|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 437/01 |
Bidu ta’ proċeduri (Il-Każ M.8947 — Nidec/Whirlpool (Embraco Business)) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2018/C 437/02 |
||
|
2018/C 437/03 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 437/04 |
||
|
2018/C 437/05 |
||
|
2018/C 437/06 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2018/C 437/07 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 437/08 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 437/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9149 — Apollo Management/Aspen Insurance Holdings) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2018/C 437/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9215 — Sumitomo Corporation/Toyota Motor Corporation/Kinto Corporation) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2018/C 437/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9216 — Sumitomo Corporation/Toyota Motor Corporation/Mobilots Corporation) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/1 |
Bidu ta’ proċeduri
(Il-Każ M.8947 — Nidec/Whirlpool (Embraco Business))
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 437/01)
Fit-28 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.
Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+ 32 22964301) jew b’imejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza Nru M.8947 — Nidec/Whirlpool (Embraco Business), fl-indirizz li ġej:
|
Kummissjoni Ewropea |
|
Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, |
|
Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
4.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/2 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
(2018/C 437/02)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 (2), dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija.
Il-Kunsill biħsiebu jġedded il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/72/PESK. Il-Kunsill għandu fil-fajl tiegħu elementi ġodda li jikkonċernaw il-persuni kollha elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK u fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 101/2011. Il-persuni kkonċernati huma b’dan infurmati li huma jistgħu jagħmlu talba lill-Kunsill biex jiksbu l-informazzjoni marbuta magħhom, qabel it-13 ta’ Diċembru 2018, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 101/2011.
|
4.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/3 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
(2018/C 437/03)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ proċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 (2).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu RELEX.1.C li wieħed jista’ jikkuntattja f’dan l-indirizz:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 101/2011.
Is-soġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbilit f’dak ir-Regolament.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna konċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.
Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu skont it-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).
Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Is-soġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/4 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
0,00 % fl-1 ta’ Diċembru 2018
Rata tal-kambju tal-euro (2)
It-3 ta’ Diċembru 2018
(2018/C 437/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1332 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
128,70 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4622 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,89150 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,2355 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1323 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
139,40 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,6893 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,921 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
322,76 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2809 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6539 |
|
TRY |
Lira Turka |
5,9460 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5354 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4931 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,8615 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6376 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5491 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 260,44 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,5084 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8074 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4038 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 188,27 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7073 |
|
PHP |
Peso Filippin |
59,410 |
|
RUB |
Rouble Russu |
75,4428 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,152 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,3367 |
|
MXN |
Peso Messikan |
22,7129 |
|
INR |
Rupi Indjan |
79,7910 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
4.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/5 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Novembru 2018
dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ speċifikazzjoni tal-prodott għal denominazzjoni fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Cataluña/Catalunya (DOP))
(2018/C 437/05)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Spanja bagħtet applikazzjoni għal emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni “Cataluña”/“Catalunya” skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġew issodisfati. |
|
(3) |
Sabiex tippermetti l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni b’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-applikazzjoni għal emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-denominazzjoni “Cataluña”/“Catalunya” jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
L-applikazzjoni għal emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni “Cataluña”/“Catalunya” (DOP) skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
B’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott imsemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
“CATALUÑA”/“CATALUNYA”
PDO-ES-A1549-AM03
Data tal-applikazzjoni: 14.11.2016
TALBA GĦAL EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
1. Regoli applikabbli għall-emenda
L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill — Modifika mhux minuri
2. Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda
2.1. Tkabbir taż-żona tal-produzzjoni
Din l-emenda taffettwa l-punt 4 tal-Ispeċifikazzjoni (Demarkazzjoni taż-żona ġeografika) u l-punt 6 tad-Dokument Uniku (Żona demarkata).
Din hija rispons għat-talbiet mill-kultivaturi u l-fabbriki tal-inbid fil-muniċipalitajiet koperti mit-tkabbir, li ilhom snin jipproduċu nbejjed ta’ kwalità ppruvata, taħt l-istess kundizzjonijiet tal-ħamrija u klimatiċi u bl-istess kuntest storiku bħall-bqija tal-muniċipalitajiet li kienu jifformaw iż-żona tal-produzzjoni fiż-żmien meta nħolqot din id-Denominazzjoni ta’ Oriġini.
Dan kien ippruvat permezz ta’ analiżi teknika kkummissjonata għal dan il-fini (Estudio de aptitud del territorio de Catalunya para el cultivo de la vid, según factores edafoclimáticos e históricos. Propuesta de sectorización de la DO CATALUNYA [“Studju dwar l-adattezza tal-art fil-Katalonja għat-tkabbir tad-dwieli, skont il-fatturi tal-ħamrija, klimatiċi u storiċi. Proposta ta’ diviżjoni tas-setturi għad-DOP “CATALUÑA”/“CATALUNYA”], Limonium, 2014). Skont dak l-istudju, il-ħamrija tal-muniċipalitajiet inkorporati ġodda (f’termini tal-kompożizzjoni, in-nisġa u l-istruttura tagħhom), il-fatturi klimatiċi li jikkondizzjonawhom (it-temperatura, il-kwantità ta’ xita, l-ammont ta’ xemx, il-medda tat-temperatura, l-evapotraspirazzjoni/in-nuqqas ta’ ilma u l-ġlata), u fattur uman identiku (l-istorja u l-kultura) jiggarantixxu li l-profil organolettiku tal-inbejjed prodotti huwa identiku għal dak definit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal kull waħda mill-kategoriji ta’ prodott.
It-tkabbir jikkonċerna l-74 muniċipalità li ġejjin:
|
|
Aguilar de Segarra |
|
|
Albagés, l’ |
|
|
Albons |
|
|
Alfarràs |
|
|
Arenys de Mar |
|
|
Arenys de Munt |
|
|
Badalona |
|
|
Baronia de Rialb, la |
|
|
Bellcaire d’Empordà |
|
|
Bigues i Riells |
|
|
Bisbal d’Empordà, la |
|
|
Bovera |
|
|
Bruc, el |
|
|
Cabacés |
|
|
Cabrera de Mar |
|
|
Calella |
|
|
Canonja, la |
|
|
Capafons |
|
|
Cardedeu |
|
|
Castellolí |
|
|
Conca de Dalt |
|
|
Corçà |
|
|
Cruïlles, Monells i Sant Sadurní de l’Heura |
|
|
Febró, la |
|
|
Franqueses del Vallès |
|
|
Gaià |
|
|
Gimenells i el Pla de la Font |
|
|
Granollers |
|
|
Ivars d’Urgell |
|
|
Ivars de Noguera |
|
|
Juncosa |
|
|
Llardecans |
|
|
Lliçà d’Amunt |
|
|
Llorenç del Penedès |
|
|
Lloret de Mar |
|
|
Maials |
|
|
Marçà |
|
|
Massoteres |
|
|
Mataró |
|
|
Mont-ral |
|
|
Mont-ras |
|
|
Mont-roig del Camp |
|
|
Os de Balaguer |
|
|
Pla del Penedès, el |
|
|
Pobla de Segur, la |
|
|
Prades |
|
|
Salàs de Pallars |
|
|
Sant Cebrià de Vallalta |
|
|
Sant Feliu de Buixalleu |
|
|
Sant Feliu de Codines |
|
|
Sant Feliu de Guíxols |
|
|
Sant Iscle de Vallalta |
|
|
Sant Jordi Desvalls |
|
|
Sant Llorenç Savall |
|
|
Sant Martí Vell |
|
|
Sant Pol de Mar |
|
|
Sentmenat |
|
|
Siurana d’Empordà |
|
|
Sort |
|
|
Tallada d’Empordà |
|
|
Tivissa |
|
|
Tordera |
|
|
Torrefarrera |
|
|
Tortellà |
|
|
Ullà |
|
|
Vallgorguina |
|
|
Vandellós i l’Hospitalet de l’Infant |
|
|
Ventalló |
|
|
Vilademuls |
|
|
Vilamalla |
|
|
Vilanova de Prades |
|
|
Vilassar de Mar |
|
|
Vilopriu |
|
|
Vinyols i els Arcs |
2.2. Aċidità iktar baxxa
Din l-emenda taffettwa l-punt 2.1.3 tal-Ispeċifikazzjoni (Proprjetajiet fiżiċi u kimiċi) u l-punt 4 tad-Dokument Uniku (Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed).
L-aċidu tartariku totali ġie mnaqqas minħabba li fil-ħsad reċenti sar dejjem iktar diffiċli għall-fabbriki tal-inbid li jilħqu l-livell limitu stabbilit. Il-prodotti ħafna drabi ma rnexxilhomx jgħaddu l-kontrolli analitiċi, minkejja l-punteġġ għoli fit-testijiet organolettiċi. Għalhekk ġie deċiż li l-aċidità totali minima għandha titnaqqas għall-valur stabbilit fir-regoli tal-UE.
Bħala riżultat, il-valur tal-aċidità totali minima ġie mnaqqas għal 3,5 g/l, espressi f’aċidu tartariku, għat-tliet kategoriji tal-prodott, irrispettivament mill-kulur.
2.3. Bidliet fil-limiti tal-qawwa alkoħolika għall-kategoriji tal-prodotti tal-inbid u tal-inbid semispumanti
It-tneħħija tal-limitu massimu proprju għall-qawwa alkoħolika hija konnessa b’mod invers mal-punt preċedenti. Billi l-klima qed issir sena wara sena dejjem iktar sħuna u niexfa, l-aċidità totali qed tonqos u l-qawwa alkoħolika tal-inbejjed — b’mod partikolari l-inbejjed ħomor —qed tiżdied.
Għalkemm mal-ewwel daqqa t’għajn jista’ jidher inkongruwenti li jiġi eliminat il-limitu massimu għal valur wieħed u li jitnaqqas il-limitu għall-ieħor, dawn il-bidliet intalbu għal tipi ta’ prodotti differenti, minkejja li jiġu mill-istess kategorija.
Illum il-ġurnata, sabiex tinkiseb il-kwalità meħtieġa fl-inbejjed maħsuba għall-maturazzjoni, maturità fenolika tajba tal-ġilda u taż-żerrieġħa hija essenzjali. Huwa fatt magħruf sew li l-maturazzjoni fenolika ħafna drabi tiġi wara il-maturazzjoni taz-zokkor (jiġifieri l-proporzjon taz-zokkor u l-aċidu fil-polpa). Bħala riżultat tat-tibdil fil-klima — illum mhux ikkontestata fost il-komunità xjentifika — qed isir iktar frekwenti d-distakk li qed jikber bejn il-maturazzjoni taz-zokkor u l-maturazzjoni fenolika. Dan jirriżulta f’polpa b’konċentrazzjoni għolja ta’ zokkor mal-ħsad, li jfisser li l-inbid li jirriżulta jkollu kontenut ta’ alkoħol ogħla.
Madankollu, flinbejjed mhux maturi u semispumanti, il-preferenza qed tiċċaqlaq gradwalment lejn qawwiet alkoħoliċi iktar baxxi. Billi t-tgħaddis fit-tul tal-qxur mhux meħtieġ għall-produzzjoni tal-inbejjed mhux maturi, in-nuqqas ta’ maturazzjoni fenolika mhuwiex deċiżiv daqs kemm huwa għall-inbejjed maħsubin għall-maturazzjoni.
Minħabba f’hekk:
|
— |
Il-qawwa alkoħolika massima proprja ta’ 15 % vol. tneħħiet (li jbiddel il-punt 2.1.1 tal-Ispeċifikazzjoni iżda ma jaffettwax id-Dokument Uniku). |
|
— |
Tiġi applikata l-qawwa alkoħolika volumetrika totali massima stabbilita fil-leġiżlazzjoni tal-UE (li jbiddel il-punt 2.1 tal-Ispeċifikazzjoni u l-punt 4 tad-Dokument Uniku). |
|
— |
Il-qawwa alkoħolika minima proprja skont il-volum hija mnaqqsa għal 4,5 % vol. għall-inbejjed bojod, rosé u ħomor li huma intitolati biex jużaw il-kwalifikatur xispejant (li jbiddel il-punt 2.1.1 tal-Ispeċifikazzjoni u l-punt 4 tad-Dokument Uniku). |
|
— |
Il-qawwa alkoħolika minima proprja u l-qawwa alkoħolika totali jitnaqqsu għall-inbejjed semispumanti (li jbiddel il-punt 2.1.2 tal-Ispeċifikazzjoni u l-punt 4 tad-Dokument Uniku). |
2.4. Introduzzjoni tat-terminu tat-tikkettar Xispejant
Din l-emenda taffettwa l-punt 8.3 tal-Ispeċifikazzjoni (Preżentazzjoni u tikkettar tal-prodotti) u l-punt 9 tad-Dokument Uniku (Kundizzjonijiet essenzjali oħra). Hija introdotta deskrizzjoni organolettika fil-punt 2.2.1 tal-Ispeċifikazzjoni u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.
Il-kwalifikatur xispejant huwa maħsub biex jintuża għat-tikkettar ta’ uħud mill-inbejjed mhux maturi b’qawwa alkoħolika iktar baxxa. L-għan huwa li jattira konsumaturi ġodda, preferibbilment mill-grupp tal-etajiet ta’ 20-30 sena (li mingħajr dubju se jkunu responsabbli li jwasslu t-tradizzjoni tax-xorb tal-inbid fil-futur).
It-terminu għandu jintuża biex jevoka prodott b’inqas alkoħol b’zokkor residwu u preżenza ħafifa tad-diossidu tal-karbonju li jseħħ b’mod naturali (il-kelma Katalana xispejant tfisser “punġenti”). Dawn l-inbejjed għalhekk huma aċċessibbli u faċli tixrobhom, ideali għall-konsumatur tal-ewwel darba li l-gosti tiegħu aktar ’il quddiem se jsiru iktar sofistikati u li se jiċċaqlaq għal inbejjed oħra iktar serji u kumplessi.
Is-soċjetà Katalana għandha konnessjoni storika u kulturali mal-inbejjed li fihom id-diossidu tal-karbonju li jseħħ b’mod naturali, kif muri mill-fatt li l-Ispeċifikazzjoni diġà fiha kategorija ta’ “inbid semispumanti”, u mill-industrija tal-produzzjoni tal-inbid spumanti ewlenija tal-Katalonja, li l-oriġini tagħha tmur lura sal-ewwel nofs tas-seklu dsatax.
2.5. Żieda fil-kapaċità tal-bittiji
Din l-emenda taffettwa l-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni (Deskrizzjoni tal-prodott), għall-inbejjed tikkettati bil-kliem Barrica (“Bittija”) jew Roble (“Ballut”). Din ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Il-kapaċità tal-bittiji hija miżjuda mil-limitu kurrenti ta’ 330 litru għal 600 litru, il-volum massimu li fih, skont ir-regoli prevalenti Spanjoli, il-kliem Barrica u Roble jistgħu jintużaw fit-tikkettar u l-preżentazzjoni biex jiddeskrivu l-maturazzjoni tal-prodotti DOP “Cataluña”/“Catalunya”.
Il-kapaċità massima msemmija attwalment fl-Ispeċifikazzjoni, ta’ 330 litru, tippreżenta ostaklu għall-kompetittività tal-fabbriki tal-inbid tad-DOP “Cataluña”/“Catalunya” fir-rigward ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini oħra. L-ispejjeż tal-maturazzjoni għal kull litru ta’ nbid huma ogħla bil-volum tal-bittija massimu kurrenti milli jkunu bil-bittiji ta’ 600 litru.
Barra dan, ix-xejra tas-suq qed tiċċaqlaq lejn inbejjed li huma inqas influwenzati mill-injam. Iż-żieda tal-kapaċità tal-bittija se tnaqqas il-proporzjon tal-wiċċ ta’ ġewwa għall-volum ta’ nbid maħżun, u għalhekk tnaqqas ukoll l-aromi u t-tannini li jikkontribwixxi l-injam għal kull litru ta’ nbid.
2.6. Tneħħija tar-regoli tad-densità tat-tħawwil
Din l-emenda taffettwa l-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni (Prattiki speċifiċi tal-kultivazzjoni u enoloġiċi) u l-punt 5 tad-Dokument Uniku (Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid).
S’issa, id-densità tat-tħawwil kienet ristretta għal bejn 1 800 dielja kull ettaru (minimu) u 4 500 dielja kull ettaru (massimu). Madankollu, huwa meqjus li r-rendimenti tal-produzzjoni stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni diġà jipprovdu biżżejjed kontroll, u għalhekk ir-regoli tad-densità tat-tħawwil għandhom jitneħħew.
2.7. Qawwa alkoħolika totali massima
Din l-emenda taffettwa l-punt 2.1 tal-Ispeċifikazzjoni u l-punt 4 tad-Dokument Uniku (Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed).
Kwalunkwe valur li mhuwiex dikjarat espressament għandu jikkonforma mal-limiti legali stabbiliti, u d-deskrizzjonijiet tal-kategoriji differenti ta’ nbid jinkludu dikjarazzjonijiet ġenerali li jgħidu li japplikaw il-limiti stabbiliti fid-dritt tal-UE.
DOKUMENT UNIKU
1. Denominazzjoni reġistrata
“Cataluña”
“Catalunya”
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
3. |
Inbid likur |
|
8. |
Inbid semispumanti |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Inbid — Abjad
Dawn l-inbejjed huma moderni u innovattivi. Il-kulur tagħhom ivajra minn isfar ċar bi sfumaturi ħfief ta’ aħdar għal tonalitajiet lewn id-deheb intensi. L-intensità aromatika tal-inbejjed hija medja għal għolja, u dawn huma iktar jew inqas strutturati skont ir-rendiment tad-dielja. Dawn fihom aċidità moderata u kontenut alkoħoliku tajjeb, u jħallu lil min qed jixrob mixtieq għal boqqa oħra. L-aromi florali u/jew tal-frott huma predominanti fl-inbejjed inqas maturi, filwaqt li l-maturazzjoni fl-injam tagħti lill-inbejjed maturi aromi terzjarji karatterizzati mill-vanilja u anke aromi inkaljati. L-inbejjed inqas maturi huma ħfief u rinfreskanti, filwaqt li l-inbejjed iktar maturi huma iktar żejtnin u reminixxenti tal-bittiji li fihom ġew maturati.
Il-qawwa alkoħolika totali massima: japplikaw il-limiti massimi stabbiliti fid-dritt tal-UE.
Ammont massimu ta’ diossidu tal-kubrit: 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor huwa inqas minn 5 g/l u 250 mg/l jew huwa 5 g/l jew ogħla.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Ammont totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbid — Rosé
Dawn l-inbejjed huma moderni u innovattivi. Il-kulur tagħhom ivarja minn aħmar jgħajjat bi tleqqija vjola irridixxenti għal tonalitajiet ta’ oranġjo intermedji għal lewn il-qxur tal-basal. L-intensità aromatika tal-inbejjed hija medja għal għolja, u dawn huma iktar jew inqas strutturati skont ir-rendiment tad-dielja. Dawn għandhom kontenut alkoħoliku tajjeb, u jħallu lil min qed jixrob mixtieq għal boqqa oħra. Dawn l-inbejjed huma ħfief, rinfreskanti u bilanċjati.
Il-qawwa alkoħolika totali massima: japplikaw il-limiti massimi stabbiliti fid-dritt tal-UE.
Ammont massimu ta’ diossidu tal-kubrit: 200 mg/l jekk il-kontenut ta’ zokkor huwa inqas minn 5 g/l u 250 mg/l jew huwa 5 g/l jew ogħla.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10,5 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Ammont totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbid — Aħmar
Skont il-maturazzjoni, il-kulur tagħhom ivajra minn kulur ċirasa intens għal aħmar rubin ċar bi ħjiel ta’ okra. L-intensità aromatika tal-inbejjed hija medja għal għolja, bil-livell ta’ struttura tagħhom li jiddependi fuq ir-rendiment tad-dielja. Dawn fihom aċidità moderata u kontenut alkoħoliku tajjeb, u jħallu lil min qed jixrob mixtieq għal boqqa oħra. L-inbejjed mhux maturi huma ħfief u b’togħma qawwija, filwaqt li l-fermentazzjoni u/jew il-maturazzjoni fil-bittiji tal-injam iwasslu għal inbejjed b’palat qawwi u li jdumu iktar li huma ħfief imma strutturati.
Il-qawwa alkoħolika totali massima: japplikaw il-limiti massimi stabbiliti fid-dritt tal-UE.
L-aċidità volatili tista’ teċċedi l-1 mEq/l għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika li jaqbeż il-11 % u s-sena ta’ maturazzjoni, sa 20 mEq/l.
Ammont massimu ta’ diossidu tal-kubrit: 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor huwa inqas minn 5 g/l u 200 mg/l jekk dan huwa 5 g/l jew ogħla.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11,5 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,33 |
|
Ammont totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbid — Bojod, rosé u ħomor (xispejant) b’kontenut ta’ alkoħol iktar baxx
Ara d-deskrizzjonijiet tal-inbejjed bojod, rosé u ħomor t’hawn fuq.
Il-qawwa alkoħolika totali massima: japplikaw il-limiti massimi stabbiliti fid-dritt tal-UE.
Ammont massimu ta’ diossidu tal-kubrit: jekk il-kontenut taz-zokkor huwa inqas minn 5 g/l, 200 mg/l għall-bojod u r-rosé u 150 mg/l għall-ħomor; jekk il-kontenut taz-zokkor huwa 5 g/l jew iktar, 250 mg/l għall-bojod u r-rosé u 200 mg/l għall-ħomor.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
4,5 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Ammont totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbid semispumanti
Il-karatteristiċi għandhom ikunu l-istess bħal dawk deskritti fil-paragrafi t’hawn fuq għall-kulur tal-inbid inkwistjoni, iżda bil-preżenza miżjuda tal-bżieżaq. L-inbejjed huma bilanċjati u rinfreskanti, b’sensazzjoni ħafifa ta’ tingiż minħabba r-rilaxx tad-diossidu tal-karbonju.
Il-qawwa alkoħolika totali massima: japplikaw il-limiti massimi stabbiliti fid-dritt tal-UE.
Ammont massimu ta’ diossidu tal-kubrit: jekk il-kontenut taz-zokkor huwa inqas minn 5 g/l, 200 mg/l għall-bojod u r-rosé u 150 mg/l għall-ħomor; jekk il-kontenut taz-zokkor huwa 5 g/l jew iktar, 250 mg/l għall-bojod u r-rosé u 200 mg/l għall-ħomor.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
7 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Ammont totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbejjed likuri
L-inbejjed likuri jvarjaw minn kuluri opaki u intensi għat-tonalitajiet iktar żviluppati deskritti għall-inbejjed bojod u ħomor, u anke jilħqu sfumaturi ta’ ambra skont il-maturazzjoni. L-inbejjed jagħtu sensazzjoni ħafifa ta’ sħana, b’iktar aromi tal-frott minn dawk li mhumiex soġġetti għal maturazzjoni fl-injam, filwaqt li t-togħmiet tal-aldeid u tal-ġewż jikkaratterizzaw l-inbejjed iktar maturi. Dawn jagħtu sensazzjoni ta’ sħana, huma żejtnija u persistenti.
Il-qawwa alkoħolika totali massima: japplikaw il-limiti massimi stabbiliti fid-dritt tal-UE.
L-aċidità volatili tista’ teċċedi l-1 mEq/l għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika li jaqbeż il-11 % u s-sena ta’ maturazzjoni, sa 20 mEq/l.
Ammont massimu ta’ diossidu tal-kubrit: 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor huwa inqas minn 5 g/l u 200 mg/l jekk dan huwa 5 g/l jew ogħla.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
15 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 fi grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Ammont totali massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki ta’ produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Restrizzjoni rilevanti għall-produzzjoni tal-inbejjed
Trid tingħata l-ikbar attenzjoni meta jinġabar l-għeneb. L-għeneb koperti minn din id-DOP jistgħu jiġu prodotti biss b’għeneb b’saħħithom li huma maturi biżżejjed biex jipproduċu l-inbejjed b’qawwa alkoħolika naturali ta’ 9,5 % vol. jew iktar għaż-żona CII u 10 % vol. jew iktar għaż-żona CIII.
Tiġi applikata pressjoni xierqa sabiex jiġi estratt il-most jew l-inbid u dan jiġi separat mill-qxur tal-għeneb, li jiżgura li ma jkunx hemm rendiment ogħla minn 70 litru ta’ nbid minn kull 100 kg ta’ għeneb miġbur.
b. Rendimenti massimi
Varjetajiet bojod
12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru
Varjetajiet bojod
84 ettolitru għal kull ettaru
Varjetajiet ħomor
10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru
Varjetajiet ħomor
70 ettolitru għal kull ettaru
6. Żona demarkata
|
|
Abrera |
|
|
Agramunt: l-eks distrett anness ta’ Montclar |
|
|
Aguilar de Segarra |
|
|
Agullana |
|
|
Aiguamúrcia |
|
|
Albagés, l’ |
|
|
Albi, l’ |
|
|
Albiol, l’ |
|
|
Albons |
|
|
Aleixar, l’ |
|
|
Alfarràs |
|
|
Alcarràs: l-irqajja tal-art 9022, 9017 u 9005 tal-poligonu katastali 6 u l-irqajja tal-art 3, 57, 9001, 9003, 9004, 9007 u 9027 tal-poligonu katastali 15 |
|
|
Albinyana |
|
|
Alcover |
|
|
Alella |
|
|
Alforja |
|
|
Algerri |
|
|
Alió |
|
|
Almacelles: L-irqajja tal-art 25, 180, 193 u 196 tal-poligonu katastali 5 |
|
|
Almenar |
|
|
Almoster |
|
|
Alòs de Balaguer |
|
|
Alpicat |
|
|
Altafulla |
|
|
Ametlla de Mar, l’ |
|
|
Almetlla de Segarra, l’ |
|
|
Arbeca |
|
|
Arboç, l’ |
|
|
Arenys de Mar |
|
|
Arenys de Munt |
|
|
Argentera, l’ |
|
|
Argentona |
|
|
Arnes |
|
|
Artés |
|
|
Artesa de Segre |
|
|
Ascó |
|
|
Avinyó |
|
|
Avinyonet de Penedès |
|
|
Avinyonet de Puigventós |
|
|
Badalona |
|
|
Balaguer |
|
|
Balsareny |
|
|
Banyeres del Penedès |
|
|
Barbera de la Conca |
|
|
Barċelona: ir-roqgħa art 1 tal-poligonu katastali 1 |
|
|
Baronia de Rialb |
|
|
Batea |
|
|
Begues |
|
|
Begur |
|
|
Belianes |
|
|
Bellaguarda |
|
|
Bellcaire d’Empordà |
|
|
Bellmunt del Priorat |
|
|
Bellprat |
|
|
Bellvei |
|
|
Benissanet |
|
|
Bigues i Riells |
|
|
Bisbal d’Empordà, la |
|
|
Bisbal del Penedès, la |
|
|
Bisbal de Falset, la |
|
|
Biure |
|
|
Blancafort |
|
|
Boadella i les Escaules Bonastre |
|
|
Borges Blanques, las: l-irqajja art 30 u 96 tal-poligonu katastali 9; l-irqajja tal-art 114, 165 u 167 tal-poligonu katastali 21, u l-irqajja tal-art 118, 119 u 120 tal-poligonu katastali 22 |
|
|
Borges del Camp, les |
|
|
Bot |
|
|
Botarell |
|
|
Bovera |
|
|
Bràfim |
|
|
Bruc, el |
|
|
Cabacés |
|
|
Cabanes |
|
|
Cabanyes, les |
|
|
Cabassers |
|
|
Cabra del Camp |
|
|
Cabrera d’Igualada |
|
|
Cabrera de Mar |
|
|
Cabrils |
|
|
Cadaqués |
|
|
Calafell |
|
|
Calders |
|
|
Caldes de Montbui: ir-roqgħa art 57 tal-poligonu katastali 1 u r-roqgħa art 12 tal-poligonu katastali 2 |
|
|
Calella |
|
|
Callús |
|
|
Calonge |
|
|
Cambrils |
|
|
Canonja, la |
|
|
Canovelles |
|
|
Cantallops |
|
|
Canyelles |
|
|
Capafons |
|
|
Capellades |
|
|
Capçanes |
|
|
Capmany |
|
|
Cardedeu |
|
|
Cardona |
|
|
Carme |
|
|
Caseres |
|
|
Castell-Platja d’Aro |
|
|
Castell de Mur: id-distretti annessi ta’ Cellers u Guardia de Tremp |
|
|
Castellbisbal |
|
|
Castellet i la Gornal |
|
|
Castellfollit del Boix |
|
|
Castellgalí |
|
|
Castellnou de Bages |
|
|
Castelló de Farfanya |
|
|
Castellolí |
|
|
Castellvell del Camp |
|
|
Castellví de la Marzu |
|
|
Castellví de Rosanes |
|
|
Catllar, el |
|
|
Cervelló |
|
|
Cervià de les Garrigues |
|
|
Cistella |
|
|
Ciutadilla |
|
|
Colera |
|
|
Collbató |
|
|
Colldejou |
|
|
Conca de Dalt |
|
|
Conesa |
|
|
Constantí |
|
|
Copons |
|
|
Corbera de Llobregat |
|
|
Corçà |
|
|
Corbera d’Ebre |
|
|
Cornudella de Montsant |
|
|
Creixell |
|
|
Cruïlles; Monells i Sant Sadurní de l’Heura |
|
|
Cubells: ir-roqgħa art 90 tal-poligonu katastali 7 |
|
|
Cubelles |
|
|
Cunit |
|
|
Darnius |
|
|
Duesaigües |
|
|
Esparraguera |
|
|
Espluga Calba, l’ |
|
|
Espluga de Francolí, l’ |
|
|
Espolla |
|
|
Falset |
|
|
Fatarella, la |
|
|
Febró, la |
|
|
Figuera, la |
|
|
Figueres |
|
|
Figuerola del Camp |
|
|
Flix |
|
|
Floresta, la |
|
|
Fogars de Montclús |
|
|
Fonollosa |
|
|
Font-rubí |
|
|
Foradada |
|
|
Forallac |
|
|
Forés |
|
|
Franqueses del Vallès |
|
|
Fulleda |
|
|
Gaià |
|
|
Gandesa |
|
|
Garcia |
|
|
Garidells, els |
|
|
Garriguella |
|
|
Gavet de la Conca u d-distretti annessi tiegħu ta’ Sant Cristofol de la Vall, Sant Martí de Barcedana u Sant Miquel de la Vall |
|
|
Gelida |
|
|
Gimenells i el Pla de la Font |
|
|
Ginestar |
|
|
Granada, la |
|
|
Granollers |
|
|
Granyanella |
|
|
Granyena de Segarra |
|
|
Gratallops |
|
|
Guiamets, els |
|
|
Guimerà |
|
|
Horta de Sant Joan |
|
|
Hostalets de Pierola, els |
|
|
Igualada |
|
|
Isona i Conca Dellà u d-distretti annessi tagħha ta’ Conques, Figuerola d’Orcau, Orcau- Basturs u Sant Romà d’Abella |
|
|
Ivars d’Urgell |
|
|
Ivars de Noguera |
|
|
Jonquera, la |
|
|
Jorba |
|
|
Juncosa |
|
|
Juneda: ir-roqgħa art 487 tal-poligonu katastali 5, l-irqajja tal-art 14, 15, 16, 33, 34 u 37 tal-poligonu katastali 12, u l-irqajja tal-art 3, 4 u 5 tal-poligonu katastali 13 |
|
|
Llacuna, la |
|
|
Llançà |
|
|
Llardecans |
|
|
Lleida: id-distretti annessi ta’ Raimat u Sucs |
|
|
Llers |
|
|
Lliçà d’Amunt |
|
|
Llimiana |
|
|
Lloar, el |
|
|
Llorenç del Penedès |
|
|
Lloret de Mar |
|
|
Maials |
|
|
Maldà |
|
|
Manresa |
|
|
Marçà |
|
|
Margalef |
|
|
Marsà |
|
|
Martorell |
|
|
Martorelles |
|
|
Masarac |
|
|
Masllorenç |
|
|
Masnou, el |
|
|
Masó, la |
|
|
Maspujols |
|
|
Masquefa |
|
|
Masroig, el |
|
|
Massoteres |
|
|
Mataró |
|
|
Mediona |
|
|
Menàrguens |
|
|
Milà, el |
|
|
Miravet |
|
|
Molar, el |
|
|
Mollet de Peralada |
|
|
Montgat |
|
|
Monistrol de Calders |
|
|
Montblanc |
|
|
Montbrió del Camp |
|
|
Montferri |
|
|
Montmell, el |
|
|
Montoliu de Segarra |
|
|
Montornès de Segarra |
|
|
Montornès del Vallès |
|
|
Mont-ral |
|
|
Mont-ras |
|
|
Mont-roig del Camp |
|
|
Móra d’Ebre |
|
|
Móra la Nova |
|
|
Morell |
|
|
Morera de Montsant, la, u d-distrett anness tiegħu Scala-dei |
|
|
Mura |
|
|
Nalec |
|
|
Navarcles |
|
|
Navàs |
|
|
Nou de Gaiá, la |
|
|
Nulles |
|
|
Òdena |
|
|
Olèrdola |
|
|
Olesa de Bonesvalls |
|
|
Olivella |
|
|
Omells de na Gaia, els |
|
|
Omellons, els |
|
|
Orpí |
|
|
Òrrius |
|
|
Os de Balaguer |
|
|
Pacs del Penedès |
|
|
Palafrugell |
|
|
Palamós |
|
|
Palau-sator |
|
|
Palau-saverdera |
|
|
Pallaresos, els |
|
|
Palma d’Ebre, la |
|
|
Pals |
|
|
Pau |
|
|
Pedret i Marzà |
|
|
Penelles |
|
|
Perafort |
|
|
Peralada |
|
|
Perelló, el |
|
|
Piera |
|
|
Pinell de Brai, el |
|
|
Pira |
|
|
Pla de la Font, el |
|
|
Pla de Santa Maria, el |
|
|
Pla del Penedès, el |
|
|
Pla del Penedès |
|
|
Pobla de Cérvoles, la |
|
|
Pobla de Claramunt, la |
|
|
Pobla de Mafumet, la |
|
|
Pobla de Massaluca, la |
|
|
Pobla de Montornès, la |
|
|
Pobla de Segur |
|
|
Poboleda |
|
|
Pont d’Armentera, el |
|
|
Pont de Molins, |
|
|
Pont de Vilomara i Rocafort, el |
|
|
Pontons |
|
|
Porrera |
|
|
Port de la Selva, el |
|
|
Portbou |
|
|
Pradell de la Teixeta, el |
|
|
Prades |
|
|
Prat del Compte |
|
|
Preixana |
|
|
Preixens |
|
|
Premià de Dalt |
|
|
Premià de Mar |
|
|
Puigdàlber |
|
|
Puigpelat |
|
|
Querol |
|
|
Rabós |
|
|
Rajadell |
|
|
Rasquera |
|
|
Regencós |
|
|
Renau |
|
|
Reus |
|
|
Riba-roja d’Ebre |
|
|
Riera de Gaià, la |
|
|
Riudecanyes |
|
|
Riudecols |
|
|
Riudoms |
|
|
Riumors |
|
|
Roca del Vallès, la |
|
|
Roda de Barà |
|
|
Rodonyà |
|
|
Rocafort de Queralt |
|
|
Roses |
|
|
Rourell, el |
|
|
Sabadell: “Can Gambús”, proprjetà ta’ żewġ ettari bin-numru ta’ referenza katastali 28003001 DG2020 A |
|
|
Salàs de Pallars |
|
|
Sallent |
|
|
Salomó |
|
|
Sant Cebrià de Vallalta |
|
|
Sant Climent Sescebes |
|
|
Sant Cugat de Sesgarrigues |
|
|
Sant Esteve Sesrovires |
|
|
Sant Feliu de Buixalleu |
|
|
Sant Feliu de Codines |
|
|
Sant Feliu de Guíxols |
|
|
Sant Fost de Campsentelles |
|
|
Sant Fruitós de Bages |
|
|
Sant Iscle de Vallalta |
|
|
Sant Jaume dels Domenys |
|
|
Sant Joan de Vilatorrada |
|
|
Sant Jordi Desvalls |
|
|
Sant Llorenç Savall |
|
|
Sant Llorens d’Hortons |
|
|
Sant Martí de Riucorb |
|
|
Sant Martí de Tous |
|
|
Sant Martí Sarroca |
|
|
Sant Martí Vell |
|
|
Sant Mateu de Bages |
|
|
Sant Pere de Ribes |
|
|
Sant Pere de Riudebitlles |
|
|
Sant Pol de Mar |
|
|
Sant Quintí de Mediona |
|
|
Sant Sadurní d’Anoia |
|
|
Sant Salvador de Guardiola |
|
|
Santa Cristina d’Aro |
|
|
Santa Margarida i els Monjos |
|
|
Santa Maria de Miralles |
|
|
Santa Maria d’Oló |
|
|
Santa Oliva |
|
|
Santa Fe del Penedès |
|
|
Santa Maria de Martorelles |
|
|
Santa Margarida de Montbui |
|
|
Santpedor |
|
|
Sarral |
|
|
Secuita, la |
|
|
Selva del Camp, la |
|
|
Selva de Mar, la |
|
|
Senan |
|
|
Sentmenat |
|
|
Sitges |
|
|
Siurana d’Empordà |
|
|
Solivella |
|
|
Sort |
|
|
Subirats |
|
|
Súria |
|
|
Talamanca |
|
|
Talarn |
|
|
Tallada d’Empordà |
|
|
Tarragona |
|
|
Tàrrega |
|
|
Tarrés |
|
|
Teià |
|
|
Terrades |
|
|
Tiana |
|
|
Tivissa |
|
|
Tordera |
|
|
Torrebesses: l-irqajja tal-art 247 u 283 tal-poligonu katastali 6 |
|
|
Torre de Claramunt, la |
|
|
Torre de Fontaubella, la |
|
|
Torre de l’Espanyol, la |
|
|
Torredembarra |
|
|
Torrefarrera |
|
|
Torrelavit |
|
|
Torrelles de Foix |
|
|
Torrent |
|
|
Torroella de Montgrí |
|
|
Torroja del Priorat |
|
|
Tortellà |
|
|
Tremp (muniċipalità preċedenti) u d-distretti annessi tiegħu ta’ Gurb, Palau de Noguera, Puigcercós, Suterranya u Vilamitjana |
|
|
Ullà |
|
|
Ulldemolins |
|
|
Vallbona de les Monges |
|
|
Vallbona d’Anoia |
|
|
Vallclara |
|
|
Vallfogona de Riucorb |
|
|
Vallgorguina |
|
|
Vallirana |
|
|
Vall-llobrega |
|
|
Vallromanes |
|
|
Valls |
|
|
Vandellós i l’Hospitalet de l’Infant |
|
|
Vallmoll |
|
|
Vendrell, el |
|
|
Ventalló |
|
|
Verdú |
|
|
Vespella |
|
|
Vilademuls |
|
|
Vila-rodona |
|
|
Vilafant |
|
|
Vilafranca del Penedès |
|
|
Vilagrassa: ir-roqgħa art 92 tal-poligonu katastali 4 |
|
|
Vilajuïga |
|
|
Vilalba dels Arcs |
|
|
Vilallonga del Camp |
|
|
Vilamalla |
|
|
Vilamaniscle |
|
|
Vilanant |
|
|
Vilanova del Camí |
|
|
Vilanova d’Escornalbou |
|
|
Vilanova de Prades |
|
|
Vilanova i la Geltrú |
|
|
Vilanova del Vallès |
|
|
Vila-seca |
|
|
Vilassar de Dalt |
|
|
Vilassar de Mar |
|
|
Vilabella |
|
|
Vilaverd |
|
|
Vilella Alta, la |
|
|
Vilella Baixa, la |
|
|
Vilosell, el |
|
|
Vilobí del Penedès |
|
|
Vilopriu |
|
|
Vimbodí |
|
|
Vinaixa |
|
|
Vinebre |
|
|
Vinyols i els Ares |
7. L-għeneb tal-inbid ewlenija
|
|
PARELLADA — MONTONEC |
|
|
PARELLADA — MONTONEGA |
|
|
XAREL LO — PANSAL |
|
|
XAREL LO — PANSA BLANCA |
|
|
XAREL LO — CARTOIXA |
|
|
GARNACHA TINTA — LLADONER |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/iet
Inbejjed
L-influwenza Mediterranja qawwija tipproduċi nbejjed mhux aċidużi u densi, b’aċidità relattivament baxxa, b’kontenut alkoħoliku ogħli u aromi li, b’mod partikolari fil-każ tal-inbejjed ħomor, jitjiebu bl-età. Ix-xemx qawwija li tgawdi r-reġjun tagħna ttejjeb l-iżvilupp tal-kuluri intensi — l-aħmar b’mod partikolari — li huma tipiċi tal-inbejjed tagħna.
Ir-ramal u t-trab ġulġlieni huma n-nisġiet predominanti tal-ħamrija, li jagħtu korpożità u struttura kemm lill-varjetajiet bojod kif ukoll ħomor u jipproduċu ħomor li għandhom kulur iktar qawwi.
Il-firxa wiesgħa ta’ varjetajiet ta’ għeneb li jeżistu fil-Katalonja hija prova ikbar tal-fatt li l-Katalani dejjem kienu miftuħin għad-dinja. Din tirrifletti wkoll l-istorja twila tal-produzzjoni tal-inbid fir-reġjun. Skont kwotazzjoni minn Pere Gil li tmur lura sal-1600: “L-inbejjed jiġu prodotti mal-Katalonja kollha, kemm fiż-żoni marittimi kif ukoll fiż-żoni Mediterranji… L-inbejjed tal-Katalonja għandhom aroma tipikament qawwija u huma tajbin ħafna. Dawn jagħmlu t-tipi kollha ta’ nbid…” Jaume Ciurana (1980) iddeskriva unità bażika fl-inbejjed Katalani kollha, li tagħtihom karatteristika komuni: dedikazzjoni, xewqa għal titjib u spirtu ta’ suċċess fin-nies li jipproduċuhom.
Inbejjed semispumanti
Il-ħamrija ġibsija tipproduċi nbejjed li huma vibranti, aromatiċi u estremament raffinati.
Il-ħsad kmieni jagħmilha possibbli li tinkiseb qawwa alkoħolika iktar baxxa u iktar aċidità. Dan flimkien mal-preżenza tad-diossidu tal-karbonju li jseħħ b’mod naturali, jagħti lill-inbejjed is-sensazzjoni rifreskanti karatteristika tagħhom.
Is-soċjetà Katalana għandha konnessjoni storika u kulturali mal-inbejjed li fihom id-diossidu tal-karbonju li jseħħ b’mod naturali, kif muri mill-industrija tal-produzzjoni tal-inbid spumanti ewlenija tal-Katalonja, li l-oriġini tagħha tmur lura sal-ewwel nofs tas-seklu dsatax.
Inbejjed likuri
L-influwenza Mediterranja qawwija u n-nisġa tal-ħamrija diġà deskritta għall-kategorija tal-inbid jaġixxu bl-istess mod fl-inbejjed likuri taħt id-DOP “Cataluña”/“Catalunya”, li jagħtihom ħafna iktar intensità fil-kulur u l-aroma, korpożità u aċidità medja għal baxxa.
L-inbejjed likuri huma frekwentement id-diġestif preferut ta’ ħafna mwejjed Katalani, b’dan it-tip ta’ nbid imqabbel ma’ ġewż imħallat (lewż, ġellewż, ġewż tal-arżnu) u frott imqadded (żbib, tin, berquq) fid-deżerta Katalana tradizzjonali magħrufa bħala “postres de músic”(“deżerta tal-mużiċista”).
9. Kundizzjonijiet oħra essenzjali
Qafas ġuridiku:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni oħra:
Dispożizzjonijiet oħra dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
It-terminu xispejant jista’ jiġi inkluż ukoll fuq it-tikketti tal-inbejjed bojod, rosé jew ħomor li għandhom qawwa alkoħolika iktar baxxa prodotti billi l-fermentazzjoni tiġi interrotta deliberatament.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
http://goo.gl/Plwa75
|
4.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/29 |
KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ GĦAS-SIGURTÀ SOĊJALI GĦALL-ĦADDIEMA MIGRANTI
Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72
(2018/C 437/06)
Artiklu 107 (1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72
Perjodu ta' referenza: Ottubru 2018
Perjodu ta' applikazzjoni: Jannar, Frar, Marzu 2019
|
10-2018 |
EUR |
BGN |
CZK |
DKK |
HRK |
HUF |
PLN |
|
1 EUR = |
1 |
1,95580 |
25,8194 |
7,45974 |
7,42451 |
323,843 |
4,30460 |
|
1 BGN = |
0,511300 |
1 |
13,2015 |
3,81416 |
3,79615 |
165,581 |
2,20094 |
|
1 CZK = |
0,0387305 |
0,0757491 |
1 |
0,288920 |
0,287555 |
12,5426 |
0,166719 |
|
1 DKK = |
0,134053 |
0,262181 |
3,46117 |
1 |
0,99528 |
43,4121 |
0,577044 |
|
1 HRK = |
0,134689 |
0,263425 |
3,47760 |
1,004746 |
1 |
43,6182 |
0,579782 |
|
1 HUF = |
0,00308791 |
0,00603934 |
0,0797281 |
0,023035 |
0,0229262 |
1 |
0,0132922 |
|
1 PLN = |
0,232310 |
0,454351 |
5,99810 |
1,73297 |
1,72478 |
75,2320 |
1 |
|
1 RON = |
0,214326 |
0,419179 |
5,53377 |
1,59882 |
1,59126 |
69,4081 |
0,922587 |
|
1 SEK = |
0,096303 |
0,188350 |
2,48649 |
0,718397 |
0,715004 |
31,1872 |
0,414547 |
|
1 GBP = |
1,13286 |
2,21565 |
29,2498 |
8,45085 |
8,4109 |
366,870 |
4,87651 |
|
1 NOK = |
0,105493 |
0,206323 |
2,72376 |
0,786948 |
0,783231 |
34,1631 |
0,454104 |
|
1 ISK = |
0,00743687 |
0,0145450 |
0,192016 |
0,0554771 |
0,0552151 |
2,40838 |
0,032013 |
|
1 CHF = |
0,876177 |
1,71363 |
22,6224 |
6,53606 |
6,50518 |
283,744 |
3,77159 |
|
10-2018 |
RON |
SEK |
GBP |
NOK |
ISK |
CHF |
|
1 EUR = |
4,66579 |
10,38387 |
0,882721 |
9,47933 |
134,465 |
1,14132 |
|
1 BGN = |
2,38562 |
5,30927 |
0,451335 |
4,84678 |
68,7520 |
0,583557 |
|
1 CZK = |
0,180708 |
0,402173 |
0,034188 |
0,367139 |
5,20791 |
0,0442040 |
|
1 DKK = |
0,625463 |
1,39199 |
0,118331 |
1,27073 |
18,0254 |
0,152997 |
|
1 HRK = |
0,628431 |
1,39859 |
0,1188928 |
1,27676 |
18,1110 |
0,153724 |
|
1 HUF = |
0,0144076 |
0,0320645 |
0,00272576 |
0,0292713 |
0,415217 |
0,00352430 |
|
1 PLN = |
1,083908 |
2,41227 |
0,205065 |
2,20214 |
31,2376 |
0,265140 |
|
1 RON = |
1 |
2,22553 |
0,189190 |
2,03167 |
28,8194 |
0,244615 |
|
1 SEK = |
0,449331 |
1 |
0,0850088 |
0,91289 |
12,9494 |
0,109913 |
|
1 GBP = |
5,28569 |
11,7635 |
1 |
10,7388 |
152,330 |
1,29296 |
|
1 NOK = |
0,492207 |
1,095423 |
0,0931206 |
1 |
14,1851 |
0,120401 |
|
1 ISK = |
0,034699 |
0,077223 |
0,00656468 |
0,0704965 |
1 |
0,00848786 |
|
1 CHF = |
4,08806 |
9,09811 |
0,773420 |
8,30557 |
117,815 |
1 |
Nota: il-valuti inkroċjati kollha li jinvolvu l-ISK huma kkalkolati bl-użu ta' dejta tar-rati ISK/EUR mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.
|
referenza: Ottubru-18 |
EUR 1 fil-munita nazzjonali |
Unità 1 tal-munita nazzjonali f'EUR |
|
BGN |
1,95580 |
0,511300 |
|
CZK |
25,8194 |
0,0387305 |
|
DKK |
7,45974 |
0,134053 |
|
HRK |
7,42451 |
0,134689 |
|
HUF |
323,843 |
0,00308791 |
|
PLN |
4,30460 |
0,232310 |
|
RON |
4,66579 |
0,214326 |
|
SEK |
10,38387 |
0,096303 |
|
GBP |
0,882721 |
1,13286 |
|
NOK |
9,47933 |
0,105493 |
|
ISK |
134,465 |
0,00743687 |
|
CHF |
1,14132 |
0,876177 |
Nota: Ir-rati ISK/EUR msejsa fuq dejta mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.
|
1. |
Regolament (KEE) Nru 574/72 jgħid li r-rata ta' kambju ta' ammonti ta' flus f'munita meta mqabbla ma' Ir-munita oħra tkun ir-rata kkalkulata mill-Kummissjoni u bbażata fuq il-medja ta' xahar, matul il-perjodu speċifikat f'paragrafu 2 tar-rati tal-kambju referenza, ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew. |
|
2. |
Il-perjodu ta' referenza jkun:
Ir-rati tal-kambju jiġu ppubblikati fit-tieni Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) tax-xhur ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru. |
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
4.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/31 |
Proċedimenti ta’ stralċ
Deċiżjoni biex jinbdew proċedimenti ta’ stralċ fir-rigward ta’A+ Insurance Services Limited
(Pubblikazzjoni li saret skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))
(2018/C 437/07)
|
Impriża tal-assigurazzjoni |
A + Insurance Services Limited Uffiċċju Reġistrat attwali: 40a Station Road, Upminster RM14 2TR, Essex, ir-Renju Unit (l-ex Uffiċċju reġistrat: Unit 16 Sovereign Park, Cleveland Way, Hemel Hempstead Industrial Estate, Hemel Hempstead, Hertfordshire, HP2 7DA, ir-Renju Unit) Indirizz kummerċjali: Unit 16 Sovereign Park, Cleveland Way, Hemel Hempstead Industrial Estate, Hemel Hempstead, Hertfordshire, HP2 7DA, ir-Renju Unit Isem kummerċjali: A+ Insurance Services Ltd u A+ Numru Reġistrat tal-Kumpanija: 02657979 (l-Ingliterra) Numru ta’ Referenza tal-Awtorità dwar il-Kondotta Finanzjarja: 308675 |
|||||
|
Id-data, id-dħul fis-seħħ u t-tip ta’ deċiżjoni |
it-18 ta’ Ottubru 2018 — Likwidazzjoni Volontarja tal-Kredituri |
|||||
|
Awtoritajiet kompetenti |
Ma japplikax |
|||||
|
Awtorità superviżorja |
Financial Conduct Authority (FCA), 12 Endeavor Square, Londra E20 1JN, ir-Renju Unit |
|||||
|
Amministratur maħtur |
|
|||||
|
Liġi applikabbli |
Ir-Regolament 11 tar-Regolamenti dwar l-Assiguraturi (ir-Riorganizzazzjoni u l-Istralċ) tal-2004; L-Att dwar l-Insolvenza 1986 Regoli ta’ Insolvenza (l-Ingilterra u Wales) 2016 |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/32 |
Notifika ta’ bidu ta’ rieżami interim parzjali tal-miżuri kompensatorji applikabbli fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali) li joriġinaw mill-Indja
(2018/C 437/08)
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Talba għal rieżami
It-talba għal rieżami tressqet minn Electrosteel Castings Ltd (“l-applikant”), produttur esportatur mill-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”).
Ir-rieżami huwa limitat fil-kamp ta’ applikazzjoni għall-eżaminazzjoni ta’ sussidjar sa fejn għandu x’jaqsam l-applikant.
2. Prodott taħt rieżami
Il-prodott taħt rieżami huwa tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), bl-esklużjoni ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili mingħajr kisi fuq ġewwa u fuq barra (“pajpijiet mikxufin”), li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7303 00 10 u ex 7303 00 90 (il-kodiċijiet TARIC 7303001010, 7303009010), li joriġinaw mill-Indja (“il-prodott taħt rieżami”).
3. Miżuri eżistenti
Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ huma dazju kompensatorju definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/387 tas-17 ta’ Marzu 2016 fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (2).
Il-prodott taħt rieżami huwa suġġett ukoll għal dazju kompensatorju definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/388 tas-17 ta’ Marzu 2016 fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (3), kif emendat permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1369 (4). Fl-4 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni bdiet rieżami interim parzjali limitat fl-ambitu għall-eżami ta’ dumping għal Electrosteel Castings Ltd (5).
4. Raġunijiet għar-rieżami
L-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li, sa fejn hu kkonċernat, turi li ċ-ċirkostanzi fir-rigward tas-sussidjar li abbażi tagħhom ġew imposti l-miżuri nbidlu b’mod sinifikanti u li dawn il-bidliet huma ta’ natura dejjiema.
L-applikant jallega li l-issuktar tal-impożizzjoni tal-miżura fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami fil-livell attwali tagħha ma għadux neċessarju biex ipatti għas-sussidjar kumpensatorju. L-applikant ipprovda evidenza suffiċjenti li turi li l-ammont tas-sussidju tiegħu naqas sew taħt ir-rata ta’ dazju li bħalissa hija applikabbli għalih.
Dan it-tnaqqis fil-livell tas-sussidju globali huwa dovut għat-terminazzjoni ta’ applikabbiltà tal-Iskema ta’ Prodott Iffokat, li ġiet amalgamata fi skema ġdida msejħa “Skema Indjana għall-Esportazzjonijiet tal-Merkanzija” li tipprovdi għal ammonti ta’ sussidju aktar baxxi kif ukoll it-tnaqqis ta’ ammonti gwadanjati mill-applikant fir-rigward ta’ skemi oħrajn, b’mod partikolari l-Iskema ta’ Restituzzjoni tad-Dazji u l-provvista ta’ mineral tal-ħadid għal rimunerazzjoni anqas minn dak li huwa adegwat. Għandu jiġi nnotat, fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ programmi ta’ sussidju, li l-applikant ma jiddikjarax li dawn ġew mitmuma, iżda biss li l-ammonti ta’ sussidju ġew imnaqqsa jew eliminati.
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza li turi li ċ-ċirkostanzi rigward is-sussidjar lil Electrosteel Castings Ltd inbidlu b’mod sinifikanti u li huma ta’ natura dejjiema, u għalhekk il-miżuri għandhom jiġu rieżaminati.
Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tinvestiga prattiki rilevanti oħra li jistgħu jiġu żvelati matul il-kors tal-investigazzjoni.
5. Proċedura
Wara li stabbiliet, wara li infurmat l-Istati Membri, li hemm biżżejjed provi sabiex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ rieżami interim parzjali limitat għall-eżaminazzjoni tas-sussidjar sa fejn hu kkonċernat l-applikant, il-Kummissjoni b’dan qed tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. L-għan ta’ dan ir-rieżami huwa li tiġi stabbilita r-rata ta’ sussidjar li tipprevali għall-applikant b’riżultat ta’ prattiki ta’ sussidju li minnhom ikun instab li qed jieħu benefiċċju.
Wara r-rieżami, jista’ jkun meħtieġ li tiġi emendata r-rata tad-dazju imposta fuq importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid duttili (magħrufa wkoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali) li joriġina fl-Indja mill-“Kumpaniji l-oħra kollha” fl-Indja billi r-rata tad-dazju kompensatorju għal dawn il-kumpaniji hija bbażata fuq l-ammonti ta’ sussidju li nstabu għall-applikant.
Il-Gvern tal-Indja ġie mistieden għal konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku.
Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), li daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Ġunju 2018, (il-pakkett tal-Modernizzazzjoni tat-TDI) daħħal, fost affarijiet oħra, numru ta’ tibdiliet fl-iskeda ta’ żmien u fl-iskadenzi li kienu applikabbli preċedentement fi proċedimenti antisussidji (7). B’mod partikolari, il-limiti ta’ żmien għall-partijiet interessati biex jipprovdu evidenza, b’mod partikolari fl-istadju bikri tal-investigazzjonijiet, tqassru. Għalhekk, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati biex jirrispettaw il-passi proċedurali u l-iskadenzi pprovduti f’din in-Notifika kif ukoll f’komunikazzjonijiet ulterjuri mill-Kummissjoni.
5.1. Kwestjonarji
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hi meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-applikant u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Kopja tal-kwestjonarju hawn fuq imsemmi għall-applikant hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ.
5.2. Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub
Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.3. Partijiet interessati
Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħalma huma l-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur l-ewwel għandhom juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.
Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.
L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ Tron.tdi f’dan l-indirizz: https://webgate.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq dik il-paġna sabiex ikollok aċċess.
5.4. Possibbiltà ta’ seduta ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu seduta ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni.
Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak kollu li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti mill-partijiet interessati bil-miktub minn qabel.
Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
L-iskeda ta’ żmien deskritta hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tas-servizzi tal-Kummissjoni li jaċċettaw seduti ta’ smigħ lil hinn mill-iskeda ta’ żmien f’każijiet debitament ġustifikati u għad-dritt tal-Kummissjoni li tiċħad seduti ta’ smigħ f’każijiet debitament ġustifikati. Meta s-servizzi tal-Kummissjoni jirrifjutaw talba għal seduta ta’ smigħ, il-parti kkonċernata tiġi infurmata bir-raġunijiet għal tali rifjut.
Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.
5.5. Struzzjonijiet għat-tfassil ta’ preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza
L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw informazzjoni u/jew data lill-Kummissjoni soġġetta/i għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu (a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u (b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali jenħtieġu li jiġu mmarkati bħala “Limited” (Ristretti) (8). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.
Partijiet li jagħtu informazzjoni “Limited” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Jenħtieġ li dawn is-sommarji jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli.
Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew fuq DVD bl-idejn jew permezz tal-posta rreġistrata. Meta jużaw il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ) ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (9). Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi vverifikat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni ulterjuri dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Office: CHAR 04/039 |
|
1049 Brussell |
|
BELGIUM |
|
Posta elettronika: TRADE-DCIT-Subsidy-R696@ec.europa.eu |
6. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
7. Possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra
Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.
Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet definittivi, jiġu ppreżentati fi żmien ħamest (5) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm divulgazzjoni addizzjonali finali, jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra bħala reazzjoni għal din id-divulgazzjoni jsiru fi żmien jum wieħed (1) mill-iskadenza għall-kummenti dwar din id-divulgazzjoni ulterjuri, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhix se taċċetta iktar preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali addizzjonali.
8. Estensjoni ta’ perjodi ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika
Kwalunkwe estensjoni tal-perjodi ta’ żmien previsti f’din in-Notifika tista’ tintalab biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u se tingħata biss jekk tkun iġġustifikata.
L-estensjonijiet tal-iskadenza biex il-kwestjonarji jiġu kompluti jistgħu jingħataw, jekk debitament ġustifikati, u normalment ikunu limitati sa tlett (3) ijiem addizzjonali. Bħala regola, tali estensjonijiet ma jaqbżux sebat (7) ijiem. Rigward il-perjodi ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata f’din in-Notifika, l-estensjonijiet se jkunu limitati, bħala regola, għal tlett (3) ijiem sakemm ma jintwerewx xi ċirkostanzi eċċezzjonali.
9. Nuqqas ta’ kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta’ skadenza stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk xi parti interessata ma tikkoperax jew tikkopera biss parzjalment u għalhekk il-konklużjonijiet ikunu msejsa fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku din tkun ikkooperat.
In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, diment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja l-Kummissjoni minnufih.
10. Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti tal-kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kull talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.
L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.
Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u malajr sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ l-avveniment li jiġġustifika tali intervent. Fil-prinċipju, l-iskedi ta’ żmien stabbiliti fit-Taqsima 5.3 sabiex jintalbu seduti ta’ smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni japplikaw mutatis mutandis għal talbiet għal seduti ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta. Meta t-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu ppreżentati lil hinn mill-iskedi ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet saru tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawk il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija fil-ħin tal-investigazzjoni.
Għal iktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.
11. Proċessar ta’ data personali
Id-data personali kollha miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (10).
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(3) ĠU L 73, 18.3.2016, p. 53.
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1369 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/388 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 217 12.8.2016, p. 4).
(5) Notifika ta’ bidu ta’ rieżami interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali) li joriġinaw mill-Indja (ĠU C 157, 4.5.2018, p. 3).
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 143, 7.6.2018, p. 1).
(7) “Short overview of the deadlines and timelines in the investigative process” fis-sit web tad-DĠ Kummerċ http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2018/june/tradoc_156922.pdf
(8) Dokument immarkat “Limited” huwa dokument meqjus bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1037 (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55) u l-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji. Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(9) http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/37 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9149 — Apollo Management/Aspen Insurance Holdings)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 437/09)
1.
Fis-26 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Apollo Management L.P. (“Apollo”, l-Istati Uniti); |
|
— |
Aspen Insurance Holdings Limited (“Aspen”, Bermuda). |
Apollo takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Aspen.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Apollo huwa fond ta’ investimenti dinji li għandu pussess f’negozji f’firxa ta’ setturi, |
|
— |
Aspen huwa fornitur globali ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9149 — Apollo Management/Aspen Insurance Holdings
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 122964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
4.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/38 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9215 — Sumitomo Corporation/Toyota Motor Corporation/Kinto Corporation)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 437/10)
1.
Fis-27 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna lill-impriżi li ġejjin:
|
— |
Sumitomo Corporation (il-Ġappun) |
|
— |
Toyota Motor Corporation (il-Ġappun) |
|
— |
Kinto Corporation (il-Ġappun) |
Sumitomo Corporation u Toyota Motor Corporation, jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Kinto Corporation, kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (“JV”).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma u ta’ trasferiment ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Sumitomo Corporation: kumpanija kummerċjali u ta’ investiment attiva fil-lokazzjoni ta’ karozzi, fil-kummerċ ta’ prodotti tal-metall, fit-trasport, fil-media, fir-riżorsi minerali, fl-enerġija, fil-prodotti kimiċi u fl-elettronika.
— għal Toyota Motor Corporation: kumpanija attiva fis-settur tal-manifattura, tal-bejgħ, tal-lokazzjoni u tat-tiswija ta’ vetturi bil-mutur, tal-vapuri, tal-inġenji tal-ajru u tagħmir ieħor tat-trasport, kif ukoll fil-bejgħ ta’ tagħmir għall-immaniġġjar ta’ materjal.
— għal JV: forniment ta’ servizzi ta’ mobbiltà, inklużi servizzi ta’ lokazzjoni fil-Ġappun.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tkun speċifikata:
M.9215 — Sumitomo Corporation/Toyota Motor Corporation/Kinto Corporation
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
4.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/39 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9216 — Sumitomo Corporation/Toyota Motor Corporation/Mobilots Corporation)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 437/11)
1.
Fis-27 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Sumitomo Corporation (il-Ġappun) |
|
— |
Toyota Motor Corporation (il-Ġappun) |
|
— |
Mobilots Corporation (il-Ġappun) |
Sumitomo Corporation u Toyota Motor Corporation jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Mobilots Corporation, kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture (il-“JV”).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma u kontribuzzjoni tal-assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Sumitomo Corporation: kumpanija ta’ kummerċ u investment attiva fil-kiri tal-karozzi, il-kummerċ ta’ prodotti tal-metall, it-trasport, il-media, ir-riżorsi minerali, l-enerġija, il-kimiċi u l-elettronika.
— Toyota Motor Corporation: kumpanija attiva fil-manifattura, il-bejgħ, il-kiri u t-tiswija ta’ vetturi bil-mutur, vapuri, ajruplani u tagħmir ieħor tar-trasport, kif ukoll fil-bejgħ ta’ tagħmir li jmexxi l-materjal.
— il-JV: il-provvista ta’ servizzi ta’ finanzjament għal vetturi kummerċjali fil-Ġappun.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9216 — Sumitomo Corporation/Toyota Motor Corporation/Mobilots Corporation
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).