|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 459 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 459/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9070 — Eurocar/Vicentini) ( 1 ) |
|
|
2018/C 459/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9166 — Santander Group/Hyundai Motor Company Group/JV) ( 1 ) |
|
|
2018/C 459/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9143 — CapMan/NH-Amundi/Green Investment Group/Cloud Snurran) ( 1 ) |
|
|
2018/C 459/04 |
Bidu ta’ proċeduri (Il-Każ M.8864 — Vodafone/Certain Liberty Global Assets) ( 1 ) |
|
|
2018/C 459/05 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9158 — SoftBank/Toyota Motor Corporation/Monet Technologies JV) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2018/C 459/06 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 459/07 |
||
|
2018/C 459/08 |
||
|
2018/C 459/09 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Il-Każ M.8084 — Bayer/Monsanto |
|
|
2018/C 459/10 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2018 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ M.8084 — Bayer/Monsanto) (innotifikata bid-dokument numru C(2018)1709) ( 1 ) |
|
|
2018/C 459/11 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2018/C 459/12 |
||
|
2018/C 459/13 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2018/C 459/14 |
||
|
2018/C 459/15 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Qorti tal-EFTA |
|
|
2018/C 459/16 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 459/17 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9094 — Amcor/Bemis) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 459/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9070 — Eurocar/Vicentini)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 459/01)
Fl-10 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9070. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 459/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9166 — Santander Group/Hyundai Motor Company Group/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 459/02)
Fis-7 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9166. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 459/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9143 — CapMan/NH-Amundi/Green Investment Group/Cloud Snurran)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 459/03)
Fl-10 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9143. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
|
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 459/2 |
Bidu ta’ proċeduri
(Il-Każ M.8864 — Vodafone/Certain Liberty Global Assets)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 459/04)
Fil-11 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.
Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew b’imejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8864 — Vodafone/Certain Liberty Global Assets, fl-indirizz li ġej:
|
Kummissjoni Ewropea |
|
Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, |
|
Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 459/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9158 — SoftBank/Toyota Motor Corporation/Monet Technologies JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 459/05)
Fit-12 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9158. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 459/4 |
Aġġornament għall-2019 tal-benefiċċji applikabbli għall-esperti sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(2018/C 459/06)
F'konformità mal-Artikolu 19(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1027 tat-23 ta' Ġunju 2015 dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/829/KE (1):
|
1. |
Mill-1 ta' Jannar 2019, l-indennizz ta' kuljum kif jinsab fl-Artikolu 19 huwa stabbilit għal EUR 35,13 u EUR 140,49. |
|
2. |
Mill-1 ta' Jannar 2019, l-iskala użata għall-kalkolu ta' rimborżi dovuti abbażi tad-distanza bejn il-post ta' reklutaġġ u l-post ta' sekondar (f'km) hija li ġejja:
|
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 459/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-19 ta’ Diċembru 2018
(2018/C 459/07)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1405 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
128,11 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4676 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,90318 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,3393 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1328 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
138,80 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,9375 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,765 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
322,90 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2833 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6655 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,0860 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5879 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5332 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,9241 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6630 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5623 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 284,20 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,2602 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8683 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4190 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 471,67 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7661 |
|
PHP |
Peso Filippin |
60,535 |
|
RUB |
Rouble Russu |
77,0444 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,311 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,4515 |
|
MXN |
Peso Messikan |
22,8738 |
|
INR |
Rupi Indjan |
80,1160 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 459/6 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2018 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ M.8084 — Bayer/Monsanto
Ir-Relatur: Il-Latvja
(2018/C 459/08)
Operat
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
Id-Dimensjoni tal-Unjoni
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
Il-Prodott u s-Swieq Ġeografiċi
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodotti rilevanti għaż-żrieragħ tal-ħxejjex u b’mod partikolari li:
|
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodott rilevanti għaż-żrieragħ tal-għelejjel fuq skala kbira, jiġifieri s-segmentazzjoni ta’:
|
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodott rilevanti għall-karatteristiċi tal-għelejjel fuq skala kbira, jiġifieri s-segmentazzjoni ta’:
|
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodotti rilevanti fir-rigward ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-għelejjel, jiġifieri mas-segmentazzjoni ta’:
|
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjoni tal-Kummissjoni tal-ispazji li fihom isseħħ il-kompetizzjoni tal-innovazzjoni, jiġifieri rigward id-definizzjoni ta’:
|
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq ġeografiċi rilevanti b’rabta ma’:
|
Valutazzjoni Kompetittiva
|
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effikaċi fir-rigward tal-kompetizzjoni fil-prodotti/fil-prezzijiet fi:
|
|
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effikaċi fir-rigward tal-kompetizzjoni tal-innovazzjoni għal:
|
|
11. |
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni ma timpedix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effikaċi fir-rigward tar-relazzjoni bejn l-attivitajiet tal-Partijiet fi:
|
Rimedji
|
12. |
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li ċ-ċessjoni tan-Negozju taż-Żrieragħ tal-Ħxejjex Ċedut se tindirizza t-tħassib tal-kompetizzjoni fir-rigward taż-żrieragħ tal-ħxejjex. |
|
13. |
Fir-rigward tal-Pakkett ta’ Ċessjoni ta’ BASF, il-Kumitat Konsultattiv (14-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li:
|
|
14. |
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li, suġġett għall-konformità sħiħa mal-Impenji Finali u l-approvazzjoni ta’ BASF bħala xerrej tal-Pakkett ta’ Ċessjoni ta’ BASF u l-approvazzjoni tax-Xerrej tan-Negozju taż-Żrieragħ tal-Ħxejjex Ċedut, it-Tranżazzjoni mhux se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effikaċi fis-suq intern jew f’xi parti sostanzjali minnu. |
Il-kompatibbiltà mas-suq intern
|
15. |
Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni jenħtieġ li għaldaqstant tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE f’konformità mal-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE. |
|
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 459/9 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Il-Każ M.8084 — Bayer/Monsanto
(2018/C 459/09)
1.
Fit-30 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) li permezz tagħha Bayer Aktiengesellschaft (“Bayer” jew “il-Parti Notifikanti”) takkwiżixxi, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Monsanto Corporation (“Monsanto”) kollha kemm hi permezz ta’ xiri ta’ ishma (it-“Tranżazzjoni”). Bayer u Monsanto se jissejħu kollettivament bħala “l-Partijiet”.
2.
L-ewwel fażi tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni qajmet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tat-Tranżazzjoni mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-effetti fuq il-kompetizzjoni fil-protezzjoni tal-għelejjel, iż-żrieragħ, il-karatteristiċi u l-agrikoltura diġitali. Fit-22 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tagħti bidu għal proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li għaliha l-Partijiet ippreżentaw kummenti bil-miktub fl-4 ta’ Settembru 2017.
3.
Fit-19 ta’ Settembru 2017 u fit-26 ta’ Jannar 2018, it-tieni fażi tal-perjodu għar-rieżami tat-Tranżazzjoni ġie estiż skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet bi 15-il jum ta’ xogħol b’kollox.
4.
Fl-4 ta’ Ottubru 2017 u fis-16 ta’ Ottubru 2017 il-Kummissjoni adottat żewġ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u ssospendiet il-limitu ta’ żmien għar-rieżami tal-fużjoni peress li l-Partijiet ma setgħux jipprovdu ċerti dokumenti mitluba. L-ewwel sospensjoni damet mill-21 ta’ Settembru 2017 sat-13 ta’ Ottubru 2017 u t-tieni mill-10 ta’ Ottubru 2017 sat-3 ta’ Novembru 2017, u d-dokumenti mitluba ngħataw f’dawn id-dati.
5.
Fuq talba tagħhom, nagħraf li Arbeitsgemeinschaft bäuerliche Landwirtschaft e.V., Avaaz Foundation, DowDuPont Inc. u IPES-Food huma terzi persuni interessati f’dawn il-proċedimenti.
6.
Il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet f’dan il-każ fl-14 ta’ Diċembru 2017, u din ġiet innotifikata lill-Partijiet fl-istess jum. Il-Partijiet irrispondew għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet fit-9 ta’ Jannar 2018. Il-partijiet ma talbux l-opportunità biex jiżviluppaw l-argumenti tagħhom f’seduta orali formali.
7.
Il-Kummissjoni bagħtet diversi ittri bil-fatti, fis-26 ta’ Jannar 2018 u fl-1 u fit-8 ta’ Frar 2018, li ppermettew lill-Partijiet biex jikkummentaw dwar elementi fattwali addizzjonali.
8.
Il-Partijiet ippreżentaw l-ewwel ġabra formali ta’ impenji fit-2 ta’ Frar 2018. Fil-5 ta’ Frar 2018 il-Partijiet ippreżentaw verżjoni kemxejn riveduta tal-impenji. Il-Kummissjoni ttestjat fis-suq dawn l-impenji fis-6 ta’ Frar 2018. Abbażi ta’ feedback li ħareġ mit-test tas-suq immirat tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ dan il-pakkett, il-Partijiet ippreżentaw impenji aġġornati fis-16 ta’ Frar 2018 (l-“Impenji Finali”).
9.
Fl-abbozz tad-Deċiżjoni l-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-Impenji Finali huma adegwati u biżżejjed biex jeliminaw kull xkiel sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fl-oqsma fejn xkiel sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva jkun ġie identifikat. B’hekk, il-Kummissjoni tiddikjara t-Tranżazzjoni bħala kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE, suġġetta għall-kundizzjonijiet u l-obbligi maħsuba biex jiġi żgurat li l-Partijiet jikkonformaw mal-Impenji Finali.
10.
Irrevedejt l-abbozz tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE u kkonkludejt li dan jittratta biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-Partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom.
11.
Kollox ma’ kollox nikkonkludi li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ġie rrispettat f’dan il-każ.
Brussell, it-12 ta’ Marzu 2018.
Wouter WILS
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1) (“Ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 459/10 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-21 ta’ Marzu 2018
li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ M.8084 — Bayer/Monsanto)
(innotifikata bid-dokument numru C(2018)1709)
(il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 459/10)
Fil-21 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) , u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa, kif jista’ jkun il-każ fil-forma ta’ verżjoni provviżorja, tista’ tinstab bl-Ingliż fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej: https://ec.europa.eu/commission/index_mt.
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tiddikjara l-akkwiżizzjoni ta’ Monsanto Company (“Monsanto”) minn Bayer Aktiengesellschaft (“Bayer”; flimkien ma’ Monsanto “il-Partijiet”) permezz tax-xiri ta’ ishma (it-“Tranżazzjoni”) kompatibbli mas-suq intern u l-Ftehim dwar iż-ŻEE, f’konformità mal-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u mal-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
2. PROĊEDURA
|
(2) |
Fl-14 ta’ Settembru 2016, Bayer ħabbret li hija se tikseb il-kontroll ta’ Monsanto. Bayer innotifikat it-Tranżazzjoni lill-Kummissjoni fit-30 ta’ Ġunju 2017. |
|
(3) |
B’deċiżjoni datata t-22 ta’ Awwissu 2017 (2), il-Kummissjoni sabet li t-Tranżazzjoni qajmet dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern u bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
(4) |
L-investigazzjoni fil-fond ikkonfermat it-tħassib tal-kompetizzjoni identifikat fil-bidu. |
|
(5) |
Fis-16 ta’ Frar 2018, il-Parti Notifikanti ssottomettiet l-impenji finali (“Impenji Finali”) li jrendu t-Tranżazzjoni kompatibbli mas-suq intern. |
|
(6) |
Saret konsultazzjoni mal-Istati Membri dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni waqt il-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konċentrazzjonijiet fid-9 ta’ Marzu 2018, li ta opinjoni favorevoli. L-Uffiċjal tas-Seduta ta l-opinjoni favorevoli tiegħu dwar il-proċedimenti fir-rapport tiegħu li nħareġ fit-12 ta’ Marzu 2018. |
|
(7) |
Fit-talba motivata tagħha tal-4 ta’ April 2018, kif immodifikata fis-6 ta’ April 2018, il-Parti Notifikanti pproponiet li temenda l-Impenji Finali, kif deskritti hawn taħt fit-taqsimiet 6.1.3. u 6.1.5. Permezz ta’ deċiżjoni tal-11 ta’ April 2018, il-Kummissjoni approvat il-modifika tal-Impenji Finali (3). |
3. IL-PARTIJIET
|
(8) |
Bayer, inkorporata fil-Ġermanja, hija attiva f’erba’ oqsma: il-prodotti farmaċewtiċi, is-saħħa tal-konsumaturi, l-agrikoltura (“Bayer Crop Science”) u s-saħħa tal-annimali. L-effetti kompetittivi tat-Tranżazzjoni jikkonċernaw prinċipalment id-diviżjoni ta’ Bayer Crop Science. Bayer Crop Science topera tliet segmenti tan-negozju: (i) Il-Protezzjoni tal-Għelejjel; (ii) iż-Żrieragħ; u (iii) ix-Xjenza Ambjentali. Bayer hija attiva wkoll fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji bijoloġiċi u fl-iżvilupp u l-provvista ta’ servizzi tal-agrikoltura diġitali. |
|
(9) |
Monsanto, inkorporata fl-Istati Uniti, hija kumpanija tal-agrikoltura li tipproduċi żrieragħ u prodotti għall-protezzjoni tal-għelejjel (iffokata fuq l-erbiċida tal-glifosat li tikkummerċjalizza taħt il-marka “Roundup”). Barra minn hekk, Monsanto hija involuta fir-riċerka dwar prodotti bijoloġiċi agrikoli. Monsanto tipprovdi wkoll lill-bdiewa b’servizzi ta’ agrikoltura diġitali permezz ta’ “The Climate Corporation”. |
4. ID-DIMENSJONI TAL-UNJONI
|
(10) |
L-impriżi kkonċernati għandhom fatturat aggregat ikkombinat fuq livell dinji ta’ aktar minn EUR 5 000 miljun [Bayer: EUR […]; Monsanto: EUR […]]. Kull waħda minnhom għandha fatturat fuq livell tal-Unjoni li jeċċedi l-EUR 250 miljun [Bayer: EUR […]; Monsanto: EUR […]], iżda huma ma jilħqux aktar minn żewġ terzi tal-fatturat aggregat tagħhom fuq livell tal-Unjoni fi ħdan l-istess Stat Membru. Għalhekk, it-Tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
5. MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
5.1. Is-swieq tal-prodotti rilevanti
|
(11) |
Id-Deċiżjoni tindirizza l-oqsma/is-swieq li ġejjin fejn huma attivi l-Partijiet:
|
5.1.1. Żrieragħ tal-ħxejjex
|
(12) |
Il-Kummissjoni sabet li s-suq tal-prodott rilevanti jinkludi kemm il-liċenzjar kif ukoll il-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ tal-ħxejjex għal kull għalla tal-ħxejjex. Il-Kummissjoni sabet ukoll li kull għalla tal-ħxejjex tikkostitwixxi suq ta’ prodott separat, iżda tikkonsisti f’segmenti differenzjati ħafna. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li huwa rilevanti ħafna li ssir il-valutazzjoni kompetittiva tal-effetti tal-prezzijiet fil-livell tas-segmenti. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni użat is-segmentazzjoni ssuġġerita mill-Partijiet li nstabet li hija affidabbli. Is-segmentazzjoni tiddistingwi s-segmenti skont: (i) L-ambjent tat-tkabbir (għalqa miftuħa, serra tal-plastik u mdawra bix-xbieki, jew serra tal-ħġieġ); (ii) It-tip ta’ żerriegħa (imdakkra b’mod miftuħ jew ibrida); (iii) L-użu (frisk jew ipproċessar); (iv) Jekk il-pjanta mkabbra ġietx imnissla mis-salvaġġ jew le; u (v) Il-karatteristiċi tal-ħxejjex imkabbra (it-tip, id-daqs, il-kulur, it-togħma, eċċ., tal-ħxejjex). |
|
(14) |
Il-Kummissjoni sabet li l-ambitu ġeografiku tas-swieq taż-żrieragħ tal-ħxejjex huwa nazzjonali minħabba r-reġistrazzjoni nazzjonali, id-distribuzzjoni nazzjonali u l-arbitraġġ dgħajjef tal-prezzijiet bejn il-pajjiżi. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat ukoll li hemm fatturi oħrajn li jissuġġerixxu li s-suq taż-żrieragħ tal-ħxejjex jista’ jkun usa’ minn dak nazzjonali. |
5.1.2. Żrieragħ ta’ għelejjel fuq skala kbira
|
(15) |
Il-Kummissjoni analizzat is-swieq għall-għelejjel fuq skala kbira fejn l-attivitajiet tal-Partijiet jikkoinċidu: iż-żrieragħ żejtnin, il-qoton u l-qamħ. |
5.1.2.1. Żrieragħ żejtnin (oilseed rape - “OSR”)
|
(16) |
L-industrija tal-OSR hija industrija b’żewġ stadji, li tinkludi (i) it-tnissil ta’ varjetajiet ġodda ta’ OSR u (ii) il-produzzjoni kummerċjali ta’ żerriegħa minn dawn il-varjetajiet u l-bejgħ taż-żerriegħa lill-klijenti. Bayer u Monsanto t-tnejn inisslu u jikkummerċjalizzaw varjetajiet ġodda ta’ OSR madwar l-UE kollha, kif ukoll f’partijiet oħrajn tad-dinja. It-tnejn għandhom programmi ta’ tnissil komprensivi fl-Ewropa. |
|
(17) |
Il-Kummissjoni tqis li s-swieq tal-prodotti rilevanti għall-OSR huma: (i) Is-suq upstream għal-liċenzjar ta’ ġermoplażma għall-finijiet tat-tnissil ta’ varjetajiet ġodda ta’ OSR; (ii) Is-suq upstream għal-liċenzjar ta’ varjetajiet ta’ OSR għall-finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni; u (iii) Is-suq downstream għall-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ OSR. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni tħalli miftuħa l-kwistjoni ta’ jekk is-swieq downstream għandhomx jiġu suddiviżi aktar bejn iż-żewġ tipi ta’ OSR li huma kkultivati madwar l-Ewropa: iż-żrieragħ żejtnin tax-xitwa (winter oilseed rape - “WOSR”) u ż-żrieragħ żejtnin tas-sajf (jew tar-rebbiegħa) (summer (or spring) oilseed rape - “SOSR”). |
|
(19) |
Il-Kummissjoni tqis li: (i) L-ambitu ġeografiku tas-suq għal-liċenzjar tal-ġermoplażma huwa fl-UE kollha; (ii) L-ambitu ġeografiku tas-suq għal-liċenzjar tal-varjetajiet ta’ OSR huwa fl-UE kollha; u (iii) L-ambitu ġeografiku tas-suq għall-kummerċjalizzazzjoni tal-varjetajiet ta’ OSR huwa nazzjonali. |
5.1.2.2. Qoton
|
(20) |
Il-Kummissjoni tqis li s-suq rilevanti għall-finijiet tal-analiżi kompetittiva huwa l-liċenzjar tal-varjetajiet tal-qoton għall-produzzjoni u l-bejgħ. L-ambitu ġeografiku ta’ tali suq huwa fl-UE kollha. |
5.1.2.3. Qamħ
|
(21) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra żewġ swieq ta’ prodotti rilevanti: (i) is-suq upstream għal-liċenzjar ta’ varjetajiet ta’ qamħ għall-produzzjoni u l-bejgħ (iżda mhux għat-tnissil), u (ii) is-suq downstream għall-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ tal-qamħ. |
|
(22) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-ambitu ġeografiku tas-suq tal-qamħ huwa fl-UE kollha għas-suq tal-liċenzjar (upstream) u nazzjonali għas-suq tal-kummerċjalizzazzjoni (downstream). |
5.1.3. Karatteristiċi ta’ għelejjel fuq skala kbira
|
(23) |
Il-Kummissjoni sabet li qabel it-tnissil taż-żerriegħa u l-kummerċjalizzazzjoni, hemm tliet saffi tas-suq differenti għall-karatteristiċi. Dawn huma: (i) is-saff tal-liċenzjar għall-iskoperti tal-karatteristiċi, (ii) is-saff tal-liċenzjar għall-karatteristiċi uniċi, u (iii) is-saff għall-għoti ta’ liċenzji għall-karatteristiċi kkombinati. Il-Kummissjoni tqis li s-saff tal-liċenzjar għall-iskoperti tal-karatteristiċi ma jikkostitwixxix suq tal-prodott iżda huwa pjuttost spazju ta’ innovazzjoni, filwaqt li tqis li hemm swieq ta’ prodotti separati għall-għoti ta’ liċenzji b’karatteristiċi kkombinati fuq naħa waħda, u l-liċenzjar tal-karatteristiċi fuq in-naħa l-oħra. |
|
(24) |
Fis-saff tal-liċenzjar tal-karatteristiċi uniċi, is-swieq tal-prodotti rilevanti huma identifikati minn funzjonalità speċifika, bħat-tolleranza għal erbiċida speċifika, kif ukoll għalla speċifika. Fil-każ tal-funzjonalitajiet tar-Reżistenza għall-Insetti (“Insect Resistance” - IR), subsegmentazzjoni oħra tal-karatteristiċi tal-IR hija definita abbażi tal-familja ta’ insetti li għaliha l-karatteristika tipprovdi reżistenza. |
|
(25) |
Għas-saff għall-għoti ta’ liċenzji b’karatteristiċi kkombinati, is-swieq tal-prodotti rilevanti jistgħu jiġu distinti minn xulxin skont l-għalla. |
|
(26) |
Il-Kummissjoni tqis li s-swieq ġeografiċi rilevanti għal-liċenzjar tal-karatteristiċi u għall-għoti ta’ liċenzji b’karatteristiċi kkombinati huma globali. |
5.1.4. Il-protezzjoni tal-għelejjel
5.1.4.1. L-immaniġġjar tal-ħaxix ħażin
(A)
|
(27) |
L-erbiċidi mhux selettivi (non-selective herbicides - “NSH”) huma prodotti li għandhom spettru wiesa’ ta’ azzjoni u li joqtlu kemm il-ħaxix kif ukoll il-ħaxix ħażin b’weraq wesgħin ċatti. |
|
(28) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-suq tal-prodott rilevanti għall-erbiċidi agrikoli jenħtieġ li jiġi ssegmentat, fuq naħa waħda, bejn erbiċidi selettivi u l-NSH u, fuq in-naħa l-oħra, fi ħdan l-NSH, bejn għelejjel perenni (l-uniku segment fejn il-Partijiet jikkoinċidu materjalment fiż-ŻEE) u għelejjel mhux perenni. |
|
(29) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-ambitu ġeografiku tas-swieq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-għelejjel huwa nazzjonali. |
(B)
|
(30) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-swieq tal-prodotti rilevanti għall-NSH mhux agrikoli jenħtieġ li jiġu ssegmentati bejn (i) l-immaniġġjar tal-veġetazzjoni industrijali (“industrial vegetation management” - IVM) u (ii) turf u pjanti ornamentali. |
|
(31) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li, fi ħdan l-IVM, il-prodotti li jeqirdu l-pjanti selvaġġi u l-applikazzjonijiet ferrovjarji jikkostitwixxu swieq separati ta’ prodotti rilevanti. |
|
(32) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li, anki fi ħdan is-segment tal-IVM, l-NSH jenħtieġ ukoll li jiġu rragruppati skont iż-żmien tal-applikazzjoni tagħhom f’żewġ kategoriji li jinkludu rispettivament (a) prodotti preemerġenti u prodotti prepostemerġenti u (b) prodotti postemerġenti u prodotti prepostemerġenti. |
|
(33) |
Il-Kummissjoni tqis li l-ambitu ġeografiku tas-swieq rilevanti huwa nazzjonali. |
(C)
|
(34) |
Is-sistemi tal-immaniġġjar tal-ħaxix ħażin jikkombinaw erbiċidi mhux selettivi tipikament b’għelejjel tolleranti għal dawn l-erbiċidi, permezz ta’ modifika ġenetika ta’ tali għelejjel (“Sistemi GM”) jew, aktar rari, permezz tal-użu ta’ għelejjel tolleranti b’mod nattiv, jiġifieri għelejjel mhux ġenetikament modifikati (“Sistemi mhux GM”). Is-Sistemi GM u s-Sistemi Mhux GM issir referenza għalihom flimkien bħala “Sistemi HT”. |
|
(35) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-Sistemi HT kollha għal għalla partikolari jikkompetu f’suq differenzjat ta’ prodotti rilevanti u li l-ispazji ta’ innovazzjoni korrispondenti jinkludu l-innovazzjoni fis-Sistemi HT kemm fl-għelejjel (speċjalment fl-istadji bikrin tar-riċerka) kif ukoll għal kull għalla rilevanti (bħal sojja, qoton, qamħirrum, OSR/kanola, ross, qamħ). |
|
(36) |
Il-Kummissjoni tqis li l-ambitu ġeografiku rilevanti tal-ispazji ta’ innovazzjoni għas-Sistemi HT huwa fuq livell dinji. |
5.1.4.2. It-trattament taż-żrieragħ
|
(37) |
It-trattament taż-żrieragħ huwa t-trattament (jew it-tħejjija) taż-żrieragħ b’formulazzjonijiet speċifiċi sabiex dawn jiġu protetti fl-istadji bikrin tal-iżvilupp tagħhom. Għalhekk, it-trattament taż-żrieragħgħandu fil-mira l-mard u l-insetti li jgħixu fil-ħamrija jew l-insetti tal-istaġun bikri (“trattament taż-żrieragħ funġiċidi u insettiċidi”), kif ukoll in-nematodi (“trattament taż-żrieragħ nematiċidi”). |
|
(38) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li t-trattament taż-żrieragħ jikkostitwixxi suq ta’ prodott separat minflok tip partikolari ta’ applikazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-għelejjel. It-trattament taż-żrieragħ ikompli jinqasam skont l-għalla u skont l-indikazzjoni (eż. insettiċidi u fungiċidi). Fir-rigward tat-trattament taż-żrieragħ nematiċidi, il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-suq tal-prodott rilevanti li għandu jinżamm għall-analiżi kompetittiva huwa t-trattament taż-żrieragħ għall-kontroll tan-nematodi skont l-għelejjel. |
|
(39) |
Fir-rigward tas-suq downstream għas-suq tat-trattament taż-żrieragħ, għall-finijiet tad-Deċiżjoni, tista’ titħalla miftuħa l-kwistjoni ta’ jekk is-suq tal-prodott downstream jinkludix ukoll żrieragħ mhux ittrattati. |
|
(40) |
Il-Kummissjoni tqis li l-ambitu ġeografiku tas-swieq tal-prodotti għat-trattament taż-żrieragħ huwa nazzjonali. |
5.1.4.3. Fungiċidi
|
(41) |
Il-fungiċidi huma agrokimiċi li jikkontrollaw il-mard; huma jintużaw sabiex jipprevjenu d-deterjorazzjoni tal-pjanti u tal-prodotti ta’ pjanti kkawżati minn fungi u moffa. |
|
(42) |
Il-Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni kompetittiva tagħha tal-fungiċidi skont l-għalla/il-marda. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-ispazju ta’ innovazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tagħha huwa l-innovazzjoni fil-fungiċidi għal għelejjel/mard jew gruppi ta’ mard differenti. |
|
(43) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li tista’ titħalla miftuħa l-kwistjoni ta’ jekk il-funġiċidi kimiċi u bijoloġiċi jikkostitwixxux swieq tal-prodotti separati minħabba li t-Tranżazzjoni ma tagħtix lok għal tħassib dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern skont kwalunkwe definizzjoni tas-suq plawżibbli. |
|
(44) |
L-ambitu ġeografiku tas-swieq tal-prodotti fungiċidi huwa nazzjonali. Id-dimensjoni ġeografika tal-ispazji ta’ innovazzjoni tista’ titħalla miftuħa. |
5.1.4.4. Insettiċidi
|
(45) |
Insettiċidi huma prodotti maħsuba biex jikkontrollaw l-insetti li jagħmlu ħsara lill-għelejjel ikkultivati, b’mod partikolari l-għelejjel tal-ikel. Huma jistgħu jiġu applikati b’numru ta’ modi differenti, inkluża l-applikazzjoni tat-trattament tal-weraq, tal-ħamrija u taż-żerriegħa. |
|
(46) |
Il-Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni kompetittiva tagħha tal-insettiċidi skont l-għalla/l-organiżmu ta’ ħsara. Il-Kummissjoni tqis li l-ispazju ta’ innovazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tagħha huwa l-insettiċidi abbażi tal-organiżmu ta’ ħsara. |
|
(47) |
Il-Kummissjoni tqis li tista’ titħalla miftuħa l-kwistjoni ta’ jekk l-insettiċidi għandhomx ikomplu jinqasmu bejn bijoloġiċi u kimiċi minħabba li t-Tranżazzjoni ma tagħtix lok għal tħassib dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern skont kull definizzjoni tas-suq plawżibbli. |
|
(48) |
L-ambitu ġeografiku tas-swieq tal-prodotti insettiċidi huwa nazzjonali, filwaqt li d-dimensjoni ġeografika tal-ispazji ta’ innovazzjoni tista’ titħalla miftuħa. |
5.1.4.5. Prodotti mikrobiċi għall-effiċjenza tal-għelejjel
|
(49) |
Il-mikrobi (magħrufa wkoll bħala prodotti għall-protezzjoni tal-għelejjel “bijoloġiċi”) huma magħmula minn mikroorganiżmi, ġeneralment batterju, vajrus jew fungus. Huma jistgħu jintużaw sabiex jipproteġu l-għelejjel (bijopestiċidi) u/jew sabiex itejbu l-produttività u l-fertilità tal-pjanti (bijostimulanti u bijofertilizzanti). |
|
(50) |
Il-bijostimulanti u l-bijofertilizzanti huma maħsuba sabiex itejbu s-saħħa tal-għelejjel, ir-rendiment u t-tolleranza għall-kundizzjonijiet tal-istress u, kuntrarju għall-bijopestiċidi, ma għandhomx azzjonijiet diretti kontra l-organiżmu ta’ ħsara jew il-mard. Huma jissejħu wkoll prodotti ta’ “effiċjenza fl-għelejjel”. |
|
(51) |
Id-definizzjoni tas-suq tal-prodott għall-prodotti mikrobiċi għall-effiċjenza tal-għelejjel, kif ukoll id-definizzjoni rilevanti tas-suq ġeografiku tista’ titħalla miftuħa minħabba li t-Tranżazzjoni ma tagħtix lok għal tħassib dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern skont kwalunkwe definizzjoni tas-suq plawżibbli. |
|
(52) |
Il-Kummissjoni tqis li l-ispazju ta’ innovazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tagħha huwa l-innovazzjoni fi prodotti mikrobiċi għall-effiċjenza tal-għelejjel. |
5.1.4.6. Saħħet in-naħal
|
(53) |
Il-Kummissjoni tqis li hemm suq ta’ prodott separat għal prodotti li għandhom fil-mira u li jikkontrollaw id-dud varroa li jinfestaw il-kolonji tan-naħal. Il-Kummissjoni tqis ukoll li s-segmentazzjoni tas-suq bejn prodotti bijoloġiċi u kimiċi jew abbażi tal-ingredjent attiv/mod ta’ azzjoni jew mod ta’ amministrazzjoni ma tidhirx li hija ġustifikata. |
|
(54) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-ispazju ta’ innovazzjoni rilevanti huwa l-prodotti għal saħħet in-naħal li għandhom fil-mira l-varroa destructor. |
|
(55) |
L-ambitu ġeografiku tas-swieq tal-prodotti għal saħħet in-naħal huwa nazzjonali, filwaqt li d-dimensjoni ġeografika tal-ispazji ta’ innovazzjoni tista’ titħalla miftuħa. |
5.1.5. Preskrizzjonijiet agronomiċi diġitali
|
(56) |
L-agrikoltura diġitali tirreferi għall-ġbir ta’ data u informazzjoni dwar irziezet bil-għan li tipprovdi pariri mfassla apposta jew data aggregata lill-bdiewa sabiex iżidu l-produttività tal-irziezet. L-agrikoltura diġitali bħalissa tinsab fil-bidu tagħha, iżda qiegħda tiżviluppa malajr. |
|
(57) |
Fi ħdan l-agrikoltura diġitali, preskrizzjonijiet b’mezzi diġitali jirreferu għal rakkomandazzjonijiet jew pariri dwar l-għażla u l-applikazzjoni (eż. dożi, għażla tal-ħin) ta’ inputs (eż. prodotti għall-protezzjoni tal-għelejjel) ipprovduti f’livell dejjem aktar iddettaljat fuq livell ġeografiku (eż. għalqa, żona ta’ għelieqi jew b’mod aktar speċifiku) sabiex jiġu implimentati minn bidwi. Ir-rakkomandazzjonijiet jew il-pariri inkwistjoni jiġu ġġenerati minn magna agronomika analitika bbażata fuq settijiet kbar ta’ data pubblika u proprjetarja. |
|
(58) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li servizzi ta’ preskrizzjoni b’mezzi diġitali jikkostitwixxu kategorija distinta ta’ servizzi fi ħdan l-agrikoltura diġitali minħabba li (i) jeħtieġu, fost l-oħrajn, aktar saffi ta’ data, algoritmi aktar kumplessi u kapaċitajiet usa’, u (ii) jirrakkomandaw pjan ta’ azzjoni konkret għall-bdiewa, b’livell għoli ta’ dettall u adattament. Il-Kummissjoni tqis li dan għandu jiġi ssegmentat aktar skont il-prodott tal-input (eż. fungiċidi, eċċ.) u skont ir-raggruppamenti tal-għelejjel (eż. għelejjel fuq skala kbira). |
|
(59) |
Fir-rigward tas-suq ġeografiku rilevanti, il-Kummissjoni tqis li l-ambitu ġeografiku tiegħu huwa nazzjonali, għalkemm fil-valutazzjoni tagħha l-Kummissjoni qieset ukoll il-kuntest ġeografiku reġjonali usa’, fejn rilevanti. |
5.2. Valutazzjoni kompetittiva
5.2.1. Żrieragħ tal-ħxejjex
|
(60) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-effetti orizzontali fuq il-kompetizzjoni tal-prezzijiet/prodotti fis-swieq taż-żrieragħ tal-ħxejjex. Fl-UE, l-attivitajiet tal-Partijiet jikkoinċidu f’16-il għalla tal-ħxejjex (eż. tadam, ħjar, eċċ.). Kull għalla tkompli tinqasam f’segmenti (eż. tadam żgħir imkabbar fis-serer). |
|
(61) |
Il-kompetizzjoni tal-prezzijiet għaż-żrieragħ tal-ħxejjex isseħħ fil-livell tas-segment/tal-pajjiż. Għalhekk, il-valutazzjoni kompetittiva għandha titwettaq f’diversi mijiet ta’ kombinazzjonijiet ta’ segmenti/pajjiżi. Fid-dawl ta’ dan in-numru għoli ta’ kombinazzjonijiet ta’ segmenti/pajjiżi li għandhom jiġu vvalutati, il-Kummissjoni applikat filtri bbażati fuq is-sehem tas-suq u l-livelli ta’ konċentrazzjoni (HHI u delta tal-HHI) sabiex tidentifika s-swieq fejn it-Tranżazzjoni xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva. Għal ċerti swieq, il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni aktar fil-fond abbażi ta’ fatturi strutturali u kwalitattivi. |
|
(62) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni qieset li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba effetti mhux ikkoordinati u/jew il-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti f’numru ta’ swieq taż-żrieragħ tal-ħxejjex madwar l-UE, li jikkorrespondu għal bejn wieħed u ieħor 200 kombinazzjoni ta’ segmenti/pajjiżi. |
5.2.2. Żrieragħ ta’ għelejjel fuq skala kbira
5.2.2.1. Żrieragħ żejtnin (“oilseed rape” - OSR)
|
(63) |
Bħalissa, Monsanto tinsab fuq quddiem nett tas-suq fiż-ŻEE. Is-sehem mis-suq taż-ŻEE ta’ Bayer f’WOSR huwa ta’ madwar [0-5] % kemm fil-livell tal-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll f’dak tan-nissiela. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ishma mis-suq ikkombinati disponibbli jistgħu jissottovalutaw il-pożizzjoni kompetittiva tal-Partijiet, b’mod partikolari fid-dawl tas-suċċess mistenni fuq il-prodotti ewlenin ta’ Bayer fil-Kanola u l-istrateġija globali tagħha għall-OSR fiż-ŻEE. |
|
(64) |
Bħalissa, Bayer hija l-parteċipanta ewlenija globali fl-OSR. L-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet li, qabel it-Tranżazzjoni, Bayer kellha pjanijiet kredibbli u kapaċitajiet b’saħħithom sabiex issir parteċipanta ewlenija fl-OSR fl-UE, kif ukoll li tali pjanijiet kienu diġà qed juru xi riżultati pożittivi. It-Tranżazzjoni ma’ Monsanto tirriskja li tipperikola dawn il-pjanijiet bl-effett probabbli li tagħmel ħsara lill-klijenti tal-OSR. |
|
(65) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li Bayer x’aktarx issir kompetitur b’saħħtu fis-swieq nazzjonali tal-OSR fejn Monsanto hija wkoll b’saħħitha. |
|
(66) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva b’rabta maż-żrieragħ OSR fi Franza, fl-Irlanda, fl-Estonja u fir-Renju Unit, minħabba li x’aktarx li telimina restrizzjoni kompetittiva importanti u tirriżulta f’effetti mhux ikkoordinati fuq il-kompetizzjoni tal-prodotti u tal-prezzijiet. |
5.2.2.2. Qoton
|
(67) |
It-trikkib fl-attivitajiet tal-Partijiet fin-negozju taż-żerriegħa tal-qoton fl-UE jinħoloq fis-suq (upstream) għal-liċenzjar taż-żrieragħ tal-qoton għall-kummerċjalizzazzjoni. |
|
(68) |
Il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni tlaqqa’ flimkien l-aktar żewġ kompetituri importanti fis-suq tal-UE għal-liċenzjar tal-varjetajiet tal-qoton għall-produzzjoni u l-bejgħ. |
|
(69) |
Il-pożizzjoni b’saħħitha tal-Partijiet fis-suq tal-UE għal-liċenzjar tal-varjetajiet tal-qoton għall-produzzjoni u l-bejgħ issegwi mill-pożizzjoni globali b’saħħitha tagħhom fir-rigward taż-żrieragħ tal-qoton. L-investigazzjoni tas-suq żvelat li l-punti ta’ saħħa tal-Partijiet jinkludu l-kwalità tal-ġabra tagħhom ta’ ġermoplażma, il-kapaċitajiet tagħhom ta’ tnissil, il-programmi ta’ riċerka u żvilupp tagħhom, il-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw karatteristiċi u l-kapaċità tagħhom li jiksbu aċċess għall-klijenti tal-qoton. |
|
(70) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva b’rabta mal-liċenzjar tal-varjetajiet tal-qoton għall-produzzjoni u l-bejgħ fl-UE minħabba li x’aktarx se ssaħħaħ jew għall-inqas toħloq pożizzjoni dominanti, minħabba effetti orizzontali mhux ikkoordinati. |
5.2.2.3. Qamħ
|
(71) |
Minħabba li bħalissa l-ebda waħda mill-Partijiet ma hija attiva fil-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ tal-qamħ fl-UE, il-Kummissjoni vvalutat jekk Bayer u Monsanto humiex kompetituri potenzjali. |
|
(72) |
Il-Kummissjoni ssib li, fil-preżent, hemm probabbiltà sinifikanti li Bayer [pjanijiet ta’ negozju] tikber f’forza kompetittiva effettiva. L-attivitajiet tal-qamħ kummerċjali ta’ Monsanto jseħħu fin-negozju taż-żerriegħa tal-qamħ kummerċjali ta’ Monsanto fl-Istati Uniti, li huwa kompletament magħmul minn varjetajiet imdakkra b’mod miftuħ. Il-Kummissjoni ssib li ma hemm l-ebda probabbiltà sinifikanti li Monsanto tikber f’forza kompetittiva effettiva fl-Ewropa f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. |
|
(73) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li, fid-dawl tal-istrateġija ta’ Bayer iffokata fuq il-qamħ ibridu, kieku Monsanto kellha tidħol b’varjetajiet imdakkra b’mod miftuħ, Bayer u Monsanto ma jkunux kompetituri mill-qrib fl-UE. |
|
(74) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ssib li, fil-preżent, hemm numru biżżejjed ta’ kompetituri oħrajn fis-suq tal-qamħ, li jżommu pressjoni kompetittiva suffiċjenti wara t-Tranżazzjoni. |
|
(75) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni hija tal-fehma li mhuwiex probabbli li t-Tranżazzjoni xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq għaż-żrieragħ tal-qamħ fl-Ewropa. |
5.2.3. Karatteristiċi ta’ għelejjel fuq skala kbira
|
(76) |
Il-Kummissjoni hija kompetenti sabiex tivvaluta l-effetti tat-Tranżazzjoni fuq is-swieq għal-liċenzjar tal-karatteristiċi għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel nett, it-Tranżazzjoni għandha effetti diretti u immedjati fuq il-parteċipanti Ewropej attivi fis-suq upstream globali għal-liċenzjar tal-karatteristiċi. F’dan is-suq, it-Tranżazzjoni taffettwa direttament lill-kumpaniji taż-żrieragħ Ewropej importanti, li jilliċenzjaw il-karatteristiċi ta’ Bayer u/jew Monsanto, filwaqt li taffettwa wkoll lil parteċipanti oħrajn fis-suq Ewropew li huma kompetituri għall-Partijiet. |
|
(77) |
It-tieni nett, bħala tali, il-karatteristiċi GM mhumiex ipprojbiti mill-Ewropa. Fil-fatt, jintużaw xi karatteristiċi GM u l-għelejjel GM jitkabbru fl-Ewropa. Karatteristika IR ta’ Monsanto, li tagħti reżistenza għall-qamħirrum lil Lepidoptera, imsejħa MON810, hija approvata għall-kultivazzjoni fi ftit Stati Membri, jiġifieri Spanja, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja. It-tielet, l-UE hija importatur sinifikanti ħafna ta’ għelejjel GM. Il-Partijiet jistmaw li l-importazzjonijiet totali fiż-ŻEE ta’ għelejjel GM jammontaw għal bejn wieħed u ieħor USD 13-il biljun, bil-maġġoranza vasta tagħhom iġorru l-karatteristiċi ta’ Bayer jew Monsanto. Ir-raba’, mhux il-karatteristiċi kollha huma tat-tip GM. Illum il-ġurnata, xi karatteristiċi mhux GM huma kummerċjalment disponibbli, u kemm Bayer kif ukoll Monsanto huma innovaturi fil-karatteristiċi mhux ĠM u jqisu lill-UE bħala suq importanti. |
5.2.3.1. Kompetizzjoni tal-prodott
|
(78) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni vvalutat il-kompetizzjoni bejn Liberty-Link ta’ Bayer u Roundup Ready ta’ Monsanto fuq il-qamħ, l-OSR/il-kanola, il-qoton u l-fażola tas-sojja. Fil-fażola tas-sojja, il-Kummissjoni identifikat trikkib fil-karatteristiċi HT u, b’mod partikolari, il-glifosat HT (Roundup Ready) u l-glufosinat HT (LibertyLink) b’alternattivi limitati. Fil-qoton, il-Partijiet jikkoinċidu fil-karatteristiċi HT u IR u l-kompetituri jipprevedu alternattivi limitati. Fl-OSR, il-Kummissjoni identifikat trikkib fil-karatteristiċi HT b’restrizzjonijiet limitati mill-kompetituri. Fil-qamħirrum, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-trikkib fil-karatteristiċi HT isaħħaħ il-pożizzjoni dominanti ta’ Monsanto fis-suq tal-karatteristiċi HT tal-qamħirrum. |
|
(79) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni identifikat trikkib orizzontali fil-karatteristiċi kkombinati: hemm għadd ta’ trikkib ta’ prodotti li jikkompetu mill-qrib fil-fażola tas-sojja, fil-qoton u fl-OSR, b’alternattivi ħafna drabi limitati mill-kompetituri. |
|
(80) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva tal-prezzijiet u tal-prodotti (reali u potenzjali) f’kull wieħed mis-swieq li ġejjin: (i) fażola tas-sojja HT; (ii) qoton HT; (iii) qoton reżistenti għal-Lep.; (iv) qamħirrum HT; (v) OSR/kanola HT; (vi) il-karatteristiċi kkombinati tal-fażola tas-sojja; (vii) il-karatteristiċi kkombinati tal-qoton; (viii) il-karatteristiċi kkombinati tal-OSR/tal-kanola. |
|
(81) |
Fl-OSR HT, it-tranżazzjoni toħloq pożizzjoni dominanti. |
5.2.3.2. Il-kompetizzjoni tal-innovazzjoni fil-karatteristiċi
|
(82) |
Il-parteċipanti tal-industrija jinvolvu ruħhom fi sforzi ta’ innovazzjoni sabiex jiskopru u jiżviluppaw karatteristiċi ġodda. Meta tqis kemm is-swieq tal-prodotti downstream kif ukoll is-swieq tat-teknoloġija upstream, l-innovazzjoni ma għandhiex tinftiehem bħala suq fiha nnifisha, iżda bħala attività li tikkontribwixxi kemm għas-swieq tat-teknoloġija upstream kif ukoll għas-swieq tal-prodotti downstream. Madankollu, dan ma jwaqqafx lill-Kummissjoni milli tivvaluta l-impatt tat-Tranżazzjoni fil-livell tal-isforzi li għamlu l-Partijiet u l-kompetituri tagħha fl-innovazzjoni. Il-Kummissjoni vvalutat il-kompetizzjoni tal-innovazzjoni li qed isseħħ fl-ispazji ta’ innovazzjoni li jikkonsistu f’raggruppamenti ta’ għelejjel/kombinazzjonijiet ta’ funzjonalità. |
|
(83) |
Ir-riċerka u l-iżvilupp tal-karatteristiċi huma kkaratterizzati minn ostakoli kbar għad-dħul u l-espansjoni, filwaqt li, għall-karatteristiċi HT u IR, ir-riċerka u l-iżvilupp huma kkonċentrati ħafna ma’ erba’ parteċipanti integrati biss. Il-Partijiet huma innovaturi ewlenin fil-karatteristiċi. Barra minn hekk, id-data tal-privattiva tal-Kummissjoni wriet li l-Partijiet huma innovaturi importanti għal bosta spazji ta’ innovazzjoni u għal invenzjonijiet għall-għelejjel inkroċjati fil-kontroll tal-ħaxix ħażin u l-kontroll tal-insetti. |
|
(84) |
Il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni x’aktarx ixxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tal-kompetizzjoni tal-innovazzjoni f’oqsma fejn l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp tal-Partijiet jitrikkbu, u l-Partijiet huma kompetituri mill-qrib b’alternattivi limitati. Dawn l-oqsma huma s-sojja HT, IR u SCN, il-qoton HT u IR, l-OSR HT, il-qamħ HT mhux ġenetikament modifikat u r-riċerka tal-għelejjel inkroċjati. Il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni x’aktarx ixxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tal-kompetizzjoni tal-innovazzjoni fl-innovazzjoni globali fl-HT u l-IR għal dawn l-għelejjel billi telimina l-kompetizzjoni tal-innovazzjoni reali jew potenzjali bejn il-Partijiet. |
5.2.3.3. It-tisħiħ tal-pożizzjoni dominanti ta’ Monsanto
|
(85) |
Monsanto hija dominanti fis-swieq rilevanti iżda wkoll fil-livell tal-industrija minħabba l-influwenza ta’ Monsanto fil-pjattaforma RoundupReady fuq l-għelejjel. F’dan il-kuntest, Bayer hija waħda mill-ftit kompetituri li fadal u, fl-istess ħin, hija partikolarment attiva u għandha riżorsi adegwati b’mod li tista’ toffri sfida lil Monsanto. F’dan l-isfond, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni kkonfermat riskju probabbli ta’ preklużjoni ta’ kompetituri ta’ karatteristiċi oħrajn. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li t-Tranżazzjoni se ssaħħaħ il-pożizzjoni dominanti ta’ Monsanto. |
5.2.4. Il-protezzjoni tal-għelejjel
5.2.4.1. L-immaniġġjar tal-ħaxix ħażin
(A)
|
(86) |
Fiż-ŻEE, Monsanto tbigħ biss glifosat, l-aktar taħt il-marka Roundup. Il-glifosat huwa l-aktar ingredjent attiv ta’ protezzjoni tal-għelejjel li jinbiegħ globalment, l-aktar minħabba l-użu tiegħu fuq għelejjel tolleranti għall-erbiċidi, iżda wkoll fiż-ŻEE. Monsanto qed jiżviluppa wkoll [prodotti li għadhom qegħdin jiġu żviluppati]. |
|
(87) |
Fiż-ŻEE, Bayer timmanifattura u tbigħ l-NSH prinċipalment abbażi tal-ingredjent attiv tal-glufosinat. Bayer tbigħ ukoll kwantitajiet limitati ta’ formulazzjonijiet ta’ glifosat. Bħalissa, Bayer qed tippjana li tniedi [prodott li għadu qed jiġi żviluppat]. Fl-aħħar nett, Bayer għandha għadd ta’ proġetti differenti li għadhom qegħdin jiġu żviluppati ([linji ta’ riċerka 1, 2 u 3 tal-NSH]), li se jkunu mmirati għall-frankiġja tal-glifosat ta’ Monsanto. |
|
(88) |
Fir-rigward tat-trikkib bejn il-prodotti disponibbli bħalissa fiż-ŻEE, il-Partijiet għandhom ishma kkombinati għoljin tas-suq nazzjonali b’żieda skont id-definizzjonijiet plawżibbli kollha tas-suq kemm f’użi agrikoli kif ukoll f’użi mhux agrikoli (jiġifieri l-immaniġġjar ta’ veġetazzjoni industrijali bħal toroq, linji ferrovjarji, eċċ.) li x’aktarx iwasslu għal effetti mhux ikkoordinati jew saħansitra għall-ħolqien jew għat-tisħiħ ta’ pożizzjonijiet dominanti. L-investigazzjoni tas-suq ikkonfermat li, filwaqt li l-prodotti tal-Partijiet huma differenzjati, huma jikkompetu ras imb’ras għal għadd sinifikanti ta’ ħtiġijiet u huma kompetituri mill-qrib, jekk biss minħabba li huma l-eqreb tnejn minn massimu ta’ tliet NSH fiż-ŻEE. |
|
(89) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-Partijiet qed jaħdmu sabiex jippreservaw jew, jekk possibbli, saħansitra jsaħħu l-pożizzjonijiet tagħhom fis-swieq agrikoli tal-NSH permezz tat-tnedija ta’ prodotti futuri li jikkompetu mill-qrib. |
|
(90) |
Il-Kummissjoni tqis li, għalkemm il-pressjoni regolatorja tidher li taffettwa l-NSH fiż-ŻEE, hija ma taffettwax is-swieq nazzjonali rilevanti kollha u tidher li taffettwa l-aktar lil ingredjent attiv kompetitur, għalhekk, tagħmel il-glifosat u l-glufosinat saħansitra kompetituri aktar mill-qrib. |
|
(91) |
Il-Kummissjoni vvalutat ukoll ir-restrizzjoni kompetittiva minn kompetituri terzi. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tqis li mhuwiex probabbli li l-kompetituri jikkostitwixxu restrizzjoni kompetittiva sinifikanti wara t-Tranżazzjoni. |
|
(92) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva b’rabta mal-NSH agrikola għal għelejjel perenni u mal-NSH mhux agrikola (prepostemerġenti u postemerġenti għal użi tal-IVM) f’diversi Stati Membri. |
(B)
|
(93) |
Fir-rigward tal-kompetizzjoni tal-innovazzjoni li tinvolvi prodotti futuri u dawk li għadhom fi stadju bikri ta’ żvilupp, l-investigazzjoni żvelat trikkib dirett bejn [prodotti li għadhom qegħdin jiġu żviluppati] ta’ Monsanto (li jinkludi wkoll kollaborazzjoni ma’ Sumitomo fuq kimika PPO ġdida) u l-prodott li għadu fi stadju bikri ta’ żvilupp ta’ Bayer (li jinkludi wkoll [il-linji ta’ riċerka 1, 2 u 3 tal-NSH]) maħsuba sabiex jattakkaw il-frankiġja tal-glifosat fl-użi kollha tiegħu (għal burndown, livell superjuri ta’ għelejjel tolleranti għall-erbiċidi u l-għelejjel perenni). L-investigazzjoni tal-Kummissjoni żvelat li l-Partijiet huma kompetituri mill-qrib u importanti fl-ispazju ta’ innovazzjoni tal-NSH. |
|
(94) |
Il-Kummissjoni tqis li huwa probabbli li l-inċentivi tal-Partijiet sabiex isegwu b’mod indipendenti l-isforzi tagħhom fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, li huma f’kompetizzjoni mill-qrib ma’ xulxin, se jitnaqqsu wara t-Tranżazzjoni. |
|
(95) |
L-investigazzjoni tal-Kummissjoni sabet ukoll li r-restrizzjoni li se tiġi eżerċitata wara t-Tranżazzjoni mill-bqija tal-kompetituri mhux se tkun biżżejjed. |
|
(96) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva b’rabta mal-innovazzjoni tal-NSH minħabba li x’aktarx telimina restrizzjoni kompetittiva mill-qrib u importanti li twassal għal ħsara potenzjali għall-kompetizzjoni tal-innovazzjoni fl-NSH billi tikkombina l-kapaċitajiet tal-innovazzjoni rispettivi tal-Partijiet u l-portafolli tal-prodotti tal-NSH. |
(C)
|
(97) |
Filwaqt li s-sistemi HT bħalissa mhumiex qegħdin jintużaw b’mod sinifikanti fiż-ŻEE minħabba li l-karatteristiċi HT ġenetikament modifikati ġeneralment ma jiġux approvati, il-Kummissjoni tqis li hija kompetenti sabiex tivvaluta s-sistemi globalment għall-istess raġunijiet kif spjegati hawn fuq fir-rigward tal-karatteristiċi fuq skala kbira u l-karatteristiċi kkombinati (ara l-paragrafi (76)-(77)), li huma wieħed mill-komponenti ewlenin ta’ sistemi bħal dawn. |
|
(98) |
It-Tranżazzjoni tikkawża effetti mhux ikkoordinati fuq l-innovazzjoni għas-sistemi indipendenti li għalihom Bayer u Monsanto segwew binarji paralleli u se jkomplu jagħmlu hekk fin-nuqqas tat-Tranżazzjoni, inkluż f’sistemi HT mhux ġenetikament modifikati għall-qamħ, fejn [pjanijiet ta’ negozju] ftit li xejn hemm parteċipanti [pjanijiet ta’ negozju] li jidhru li huma attivi. |
|
(99) |
B’mod partikolari, iż-żewġ Partijiet qegħdin jaħdmu fuq saffi addizzjonali bbażati fuq il-modi ta’ azzjoni [il-linja ta’ riċerka 2 tal-NSH] u [il-linja ta’ riċerka 3 tal-NSH] sabiex jikkomplementaw is-Sistemi HT rispettivi tagħhom fuq l-għelejjel u globalment, kemm ma’ Bayer kif ukoll ma’ Monsanto [prodott li għadu qed jiġi żviluppat] li għamlu sforzi paralleli mill-qrib notevoli fil-[mod ta’ azzjoni tal-linja ta’ riċerka 3 tal-NSH]. |
|
(100) |
Barra minn hekk, iż-żewġ Partijiet żviluppaw kapaċitajiet b’saħħithom sabiex jiskopru u jiżviluppaw [prodott li għadu qed jiġi żviluppat], u Bayer bħalissa qed taħdem fuq [prodott li għadu qed jiġi żviluppat]. |
|
(101) |
Il-Kummissjoni tqis li huwa probabbli li l-inċentivi tal-Partijiet sabiex isegwu b’mod indipendenti l-isforzi tagħhom fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp f’Sistemi HT, li huma f’kompetizzjoni mill-qrib ma’ xulxin, se jitnaqqsu wara t-Tranżazzjoni. |
|
(102) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li hemm restrizzjoni limitata mill-isforzi tal-innovazzjoni tal-kompetituri f’dan il-qasam minħabba l-ostakoli kbar għad-dħul għall-innovazzjoni fl-NSH u fil-karatteristiċi – żewġ komponenti ewlenin tas-Sistemi HT – kif ukoll speċifikament għas-Sistemi HT. |
|
(103) |
Il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva b’rabta mal-innovazzjoni fis-Sistemi HT minħabba li telimina r-restrizzjonijiet kompetittivi importanti li jeżerċitaw il-Partijiet qabel it-Tranżazzjoni. |
5.2.4.2. It-trattament taż-żrieragħ
(A)
|
(104) |
Bħalissa ma hemm l-ebda trattament taż-żrieragħ nematiċidali mibjugħ fiż-ŻEE. Iż-żewġ Partijiet qegħdin jippjanaw li jniedu trattamenti taż-żrieragħ nematiċidali fiż-ŻEE fil-futur qrib. |
|
(105) |
Il-Kummissjoni tqis li l-Partijiet huma kompetituri mill-qrib u importanti fis-swieq għat-trattament taż-żrieragħ nematiċidali fl-[għelejjel] fiż-ŻEE. L-investigazzjoni tas-suq tindika li [pjanijiet ta’ integrazzjoni]. |
|
(106) |
Il-kompetituri tal-Partijiet huma konsiderevolment iżgħar u ma għandhomx il-kapaċitajiet kif ukoll l-iskala u l-ambitu tal-parteċipanti akbar. |
|
(107) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva b’rabta mat-trattament taż-żrieragħ nematiċidali fl-[għelejjel] fl-Istati Membri kollha taż-ŻEE fejn jitkabbru l-għelejjel, minħabba li x’aktarx li telimina restrizzjoni kompetittiva importanti u tirriżulta f’effetti mhux ikkoordinati fuq il-kompetizzjoni tal-prodott u tal-prezz. |
(B)
|
(108) |
Bayer hija parteċipanta ewlenija fit-trattament taż-żrieragħ fiż-ŻEE, partikolarment fit-trattament taż-żrieragħ insettiċidali għall-qamħirrum, filwaqt li Monsanto ma għadhiex attiva fit-trattament taż-żrieragħ fiż-ŻEE […]. B’hekk, ma hemm l-ebda trikkib bejn il-Partijiet fiż-ŻEE fir-rigward tat-trattament taż-żrieragħ fungiċidali u insettiċidali. Madankollu, it-Tranżazzjoni tagħti lok għal relazzjoni vertikali bejn is-suq upstream għat-trattament taż-żrieragħ u s-suq downstream għal żrieragħ (ittrattati) fejn huma attivi Bayer u Monsanto. |
|
(109) |
Fir-rigward tat-trattament taż-żrieragħ insettiċidali, it-Tranżazzjoni tagħti lok għal suq affettwat fir-rigward tat-trattament taż-żrieragħ insettiċidali għall-qamħirrum u l-OSR f’diversi Stati Membri. |
|
(110) |
Filwaqt li Bayer għandha pożizzjoni b’saħħitha fit-trattament taż-żrieragħ f’diversi minn dawn is-swieq, il-Kummissjoni tqis li mhuwiex probabbli li Bayer tippreservah minħabba (i) sitwazzjoni regolatorja li qed tevolvi u (ii) id-dħul imminenti probabbli ta’ parteċipanti ġodda fis-suq. |
|
(111) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li, wara t-Tranżazzjoni, mhuwiex probabbli li l-Partijiet ikollhom il-kapaċità u l-inċentiv li jinvolvu ruħhom fi strateġija ta’ preklużjoni tal-input għad-detriment tal-parteċipanti fis-suq għal żrieragħ tal-qamħirrum ittrattati bi trattament taż-żrieragħ insettiċidali. |
|
(112) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li, wara t-Tranżazzjoni, il-Partijiet ma jkollhomx saħħa sinifikanti fis-swieq downstream. |
|
(113) |
Fir-rigward tat-trattament taż-żrieragħ funġiċidali, fiż-żewġ swieq upstream affettwati (l-Awstrija u r-Renju Unit) Bayer hija sempliċiment attiva bħala bejjiegħa mill-ġdid ta’ prodotti ġeneriċi li jistgħu jiġu prodotti u mibjugħa minn fornituri oħrajn. Barra minn hekk, l-investigazzjoni indikat li, filwaqt li fis-suq nazzjonali kkonċernat Bayer hija l-uniku fornitur, fil-livell taż-ŻEE hemm fornituri oħrajn li jistgħu jidħlu fis-swieq Awstrijaċi u tar-Renju Unit. |
5.2.4.3. Fungiċidi (kompetizzjoni tal-innovazzjoni)
|
(114) |
Ma hemm l-ebda trikkib fiż-ŻEE għall-fungiċidi, fuq il-bażi li Monsanto bħalissa ma tbigħ l-ebda wieħed minn dawn il-prodotti fiż-ŻEE. It-trikkib bejn Bayer u Monsanto huwa limitat għat-trikkib fl-innovazzjoni. |
|
(115) |
L-investigazzjoni indikat li Bayer u Monsanto mhumiex kompetituri mill-qrib fl-innovazzjoni u li hemm numru suffiċjenti ta’ kompetituri attivi fl-istess spazji ta’ innovazzjoni, li jżommu biżżejjed pressjoni kompetittiva wara t-Tranżazzjoni. |
|
(116) |
Fid-dawl tal-evidenza disponibbli għaliha, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni mhijiex se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tal-kompetizzjoni tal-innovazzjoni fil-fungiċidi. |
5.2.4.4. Insettiċidi (kompetizzjoni tal-innovazzjoni)
|
(117) |
Ma hemm l-ebda trikkib fiż-ŻEE fis-suq tal-prodotti għall-insettiċidi, fuq il-bażi li Monsanto bħalissa ma tbigħ ebda wieħed minn dawn il-prodotti fiż-ŻEE. It-trikkib bejn Bayer u Monsanto huwa limitat għat-trikkib fl-innovazzjoni. |
|
(118) |
Fid-dawl tal-evidenza disponibbli għaliha, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni mhijiex se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tal-innovazzjoni fuq l-insettiċidi. |
5.2.4.5. Prodotti Mikrobiċi għall-Effiċjenza tal-Għelejjel (kompetizzjoni tal-innovazzjoni)
|
(119) |
Ma hemm l-ebda trikkib attwali bejn il-Partijiet fil-bijostimulanti jew il-bijofertilizzanti fiż-ŻEE, fuq il-bażi li bħalissa Bayer ma tbigħ l-ebda prodott fiż-ŻEE. |
|
(120) |
Il-Kummissjoni ssib li għalkemm it-Tranżazzjoni proposta se tikkombina żewġ parteċipanti importanti fil-prodotti bijoloġiċi, se jkompli jkun hemm bosta parteċipanti oħrajn b’kapaċitajiet ta’ innovazzjoni importanti u bil-kapaċità li jġibu prodotti ġodda fis-suq. |
|
(121) |
Kollox ma’ kollox, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni mhijiex se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva b’rabta mat-trattament taż-żrieragħ mikrobiċi għall-effiċjenza tal-għelejjel, kemm f’termini ta’ kompetizzjoni tal-prezz u tal-prodott kif ukoll ta’ kompetizzjoni tal-innovazzjoni. |
5.2.4.6. Saħħet in-naħal (kompetizzjoni tal-innovazzjoni)
|
(122) |
Ma hemm l-ebda trikkib fiż-ŻEE fis-suq tal-prodotti ta’ saħħet in-naħal li għandhom fil-mira d-dud varroa, fuq il-bażi li Monsanto bħalissa ma tbigħ l-ebda wieħed minn dawn il-prodotti fiż-ŻEE. It-trikkib bejn Bayer u Monsanto huwa limitat għat-trikkib fl-innovazzjoni. |
|
(123) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-evidenza disponibbli mhijiex biżżejjed sabiex tistabbilixxi skont l-istandard meħtieġ li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tal-kompetizzjoni tal-innovazzjoni fis-suq tal-prodotti għal saħħet in-naħal li għandhom fil-mira d-dud varroa fiż-ŻEE. |
5.2.5. Preskrizzjonijiet agronomiċi diġitali
|
(124) |
Il-Kummissjoni tqis (i) Bayer u Monsanto huma kompetituri potenzjali fis-suq għall-forniment ta’ preskrizzjonijiet b’mezzi diġitali ta’ fungiċidi għal għelejjel fuq skala kbira. |
|
(125) |
Bayer [prodott li għadu qed jiġi żviluppat]. |
|
(126) |
Monsanto waslet biex tniedi l-pjattaforma tal-agrikoltura diġitali tagħha fiż-ŻEE, FielView u [prodott li għadu qed jiġi żviluppat]. |
|
(127) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li (ii) fin-nuqqas tat-Tranżazzjoni, Bayer u Monsanto x’aktarx li jimponu restrizzjonijiet kompetittivi importanti fuq xulxin u fuq kompetituri oħrajn. Monsanto hija meqjusa bħala li tinsab fuq quddiem nett fl-agrikoltura diġitali globalment u Bayer hija parteċipanta ewlenija tal-agrikoltura diġitali fl-Ewropa; u ż-żewġ kumpaniji għandhom il-kapaċitajiet wesgħin meħtieġa sabiex jiżviluppaw u jtejbu l-preskrizzjonijiet b’mezzi diġitali, inkluż l-aċċess għal data agronomika sinifikanti riżervata u ta’ partijiet terzi. |
|
(128) |
Barra minn hekk, (iii) Bayer u Monsanto huma komparabbli biss ma’ numru limitat ta’ kompetituri li x’aktarx ma jeżerċitawx grad suffiċjenti ta’ pressjoni kompetittiva wara t-Tranżazzjoni fir-rigward tal-preskrizzjonijiet b’mezzi diġitali ta’ fungiċidi għal għelejjel fuq skala kbira fiż-ŻEE. |
|
(129) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li: (iv) l-agrikoltura diġitali, inklużi l-preskrizzjonijiet b’mezzi diġitali, hija kkaratterizzata mill-vantaġġ tal-innovatur; u li (v) wara t-Tranżazzjoni, l-isforzi tal-innovazzjoni ta’ Bayer fl-agrikoltura diġitali x’aktarx li jitwaqqfu kompletament jew parzjalment. |
|
(130) |
Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li t-Tranżazzjoni se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva b’rabta mal-preskrizzjonijiet agronomiċi diġitali minħabba l-eliminazzjoni ta’ restrizzjoni kompetittiva importanti fis-suq, b’mod partikolari fis-suq għall-forniment ta’ preskrizzjonijiet b’mezzi diġitali ta’ fungiċidi għal għelejjel fuq skala kbira fl-Istati Membri kollha taż-ŻEE fejn jinsabu l-Partijiet [prodott li għadu qed jiġi żviluppat]. |
5.2.6. L-integrazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni taż-żrieragħ u tal-għelejjel (effetti ta’ konglomerat)
|
(131) |
Bayer hija parteċipanta globali ewlenija fil-protezzjoni tal-għelejjel, filwaqt li Monsanto hija parteċipanta globali ewlenija fil-karatteristiċi, iż-żrieragħ u l-agrikoltura diġitali. Il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni dettaljata tal-probabbiltà li t-Tranżazzjoni xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fiż-ŻEE minħabba effetti ta’ konglomerat li jirriżultaw fil-preklużjoni tal-kompetituri, b’mod partikolari minħabba l-iggruppar tal-prodotti għall-protezzjoni tal-għelejjel u ż-żrieragħ tal-Partijiet, possibbilment iffaċilitat bl-agrikoltura diġitali. |
|
(132) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-kapaċità u l-inċentiv tal-entità amalgamata li tinvolvi ruħha fi strateġiji ta’ ggruppar fil-livell tad-distributur u f’dak tal-kultivatur, kif ukoll l-impatt probabbli ta’ strateġiji bħal dawn fuq il-kompetizzjoni. |
|
(133) |
L-investigazzjoni tal-Kummissjoni ma kkonfermatx li l-Partijiet għandhom, b’mod ġenerali, saħħa suffiċjenti fis-suq u, b’mod partikolari, saħħa fuq id-distributuri (li minnhom infushom jidhru li għandhom grad qawwi ta’ saħħa tax-xerrej) jew il-kultivaturi (li jidhru li huma riluttanti li jirċievu rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti għal raggruppamenti minn fornituri tal-input) sabiex jinvolvu ruħhom b’suċċess fl-istrateġiji tal-iggruppar. |
|
(134) |
Barra minn hekk, minħabba li l-karatteristiċi ĠM ma tantx huma kkultivati fl-Ewropa, is-saħħa fis-suq addizzjonali li ġabet magħha t-Tranżazzjoni hija limitata. |
|
(135) |
Fi kwalunkwe każ, abbażi tal-evidenza disponibbli, anki jekk il-Partijiet setgħu jsegwu strateġiji ta’ ggruppar, is-sehem tas-suq prekluż għal parteċipanti ta’ prodotti uniċi jkun żgħir u xorta jibqa’ għadd suffiċjenti ta’ rivali. |
|
(136) |
Barra minn hekk, ir-rivali li fadal x’aktarx ikollhom il-kapaċità u l-inċentiv sabiex jirreaġixxu b’mod effettiv. |
|
(137) |
Barra minn hekk, l-attivitajiet emerġenti tal-Partijiet fl-agrikoltura diġitali fiż-ŻEE jitqiesu wkoll bħala li x’aktarx ibiddlu l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq fir-rigward tal-iggruppar potenzjali fuq perjodu medju minħabba li bħalissa qegħdin jiġu żviluppati u mnedija. Huwa diffiċli li jsiru konklużjonijiet rigward l-impatt tagħhom fuq l-iffaċilitar tal-iggruppar minħabba n-natura emerġenti ta’ dawn il-mudelli tan-negozju. |
|
(138) |
Għalhekk, kollox ma’ kollox, filwaqt li l-entità amalgamata tista’ tipprova tinvolvi ruħha f’xi strateġiji ta’ ggruppar fil-ġejjieni, mhuwiex possibbli għall-Kummissjoni li tikkonkludi li t-Tranżazzjoni se jkollha probabbiltà suffiċjenti li jkollha effetti antikompetittivi sinifikanti minħabba l-iggruppar. |
5.2.7. Tħassib mhux relatat mal-kompetizzjoni
|
(139) |
Matul il-proċedimenti tal-għaqda, għadd ta’ partijiet terzi esprimew lill-Kummissjoni tħassib dwar l-effetti potenzjali tat-Tranżazzjoni li ma kinux relatati mal-protezzjoni ta’ kompetizzjoni effettiva, pereżempju rigward l-ambjent, l-iżvilupp sostenibbli u s-saħħa pubblika, kif ukoll is-settur agrikolu. |
|
(140) |
Filwaqt li l-Kummissjoni kkunsidrat dawn is-sottomissjonijiet serjament, hija vvalutat il-kompatibbiltà tat-Tranżazzjoni mas-suq intern abbażi tat-test stabbilit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, billi ħadet inkonsiderazzjoni, fi ħdan il-valutazzjoni tagħha tal-kompetizzjoni, l-effetti tat-tħassib mhux relatat mal-kompetizzjoni tat-Tranżazzjoni, sal-punt biss permess u meħtieġ skont it-Trattat u r-Regolament dwar l-Għaqdiet, pereżempju, fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-kompetizzjoni tal-innovazzjoni. |
6. RIMEDJI
|
(141) |
Sabiex it-Tranżazzjoni tkun kompatibbli mas-suq intern, fit-2 ta’ Frar 2018, il-Parti Notifikanti ppreżentat l-Ewwel Impenji, li ġew ittestjati fis-suq mill-Kummissjoni. |
|
(142) |
L-ittestjar tas-suq kien fil-biċċa l-kbira pożittiv kemm fuq l-ambitu tar-rimedju kif ukoll fuq il-BASF bħala x-xerrejja tal-pakkett ta’ rimedju tal-BASF, iżda identifika xi nuqqasijiet li l-Parti Notifikanti fittxet li tindirizza billi ssottomettiet l-Impenji Finali fis-16 ta’ Frar 2018. |
|
(143) |
L-Impenji Finali għandhom żewġ komponenti ewlenin: (i) impenn sabiex in-negozji u l-assi relatati maż-żrieragħ u l-karatteristiċi tal-għelejjel fuq skala kbira, il-protezzjoni tal-għelejjel u l-agrikoltura diġitali (4) jiġu ċeduti lil BASF (il-“Pakkett ta’ Ċessjoni ta’ BASF”) u (ii) impenn sabiex jiġi ċedut in-negozju taż-żrieragħ tal-ħxejjex globali ta’ Bayer (in-“Negozju taż-Żrieragħ tal-Ħxejjex Ċedut”). |
6.1. Pakkett ta’ Ċessjoni ta’ BASF
|
(144) |
L-Impenji Finali jidentifikaw lil BASF bħala l-akkwirent tal-pakkett ta’ Ċessjoni ta’ BASF u fihom klawżola ta’ xerrej bil-quddiem, li jfisser li t-Tranżazzjoni tista’ tiġi implimentata biss wara li l-Kummissjoni tkun approvat (1) lil BASF bħala l-akkwirent tal-Pakkett ta’ Ċessjoni ta’ BASF u (2) il-ftehimiet ta’ bejgħ u xiri finali. |
|
(145) |
Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni ma tagħmilx valutazzjoni finali ta’ jekk BASF hijiex akkwirent xieraq u lanqas jekk il-ftehimiet bejn il-Parti Notifikanti u BASF humiex konsistenti mad-Deċiżjoni u mal-Impenji Finali. Dan minħabba li l-ftehimiet finali bejn Bayer u BASF għadhom ma ġewx konklużi u minħabba li hemm għadd ta’ kwistjonijiet dwar l-idoneità ta’ BASF bħala akkwirent li jeħtieġu aktar investigazzjoni. Il-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni bħal din separatament u wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni. Madankollu, il-Kummissjoni ħadet inkonsiderazzjoni l-assi/l-kapaċitajiet ta’ BASF, bħala l-Akkwirent propost, fil-valutazzjoni tal-Impenji Finali. |
6.1.1. In-Negozji fuq Skala Kbira Ċeduti
|
(146) |
L-Impenji Finali dwar in-Negozji fuq Skala Kbira Ċeduti jinvolvu ċ-ċessjoni minn Bayer tan-negozju globali kollu tagħha taż-żrieragħ u l-karatteristiċi tal-għelejjel fuq skala kbira (inklużi l-attivitajiet ta’ riċerka), soġġetti għal ċerti konċessjonijiet limitati. |
|
(147) |
In-Negozji fuq Skala Kbira Ċeduti jinkludu wkoll persunal ewlieni u għadd ta’ ftehimiet ta’ servizzi tranżitorji li għandhom jiġu pprovduti minn Bayer lil BASF. |
|
(148) |
Il-Kummissjoni tqis li l-Impenji Finali, billi jirrikjedu li Bayer tiżvesti n-Negozji fuq Skala Kbira Ċeduti, se jneħħu t-trikkib orizzontali fis-swieq kollha taż-żrieragħ tal-għelejjel fuq skala kbira u tal-karatteristiċi tal-għelejjel fuq skala kbira fejn il-Kummissjoni identifikat tħassib dwar il-kompetizzjoni. Iċ-ċessjoni tan-Negozji fuq Skala Kbira Ċeduti se tiżgura wkoll li l-pożizzjoni dominanti ta’ Monsanto fis-swieq b’karatteristiċi ta’ għelejjel fuq skala kbira ma tkomplix tissaħħaħ aktar. Fl-aħħar nett, iċ-ċessjoni tal-attivitajiet ta’ riċerka dwar il-karatteristiċi ta’ Bayer se jindirizza wkoll it-tħassib identifikat mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kompetizzjoni tal-innovazzjoni. |
6.1.2. In-Negozju Ċedut tal-GA u l-Assi tal-Glifosat
|
(149) |
In-Negozju Ċedut tal-GA huwa n-negozju globali sħiħ ta’ Bayer tal-glufosinat, mingħajr konċessjonijiet. Huwa jinkludi l-assi tanġibbli u intanġibbli kollha u l-persunal, inklużi 15-il membru tal-persunal prinċipali. Qegħdin jiddaħħlu fis-seħħ għadd ta’ ftehimiet ta’ provvista tranżitorji u fuq perjodu ta’ żmien itwal sabiex jiżguraw il-vijabbiltà u l-kompetittività tagħha mill-ewwel jum u għal żmien twil. |
|
(150) |
L-Assi tal-Glifosat jinkludu l-erbiċidi mhux selettivi kollha tal-glifosat (agrikoli u mhux agrikoli) attwali u futuri ta’ Bayer fiż-ŻEE biss (Bayer iżżomm dawn il-prodotti barra miż-ŻEE). Dawn jinkludu l-persunal rilevanti kollu, inklużi sitt membri tal-persunal prinċipali. Dawn ma jinkludux l-assi ta’ produzzjoni, iżda hemm fis-seħħ għadd ta’ ftehimiet ta’ provvista tranżitorji u fuq perjodu ta’ żmien twil sabiex jiżguraw il-vijabbiltà u l-kompetittività tagħhom mill-ewwel jum u għal żmien twil. |
|
(151) |
In-Negozju Ċedut tal-GA u l-Assi tal-Glifosat ineħħu t-trikkib kollu bejn il-prodotti eżistenti ta’ glifosat u glufosinat tal-Partijiet f’erbiċidi mhux selettivi (agrikoli u mhux agrikoli) fiż-ŻEE u jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni dwar l-erbiċidi mhux selettivi agrikoli u mhux agrikoli fiż-ŻEE. |
6.1.3. L-Assi tat-Trattament taż-Żrieragħ (5)
|
(152) |
L-Assi tat-Trattament taż-Żrieragħ jinkludu, b’mod partikolari, l-assi meħtieġa sabiex jippermettu ċ-ċessjoni globali tan-negozji tat-trattament taż-żrieragħ Poncho, VOTiVO, Poncho/VOTiVO, VOTiVO/RedigoM, VOTiVO 2.0, Poncho/VOTiVO 2.0, COPeO u ILeVO ta’ Bayer u l-prodott li għadu qed jiġi żviluppat għal BASF. L-Assi tat-Trattament taż-Żrieragħ jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, id-data u l-għarfien kollha, ir-reġistrazzjonijiet tal-prodotti kollha u s-sottomissjonijiet regolatorji pendenti, l-assi tal-bejgħ u tal-kummerċjalizzazzjoni u kuntratti speċifiċi għall-Assi tat-Trattament taż-Żrieragħ. Bayer timpenja ruħha wkoll li tforni dawn il-prodotti lil BASF bi spiża varjabbli għal perjodu ta’ żmien limitat (sakemm BASF tkun tista’ tistabbilixxi sors alternattiv ta’ produzzjoni). |
|
(153) |
L-Impenji Finali fuq l-Assi tat-Trattament taż-Żrieragħ se jeliminaw it-trikkib orizzontali bejn l-attivitajiet rispettivi tal-Partijiet fir-rigward tat-trattament taż-żrieragħ nematiċidali u, b’hekk, se jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni. |
6.1.4. It-Trasferimenti tad-Data u l-Liċenzji [linji ta’ riċerka 1, 2 u 3 tal-NSH]
|
(154) |
L-għan tat-Trasferimenti tad-Data u l-Liċenzji [linji ta’ riċerka 1, 2 u 3 tal-NSH] huwa li jirreplikaw il-pożizzjoni kompetittiva miżmuma minn Bayer fin-nuqqas tat-Tranżazzjoni fl-innovazzjoni għal erbiċidi mhux selettivi u s-Sistema HT (flimkien maċ-ċessjoni tal-organizzazzjoni ta’ riċerka dwar il-karatteristiċi ta’ Bayer bħala parti min-Negozji fuq Skala Kbira Ċeduti). |
|
(155) |
It-Trasferimenti tad-Data u l-Liċenzji [linji ta’ riċerka 1, 2 u 3 tal-NSH] jinkludu data u għarfien dwar il-qasam, kif ukoll liċenzja esklussiva għal applikazzjonijiet f’erbiċidi mhux selettivi. Huma jinkludu xjenzat wieħed jew tnejn bħala Persunal Ewlieni għal kull linja ta’ riċerka, kif ukoll l-għażla għal BASF li toffri impjieg lil tliet impjegati addizzjonali ta’ Bayer - li għandhom jitqiesu bħala Persunal Ewlieni - li jaħdmu fuq kwalunkwe waħda mit-tliet linji ta’ riċerka. |
|
(156) |
It-Trasferimenti tad-Data u l-Liċenzji [linji ta’ riċerka 1, 2 u 3 tal-NSH] jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni dwar l-innovazzjoni għal erbiċidi mhux selettivi u s-Sistema HT (flimkien maċ-ċessjoni tal-organizzazzjoni ta’ riċerka dwar il-karatteristiċi ta’ Bayer bħala parti min-Negozji fuq Skala Kbira Ċeduti u l-ftehimiet ta’ provvista għal isoxaflutole). |
6.1.5. Assi tal-Agrikoltura Diġitali (6)
|
(157) |
L-għan taċ-ċessjoni tal-Assi tal-Agrikoltura Diġitali ta’ Bayer huwa li jippermetti lil BASF tirreplika l-pożizzjoni kompetittiva miżmuma minn Bayer fin-nuqqas tat-Tranżazzjoni. |
|
(158) |
L-Impenn Finali jinkludi ċ-ċessjoni kollha kemm hi lil BASF tan-negozju tal-agrikoltura diġitali ta’ Bayer fuq livell dinji, b’liċenzja limitata li terġa’ lura għand Bayer barra mill-Amerika ta’ Fuq. |
6.2. Pakkett dwar iż-Żrieragħ tal-Ħxejjex
|
(159) |
In-Negozju taż-Żrieragħ tal-Ħxejjex Ċedut jikkonsisti fin-negozju globali taż-żrieragħ tal-ħxejjex ta’ Bayer, inklużi entitajiet legali, siti, assi, marki, impjegati/persunal ewlieni, listi ta’ klijenti, eċċ. b’konċessjonijiet limitati. |
|
(160) |
Wieħed mill-kriterji għall-Akkwirent huwa li l-Akkwirent irid ikun parteċipant ġdid, jiġifieri, ma jikkontrollax diġà (direttament jew indirettament) xi negozju taż-żrieragħ tal-ħxejjex. Dan il-kriterju se jiżgura l-istess numru ta’ parteċipanti bħal qabel it-Tranżazzjoni fis-swieq taż-żrieragħ tal-ħxejjex. |
|
(161) |
Għalhekk, iċ-ċessjoni tan-Negozju taż-Żrieragħ tal-Ħxejjex Ċedut ineħħi t-trikkib orizzontali bejn l-attivitajiet ta’ Bayer u Monsanto b’rabta maż-żrieragħ tal-ħxejjex. Il-Kummissjoni tqis ukoll in-Negozju taż-Żrieragħ tal-Ħxejjex Ċedut bħala negozju vijabbli u kompetittiv. Kien hemm interess espress minn akkwirenti potenzjali. |
7. KONKLUŻJONI
|
(162) |
Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta mhijiex se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. |
|
(163) |
Konsegwentement, il-konċentrazzjoni nnotifikata għandha tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE, f’konformità mal-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u mal-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE. |
(2) ĠU C 286, 30.8.2017, p. 1.
(3) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11.4.2018 li temenda l-impenji fil-Każ M.8084 – Bayer/Monsanto, C(2018) 2208 finali.
(4) Fil-11 ta’ April 2018, il-Kummissjoni approvat it-talba ta’ Bayer sabiex timmodifika l-impenji fir-rigward tal-protezzjoni tal-għelejjel (trattament taż-żrieragħ) u l-agrikoltura diġitali (ara l-paragrafu 7).
(5) Id-deskrizzjoni tal-Assi tat-Trattament taż-Żrieragħ tirrifletti l-Impenji Finali mmodifikati kif approvati mill-Kummissjoni fil-11 ta’ April 2018 (ara l-paragrafu 7).
(6) Id-deskrizzjoni tal-Assi tal-Agrikoltura Diġitali tirrifletti l-Impenji Finali mmodifikati kif approvati mill-Kummissjoni fil-11 ta’ April 2018 (ara l-paragrafu 7).
|
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 459/24 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Diċembru 2018
dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri għal speċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-isem “Gönci kajszibarack” (IĠP)
(2018/C 459/11)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 50(2)(a) flimkien mal-Artikolu 53(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Ungerija bagħtet applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott bl-isem “Gönci kajszibarack” (IĠP) skont l-Artikolu 49(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Il-bidliet jinkludu bidla tal-isem, minn “Gönci kajszibarack” għal “Gönci kajszibarack / Gönci kajszi”. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni vvalutat l-applikazzjoni u kkonkludiet li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Biex jingħata lok għat-tressiq ta’ dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (2), inkluż id-dokument uniku emendat u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott rilevanti, għall-isem reġistrat “Gönci kajszibarack” (IĠP), jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2014, inkluż id-dokument uniku emendat u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott rilevanti, għall-isem reġistrat “Gönci kajszibarack” (IĠP), tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
ANNESS
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TA' ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“GÖNCI KAJSZIBARACK”
Nru tal-UE: PGI-HU-0388-AM01 — 11.4.2017
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
|
Gyümölcsért Termelői Értékesítő Kft. |
||||||
|
Külterület 068/8 HRSZ. |
||||||
|
3885 Boldogkőváralja |
||||||
|
MAGYARORSZÁG/HUNGARY |
||||||
|
Il-kooperattiva ta’ Abaúj-Gönc, li kitbet l-Ispeċifikazzjoni, ġiet illikwidata fl-20 ta’ Marzu 2013. Għal din ir-raġuni, l-organizzazzjoni Gyümölcsért Termelői Értékesítő, li tħaddan fiha l-produtturi ewlenin tal-berquq tar-reġjun, assumiet il-kompiti amministrattivi u l-prattiki relatati mal-prodott protett. Il-Gyümölcsért Termelői Értékesítő Kft., li tiġbor fiha aktar minn 70 produttur tal-berquq, tbigħ bejn 1 500 u 2 000 tunnellata ta’ berquq mir-reġjun ta’ produzzjoni.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Ungerija
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
— |
☒ |
Isem il-prodott |
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☐ |
Żona ġeografika |
|
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
— |
☐ |
Rabta |
|
— |
☒ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Oħrajn: Sistema ta’ kontroll, struttura ta’ kontroll |
4. Tip ta’ emenda/i
|
— |
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma tistax titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
|
— |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni ta’ DOP jew IĠP irreġistrata, li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew ekwivalenti), li ma tistax titqies bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
5. Emenda/i
L-ewwel punt tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ
Id-denominazzjoni tal-prodott “Gönci kajszibarack” ġiet issupplimentata bl-isem iqsar ta’ “Gönci kajszi”, li l-użu tiegħu huwa mifrux sew fil-lingwa ta’ kuljum. Għaldaqstant, ir-referenzi kollha għal “Gönci kajszibarack” fl-Ispeċifikazzjoni huma ssupplimentati bil-kliem “Gönci kajszi”.
“Gönci kajszi” hija wkoll id-denominazzjoni rikonoxxuta u mfittxija fil-kummerċ biex tindika l-berquq li ġej mir-reġjun ta’ Gönc.
Skont l-emenda proposta, l-isem li jidher fil-punt 4.1 tas-sommarju (ĠU C 247, 14.9.2010) u r-referenzi kollha għal “Gönci kajszibarack” fid-Dokument Uniku li jissostitwixxi s-sommarju huma ssupplimentati bil-kliem “Gönci kajszi”.
Il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Deskrizzjoni tal-prodott) u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku
It-tieni paragrafu li ġej:
“L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Gönci kajszibarack” tista’ tintuża għall-varjetajiet tal-ispeċijiet tal-Prunus armeniaca L. li ġejjin: Gönci magyar kajszi, Magyar kajszi C 235, Mandulakajszi, Bergeron, Ceglédi Piroska, Ceglédi bíborkajszi, Ceglédi arany, Ceglédi óriás u Pannónia.”
huwa emendat kif ġej:
“L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi” tista’ tintuża għall-varjetajiet tal-ispeċijiet tal-Prunus armeniaca L. li ġejjin: Gönci magyar kajszi, Magyar kajszi C 235, Mandulakajszi, Bergeron, Ceglédi Piroska, Ceglédi bíborkajszi, Ceglédi arany, Ceglédi óriás u Pannónia. Barra minn hekk, il-varjetajiet kollha ta’ berquq imkabbrin fiż-żona ta’ produzzjoni, li l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tagħhom jikkonformaw mal-karatteristiċi li jiddeterminaw il-kwalità tal-varjetajiet ta’ berquq elenkati hawn fuq.”
Matul dawn l-aħħar għaxar snin, ġew inkorporati varjetajiet reżistenti għall-mard fl-għelejjel permezz tat-tnissil selettiv. Fost dawn il-varjetajiet, kien iġġustifikat li jiġu inklużi dawk li għandhom il-karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u organolettiċi deskritti fl-Ispeċifikazzjoni. Ir-riżultati tal-analiżijiet tal-laboratorju tal-varjetajiet il-ġodda juru wkoll li l-mikroklima speċifika taż-żona ta’ produzzjoni tipprovdi t-togħma u l-aroma li għandu l-“Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi”. Il-maġġoranza tal-varjetajiet imkabbra hawnhekk hija ta’ kwalità superjuri minn dik tal-istess varjetajiet prodotti f’ħamrija kultivabbli oħra fl-Ungerija, f’termini ta’ kontenut ta’ zokkor u aċidità.
Il-punt 2.1 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi ewlenin) u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku
It-tieni paragrafu li ġej:
“Id-daqs jiġi ddeterminat bl-użu ta’ strument tal-kejl użat fin-negozju. Il-piż medju tal-frotta espress fi grammi jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għad-dijametru tagħha espress f’millimetri.”
huwa emendat kif ġej:
“Id-daqs jiġi stabbilit billi jitkejjel l-akbar dijametru perpendikolari għall-assi lonġitudinali.”
It-tieni sentenza ta’ dan il-paragrafu tħassret. Ir-raġuni għalfejn din l-emenda ġiet proposta hija li d-differenzi fid-daqs u l-piż jistgħu jkunu kbar bejn il-varjetajiet fl-istess medda ta’ daqsijiet.
Is-sentenza mibdula u s-sentenza ta’ warajha (paragrafu 4) tal-Ispeċifikazzjoni: “Il-kontenut taz-zokkor huwa stabbilit flimkien ma’ indikazzjoni tal-perċentwal ta’ maturità u s-sustanzi aromatiċi jiġu stabbiliti waqt l-eżami organolettiku, waqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet tal-aċidità għal kull varjetà (0,9–2,2 % vol.).” ġew miżjuda fil-punt 4.2 tas-sommarju, kif ukoll fil-punt 3.2 tad-Dokument Uniku li ssostitwieh, u li għalhekk issa jaqra kif ġej:
“Id-daqs jiġi stabbilit billi jitkejjel l-akbar dijametru perpendikolari għall-assi lonġitudinali.
Il-kontenut taz-zokkor huwa stabbilit flimkien ma’ indikazzjoni tal-perċentwal ta’ maturità, u s-sustanzi aromatiċi jiġu stabbiliti waqt l-eżami organolettiku, waqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet tal-aċidità għal kull varjetà (0,9–2,2 % vol.).”
Il-punt 2.2 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Rekwiżiti ewlenin għall-prodott) u l-punt 3.5 tad-Dokument Uniku
It-tieni paragrafu li ġej:
“Il-kategoriji tal-kwalità jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 851/2000 u l-emendi tiegħu, iżda r-rekwiżiti aktar stretti li ġejjin huma approvati”:
huwa emendat kif ġej:
“Il-kategoriji tal-kwalità huma dawn li ġejjin:”
L-għan ta’ din l-emenda huwa li jitneħħa r-regolament imħassar mill-Ispeċifikazzjoni.
Peress li l-punt 2.2 tal-Ispeċifikazzjoni fih prinċipalment rekwiżiti dwar l-ippakkjar, dan il-punt ġie introdott fil-punt 3.5 tad-Dokument Uniku, skont ix-xewqa tal-applikant (paragrafi 2 sa 5). Dawn ir-rekwiżiti ma ġewx enfasizzati fis-sommarju, iżda kienu diġà inklużi fl-Ispeċifikazzjoni.
Il-punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Provi li l-prodott joriġina miż-żona ġeografika)
Il-paragrafi li ġejjin:
“Is-sistema ta’ kontroll tal-kwalità tal-proċess sħiħ tal-kultivazzjoni u tat-trattament tiżgura l-identifikazzjoni u traċċabbiltà, kif ukoll il-verifika finali u s-sikurezza tal-prodott b’dan il-mod: il-produtturi jaqtgħu l-frott bl-idejn u jpoġġuh f'kannestri tal-plastik jew tal-injam li fuqhom tiġi identifikata b’mod speċifiku l-oriġini tal-frott (bl-isem) fuq it-tikketta, flimkien man-numru tal-identifikazzjoni fil-qiegħ tal-kannestru.
Il-produtturi huma obbligati li jżommu Reġistru tal-Oriġini tal-Produzzjoni sabiex jiddokumentaw il-produzzjoni skont ir-regolamenti relevanti. Fih iridu jniżżlu:
|
— |
l-isem u l-identifikazzjoni tal-produttur; |
|
— |
il-post tal-produzzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-art, il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-varjetà/tal-għalqa, l-għadd tas-siġar li jkunu diġà jagħmlu l-frott u ta’ dawk li jkun għadhom ma jagħmlux; |
|
— |
isem u l-oriġini tal-varjetà (appoġġat biċ-ċertifikat tal-oriġini tas-siġar żgħażagħ); |
|
— |
in-numru tal-identifikazzjoni tar-Reġistru tal-Bexx; |
|
— |
in-numru tal-identifikazzjoni tar-Reġistru tal-Ħsad, id-data tal-qtugħ, il-kwantitajiet tal-frott fis-sena partikolari flimkien mal-varjetà/mal-għalqa. |
Ir-Reġistru tal-Bexx huwa rekord miżmum kif previst bil-liġi li fih jiddaħħal dan li ġej:
|
— |
kimiki użati matul il-kultivazzjoni; |
|
— |
il-kwantitajiet ta’ kimiki użati/applikati (imqassmin skont id-dati tal-applikazzjoni); |
|
— |
l-isem u d-dati tal-proċeduri applikati għas-saħħa tas-siġra, eċċ. |
Ir-Reġistru tal-Ħsad huwa rekord li jinżamm matul il-qtugħ li jispeċifika l-għadd tas- siġar li jipproduċu skont il-varjetà/l-għalqa, il-ġurnata tal-qtugħ u l-kwantitajiet li jinqatgħu kuljum.”
huma emendati kif ġej:
“Sabiex jiġi identifikat il-post ta’ produzzjoni, l-organizzazzjoni tal-produtturi (Gyümölcsért Termelői Értékesítő Szervezet) tagħmel lista ta’ produtturi u fornituri ta’ “Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi”, li fiha tidentifika l-postijiet ta’ produzzjoni tal-produtturi/tal-membri. Il-produtturi jew il-korp li jbiegħu l-prodott irid ikollhom sistema ta’ rintraċċar li takkumpanja ċ-ċiklu tal-prodott mill-produzzjoni sal-bejgħ tiegħu.
L-identifikazzjoni tal-merkanzija sseħħ mal-wasla tal-merkanzija waqt l-identifikazzjoni tal-produttur, li matulha dan jipprovdi r-Reġistru tal-Bexx tal-prodott ikkonċernat. L-immarkar u t-traċċabilità tal-prodott huma garantiti min-numru tal-lott li jidher fuq il-barcode; dan huwa numru li jakkumpanjah tul il-proċess ta’ produzzjoni, mill-kultivazzjoni, il-wasla, il-ħażna, il-kejl, l-ippakkjar u t-trasport, sal-bejgħ. In-numru tal-lott għandu jiġi rreġistrat fir-Reġistru tal-Produzzjoni għal kull fażi tal-produzzjoni. In-numru tal-lott tal-prodott lest biex jiġi ttrasportat għandu dejjem ikun indikat fuq in-nota tal-konsenja.”
Il-prova tal-oriġini hija emendata fl-Ispeċifikazzjoni, peress li llum din hija garantita permezz ta’ sistemi moderni ta’ traċċabilità diġitali. Is-sistema użata tiżgura t-traċċabilità mill-bidu sal-aħħar, mill-post ta’ produzzjoni s’għand il-konsumatur.
Il-punt 5.1 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Metodi u kundizzjonijiet ta’ kultivazzjoni (u ta’ preservazzjoni)) Intestatura dwar żrieragħ u pjanti
It-tieni sentenza, kif ġej:
“Huwa rakkomandat ukoll li, sabiex tiġi evitata l-puplesija, il-varjetajiet tal-ogħla kwalità jitlaqqmu fuq riżomi reżistenti għal din il-marda (pereżempju nibbieta ta’ berquq salvaġġ, nibbieta tal-għanbaqra tat-tip myrobolan, riżomi tal-għanbaqar, eċċ.).”
hija emendata kif ġej:
“Huwa rakkomandat ukoll li, sabiex tiġi evitata l-puplesija, il-varjetajiet tal-ogħla kwalità inqas sensittivi għal din il-marda jitlaqqmu fuq riżomi (pereżempju riżomi ta’ berquq salvaġġ, tal-ħawħ jew tal-għanbaqar, eċċ.).
Biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-pjanti mħawla, huwa rrakkomandat li r-riżomi tal-berquq jiġu adattati għat-tekniki attwali ta’ riproduzzjoni.”
Il-punt 5.1 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Metodi u kundizzjonijiet ta’ kultivazzjoni (u ta’ preservazzjoni)) Intestatura dwar id-daqs
L-ewwel sentenza, kif ġej:
“L-aħjar erja ta’ kultivazzjoni għas-siġar tal-berquq hija ta’ 7 × 4 metri; il-kuruna tagħhom tista’ tkun f’forma ta’ kolonna bi friegħi folti, ittondjata jew f’forma mifruxa bħal kannizzata.”
hija emendata kif ġej:
“L-aħjar erja ta’ kultivazzjoni għas-siġar tal-berquq hija ta’ 7 × 3,5 metri; il-kuruna tagħhom tista’ tkun f’forma ta’ kolonna bi friegħi folti, ittondjata jew f’forma mifruxa bħal kannizzata.”
Biex tiżdied l-effiċjenza, fiż-żona ta’ produzzjoni nfirxet id-distanza tat-tħawwil ibbażata fuq it-tekniki ta’ kultivazzjoni aktar intensivi: 7 m × 4,6 m, 7 m × 4,5 m jew 7 m × 3,5 m. Id-distanza tat-tħawwil ma taffettwax il-kwalità tal-prodott.
Il-punt 5.1 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Metodi u kundizzjonijiet ta’ kultivazzjoni (u ta’ preservazzjoni)) Provvediment ta’ nutrijenti u fertilizzant
It-tieni paragrafu, kif ġej:
“Huwa rrakkomandat li l-kundizzjonijiet tal-ġestjoni tan-nutrijenti tiġi stabbilita mat-tħawwil jew qabel ma tibda l-produzzjoni. Matul is-snin ta’ tħawwil, il-pjanti jkunu jeħtieġu ħafna nutrijenti, u dan jirrikjedi li l-ħamrija tinżamm f’kundizzjoni li tibqa’ tipprovdi n-nutrijenti permezz ta’ tqallib regolari; l-użu kombinat ta’ fertilizzanti kimiċi u organiċi jipprovdi l-aqwa rendiment tar-raba’.”
hija emendata kif ġej (żdiedet sentenza):
“Huwa rrakkomandat li l-kundizzjonijiet tal-ġestjoni tan-nutrijenti tiġi stabbilita mat-tħawwil jew qabel ma tibda l-produzzjoni. Matul is-snin ta’ tħawwil, il-pjanti jkunu jeħtieġu ħafna nutrijenti, u dan jirrikjedi li l-ħamrija tinżamm f’kundizzjoni li tibqa’ tipprovdi n-nutrijenti permezz ta’ tqallib regolari; l-użu kombinat ta’ fertilizzanti kimiċi u organiċi jipprovdi l-aqwa rendiment tar-raba’. L-ammont ta’ fertilizzant jista’ jiġi stabbilit b’mod li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent skont ir-riżultati tal-istudju tal-ħamrija u/jew mill-analiżi tal-weraq.”
Il-punt 5.1 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Metodi u kundizzjonijiet ta’ kultivazzjoni (u ta’ preservazzjoni)) Intestatura dwar ir-rekwiżiti ta’ ilma, tisqija
L-ewwel sentenza, kif ġej:
“Il-maġġoranza tas-siġar tal-berquq jieħdu l-ilma li jkunu jeħtieġu mix-xita.”
hija emendata kif ġej:
“Ammont dejjem jikber ta’ siġar tal-berquq jieħu l-ilma li jkunu jeħtieġu mix-xita kif ukoll mis-sistema ta’ tisqija stabbilita.”
Ġew modifikati l-prattiki tajbin ta’ fertilizzazzjoni u ta’ tisqija biex l-ambjent jiġi ppreservat u jibqa’ sostenibbli.
Il-punt 5.2 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Ħsad)
L-ewwel sentenza, kif ġej:
“Il-ħsad tal-frott jibda f'nofs Ġunju u jispiċċa lejn l-aħħar ta’ Awwissu.”
hija emendata kif ġej:
“Il-ħsad jibda f’nofs Ġunju u jispiċċa lejn l-aħħar ta’ Awwissu (jista’ jibqa’ sejjer sa Settembru f’każ ta’ temp estrem).”
Din l-emenda tkopri l-adattament għall-prattiki attwali.
L-aħħar inċiż tal-intestatura “Rekwiżiti għal waqt il-ħsad”:
|
“— |
għandhom jintużaw ukoll slielem għall-ġbir tal-frott, u jrid jiġi żgurat li l-frott maħsud ma jitgħaffiġx ma’ xulxin (ir-Regolament (KE) Nru 851/2000 tal-Kummissjoni u l-verżjonijiet emendati tiegħu jispeċifikaw l-istandards ta’ kwalità għall-berquq)” |
huwa emendat kif ġej:
|
“— |
għandhom jintużaw ukoll slielem għall-ġbir tal-frott, u jrid jiġi żgurat li l-frott maħsud ma jitgħaffiġx ma’ xulxin”. |
L-għan ta’ din l-emenda huwa li r-Regolament imħassar jitneħħa mill-Ispeċifikazzjoni.
It-tieni sentenza tal-paragrafu ta’ wara l-intestatura “Rekwiżiti għal waqt il-ħsad”:
“Iż-żona ġeografika u l-pjantaġġun li minnhom ikun ġej il-frott li jitqiegħed fl-imħażen imkessħa jistgħu jiġu individwati b’mod preċiż mit-tikketta li tkun fuq il-kannestru u n-numru ta’ identifikazzjoni li jkun fil-qiegħ.”
hija emendata kif ġej:
“Iż-żona ġeografika u l-pjantaġġun li minnhom ikun ġej il-frott li jitqiegħed fl-imħażen imkessħa jistgħu jiġu individwati b’mod preċiż mid-data tas-sistema ta’ monitoraġġ interna.”
L-għan ta’ din l-emenda huwa l-allinjament mal-emendi għall-punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni (Provi li l-prodott joriġina miż-żona ġeografika).
Il-punt 5.3 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Ħażna) u l-punt 3.5 tad-Dokument Uniku
L-ewwel sentenza, kif ġej:
“Meta l-imħażen jimtlew bil-kannestri kkonsenjati, il-frott jitkessaħ f’temperatura ta’ madwar 4 °C (temperatura ta’ ħżin) fi żmien ftit sigħat.”
hija emendata kif ġej:
“Meta l-imħażen jimtlew bil-kannestri kkonsenjati, il-frott jitkessaħ f’temperatura ta’ madwar 6 sa 8 °C (temperatura ta’ ħżin) fi żmien ftit sigħat.”
It-tielet sentenza, kif ġej:
“Wara l-għażla u l-ippakkjar finali, il-kannestri tal-frott jinħażnu f’imħażen imkessħa f'temperatura ta’ bejn 4 u 6 °C għal massimu ta’ 30 jum, skont l-ammont ta’ frott li jkun ġie kkonsenjat –.”
hija emendata kif ġej:
“Wara l-għażla u l-ippakkjar finali, il-kannestri tal-frott jinħażnu f'imħażen imkessħa f'temperatura ta’ bejn 1 u 6 °C għal massimu ta’ 30 jum, skont l-ammont ta’ frott li jkun ġie kkonsenjat –.”
It-temperatura ta’ tkessiħ ġiet emendata skont ir-rekwiżiti teknoloġiċi attwali.
Skont ix-xewqa tal-applikant, din is-sentenza ddaħħlet fil-punt 3.5 tad-Dokument Uniku, fejn saret il-paragrafu 6; ma ġietx enfasizzata separatament fis-sommarju, iżda kienet diġà inkluża fl-Ispeċifikazzjoni.
Il-punt 5.4 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Kejl u ppakkjar) u l-punt 3.5 tad-Dokument Uniku
L-ewwel paragrafu li ġej:
“Il-kejl isir manwalment permezz ta’ strument tal-kejl manwali. Id-daqs tal-berquq jiġi stabbilit skont l-akbar dijametru mkejjel matul l-assi lonġitudinali kif speċifikat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 851/2000 kif emendat; il-kejl huwa obbligatorju.”
huwa emendat kif ġej:
“Il-kejl isir permezz ta’ pjanċa tal-kejl manwali jew kalibratur mekkaniku. Id-daqs tal-berquq jiġi stabbilit billi jitkejjel l-akbar dijametru perpendikolari għall-assi lonġitudinali. Il-kejl huwa obbligatorju.”
L-għan ta’ din l-emenda huwa l-adattament għall-prattiki attwali u t-tneħħija mill-Ispeċifikazzjoni tar-referenzi għar-Regolament imħassar. Dan il-paragrafu tneħħa mis-sommarju u lanqas ma jidher fid-Dokument Uniku li jissostitwixxi s-sommarju.
It-tieni paragrafu, kif ġej, tneħħa:
“L-ippakkjar u l-preżentazzjoni tal-“Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi” huma wkoll konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 851/2000 u l-emendi tiegħu, u l-kliem li għandu jiżdied fuqu jidher fil-punt 8 tal-Ispeċifikazzjoni.”
L-għan ta’ din l-emenda huwa li jitneħħa mill-Ispeċifikazzjoni r-Regolament imħassar.
It-tieni sentenza tat-tielet paragrafu, kif ġej:
“Il-ħtiġijiet tax-xerrej jiddefinixxu l-preżentazzjoni tal-prodott: mit-trej tal-plastik ta’ kilo sal-kannestru ta’ 10 kg. Id-daqs tal-kontenitur tal-prodott bl-ingrossa huwa l-kaxxa ta’ 10 kg imsejħa M10 aċċettat internazzjonalment.”
hija emendata kif ġej:
“Il-ħtiġijiet tax-xerrej jiddefinixxu l-preżentazzjoni tal-prodott: il-piż tal-unità tal-kontenitur ivarja bejn 0,3 kg u 10 kg.”
Ir-raġuni għall-emendi fil-punt dwar il-Kejl u l-ippakkjar hija biex jiġu ssodisfati d-drawwiet tas-suq u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi.
Skont ix-xewqa tal-applikant, it-tielet paragrafu (li jibda b’“Il-frott tal-kategorija ‘Extra’”) ta’ dan il-punt tal-Ispeċifikazzjoni ġie inkorporat fil-punt 3.5 tad-Dokument Uniku (li sar il-paragrafu 7), u r-raba’ paragrafu (li jibda b’“Il-‘Gönci kajszibarack’/‘Gönci kajszi’ hija frotta suxxettibbli għall-ħsara mekkanika”) ta’ dan il-punt tal-Ispeċifikazzjoni ġie wkoll imdaħħal fil-punt 3.5 tad-Dokument Uniku (l-ewwel paragrafu). Dawn ir-rekwiżiti ma ġewx enfasizzati separatament fis-sommarju, iżda kienu diġà inklużi fl-Ispeċifikazzjoni.
Il-punt 5.5 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Trasport)
It-tieni sentenza tat-tieni paragrafu, kif ġej:
“Id-definizzjoni tal-livelli ta’ maturità hija primarjament ibbażata fuq il-lewn iżda analiżijiet sensorjali, pereżempju tat-togħma u tal-ebusija tal-berquqa, jistgħu jkunu utli wkoll.”
hija emendata kif ġej:
“Id-definizzjoni tal-livelli ta’ maturità hija primarjament ibbażata fuq il-lewn iżda analiżijiet sensorjali u testijiet tal-laboratorju, pereżempju tat-togħma u tal-ebusija tal-berquqa, tal-kontenut ta’ materjal xott u ta’ aċidità, jistgħu jkunu utli wkoll.”
Din l-emenda tkopri l-adattament għall-prattiki attwali.
L-aħħar sentenza tal-paragrafu:
“Huwa permess u obbligatorju li fuq il-pelits li jkunu se jiġu ttrasportati jitqiegħed biss frott tal-istess varjetà, kwalità u daqs ta’ kontenitur, bil-marki tal-protezzjoni tal-oriġini.”
hija emendata kif ġej:
“Huwa permess u obbligatorju li fuq il-pelits li jkunu se jiġu ttrasportati jitqiegħdu biss varjetajiet bl-istess dehra esterna, kwalità u daqs ta’ kontenitur, biex tiġi garantita t-traċċabbiltà.”
L-emenda għandha l-għan li tiċċara l-kliem u tneħħi l-espressjoni mhux eżatta “marki tal-protezzjoni tal-oriġini”.
Il-punt 6 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Rabta tal-prodott maż-żona ġeografika)
It-tieni paragrafu, kif ġej:
“Il-grupp tal-varjetajiet (it-tip tal-varjetà) tal-berquq Ungeriż ‘magyar kajszi’) li x'aktarx bdew jevolvu madwar 300-350 sena ilu, kienu u għadhom jiġu prodotti kważi f'dan ir-reġjun biss. Il-varjetà l-aktar magħrufa tiegħu, il-“Gönci magyar kajszi”, rikonoxxuta bħala varjetà fiha nfisha mill-1960, saret il-varjetà dominanti taż-żona ta’ produzzjoni fis-seklu 20. Fl-aħħar deċennji, il-firxa tal-varjetà karatteristika tar-reġjun kienet issupplimentata l-ewwel nett b’varjetajiet ta’ berquq Ungeriżi aktar reċenti, li parti minnhom ġejjin mill-aqwa varjetajiet lokali Ungeriżi, u parti oħra minn varjetajiet Ungeriżi ġodda ibridi, b’25 varjant.”
huwa emendat kif ġej:
“Il-grupp tal-varjetajiet (it-tip tal-varjetà) tal-berquq Ungeriż (‘magyar kajszi’) li x'aktarx bdew jevolvu madwar 300-350 sena ilu, kienu u għadhom jiġu prodotti b’mod abbondanti f'dan ir-reġjun. Il-varjetà l-aktar magħrufa tiegħu, il-“Gönci magyar kajszi”, rikonoxxuta bħala varjetà fiha nfisha mill-1960, saret il-varjetà dominanti taż-żona ta’ produzzjoni fis-seklu 20. Fl-aħħar deċennji, il-firxa tal-varjetà karatteristika tar-reġjun ġiet supplimentata l-ewwel nett b’varjetajiet ta’ berquq Ungeriżi aktar reċenti u adattati għall-ambjent, li parti minnhom ġejjin mill-aqwa varjetajiet lokali Ungeriżi, u parti oħra minn varjetajiet Ungeriżi ġodda ibridi, b’madwar 40 varjant.”
Il-possibbiltà li l-kultivazzjoni tiġi żviluppata għal varjetajiet ġodda msemmija fil-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tiġġustifika din l-emenda.
Il-punt 7 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Struttura ta’ kontroll)
Saru xi emendi fl-isem tal-korp ta’ kontroll pubbliku, billi ssemma l-isem tal-korp superviżorju rilevanti skont ir-regolamenti attwalment fis-seħħ.
Il-punt 8 tal-Ispeċifikazzjoni attwalment fis-seħħ (Tikkettar)
It-tieni sentenza, kif ġej:
“Dawn l-indikazzjonijiet għandhom jidhru fuq kull kontenitur individwali; l-isem tal-post fejn lott speċifiku ġie effettivament prodott jista’ jiġi indikat ukoll.
Pereżempju:
|
‘Gönci kajszibarack’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) Varjetà: Gönci magyar kajszi Post ta’ produzzjoni: Abaújvár” |
hija emendata kif ġej:
“Dawn l-indikazzjonijiet għandhom jidhru fuq kull kontenitur individwali.”
L-eżempju ta’ wara s-sentenza tneħħa.
Ir-referenza għall-muniċipalitajiet fejn jiġi prodott il-berquq tneħħiet. Il-kundizzjonijiet tal-kultivazzjoni tal-berquq “Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi” huma l-istess fir-reġjun kollu ta’ Gönc, u jipprovdu prodott li għandu l-istess dehra esterna u l-istess parametri intrinsiċi. L-inklużjoni tal-muniċipalitajiet fuq il-kontenituri ma tagħtix aktar informazzjoni lill-konsumatur.
Oħrajn: Sistema ta’ kontroll
L-Ispeċifikazzjoni inizjali ma kinitx tinkludi deskrizzjoni tas-sistema ta’ kontroll. Peress li l-ġestjoni tal-informazzjoni dwar il-prodott protett u l-protezzjoni tal-oriġini tal-prodott huma partikolarment importanti, ġiet stabbilita sistema ta’ kontroll ġdida.
“Rekwiżiti minimi ta’ kontroll tal-karatteristiċi essenzjali u tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott:
|
Karatteristika essenzjali |
Rekwiżiti minimi |
Metodi u frekwenza tal-kontrolli |
|
Post tal-produzzjoni |
Ikkultivat fiż-żona ta’ produzzjoni |
Reviżjoni annwali tal-lista ta’ fornituri ta’ “Gönci kajszibarack” mill-korp Gyümölcsért Termelői Értékesítő |
|
Kultivazzjoni |
Rispett tal-kundizzjonijiet ta’ kultivazzjoni |
Kontroll fuq il-post tal-anqas darba fis-sena; jekk jeżisti Reġistru tal-operat, jiġi ċċekkjat tal-inqas darba fis-sena |
|
Il-protezzjoni tal-għelejjel |
Rispett tat-teknoloġiji promossi minn Gyümölcsért Termelői Értékesítő |
Kontroll tar-Reġistri tal-Bexx qabel it-tagħbija. Teħid ta’ kampjun permezz ta’ kampjun aleatorju għall-analiżi tar-residwi |
|
Ħsad |
L-iżgurar tat-traċċabbiltà |
Reviżjoni annwali tal-lista ta’ fornituri ta’ “Gönci kajszibarack” mill-korp Gyümölcsért Termelői Értékesítő. Kontroll annwali tad-dokumentazzjoni tal-wasla tal-merkanzija |
|
Tħejjija tal-prodott |
L-iżgurar tat-traċċabbiltà |
Spezzjoni annwali taż-żamma ta’ Reġistru ta’ produzzjoni” |
DOKUMENT UNIKU
“GÖNCI KAJSZIBARACK”/“GÖNCI KAJSZI”
Nru tal-UE: PGI-HU-0388-AM01 — 11.4.2017
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Isem/Ismijiet
“Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
L-Ungerija
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6: Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi” tista’ tintuża għall-varjetajiet tal-ispeċijiet tal-Prunus armeniaca L. li ġejjin: Gönci magyar kajszi, Magyar kajszi C 235, Mandulakajszi, Bergeron, Ceglédi Piroska, Ceglédi bíborkajszi, Ceglédi arany, Ceglédi óriás u Pannónia. Barra minn hekk, il-varjetajiet kollha ta’ berquq imkabbrin fiż-żona ta’ produzzjoni, li l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tagħhom jikkonformaw mal-karatteristiċi li jiddeterminaw il-kwalità tal-varjetajiet ta’ berquq elenkati hawn fuq.
Il-kwalità unika tal-berquqa “Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi” magħrufa kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonalment, ġejja minn taħlita ta’ kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli, flimkien mat-tradizzjonijiet tal-arborikultura tal-frott, u l-osservazzjoni stretta tat-teknoloġiji tal-produzzjoni, tal-qtugħ, tal-ħżin u tat-trasport.
Il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi ewlenin:
L-IĠP “Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi” tista’ tintuża biss għall-varjetajiet tal-berquq li jaqblu mal-parametri li ġejjin, u f’dak li jirrigwarda l-varjetajiet individwali, dawk li għandhom il-karatteristiċi interni u esterni elenkati hawn taħt.
|
Forma |
: |
sferika |
|
Daqs |
: |
medju, b'dijametru minimu ta’ 40 mm |
|
Kulur tal-qoxra |
: |
oranġjo jgħajjat; aħmar jgħajjat fuq in-naħa li tara x-xemx |
|
Kulur u konsistenza tal-polpa |
: |
isfar dehbi, b'fibri delikati, immerrqa u ratba meta tkun misjura |
|
Togħma, aċidità |
: |
aċiduża, aromatika |
|
Forma |
: |
sferika |
|
Daqs |
: |
medju, b'dijametru minimu ta’ 40 mm |
|
Kulur tal-qoxra |
: |
oranġjo jgħajjat |
|
Kulur u konsistenza tal-polpa |
: |
isfar, fibruża, medjament iebsa |
|
Togħma, aċidità |
: |
aċiduża, aromatika |
|
Forma |
: |
tawwalija, forma ta’ lewża, ċatta ħafna fuq naħa waħda |
|
Daqs |
: |
kbir, b'dijametru minimu ta’ 50 mm |
|
Kulur tal-qoxra |
: |
oranġjo ċar; aħmar jgħajjat fuq in-naħa li tara x-xemx |
|
Kulur u konsistenza tal-polpa |
: |
oranġjo ċar, medjament iebsa, densa, immerrqa |
|
Togħma, aċidità |
: |
aċiduża, aroma pikkanti |
|
Forma |
: |
kemxejn tawwalija, sfera konika, forma ta’ bajda |
|
Daqs |
: |
medju, b'dijametru minimu ta’ 40 mm |
|
Kulur tal-qoxra |
: |
oranġjo; ħamrani jgħajjat fuq in-naħa li tara x-xemx |
|
Kulur u konsistenza tal-polpa |
: |
oranġjo jleqq, fibruża, iebsa |
|
Togħma, aċidità |
: |
aċidità ogħla mill-medja (1,4 %) |
|
Forma |
: |
normali, jew sfera kemxejn ovojdi |
|
Daqs |
: |
medju, b'dijametru minimu ta’ 40 mm |
|
Kulur tal-qoxra |
: |
oranġjo ċar, jagħti fir-roża fuq in-naħa li tara x-xemx |
|
Kulur u konsistenza tal-polpa |
: |
oranġjo ċar, fibruża, iebsa |
|
Togħma, aċidità |
: |
aċiduża, aromatika |
|
Forma |
: |
sferika |
|
Daqs |
: |
medju, b'dijametru minimu ta’ 40 mm |
|
Kulur tal-qoxra |
: |
oranġjo; aħmar jgħajjat fuq in-naħa li tara x-xemx |
|
Kulur u konsistenza tal-polpa |
: |
oranġjo, iebsa |
|
Togħma, aċidità |
: |
aċiduża |
|
Forma |
: |
wiesgħa, konika, forma ta’ bajda; kemxejn iċċattjata mal-ġenb |
|
Daqs |
: |
medju, b'dijametru minimu ta’ 40 mm |
|
Kulur tal-qoxra |
: |
oranġjo skur; aħmar skur fuq in-naħa li tara x-xemx |
|
Kulur u konsistenza tal-polpa |
: |
oranġjo skur; immerrqa |
|
Togħma, aċidità |
: |
ħelwa, aromatika |
|
Forma |
: |
sferika |
|
Daqs |
: |
kbir, b'dijametru minimu ta’ 50 mm |
|
Kulur tal-qoxra |
: |
isfar dehbi; ħamrani jgħajjat fuq in-naħa li tara x-xemx |
|
Kulur u konsistenza tal-polpa |
: |
oranġjo, iebsa, immerrqa |
|
Togħma, aċidità |
: |
aċiduża |
|
Forma |
: |
kemxejn tawwalija, forma ta’ bajda; kemxejn iċċattjata fuq naħa minnhom |
|
Daqs |
: |
kbir, b'dijametru minimu ta’ 50 mm |
|
Kulur tal-qoxra |
: |
oranġjo ċar; aħmar jgħajjat fuq in-naħa li tara x-xemx |
|
Kulur u konsistenza tal-polpa |
: |
oranġjo moderatament immerrqa, ratba |
|
Togħma, aċidità |
: |
ħelwa u aċiduża, aromatika |
Id-daqs jiġi stabbilit billi jitkejjel l-akbar dijametru perpendikolari għall-assi lonġitudinali.
Il-kontenut taz-zokkor huwa stabbilit flimkien ma’ indikazzjoni tal-perċentwal ta’ maturità u s-sustanzi aromatiċi jiġu stabbiliti waqt l-eżami organolettiku, waqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet tal-aċidità għal kull varjetà (0,9–2,2 % vol.).
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-proċess kollu tal-produzzjoni jseħħ fiż-żona ġeografika ddefinita.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
Il-“Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi” hija frotta suxxettibbli għall-ħsara mekkanika, għalhekk ma jiġix ippakkjat għat-trasport, peress li dan jaffettwa b'mod sinifikanti l-karatteristiċi organolettiċi, fiżiċi u kimiċi tiegħu, tant li saħansitra jista’ jkun imbagħad impossibbli li jiġi ppakkjat iktar tard. Konsegwentement, bi sforz biex tiġi garantita l-kwalità tal-prodott u — minħabba li dan mhuwiex prodott agrikolu proċessat — biex jiġu żgurati l-post tal-oriġini, it-traċċabbiltà u l-kontroll, l-ippakkjar għandu jsir fiż-żona ġeografika speċifikata.
L-unitajiet kollha tal-kontenituri tal-frott maħsub għall-konsum iċċertifikat li joriġina miż-żona ta’ produzzjoni indikata fiż-żona ġeografika jridu jkunu omoġenji, bi frott tal-istess oriġini u tal-istess varjetà, kwalità u daqs — ħlief għal-lottijiet ippakkjati/ikkonsenjati bl-ingrossa; l-iċken dijametru huwa ta’ 30 mm, filwaqt li għall-kwalità “Extra” huwa ta’ 35 mm.
F’kull pakkett ta’ prodotti mhux konformi mar-rekwiżiti tal-kategorija indikata, huma permessi differenzi fil-kwalità u fid-daqs.
Il-kategoriji tal-kwalità huma dawn li ġejjin:
|
— |
Il-Kategorija “Extra”: 2,5 % tan-numru jew tal-piż tal-berquq li ma jissodisfax il-karatteristiċi tal-kategorija, imma li jilħaq dawk tal-Kategorija I jew, eċċezzjonalment, li jidħol fit-tolleranzi għal dik il-kategorija. |
|
— |
Kategorija I: 5 % tan-numru jew tal-piż tal-berquq li ma jissodisfax il-karatteristiċi tal-kategorija, imma li jilħaq dawk tal-Kategorija II jew, eċċezzjonalment, li jidħol fit-tolleranzi għal din il-kategorija. |
Il-frott irid ikun sħiħ, b’saħħtu, irid ikun inqata’ bil-galbu, ikun kiber u sar biżżejjed, nadif u prattikament bla ebda difett viżibbli; ma jrid ikollu ebda taħsir jew deterjorazzjoni oħra li jagħmluh mhux adatt għall-konsum, u barra minn hekk ma jridx ikun imdewwed, attakkat, jew miksi b’xi umdità anormali, u jrid ikun mingħajr riħa u/jew togħma stramba.
Wara l-għażla u l-ippakkjar finali, il-kannestri tal-frott jinħażnu f'imħażen imkessħa f'temperatura ta’ bejn 1 u 6 °C għal massimu ta’ 30 jum, skont l-ammont ta’ frott li jkun ġie kkonsenjat –.
Il-frott tal-Kategorija “Extra” jista’ jinbiegħ biss f’unitajiet ta’ kontenituri żgħar, f’saff wieħed jew aktar, separat minn ma’ xulxin u f’ringieli, filwaqt li l-prodotti kklassifikati fil-Kategorija I jistgħu jinbiegħu wkoll bl-ingrossa. Il-ħtiġijiet tax-xerrej jiddefinixxu l-preżentazzjoni tal-prodott: il-piż tal-unità tal-kontenitur ivarja bejn 0,3 kg u 10 kg.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih tirreferi d-denominazzjoni reġistrata
Minbarra d-dettalji pprovduti fil-liġi, it-tikkettar għandu jinkludi dan li ġej:
|
— |
l-isem: “Gönci kajszibarack” jew “Gönci kajszi” |
|
— |
il-kliem “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” jew (IĠP) u s-simbolu korrispondenti tal-UE. |
Dawn l-indikazzjonijiet għandhom jidhru fuq kull kontenitur individwali.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
L-indikazzjoni ġeografika tista’ tintuża biss għall-berquq li joriġina mil-lokalitajiet elenkati hawn taħt (imkabbra f'dawn il-lokalitajiet) li jappartienu għall-provinċja ta’ Borsod-Abaúj-Zemplén:
is-subreġjun ta’ Abaúj-Hegyközi: Abaújszántó, Abaújvár, Arka, Boldogkőváralja, Gönc, Göncruszka, Hejce, Hernádcéce, Hidasnémeti, Korlát, Tornyosnémeti, Vizsoly, Zsujta;
is-subreġjun ta’ Encs: Abaújkér, Alsógagy, Baktakék, Beret, Detek, Encs, Fancsal, Forró, Fulókércs, Garadna, Ináncs;
is-subreġjun ta’ Szerencs: Bekecs, Golop, Legyesbénye, Megyaszó, Monok, Rátka, Szerencs, Tállya;
is-subreġjun ta’ Szikszó: Alsóvadász, Felsővadász, Hernádkércs, Homrogd, Léh, Nagykinizs, Selyeb, Szentistvánbaksa, Szikszó.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Il-“Gönci kajszibarack”/“Gönci kajszi” huwa prodott karatteristiku tar-reġjun tal-frott fit-Tramuntana nett tal-Ungerija, li jikber mal-ġnub tal-għoljiet, fuq ir-raba’ mtarraġ u l-pjanuri tar-reġjun ta’ Hegyalja matul ix-xmara Hernád, ta’ Szerencs u ta’ Cserehát li jinsabu f'altitudini ta’ bejn 150 u 300 m ’l fuq mil-livell tal-baħar.
Il-grupp tal-varjetajiet (it-tip tal-varjetà) tal-berquq Ungeriż (“magyar kajszi”) li x'aktarx bdew jevolvu madwar 300-350 sena ilu, kienu u għadhom jiġu prodotti b’mod abbondanti f'dan ir-reġjun. Il-varjetà l-aktar magħrufa tiegħu, il-“Gönci magyar kajszi”, rikonoxxuta bħala varjetà fiha nfisha mill-1960, saret il-varjetà dominanti taż-żona ta’ produzzjoni fis-seklu 20. Fl-aħħar deċennji, il-firxa tal-varjetà karatteristika tar-reġjun kienet issupplimentata l-ewwel nett b’varjetajiet ta’ berquq Ungeriżi aktar reċenti u akklimatiċi, li parti minnhom ġejjin mill-aqwa varjetajiet lokali Ungeriżi, u parti oħra minn varjetajiet Ungeriżi ġodda ibridi, b’madwar 40 varjant.
L-ispeċifiċitajiet tal-kultivazzjoni u b’mod partikolari dawk tal-frott prodott fir-reġjun ta’ Gönc jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:
|
— |
l-istess varjetà ta’ berquq, meta tiġi mkabbra hawn, timmatura madwar sitta sa għaxart ijiem iktar tard milli fir-reġjun ta’ Kecskemét. Dan jippermetti l-estensjoni tal-perjodu ta’ konsum domestiku u tal-perjodu tal-ipproċessar; |
|
— |
il-klima moderata iktar friska u li ssajjar il-frott aktar tard ukoll għandha effett tajjeb fuq il-kwalità tal-konsum tal-berquq: l-aċidità rinfreskanti u l-aromi jiddekomponu bil-mod waqt il-maturazzjoni u “ma jmorrux”. “Il-kwalità tal-berquq tal-inħawi ta’ Gönc hija eċċezzjonali. Hawnhekk, isir aktar tard […] u jdum jimmatura aktar minħabba l-espożizzjoni differenti tal-għoljiet.” (Brózik, Jenser et al., 1970); |
|
— |
mir-reġjuni kollha tal-Ungerija li huma adattati għat-tkabbir tas-siġar tal-berquq, dan huwa l-iktar wieħed b’kesħa uniformi matul ix-xitwa, u fejn ir-rebbiegħa tasal l-iktar tard matul is-sena; għalhekk, dan huwa l-post bl-inqas riskju tat-theddida ewlenija għall-produzzjoni tal-berquq: sintendi, il-possibbiltà ta’ ħsara taż-żahar li jkun fetaħ wara li jkun hemm xi jiem ta’ temp sħun bikri, flimkien mal-possibbiltà ta’ ħsara fuq iż-żahar, il-fjuri u l-frott li jkun għadu fil-fażi tal-bidu tal-iżvilupp, ikkawżata mill-ġlata tar-rebbiegħa. |
L-isem “kajszi Baraczk” [“berquqa”] deher l-ewwel darba fl-1667 fil-ktieb ta’ János Lippay (Posoni kert 3. kötet [Il-Ġnien ta’ Bratislava, Volum 3], “Gyümölcsös kert” [Masġar], Vjenna 1667), iżda kien biss fis-snin ta’ wara l-1880, wara li faqqgħet epidemija qerrieda tal-filossera, li l-produzzjoni tal-frott fiż-żoni tal-għoljiet u tal-muntanji ħadet spinta deċiżiva ’l quddiem. F'ħafna postijiet fir-reġjun ta’ Gönc, is-siġar tal-frott ħadu post id-dwieli meqruda u minn dakinhar ’l hawn, l-għoljiet baqgħu jintużaw għal dan l-iskop.
Fit-tieni nofs tas-seklu 19, ġew stabbiliti għadd ta’ organizzazzjonijiet soċjali sabiex imexxu l-produzzjoni tal-frott. Il-kooperazzjoni tagħhom kellha rwol importanti ħafna fir-rebħ tal-midalja tad-deheb mill-frott tad-Dipartiment ta’ Zemplén, waqt il-Fiera Dinjija ta’ Pariġi fl-1867. Skont għadd ta’ deskrizzjonijiet u statistiki nazzjonali, ir-reġjun ta’ Gönc kien famuż l-iktar għaċ-ċirasa fis-snin ħamsin tas-seklu dsatax. Fl-1871, János Korponay semma għall-ewwel darba li l-inħawi ta’ Gönc kienu magħrufin għall-berquq, li f'dak iż-żmien kien jitkabbar fi “kwantitajiet ġmielhom”. Madankollu, il-vera produzzjoni tal-berquq bdiet biss fis-snin bejn l-1880 u l-1890.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
http://elelmiszerlanc.kormany.hu/download/5/f6/c1000/17.pdf
Il-Qorti tal-Awdituri
|
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 459/37 |
Rapport Speċjali Nru 33/2018
Il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni fl-UE: theddida dejjem akbar li tirrikjedi azzjoni addizzjonali
(2018/C 459/12)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 33/2018 “Il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni fl-UE: theddida dejjem akbar li tirrikjedi azzjoni addizzjonali” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu
|
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 459/37 |
Rapport Speċjali Nru 35/2018
Trasparenza fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE mill-NGOs: jeħtieġ li jsiru aktar sforzi
(2018/C 459/13)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 35/2018 “Trasparenza fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE mill-NGOs: jeħtieġ li jsiru aktar sforzi” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 459/38 |
Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għal-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)
(2018/C 459/14)
Il-pubblikazzjoni ta’ ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fil-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (kodifikazzjoni).
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 37, 14.2.2009
It-Taqsima 1(1) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 499/2011 tal-Ministeru tal-Intern Slovakk dwar li jkun determinat l-ammont ta’ riżorsi finanzjarji meħtieġa biex ikopru l-ispejjeż assoċjati mas-soġġorn ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fir-Repubblika Slovakka tistabbilixxi l-ammont għal EUR 56 għal kull persuna għal kull ġurnata.
L-ammont ta’ EUR 56 huwa magħmul kif ġej:
|
|
EUR 30 għall-akkomodazzjoni; |
|
|
EUR 4 għall-kolazzjon; |
|
|
EUR 7,50 għall-ikla ta’ nofsinhar; |
|
|
EUR 7,50 għall-ikla ta’ filgħaxija; |
|
|
EUR 7 għall-infiq. |
Jekk l-ispejjeż għas-soġġorn ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fir-Repubblika Slovakka jkunu parzjalment koperti, din iċ-ċirkostanza tingħata kas waqt il-kontroll fil-fruntiera.
Is-somma ta’ EUR 56 għal kull persuna kull ġurnata tista’ tista’ tiġi sostitwita b’invit iċċertifikat kif hemm iniżżel fit-Taqsima 19 tal-Att Nru 404/2011 dwar ir-residenza ta’ ċittadini barranin u li jemenda atti oħra, kif emendat, jew bi ftehim ta’ akkoljenza skont it-Taqsima 26b tal-Att Nru 172/2005 dwar l-organizzazzjoni ta’ għajnuna tal-istat għar-riċerka u l-iżvilupp, kif emendat.
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.
|
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 459/40 |
Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)
(2018/C 459/15)
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (kodifikazzjoni).
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
IL-ĠERMANJA
Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 32, 1.2.2017
LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI
Portijiet fuq il-Baħar tat-Tramuntana
|
(1) |
Baltrum |
|
(2) |
Bensersiel |
|
(3) |
Borkum |
|
(4) |
Brake |
|
(5) |
Bremen |
|
(6) |
Bremerhaven |
|
(7) |
Brunsbüttel |
|
(8) |
Büsum |
|
(9) |
Bützflether Sand |
|
(10) |
Buxtehude |
|
(11) |
Carolinensiel (Harlesiel) |
|
(12) |
Cuxhaven |
|
(13) |
Eckwarderhörne |
|
(14) |
Elsfleth |
|
(15) |
Emden |
|
(16) |
Fedderwardersiel |
|
(17) |
Glückstadt |
|
(18) |
Greetsiel |
|
(19) |
Großensiel |
|
(20) |
Hamburg |
|
(21) |
Hamburg-Neuenfelde |
|
(22) |
Helgoland |
|
(23) |
Herbrum |
|
(24) |
Hooksiel |
|
(25) |
Horumersiel |
|
(26) |
Husum |
|
(27) |
Juist |
|
(28) |
Langeoog |
|
(29) |
Leer |
|
(30) |
Lemwerder |
|
(31) |
List/Sylt |
|
(32) |
Neuharlingersiel |
|
(33) |
Norddeich |
|
(34) |
Nordenham |
|
(35) |
Norderney |
|
(36) |
Otterndorf |
|
(37) |
Papenburg |
|
(38) |
Spiekeroog |
|
(39) |
Stade |
|
(40) |
Stadersand |
|
(41) |
Varel |
|
(42) |
Wangerooge |
|
(43) |
Wedel |
|
(44) |
Weener |
|
(45) |
Westeraccumersiel |
|
(46) |
Wewelsfleth |
|
(47) |
Wilhelmshaven |
Portijiet Baltiċi
|
(1) |
Eckernförde (Hafenanlage der Bundesmarine) |
|
(2) |
Flensburg Hafen |
|
(3) |
Greifswald – Ladebow Hafen |
|
(4) |
Jägersberg (Hafenanlagen der Bundesmarine) |
|
(5) |
Kiel |
|
(6) |
Kiel (Hafenanlagen der Bundesmarine) |
|
(7) |
Kiel Holtenau |
|
(8) |
Lubmin |
|
(9) |
Lübeck |
|
(10) |
Lübeck Travemünde |
|
(11) |
Mukran |
|
(12) |
Neustadt |
ODERHAFF
|
(1) |
Ueckermünde |
Ajruporti, ajrudromi, mitjar
FL-ISTAT FEDERALI TA’ SCHLESWIG HOLSTEIN
|
(1) |
Helgoland Düne |
|
(2) |
Hohn |
|
(3) |
Kiel Holtenau |
|
(4) |
Lübeck Blankensee |
|
(5) |
Schleswig/Jagel |
|
(6) |
Westerland/Sylt |
FL-ISTAT FEDERALI TA’ MECKLENBURG – POMERANIA TAL-PUNENT
|
(1) |
Neubrandenburg Trollenhagen |
|
(2) |
Rostock Laage |
FL-ISTAT FEDERALI TA’ HAMBURG
|
(1) |
Hamburg |
FL-ISTAT FEDERALI TA’ BREMEN
|
(1) |
Bremen |
FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA T’ISFEL
|
(1) |
Borkum |
|
(2) |
Braunschweig Waggum |
|
(3) |
Bückeburg Achum |
|
(4) |
Celle |
|
(5) |
Damme/Dümmer See |
|
(6) |
Diepholz |
|
(7) |
Emden |
|
(8) |
Fassberg |
|
(9) |
Ganderkesee |
|
(10) |
Hannover |
|
(11) |
Jever |
|
(12) |
Leer Nüttermoor |
|
(13) |
Norderney |
|
(14) |
Nordholz |
|
(15) |
Nordhorn-Lingen |
|
(16) |
Osnabrück Atterheide |
|
(17) |
Wangerooge |
|
(18) |
Wilhelmshaven Mariensiel |
|
(19) |
Wittmundhafen |
|
(20) |
Wunstorf |
FL-ISTAT FEDERALI TA’ BRANDENBURG
|
(1) |
Berlin-Schönefeld |
|
(2) |
Schönhagen |
FL-ISTAT FEDERALI TA’ BERLIN
|
(1) |
Berlin-Tegel |
FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA-ANHALT
|
(1) |
Cochstedt |
|
(2) |
Magdeburg |
FL-ISTAT FEDERALI TAR-RHINE TAT-TRAMUNTANA-WESTPHALIA
|
(1) |
Aachen Merzbrück |
|
(2) |
Arnsberg |
|
(3) |
Bielefeld Windelsbleiche |
|
(4) |
Bonn Hardthöhe |
|
(5) |
Dortmund Wickede |
|
(6) |
Düsseldorf |
|
(7) |
Essen Mülheim |
|
(8) |
Bonn Hangelar |
|
(9) |
Köln/Bonn |
|
(10) |
Marl/Loemühle |
|
(11) |
Mönchengladbach |
|
(12) |
Münster Osnabrück |
|
(13) |
Nörvenich |
|
(14) |
Paderborn Lippstadt |
|
(15) |
Porta Westfalica |
|
(16) |
Rheine Bentlage |
|
(17) |
Siegerland |
|
(18) |
Stadtlohn Wenningfeld |
|
(19) |
Weeze-Lahrbruch |
FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA
|
(1) |
Dresden |
|
(2) |
Leipzig Halle |
|
(3) |
Rothenburg/Oberlausitz |
FL-ISTAT FEDERALI TA’ THURINGIA
|
(1) |
Altenburg-Nobitz |
|
(2) |
Erfurt-Weimar |
FL-ISTAT FEDERALI TA’ RHINELAND PALATINATE
|
(1) |
Büchel |
|
(2) |
Föhren |
|
(3) |
Hahn |
|
(4) |
Koblenz Winningen |
|
(5) |
Mainz-Finthen |
|
(6) |
Pirmasens Zweibrücken |
|
(7) |
Ramstein (Bażi tal-Ajru tal-Istati Uniti) |
|
(8) |
Speyer |
|
(9) |
Spangdahlem (Bażi tal-Ajru tal-Istati Uniti) |
|
(10) |
Zweibrücken |
FL-ISTAT FEDERALI TA’ SAARLAND
|
(1) |
Saarbrücken Ensheim |
|
(2) |
Saarlouis/Düren |
FL-ISTAT FEDERALI TA’ HESSE
|
(1) |
Egelsbach |
|
(2) |
Allendorf/Eder |
|
(3) |
Frankfurt/Main |
|
(4) |
Fritzlar |
|
(5) |
Kassel Calden |
|
(6) |
Reichelsheim |
FL-ISTAT FEDERALI TA’ BADEN WÜRTTEMBERG
|
(1) |
Aalen Heidenheim Elchingen |
|
(2) |
L-Ajruport ta’ Baden Karlsruhe Baden-Baden |
|
(3) |
Donaueschingen Villingen |
|
(4) |
Freiburg/Brg. |
|
(5) |
Friedrichshafen Löwental |
|
(6) |
Heubach (Krs. Schwäb.Gmünd) |
|
(7) |
Lahr |
|
(8) |
Laupheim |
|
(9) |
Leutkirch Unterzeil |
|
(10) |
Mannheim City |
|
(11) |
Mengen |
|
(12) |
Niederstetten |
|
(13) |
Schwäbisch Hall |
|
(14) |
Stuttgart |
FL-ISTAT FEDERALI TAL-BAVARJA
|
(1) |
Aschaffenburg |
|
(2) |
Augsburg Mühlhausen |
|
(3) |
Bayreuth Bindlacher Berg |
|
(4) |
Coburg Brandebsteinsebene |
|
(5) |
Giebelstadt |
|
(6) |
Hassfurth Mainwiesen |
|
(7) |
Hof Plauen |
|
(8) |
Ingolstadt |
|
(9) |
Landsberg/Lech |
|
(10) |
Landshut Ellermühle |
|
(11) |
Lechfeld |
|
(12) |
Memmingerberg |
|
(13) |
München “Franz Joseph Strauß” |
|
(14) |
Neuburg |
|
(15) |
Nürnberg |
|
(16) |
Oberpfaffenhofen |
|
(17) |
Roth |
|
(18) |
Straubing Wallmühle |
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Qorti tal-EFTA
|
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 459/47 |
SENTENZA TAL-QORTI
tas-17 ta’ Settembru 2018
fil-Kawża E-10/17
Nye Kystlink AS v Color Group AS u Color Line AS
(L-Artikolu 53 ŻEE — L-Artikolu 54 ŻEE — Il-prinċipju ta’ ekwivalenza — Il-prinċipju ta’ effettività — Ir-regoli nazzjonali dwar it-terminu ta’ preskrizzjoni għal talbiet għad-danni)
(2018/C 459/16)
Fil-Kawża E-10/17, Nye Kystlink AS v Color Group AS u Color Line AS – TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti tal-Appell ta’ Borgarting (Borgarting lagmannsrett) rigward l-interpretazzjoni tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività fil-kuntest tar-regoli nazzjonali dwar it-terminu ta’ preskrizzjoni għal talbiet għad-danni f’kawżi fejn ġew imposti multi skont l-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, il-Qorti, magħmula minn Páll Hreinsson, President u Mħallef Relatur, Per Christiansen u Bernd Hammermann, Imħallfin, qatgħu s-sentenza fis-17 ta’ Settembru 2018, u l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
|
1. |
Il-prinċipju ta’ ekwivalenza jirrikjedi li regola nazzjonali tal-preskrizzjoni li tispeċifika terminu ta’ preskrizzjoni separat ta’ sena biex tinfetaħ kawża għad-danni li joriġinaw minn reat kriminali li ġie stabbilit minn kundanna kriminali finali trid tiġi applikata b’mod korrispondenti għal kawża għad-danni għall-ksur tal-Artikoli 53 u 54 ŻEE li ġiet stabbilita minn deċiżjoni finali tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA li timponi multa, sakemm dawk il-kawżi jkollhom fini, raġuni għall-kawża u karatteristiki essenzjali simili. |
|
2. |
Il-prinċipju ta’ effettività ma jirrestrinġix id-dritt tal-Istati taż-ŻEE li japplikaw terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin biex tinfetaħ kawża għad-danni għall-ksur tal-Artikoli 53 u 54 ŻEE, meta dan it-terminu ta’ preskrizzjoni jkun ikkombinat ma’ dmir ta’ investigazzjoni min-naħa tal-parti offiża li tista’ twassal biex it-terminu ta’ preskrizzjoni jiskadi qabel mal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tkun waslet għal deċiżjoni f’kawża li tikkonċerna ksur tal-Artikoli 53 u 54 ŻEE abbażi ta’ denunzja mill-parti offiża, sakemm l-applikazzjoni ta’ dak il-perjodu ta’ preskrizzjoni ma jagħmilhiex impossibbli jew eċċessivament diffiċli biex tinfetaħ kawża għad-danni għal ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni taż-ŻEE. Dik il-valutazzjoni trid tqis il-karatteristiki speċjali tal-kawżi ta’ kompetizzjoni. |
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 459/48 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9094 — Amcor/Bemis)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 459/17)
1.
Fit-12 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Amcor Limited (“Amcor”, l-Awstralja), |
|
— |
Bemis Company Inc. (“Bemis”, l-Istati Uniti tal-Amerika). |
Amcor tidħol f’amalgamazzjoni sħiħa ma’ Bemis fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
L-istess konċentrazzjoni diġà kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Novembru 2018, iżda in-notifika ġiet sussegwentement irtirat fit-12 ta’ Diċembru 2018.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Amcor: il-provvista ta’ firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet ta’ imballaġġ; prodotti riġidi u flessibbli għall-imballaġġ tal-ikel, ix-xorb, prodotti mediċi, farmaċewtiċi, prodotti tal-kura personali u prodotti oħra għall-konsumatur mad-dinja kollha,
— Bemis: provvista ta’ plastik tal-imballaġġ flessibbli u riġidu għall-ikel, prodotti tal-konsumatur, prodotti mediċi u għal setturi oħra madwar id-dinja.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9094 — Amcor/Bemis
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).