ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 456

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
18 ta' Diċembru 2018


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2018/C 456/01

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 456/02

Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9094 — Amcor/Bemis) ( 1 )

23


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2018/C 456/03

Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

24

2018/C 456/04

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

25

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 456/05

Rata tal-kambju tal-euro

26

2018/C 456/06

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-estensjoni tar-reġim speċifiku għall-għajnuna operattiva lill-ajruporti li minnhom jgħaddu sa 700000 passiġġier fis-sena, kif ipprovdut fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u l-linji tal-ajru

27

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2018/C 456/07

Rapport Speċjali Nru 34/2018 — Ġestjoni tal-ispazji għal uffiċċji tal-istituzzjonijiet tal-UE — ċerti prattiki huma tajbin iżda jeżistu wkoll diversi dgħufijiet

29


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kunsill

18.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 456/1


Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ:

L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027

(2018/C 456/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL,

JIRRIKONOXXU l-kooperazzjoni tal-politika tal-UE dwar iż-żgħażagħ sal-2019. L-UE ilha li bdiet kooperazzjoni ddedikata tal-Politika tal-UE dwar iż-Żgħażagħ ibbażata fuq il-prinċipji ta’ parteċipazzjoni attiva u aċċess ugwali għall-opportunitajiet mill-2002 (1), f’sinerġija ma’ politiki oħra mmirati lejn iż-żgħażagħ, bħall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi. Il-kooperazzjoni wasslet għal bidliet politiċi u leġislattivi fl-Istati Membri u kkontribwiet għall-bini ta’ kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.

IFAKKRU li peress li l-għan ta’ din ir-Riżoluzzjoni huwa li titwaqqaf Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ kapaċi li tindirizza l-isfidi li qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ madwar l-Ewropa kollha, tipprovdi bażi komuni u koerenti tar-rispons tal-UE għalihom, u tikkomplementa l-isforzi u l-inizjattivi tal-Istati Membri f’dan ir-rigward, tali għan jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-UE milli mill-Istati Membri waħedhom. Il-Kunsill jista’ għalhekk jadotta inizjattivi, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sabiex jintlaħaq dan il-għan. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din ir-Riżoluzzjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan.

JAGĦRFU li

1.   Iż-żgħażagħ għandhom rwol speċifiku fis-soċjetà u jħabbtu wiċċhom ma’ sfidi speċifiċi

Iż-żgħażagħ huma ħerqana li jieħdu l-kontroll ta’ ħajjithom u jitħalltu ma’ u jappoġġaw lill-oħrajn. Meta jieħdu l-kontroll, dawn jesperjenzaw diversi tranżizzjonijiet fil-ħajja personali tagħhom u l-ambjent ta’ madwarhom, mill-edukazzjoni għax-xogħol, imorru jgħixu għal rashom, sħubijiet jew jibdew ħajja tal-familja. Bosta jiffaċċjaw inċertezzi dwar il-ġejjieni tagħhom, bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u t-tibdil fil-klima, il-bidla teknoloġika, ix-xejriet demografiċi u soċjoekonomiċi, il-populiżmu, id-diskriminazzjoni, l-esklużjoni soċjali u l-aħbarijiet foloz b’effetti li għadhom mhux magħrufa fuq l-impjiegi, il-ħiliet jew il-mod kif jaħdmu d-demokraziji tagħna.

Għandha tingħata attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ f’riskju ta’ marġinalizzazzjoni bbażata fuq sorsi potenzjali ta’ diskriminazzjoni, bħall-oriġini etnika, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, id-diżabbiltà, ir-reliġjon, it-twemmin jew l-opinjoni politika tagħhom.

L-esklużjoni soċjoekonomika u dik demokratika jmorru id f’id (2). Iż-żgħażagħ li qed jitħabtu mal-iżvantaġġi ġeneralment ikunu ċittadini inqas attivi u jkollhom inqas fiduċja fl-istituzzjonijiet. L-Ewropa ma tiflaħx għal talent moħli, esklużjoni soċjali jew diżimpenn fost iż-żgħażagħ tagħha. Iż-żgħażagħ m’għandhomx biss ikunu jistgħu jfasslu ħajjithom stess, iżda għandhom jikkontribwixxu wkoll għal bidla pożittiva fis-soċjetà. Sabiex iż-żgħażagħ jiksbu l-benefiċċji kollha tal-azzjonijiet tal-UE, dawn jeħtieġ li jirriflettu l-aspirazzjonijiet, il-kreattività u t-talenti tagħhom, u jirrispondu għall-bżonnijiet tagħhom. Min-naħa tagħhom, iż-żgħażagħ jarrikkixxu l-ambizzjonijiet tal-UE: skont ir-rapport tal-UE dwar iż-Żgħażagħ (3) din il-ġenerazzjoni hija l-aktar waħda edukata minn kull żmien u partikolarment kapaċi fl-użu tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni u l-media soċjali.

2.   Hija meħtieġa Strateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027

Filwaqt li tibni fuq l-esperjenzi u d-deċiżjonijiet tal-kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ f’dawn l-aħħar snin (4), l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 għandha l-għan li tindirizza l-isfidi eżistenti u li jmiss li qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ madwar l-Ewropa kollha. L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ tipprovdi qafas ta’ objettivi, prinċipji, prijoritajiet, oqsma ċentrali u miżuri għal kooperazzjoni tal-politika taż-żgħażagħ għall-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha b’kunsiderazzjoni dovuta għall-kompetenzi rispettivi tagħhom u l-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Il-partijiet ikkonċernati rilevanti huma, fost oħrajn, l-Istati Membri tal-UE, l-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni Ewropea u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, bħall-Kunsill tal-Ewropa, awtoritajiet lokali u reġjonali, kunsilli taż-żgħażagħ, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, organizzazzjonijiet li jaħdmu maż-żgħażagħ, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, ir-riċerkaturi u l-atturi tas-soċjetà ċivili kif ukoll l-istrutturi tal-programmi Erasmus+ u l-Korp ta’ Solidarjetà Ewropea u l-programmi suċċessuri tagħhom.

L-involviment u l-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ kollha jippermettu lill-politika taż-żgħażagħ li tikkontribwixxi biex tintlaħaq b’suċċess il-viżjoni ta’ kontinent fejn iż-żgħażagħ jistgħu jaħtfu opportunitajiet u jirrelataw mal-valuri Ewropej.

3.   L-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ jipprovdu viżjoni għall-Ewropa

Matul is-sitt ċiklu tad-Djalogu Strutturat bit-titolu “Iż-Żgħażagħ fl-Ewropa: Xi jmiss?” dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, iż-żgħażagħ u r-riċerkaturi b’mod konġunt ġabru temi li kienu rilevanti għaż-żgħażagħ permezz ta’ konsultazzjoni madwar l-UE kollha li mbagħad ġabruhom fi 11-il qasam. B’riżultat ta’ dan il-proċess parteċipattiv li involva żgħażagħ minn madwar l-Ewropa kollha, ġew żviluppati il-11-il Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ. Dawn jirriflettu l-opinjonijiet taż-żgħażagħ Ewropej u jirrappreżentaw il-viżjoni ta’ dawk attivi fid-Djalogu Strutturat.

Huma xhieda tal-ħeġġa ta’ ħafna żgħażagħ Ewropej li jipparteċipaw fid-definizzjoni tad-direzzjoni li għandha tmur fiha l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ. L-istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ għandha tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ din il-viżjoni taż-żgħażagħ billi timmobilizza strumenti ta’ politika fil-livell tal-UE kif ukoll azzjonijiet fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali min-naħa tal-partijiet ikkonċernati kollha.

Bħala vuċi inedita mill-parteċipanti, l-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ huma ppreżentati fit-tul sħiħ tagħhom fl-anness 3 biex iservu – bir-rispett dovut għall-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-kompetenza nazzjonali u l-libertà ta’ assoċjazzjoni – bħala ispirazzjoni u jipprovdu orjentazzjoni għall-UE, l-Istati Membri tagħha u l-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-awtoritajiet tagħhom.

JILQGĦU

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-Impenn, il-Konnessjoni u l-Għoti tas-Setgħa liż-żgħażagħ: Strateġija ġdida tal-UE għaż-Żgħażagħ” tat-22 ta’ Mejju 2018 (5).

GĦALDAQSTANT JAQBLU fuq

1.   Għanijiet ġenerali

Il-kooperazzjoni bejn iż-żgħażagħ tal-UE għandha tagħmel l-aħjar użu mill-potenzjal tal-politika dwar iż-żgħażagħ. Hija trawwem il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika, f’konformità mal-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE. Hija tappoġġa wkoll l-involviment ċiviku u soċjali u għandha l-għan li tiżgura li ż-żgħażagħ kollha jkollhom ir-riżorsi meħtieġa biex jieħdu sehem fis-soċjetà.

Fis-snin li ġejjin, l-istrateġija ser tistinka biex:

Tippermetti liż-żgħażagħ ifasslu ħajjithom stess, jappoġġaw l-iżvilupp personali tagħhom u jikbru fl-awtonomija, jibnu r-reżiljenza tagħhom u tagħtihom ħiliet għall-ħajja biex ilaħħqu ma’ dinja li qed tinbidel;

Tinkoraġġixxi u tagħti liż-żgħażagħ ir-riżorsi meħtieġa biex isiru ċittadini attivi, aġenti tas-solidarjetà u l-bidla pożittiva ispirati mill-valuri tal-UE u ta’ identità Ewropea;

Ittejjeb id-deċiżjonijiet politiċi fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq iż-żgħażagħ fis-setturi kollha, b’mod partikolari fl-impjiegi, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-inklużjoni soċjali;

Tikkontribwixxi għall-qerda tal-faqar fost iż-żgħażagħ u l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni u tippromwovi l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ;

2.   Prinċipji ta’ gwida

Il-Politika Ewropea għaż-Żgħażagħ u l-azzjonijiet kollha meħuda fi ħdan l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 għandha tkun ankrata sew fis-sistema internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem. Il-prinċipji li ġejjin għandhom jiġu applikati fil-linji ta’ politika u l-attivitajiet kollha li jikkonċernaw iż-żgħażagħ:

A.

Ugwaljanza u nondiskriminazzjoni: il-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, ir-rikonoxximent li ż-żgħażagħ huma f’riskju li jiffaċċjaw diversi forom ta’ diskriminazzjoni, inkluż diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, u li josservaw il-prinċipji rikonoxxuti fost l-oħrajn fl-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

B.

Inklużjoni: billi tagħraf li ż-żgħażagħ mhumiex grupp omoġenju, u għalhekk għandhom ħtiġijiet differenti, sfondi, sitwazzjonijiet tal-ħajja u interessi, l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ għandha tippromwovi attivitajiet u politiki li huma inklużivi għaż-żgħażagħ kollha, speċjalment dawk b’inqas opportunitajiet u/jew dawk li leħinhom jista’ jiġi injorat.

C.

Parteċipazzjoni: ir-rikonoxximent li ż-żgħażagħ kollha huma riżors għas-soċjetà, il-politiki u l-attivitajiet kollha li jikkonċernaw iż-żgħażagħ għandhom iżommu d-dritt taż-żgħażagħ li jipparteċipaw fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-politiki li jaffettwawhom permezz ta’ parteċipazzjoni sinifikanti taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ. F’dan il-kuntest, il-politiki għandhom jitfasslu b’rikonoxximent tal-bidliet li ġabet magħha l-komunikazzjoni diġitali li taffettwa l-parteċipazzjoni demokratika u ċivika.

D.

Dimensjoni globali, Ewropea, nazzjonali, reġjonali u lokali: sabiex jiġi żgurat impatt sostenibbli fuq iż-żgħażagħ, huwa importanti li l-politika tal-UE dwar iż-żgħażagħ tiġi implimentata bil-ħsieb tal-interkonnessjonijiet mal-livelli reġjonali u lokali u li l-attivitajiet jitmexxew biex jappoġġaw politiki dwar iż-żgħażagħ fil-livell lokali. Fl-istess ħin, l-ilħna taż-żgħażagħ għandhom jitqiesu kull meta jkunu indirizzati kwistjonijiet globali.

E.

Approċċ doppju: Politiki li jistinkaw biex itejbu l-ħajja taż-żgħażagħ qatt ma jistgħu jkunu limitati għall-qasam taż-żgħażagħ innifsu. Għalhekk l-approċċ doppju miftiehem fil-qafas tal-kooperazzjoni preċedenti 2010-2018 għadu indispensabbli peress li għandu l-għan li jittratta kwistjonijiet rilevanti għaż-żgħażagħ fuq naħa waħda permezz ta’ inizjattivi ta’ integrazzjoni bejn l-oqsma ta’ politika u min-naħa l-oħra permezz ta’ inizjattivi speċifiċi fil-qasam taż-żgħażagħ.

JAQBLU ULTERJORMENT dwar

1.   Ħidma rigward implimentazzjoni effettiva, iffukata u magħquda fi ħdan u bejn is-setturi

Il-ħajjiet taż-żgħażagħ jissawru permezz ta’ politiki li għandhom l-għeruq tagħhom f’diversi oqsma ta’ politika u f’livelli differenti ta’ implimentazzjoni. B’hekk, huwa biss permezz tal-integrazzjoni taż-żgħażagħ bħala prijorità fost l-oqsma differenti ta’ politika li jista’ jiġi żgurat li jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet jew l-effetti speċifiċi għaż-żgħażagħ f’politiki jew programmi maħsuba. Biex tmexxi b’eżempju, għandu jiġi segwit approċċ transsettorjali fil-livell tal-UE bħala bażi fundamentali. Barra minn hekk, l-integrazzjoni taż-żgħażagħ tista’ tkun effettiva biss meta din tiggarantixxi wkoll vuċi għaż-żgħażagħ fl-oqsma ta’ politika kollha possibbli li jaffettwawhom.

Il-kooperazzjoni transsettorjali għandha tissaħħaħ fil-livelli kollha tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jistinkaw għas-sinerġiji, il-komplementarjetà bejn l-azzjonijiet, u inkluż involviment ikbar taż-żgħażagħ.

2.   L-indirizzar tal-oqsma ċentrali tas-settur taż-żgħażagħ: Involvi ruħek. Ingħaqad mal-oħrajn. Agħti s-setgħa lilek innifsek.

a.   Involvi ruħek

Li ż-żgħażagħ jiġu pprovduti perkorsi ta’ involviment fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum iżda wkoll fil-ħajja demokratika hija essenzjali għal demokrazija li tiffunzjona u għas-soċjetà inġenerali. Li l-fokus ikun fuq il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ hija partikolarment importanti, peress li kwalunkwe deċiżjoni meħuda llum ser ikollha l-itwal impatt fuq il-ġenerazzjoni attwali ta’ żgħażagħ. Barra minn hekk, il-grupp ta’ età taż-żgħażagħ huwa inqas rappreżentat f’korpi politiċi u għandu inqas opportunitajiet biex jinfluwenza u jieħu sehem fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet minn gruppi ta’ età oħra. L-istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ għandha bħala għan il-parteċipazzjoni sinifikanti ċivika, ekonomika, soċjali, kulturali u politika taż-żgħażagħ.

Għalhekk, l-involviment taż-żgħażagħ għandu jkun bażi importanti tal-kooperazzjoni ta’ politika taż-żgħażagħ tal-UE futura. Dan ifisser ukoll li ż-żgħażagħ iridu jkunu involuti fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ linji ta’ politika li jikkonċernawhom, bħalma huma l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ kif ukoll strateġiji nazzjonali għaż-żgħażagħ. Biex tkun kemm jista’ jkun inklużiva u tadatta għal sfidi attwali u ġodda, l-esplorazzjoni ta’ forom ġodda u alternattivi ta’ parteċipazzjoni huwa essenzjali.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U L-KUMMISSJONI EWROPEA, FI ĦDAN L-OQSMA TA’ KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM, BIEX:

Iħeġġu u jippromwovu l-parteċipazzjoni demokratika inklużiva taż-żgħażagħ kollha fis-soċjetà u l-proċessi demokratiċi;

Jinvolvu b’mod attiv liż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u organizzaturi oħrajn tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki li jaffettwaw il-ħajja taż-żgħażagħ fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew;

Jappoġġaw l-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ rappreżentazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali, li jirrikonoxxu d-dritt taż-żgħażagħ li jipparteċipaw u jorganizzaw lilhom infushom, ir-rikonoxximent tal-istrutturi rappreżentattivi taż-żgħażagħ u l-inklużjoni tagħhom fil-ħidma tal-awtoritajiet fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej;

Jappoġġaw u jittrażmettu d-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ (6) sabiex jinkludu varjetà ta’ ilħna ta’ żgħażagħ fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livelli kollha u jrawmu l-iżvilupp tal-kompetenzi taċ-ċittadinanza, permezz tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza u strateġiji ta’ tagħlim;

Jappoġġaw u jiżviluppaw opportunitajiet ta’ “tagħlim biex wieħed jipparteċipa”, li jżidu l-interess f’azzjonijiet parteċipattivi u jgħinu liż-żgħażagħ jippreparaw għall-parteċipazzjoni;

Jesploraw u jippromwovu l-użu ta’ forom innovattivi u alternattivi ta’ parteċipazzjoni demokratika pereżempju għodod demokratiċi diġitali u jiffaċilitaw l-aċċess sabiex jappoġġaw il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika u jinvolvu liż-żgħażagħ b’mod inklussiv, filwaqt li huma konxji li xi żgħażagħ m’għandhomx aċċess għall-Internet u teknoloġiji diġitali, jew il-ħiliet li jużawhom;

b.   Ingħaqad mal-oħrajn

Iż-żgħażagħ fl-Ewropa qed isiru aktar u aktar konnessi. Konnessjonijiet, relazzjonijiet u skambju ta’ esperjenza huma element essenzjali għas-solidarjetà u l-iżvilupp futur tal-Unjoni Ewropea. Din il-konnessjoni titrawwem l-aħjar permezz tal-forom differenti ta’ mobbiltà.

Għalhekk, opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jesperjenzaw skambji, kooperazzjoni, azzjoni kulturali u ċivika f’kuntest Ewropew jeħtieġ li jkunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha. Dan jippermettilhom li jiżviluppaw u jsaħħu l-kompetenzi personali, soċjali u ċiviċi, jiżviluppaw ħsieb kritiku u kreattività, iżidu l-impjegabbiltà u jsiru ċittadini Ewropej attivi. Skambji taż-żgħażagħ u proġetti fi ħdan Erasmus+, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-programmi suċċessuri tagħhom huma sorsi għal tagħlim interkulturali u l-għoti tas-setgħa speċjalment għaż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet.

Il-kooperazzjoni tal-UE dwar iż-żgħażagħ għandha tirfed dawn l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ. Hija għandha tibbenefika mill-programmi tal-UE bħal Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-programmi suċċessuri tagħhom, sabiex jissaħħaħ l-għarfien dwar iż-żgħażagħ u l-aspirazzjonijiet tagħhom, u biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni politika u l-bini tal-komunità.

L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ għandha trawwem ukoll il-grad ta’ konnessjoni taż-żgħażagħ fl-UE u l-pajjiżi kandidati, is-Sħubija tal-Lvant u s-sħab tal-Balkani tal-Punent (7), kif ukoll ma’ pajjiżi terzi oħra li magħhom l-UE għandha ftehimiet ta’ assoċjazzjoni jew kooperazzjoni, kif adatt, bl-għajnuna tal-UE permezz ta’ programmi ta’ finanzjament rilevanti tal-UE.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U L-KUMMISSJONI EWROPEA, FI ĦDAN L-OQSMA TA’ KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM, BIEX:

Jippermettu l-aċċess għaż-żgħażagħ kollha, kif ukoll għal persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, għall-opportunitajiet ta’ mobbiltà transkonfinali, inkluż il-volontarjat fis-settur tas-soċjetà ċivili, billi jiġu eliminati ostakli u jimplimentaw miżuri ta’ appoġġ b’attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet;

Iħeġġu l-involviment taż-żgħażagħ fis-solidarjetà, il-promozzjoni ta’ skemi ta’ appoġġ u jfittxu li jkun hemm komplementarjetà u sinerġiji bejn strumenti ta’ finanzjament tal-UE u skemi nazzjonali, reġjonali u lokali

Jinvolvu b’mod attiv iż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ programmi ta’ finanzjament rilevanti tal-UE;

Jikkondividu l-aħjar prattiki u jkomplu jaħdmu fuq sistemi effettivi għall-validazzjoni u r-rikonoxximent ta’ ħiliet u kompetenzi miksuba permezz ta’ tagħlim mhux formali u informali, inkluż is-solidarjetà u attivitajiet ta’ volontarjat, li jkomplu l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali.

c.   Agħti s-setgħa lilek innifsek

L-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ tfisser li dawn jiġu mħeġġa jieħdu l-kontroll ta’ ħajjithom. Dan jirrikjedi r-riżorsi u l-għodod meħtieġa u ambjent li huwa lest li jagħti l-attenzjoni kif xieraq lill-vuċi taż-żgħażagħ. Illum, iż-żgħażagħ madwar l-Ewropa qed iħabbtu wiċċhom ma’ diversi sfidi, bħad-diffikultajiet fl-aċċess tagħhom għad-drittijiet soċjali, l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, kif ukoll theddid li jirriżulta minn aħbarijiet foloz u propaganda.

Sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi u għalhekk jippermettu verament l-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ, hija meħtieġa ħidma kollaborattiva fuq il-politiki li jindirizzaw is-sitwazzjoni speċifika taż-żgħażagħ u konsegwentement itejbu l-ħajja taż-żgħażagħ fl-UE.

F’dan il-kuntest, il-ħidma fost iż-żgħażagħ fil-forom kollha tagħha, tista’ sservi bħala katalist għal għoti ta’ setgħa: Il-ħidma fost iż-żgħażagħ iġġib benefiċċji uniċi għaż-żgħażagħ fit-transizzjoni tagħhom għall-ħajja adulta (8), li tipprovdi ambjent sikur għalihom biex jiksbu kunfidenza fihom infushom, u jitgħallmu b’mod mhux formali. Il-ħidma fost iż-żgħażagħ hija magħrufa li tagħti liż-żgħażagħ kompetenzi u ħiliet ewlenin personali, professjonali u intraprenditorjali bħall-ħidma f’tim, it-tmexxija, il-kompetenzi interkulturali, il-ġestjoni ta’ proġetti, is-soluzzjoni tal-problemi u l-ħsieb kritiku. F’xi każijiet, il-ħidma fost iż-żgħażagħ hija l-pont fl-edukazzjoni, it-taħriġ jew ix-xogħol, u b’hekk tiġi evitata l-esklużjoni.

Sabiex jinkisbu dawn il-benefiċċji, hemm ħtieġa akbar għar-rikonoxximent ta’ tagħlim mhux formali u informali permezz tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, ta’ benefiċċju speċjalment għal dawk bi ftit kwalifiki formali, bħala mod kif titjieb l-impjegabbiltà. Ir-rikonoxximent jista’ jitjieb b’użu aktar sistematiku ta’ għodod ta’ kwalità.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U L-KUMMISSJONI EWROPEA, FI ĦDAN L-OQSMA TA’ KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM, BIEX:

Jiżviluppaw u jimplimentaw Aġenda Ewropea tax-Xogħol għaż-Żgħażagħ għall-kwalità, l-innovazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħidma fost iż-żgħażagħ. Sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ, huwa meħtieġ li jintegraw l-għarfien espert ta’ rappreżentazzjonijiet fost iż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u r-riċerkaturi. Għandhom jinkoraġġixxu aktar sinerġiji mal-ħidma mwettqa mill-Kunsill tal-Ewropa f’dan il-qasam;

Jappoġġaw ħidma ta’ kwalità fost iż-żgħażagħ għall-iżvilupp lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew, inkluż l-iżvilupp tal-politika fil-qasam, taħriġ għall-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, l-istabbiliment ta’ oqfsa legali u allokazzjoni suffiċjenti ta’ riżorsi;

Jappoġġaw l-attivitajiet ta’ ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ fil-livelli kollha, inkluż fil-livell lokali, u r-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ bħala fornituri tal-kompetenzi, l-iżvilupp u l-inklużjoni soċjali permezz tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u attivitajiet ta’ edukazzjoni mhux formali, filwaqt li jiġu rispettati l-attivitajiet nazzjonali, reġjonali u lokali f’dan il-qasam;

Joħolqu u jiżviluppaw aktar, meta u fejn ikun possibbli, punti ta’ kuntatt faċilment aċċessibbli għaż-żgħażagħ li joffru firxa wiesgħa ta’ servizzi u/jew jipprovdu informazzjoni, inkluż gwida finanzjarja, gwida u appoġġ rigward il-karrieri, is-saħħa u r-relazzjonijiet u opportunitajiet edukattivi, kulturali u ta’ impjieg.

GĦALDAQSTANT JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U L-KUMMISSJONI EWROPEA FI ĦDAN L-OQSMA TA’ KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM, BIEX:

3.   Jikkooperaw fuq il-Bażi ta’ Strumenti u Governanza

Biex tiġi implimentata b’mod effettiv l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ madwar l-UE u fl-Istati Membri, huma meħtieġa strumenti konkreti. Il-miżuri li ġejjin ser jintużaw biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ fejn adatt fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali, Ewropew u globali:

a.

Tfassil ta’ politika taż-żgħażagħ ibbażata fuq l-evidenza u l-bini tal-għarfien: Il-Politika tal-UE dwar iż-Żgħażagħ għandha tkun ibbażata fuq l-evidenza u msejsa fuq il-ħtiġijiet u s-sitwazzjonijiet reali taż-żgħażagħ. Dan jirrikjedi riċerka kontinwa, l-iżvilupp tal-għarfien u s-sensibilizzazzjoni taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ. Il-ġbir ta’ data diżaggregata dwar iż-żgħażagħ huwa ta’ importanza partikolari biex jitrawwem fehim tal-ħtiġijiet ta’ gruppi differenti ta’ żgħażagħ, b’mod partikolari dawk b’inqas opportunitajiet. It-tfassil tal-politika bbażata fuq l-evidenza għandu jitwettaq bl-appoġġ tal-Wiki taż-Żgħażagħ, netwerks ta’ riċerka taż-żgħażagħ, il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Kunsill tal-Ewropa, l-OECD u korpi oħra, inkluż organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.

b.

Tagħlim reċiproku u tixrid: It-tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u l-partijiet ikkonċernati rilevanti għandu jkun għodda għall-iżvilupp tal-politika taż-żgħażagħ fir-rigward ta’ oqsma ewlenin kif ukoll trasversali. Il-gruppi ta’ esperti ser ikomplu jiżviluppaw gwida politika, għodod prattiċi u jaqsmu prattiki tajbin; din l-istrateġija ser toffri għodod ġodda għat-tagħlim reċiproku, bħal evalwazzjonijiet bejn il-pari u konsulenza bejn il-pari, forums ta’ livell għoli, analiżijiet u studji, li inġenerali jsegwu l-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, u fi ħdan Pjanijiet ta’ Ħidma triennali. Din ser issegwi approċċ aktar sistematiku għall-informazzjoni ta’ kwalità dwar iż-żgħażagħ, għas-sensibilizzazzjoni u t-tixrid, billi tibni fuq in-netwerks eżistenti tagħha.

c.

Governanza parteċipattiva: Sabiex iż-żgħażagħ jiġu rikonoxxuti bħala esperti ta’ ħajjithom stess, huwa kruċjali li jiġi żgurat li ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom jiġu involuti fil-fażijiet differenti tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ. Il-parteċipazzjoni tkabbar il-viżibbiltà taż-żgħażagħ u t-tħassib tagħhom, iżda żżid ukoll il-viżibbiltà f’għajnejn iż-żgħażagħ ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-politika taż-żgħażagħ. Il-parteċipazzjoni għandha l-għan ukoll li żżid il-leġittimità u rikonoxximent tal-politiki dwar iż-żgħażagħ. Sabiex tinbena bażi għal djalogu ċiviku regolari, il-partijiet ikkonċernati jingħataw rwol akbar fil-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tal-istrateġija, u jiġu offruti opportunitajiet biex jiskambjaw informazzjoni dwar l-attivitajiet u r-riżultati, Pjattaforma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ ser ikollha l-għan li tiffaċilita governanza parteċipattiva u l-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija. Il-Kummissjoni hija mistiedna torganizza laqgħat iddedikati li jlaqqgħu flimkien, kif xieraq, rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri, l-Aġenziji Nazzjonali ta’ Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali.

d.

Mobilizzazzjoni tal-programmi u l-fondi tal-UE: L-istrateġija ser tippromwovi l-użu effettiv tal-programmi u l-fondi tal-UE, bħall-Erasmus+, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, l-Orizzont 2020, inkluż l-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie, l-Ewropa Kreattiva u s-suċċessuri tagħhom. L-Istati Membri huma mistiedna jesploraw is-sinerġiji bejn is-sorsi ta’ finanzjament fil-livelli tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali.

e.

Monitoraġġ tal-fondi tal-EU: It-trasparenza dwar azzjoni tal-UE għaż-żgħażagħ, għandha tinkludi l-monitoraġġ tal-infiq tal-UE fuq iż-żgħażagħ, bl-użu kif xieraq tal-mekkaniżmi eżistenti.

f.

Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ: Filwaqt li jżommu f’moħħhom id-diversi partijiet ikkonċernati involuti fit-tfassil tal-politika għaż-żgħażagħ, huwa importanti li jiġu kkomunikati l-fini u l-kontenut tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ b’mod komprensiv u f’lingwa adatta għaż-żgħażagħ. L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ flimkien mal-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ jistgħu jipprovdu orjentazzjoni għal persuni involuti mill-qrib fit-tfassil tal-politika taż-żgħażagħ kif ukoll atturi lil hinn minn dak il-qasam, fil-ħolqien ta’ narrattiva ġdida u pożittiva dwar il-politika tal-UE dwar iż-żgħażagħ u tal-Ħidma fost iż-Żgħażagħ fl-Ewropa.

g.

Pjanifikatur tal-Attivitajiet Nazzjonali Futuri (9): Il-Pjanifikatur tal-Attivitajiet Nazzjonali Futuri (FNAP) għandu l-intenzjoni li jippermetti lill-Istati Membri sabiex fuq bażi volontarja jaqsmu l-prijoritajiet tagħhom skont l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ. L-għan tagħhom huwa li jżidu t-trasparenza fl-implimentazzjoni tal-politiki dwar iż-żgħażagħ fil-livell reġjonali, nazzjonali u tal-UE. Dan għandu jgħin biex jiġu identifikati sħab adatti għal attivitajiet ta’ tagħlim reċiproku, bi tweġiba għal ħtiġijiet individwali tal-Istati Membri. Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv addizzjonali, il-FNAPs għandhom jibnu fuq l-oqfsa ta’ politika nazzjonali taż-żgħażagħ/strateġiji nazzjonali taż-żgħażagħ eżistenti.

h.

Id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ (10): Filwaqt li jibni fuq il-kisbiet ta’ Djalogu Strutturat maż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, Djalogu maż-Żgħażagħ tal-UE ġdid ser jiġi stabbilit, bl-għodod meħtieġa, bil-għan li jiġu inklużi aktar persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet u żgħażagħ, speċjalment dawk mhux mismugħa u/jew b’inqas opportunitajiet fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, sabiex jitrawwem l-involviment tagħhom u l-parteċipazzjoni politika tagħhom fl-UE u fis-soċjetà inġenerali. Barra minn hekk, għandu jiġi ffaċilitat skambju aktar regolari bejn il-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali għad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ u l-Kummissjoni Ewropea.

i.

Il-Koordinatur tal-UE għaż-Żgħażagħ: Il-Kunsill jilqa’ l-intenzjoni li jistabbilixxi Koordinatur tal-UE għaż-Żgħażagħ fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, bil-għan li tittejjeb il-kooperazzjoni transsettorjali, kif ukoll l-iżvilupp u l-iskambju tal-għarfien dwar kwistjonijiet taż-żgħażagħ fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea. Koordinatur tal-UE għaż-Żgħażagħ għandu jaħdem id f’id ma’ diversi partijiet ikkonċernati sabiex tiġi żgurata komunikazzjoni koerenti maż-żgħażagħ.

j.

Informazzjoni u Appoġġ taż-Żgħażagħ: bil-forniment adegwat ta’ servizzi u pjattaformi ta’ informazzjoni taż-żgħażagħ ta’ kwalità fil-livelli kollha, inkluż il-Portal għaż-Żgħażagħ Ewropej, u bl-appoġġ tal-organizzazzjonijiet Ewropej kollha, jista’ jiġi promoss aċċess ugwali għaż-żgħażagħ għal informazzjoni ta’ kwalità dwar id-drittijiet u l-opportunitajiet tagħhom, is-servizzi u l-programmi tal-UE għaż-żgħażagħ;

k.

Pjan ta’ Ħidma tal-UE għaż-Żgħażagħ: L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ ser tkun qed issegwi perijodi triennali ta’ ħidma tul żewġ Triji ta’ Presidenzi. Il-prijoritajiet u l-azzjonijiet għall-perijodi ta’ ħidma rispettivi ser jiġu ppreżentati fil-Pjanijiet ta’ Ħidma tal-UE għaż-Żgħażagħ. Il-Kunsill għandu jiffissa dawn il-Pjanijiet ta’ Ħidma tal-UE flimkien mal-Kummissjoni, billi jibda bi pjan ta’ ħidma 2019-2021 (11). Dawn il-pjanijiet għandhom jieħdu mill-prinċipji u prijoritajiet ta’ din l-Istrateġija, u jindirizzaw kwistjonijiet taż-żgħażagħ f’konfigurazzjonijiet oħra tal-Kunsill u l-korpi preparatorji tagħhom fl-oqsma ta’ politika rilevanti.

l.

Monitoraġġ, rappurtar, evalwazzjoni: Sabiex il-progress tal-koordinazzjoni politika jkun rieżaminat u ffaċilitat, għandu jitwettaq monitoraġġ perjodiku tal-progress miksub. Prattiki tajbin u l-kundizzjonijiet tagħhom għat-trasferibbiltà għandhom jiġu identifikati biex jiffaċilitaw it-tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni ser tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ kull tliet snin, ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u l-Wiki taż-Żgħażagħ. Il-Wiki taż-Żgħażagħ ser ikompli jipprovdi informazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ politiki nazzjonali għaż-żgħażagħ. Fil-livell tal-UE, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra ser ikunu involuti mill-qrib fil-monitoraġġ tal-progress permezz tal-Pjattaforma tal-Istrateġija tal-UE. Il-Kwadru Operattiv ta’ Indikaturi tal-UE dwar iż-Żgħażagħ jista’ jintuża biex tkun issorveljata s-sitwazzjoni ġenerali taż-żgħażagħ fl-Istati Membri. L-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea huma mistiedna jirrieżaminaw il-Kwadru Operattiv ta’ Indikaturi fl-ewwel sena wara l-adozzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ. Jistgħu jkunu stabbiliti indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi u parametri referenzjarji, imfassla skont il-ħtiġijiet tal-Istati Membri u s-setturi involuti, bħala mezz sabiex jiġu mqabbla l-aħjar prattiki u tkun immonitorjata l-implimentazzjoni tal-istrateġija. Għandu jsir rieżami tal-politika tal-proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mill-UE fl-2019 biex jiġu estratti s-sejbiet rilevanti għall-qasam tal-politika taż-żgħażagħ.

m.

Rieżami ta’ Nofs it-Terminu: Il-Kunsill għandu jwettaq rieżami ta’ nofs it-terminu tal-EUYS abbażi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni li għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2023. Hija għandha tirrieżamina kif xieraq din ir-Riżoluzzjoni fis-sena 2024, sabiex taġġustaha għal żviluppi u ħtiġijiet ġodda possibbli.


(1)  Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas imġedded fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet fir-rigward tal-qafas tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (27 ta’ Ġunju 2002)

(2)  Eurofound – taqsima dwar NEETs: https://www.eurofound.europa.eu/topic/NEETs

(3)  Dok. 9264/18 ADD 2 - SWD(2018) 169 final parti 1-7

(4)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Investiment fiż-Żgħażagħ tal-Ewropa” (COM(2016)940), Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar perspettivi strateġiċi għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ wara l-2018, Mejju 2017

(5)  Dok. 9264/18 + ADD 1 sa ADD 8 - COM(2018) 269 final

(6)  Għal aktar dettalji ara l-anness 1 dwar id-Djalogu tal-UE dwar iż-Żgħażagħ

(7)  https://ec.europa.eu/neighbourhood-enlargement/policy/eu-and-western-balkans_en

(8)  Grupp ta’ esperti dwar il-“kontribuzzjoni tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u t-tagħlim mhux formali u informali biex jindirizza l-isfidi li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ, b’mod partikolari t-transizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg”. http://ec.europa.eu/assets/eac/youth/library/reports/contribution-youth-work-summary_en.pdf

(9)  Għal aktar dettalji ara l-anness 2 dwar il-Pjanifikatur tal-Attivitajiet Nazzjonali Futuri

(10)  Għal aktar dettalji ara l-anness 1 dwar id-Djalogu tal-UE dwar iż-Żgħażagħ

(11)  Għal aktar dettalji ara l-anness 4 dwar il-Pjan ta’ Ħidma tal-UE għaż-Żgħażagħ 2019-2021


ANNESS 1

dwar id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ

1.   Introduzzjoni

“Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ” tfisser id-djalogu maż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ li jinvolvu dawk li jfasslu l-politika u jieħdu d-deċiżjonijiet, kif ukoll l-esperti, ir-riċerkaturi u atturi tas-soċjetà ċivili rilevanti oħra, kif xieraq. Dan iservi bħala forum għal riflessjoni konġunta kontinwa u konsultazzjoni dwar il-prijoritajiet, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (1).

Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ huwa l-evoluzzjoni tal-proċess ta’ Djalogu Strutturat li ġie stabbilit minn riżoluzzjoni dwar il-qafas imġedded ta’ kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018) u żviluppat aktar fis-snin ta’ wara, skont ir-riżultati ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni kontinwi (2).

Ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp futur tad-Djalogu Strutturat adottat f’Mejju 2017 stiednet lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni “sabiex iwettqu rieżami tal-proċess ta’ Djalogu Strutturat u l-objettivi tiegħu għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-Qasam taż-Żgħażagħ Wara l-2018 u jikkunsidraw modi innovattivi u effettivi li jippromwovu djalogu u involviment sinifikanti u kostruttiv ma’ żgħażagħ minn ambjenti differenti, ma’ organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, riċerkaturi żgħażagħ u ma’ dawk li jfasslu l-politika inkluż partijiet ikkonċernati minn setturi rilevanti oħra.” (3)

2.   L-objettivi ta’ Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ

Id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-objettivi ġenerali u jsegwi l-prinċipji ta’ gwida tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ kif deskritt fir-Riżoluzzjoni ta’ hawn fuq.

L-objettivi speċifiċi ta’ Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ huma li:

(a)

iħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa, skont l-Artikolu 165 TFUE;

(b)

jippromwovi l-parteċipazzjoni ugwali bejn in-nisa u l-irġiel żgħażagħ;

(c)

jinkludi varjetà ta’ vuċijiet u jiżgura l-ftuħ għaż-żgħażagħ kollha biex jikkontribwixxu fit-tfassil tal-politika;

(d)

iġib bidla pożittiva fil-politika taż-żgħażagħ fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew;

(e)

isaħħaħ il-kompetenzi taċ-ċittadinanza taż-żgħażagħ u s-sens ta’ appartenenza fis-soċjetà u fl-Unjoni Ewropea.

3.   L-implimentazzjoni tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ

Id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ preferibbilment għandu jsegwu ċikli ta’ ħidma ta’ 18-il xahar bi prijorità tematika waħda għal kull ċiklu li hija marbuta mill-qrib mal-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ u l-Għanijiet Ewropej għaż-Żgħażagħ fejn adatt.

Kull ċiklu għandu jibni fuq it-tagħlimiet ta’ dak preċedenti. Segwitu kontinwu huwa vitali biex ikunu ssorveljati l-eżiti tal-kwalità u l-impatt b’mod ġenerali tal-proċess kollu. Proċeduri għall-kejl tal-impatt, kwalitattivi u/jew kwantitattivi, għandhom jitwettqu matul il-fażijiet kollha tal-proċess mis-sħab involuti kollha fil-livell xieraq.

Wara l-objettivi msemmija hawn fuq, id-Djalogu għaż-Żgħażagħ għandu jibni fuq approċċi favur il-parteċipazzjoni fi stadji differenti:

(a)

Informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta’ parteċipazzjoni kif ukoll dwar it-tema ġenerali, ipprovduta mil-livelli lokali sa dak Ewropew;

(b)

Konsultazzjoni, inkluż metodi ta’ interazzjoni online u offline kif ukoll ta’ riżultati ta’ riċerka bbażata fuq l-evidenza;

(c)

Djalogu dirett bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u ż-żgħażagħ, li jibni fuq l-aħjar prattiki fl-approċċi metodoloġiċi żviluppati fid-Djalogu Strutturat s’issa, kif ukoll fuq l-innovazzjoni kontinwa f’dan ir-rigward;

(d)

Is-sħubija kontinwa fil-governanza tal-proċess fil-livell nazzjonali u Ewropew, inkluż sħubiji mas-setturi rilevanti skont is-suġġett taċ-ċiklu fejn xieraq.

4.   Governanza tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ

Il-governanza tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ għandha tkompli tibni fuq l-esperjenza mill-passat, waqt li timmira għal proċess aktar ċar u aktar effiċjenti.

Biex tkun appoġġata l-implimentazzjoni u l-governanza ta’ Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ, varjetà ta’ sħubijiet fuq diversi livelli tista’ tkun ta’ benefiċċju, pereżempju mal-Kunsilli taż-Żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet ikkonċernati oħra fil-qasam taż-żgħażagħ kif ukoll sħab minn setturi oħra.

L-Istati Membri huma mħeġġa jippermettu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-fażijiet kollha ta’ implimentazzjoni tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ billi jingħata fost l-oħrajn rwol ewlieni fil-Grupp ta’ Ħidma Nazzjonali għall-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.


(1)  Dok. 11865/18, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “Erasmus”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013.

(2)  Dok. 9264/18 ADD 1 Dokument ta’ ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar ir-Riżultati tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ 2010-2018 Li jakkumpanja l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Impenn, il-Konnessjoni u l-Għoti tas-Setgħa liż-żgħażagħ: Strateġija ġdida tal-UE dwar iz-Żgħażagħ tal-UE.

(3)  Dok. 9632/17 Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar id-Djalogu Strutturat u l-iżvilupp futur tad-djalogu maż-żgħażagħ fil-kuntest tal-politiki għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, wara l-2018.


ANNESS 2

dwar il-Pjanifikatur tal-Attivitajiet Nazzjonali Futuri

Sabiex tiżdied it-trasparenza fl-implimentazzjoni tal-politiki taż-żgħażagħ fil-livell reġjonali, nazzjonali u tal-UE, il-Pjanifikaturi tal-Attivitajiet Nazzjonali Futuri (FNAPs) għandhom l-intenzjoni li jippermetti lill-Istati Membri sabiex fuq bażi volontarja jikkondividu l-prijoritajiet tagħhom f’konformità mal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ.

Il-politiki taż-żgħażagħ fi Stati Membri huma fost l-aktar strumenti importanti għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ. Ħafna drabi dawn jiġu kkonsolidati fi strateġija nazzjonali taż-żgħażagħ jew dokument ekwivalenti fl-ippjanar tal-politika taż-żgħażagħ. Il-kontenut ta’ dawn l-istrateġiji nazzjonali taż-żgħażagħ jista’ jkun tassew rilevanti għal Stati Membri oħra biex jippermettilhom li jistabbilixxu sinerġiji, jiffaċilitaw it-tagħlim bejn il-pari u jgħinu biex jiġu identifikati u miġbura flimkien interessi differenti u bżonnijiet speċifiċi tal-Istati Membri fl-iżvilupp tal-politika taż-żgħażagħ.

L-għan tal-ġbir tal-prijoritajiet nazzjonali futuri fil-qasam taż-żgħażagħ huwa li:

joħloq bażi tal-għarfien li tispira proġetti u attivitajiet potenzjali bilaterali jew multilaterali fil-qasam tat-tfassil ta’ politika dwar iż-żgħażagħ;

jippermetti lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom strateġikament ma’ Stati Membri oħra fir-rigward tal-ħtiġijiet nazzjonali u strateġiji futuri;

jidentifika oqsma għal tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri;

jagħti lill-attivitajiet reġjonali u nazzjonali rwol fix-xena Ewropea.

Fil-FNAPs tagħhom, l-Istati Membri jistgħu:

jinnominaw atturi responsabbli;

jiddeskrivu t-traduzzjoni tal-prijoritajiet Ewropej fil-kuntest nazzjonali, biex dawn jiġu konnessi ma’ azzjonijiet konkreti;

jistabbilixxu kif l-azzjonijiet fil-pjanijiet jorbtu mal-programmi nazzjonali u tal-UE ta’ finanzjament għaż-żgħażagħ, bħall-Erasmus+, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-programmi suċċessuri tagħhom taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027.

L-iżvilupp ta’ FNAPs idealment għandu jsegwi l-prinċipju tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fit-tfassil tal-politika. L-involviment tal-aġenziji nazzjonali għal Erasmus + u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà f’dan il-proċess jista’ jiġi mħeġġeġ ukoll, flimkien mal-kooperazzjoni ma’ atturi transettorjali differenti.

Sabiex jiġi massimizzat il-potenzjal tat-tagħlim reċiproku u s-sinerġiji, il-FNAPs għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.


ANNESS 3

dwar l-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ

L-Għanijiet Ewropew dwar iż-Żgħażagħ (1) huma r-riżultat tas-6 ċiklu tad-Djalogu Strutturat maż-żgħażagħ, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, riċerkaturi u partijiet ikkonċernati oħra li seħħ taħt it-titolu “Iż-Żgħażagħ fl-Ewropa: Xi jmiss?”. L-għan ta’ dan iċ-ċiklu kien li jinġabru l-ilħna taż-żgħażagħ u jikkontribwixxu flimkien sabiex tinħoloq tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2019-2027.

L-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ jippreżentaw viżjoni għal Ewropa li tippermetti liż-żgħażagħ jirrealizzaw il-potenzjal sħiħ tagħhom. Huma jidentifikaw oqsma transettorjali li jaffettwaw ħajjet iż-żgħażagħ u jindikaw liema sfidi jeħtieġ li jiġu indirizzati.

L-ewwel fażi tas-6 ċiklu tad-Djalogu Strutturat iffoka fuq ħsieb miftuħ u d-definizzjoni ta’ fehim komuni dwar it-tema taċ-ċiklu. Iż-żgħażagħ, flimkien ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, identifikaw suġġetti rilevanti għat-tfassil tal-politika fil-qasam taż-żgħażagħ, li servew lir-riċerkaturi involuti bħala bażi għat-tfassil ta’ konsultazzjoni madwar l-Ewropa kollha. Fil-fażi ta’ konsultazzjoni ta wara, żgħażagħ minn madwar l-Ewropa kollha, li ġejjin minn firxa wiesgħa ta’ sfondi kienu involuti permezz ta’ gruppi fokus, stħarriġ u metodi oħra. Filwaqt li jibnu fuq ir-riżultati ta’ din il-konsultazzjoni, id-delegati taż-żgħażagħ u min jieħu d-deċiżjonijiet flimkien ifformulaw il-11-il Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ elenkati hawn taħt, li ġew milqugħa tajjeb ħafna mill-Ministri fid-dibattitu ta’ orjentazzjoni li ġej tal-Kunsill taż-Żgħażagħ tal-UE. L-aħħar fażi taċ-ċiklu ffoka fuq l-ippjanar ta’ azzjonijiet konkreti u l-esplorazzjoni ta’ modi dwar kif jiġu implimentati l-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ.

Fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea huma mistiedna li fost oħrajn jispiraw ruħhom mill-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ u jinkludu din il-viżjoni kull fejn ikun xieraq fil-politiki u l-aġendi kollha relatati.

B’kont debitu għas-sussidjarjetà, l-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ għandhom ikunu trattati skont il-leġislazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni u ċ-ċirkostanzi nazzjonali. L-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ ma jirrappreżentawx għanijiet legalment vinkolanti.

Image

#1 KONNESSJONI BEJN L-UE U Ż-ŻGĦAŻAGĦ

Sfond: Għadd dejjem akbar ta’ żgħażagħ għandhom nuqqas ta’ fiduċja fl-UE, jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fil-fehim tal-prinċipji, il-valuri, u l-funzjonament tagħha. Defiċits demokratiċi fil-proċessi tal-UE ġew ukoll identifikati bħala waħda mir-raġunijiet għal ewroxettiċiżmu li qed jiżdied fost iż-żgħażagħ.

Għan: Jitrawwem is-sens ta’ appartenenza taż-żgħażagħ għall-proġett Ewropew u jinbena pont bejn l-UE u ż-żgħażagħ biex terġa’ tinkiseb il-fiduċja u tiżdied il-parteċipazzjoni.

Miri

Jiġi ggarantit l-involviment u d-djalogu sinifikanti taż-żgħażagħ fl-istadji kollha tat-teħid ta’ deċiżjoni tal-UE billi jittejbu l-mekkaniżmi parteċipatorji eżistenti u jinħolqu oħrajn ġodda.

Jiġi żgurat aċċess ugwali għall-informazzjoni ta’ kwalità, imparzjali u adatta għaż-żgħażagħ dwar kif taħdem l-UE, kif jistgħu jinvolvu ruħhom fiha u x’opportunitajiet toffri.

Jintroduċu u jżidu l-edukazzjoni dwar l-Ewropa u l-UE f’ambjenti formali u mhux formali.

Tiġi żgurata rappreżentanza ġusta tal-istati membri kollha fil-korpi politiċi u amministrattivi tal-UE, f’konformità mal-prinċipju ta’ ċittadinanza ugwali.

Jiżdied il-baġit u l-impatt tal-programmi tal-UE dwar iż-żgħażagħ.

Il-bini tal-fiduċja taż-żgħażagħ fil-proġett tal-UE billi jiġi indirizzat id-defiċit demokratiku, in-nuqqas ta’ trasparenza u viżibilità.

Tiġi istituzzjonalizzata l-valutazzjoni tal-impatt u l-effett tal-politiki tal-UE, kif ukoll tal-adattament tagħhom għaż-żgħażagħ.

Image

#2 L-UGWALJANZA GĦALL-ĠENERI KOLLHA  (2)

Sfond: Diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru għadha taffettwa ħafna żgħażagħ, speċjalment in-nisa żgħażagħ. Opportunitajiet indaqs u aċċess għad-drittijiet jeħtieġ li jiġu żgurati għaż-żgħażagħ tal-ġeneri kollha inkluż żgħażagħ mhux binarji u LGBTQI+  (3).

Għan: Tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-ġeneri kollha u l-approċċi sensittivi għall-ġeneri fl-oqsma kollha tal-ħajja ta’ persuna żagħżugħa.

Miri

Tiġi ttrattata d-diskriminazzjoni u jiġu żgurati drittijiet ugwali għall-ġeneri kolla fil-ħajja kulturali, ta’ politika u soċjoekonomika.

Jinkiseb għarfien universali tal-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni sessista, b’mod partikolari fil-media.

Tintemm il-vjolenza sessista billi tiġi indirizzata u ttrattata b’mod effettiv fil-forom kollha tagħha.

Jiġu eliminati r-rwoli stereotipiċi tal-ġeneri u jitħaddnu l-identitajiet diversi tal-ġeneru fis-sistemi edukattivi, il-ħajja tal-familja, fuq il-post tax-xogħol, u oqsma oħra tal-ħajja.

Tintemm id-diskriminazzjoni strutturali sessista fis-suq tax-xogħol u jiġu żgurati drittijiet, aċċess u opportunitajiet ugwali.

Tiġi żgurata paga ugwali għal xogħol ugwali u l-kondiviżjoni ugwali tar-responsabbiltajiet tax-xogħol tal-indukrar.

Jiġi żgurat l-aċċess ugwali għall-edukazzjoni formali u mhux formali, u li t-tfassil tas-sistemi tal-edukazzjoni jsegwi approċċi sensittivi għall-ġeneri.

Image

#3 SOĊJETAJIET INKLUŻIVI

Sfond: Terz taż-żgħażagħ fl-Ewropa huma f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali. Ħafna ma għandhomx aċċess għad-drittijiet soċjali tagħhom. Ħafna jkomplu jiffaċċjaw diskriminazzjoni multipla, jesperjenzaw preġudizzju u atti kriminali ta’ preġudizzju. Il-fenomeni migratorji ġodda ġabu magħhom diversi sfidi soċjali u marbuta mal-inklużjoni. Għalhekk, huwa kruċjali li jkun ssir ħidma favur l-issodisfar tad-drittijiet taż-żgħażagħ kollha fl-Ewropa, inklużi dawk l-aktar emarġinati u esklużi.

Għan: Tiġi permessa u żgurata l-inklużjoni taż-żgħażagħ kollha fis-soċjetà.

Miri

Tiġi pprovduta protezzjoni legali u jiġu infurzati strumenti legali internazzjonali għall-ġlieda kontra kull tip ta’ diskriminazzjoni u diskors ta’ mibegħda, filwaqt li jiġi rikonoxxut li ż-żgħażagħ huma soġġetti għal forom multipli ta’ diskriminazzjoni.

Tissaħħaħ il-kapaċità li l-informazzjoni tasal għand żgħażagħ emarġinati, biex ikun żgurat li huma jkunu konxji tal-ispazji, l-opportunitajiet u l-esperjenzi disponibbli għalihom.

Jiġi żgurat li ż-żgħażagħ emarġinati kollha jkollhom aċċess ugwali għal ambjenti ta’ tagħlim formali u mhux formali, li jindirizzaw id-dimensjonijiet kollha tal-inklużjoni.

Jissaħħu l-kapaċitajiet tal-edukaturi li jaħdmu maż-żgħażagħ emarġinati.

Jiġu pprovduti aktar spazji, opportunitajiet, riżorsi u programmi li jrawmu d-djalogu u l-koeżjoni soċjali, u jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni u s-segregazzjoni.

Jissaħħaħ l-appoġġ soċjali billi jiġi implimentat id-dritt għal paga li tiggarantixxi l-għajxien, kundizzjoni għal xogħol ġust, aċċess universali għal kura tas-saħħa ta’ kwalità, u jiġu żgurati miżuri speċifiċi għal żgħażagħ emarġinati.

Jiġi żgurat li żgħażagħ emarġinati jipparteċipaw fil-proċessi kollha ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u jkunu atturi ewlenin, b’mod partikolari fi proċessi li jikkonċernaw id-drittijiet, il-benesseri u l-interessi tagħhom stess.

Image

#4 INFORMAZZJONI U DJALOGU KOSTRUTTIV

Sfond: Iż-żgħażagħ jesperjenzaw diffikultajiet biex jivverifikaw il-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni. Jeħtieġ li dawn ikunu mgħammra b’mod aktar adegwat biex jinnavigaw fl-isfera tal-media u biex jipparteċipaw fi djalogu kostruttiv.

Għan: Jiġi żgurat li ż-żgħażagħ ikollhom aċċess aħjar għal informazzjoni affidabbli, tiġi sostnuta l-abbiltà tagħhom li jevalwaw l-informazzjoni b’mod kritiku u jimpenjaw ruħhom fi djalogu kostruttiv u parteċipatorju.

Miri

Iż-żgħażagħ jingħataw is-setgħa li jkunu utenti u produtturi kritiċi u responsabbli tal-informazzjoni.

Jiġi żgurat li ż-żgħażagħ ikollhom l-abbiltà li jirrikonoxxu u jirrappurtaw l-aħbarijiet qarrieqa ripetutament u jivverifikaw il-preċiżjoni tas-sorsi użati tal-aħbarijiet.

Jiġi żgurat li ż-żgħażagħ ikollhom l-abbiltà li jirrikonoxxu u jirrappurtaw diskors ta’ mibegħda u diskriminazzjoni online u offline.

Jiġi żgurat li ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom fi djalogu ta’ rispett u tolleranti, mhux vjolenti, online u offline.

Jiġi żgurat aċċess faċli għal informazzjoni li tinftiehem adatta għaż-żgħażagħ u li ssegwi l-kodiċi ta’ etika u l-istandards ta’ kwalità

Jiġi żgurat li l-ġenituri u l-persuni li jindukraw, u dawk kollha involuti fl-edukazzjoni u t-taħriġ taż-żgħażagħ ikunu mgħammra b’kompetenzi fil-qasam tal-media u dak diġitali u li huma jkunu sorsi ta’ informazzjoni affidabbli għaż-żgħażagħ.

Image

#5 SAĦĦA U BENESSRI MENTALI

Sfond: Għadd sinifikanti u li qed jiżdied ta’ żgħażagħ madwar l-Ewropa qed jesprimu t-tħassib tagħhom dwar il-prevalenza ta’ kwistjonijiet ta’ saħħa mentali bħal livell għoli ta’ stress, ansjetà, dipressjoni u mard mentali ieħor fost il-pari tagħhom. Iż-żgħażagħ isemmu l-pressjonijiet soċjetali enormi li jiffaċċjaw illum, u jesprimu l-ħtieġa ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa mentali aħjar għaż-żgħażagħ.

Għan: Jinkiseb benessri mentali aħjar u tintemm l-istigmatizzazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ saħħa mentali, biex b’hekk tiġi promossa l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ kollha.

Miri

Jiġi inkoraġġut l-iżvilupp tal-għarfien tagħhom infushom u inklinazzjonijiet inqas kompetittivi billi jitrawwem l-apprezzament tal-ħiliet u l-kapaċitajiet individwali.

Jitħarsu d-drittijiet għax-xogħol u l-istudju ta’ persuni bi problemi ta’ saħħa mentali kemm waqt kif ukoll wara l-mard biex tkun żgurata l-abbiltà tagħhom li jwettqu l-ambizzjonijiet tagħhom.

Jiġi żviluppat approċċ intersezzjonali inklużiv għas-servizzi tal-kura tas-saħħa mentali għal kulħadd, speċjalment għall-gruppi emarġinati.

Il-professjonisti kollha li jaħdmu maż-żgħażagħ kif ukoll il-familja u l-ħbieb jiġu pprovduti b’taħriġ fl-ewwel għajnuna ta’ kwalità fil-qasam tas-saħħa mentali.

Jiġi pprovdut trattament inklużiv, li juri rispett u ffinanzjat tajjeb billi jiġu inkorporati servizzi tal-kura tas-saħħa mentali ta’ kwalità għolja fl-istituzzjonijiet mediċi kollha.

L-attenzjoni tiġi ċċentrata fuq miżuri ta’ prevenzjoni li jiżguraw li ż-żgħażagħ ikunu mgħammra bl-għarfien u l-ħiliet meħtieġa għal benessri mentali aħjar.

Tiġi miġġielda l-istigma fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ saħħa mentali billi jiġu żviluppati programmi ta’ sensibilizzazzjoni.

Image

#6 APPOĠĠ GĦALL-IŻVILUPP TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ RURALI

Sfond: Minkejja l-impenn wiesa’ tal-UE għall-iżvilupp rurali u minħabba l-fatt li sas-sena 2015 kważi terz tal-popolazzjoni tal-UE kienu qed jgħixu f’żoni rurali, jeżistu differenzi prevalenti bejn l-għajxien f’żoni urbani u f’żoni rurali  (4) . Għalhekk, huwa importanti li tiġi żgurata l-ugwaljanza għal żgħażagħ f’ambjenti urbani u rurali.

Għan: Jinħolqu kundizzjonijiet li jippermettu liż-żgħażagħ jiksbu l-potenzjal tagħhom f’żoni rurali.

Miri

Tiġi żgurata infrastruttura xierqa f’żoni rurali sabiex jiġi provdut il-forniment ekwu ta’ servizzi pubbliċi, konnettività tad-data u opportunitajiet ta’ akkomodazzjoni għaż-żgħażagħ.

Jiġi żgurat li fiż-żoni rurali jinħolqu impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità għolja li jkunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ.

Tiġi żgurata d-deċentralizzazzjoni ta’ attivitajiet differenti miż-żgħażagħ, għaż-żgħażagħ u maż-żgħażagħ sabiex tiġi appoġġata l-inklużjoni tagħhom u biex ikunu ta’ benefiċċju għall-komunitajiet lokali.

Jiġi żgurat li ż-żgħażagħ f’żoni rurali qegħdin jipparteċipaw b’mod attiv fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Jiġi żgurat aċċess ugwali għal edukazzjoni ta’ kwalità għolja għaż-żgħażagħ f’żoni rurali.

Tiġi stabbilita immaġni pożittiva taż-żoni rurali.

Tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drawwiet rurali.

Image

#7 IMPJIEGI TA’ KWALITÀ GĦAL KULĦADD

Sfond: Iż-żgħażagħ qed ibatu minn livell għoli ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ, kundizzjonijiet ta’ xogħol prekarju u abbużiv kif ukoll diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol u fuq il-post tax-xogħol. In-nuqqas ta’ informazzjoni u ħiliet adatti għall-impjieg futur qed jipprevjenu liż-żgħażagħ milli jintegraw bis-sħiħ fis-suq tax-xogħol. B’hekk jeħtieġ li jittieħdu miżuri sabiex jiġu żgurati impjiegi ta’ kwalità għal kulħadd.

Għan: Garanzija għal suq tax-xogħol aċċessibbli b’opportunitajiet li jwasslu għal impjiegi ta’ kwalità għaż-żgħażagħ kollha.

Miri

Jinħolqu impjiegi ta’ kwalità li jiggarantixxu kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, drittijiet tax-xogħol u d-dritt ta’ paga li tiggarantixxi l-għajxien għaż-żgħażagħ kollha.

Jiġu ssalvagwardjati l-protezzjoni soċjali u l-kura tas-saħħa għal ħaddiema żgħażagħ kollha.

Jiġu ggarantiti trattament ġust u opportunitajiet indaqs għaż-żgħażagħ kollha sabiex tintemm id-diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol.

Jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għaż-żgħażagħ kollha biex jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa u jiksbu esperjenza prattika sabiex tittaffa t-transizzjoni mill-edukazzjoni għas-suq tax-xogħol.

Jiġu żgurati r-rikonoxximent u l-validazzjoni ta’ kompetenzi miksuba permezz ta’ internships, apprendistati u forom oħra ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, kif ukoll il-volontarjat u l-edukazzjoni mhux formali.

Jiġi żgurat l-involviment taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ bħala sħab ugwali fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki dwar l-impjiegi fil-livelli kollha.

Jiġi żgurat aċċess ugwali għal informazzjoni ta’ kwalità u mekkaniżmi adegwati ta’ appoġġ li jħejju liż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol li qed jinbidel u l-futur tax-xogħol.

Image

#8 TAGĦLIM TA’ KWALITÀ

Sfond: L-edukazzjoni tibqa’ kruċjali għaċ-ċittadinanza attiva, soċjetà inklużiva u l-impjegabbiltà. Huwa għalhekk li neħtieġu li nwessgħu l-viżjoni tagħna dwar l-edukazzjoni għas-seklu 21, billi niffokaw aktar fuq ħiliet trasferibbli, tagħlim iċċentrat fuq l-istudent u l-edukazzjoni mhux formali biex niksbu verament aċċess ugwali u universali għat-tagħlim ta’ kwalità.

Għan: Jiġu integrati u mtejba t-tipi differenti ta’ tagħlim, b’mod li jgħammru liż-żgħażagħ għall-isfidi dejjem jinbidlu tal-ħajja fis-seklu 21.

Miri

Jiġi ggarantit aċċess universali u ugwali għal edukazzjoni ta’ kwalità u tagħlim tul il-ħajja.

Jiġi żgurat li ż-żgħażagħ kollha jkollhom aċċess għall-edukazzjoni mhux formali ffinanzjata b’mod adegwat fil-livelli kollha, li hija rikonoxxuta u vvalidata.

Tiġi promossa mentalità miftuħa u jiġi appoġġat l-iżvilupp tal-ħiliet interpersonali u interkulturali.

Jinħolqu u jiġu implimentati metodi kooperattivi aktar personalizzati, parteċipattivi, u ċċentrati fuq l-istudent f’kull pass tal-proċess tal-edukazzjoni.

Jiġi garantit li l-edukazzjoni tgħammar liż-żgħażagħ kollha b’ħiliet għall-ħajja bħal ġestjoni tal-flus u l-edukazzjoni dwar is-saħħa inkluż is-saħħa sesswali u riproduttiva

Jiġu inkorporati metodi fi ħdan ambjenti edukattivi formali u mhux formali li jippermettu lill-istudent biex jiżviluppa ħiliet personali inkluż il-ħsieb kritiku u analitiku, il-kreattività u t-tagħlim.

Jiġi żgurat li ż-żgħażagħ ikollhom aċċess għall-edukazzjoni ċivika biex jiġu pprovduti b’għarfien solidu dwar is-sistemi politiċi, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, miksuba ukoll permezz ta’ esperjenzi bbażati fil-komunità sabiex tiġi promossa l-parteċipazzjoni ċivili attiva.

Image

#9 SPAZJU U PARTEĊIPAZZJONI GĦAL KULĦADD

Sfond: Iż-żgħażagħ mhumiex rappreżentati biżżejjed fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jaffettwawhom għalkemm l-impenn tagħhom huwa kruċjali għad-demokrazija. Jeħtieġu aċċess għal spazji fiżiċi fil-komunitajiet tagħhom biex jingħata appoġġa għall-iżvilupp personali, kulturali u politiku tagħhom.

Għan: Tissaħħaħ il-parteċipazzjoni demokratika u l-awtonomija taż-żgħażagħ kif ukoll jiġu pprovduti spazji ddedikati għaż-żgħażagħ fl-oqsma kollha tas-soċjetà.

Miri

Jiġi żgurat li ż-żgħażagħ jistgħu jinfluwenzaw b’mod adegwat l-oqsma kollha tas-soċjetà u l-partijiet kollha tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, mit-tfassil tal-aġenda għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni permezz ta’ mekkaniżmi u strutturi adatti għaż-żgħażagħ u aċċessibbli, filwaqt li jiġi żgurat li l-politiki jirrispondu għall-ħtiġijiet taż-żgħażagħ.

Jiġi żgurat aċċess ugwali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kuljum għaż-żgħażagħ kollha minn sfondi differenti.

Tiżdied il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u b’hekk ir-rappreżentanza ugwali fil-proċess elettorali kif ukoll fil-korpi eletti u organi oħra fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livelli kollha tas-soċjetà.

Jiġu pprovduti faċilitajiet fiżiċi u infrastrutturi mmexxija miż-żgħażagħ imsejħa spazji għaż-żgħażagħ definiti billi jkunu awtonomi, miftuħa u sikuri, aċċessibbli għal kulħadd, li joffru appoġġ professjonali għall-iżvilupp u li jiżguraw opportunitajiet għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ.

Jiġu żgurati spazji virtwali u sikuri għaż-żgħażagħ li jkunu aċċessibbli għal kull żagħżugħ u li jipprovdu aċċess għal informazzjoni u servizzi kif ukoll jiżguraw l-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ.

Jiġu żgurati finanzjament sostenibbli, rikonoxximent komuni u żvilupp ta’ ħidma ta’ kwalità fost iż-żgħażagħ sabiex jissaħħu l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u r-rwol tagħhom fl-inklużjoni, il-parteċipazzjoni u l-edukazzjoni mhux formali.

Tiġi pprovduta informazzjoni rilevanti, komprensiva u adatta għaż-żgħażagħ, żviluppata wkoll miż-żgħażagħ u maż-żgħażagħ, sabiex tippermetti l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ.

Image

#10 EWROPA EKOLOĠIKA SOSTENIBBLI

Sfond: Illum il-ġurnata nikkonsmaw b’mod li l-ambjent tagħna ma jiflaħx għalih. Is-soċjetà jeħtieġ li tieħu azzjoni kontra l-bidla fil-klima u t-theddid ambjentali li dejjem qed jikber. Iżda s-soċjetà tagħna ma tistax issolvi problema li mhijiex lesta tirrikonoxxi. Huwa minħabba f’hekk li kulħadd, inkluż iż-żgħażagħ, għandu jibda jieħu r-responsabbiltà għall-azzjonijiet tiegħu, u l-impatt fuq il-ħajja tal-ġenerazzjonijiet futuri. Li nsiru sostenibbli mhijiex għażla, iżda obbligu.

Għan: Tinkiseb soċjetà fejn iż-żgħażagħ kollha jkunu attivi ambjentalment, edukati u kapaċi li jagħmlu differenza fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

Miri

Jiġi żgurat li kulħadd inkluż iż-żgħażagħ jafu l-effett tal-azzjonijiet tagħhom fuq l-ambjent.

Tingħata s-setgħa lis-soċjetà kollha speċjalment liż-żgħażagħ biex jaġixxu bħala aġenti tal-bidla għall-iżvilupp ambjentali u sostenibbli.

Jitqies l-impatt ambjentali ta’ kull politika u deċiżjoni tal-ħajja filwaqt li jiġi żgurat li ż-żgħażagħ ikunu inklużi fit-tfassil tal-politiki dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-livelli kollha.

Tiżdied il-kooperazzjoni internazzjonali biex jiġu eliminati l-produzzjoni u l-konsum ta’ ħsara għall-ambjent.

Jiġu appoġġati u msaħħa l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jivvolontarjaw fis-settur ambjentali.

Jiġi żgurat li kulħadd speċjalment iż-żgħażagħ ikollu aċċess għal infrastruttura ekoloġika għal għajxien fi stil ta’ ħajja aktar sostenibbli.

Jiġu estiż r-riċerka u l-innovazzjoni f’soluzzjonijiet u teknoloġiji ekoloġiċi.

Image

#11 ORGANIZZAZZJONIJIET TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U PROGRAMMI EWROPEJ

Sfond: L-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-programmi Ewropej għaż-żgħażagħ jinvolvu miljuni ta’ żgħażagħ biex jappoġġaw iċ-ċittadinanza attiva tagħhom u biex jiżviluppaw il-ħiliet għall-ħajja tagħhom. Madankollu, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-programmi Ewropej għaż-żgħażagħ għadhom nieqsa minn finanzi adegwati u għadhom nieqsa mir-rikonoxximent u l-aċċessibbiltà.

Għan: Jiġi żgurat aċċess ugwali għaż-żgħażagħ kollha għall-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-programmi Ewropej għaż-żgħażagħ, filwaqt li tinbena soċjetà bbażata fuq valuri u l-identità Ewropej.

Miri

Tiġi żgurata l-viżibbiltà u tiġi pprovduta informazzjoni ta’ kwalità dwar l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-programmi Ewropej għaż-żgħażagħ, liż-żgħażagħ kollha.

Jiġu żgurati biżżejjed riżorsi mill-programmi tal-UE għall-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ biex jiżviluppaw proġetti u jaċċessaw appoġġ strutturali biex iwettqu l-missjonijiet tagħhom u biex jappoġġaw il-ħidma tagħhom.

Jiġi żgurat li l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-programmi Ewropej għaż-żgħażagħ jkunu rrikonċiljati aħjar mas-sistemi edukattivi u rikonoxxuti bħala atturi li jrawmu ħiliet għall-ħajja u ċ-ċittadinanza attiva.

Tiżdied l-aċċessibbiltà tal-programmi Ewropej għaż-żgħażagħ, jiġi żgurat proċess amministrattiv adatt għaż-żgħażagħ u jiġi pprovdut appoġġ u informazzjoni ta’ kwalità għall-parteċipanti u l-applikanti kollha.

Jintlaħqu u jiġu appoġġati ż-żgħażagħ emarġinati biex ikunu attivi f’organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, gruppi taż-żgħażagħ u l-programmi tal-UE dwar iż-żgħażagħ.

Jiżdiedu r-riżorsi, u titwessa’ l-varjetà ta’ għotjiet u diversità ta’ inizjattivi disponibbli għall-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u gruppi taż-żgħażagħ.

Tiġi żgurata l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi ta’ governanza tal-programmi Ewropej għaż-żgħażagħ.


(1)  www.youthgoals.eu

L-ikoni tal-Għanijiet dwar iż-Żgħażagħ ġew iddisinjati minn Mireille van Bremen u jistgħu jitniżżlu flimkien mal-manwal tad-disinn.

(2)  B’kont debitu għas-sussidjarjetà, “il-ġeneri kollha” għandhom ikunu trattati skont il-leġislazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni u ċ-ċirkostanzi nazzjonali.

(3)  L-abbrevjazzjoni “LGBTQI +” għandha l-għan li tiġbor identitajiet mhux eterosesswali u/jew mhux binarji, l-ittri jfissru Leżbjani, Gay, Bisesswali, Transġeneru, Queer/Questioning, Intersesswali, il-+ jissimbolizza li l-lista mhijiex eżawrjenti

(4)  https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Statistics_on_rural_areas_in_the_EU


ANNESS 4

dwar il-Pjan ta’ Ħidma għall-Istrateġija tal-UE dwar iż-Żgħażagħ 2019-2021

Data

Metodu ta’ ħidma/Strument

Mira indikattiva u riżultati

Għanijiet dwar iż-Żgħażagħ Relatati

Proposta minn

Riżultati Ġenerali

Darba fis-sena

Pjattaforma tal-Istrateġija tal-UE għaż-żgħażagħ

Għall-inqas darba fis-sena (b’laqgħat mal-partijiet ikkonċernati bejn laqgħa u oħra).

Rapport mill-pjattaforma biex jitqassam lil udjenza wiesgħa.

Konnessjoni bejn iż-Żgħażagħ u l-UE

Soċjetajiet Inklużivi

Informazzjoni u Djalogu Kostruttiv

COM

RO, FI, HR Triju ta’ Presidenzi

Suġġett ġenerali: “Ħolqien ta’ opportunitajiet għaż-żgħażagħ”

Nofs l-2019

Grupp ta’ esperti dwar l-indikaturi

Indikaturi ta’ politika biex jgħinu l-monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija għaż-Żgħażagħ

Informazzjoni u Djalogu Kostruttiv

COM

2019

Grupp ta’ esperti dwar is-solidarjetà transkonfinali

Rakkomandazzjonijiet ta’ politika biex jintużaw fir-rieżami tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobbiltà ta’ voluntiera żgħażagħ madwar l-Unjoni Ewropea

Konnessjoni bejn iż-Żgħażagħ u l-UE

Organizzazzjonijiet taż-Żgħażagħ u Programmi Ewropej

DE, (COM)

2019 (l-ewwel nofs)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar iż-żieda tal-adattabbiltà taż-żgħażagħ għall-isfidi tal-futur tax-xogħol

 

Impjiegi ta’ Kwalità għal Kulħadd

Tagħlim ta’ Kwalità

RO

2019 (l-ewwel nofs)

Konferenza/Seminar dwar aċċess ugwali għal impjiegi ta’ kwalità għaż-żgħażagħ

Rakkomandazzjonijiet ta’ politika mfasslin flimkien maż-żgħażagħ dwar l-iffaċilitar tad-dħul fis-suq tax-xogħol

Impjiegi ta’ Kwalità għal Kulħadd

Informazzjoni u Djalogu Kostruttiv

RO

2019 (l-ewwel nofs)

Programm pilota tad-Delegati taż-Żgħażagħ tal-UE

Programm pilota fejn rappreżentanti taż-żgħażagħ mill-pajjiż tal-Presidenza attwali jistgħu jipparteċipaw fit-twassil u/jew il-promozzjoni ta’ attivitajiet tal-Presidenza fil-qasam taż-żgħażagħ, kemm fil-livell tal-UE u dak nazzjonali.

Informazzjoni u Djalogu Kostruttiv

Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd

RO

2019 (it-tieni nofs)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ ħaddiema żgħażagħ

Adozzjoni mill-Kunsill

Promozzjoni tal-kwalità tal-ħidma fost iż-żgħażagħ permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ ħaddiema żgħażagħ

Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd

Informazzjoni u Djalogu Kostruttiv

Tagħlim ta’ Kwalità

FI

2019 (it-tieni nofs)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ

Adozzjoni mill-Kunsill

Promozzjoni ta’ fehim komuni u żvilupp strateġiku tal-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ

Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd

Informazzjoni u Djalogu Kostruttiv

Soċjetajiet Inklużivi

FI

2020

Żvilupp ta’ kors online dwar il-ħidma fost iż-żgħażagħ

Kors online dwar il-ħidma fost iż-żgħażagħ;

Disseminazzjoni ulterjuri tal-Manwal dwar Titjib tal-ħidma fost iż-żgħażagħ – il-gwida tiegħek għall-iżvilupp ta’ kwalità (2017)

Disseminazzjoni ulterjuri tar-rapport tal-grupp ta’ esperti dwar L-iżvilupp tal-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ (2018)

Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd

Informazzjoni u Djalogu Kostruttiv

COM

2020

Attività ta’ tagħlim bejn il-pari dwar approċċi transettorjali fil-ħidma fost iż-żgħażagħ

Kompendju ta’ eżempji ta’ prattika tajba

 

COM

2020

Studju biex jipproponi sett ta’ għodod dwar il-politiki taż-żgħażagħ li jilħqu l-livell lokali

Żvilupp ta’ sett ta’ għodod prattiċi mmirati lejn dawk li jfasslu l-politika fil-livell lokali u reġjonali dwar l-indirizzar tal-ħtiġijiet taż-żgħażagħ, b’attenzjoni speċjali fuq sħubijiet transettorjali

Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd

COM

2020

Grupp ta’ Esperti dwar approċċ ibbażat fuq id-drittijiet għall-politiki dwar iż-żgħażagħ.

Rakkomandazzjonijiet ta’ politika dwar il-Promozzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq id-drittijiet lejn iż-żgħażagħ

Impjiegi ta’ Kwalità għal Kulħadd

Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd

PT

2020

Attività ta’ tagħlim bejn il-pari

Proġett Konġunt Possibbli mal-Kumitat tar-Reġjuni.

Governanza f’diversi livelli u Parteċipazzjoni

It-tisħiħ ta’ governanza f’diversi livelli fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi politiċi u oħrajn ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej

Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd

PT

2020 (l-ewwel nofs)

(poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Ħidma fost iż-żgħażagħ f’żoni rurali u l-promozzjoni ta’ solidarjetà interġenerazzjonali

 

Appoġġ għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ Rurali

Soċjetajiet Inklużivi

HR

2020 (l-ewwel nofs)

(poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Promozzjoni tal-ħidma fost iż-żgħażagħ billi titqajjem kuxjenza dwar is-settur taż-żgħażagħ permezz ta’ informazzjoni u t-tisħiħ tar-riżorsi

 

Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd

HR

2020 (l-ewwel nofs)

(poss.) suġġett għal matul il-laqgħa tad-DG Promozzjoni tal-intraprenditorija soċjali fost iż-żgħażagħ

 

Impjiegi ta’ Kwalità għal Kulħadd

Soċjetajiet Inklużivi

HR

DE, PT, SI Triju ta’ Presidenzi

2020 (it-tieni nofs)

Aġġornament tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2008 dwar il-mobbiltà ta’ voluntiera żgħażagħ madwar l-Unjoni Ewropea

Adozzjoni mill-Kunsill

Tisħiħ tal-potenzjal tal-Programmi Ewropej għaż-Żgħażagħ biex jilħqu liż-żgħażagħ u jgħinu biex tinbena komunità.

Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd

Konnessjoni bejn iż-Żgħażagħ u l-UE

Organizzazzjonijiet taż-Żgħażagħ u Programmi Ewropej

DE, (COM)

2020 (it-tieni nofs)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill “Aġenda dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ” (terminu f’konformità ma’ EU-YS finali)

Adozzjoni mill-Kunsill

Sommarju/Fużjoni/Konsolidazzjoni ta’ azzjonijiet u riżoluzzjonijiet fil-qasam tal-Ħidma fost iż-Żgħażagħ fl-Ewropa u l-identifikazzjoni ta’ sinerġiji fil-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa.

Organizzazzjonijiet taż-Żgħażagħ u Programmi Ewropej

Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd

DE

Diċ. 2020

It-Tielet Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ

Bidu tal-proċess ta’ implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ.

Organizzazzjonijiet taż-Żgħażagħ u Programmi Ewropej

Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd

DE

2020 (it-tieni nofs)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar iż-żgħażagħ u d-demokrazija

Adozzjoni mill-Kunsill

Konnessjoni bejn l-UE u ż-Żgħażagħ

Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd

DE

2020 (it-tieni nofs)

(poss.) Laqgħa Konġunta tad-DG u Kapijiet tal-Aġenziji Nazzjonali għall-Erasmus+ Żgħażagħ fl-Azzjoni/Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Diskussjoni dwar il-kontribut tal-Programmi l-ġodda tal-UE għaż-Żgħażagħ li ser jibdew fl-2021 u ser jilħqu l-għanijiet politiċi tal-Politika tal-UE dwar iż-Żgħażagħ.

Organizzazzjonijiet taż-Żgħażagħ u Programmi Ewropej

DE

2020 jew 2021

(poss.) Eżerċizzju ta’ tagħlim bejn il-pari dwar il-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ

 

Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd

Informazzjoni u Djalogu Kostruttiv

FI

2020-2021

Attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari dwar attivitajiet ta’ solidarjetà nazzjonali

Attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari għall-iskambju ta’ attivitajiet ta’ prattiki tajba

Konnessjoni bejn iż-Żgħażagħ u l-UE

Organizzazzjonijiet taż-Żgħażagħ u Programmi Ewropej

COM

Mejju 2021

Seminar Internazzjonali

Edukazzjoni mhux formali u informali bħala għodod għall-ħidma maż-żgħażagħ fl-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.

(poss.) Konklużjonijiet tal-Presidenza

Ewropa Ekoloġika Sostenibbli

Tagħlim ta’ Kwalità

PT

2021 (l-ewwel nofs)

(poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ approċċ ibbażat fuq id-drittijiet għall-politiki dwar iż-żgħażagħ

Adozzjoni mill-Kunsill

(b’kunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għal drittijiet għat-trawwim tal-awtonomija u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà ċivili, 12 ta’ Diċembru 2014)

Impjiegi ta’ Kwalità għal Kulħadd

Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd

PT

2021 (l-ewwel nofs)

(poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ ta’ governanza f’diversi livelli fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi politiċi u oħrajn ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej

Adozzjoni mill-Kunsill

Fl-okkażjoni tal-10 anniversarju tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-inkoraġġiment ta’ forom ġodda u effettivi ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ kollha fil-ħajja demokratika fl-Ewropa

Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd

Konnessjoni bejn iż-Żgħażagħ u l-UE

PT

2021

Attività ta’ tagħlim bejn il-pari dwar modi innovattivi dwar il-finanzjament tal-ħidma fost iż-żgħażagħ

Kompendju ta’ eżempji ta’ prattika tajba

Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd

COM

2021 (it-tieni nofs)

Rapport Konġunt tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ

Rapport dwar il-progress li sar matul 2019-2021 fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija għaż-Żgħażagħ, inkluż il-pjan ta’ ħidma ta’ kull tliet snin

 

SI, (COM)

2021 (it-tieni nofs)

Il-pjan ta’ ħidma 2022-2024

 

 

SI

2021 (it-tieni nofs)

Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ, Konklużjonijiet tal-Kunsill

 

 

SI


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 456/23


Irtirar ta' notifika ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9094 — Amcor/Bemis)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 456/02)

(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)

Fil-15 ta’ Novembru 2018 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta bejn Amcor u Bemis. Fit-12 ta’ Diċembru 2018, il-parti(jiet) notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li hi/huma kienet/kienu qed tirtira/jirtiraw in-notifika.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

18.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 456/24


Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2018/C 456/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Aleksandr Viktorovich VITKO (nru 19), is-Sur Dmitry Olegovich ROGOZIN (nru 22), is-Sur Valery Kirillovich MEDVEDEV (nru 31), is-Sur Oleg Yevgenyvich BELAVENTSEV (nru 35), is-Sur Oleg Genrikhovich SAVELYEV (nru 36), Denys Volodymyrovych PUSHYLIN (nru 46), is-Sur Igor Nikolaevich BEZLER (nru 55), is-Sinjura Ekaterina Yurievna GUBAREVA (nru 83), is-Sinjura Oksana TCHIGRINA (nru 89), is-Sur Sergey Vadimovich ABISOV (nru 91), is-Sur Vladimir Petrovich KONONOV (nru 97), is-Sur Andrei Nikolaevich RODKIN (nru 102), is-Sur Aleksandr Akimovich KARAMAN (nru 103), is-Sur Sergey Yurievich KOZYAKOV (nru 120), is-Sinjura Larisa Leonidovna AIRAPETYAN (nru 122), is-Sur Yevgeniy Eduardovich MIKHAYLOV (nru 129), Vladyslav Mykolayovych DEYNEGO (nru 132), Alexandr Vasilievich SHUBIN (nru 138), Aleksandr Yurievich TIMOFEEV (nru 142) u s-Sur Andrei Valeryevich KARTAPOLOV (nru 149), u r-Repubblika ta’ Donetsk (nru 24), il-Paċi għar-Reġjun ta’ Luhansk (nru 25), “Free Donbass” (nru 26) u l-Unjoni Ekonomika ta’ Luhansk (nru 28), il-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill qed jikkunsidra jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet imsemmijin hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni u l-entitajiet huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsubin għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel it-28 ta’ Diċembru 2018, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi u miżmuma fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ser jiġu kkunsidrati meta jkunu riċevuti. B’rabta ma’ dan, l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati tinġibed għar-reviżjoni regolari mill-Kunsill tal-lista. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati sal-14 ta’ Jannar 2019.


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


18.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 456/25


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

(2018/C 456/04)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tas-Sur Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana u s-Sur Habib Ibrahim Habib Eladli li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 (2), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu.

Il-Kunsill qed jikkunsidra li jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuna msemmija hawn fuq. Il-persuni kkonċernati huma b’dan informati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu l-elementi li l-Kunsill għandu fil-fajl rigward id-deżinjazzjoni tagħhom, qabel it-28 ta’ Diċembru 2018, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

email: sanctions@consilium.europa.eu

F’dan ir-rigward, l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed għar-rieżami regolari mill-Kunsill tal-lista ta’ persuni ddeżinjati fid-Deċiżjoni 2011/172/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011.


(1)  ĠU L 76, 22.3.2011, p. 63.

(2)  ĠU L 76, 22.3.2011, p. 4.


Il-Kummissjoni Ewropea

18.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 456/26


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta’ Diċembru 2018

(2018/C 456/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1341

JPY

Yen Ġappuniż

128,44

DKK

Krona Daniża

7,4659

GBP

Lira Sterlina

0,89890

SEK

Krona Żvediża

10,2725

CHF

Frank Żvizzeru

1,1254

ISK

Krona Iżlandiża

139,20

NOK

Krona Norveġiża

9,7838

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,801

HUF

Forint Ungeriż

323,32

PLN

Zloty Pollakk

4,2835

RON

Leu Rumen

4,6550

TRY

Lira Turka

6,0958

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5801

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5189

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8624

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6668

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5588

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 282,21

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,2812

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8222

HRK

Kuna Kroata

7,4028

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 529,51

MYR

Ringgit Malażjan

4,7292

PHP

Peso Filippin

60,123

RUB

Rouble Russu

75,5249

THB

Baht Tajlandiż

37,198

BRL

Real Brażiljan

4,4355

MXN

Peso Messikan

22,8295

INR

Rupi Indjan

81,2130


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


18.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 456/27


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-estensjoni tar-reġim speċifiku għall-għajnuna operattiva lill-ajruporti li minnhom jgħaddu sa 700 000 passiġġier fis-sena, kif ipprovdut fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u l-linji tal-ajru

(2018/C 456/06)

1.   

Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (1) (“il-Linji Gwida”) jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li skonthom il-finanzjament pubbliku tal-ajruporti u tal-linji tal-ajru jista’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u meta jikkostitwixxi fil-fatt għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet li skonthom jista’ jiġi ddikjarat kompatibbli mas-suq intern.

2.   

Fil-prinċipju, l-għajnuna operattiva tikkostitwixxi forma distorsiva ħafna ta’ għajnuna u tista’ tiġi awtorizzata biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ajruporti u l-linji tal-ajru jenħtieġ li normalment iġorru l-kosti operattivi tagħhom. Madankollu, sabiex l-industrija tal-avjazzjoni tkun tista’ tadatta għal sitwazzjonijiet ġodda fis-suq, bħal iżjed kompetizzjoni bejn l-ajruporti biex jattiraw il-linji tal-ajru, ċerti kategoriji ta’ għajnuna operattiva lill-ajruporti xorta tista’ tkun ġustifikata skont ċerti kundizzjonijiet.

3.   

F’dan il-kuntest, il-Linji Gwida jipprevedu perjodu tranżitorju ta’ 10 snin mill-4 ta’ April 2014 li matulu l-ajruporti b’medja ta’ traffiku annwali ta’ mhux aktar minn 3 miljun passiġġier fis-sena jkunu jistgħu jirċievu għajnuna operattiva. Sa tmiem il-perjodu tranżitorju fl-2024, l-ajruporti kollha għandhom ikunu f’sitwazzjoni li jkopru l-kosti operattivi kollha tagħhom u l-ebda għajnuna operattiva ma hi sa tkun ikkunsidrata kumpatibbli mas-suq intern wara dik id-data, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna operattiva mogħtija skont ir-regoli orizzontali dwar l-għajnuna mill-Istat, bħal ma huma r-regoli applikabbli għall-finanzjament tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (2).

4.   

Il-Linji Gwida jirrikonoxxu li ajruporti bi traffiku annwali sa massimu ta’ 700 000 passiġġier jista’ jkun li jaffaċċjaw diffikultajiet biex ikunu jistgħu jkopru l-kosti kollha matul il-perjodu tranżitorju ta’ 10 snin. Għalhekk jipprovdi għal reġim speċifiku għal ajruporti bħal dawn għal perjodu inizjali ta’ ħames snin sat-3 ta’ April 2019.

5.   

Għall-finijiet ta’ din is-sistema speċifika, l-ammont ta’ għajnuna, fil-prinċipju, għandu jiġi stabbilit ex ante bħala somma fissa li tkopri d-diskrepanza tal-likwidità operattiva mistennija (stabbilita fuq il-bażi ta’ pjan ta’ negozju ex ante(3). F’kull każ, l-ammont massimu ta’ għajnuna permissibbli matul il-perjodu kollu tranżitorju jkun limitat għal 80 % tad-diskrepanza tal-likwidità operattiva inizjali għal perjodu ta’ ħames snin (4).

6.   

Il-Linji Gwida jiddikjaraw li l-Kummissjoni se tivvaluta mil-ġdid il-ħtieġa għall-kontinwazzjoni ta’ trattament speċifiku u l-prospetti futuri għall-kopertura sħiħa tal-kost operattiv għal din il-kategorija ta’ ajruporti, partikolarment fir-rigward ta’ bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq u l-prospetti ta’ profittabilità wara erba’ snin. Il-Linji Gwida ma jinkludu l-ebda regoli speċifiċi fir-rigward tal-għajnuna operattiva għal din il-kategorija ta’ ajruporti lil hinn mit-3 ta’ April 2019.

7.   

Fil-punt 175 tal-Linji Gwida, il-Kummissjoni tiddikjara li hija ser twettaq evalwazzjoni ġenerali tal-Linji Gwida sal-4 ta’ April 2020, inklużi r-regoli dwar l-għajnuna operattiva għall-ajruporti.

8.   

Billi r-rieżami tar-regoli speċifiċi għal ajruporti iżgħar flimkien mar-regoli rimanenti dwar l-għajnuna operattiva se jippermettu li jkun hemm valutazzjoni aktar komprensiva tas-sitwazzjoni tas-suq, huwa xieraq li ssir valutazzjoni mill-ġdid ta’ dan ir-reġim speċifiku fil-kuntest tal-evalwazzjoni ġenerali tal-Linji Gwida, li se ssir sal-4 ta’ April 2020. Dan se jippermetti wkoll li l-Kummissjoni tivvaluta l-adegwatezza tal-Linji Gwida bħala tali u, jekk ikun meħtieġ, li tipproponi pakkett konsistenti ta’ bidliet li jkunu jikkonċernaw il-kategoriji kollha tal-ajruporti u t-tipi kollha ta’ għajnuna.

9.   

Bħala konsegwenza tal-posponiment tal-evalwazzjoni tar-reġim speċifiku għal ajruporti li b’massimu ta’ 700 000 passiġġier fis-sena, ir-regoli eżistenti jeħtieġ li jiġu estiżi, u dan jipprovdi l-kontinwità u ċ-ċertezza legali fit-trattament ta’ din it-tip ta’ għajnuna. Għalhekk, ir-reġim speċifiku stabbilit fil-punt 130 tal-Linji Gwida huwa estiż sat-3 ta’ April 2024, b’mod li jiġi allinjat il-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjoni tar-regoli għal ajruporti iżgħar ma’ dak applikabbli għall-ajruporti b’aktar minn 700 000 passiġġier fis-sena.

10.   

B’hekk, mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-ammont massimu ta’ għajnuna permissibbli għal ajruporti li għandhom sa 700 000 passiġġier fis-sena se jkun ta’ 80 % tad-diskrepanza tal-likwidità operattiva inizjali għal perjodu ta’ għaxar snin wara l-bidu tal-perjodu tranżitorju. Pereżempju, jekk id-diskrepanza annwali medja tal-likwidità ta’ ajruport żgħir matul il-perjodu mill-2009 sal-2013 tkun ta’ EUR 1 miljun, l-ammont massimu ta’ għajnuna operattiva li dak l-ajruport jista’ jirċievi bħal somma fissa stabbilta ex ante jkun ta’ EUR 8 miljun matul ħames snin (80 % x 1 miljun x 10).


(1)  ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3.

(2)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3). Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku (2011) (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15).

(3)  Ara l-punt 121 tal-Linji Gwida.

(4)  Ara l-punt 130 tal-Linji Gwida.


Il-Qorti tal-Awdituri

18.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 456/29


Rapport Speċjali Nru 34/2018

Ġestjoni tal-ispazji għal uffiċċji tal-istituzzjonijiet tal-UE — ċerti prattiki huma tajbin iżda jeżistu wkoll diversi dgħufijiet

(2018/C 456/07)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 34/2018 “Ġestjoni tal-ispazji għal uffiċċji tal-istituzzjonijiet tal-UE – ċerti prattiki huma tajbin iżda jeżistu wkoll diversi dgħufijiet” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: https://eca.europa.eu