P8_TA(2018)0042
Is-sitwazzjoni tal-UNRWA
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Frar 2018 dwar is-sitwazzjoni tal-UNRWA (2018/2553(RSP))
(2018/C 463/11)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) tas-7 ta' Ġunju 2017 dwar l-appoġġ Ewropew għall-UNRWA (2017-2020), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 194 tal-11 ta' Diċembru 1948 u 302 tat-8 ta' Diċembru 1949, kif ukoll riżoluzzjonijiet rilevanti oħra tan-NU, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tat-30 ta' Marzu 2017 intitolat “Operations of the United Nations Relief and Works Agency for Palestine Refugees in the Near East” (Operazzjonijiet tal-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-UNRWA hija aġenzija tan-NU mwaqqfa mill-Assemblea Ġenerali fl-1949 u mogħtija l-mandat li tipprovdi assistenza u protezzjoni lil madwar 5 miljun rifuġjat Palestinjan irreġistrat; billi s-servizzi tal-UNRWA jħaddnu l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-assistenza u s-servizzi soċjali, l-infrastruttura u t-titjib tal-kampijiet, il-protezzjoni u l-mikrofinanzjament; billi l-Assemblea Ġenerali tan-NU ġeddet il-mandat tal-UNRWA bosta drabi, l-aktar riċentement sat-30 ta' Ġunju 2020 bil-voti ta' 167 stat membru tan-NU; |
|
B. |
billi l-UE u l-Istati Membri tagħha, meqjusin flimkien, huma l-akbar donatur lill-UNRWA, hekk li fl-2017 ikkontribwew l-ammont ta' EUR 441 miljun; billi l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-akbar donatur fost il-pajjiżi individwali, ħabbru li sejrin jikkontribwixxu USD 60 miljun, iżda mhumiex sejrin jirrilaxxaw USD 65 miljun minn pagament skedat ta' USD 125 miljun lill-UNRWA; billi din id-deċiżjoni, skont id-Dipartiment tal-Istat, kienet maħsuba biex tinkoraġġixxi lil pajjiżi oħra jkattru l-għajnuna, kif ukoll biex tippromwovi riforma fi ħdan l-Aġenzija; |
|
C. |
billi l-UNWRA ilha ħafna snin tiffaċċja nuqqasijiet strutturali kbar ta' natura finanzjarja u, indipendentement mid-deċiżjoni tal-Gvern tal-Istati Uniti, xorta kienet se tkompli tiffaċċja diffikultajiet fl-2018; |
|
D. |
billi, fir-rapport tiegħu tat-30 ta' Marzu 2017, is-Segretarju Ġenerali tan-NU għamel diversi rakkomandazzjonijiet maħsuba biex jiżguraw li l-UNRWA jkollha finanzjament adegwat, prevedibbli u sostenibbli; |
|
1. |
Jibqa' kommess bis-sħiħ li jappoġġja lill-UNRWA hija u tipprovdi servizzi vitali għall-benesseri, il-protezzjoni u l-iżvilupp uman tar-rifuġjati Palestinjani fl-Istrixxa ta' Gaża, fix-Xatt tal-Punent, fil-Ġordan, fil-Libanu u fis-Sirja; jifraħ lill-UNRWA tal-isforzi straordinarji tagħha, inkluża l-ħidma biex tipproteġi u tappoġġja aktar minn 400 000 rifuġjat Palestinjan, u ħafna oħrajn, fil-ħerba tal-gwerra fis-Sirja; ifakkar li l-UNRWA twaqqfet fi spirtu ta' solidarjetà mar-rifuġjati Palestinjani, biex ittaffilhom tbatijiethom; |
|
2. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-kriżi fil-finanzjament tal-UNRWA; iħeġġeġ lid-donaturi kollha jonoraw il-wegħdiet li għamlu lill-Aġenzija; |
|
3. |
Jinnota li kwalunkwe tnaqqis jew dewmien mhux mistenni fil-pagamenti previsti tad-donaturi lill-UNRWA jista' jkollu impatt negattiv fuq l-aċċess ta' 1,7 miljun rifuġjat Palestinjan għall-għajnuna tal-ikel ta' emerġenza u ta' 3 miljuni oħra għall-kura primarja tas-saħħa, fuq l-aċċess għall-edukazzjoni ta' aktar minn 500 000 tifel u tifla Palestinjani f'702 skejjel tal-UNRWA, fosthom kważi 50 000 tifel u tifla fis-Sirja, kif ukoll fuq l-istabbiltà fir-reġjun; |
|
4. |
Jinnota li l-Unjoni Ewropea hija kommessa li tkompli tgħin lill-UNRWA tikseb riżorsi finanzjarji biex din tal-aħħar tkun tista' timplimenta l-mandat mogħti lilha mill-Assemblea Ġenerali tan-NU, topera fuq bażi sostenibbli u kosteffikaċi u tiżgura l-kwalità u l-livell tas-servizzi pprovduti lir-rifuġjati Palestinjani; |
|
5. |
Jilqa' d-deċiżjonijiet meħuda mill-Unjoni Ewropea u minn diversi Stati Membri tagħha li jħaffu l-finanzjament lill-UNRWA, u jħeġġeġ lid-donaturi l-oħra jimxu fuq dan l-eżempju; iħeġġeġ lill-Istati Uniti jerġgħu jikkunsidraw id-deċiżjoni tagħhom u jonoraw il-pagament sħiħ tal-kontribuzzjoni skedata tagħhom lill-Aġenzija; jilqa' l-kontribuzzjonijiet tal-istati membri tal-Lega Għarbija lill-UNRWA, iżda jitlob li jkabbru l-impenn tagħhom bil-għan li jagħlqu l-lakuna fil-finanzjament; |
|
6. |
Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha jimmobilizzaw finanzjament addizzjonali għall-UNRWA biex din tkun tista' taqdi l-ħtiġijiet finanzjarji tagħha taż-żmien qasir; jenfasizza, madankollu, li kwalunkwe soluzzjoni fit-tul għal-lakuni finanzjarji rikorrenti tal-Aġenzija tista' tinkiseb biss permezz ta' skema ta' finanzjament sostenibbli f'qafas multilaterali globali; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea tiżvolġi rwol ewlieni fil-komunità internazzjonali biex tistabbilixxi mekkaniżmu tali; jissottolinja l-importanza tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mis-Segretarju Ġenerali tan-NU fir-rapport tiegħu tat-30 ta' Marzu 2017 f'dan ir-rigward; |
|
7. |
Jilqa' l-fatt li l-UNRWA qed tipprevedi li tibqa' għaddejja b'miżuri interni bil-għan li trażżan l-ispejjeż u tikseb aktar titjib fl-effiċjenza filwaqt li tfittex oqsma oħra fejn jista' jkun possibbli li tikseb aktar effiċjenza; Iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli ttejjeb l-istruttura maniġerjali u l-ippjanar strateġiku tagħha bil-għan li jkollha aktar trasparenza, obbligu ta' rendikont u superviżjoni interna, tiżgura rappurtar f'waqtu u preċiż lill-UE dwar il-programmi u l-finanzi, tiżgura li ma jsirx użu ħażin mill-faċilitajiet tal-UNRWA, tinvestiga allegazzjonijiet ta' ksur tan-newtralità mill-membri tal-persunal tagħha u tieħu azzjoni dixxiplinarja xierqa fejn ikun meħtieġ; jenfasizza li huwa importanti li n-newtralità tal-installazzjonijiet tal-UNRWA tkun irrispettata f'konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali u mal-istatus diplomatiku tal-Aġenzija bħala struttura tan-NU; |
|
8. |
Itenni li l-objettiv primarju tal-UE huwa t-twettiq tas-soluzzjoni ta' żewġ stati għall-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina abbażi tal-fruntieri tal-1967, b'Ġerusalemm bħala l-belt kapitali taż-żewġ stati, bi Stat ta' Iżrael sigur u Stat Palestinjan indipendenti, demokratiku, kontigwu u vijabbli, li jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà, abbażi tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni u tar-rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali; |
|
9. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kummissarju Ġenerali tal-UNRWA, lill-Mibgħut tal-Kwartett għal-Lvant Nofsani, kif ukoll lill-Kungress u lid-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti. |
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/67 |
P8_TA(2018)0043
Arranġamenti għall-bidla fil-ħin
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Frar 2018 dwar arranġamenti għall-bidla fil-ħin (2017/2968(RSP))
(2018/C 463/12)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Jannar 2001 dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi, skont il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti għandha tipprovdi bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt rigward l-għażliet għal azzjoni futura; |
|
B. |
billi għadd kbir ta' studji xjentifiċi, inkluż l-istudju tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ta' Ottubru 2017 dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf fl-UE skont id-Direttiva 2000/84/KE, ma nrexxielhom jaslu għal ebda eżitu konklużiv, iżda minflok taw indikazzjoni tal-eżistenza ta' effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, l-agrikoltura u s-sikurezza tat-traffiku fit-toroq; |
|
C. |
billi għadd ta' inizjattivi taċ-ċittadini enfasizzaw it-tħassib taċ-ċittadini dwar il-bidla fil-ħin li ssir darbtejn fis-sena; |
|
D. |
billi l-Parlament kien qajjem din il-kwistjoni preċedentement, pereżempju fil-Mistoqsija Orali O-000111/2015 – B8-0768/2015 lill-Kummissjoni tal-25 ta' Settembru 2015; |
|
E. |
billi huwa kruċjali li jinżamm reġim tal-ħin unifikat tal-UE anke wara li tintemm il-bidla fil-ħin li ssir darbtejn fis-sena; |
|
1. |
Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni bir-reqqa tad-Direttiva 2000/84/KE u, jekk ikun meħtieġ, tressaq proposta għar-reviżjoni tagħha; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
OPINJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
Il-Ħamis 8 ta’ Frar 2018
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/68 |
P8_TA(2018)0027
L-ebda oġġezzjoni għal miżura ta’ implimentazzjoni: emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 9
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssirx oġġezzjoni għall-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emendi fl-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 9 (D054380/02 – 2017/3018(RPS))
(2018/C 463/13)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (D054380/02, |
|
— |
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2017, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhuwiex se joġġezzjona għall-abbozz ta' regolament, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-24 ta' Jannar 2018 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106(4)(d) u l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra li l-ebda oppożizzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fis-6 ta' Frar 2018, |
|
A. |
billi l-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ħareġ fit-12 ta' Ottubru 2017 emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 9 – Strumenti Finanzjarji; billi dawk l-emendi għandhom l-għan li joħolqu ċarezza u konsistenza fil-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn b'opzjonijiet ta' prepagament negattivi; |
|
B. |
billi l-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) ipprovda lill-Kummissjoni b'parir ta' approvazzjoni pożittiv fl-10 ta' Novembru 2017; billi fil-parir tiegħu l-EFRAG ikopri wħud mill-kwistjonijiet imqajma mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-ittra tiegħu tat-8 ta' Novembru 2017 lill-EFRAG; |
|
C. |
billi l-Kummissjoni kkonkludiet li l-interpretazzjoni tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif mitlub mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u ssostni li din l-emenda proposta tkun sempliċiment iżżomm l-istatus quo tal-kontabilità fuq il-kost amortizzat għal dawn l-istrumenti speċifiċi kif applikabbli qabel l-introduzzjoni tal-IFRS 9; |
|
D. |
billi l-IASB stabbilixxa l-1 ta' Jannar 2019 bħala d-data effettiva għal din l-emenda għall-IFRS 9 u hemm il-possibbiltà li tiġi applikata qabel; billi l-kontabilità għall-istrumenti finanzjarji taħt l-IFRS 9 hija meħtieġa diġà mill-1 ta' Jannar 2018; billi l-istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għall-kontabilità tal-IFRS ma jistgħux jużaw it-trattament taħt din l-emenda proposta qabel l-approvazzjoni u l-pubblikazzjoni tagħha; |
|
E. |
billi l-Kummissjoni kienet qed timmira għall-pubblikazzjoni tal-emendi għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità (3) qabel l-aħħar ta' Marzu 2018 sabiex ikunu applikabbli għall-perjodi finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara; |
|
1. |
Jiddikjara li ma joġġezzjonax għall-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kummissjoni u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill. |
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 6 ta’ Frar 2018
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/70 |
P8_TA(2018)0020
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Steeve Briois
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2018 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Steeve Briois (2017/2221(IMM))
(2018/C 463/14)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Steeve Briois, imressqa fil-25 ta' Settembru 2017 mill-Ministru tal-Ġustizzja għar-Repubblika Franċiża fuq talba tal-Prosekutur Ġenerali tal-Qorti tal-Appell ta' Douai b'rabta ma' kwerela mressqa kontra s-Sur Briois minn parti ċivili għar-reat ta' insult li sar fil-pubbliku dirett lejn individwu (“injures publiques envers un particuliers”) u mħabbra fis-seduta plenarja fit-2 ta' Ottubru 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-informazzjoni addizzjonali dwar il-kawża mogħtija mill-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Reġjonali ta’Douai f'ittra datata 12 ta' Diċembru 2017, |
|
— |
wara li sema' lil Steeve Briois skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0011/2018), |
|
A. |
billi l-Prosekutur Ġenerali tal-Qorti tal-Appell ta' Douai talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Membru tal-Parlament Ewropew, Steeve Briois, b'rabta mal-proċedimenti legali pendenti quddiem il-Qorti Reġjonali ta' Douai; billi din it-talba twasslet lill-Parlament mill-Ministru tal-Ġustizzja għar-Repubblika Franċiża; |
|
B. |
billi t-talba għat-tneħħija tal-immunità tas-Sur Briois hija marbuta mal-proċedimenti legali istitwiti fir-rigward tar-reat ta' insult li sar fil-pubbliku dirett lejn individwu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 29, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 33 u l-Artikolu 23 tal-Att tad-29 ta' Lulju 1881) b'rabta ma' kummenti allegatament malafamanti li għadd ta' utenti tal-internet ħallew b'reazzjoni għat-test li ppubblika s-Sur Briois fit-23 ta' Diċembru 2015 fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu u li ma tneħħewx fil-pront mis-Sur Briois; billi, fuq talba tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, il-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Reġjonali ta' Douai ddikjara li fil-21 ta' Novembru 2017 il-kummenti msemmija hawn fuq żgur kienu għadhom online; |
|
C. |
billi skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7, il-Membri tal-Parlament Ewropew m'għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta' investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta' opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom; |
|
D. |
billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom; |
|
E. |
billi, fost affarijiet oħra, l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża jipprevedi li l-ebda Membru tal-Parlament ma jista' jiġi arrestat għal delitt jew ikun soġġett għal kwalunkwe miżura li ċċaħħad jew li tirrestrinġi l-libertà ħlief bl-awtorizzazzjoni tal-parlament; |
|
F. |
billi l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 jeskludu lil xulxin (2); |
|
G. |
billi l-allegazzjonijiet kontra Steeve Briois u t-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità tiegħu mhumiex relatati ma' opinjoni espressa jew vot mogħti minnu fil-qadi ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew, iżda mal-fatt li hu allegatament naqas milli jneħħi mill-paġna uffiċjali ta' Facebook tiegħu għadd ta' kummenti miktuba minn partijiet terzi u perċepiti mill-persuna mmirata bħala insult; |
|
H. |
billi, bħala konsegwenza, l-immunità mogħtija mill-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 mhijiex applikabbli u l-każ inkwistjoni jaqa' kompletament taħt l-Artikolu 9 tal-istess Protokoll; |
|
I. |
billi ma hemm l-ebda evidenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri suspett serju u preċiż biżżejjed li l-kawża nfetħet bl-intenzjoni li ssir ħsara politika lill-Membru kkonċernat; |
|
1. |
Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Steeve Briois; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Franċiża u lil Steeve Briois. |
(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs Il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI:EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
(2) Kawżi magħquda C-200/07 u C-201/07, Marra, iċċitati aktar 'il fuq, paragrafu 45.
III Atti preparatorji
IL-PARLAMENT EWROPEW
It-Tlieta 6 ta’ Frar 2018
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/72 |
P8_TA(2018)0021
Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u l-Brażil ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil (11040/2017 – C8-0320/2017 – 2017/0139(NLE))
(Approvazzjoni)
(2018/C 463/15)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11040/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/781/KE tas-6 ta' Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil (1), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0320/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0004/2018), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil. |
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/73 |
P8_TA(2018)0022
L-istabbiliment ta' kumitat speċjali dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-pestiċidi
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2018 dwar it-twaqqif, ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat ta' kumitat speċjali dwar il-proċeduri tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi (2018/2534(RSO))
(2018/C 463/16)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti; |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2011 tal-10 ta' Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1056 tat-29 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f'dak li għandu x'jaqsam mal-estensjoni tal-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat (3) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1313 tat-1 ta' Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2324 tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' April 2016 (6) u tal-24 ta' Ottubru 2017 (7) dwar l-abbozz ta' Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tat-18 ta' Frar 2016 fil-Każ 12/2013/MDC dwar il-prattiki tal-Kummissjoni rigward l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (pestiċidi), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (8), |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-23 ta' Novembru 2016 fil-Każ C-442/14 Bayer CropScience SA-NV, Stichting De Bijenstichting vs College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 197 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi tqajmu preokkupazzjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-glifosat, b'mod partikolari dwar jekk saritx valutazzjoni indipendenti, oġġettiva u trasparenti, dwar jekk ġewx applikati sewwa l-kriterji ta' klassifikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), u dwar jekk sarx użu korrett tad-dokumenti ta' gwida rilevanti; |
|
B. |
billi tqajmu preokkupazzjonijiet rigward l-applikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-kriterji ta' approvazzjoni u tal-prinċipju ta' prekawzjoni stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 meta tat estensjoni teknika tal-approvazzjoni tal-glifosat fl-2016, meta adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1313, u meta adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2324; |
|
1. |
Jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat speċjali dwar il-proċeduri tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi, li jkollu r-responsabbiltajiet li ġejjin, definiti b'mod strett:
|
|
2. |
Jenfasizza li kwalunkwe rakkomandazzjoni tal-kumitat speċjali għandha tiġi ppreżentata u, jekk ikun meħtieġ, tingħata segwitu, minn kumitati permanenti kompetenti tal-Parlament; |
|
3. |
Jiddeċiedi li s-setgħat u r-riżorsi disponibbli tal-kumitati permanenti tal-Parlament li huma responsabbli għal kwistjonijiet li jirrigwardaw l-adozzjoni, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE relatata mal-qasam ta' responsabbiltà tal-kumitat speċjali għandhom jibqgħu bla mittiefsa; |
|
4. |
Jiddeċiedi li kull meta l-ħidma tal-kumitat speċjali tkun tinkludi s-smigħ ta' evidenza ta' natura kunfidenzjali, xhieda li tinvolvi data personali, jew tinkludi skambji ta' fehmiet jew seduti ta' smigħ ma' awtoritajiet u korpi dwar informazzjoni kunfidenzjali, inklużi studji xjentifiċi jew partijiet minnhom mogħtija status ta' kunfidenzjalità skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-laqgħat għandhom isiru bil-magħluq; jiddeċiedi, barra minn hekk, li x-xhieda u l-esperti għandu jkollhom id-dritt li jagħmlu dikjarazzjoni jew jixhdu bil-magħluq; |
|
5. |
Jiddeċiedi li l-lista tal-persuni mistiedna għal-laqgħat pubbliċi, il-lista ta' dawk li jattendu dawk il-laqgħat u l-minuti tagħhom għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku; |
|
6. |
Jiddeċiedi li dokumenti kunfidenzjali li l-kumitat speċjali jirċievi għandhom jiġu vvalutati skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 210a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu; jiddeċiedi, barra minn hekk, li tali informazzjoni għandha tintuża esklussivament għall-finijiet tat-tfassil tar-rapport finali tal-kumitat speċjali; |
|
7. |
Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali għandu jkollu 30 membru bi qbil mal-Artikolu 199(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu; |
|
8. |
Jiddeċiedi li t-tul tal-mandat tal-kumitat speċjali għandu jkun disa' xhur, għajr jekk il-Parlament jestendi dak il-perjodu qabel ma jiskadi, u li l-mandat tiegħu għandu jibda jiddekorri mid-data tal-laqgħa kostitwenti tiegħu; jiddeċiedi li l-kumitat speċjali għandu jippreżenta rapport finali lill-Parlament li jkun fih sejbiet fattwali u rakkomandazzjonijiet rigward il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu. |
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 155, 11.6.2011, p. 127.
(3) ĠU L 173, 30.6.2016, p. 52.
(5) ĠU L 333, 15.12.2017, p. 10.
(6) Testi adottati, P8_TA(2016)0119.
(7) Testi adottati, P8_TA(2017)0395.
(8) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(9) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar fi u tas-sustanza taħlitiet, li jemenda u jħassar Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/76 |
P8_TA(2018)0023
L-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (COM(2016)0289 – C8-0192/2016 – 2016/0152(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 463/17)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0289), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0192/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Kunsill Federali Awstrijak, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2016 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Novembru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0172/2017), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġiżlattiv finali; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2016)0152
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ Frar 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/302).
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI
Il-Kummissjoni tieħu nota tat-test tal-Artikolu 9 maqbul bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' inizjattiva tagħha skont it-Trattat, f'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tixtieq tafferma li, f'konformità mal-Artikolu 9, l-ewwel evalwazzjoni tagħha ta' dan ir-Regolament, li għandha ssir fi żmien sentejn wara d-data li fiha r-Regolament jidħol fis-seħħ, sejra tevalwa bir-reqqa l-mod kif ir-Regolament ikun ġie implimentat u kif ikun ikkontribwixxa għall-funzjonament effikaċi tas-suq intern. Waqt li tagħmel dan, sejra tqis l-aspettativi dejjem jikbru tal-konsumaturi, speċjalment ta' dawk li m'għandhomx aċċess għal servizzi protetti mid-drittijiet tal-awtur.
Bħala parti mill-evalwazzjoni, sejra twettaq ukoll analiżi sostantiva dwar il-fattibilità u l-kosti u l-benefiċċji potenzjali li jirriżultaw minn kwalunkwe tibdil fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament, b'mod partikolari rigward it-tħassir possibbli mill-Artikolu 4(1)(b) tal-esklużjoni ta' servizzi forniti b'mod elettroniku li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun li jipprovdu aċċess għal, jew l-użu ta', xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal protett ieħor fejn in-negozjant għandu d-drittijiet meħtieġa għat-territorji rilevanti, filwaqt li tikkunsidra debitament l-impatti probabbli ta' kwalunkwe estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament fuq il-konsumaturi u n-negozji, u fuq is-setturi kkonċernati, madwar l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Il-Kummissjoni sejra wkoll tanalizza bir-reqqa jekk f'setturi oħra, inklużi dawk li mhumiex koperti mid-Direttiva 2006/123/KE u li huma wkoll esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament skont l-Artikolu 1(3) tiegħu, bħalam huma servizzi fil-qasam tat-trasport u servizzi awdjoviżivi, għandhiex tiġi eliminata kwalunkwe restrizzjoni mhux ġustifikata abbażi tan-nazzjonalità, il-post ta' residenza jew il-post ta' stabbiliment.
Jekk il-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tagħha tikkonkludi li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jeħtieġ li jiġi emendat, il-Kummissjoni sejra takkumpanja l-evalwazzjoni bi proposta leġiżlattiva.
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/79 |
P8_TA(2018)0024
Tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u investimenti b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex ittejjeb it-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u investimenti b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju (COM(2015)0337 – C8-0190/2015 – 2015/0148(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 463/18)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0337), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0190/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta' Diċembru 2015 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta' April 2016 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-22 ta' Novembru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija kif ukoll tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0003/2017), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3); |
|
2. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 71, 24.2.2016, p. 57.
(2) ĠU C 240, 1.7.2016, p. 62.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fil-15 ta' Frar 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0035).
P8_TC1-COD(2015)0148
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ Frar 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta' karbonju u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2018/410).
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
STQARRIJIET MILL-KUMMISSJONI
Fattur Lineari ta' Tnaqqis (LRF)
L-EU ETS hija l-istrument ewlieni tal-UE biex tilħaq il-mira tagħha dwar il-klima li tillimita ż-żieda fit-temperatura medja globali għal ferm inqas minn 2 gradi Celsius 'il fuq mil-livell preindustrijali kif miftiehem ukoll fil-kuntest tal-Ftehim ta' Pariġi. Bi qbil ma' dan l-objettiv u mal-qafas ta' politika 2030 dwar il-klima u l-enerġija tal-UE, ir-reviżjoni tal-EU ETS u ż-żieda tal-fattur lineari ta' tnaqqis minn 1,74 % għal 2,2 % huma l-ewwel passi biex tkun issodisfata l-mira tal-UE ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra b'tal-inqas 40 % fil-livell domestiku sal-2030. Il-Kummissjoni tagħraf li huma meħtieġa aktar sforzi u aktar ambizzjoni biex jintlaħaq l-objettiv ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-UE sal-2050 f'konformità mal-ilħuq tal-miri fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi kif ukoll il-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-qafas dwar il-klima u l-enerġija tal-2030 li jindika li biex ma jinqabiżx dan il-limitu massimu hemm ħtieġa ta' żieda ulterjuri tal-fattur lineari ta' tnaqqis sal-2050. Bħala parti minn rieżami futur ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni timpenja lilha nnifisha li tqis żieda fil-fattur lineari ta' tnaqqis fid-dawl tal-iżviluppi internazzjonali li jitolbu rigorożità akbar tal-politiki u l-miżuri tal-Unjoni.
L-emissjonijiet marittimi
Il-Kummissjoni tieħu nota tal-proposta tal-Parlament Ewropew. F'April 2018, l-IMO hija mistennija tiddeċiedi dwar l-istrateġija inizjali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-bastimenti. Il-Kummissjoni se tivvaluta malajr u debitament tirraporta dwar dan l-eżitu, b'mod partikolari dwar l-objettivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-lista tal-miżuri possibbli biex jinkisbu, inkluża l-iskeda ta' żmien għall-adozzjoni ta' miżuri bħal dawn. Meta tagħmel dan, hija se tikkunsidra liema passi xierqa jmiss biex tiżgura kontribuzzjoni ġusta tas-settur, inkluż it-triq 'il quddiem kif propost mill-Parlament. Fil-kuntest ta' miżuri leġiżlattivi ġodda dwar l-emissjonijiet marittimi ta' gassijiet serra, il-Kummissjoni se tikkunsidra kif xieraq l-emendi f'dan ir-rigward adottati mill-Parlament Ewropew.
Tranżizzjoni ġusta f'reġjuni b'użu intensiv ta' faħam u karbonju
Il-Kummissjoni ttenni l-impenn li tiżviluppa inizjattiva dedikata li se tipprovdi appoġġ imfassal apposta għat-tranżizzjoni ġusta f'reġjuni b'użu intensiv ta' faħam u karbonju fl-Istati Membri kkonċernati.
Għal dan il-għan, hija ser taħdem fi sħubija mal-partijiet ikkonċernati ta' dawn ir-reġjuni biex tipprovdi gwida, b'mod partikolari għall-aċċess għal u l-użu ta' fondi u programmi rilevanti, u tħeġġeġ l-iskambju ta' prattiki tajbin, inklużi diskussjonijiet dwar pjanijiet direzzjonali industrijali u titjib mill-ġdid tal-ħiliet.
CCU
Il-Kummissjoni tieħu nota tal-proposta tal-Parlament Ewropew li teżenta emissjonijiet verifikati bħala maqbuda u użati biex tkun żgurata rabta permanenti minn obbligi ta' restituzzjoni skont l-EU ETS. Dawn it-teknoloġiji mhumiex maturi biżżejjed għal deċiżjoni dwar it-trattament regolatorju futur tagħhom. Fid-dawl ta' dan il-potenzjal teknoloġiku ta' Qbid u Użu tal-Karbonju tas-CO2 (CCU), il-Kummissjoni timpenja lilha nnifisha li tikkunsidra t-trattament regolatorju tagħhom matul il-perjodu ta' negozjar li jmiss, bil-ħsieb li tqis jekk huwiex xieraq li jsir xi tibdil għat-trattament regolatorju saż-żmien ta' kwalunkwe rieżami futur tad-Direttiva. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tagħti kunsiderazzjoni xierqa lill-potenzjal ta' tali teknoloġiji li jikkontribwixxu għal tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet filwaqt li ma tikkompromettix l-integrità ambjentali tal-EU ETS.
L-Erbgħa 7 ta’ Frar 2018
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/82 |
P8_TA(2018)0028
L-ebda oġġezzjoni għal att delegat: id-dati tal-applikazzjoni ta’ żewġ Regolamenti Delegati
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/2358 u r-Regolament Delegat (UE) 2017/2359 f'dak li għandu x'jaqsam mad-dati tal-applikazzjoni tagħhom (C(2017)08681 – 2017/3032(DEA))
(2018/C 463/19)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2017)08681) (“ir-Regolament Delegat emendatorju”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-24 ta' Jannar 2018 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(2), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 29(4) u (5), l-Artikolu 30(6) u l-Artikolu 39(5) tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra li l-ebda oppożizzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fis-6 ta' Frar 2018, |
|
A. |
billi ir-Regolament Delegat emendatorju għandu japplika qabel it-23 ta' Frar 2018, id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2358 u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2359 (“iż-żewġ Regolamenti Delegati”), u l-użu sħiħ tal-perjodu ta' skrutinju ta' tliet xhur disponibbli lill-Parlament jista' jwassal għal żewġ Regolamenti Delegati li jidħlu fis-seħħ qabel id-data emendata tal-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/97 (“id-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni”), jiġifieri l-1 ta' Ottubru 2018, kif propost mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2016/97 rigward id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' transpożizzjoni tal-Istati Membri (COM(2017)0792); |
|
B. |
billi l-pubblikazzjoni rapida tar-Regolament Delegat emendatorju f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tippermetti allinjament tad-dati tal-applikazzjoni taż-żewġ Regolamenti Delegati mad-data emendata tal-applikazzjoni tad-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni; |
|
C. |
billi dan jikkorrispondi għad-Deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2017 (2) li ma ssir ebda oġġezzjoni għaż-żewġ Regolamenti Delegati, fejn huwa jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta jekk id-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni tistax tiġi estiża għall-1 ta' Ottubru 2018; |
|
1. |
Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament emendatorju delegat; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(2) Testi adottati, P8_TA(2017)0404 u P8_TA(2017)0405.
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/83 |
P8_TA(2018)0029
Kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Frar 2018 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (2017/2054(INL) – 2017/0900(NLE))
(2018/C 463/20)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 10 tat-TUE (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew fid-dawl tal-elezzjonijiet tal-2014 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2015 dwar ir-riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea, u l-proposta annessa magħha għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tadotta d-dispożizzjonijiet li jemendaw l-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/312/UE tat-28 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira tal-10 ta' April 1998, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 45, 52 u 84 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0007/2018), |
|
A. |
billi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew trid tirrispetta l-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-TUE, jiġifieri li l-għadd ta' rappreżentanti taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea m'għandux jaqbeż is-seba' mija u ħamsin, minbarra l-President, li r-rappreżentanza tkun digressivament proporzjonali, b'mhux anqas minn sitt membri għal kull Stat Membru, u li l-ebda Stat Membru m'għandu jkun allokat aktar minn sitta u disgħin siġġu; |
|
B. |
billi l-Artikolu 14(2) tat-TUE jiddikjara li l-Parlament Ewropew għandu jkun magħmul minn rappreżentanti taċ-ċittadini tal-Unjoni; |
|
C. |
billi t-TUE u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenfasizzaw l-importanza tal-ugwaljanza u tat-trattament ugwali taċ-ċittadini mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni; billi huwa essenzjali li l-ugwaljanza tar-rappreżentanza tissaħħaħ bl-għan li tiżdied il-leġittimità tal-Parlament Ewropew bħala l-korp leġiżlattiv li jirrappreżenta liċ-ċittadini tal-Unjoni; |
|
D. |
billi l-Parlament Ewropew eżamina għadd ta' proposti għal sistema permanenti għad-distribuzzjoni tas-siġġijiet ibbażata fuq formoli matematiċi li ġew ikkummissjonati minnu u mressqa lilu; |
|
E. |
billi fid-29 ta' Marzu 2017 u skont l-Artikolu 50(2) tat-TUE, il-gvern tar-Renju Unit innotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jitlaq mill-Unjoni Ewropea u billi l-perjodu ta' sentejn għan-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehim ta' ħruġ jintemm fid-29 ta' Marzu 2019, kemm-il darba l-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perjodu; |
|
F. |
billi, sakemm is-sitwazzjoni legali attwali ma tinbidilx, ir-Renju Unit mhux se jkun għadu membru tal-Unjoni Ewropea fi żmien l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss fl-2019; |
|
G. |
billi diversi Stati Membri dan l-aħħar esprimew appoġġ għall-ħolqien ta' kostitwenza konġunta li tibda mill-elezzjonijiet Ewropej fl-2019; billi l-modifika tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett hija prekundizzjoni għall-ħolqien ta' kostitwenza konġunta, u billi tali modifika jenħtieġ li tiġi adottata mill-inqas sena qabel l-elezzjonijiet Ewropej kif stipulat fil-Kodiċi ta' Prattika Tajba fi Kwistjonijiet Elettorali tal-Kummissjoni ta' Venezja; |
|
H. |
billi fil-proposta tiegħu tal-11 ta' Novembru 2015 għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tadotta d-dispożizzjonijiet li jemendaw l-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, il-Parlament Ewropew talab b'insistenza l-introduzzjoni ta' limitu obbligatorju għall-kostitwenzi, u għall-Istati Membri b'kostitwenza waħda, li fihom tintuża s-sistema ta' listi u li huma magħmula minn aktar minn ċertu għadd ta' siġġijiet; iqis li dan il-limitu jeħtieġ li jiġi stabbilit b'kont meħud tal-allokazzjoni l-ġdida tas-siġġijiet; |
|
1. |
Jinnota li l-allokazzjoni attwali tas-siġġijiet fil-Parlament Ewropew kif stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/312/UE tapplika biss għal-leġiżlatura tal-2014-2019; jenfasizza, għalhekk, li hemm il-ħtieġa ta' deċiżjoni ġdida dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew għal-leġiżlatura tal-2019–2024; |
|
2. |
Jagħraf il-fatt li d-distribuzzjoni attwali tas-siġġijiet, f'diversi każijiet, ma tirrispettax il-prinċipju ta' proporzjonalità digressiva, u għalhekk trid tiġi kkoreġuta għall-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew ibda mill-elezzjonijiet Ewropej li jmiss fl-2019; |
|
3. |
Jirrikonoxxi l-fatt li għadd ta' Stati Membri jqisu li għandu jittieħed kont tas-sistema ta' votazzjoni fil-Kunsill meta tkun qed tittieħed deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tas-siġġijiet fil-Parlament Ewropew; |
|
4. |
Jenfasizza li, filwaqt li l-formoli matematiċi juru li hemm potenzjal kbir biex tiġi pprovduta sistema permanenti għad-distribuzzjoni tas-siġġijiet fil-ġejjieni, mhuwiex politikament vijabbli li l-Parlament jissuġġerixxi sistema permanenti f'dan l-istadju; |
|
5. |
Jagħraf il-fatt li, jekk is-sitwazzjoni legali attwali ma tinbidilx, ir-Renju Unit mhux se jkun għadu Stat Membru fi żmien l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss fl-2019; |
|
6. |
Jipproponi li mill-elezzjonijiet Ewropej li jmiss fl-2019 tiġi applikata allokazzjoni ġdida tas-siġġijiet fil-Parlament, li tirrispetta l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14 tat-TUE; iqis li, f'każ li s-sitwazzjoni legali msemmija hawn fuq dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea tinbidel, l-allokazzjoni tas-siġġijiet applikata matul il-leġiżlatura tal-2014-2019 jenħtieġ li tapplika sa meta l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jsir legalment effettiv; |
|
7. |
Jenfasizza li s-siġġijiet li mistennija jitbattlu mir-Renju Unit mal-ħruġ tiegħu mill-Unjoni Ewropea se jiffaċilitaw l-adozzjoni ta' allokazzjoni ġdida tas-siġġijiet fil-Parlament, ħaġa li ser timplimenta l-prinċipju ta' proporzjonalità digressiva; ikompli jissottolinja li l-allokazzjoni l-ġdida proposta se tippermetti tnaqqis fid-daqs tal-Parlament; jinnota li l-użu ta' frazzjoni biss tas-siġġijiet imbattla mir-Renju Unit huwa biżżejjed biex jiġi żgurat li l-ebda Stat Membru ma jitlef xi siġġu; |
|
8. |
Jissottolinja li t-tnaqqis fid-daqs tal-Parlament iħalli għadd ta' siġġijiet li jkunu jistgħu jakkomodaw lit-tikbiriet tal-Unjoni Ewropea li jistgħu jsiru fil-futur; |
|
9. |
Ifakkar li skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, il-poplu tal-Irlanda ta' Fuq għandu dritt inerenti li jkollu jew ċittadinanza Irlandiża jew dik Brittanika, jew it-tnejn li huma u, bis-saħħa tad-dritt għaċ-ċittadinanza Irlandiża, iċ-ċittadinanza tal-Unjoni wkoll; |
|
10. |
Ifakkar li l-proporzjonalità digressiva, kif definita mit-Trattati, hija bbażata fuq il-għadd ta' siġġijiet għal kull Stat Membru u mhux fuq in-nazzjonalità tal-kandidati; |
|
11. |
Jistieden lill-Kunsill jiffinalizza malajr ir-reviżjoni tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett; |
|
12. |
Jissottolinja li r-riforma tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett proposta mill-Parlament Ewropew se ssaħħaħ il-karattru Ewropew tal-elezzjonijiet u se tibgħat messaġġ pożittiv għall-futur tal-proġett Ewropew; |
|
13. |
Iqis li d-distribuzzjoni proposta bbażata fuq il-prinċipji tat-Trattati tagħti pedament sod għal metodu ta' kif tiġi ddeterminata l-allokazzjoni tas-siġġijiet fil-ġejjieni li jirrispetta l-kriterji tal-Artikolu 14 tat-TUE, b'mod partikolari l-prinċipju ta' proporzjonalità digressiva, kif ukoll li jkun wieħed ġust, trasparenti, oġġettiv, jirrispetta l-bidliet demografiċi l-aktar riċenti, u li ċ-ċittadini Ewropej jkunu jistgħu jifhmuh; |
|
14. |
Iressaq lill-Kunsill Ewropew il-proposta annessa għal deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, abbażi tad-dritt ta' inizjattiva tiegħu stabbilit fl-Artikolu 14(2) tat-TUE; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li dik id-deċiżjoni tiġi adottata, ħaġa li tirrikjedi l-approvazzjoni tiegħu, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jippromulgaw, fil-ħin xieraq, id-dispożizzjonijiet domestiċi meħtieġa biex ikunu jistgħu jorganizzaw l-elezzjonijiet Ewropej għal-leġiżlatura tal-2019-2024; |
|
15. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u -proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew annessa magħha, flimkien mar-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tiegħu msemmi hawn fuq, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) Dak l-artikolu jistipola li “Fil-livell tal-Unjoni, iċ-ċittadini huma rappreżentati direttament fil-Parlament Ewropew”.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0082.
(3) Testi adottati, P8_TA(2015)0395.
ANNESS GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW
li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew
IL-KUNSILL EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistabbilixxi l-kriterji għall-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, jiġifieri li n-numru tar-rappreżentanti taċ-ċittadini tal-Unjoni ma jisboqx is-seba' mija u ħamsin, apparti l-President, li r-rappreżentanza għandha tkun proporzjonalment digressiva, b’limitu minimu ta’ sitt membri għal kull Stat Membru, u li l-ebda Stat Membru ma għandu jiġi allokat iktar minn sitta u disgħin siġġu, |
|
(2) |
L-Artikolu 10 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprevedi, inter alia, li l-funzjonament tal-Unjoni għandu jkun ibbażat fuq id-demokrazija rappreżentattiva biċ-ċittadini rappreżentati direttament fil-livell tal-Unjoni fil-Parlament Ewropew u l-Istati Membri rappreżentati mill-gvernijiet tagħhom, li huma stess demokratikament responsabbli lejn il-Parlamenti nazzjonali tagħhom jew lejn iċ-ċittadini tagħhom, fil-Kunsill. L-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew għalhekk japplika fil-kuntest tal-arranġamenti isitituzzjonali usa’ stabbiliti fit-Trattati, li jinkludu wkoll id-dispożizzjonijiet dwar teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Kunsill; |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu rispettati l-prinċipji li ġejjin:
|
— |
l-allokazzjoni tas-siġġijiet fil-Parlament Ewropew għandha tuża b’mod sħiħ il-limitu minimu u l-limitu massimu għal kull Stat Membru stabbiliti mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex ikun rifless kemm jista’ jkun possibbli d-daqs tal-popolazzjonijiet rispettivi; |
|
— |
il-proporzjonalità digressiva għandha tiġi definita kif ġej: il-proporzjon bejn il-popolazzjoni u n-numru ta' siġġijiet ta' kull Stat Membru qabel ma n-numru deċimali jitqarreb lejn numru sħiħ għandu jvarja skont il-popolazzjoni rispettiva tagħhom b'tali mod li kull Membru tal-Parlament Ewropew minn Stat Membru b'popolazzjoni akbar jirrappreżenta iktar ċittadini minn kull Membru minn Stat Membru b'popolazzjoni iżgħar u, bil-maqlub, iktar ma tkun kbira l-popolazzjoni ta' Stat Membru, akbar ikun id-dritt tiegħu għal numru akbar ta' siġġijiet, |
|
— |
l-allokazzjoni tas-siġġijiet għandha tirrifletti l-iżviluppi demografiċi fl-Istati Membri. |
Artikolu 2
Il-popolazzjoni totali tal-Istati Membri hija kkalkolata mill-Kummissjoni (Eurostat) abbażi tad-data l-aktar reċenti pprovduta mill-Istati Membri, skont metodu stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Artikolu 3
1. In-numru ta' rappreżentanti fil-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru huwa b'dan stabbilit kif ġej għal-leġisatura 2019-2024:
|
Il-Belġju |
21 |
|
Il-Bulgarija |
17 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
21 |
|
Id-Danimarka |
14 |
|
Il-Ġermanja |
96 |
|
L-Estonja |
7 |
|
L-Irlanda |
13 |
|
Il-Greċja |
21 |
|
Spanja |
59 |
|
Franza |
79 |
|
Il-Kroazja |
12 |
|
L-Italja |
76 |
|
Ċipru |
6 |
|
Il-Latvja |
8 |
|
Il-Litwanja |
11 |
|
Il-Lussemburgu |
6 |
|
L-Ungerija |
21 |
|
Malta |
6 |
|
In-Netherlands |
29 |
|
L-Awstrija |
19 |
|
Il-Polonja |
52 |
|
Il-Portugall |
21 |
|
Ir-Rumanija |
33 |
|
Is-Slovenja |
8 |
|
Is-Slovakkja |
14 |
|
Il-Finlandja |
14 |
|
L-Iżvezja |
21 |
2. Madankollu, fil-każ li r-Renju Unit ikun għadu Stat Membru tal-Unjoni fil-bidu tal-leġiżlatura tal-2019-2024, l-għadd ta' rappreżentanti fil-Parlament Ewropew eletti għal kull Stat Membru li jieħdu l-kariga għandu jkun dak previst fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/312/UE (2) sa meta l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jsir legalment effettiv.
Ladarba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jsir legalment effettiv, l-għadd ta' rappreżentanti fil-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru għandu jkun dak indikat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Ir-rappreżentanti kollha fil-Parlament Ewropew li jimlew is-siġġijiet addizzjonali li jirriżultaw mid-differenza bejn l-għadd ta' siġġijiet allokati skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu għandhom jibdew jokkupaw is-siġġu tagħhom fil-Parlament fl-istess waqt.
Artikolu 4
Fi żmien suffiċenti qabel il-bidu tal-leġislatura 2024-2029, il-Parlament Ewropew għandu jressaq lill-Kunsill Ewropew, skont l-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, proposta għal allokazzjoni aġġornata tas-siġġijiet.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi …
Għall-Kunsill Ewropew
Il-President
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar statistika demografika Ewropea (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 39).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/312/UE tat-28 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 57).
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/89 |
P8_TA(2018)0030
Reviżjoni tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Frar 2018 dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (2017/2233(ACI))
(2018/C 463/21)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-5 ta' Ottubru 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-iskambju ta' ittri bejn il-President tiegħu u l-President tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-ittra datata 2 ta' Ottubru 2017 mingħand dan tal-aħħar, li permezz tagħha jaqbel mal-abbozz ta' proposti ppreżentat mill-President tiegħu fis-7 ta' Settembru 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (1) u għall-abbozz ta’ emendi għalih, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 10(1) u 4 u l-Artikolu 17(3) u (7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 245 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 295 tat-TFUE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2015 dwar ir-riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-Kummissarji – linji gwida (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-14 ta' Settembru 2017 dwar it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità tal-istituzzjonijiet tal-UE (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2017 dwar Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu dwar il-parteċipazzjoni fil-politika Ewropea matul il-mandat, |
|
— |
wara li kkunsidra l-aġġornament tal-istudju tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni bit-titolu “Il-Kodiċi ta' Kondotta għall-Kummissarji – titjib fl-effikaċja u l-effiċjenza”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 140(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0006/2018), |
|
A. |
billi l-Artikolu 10(1) tat-TUE jgħid li l-funzjonament tal-Unjoni huwa msejjes fuq id-demokrazija rappreżentattiva u billi l-Kummissjoni, bħala l-eżekuttiv tal-Unjoni, tiżvolġi rwol deċiżiv fil-funzjonament tal-Unjoni; |
|
B. |
billi l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 11 tat-TUE jikkonferixxu fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni d-dritt li jipparteċipaw fil-ħajja demokratika tal-Unjoni; |
|
C. |
billi l-Artikolu 17(3) tat-TUE jiddikjara li fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħha il-Kummissjoni għandha tkun kompletament indipendenti u li l-membri tal-Kummissjoni għandhom jintgħażlu abbażi tal-kompetenza ġenerali tagħhom u l-impenn Ewropew minn persuni li l-indipendenza tagħhom tkun mingħajr dubju u li la ma għandhom ifittxu u lanqas ma għandhom jieħdu istruzzjonijiet minn ebda Gvern jew istituzzjoni, korp, uffiċċju jew entità oħra; |
|
D. |
billi l-għan tal-abbozz ta' emendi huwa li jiġu implimentati l-prinċipji demokratiċi meta jiġi elett il-President tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 17(7) tat-TUE; |
|
E. |
billi, bl-abbozz ta' emendi, il-Membri tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jikkandidaw ruħhom għall-elezzjonijiet Ewropej mingħajr ma jkollhom għalfejn jirriżenjaw; |
|
F. |
billi hija prattika komuni fl-Istati Membri li l-membri tal-Gvern joħorġu għall-elezzjonijiet parlamentari nazzjonali mingħajr ma jkollhom jirriżenjaw; |
|
G. |
billi, bl-abbozz ta' emendi, il-Membri tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jinħatru mill-partiti politiċi Ewropej bħala kandidati prinċipali (“Spitzenkandidaten”) għall-kariga ta' President tal-Kummissjoni; |
|
H. |
billi l-Parlament diġà esprima l-appoġġ tiegħu għall-proċess ta' “Spitzenkandidaten” li huwa stipulat b'mod ċar fit-Trattat, fil-proposta tiegħu għar-reviżjoni tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett (7); |
|
I. |
billi, b'konformità mal-Artikolu 10(4) tat-TUE, il-partiti politiċi f'livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-kuxjenza politika Ewropea, u billi l-Artikoli 10(3) u 11(1) tat-TUE jestenduha liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi; |
|
J. |
billi l-abbozz ta' emendi jipprevedi wkoll is-salvagwardji meħtieġa biex jipproteġu t-trasparenza, l-imparzjalità, il-kunfidenzjalità u l-kulleġġjalità, li kollha kemm huma jibqgħu japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni waqt il-kampanja; |
|
K. |
billi l-abbozz ta' emendi jobbliga lill-President tal-Kummissjoni jinforma lill-Parlament dwar il-miżuri meħuda biex jiżguraw ir-rispett tal-prinċipji tal-indipendenza, l-integrità u d-diskrezzjoni minquxa fl-Artikolu 245 tat-TFUE u fil-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea meta l-Kummissarji jikkandidaw ruħhom fil-kampanji elettorali tal-elezzjonijiet Ewropej; |
|
L. |
billi l-abbozz ta' emendi jistipula li l-Membri tal-Kummissjoni ma għandhomx jużaw ir-riżorsi umani jew materjali tal-Kummissjoni għal attivitajiet marbuta ma' kampanja elettorali; |
|
1. |
Ifakkar li l-President tal-Kummissjoni se jiġi elett mill-Parlament Ewropew fuq proposta tal-Kunsill Ewropew, filwaqt li jitqies l-eżitu tal-elezzjonijiet Ewropej u wara li jkunu saru konsultazzjonijiet xierqa, u li għaldaqstant, kif kien il-każ fl-2014, il-partiti politiċi Ewropej għandhom jippreżentaw kandidati prinċipali (“Spitzenkandidaten”) sabiex jagħtu liċ-ċittadini Ewropej l-għażla dwar min jiġi elett bħala President tal-Kummissjoni fl-elezzjonijiet Ewropej; |
|
2. |
Ifakkar li l-proċess ta' “Spitzenkandidaten” jixhed il-bilanċ interistituzzjonali bejn il-Parlament u l-Kunsill Ewropew kif previst fit-Trattati; barra minn hekk jenfasizza li dan il-pass ulterjuri fit-tisħiħ tad-dimensjoni parlamentari tal-Unjoni huwa prinċipju li ma jistax jitħassar; |
|
3. |
Jenfasizza li, billi ma jimxix mal-proċess “Spitzenkandidaten”, il-Kunsill Ewropew jirriskja wkoll li jippreżenta għall-approvazzjoni tal-Parlament kandidat għal President tal-Kummissjoni li ma jkollux maġġoranza parlamentari suffiċjenti; |
|
4. |
Iwissi li l-Parlament Ewropew se jkun lest li jiċħad kwalunkwe kandidat fil-proċedura ta' investitura tal-President tal-Kummissjoni li ma jkunx ġie appuntat bħala “Spitzenkandidat” fil-kampanja tal-elezzjonijiet Ewropej; |
|
5. |
Iqis li l-proċess ta' “Spitzenkandidaten” huwa wkoll kontribut għat-trasparenza, peress li l-kandidati għall-President tal-Kummissjoni jingħarfu qabel l-elezzjonijiet Ewropej pjuttost milli warajhom bħal ma kien il-każ qabel; |
|
6. |
Jissottolinja li l-proċess ta' “Spitzenkandidaten” irawwem is-sensibilizzazzjoni politika taċ-ċittadini Ewropej matul il-kampanja tal-elezzjonijiet Ewropej u jirrinforza l-leġittimità politika kemm tal-Parlament kif ukoll tal-Kummissjoni billi jorbot l-elezzjonijiet rispettivi tagħhom b'mod aktar dirett mal-għażla tal-votanti; jirrikonoxxi għalhekk il-valur miżjud importanti tal-prinċipju ta' “Spitzenkandidat” bil-għan li tissaħħaħ in-natura politika tal-Kummissjoni; |
|
7. |
Huwa tal-fehma li l-leġittimità politika tal-Kummissjoni tissaħħaħ aktar li kieku aktar Membri eletti tal-Parlament Ewropew ikunu nominati bħala Membri tal-Kummissjoni; |
|
8. |
Ifakkar li, fil-kampanja tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2014, il-partiti politiċi Ewropej ewlenin kollha ħaddnu l-proċess ta' “Spitzenkandidaten” billi indikaw il-kandidat tagħhom għal President tal-Kummissjoni, u li saru dibattiti pubbliċi fost il-kandidati, u dan ġab fis-seħħ prattika kostituzzjonali u politika li tirrifletti l-bilanċ interistituzzjonali previst fit-Trattati; |
|
9. |
Iqis li fl-2014 il-proċess ta' “Spitzenkandidaten” wera li rnexxa u jenfasizza li l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019 se jkunu okkażjoni li tikkonsolida l-użu ta' din il-prattika; |
|
10. |
Iħeġġeġ lill-partiti politiċi Ewropej jinnominaw “Spitzenkandidaten” tagħhom permezz ta' kompetizzjoni miftuħa, trasparenti u demokratika; |
|
11. |
Iqis li l-abbozz ta' emendi huwa konformi mal-Artikolu 10(1) u mal-Artikolu 17(7) tat-TUE, u jilqagħhom bħala titjib li jikkonsolida l-proċess demokratiku tal-elezzjonijiet tal-President tal-Kummissjoni Ewropea; |
|
12. |
Jinnota d-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi ta' Kondotta riveduta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea, li l-għan tagħha huwa li tikkjarifika l-obbligi applikabbli għall-Membri tal-Kummissjoni kemm fil-mandat kif ukoll barra mill-mandat; ifakkar fil-fehmiet diġà espressi mill-Parlament Ewropew u mill-kumitati rilevanti tiegħu f'termini ta', inter alia, perjodu ta' preklużjoni applikabbli għall-ex Membri tal-Kummissjoni wara li jieqfu mill-kariga, trasparenza, ħatra ta' Kumitat tal-Etika Indipendenti u parteċipazzjoni fil-kampanji elettorali Ewropej; |
|
13. |
Iqis li huwa importanti li jiġu previsti, fil-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni, standards għoljin ta' trasparenza, imparzjalità u salvagwardji sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess possibbli tal-Membri tal-Kummissjoni fil-kampanja elettorali; |
|
14. |
Ifakkar b'mod partikolari t-talba tiegħu għal perjodu ta' preklużjoni ta' tliet snin applikabbli għall-ex Membri tal-Kummissjoni wara li jieqfu mill-kariga; |
|
15. |
Japprova l-emendi tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, annessi ma' din id-deċiżjoni; |
|
16. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-emendi flimkien mal-President tal-Kummissjoni u biex jiżgura l-pubblikazzjoni tagħhom f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
17. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi, għal skopijiet ta' informazzjoni, din id-deċiżjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.
(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ottubru 2016 bit-titolu “Il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2017 – It-twettiq bil-fatti ta' Ewropa li tipproteġi, li tagħti s-setgħa u li tiddefendi” (COM(2016)0710).
(3) ĠU C 366, 27.10.2017, p. 7.
(4) Testi adottati, P8_TA(2016)0477.
(5) Testi adottati, P8_TA(2017)0049.
(6) Testi adottati, P8_TA(2017)0358.
(7) L-att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/ECSC, KEE, Euratom (ĠU L 278, 8.10.1976, p. 1.) kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/81/Euratom, KEFA, KEE, (ĠU L 33, 9.2.1993, p. 15.) u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom (ĠU L 283, 21.10.2002, p. 1).
ANNESS
Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea li jemenda l-punt 4 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-ftehim finali, kif ippubblikat fil-ĠU L 45 tas-17 ta’ Frar 2018, p. 46.)
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/93 |
P8_TA(2018)0031
Skambju ta’ data awtomatizzata fir-rigward tad-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fil-Portugall*
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Frar 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju ta’ data awtomatizzata fir-rigward ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fil-Portugall (13308/2017 – C8-0419/2017 – 2017/0821(CNS))
(Konsultazzjoni)
(2018/C 463/22)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13308/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0419/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0017/2018), |
|
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
Il-Ħamis 8 ta’ Frar 2018
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/94 |
P8_TA(2018)0037
Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Frar 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni (COM(2016)0582 – C8-0374/2016 – 2016/0274(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 463/23)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0582), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 209 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0374/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-1 ta' Diċembru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0132/2017), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2016)0274
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta’ Frar 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/409.)
|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/95 |
P8_TA(2018)0038
Garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Frar 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea (COM(2016)0583 – C8-0376/2016 – 2016/0275(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 463/24)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0583), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 209 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0376/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE fir-rigward tal-garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea (COM(2016)0584), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-1 ta' Diċembru 2017 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0135/2017), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2016)0275
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Frar 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Deċijoni (UE) 2018/412.)