ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 435

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
3 ta' Diċembru 2018


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 435/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9125 — Klio/Bertelsmann/Holtzbrinck/Skoobe) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2018/C 435/02

Notifika għall-attenzjoni ta’ persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

2

2018/C 435/03

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 435/04

Rata tal-kambju tal-euro

4

2018/C 435/05

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Novembru 2018 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika fis-settur tax-xorb spirituż prevista fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill — Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol

5

2018/C 435/06

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ speċifikazzjoni għal denominazzjoni fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Piemonte (DOP))

11

2018/C 435/07

Il-kummissjoni amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali — Spejjeż medji tal-benefiċċji in natura

37


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 435/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9213 — OYAK/Cimpor Portugal) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

38

2018/C 435/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9154 — DV4/ABP/OMERS/QIA/Real estate JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

40


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 435/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9125 — Klio/Bertelsmann/Holtzbrinck/Skoobe)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 435/01)

Fil-15 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9125. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 435/2


Notifika għall-attenzjoni ta’ persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

(2018/C 435/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Viktor Ivanovych Ratushniak, li jidher fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna.

Il-Kunsill qed jikkunsidra li jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuna msemmija hawn fuq. Il-persuna msemmija hawn fuq hi b’dan infurmata li tista’ tibgħat talba lill-Kunsill biex tikseb l-elementi li l-Kunsill għandu fil-fajl tiegħu fir-rigward tad-deżinjazzjoni tagħha, qabel is-6 ta’ Diċembru 2018, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

e-mail: sanctions@consilium.europa.eu

F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata dwar ir-rieżami regolari mill-Kunsill tal-lista ta’ persuni deżinjati fid-Deċiżjoni 2014/119/PESK u r-Regolament (UE) Nru 208/2014.


(1)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26.

(2)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 435/3


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

(2018/C 435/03)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 (2).

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni tal-ipproċessar huwa RELEX.1.C li jista' jiġi kkuntattjat fl-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

e-mail: sanctions@consilium.europa.eu

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f'dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu skont it-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1.

(3)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


Il-Kummissjoni Ewropea

3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 435/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-30 ta’ Novembru 2018

(2018/C 435/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1359

JPY

Yen Ġappuniż

128,99

DKK

Krona Daniża

7,4622

GBP

Lira Sterlina

0,89068

SEK

Krona Żvediża

10,3195

CHF

Frank Żvizzeru

1,1340

ISK

Krona Iżlandiża

139,40

NOK

Krona Norveġiża

9,7400

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,957

HUF

Forint Ungeriż

323,62

PLN

Zloty Pollakk

4,2900

RON

Leu Rumen

4,6598

TRY

Lira Turka

5,8753

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5565

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5116

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8851

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6556

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5581

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 274,04

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,6258

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8897

HRK

Kuna Kroata

7,4055

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 246,21

MYR

Ringgit Malażjan

4,7532

PHP

Peso Filippin

59,536

RUB

Rouble Russu

76,0734

THB

Baht Tajlandiż

37,348

BRL

Real Brażiljan

4,3843

MXN

Peso Messikan

23,0910

INR

Rupi Indjan

79,0815


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 435/5


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Novembru 2018

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika fis-settur tax-xorb spirituż prevista fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

“Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol”

(2018/C 435/05)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Repubblika tal-Bulgarija bagħtet applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem “мболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 bħala indikazzjoni ġeografika skont l-Artikolu 17(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

F’konformità mal-Artikoli 17(5) u 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni eżaminat dik l-applikazzjoni u kkonkludiet li tissodisfa l-kundizzjonjiet stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(3)

Sabiex tkun tista’ ssir is-sottomissjoni ta’ oġġezzjonijiet skont l-Artikolu 17(7) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, jenħtieġ li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-ispeċifikazzjonijiet prinċipali tal-fajl tekniku msemmi fl-Artikolu 17(4) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għall-isem “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol”,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-ispeċifikazzjonijiet prinċipali tal-fajl tekniku msemmi fl-Artikolu 17(4) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għall-isem “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

F’konformità mal-Artikolu 17(7) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tikkonferixxi d-dritt ta’ oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem speċifikat fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.


ANNESS

SPEĊIFIKAZZJONIJIET PRINĊIPALI TAL-FAJL TEKNIKU

Numru tal-fajl: PGI-BG-01867 — 7.1.2014

1.   Indikazzjoni ġeografika li trid tiġi rreġistrata:

“Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol”

2.   Kategorija tax-xorb spirituż:

Винена дестилатна спиртна напитка/Spirtu tal-inbid

3.   Deskrizzjoni tax-xorb spirituż:

3.1.   Karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u/jew organolettiċi

“Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” huwa spirtu tal-inbid frizzanti, trasparenti, ta’ kulur isfar ċar, li għandu aroma ta’ frott pjaċevoli u dominanti, kif ukoll togħma armonjuża u mhux qawwija u li wara jħalli togħma ta’ għeneb qawwija. Edizzjonijiet limitati tax-xarba huma mmaturati għal tal-inqas sitt xhur fi btieti tal-ballut b’kapaċità sa 1 000 litru. Il-kuntatt mal-ballut jintensifika l-kulur, jagħti l-ħlewwa, jenfasizza d-delikatezza u jtejjeb l-aroma b’influwenza tal-ballut konsiderevoli, filwaqt li jagħti ħjiel ta’ vanilla fil-finitura.

Ix-xarba għandha qawwa alkoħolika minima ta’ 40 % vol.

3.2.   Karatteristiċi speċifiċi (imqabbla ma’ xorb spirituż ieħor tal-istess kategorija)

“Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” huwa spirtu tal-inbid li għandu qawwa alkoħolika minima ta’ 40 % vol., b’kontenut ta’ kompożizzjoni volatili ta’ 132–174 g/hl a.a., li jinkludi 6-24 g/hl a.a. ta’ esteri u 2–8 g/hl a.a. ta’ aldeidi, u kontenut ta’ metanol ta’ 0,07–0,140 g/l. Il-valuri għall-karatteristiċi fiżikokimiċi tiegħu jaqbżu l-valuri minimi speċifikati fir-regoli dwar il-kategorija tal-ispirti tal-inbid.

“Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” huwa spirtu tal-inbid li jinkiseb minn varjetajiet ta’ għeneb abjad u aħmar. L-għeneb jasal għall-ipproċessar f’lottijiet ta’ varjetà waħda. Sabiex jinkisbu nbejjed bojod ta’ kwalità tajba għad-distillazzjoni, l-għeneb jinħasad meta jkun teknikament misjur, iżda qabel ma jsir misjur iżżejjed, meta jkollu kontenut taz-zokkor ta’ 16–19 % u l-kontenut tal-aċidu jkun ogħla, jiġifieri tal-inqas 500 g/hl, espress bħala aċidu tartariku. Il-prattika uriet li nbejjed bojod qawwija b’kontenut ogħla ta’ aċidu jipproduċu distillati delikati b’aroma ta’ frott qawwija. L-għeneb abjad, imkabbar fuq ħamrija ramlija u ġeblija, jakkwista aroma ta’ frott żviluppata tajjeb, li, bis-saħħa ta’ pproċessar xieraq, issir fissa fl-inbid u d-distillati.

Il-varjetajiet tal-għeneb aħmar jinħasdu meta jkollhom kontenut ta’ zokkor ta’ 18–20 % jew aktar u kontenut ta’ aċidu ta’ mill-inqas 600 g/hl, espress bħala aċidu tartariku. Il-varjetajiet il-ħomor għandhom aromi primarji pjuttosti simili għal tal-pjanta; u jipproduċu nbejjed b’togħma aktar qawwija. Meta jiġu ddistillati, dawn jipproduċu distillati b’togħma intensa u armonjuża u li wara jħallu togħma ta’ għeneb qawwija li hija karatteristika tal-ispirtu tal-inbid “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol”.

Distillati b’potenzjal evidenti ta’ maturazzjoni huma mmaturati fi btieti tal-ballut magħmula mill-injam tal-ballut lokali Strandzha (Quercus hartwissiana Stev.). Il-kuntatt mal-injam jarrikkixxi l-kulur u jirriżulta fl-iżvilupp ta’ togħma rfinata u aroma delikata fix-xarba mmaturata.

4.   Indikazzjoni ġeografika li trid tiġi rreġistrata (Żona ġeografika kkonċernata)

Iż-żona ġeografika li fiha huwa prodott l-ispirtu tal-inbid “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” tkopri l-provinċja ta’ Yambol u parti mill-provinċja fil-qrib ta’ Burgas u tinkludi l-lokalitajiet li ġejjin (zemlishta):

Il-muniċipalità ta’ Yambol — lokalità waħda: il-belt ta’ Yambol;

Il-muniċipalità ta’ Straldzha — seba’ lokalitajiet: Straldzha u l-irħula ta’ Zimnitsa, Irechekovo, Kamenets, Lozenets, Nedyalsko u Parvenets;

Il-muniċipalità ta’ Tundzha — tnax-il lokalità: l-irħula ta’ Bezmer, Botevo, General Inzovo, General Toshevo, Kalchevo, Kozarevo, Meden Kladenets, Pobeda, Roza, Tenevo, Hadzhi Dimitrovo u Chargan;

Il-muniċipalità ta’ Bolyarovo — żewġ lokalitajiet: il-belt ta’ Bolyarovo u r-raħal ta’ Stefan Karadzhovo;

Il-muniċipalità ta’ Elhovo — ħames lokalitajiet: il-belt ta’ Elhovo u l-irħula ta’ Granitovo, Malomirovo, Melnitsa u Malak Manastir;

Il-muniċipalità ta’ Kameno — lokalità waħda: ir-raħal ta’ Troyanovo;

Il-muniċipalità ta’ Aytos — lokalità waħda: ir-raħal ta’ Topolnitsa;

Il-muniċipalità ta’ Sredets — lokalità waħda: ir-raħal ta’ Zornitsa;

Il-muniċipalità ta’ Topolovgrad — lokalità waħda: ir-raħal ta’ Oreshnik.

5.   Deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni tax-xarba spirituża

L-ispirtu tal-inbid “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” huwa prodott fiż-żona ġeografika deskritta hawn fuq, minn għeneb tal-varjetajiet li ġejjin:

Abjad: Rikat, Bolgar, Cherven Misket, Dimyat, Chardonnay, Ugni Blanc, Prosecco, Sauvignon Blanc u Viognier;

Aħmar: Merlot, Cabernet Sauvignon, Pamid, Syrah u Cabernet Franc.

Meta jiġu kkonsenjati, jitqassmu skont il-piż, id-dehra, il-varjetà u l-kontenut taz-zokkor. Jintuża biss għeneb tal-aqwa kwalità. L-għeneb jinħasad bl-idejn u jitqiegħed fi bramel jew kaxex tal-plastik. L-użu ta’ kontenituri li jesgħu aktar minn 15-il litru għall-ħsad mhuwiex permess. L-għeneb jiġi ttrasportat għall-ipproċessar mingħajr ebda imballaġġ f’kontenituri insulati tal-metal b’disinn u kapaċità xierqa. Ħafna drabi, jinġabru kampjuni proporzjonati minn kull vettura bl-idejn, u jiġu vvalutati d-dehra esterna, il-kundizzjoni ġenerali u l-purità tal-varjetà, u jitkejjel il-kontenut taz-zokkor permezz ta’ idrometru. L-ipproċessar isir fi żmien 12–24 siegħa mill-ħsad. L-għeneb l-ewwel jitgħaffeġ biex jitneħħielu z-zkuk u mbagħad jingħasar. Il-polpa tal-għeneb tiġi ttrasferita f’tankijiet tal-fermentazzjoni speċjali, fejn jekk ikun meħtieġ tiġi mmaċerata, biex tiġi arrikkita b’sustanzi aromatiċi estratti mill-qxur tal-għeneb. Il-meraq li joħroġ mill-għeneb jiġi skulat u l-polpa tiegħu tiġi ppressata. Tagħsir żejjed mhuwiex permess. Ir-rekwiżit li minn 100 kg ta’ għeneb ma jiġix prodott aktar minn 75 litru ta’ nbid għall-użu fil-produzzjoni tal-ispirtu tal-inbid “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol”, huwa mħares b’mod strett. Il-pass li jmiss hija l-fermentazzjoni alkoħolika. Jintużaw kulturi ta’ ħmira tal-inbid puri. Il-proċess huwa kkontrollat, u tal-inqas darbtejn f’kull perjodu ta’ 24 siegħa jittieħdu kampjuni minn kull tank ta’ fermentazzjoni, jitkejlu l-kontenut taz-zokkor u t-temperatura, u jiġu mmonitorjati l-bidliet fil-proprjetajiet organolettiċi. Il-fermentazzjoni alkoħolika sekondarja ssir f’tankijiet tal-azzar rinforzati b’kapaċitajiet differenti. L-inbejjed jitferrgħu bir-reqqa. Id-distillazzjoni ssir kemm jista’ jkun malajr wara li jkunu ġew isseparati s-sedimenti (il-karfa). Il-lampiki użati biex jiġi prodott l-ispirtu tal-inbid “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” huma lampiki kontinwi tat-tip K5 u tat-tip DK-1. Dawn huma ta’ disinn Bulgaru. Il-karatteristiċi tipiċi tagħhom huma dawn li ġejjin:

Kull wieħed mil-lampiki jinkludi kolonna tad-distillazzjoni (frazzjonar), deflemmaturi, kondensatur, apparat li jkessaħ, tapp tal-bużżieqa, ħiter tal-inbid orizzontali u regolatur tal-livell. Wara li tinxtegħel is-sistema, il-kolonna, id-deflemmaturi u l-ħiter tal-inbid jissaħħnu billi jiġi introdott il-fwar. Meta l-ilma ddistillat jibda jgħaddi mill-apparat li jkessaħ, l-inbid jiġi alimentat biex jiġi ddistillat. Filwaqt li jitla’ mill-qiegħ, il-fwar tal-ilma jiġi f’kuntatt, f’kontrokurrenti, mal-inbid u jiġi arrikkit bl-etanol u s-sustanzi volatili. Il-fwar tal-ilma u tal-alkoħol mill-parti ta’ fuq tal-kolonna tad-distillazzjoni jilħaq id-deflemmaturi u l-kondensatur, fejn il-kontenut ta’ alkoħol tagħhom jiżdied għal 62–65 % vol. Id-distillat tal-inbid li jinkiseb wara t-tkessiħ, iqattar mit-tapp tal-bużżieqa, fejn il-kontenut ta’ alkoħol tiegħu u t-temperatura jiġu mmonitorjati b’mod kontinwu permezz ta’ apparat li jkejjel l-alkoħol.

Id-distillati li jirriżultaw jiġu kkategorizzati. Dawn imbagħad jinħażnu, mingħajr ebda kuntatt mal-injam, f’kontenituri magħmula mill-azzar inossidabbli b’disinn u kapaċità xierqa jew f’tankijiet tal-konkrit rinforzat. Il-profili organolettiċi mbagħad jiġu ddeterminati mill-għeneb li huma dderivati minnu u l-metodu li permezz tiegħu jkunu ġew ipproċessati. Il-varjetajiet ta’ għeneb abjad jagħtu distillati delikati b’ċarezza frizzanti u aroma ta’ frott qawwija u intensa. Il-varjetajiet ta’ għeneb aħmar jiġu pproċessati f’distillati li għandhom ċarezza frizzanti, togħma aktar qawwija, delikatezza u li wara jħallu togħma ta’ għeneb persistenti. Meta jiġi prodott il-“Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol”, mhux immaturat, it-taħlit tad-distillati hija operazzjoni teknika li hija essenzjali biex jiġu ddeterminati l-kwalitajiet tal-prodott finali. Il-prattikanti b’esperjenza jużaw prattiki ta’ produzzjoni tajbin li ġew ippruvati u ttestjati u jħalltu d-distillati fil-proporzjonijiet xierqa, filwaqt li jżidu ilma tax-xorb demineralizzat biex jirranġaw il-kontenut ta’ alkoħol għal 40 % vol.

Il-biċċa l-kbira tad-distillati jinħażnu mingħajr kuntatt mal-ballut. Il-kulur tax-xarba mhux immaturata jiġi rranġat billi tiżdied il-karamella.

Il-prodott miksub huwa ta’ kwalità konsistentement għolja, b’karatteristiċi organolettiċi li jibqgħu stabbli minn sena għal sena u minn ħsad għal ieħor, fi kliem ieħor spirtu tal-għeneb “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” b’kulur isfar qisu tat-tiben, aroma tal-frott qawwija, togħma ħafifa u armonjuża u li wara jħalli togħma ta’ għeneb eċċezzjonalment pjaċevoli.

Id-distillati tal-aħjar kwalità li għandhom il-potenzjal neċessarju jiġu mmaturati għal tal-inqas sitt xhur fi btieti tal-ballut b’kapaċità sa 1 000 litru u mqawwes bi ħxuna ta’ 3–4 cm. Il-btieti huma magħmula mill-injam tal-ballut Strandzha, siġra li hija tipika taż-żona.

It-taħlit, id-dilwizzjoni u l-ibbottiljar tal-ispirtu tal-inbid “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” mhumiex limitati għaż-żona ġeografika definita li fiha jinkiseb il-prodott.

6.   Rabta mal-ambjent ġeografiku jew l-oriġini

6.1.   Dettalji taż-żona ġeografika jew tal-oriġini rilevanti għar-rabta

Fil-bidu tas-seklu 20, il-kultivazzjoni tad-dwieli u l-produzzjoni tal-inbid evolviet minn sengħa tradizzjonali għal industrija ewlenija tal-Istat Bulgaru li kien għadu kif jifforma ruħu. L-ispirtu tal-inbid “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” beda jiġi prodott f’diversi distilleriji żgħar fiż-żona matul is-snin tletin.

Il-produzzjoni industrijali u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ispirtu tal-inbid “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” tista’ tiġi kkunsidrata bħala li verament bdiet fl-1974, fil-kantini tal-inbid f’Yambol. Il-kooperattivi li kienu jinsabu fil-qrib kellhom biżżejjed dwieli biex jipprovdu l-materja prima meħtieġa għall-produzzjoni mhux biss tal-inbejjed imma wkoll tal-ispirtu tal-inbid “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol”.

Il-bidliet li stabbilew sistema demokratika fil-Bulgarija (fl-1989) kienu segwiti mir-restituzzjoni sħiħa tal-art agrikola. Iż-żona ġeografika fejn huwa prodott l-ispirtu tal-inbid “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” għandha ħamrija u kundizzjonijiet klimatiċi li jiffavorixxu l-kultivazzjoni tad-dwieli. Il-vinji l-qodma ġew irrestawrati filwaqt li ġew miżrugħa oħrajn ġodda. Id-diversità varjetali tad-dwieli ttejbet. Ġew miżrugħa varjetajiet ġodda għaż-żona madwar Yambol, eż. Prosecco, Viognier, Syrah u Cabernet franc. Varjetajiet differenti għandhom karatteristiċi differenti. Ipproċessar xieraq jirriżulta f’inbejjed bojod u ħomor għad-distillazzjoni li kull wieħed minnhom għandu potenzjal differenti u jikkontribwixxi għall-karatteristiċi distintivi tal-varjetà tal-għenba fejn jidħlu l-aroma u t-togħma. Il-fattur uman għandu rwol importanti fl-applikazzjoni tat-teknoloġija stabbilita użata biex tinkiseb din ix-xarba. Prattikanti b’esperjenza jiddistillaw ix-xarba permezz ta’ lampiki kontinwi tat-tip K5 u tat-tip DK-1 sakemm tintlaħaq qawwa alkoħolika ta’ 62–65 % vol. Il-metodu ta’ distillazzjoni jimmassimizza l-qbid u ż-żamma fid-distillati ta’ sustanzi volatili mill-inbejjed, li huma responsabbli mill-aroma ta’ frott, u mill-komponenti tat-togħma tagħhom. It-taħlit (coupage) ta’ distillati xierqa fil-proporzjonijiet korretti jirriżulta fi prodott finali li huwa konsistenti, ta’ kwalità uniformi ħafna u għandu proprjetajiet organolettiċi stabbli.

L-ispirtu tal-inbid “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” huwa s-suġġett ta’ kampanji pubbliċitarji, preżentazzjonijiet u sessjonijiet ta’ dewqien minn ktajjen tal-bejgħ bl-imnut kbar; ġie ppreżentat f’fieri internazzjonali tal-kummerċ, wirjiet u kompetizzjonijiet, fejn rebaħ diversi premjijiet u l-ogħla unuri. Matul is-snin, l-ispirtu tal-inbid “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” ingħata diversi premjijiet, b’mod partikolari medalji tad-deheb u ċertifikati tal-ogħla unur, fil-Wirja Internazzjonali ta’ Vinaria fi Plovdiv.

6.2.   Karatteristiċi speċifiċi tax-xarba spirituża attribwibbli għaż-żona ġeografika

Il-vinji li minnhom tinkiseb il-materja prima użata biex jiġi prodott l-ispirtu tal-inbid “мболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” jinsabu lejn il-parti tax-Xlokk tar-reġjun tal-inbid (il-muniċipalitajiet ta’ Bolyarovo, Elhovo, Straldzha, Tundzha, Yambol u Topolovgrad) tan-Nofsinhar (il-Pjanura tat-Trakja/Trakiyska Nizina), u l-parti tal-Punent tar-reġjun tal-inbid (il-muniċipalitajiet ta’ Aytos, Kameno u Sredets) tal-Lvant (il-Baħar l-Iswed/Chernomorski). Iż-żona ġeografika tkopri s-sottoreġjun ta’ Tundzha-Straldzha u tasal sal-għoljiet tat-Tramuntana tal-katina tal-muntanji ta’ Strandzha u Sakar.

Iż-żona ġeografika fejn huwa prodott l-ispirtu tal-inbid “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” għandha ħamrija u kundizzjonijiet klimatiċi li huma tajbin għat-tkabbir tad-dwieli. L-art tinkludi pjanuri u għoljiet, b’elevazzjoni medja ta’ 190 m. Il-lok ġeografiku tagħha jfisser li hemm nisġa ta’ diversi influwenzi klimatiċi, li l-aktar waħda b’saħħitha minnhom hija l-klima kontinentali tranżitorja li hija tipika tal-Pjanura tat-Traċja ta’ Fuq. L-infuwenza tal-Baħar l-Iswed u tal-Mediterran hija inqas qawwija. It-temperaturi rreġistrati hawnhekk jagħmluha waħda mill-aktar żoni sħan fil-Bulgarija. It-temperaturi medji f’Jannar, l-aktar xahar kiesaħ, huma bejn 0 °С u 1,5 °С. It-temperatura medja f’Jannar hija 0,2 °С f’Yambol, u 1,2 °С f’Elhovo, li turi d-differenza bejn iż-żona klimatika kontinentali tranżitorja u dik Mediterranja tranżitorja matul l-aktar xahar kiesaħ. Iż-żona kollha tinsab fin-Nofsinhar tal-isoterm ta’ 0 °С, li tiżgura perjodu twil mingħajr silġ u kundizzjonijiet ta’ veġetazzjoni normali għall-pjanti. Iż-żona għandha 180–210 jum mingħajr silġ fis-sena. Bħala medja, it-temperaturi jibqgħu ogħla minn 10 °С mill-10 ta’ April, li huwa ta’ benefiċċju għat-tkabbir tal-uċuħ. Bħala medja, iż-żona tara 2 200–2 250 siegħa ta’ xemx, u t-total tat-temperaturi matul l-istaġun tat-tkabbir huwa ta’ madwar 3 500–3 800 °С. Is-sajf huwa relattivament sħun u għandu l-karatteristiċi ta’ klima kontinentali. It-temperatura medja ta’ Lulju fiż-żona hija 23 °С. It-tempertura massima assoluta hija 44,4 °С, u l-medja tat-temperaturi massimi hija 38–40 °С.

Il-ħarifa hija twila u ħafna drabi sħuna, b’temperaturi medji li jibqgħu ’l fuq minn 10 °С sal-perjodu bejn l-25 ta’ Ottubru u l-4 ta’ Novembru. Bħala medja, l-ewwel ġlata tal-ħarifa sseħħ bejn it-23 u d-29 ta’ Ottubru, bl-ewwel data tkun it-30 ta’ Settembru. Dawn il-kundizzjonijiet agroklimatiċi jwasslu għall-kultivazzjoni ta’ wċuħ permanenti, u b’mod partikolari dwieli. L-umdità relattiva tvarja matul is-sena. Din hija l-aktar baxxa (60–64 %) f’Lulju u Awwissu u l-ogħla (80–92 %) f’Diċembru, Jannar u Frar. Il-preċipitazzjoni hija mifruxa b’mod mhux uniformi matul is-sena. Il-medja tat-total ta’ preċipitazzjoni annwali tvarja bejn 530 u 700 mm.

Il-ħamrija hija chernozem-vertisols b’lissija moderata sa ħafifa; tul ix-Xmara Tundzha u t-tributarji tagħha hemm ħamrija ta’ mriegħi alluvjali; lejn ix-Xlokk u lejn il-Majjistral ta’ Elhovo, jiddominaw il-vertisols b’lissija (l-aktar ħamrija taflija magħquda kif ukoll kollojdali ħafna, fil-Bulgarija b’orizzont ta’ ħumus iswed sostanzjali meta mxarrba), flimkien ma’ ħamrija tal-foresti (lewn il-kannella) b’lissija li ġeneralment għandha inqas ħumus; lejn in-Nofsinhar ħamrija tal-foresti (lewn il-kannella) fejn ma hemmx ġir u l-aktar fejn hemm il-ġebel (“rankers”) u b’litosoli, ħamrija tal-foresti lewn il-kannella b’lissija u ħamrija psewdopodżolika nieqsa mill-minerali.

Il-kombinazzjoni tar-riljiev, il-ħamrija u l-klima toħloq kundizzjonijiet għall-produzzjoni ta’ għeneb ta’ kwalità tajba. Il-fattur uman għandu rwol ewlieni. Il-prattikanti b’esperjenza jbiddlu l-għeneb f’inbid ta’ kwalità tajba. Dan il-proċess jgħaqqad it-tradizzjonijiet li ilhom għal sekli sħaħ ma’ teknoloġiji moderni u l-aktar avvanzati. L-inbejjed jiġu ddistillati permezz ta’ lampiki kontinwi tat-tip K5 u tat-tip DK-1 li kienu żviluppati minn disinjaturi Bulgari. Karatteristika speċifika tal-ispirtu tal-inbid “мболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” hija li d-distillazzjoni tibqa’ għaddejja sakemm jinkiseb inbid iddistillat b’qawwa alkoħolika sa 62–65 % vol. Ħafna snin ta’ esperjenza wrew li din hija l-qawwa alkoħolika tad-distillat li fiha l-qbid tas-sustanzi aromatiċi mill-inbejjed hija l-akbar u fejn tinkiseb togħma rikka u bbilanċjata.

Id-distillati miksuba minn varjetajiet ta’ għeneb abjad u aħmar li ġew immaturati fiż-żona ġeografika speċifikata tax-xarba u għandhom proprjetajiet organolettiċi li jibbilanċjaw b’mod reċiproku. Id-distillati miksuba minn varjetajiet bojod li għandhom togħma ta’ frott qawwija, u dawk miksuba minn varjetajiet ħomor għandhom togħma ta’ għeneb distinta. It-taħlit tad-distillati jirriżulta fi prodott ta’ kwalità għolja b’karatteristiċi organolettiċi stabbli: kulur isfar ċar, jew aroma ta’ frott dominanti, u togħma armonjuża u ħafifa li wara tħalli togħma ta’ għeneb qawwija.

Id-distillati bl-aħjar kwalitajiet u potenzjal ta’ maturazzjoni jiġu mmaturati għal tal-inqas sitt xhur fi btieti tal-ballut magħmula mill-injam tal-ballut Strandzha (Quercus hartwissiana Stev.). Il-balluta Strandzha (Quercus hartwissiana Stev.) hija siġra li twaqqa’ l-weraq li tista’ tikber sa 25 metru bħala għoli. Din hija speċi relitta li baqgħet ħajja miż-żmien qabel l-aħħar Era Glaċjali 1,5 miljun sena ilu. Fl-Ewropa, id-distribuzzjoni tagħha hija limitata għall-katina tal-muntanji ta’ Strandzha. Ħafna drabi tinsab — fi gruppi jew individwalment — fuq għoljiet li jħarsu lejn it-Tramuntana u f’żoni fil-baxx u umdi, ħafna drabi tul ix-xmajjar u n-nixxigħat. Hija speċi protetta u tinsab elenkata fl-Att dwar il-Bijodiversità tal-Bulgarija. Il-ġenerazzjonijiet ta’ buttara żammu t-tradizzjonijiet li permezz tagħhom jaħdmu dan il-materjal uniku. L-injam ta’ din is-siġra, li jingħad li għandha “l-għeruq tagħha fil-ġebel”, għandu struttura poruża, iżda l-pori huma estremament żgħar. Interazzjoni fit-tul mad-distillati tirriżulta mhux biss fl-evaporazzjoni tal-alkoħol iżda wkoll fl-estrazzjoni ta’ komponenti ta’ valur mill-injam.

L-edizzjonijiet limitati tax-xarba jitqiegħdu fis-suq wara li jkunu qagħdu f’kuntatt mal-ballut għal mill-inqas sitt xhur. Il-karatteristiċi tipiċi tal-ispirtu tal-inbid immaturat “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” huma: kulur isfar qawwi, aroma ta’ frott dominanti b’komponenti tal-ballut konsiderevoli u ħjiel ta’ vanilla fil-finitura, togħma armonjuża li hija pjuttost ħafifa u ħelwa, u wara jħalli togħma persistenti u ħafifa.

7.   Dispożizzjonijiet nazzjonali/reġjonali jew tal-Unjoni Ewropea

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tistabbilixxi l-ebda disposizzjoni speċifika addizzjonali relatata mal-ispirtu tal-inbid “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol”. Il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ispirtu tal-inbid “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” huma soġġetti għar-rekwiżiti ġenerali applikabbli għall-kategorija “Spirti tal-inbid” stabbiliti fl-Att dwar l-Inbid u x-Xorb Spirituż (ZVSN), ippubblikat fil-Gazzetta tal-Istat Nru 45/2012 u fis-seħħ mis-16 ta’ Settembru 2012.

L-ispirtu tal-inbid li huwa rakia tal-għeneb bl-indikazzjoni ġeografika “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” ġie approvat bl-Ordni Nru T-RD-27-20 tal-Ministeru għall-Ekonomija u l-Enerġija tas-27 ta’ Novembru 2013, li ġie ppubblikat fis-sit web tal-Ministeru tal-Ekonomija: http://www.mi.government.bg/bg/library/zapowed-za-utvarjdavane-na-vinena-destilatna-spirtna-napitka-grozdova-rakiya-s-geografsko-ukazanie-ya-65-c28-m361-1.htm

L-ispirtu tal-inbid bl-indikazzjoni ġeografika “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol” huwa soġġett għal valutazzjoni organolettika mill-kumitat reġjonali għad-dewqan tal-inbid li jopera taħt il-Kamra Reġjonali tad-Dwieli u l-Inbid tat-Traċja tax-Xlokk (Yugoiztochna Trakiyska), li għandu l-uffiċċju rreġistrat u l-uffiċċju prinċipali tiegħu fi Sliven.

8.   Applikant

Stat Membru, pajjiż terz jew persuna ġuridika/fiżika

Република България, Министерство на икономиката/il-Bulgarija, Ministeru tal-Ekonomija

L-indirizz sħiħ (it-triq u n-numru, ir-raħal/il-belt u l-kodiċi postali, il-pajjiż):

София 1052, ул. “Славянска” № 8, Република България/ul. Slavyanska 8, 1052 Sofia, Il-Bulgarija

Status ġuridiku (fil-każ ta’ persuni ġuridiċi)

9.   Suppliment mal-indikazzjoni ġeografika

10.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

Ma ġiet stabbilita l-ebda regola obbligatorja speċifika dwar it-tikkettar, minbarra dawk orizzontali għall-ispirtu tal-inbid “Ямболска гроздова ракия/Гроздова ракия от Ямбол/Yambolska grozdova rakya/Grozdova rakya ot Yambol”.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 435/11


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Novembru 2018

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ speċifikazzjoni għal denominazzjoni fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Piemonte (DOP))

(2018/C 435/06)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Italja bagħtet applikazzjoni għal emenda tal-ispeċifikazzjoni għad-denominazzjoni “Piemonte” skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġew issodisfati.

(3)

Sabiex ikunu jistgħu jitressqu dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-applikazzjoni għal emenda tal-ispeċifikazzjoni għad-denominazzjoni “Piemonte” jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-applikazzjoni għal emenda tal-ispeċifikazzjoni għad-denominazzjoni “Piemonte” (DOP) skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

B’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-emenda tal-ispeċifikazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

“PIEMONTE”

PDO-IT-A1224-AM02

Data tal-applikazzjoni: 9.1.2015

TALBA GĦAL EMENDA GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill – Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

TITOLU

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-Artikolu 1 Inbejjed tad-DOP “Piemonte”

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott li teħtieġ numru ta' emendi fid-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Artikolu 1 — Denominazzjoni u nbejjed

Deskrizzjoni: Iddaħħlu t-tipi ġodda ta' nbejjed li ġejjin:

SPUMANTI: Piemonte Rosso (aħmar), Piemonte Rosato (rożè), Piemonte b'żewġ varjetajiet ta' għeneb abjad speċifikati (Cortese Chardonnay, Sauvignon u taħlitiet tagħhom), Piemonte b'żewġ varjetajiet ta' għeneb aħmar speċifikati (Barbera, Dolcetto, Freisa, Bonarda, Cabernet Sauvignon, Merlot, Syrah, Pinot Noir u taħlitiet tagħhom).

SEMISPUMANTI: Piemonte b'żewġ varjetajiet ta' għeneb abjad speċifikati (Cortese Chardonnay, Sauvignon u taħlitiet tagħhom), Piemonte b'żewġ varjetajiet ta' għeneb aħmar speċifikati (Barbera, Dolcetto, Freisa, Bonarda, Cabernet Sauvignon, Merlot, Syrah, Pinot Noir u taħlitiet tagħhom).

TIPI KWALIFIKATI BIT-TERMINU TRADIZZJONALI “PASSITO”: Piemonte Rosso (aħmar), Piemonte Bianco (abjad), Piemonte Barbera, kull wieħed minnhom imqassam fit-tliet kategoriji li ġejjin: inbid, inbid minn għeneb imqadded u nbid minn għeneb misjur iżżejjed, kif permess mil-liġi tal-UE (il-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013).

Għat-tipi diġà koperti Piemonte “Moscato Passito” u Piemonte “Brachetto Passito”, ġiet inkluża l-possibbiltà tal-produzzjoni ta' dawn it-tipi fit-tliet kategoriji msemmija qabel (inbid, inbid minn għeneb imqadded u nbid minn għeneb misjur iżżejjed).

Għall-inbejjed spumanti li ġew koperti diġà: Piemonte Pinot Nero, Piemonte Pinot, Piemonte Chardonnay-Pinot u Piemonte Pinot-Chardonnay, li jistgħu diġà jiġu prodotti bħala bojod, ġiet introdotta verżjoni rożè, deskritta fl-Artikolu 6 hawn taħt.

Raġunijiet: Fl-1994 inħolqot id-denominazzjoni ta' oriġini “Piemonte” biex jiġi protett l-isem ta' waħda mill-aktar żoni tal-vitikultura importanti u storiċi Taljani li tipproduċi nbejjed ta' kwalità, u biex din tkun tista' tiżgura li l-kwantità prodotta tkun konsistenti mal-kwantità kummerċjalizzata, u biex tħares il-karatteristiċi ta' kwalità tal-inbid denominat bħala “Piemonte”.

Ir-reġjun tal-Piemonte, fi ħdan it-territorju tiegħu, tradizzjonalment jipproduċi diversi tipi ta' prodotti flimkien mal-produzzjoni ta' nbejjed xotti u bla gass.

L-inbid spumanti abjad tradizzjonali huwa rikonoxxut fuq livell internazzjonali, iżda hemm ukoll eżempji ta' nbid spumanti rożè u spumanti, li grazzi għall-esperimenti ta' suċċess imwettqa matul l-aħħar deċennju, għamluha possibbli li jiġu introdotti tipi ġodda b'taħlitiet ta' varjetajiet differenti u karatteristiċi organolettiċi korrispondenti.

It-tip semispumanti, li dejjem ġie prodott bħala nbid żgħir fl-età, l-ewwel inbid tal-istaġun b'fermentazzjoni sekondarja fil-fabbrika tal-inbid prodott minn taħlitiet ta' għeneb ta' varjetajiet differenti, issa jenħtieġ li jiġi rikonoxxut fih innifsu ma' tipi li jippermettu l-indikazzjoni ta' żewġ varjetajiet ta' għeneb aħmar jew abjad.

Il-prattika tat-tqaddid tal-għeneb, fuq il-pjanti fi snin aktar sħan u/jew f'ambjenti kkontrollati, hija prattika tradizzjonali li użat b'suċċess pereżempju għeneb Moscato jew Brachetto biex tipproduċi nbejjed “Passito”. Wara sentejn ta' testijiet, meta wieħed iqis l-aktar riżultati riċenti miksuba anke b'għeneb mhux aromatiku, ġie deċiż li titwessa' l-firxa ta' produzzjoni tal-inbejjed “Passito” biż-żieda ta' żewġ tipi, abjad u aħmar, u ieħor speċifiku prodott b'tal-anqas 85 % ta' għeneb Barbera aħmar, li huwa komuni fil-Piemonte, u li ġie imqassam fi tliet kategoriji tal-UE differenti (inbid, inbid minn għeneb imqadded, inbid minn għeneb misjur iżżejjed).

Fil-qosor, tipi diġà stabbiliti minn reviżjonijiet preċedenti jiddaħħlu u jiġu deskritti, filwaqt li l-lista ta' varjetajiet ta' għeneb li jiffurmaw il-kombinazzjoni ta' varjetajiet ta' għeneb, iż-żona tal-produzzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni, bħar-rendiment għal kull għenba u nbid, jibqgħu l-istess.

TITOLU:

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-Artikolu 2 Kombinazzjoni ta' varjetajiet ta' għeneb tad-DOP “Piemonte”

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET

Artikolu 2 — Kombinazzjoni ta' varjetajiet ta' għeneb

Deskrizzjoni: Iż-żieda tat-tipi ġodda msemmija fl-Artikolu 1 ma twassalx għal tibdil fil-kombinazzjoni tal-varjetajiet ta' għeneb, fis-sens li l-firxa ta' varjetajiet involuti f'dawk it-tipi hija l-istess bħal dik tal-inbejjed ħomor, bojod u rożè korrispondenti, u l-inbejjed b'varjetà jew varjetajiet ta' għeneb speċifiċi.

Madanakollu, hemm emenda formali għall-paragrafu 5, fejn tiddaħħal ir-referenza għat-tipi ta' nbid spumanti u semispumanti, u jiġu speċifikati żewġ varjetajiet.

Raġuni: Sabiex dik id-dispożizzjoni ssir konformi mal-Artikolu 1, li jiċċara l-fatt li l-kombinazzjoni tal-varjetajiet ta' għeneb ma tirreferix esklużivament għall-“inbid” ġeneriku, iżda anke għall-kategoriji l-oħra ta' prodotti deskritti fih.

TITOLU:

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-Artikolu 3 Żona tal-produzzjoni tad-DOP “Piemonte”

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET

Artikolu 3 — Żona tal-produzzjoni tal-għeneb

Paragrafu 1 — Deskrizzjoni: It-tipi li għadhom kemm ġew introdotti jiddaħħlu fiż-żona tal-produzzjoni deskritta fil-paragrafu 1, li hija l-akbar fl-ispeċifikazzjoni kollha tal-prodott u tinkludi ż-żoni tat-tkabbir tal-vinji kollha tal-provinċji tal-Piemonte (Alessandria, Asti, Cuneo, Turin, Novara, Biella, Verbano-Cusio-Ossola, Vercelli).

Raġuni: Nirreferu għar-raġuni mogħtija fl-Artikolu 1.

Paragrafu 1 — Deskrizzjoni: Għadd ta' muniċipalitajiet li diġà kienu jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni tad-DOC Piemonte jiddaħħlu bħala emenda formali.

Raġuni: Fil-verità, il-muniċipalitajiet inkwistjoni, kienu diġà preżenti fiż-żona tal-produzzjoni u kienu elenkati fl-anness rilevanti għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott fost dawk intitolati biex jużaw id-deskrizzjoni speċifika “Vigneti di Montagna”, iżda bi żball tħallew barra mill-kamp ta' applikazzjoni taż-żona tal-produzzjoni usa' deskritta fl-Artikolu 3(1).

Paragrafu 1. Bħala korrezzjoni, tiddaħħal il-muniċipalità ta' Agrate Conturbia fil-provinċja ta' Novara, li bi żball tħalliet barra fi żmien id-definizzjoni preċedenti taż-żona tal-produzzjoni. Barra minn hekk, fil-provinċja ta' Novara, ġie kkoreġut l-isem tal-muniċipalità ta' Cavaglio, li ġie spellut ħażin bħala “Cavagno”.

TITOLU:

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-Artikolu 4 Standards tal-vitikultura tad-DOP “Piemonte”

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET

Artikolu 4 — Standards tal-vitikultura

Paragrafu 3 — Deskrizzjoni: Ir-rendiment tal-għeneb f'tunnellati għal kull ettaru jiġi ddikjarat flimkien mal-qawwa alkoħolika naturali minima korrispondenti skont il-volum tal-għeneb għat-tipi li jkunu għadhom kemm ġew introdotti.

Barra minn hekk, ir-rendimenti għal kull ettaru ta' Piemonte Moscato Passito u Piemonte Brachetto Passito ġew riveduti u l-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-għeneb ġiet aġġustata skont dan.

Raġunijiet: Għat-tipi ġodda, ir-rendiment tal-għeneb ġie ddeterminat abbażi tar-rendimenti li fil-fatt ġew miksuba fiż-żona tal-produzzjoni, billi dawn jiġu armonizzati ma' dawk tat-tipi eżistenti filwaqt li jinżammu l-parametri ta' kwalità.

Ir-rendimenti tal-inbejjed Passito jiġu espressi b'referenza għall-għeneb frisk u mhux għall-għeneb imqadded. Dan sabiex jiġi ddeterminat it-telf fil-piż matul is-sajran żejjed jew it-tqaddid (li jistgħu jsiru wkoll wara l-ħsad f'post xieraq) u fil-kuntest tar-rendiment tal-inbid mill-għeneb, definit fl-Artikolu 5 hawn taħt.

TITOLU:

L-emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-Artikolu 5 Standards tal-enoloġija tad-DOP “Piemonte”

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET

Artikolu 5 — Standards tal-enoloġija

Paragrafu 2 — Deskrizzjoni: Ir-rendimenti tal-inbid mill-għeneb għat-tipi ġodda huma indikati flimkien mal-livell massimu tal-produzzjoni tal-inbid f'litri għal kull ettaru għal kull tip, filwaqt li jitqies ir-rendiment f'għeneb għal kull ettaru speċifikat fl-Artikolu 4(3).

Paragrafu 4 — Deskrizzjoni: Għal inbejjed b'denominazzjoni tal-oriġini “Piemonte” bit-terminu “Passito”, huwa speċifikat il-metodu ta' tqaddid, li jista' jseħħ fl-impjant u/jew wara l-ħsad bl-użu tal-metodi stipulati fil-leġiżlazzjoni rilevanti. Ġiet miżjuda wkoll projbizzjoni ċara fuq l-arrikkiment fir-rigward ta' dawn l-inbejjed.

Raġuni: Minħabba li mhux possibbli li jitwettaq tqaddid fl-impjanti kull sena u għal kull kategorija ta' nbejjed “Passito”, huwa neċessarju li jintużaw sistemi oħra ta' tqaddid, bħall-ħżin ta' għeneb maħsud f'post xieraq sabiex tinkiseb il-konċentrazzjoni korretta ta' zokkor.

Għalhekk, it-tliet kategoriji ta' klassifikazzjoni ta' nbejjed Passito “Piemonte” huma deskritti fil-paragrafu 4, li f'kull każ jispeċifika l-kwantità minima ta' zokkor preżenti fl-għeneb fi tmiem il-perjodu tat-tqaddid espressa fi grammi ta' zokkor għal kull litru u bħala l-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta' għeneb.

Id-distinzjoni tirriżulta mill-fatt li t-terminu tradizzjonali “Passito” jista' jiġi assenjat lit-tliet kategoriji “nbid”, “inbid minn għeneb imqadded” u “nbid minn għeneb misjur iżżejjed”. Id-denominazzjoni “Piemonte” tipproponi l-provvista ta' tipi varji ta' nbejjed Passito li jitlob is-suq tal-lum. Sabiex wieħed ikun jista' jiddistingwi bejn il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum u l-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum fi prodotti differenti, jenħtieġ li jiġu pprovduti tliet kategoriji distinti speċifikati fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Paragrafu 5 — Deskrizzjoni: Għat-tipi li għadhom kemm ġew miżjuda Piemonte Rosso Passito, Piemonte Bianco Passito u Piemonte Barbera Passito, ġie speċifikat perjodu ta' maturazzjoni minimu ta' tliet xhur, li jibda mill-1 ta' Jannar tas-sena wara dik li matulha jkun ġie prodott l-għeneb.

Huwa għalhekk speċifikat li matul il-perjodu ta' maturazzjoni, qabel l-ibbottiljar, l-inbid jista' jtemm proċess ta' fermentazzjoni bil-mod li jbatti b'mod gradwali fix-xhur aktar kesħin. Għalhekk l-inbid jista' jiġi rilaxxat għall-bejgħ biss mill-1 ta' April tas-sena wara dik li matulha jkun inqatal-għeneb.

Raġuni: Il-perjodu ta' maturazzjoni jew raffinar ġie speċifikat minħabba li r-residwu għoli ta' zokkor li jirriżulta mill-prattika tat-tqaddid tal-għeneb innifisha jirriżulta f'most aktar rikk fejn iz-zokkor jinbidel aktar bil-mod f'alkoħol fil-fażi finali ta' fermentazzjoni fix-xitwa, u għalhekk jenħtieġ proċess li jestendi lil hinn mill-perjodu stabbilit għall-fermentazzjoni ta' nbejjed oħra.

TITOLU:

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-Artikolu 6 Karatteristiċi dwar il-konsum tad-DOP “Piemonte”

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET

Artikolu 6 — Karatteristiċi dwar il-konsum

Deskrizzjoni: Fl-Artikolu 6, jiġu elenkati t-tipi li għadhom kemm ġew miżjuda, filwaqt li jiġu speċifikati l-parametri organolettiċi tal-kulur, l-aroma, it-togħma u r-ragħwa fil-każ ta' nbejjed spumanti, u l-parametri kimiċi/fiżiċi minimi tal-qawwa alkoħolika totali skont il-volum, l-aċidità totali u l-estratt minimu mingħajr zokkor.

Fil-każ tal-inbejjed Passito, jiġu speċifikati l-karatteristiċi speċifiċi għal kull kategorija (inbid, inbid minn għeneb imqadded, inbid minn għeneb misjur iżżejjed).

Għalhekk, il-karatteristiċi dwar il-konsum jiġu speċifikati għal Piemonte Pinot Nero Spumante, Piemonte Pinot Spumante, Piemonte Chardonnay-Pinot Spumante, Piemonte Pinot-Chardonnay Spumante, jiġifieri l-inbejjed spumanti bbażati fuq il-Pinot Nero li diġà kienu jeżistu fil-verżjoni preċedenti iżda jiġu speċifikati b'mod partikolari l-karatteristiċi tal-kulur roża fi gradi differenti b'intensità fil-każ tal-inbejjed rożè.

Fil-karatteristiċi tat-togħma tal-verżjonijiet spumanti kollha, jiġi ddikjarat il-kontenut ta' zokkor residwu, minn pas dosé għal demi-sec, f'konformità mal-parti A tal-Anness XIV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 607/2009.

Għat-tip diġà kopert Piemonte Brachetto, il-qawwa alkoħolika proprja totali minima skont il-volum tiġi kkoreġuta u mnaqqsa minn 6 % għal 5 % fil-volum, u l-pressjoni żejda minħabba d-diossidu tal-karbonju fis-soluzzjoni tiżdied b'0,5 % bar (minn 2 għal 2,5 bar), filwaqt li jitqies il-fatt li l-limiti attwali ma għadhomx limitu li ma għandux jinqabeż, iżda minflok objettiv tal-produzzjoni li f'ħafna każijiet għandu jintlaħaq.

Għat-tip diġà kopert Piemonte Brachetto Passito, jiġu elenkati l-karatteristiċi li jikklassifikaw il-prodott f'żewġ kategoriji, jiġifieri nbid minn għeneb imqadded, li fil-biċċa l-kbira jsegwi l-verżjoni eżistenti, bit-tħassir tal-indikazzjoni speċifika tal-kontenut ta' zokkor residwu minimu biss; u nbid minn għeneb misjur iżżejjed.

Għat-tip diġà kopert Piemonte Moscato, il-qawwa alkoħolika proprja totali minima meħtieġa skont il-volum tiġi kkoreġuta u ssir minimu ta' 4,5 % ta' alkoħol proprja sa massimu ta' 7 % f'volum ta' alkoħol proprja, bil-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tibqa' l-istess 10,5 %. Il-pressjoni żejda minħabba d-diossidu tal-karbonju fis-soluzzjoni tiġi riveduta u tiżdied b'0,5 % bar (minn 2 għal 2,5 bar), u għal darb'oħra jitqies il-fatt li l-limiti attwali ma għadhomx limitu li ma għandux jinqabeż, iżda minflok objettiv tal-produzzjoni li għandu jintlaħaq f'ħafna każijiet.

Bl-istess mod, għall-Piemonte Moscato Passito, tip diġà elenkat fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, jiġu elenkati l-karatteristiċi li jikklassifikaw il-prodott fiż-żewġ kategoriji tal-UE, jiġifieri nbid minn għeneb imqadded, li fil-biċċa l-kbira jsegwi l-verżjoni eżistenti, bi ftit deskritturi sensorji biss jiġu ċċarati aktar, bl-użu ta' termini meqjusa aktar xierqa iżda bl-istess għan deskrittiv (“lewn id-deheb” sostitwita b'“kulur dehbi” u togħma “bellusija” sostitwita b'“ratba”), il-kontenut ta' zokkor residwu minimu jitħassar, u l-qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum titnaqqas minn 0,5 % tal-volum għal 9 % tal-volum; u mbagħad tiġi deskritta l-kategorija ta' nbid ta' għeneb misjur iżżejjed.

Barra minn hekk, għall-inbejjed ħomor Piemonte Cabernet Sauvignon, Piemonte Merlot u Piemonte Syrah, deskrittur sensorju tat-togħma jiġi sempliċiment deskritt permezz tas-sostituzzjoni ta' “bellusija” b'“ratba”, li huwa meqjus terminu aktar xieraq.

Raġuni: L-emendi inkwistjoni, kif deskritti hawn fuq, iqisu l-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi li fil-fatt huma preżenti f'kull tip ta' nbid.

TITOLU:

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-Artikolu 7 Deskrizzjoni u preżentazzjoni tad-DOP “Piemonte”

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET

Artikolu 7 — Deskrizzjoni u preżentazzjoni

Paragrafu 8 — Deskrizzjoni: Iddaħħlet il-possibbiltà li jintuża t-terminu “roża” jew “rożè” fid-deskrizzjoni u fil-preżentazzjoni tal-inbejjed rożè spumanti.

Raġuni: Sabiex l-informazzjoni dwar il-kulur ta' dak it-tip tkun aktar ċara għall-konsumatur.

TITOLU:

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-Artikolu 8 Imballaġġ tad-DOP “Piemonte”

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET

Artikolu 8 — Imballaġġ

Paragrafu 1 — Deskrizzjoni: Għat-tipi Piemonte Rosso Frizzante, Piemonte Rosso Passito, Piemonte Rosato Frizzante, Piemonte Bianco Frizzante, Piemonte Bianco Passito, Piemonte Chardonnay Frizzante, Piemonte Cortese Frizzante, Piemonte Barbera Frizzante, Piemonte Barbera Passito, Piemonte Bonarda Frizzante u Piemonte Dolcetto Frizzante, tiġi introdotta l-possibbiltà li jintużaw kontenituri alternattivi (“borża f'kaxxa”), inkluż għal inbejjed semispumanti fejn tali imballaġġ jiġi adattat għal dan it-tip speċifiku.

Raġunijiet: Għal konsiderazzjonijiet kummerċjali mmirati għal distribuzzjoni usa' tal-prodotti PIEMONTE DOC f'segmenti tas-suq differenti, b'mod partikolari, kif ukoll fis-suq domestiku, f'pajjiżi oħra tal-UE u mhux tal-UE fejn dan il-kontenitur huwa aċċettat u hemm domanda konsiderevoli għalih.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet

Piemonte

2.   Tip ta' indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta

3.   Kategoriji ta' prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid spumanti

6.

Inbid spumanti aromatiku ta' kwalità

8.

Inbid semispumanti

15.

Inbid minn għeneb imqadded

16.

Inbid minn għeneb misjur iżżejjed

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbid tal-Kategorija (1) — Bojod: Piemonte Bianco, bit-tismija tal-varjetà ta' għeneb Cortese, Chardonnay, Sauvignon, b'żewġ varjetajiet ta' għeneb

Il-kulur ta' dawn l-inbejjed huwa isfar lelluxi b'intensità li tvarja, bi sfumaturi ta' aħdar fit-tipi Cortese u Chardonnay; l-aroma hija distintiva, aktar intensa għat-tipi Bianco u meta jkunu speċifikati x-Chardonnay jew żewġ varjetajiet, u għandha freskezza ċara fuq l-imnieħer; hija aktar delikata fil-każ tal-varjetà Cortese, filwaqt li hemm aktar aromi delikati ta' ħaxix u ta' frott aktar intensi fejn tkun prevalenti l-varjetà Sauvignon; it-togħma hija friska, b'mod ġenerali xotta jew semixotta, xi drabi vivaċi (minbarra s-Sauvignon), xi drabi semiħelwa fil-każ tal-Bianco jew meta jkunu speċifikati żewġ varjetajiet ta' għeneb.

Dawn l-inbejjed huma armonjużi u pjaċevoli b'kontenut ta' aċidità totali għoli li jvarja minn minimu ta' 4,5 g/l għall-Bianco, inbid b'żewġ varjetajiet speċifikati u s-Sauvignon, sa minimu ta' 5 g/l għall-Cortese u x-Chardonnay.

Il-qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum tvarja minn 10 % għall-Bianco, inbid b'żewġ varjetajiet speċifikati u l-Cortese, sa 10,5 % għax-Chardonnay u 11 % għas-Sauvignon.

L-estratt minimu mingħajr zokkor huwa ġeneralment 15 g/l; 17 g/l għax-Chardonnay.

Kull parametru analitiku mhux inkluż fid-deskrizzjoni jew muri fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

 

Aċidità totali minima:

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid tal-Kategorija (1) — Bojod: Piemonte Bianco Passito

Il-kulur ta' dan l-inbid huwa isfar lelluxi b'intensità li tvarja u li xxaqleb lejn l-isfar dehbieni; għandu aroma intensa u distinta ta' fjuri bojod, li hija kumplessa, armonjuża u ratba fuq il-palat, u li tvarja minn xotta għal ħelwa.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum ta' 13 %, li minnha tal-anqas 10,5 % huwa alkoħol proprju.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 20 g/l

Kull parametru analitiku mhux inkluż fid-deskrizzjoni jew muri fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

10,5

Aċidità totali minima:

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid tal-Kategorija (1) — Bojod: Piemonte Moscato

Il-kulur ta' dan l-inbid ivarja minn isfar lelluxi għal isfar dehbieni b'intensità li tvarja; għandu aroma distinta u tipikament florali ta' fjuri bojod li hija aromatika u delikatament armonjuża u b'elementi li jdumu ħafna fuq l-imnieħer.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum ta' 10,5 %, li minnha tal-anqas 4,5 % huwa alkoħol proprju, sa massimu ta' 7,5 % alkoħol proprju.

L-estratt minimu mingħajr zokkor huwa 15 g/l.

Kull parametru analitiku mhux inkluż fid-deskrizzjoni jew muri fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

4,5

Aċidità totali minima:

5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid tal-Kategorija (1) — Ħomor: Piemonte Rosso, b'tismija tal-varjetà tal-għeneb Barbera, Dolcetto, Freisa, Grignolino, Bonarda

Il-kulur tal-inbid huwa aħmar lewn ir-rubin b'intensità li tvarja, spiss bi ħjiel ta' vjola fid-Dolcetto, li maż-żmien ixaqleb lejn granata ċar fil-Freisa, b'lewn aktar intens fil-Bonarda u aktar ċar fil-każ tal-għeneb Grignolino.

Aroma: etilika bi freskezza ċara, pjaċevoli, u xi drabi bi ħjiel ta' ħaxix; aktar intensa u b'aromi ta' frott aħmar fil-Barbera, sħiħa u delikata fid-Dolcetto, distinta u kemxejn aromatika fil-Freisa, delikatament ta' frott bi ħjiel ta' bżar u pikkanti fil-Grignolino u ta' frott aħmar intens fl-inbejjed Bonarda.

Togħma: inbejjed friski b'ammont tajjeb ta' estratt u b'aċidità li tvarja minn moderata għal aktar applikabbli fil-każ tal-inbejjed Piemonte Rosso jew Barbera, zokkor residwu minn xott għal semixott u xi drabi semiħelu, xi drabi vivaċi; il-Piemonte Dolcetto huwa nbid armonjuż u morr b'mod pjaċevoli pjuttost robust; il-Fresia għandu ħjiel ċar ta' tannini u jsir aktar armonjuż u delikat maż-żmien; il-Grignolio huwa morr b'mod pjaċevoli b'tannini evidenti; u l-Bonarda, li xi drabi huwa vivaċi, jikkombina l-freskezza u tannini mhux qawwija. L-inbejjed b'żewġ varjetajiet ta' għeneb speċifikati għandhom il-karatteristiċi tal-varjetajiet ta' għeneb rilevanti.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11 %

Estratt minimu mingħajr zokkor (g/l): Grignolino 19, Rosso, Dolcetto u b'żewġ varjetajiet ta' għeneb speċifikati 20, Barbera 21, 22, Bonarda u Freisa 23.

Kwalunkwe parametru mhux imsemmi jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni rilevanti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

 

Aċidità totali minima:

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid tal-Kategorija (1) — Ħomor: Piemonte Cabernet Sauvignon, Merlot, Pinot Nero, Piemonte Syrah

Il-kulur tal-inbid huwa aħmar b'intensità li tvarja, spiss bi ħjiel ta' oranġjo fil-każ tal-Pinot Nero. L-aromi huma delikati, karatterizzati minn ħjiel ta' frott aħmar; dawn huma aktar densi fil-każ tal-Pinot Nero, bi ħjiel pikkanti fil-każ tas-Syrah u bi ħjiel ta' ħaxix prevalenti fil-Cabernet u fil-Merlot. It-togħma hija delikata u mimlija, b'zokkor residwu minn xott għal semixott, aktar ratba fil-każ tal-Piemonte Cabernet u l-Merlot; inbejjed miksuba mill-Pinot Nero u s-Syrah ikunu kemxejn tanniċi, b'tal-aħħar ġeneralment ikun ferm aktar armonjuż.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,5 % L-estratt minimu mingħajr zokkor huwa minn 19 % għall-Pinot Nero u s-Syrah, u 20 g/l għall-Cabernet u l-Merlot.

Kull parametru analitiku mhux inkluż fid-deskrizzjoni jew muri fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

 

Aċidità totali minima:

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid tal-Kategorija (1) — Piemonte Albarossa

L-inbid għandu kulur aħmar skur lewn ir-rubin u aroma etilika intensa bi ħjiel ta' frott aħmar u ċirasa; it-togħma xotta u mimlija b'tannini ċari ħafna, li aktar ma jimmatura l-inbid aktar isiru kumplessi u armonjużi.

Il-qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum hija 12,5 %, filwaqt li l-aċidità totali għandha valur ta' referenza minimu ta' 4,5 g/l u massimu ta' 7,5 g/l. L-estratt minimu mingħajr zokkor huwa għoli, b'26 g/l.

Kull parametru analitiku mhux inkluż fid-deskrizzjoni jew muri fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

 

Aċidità totali minima:

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid tal-Kategorija (1) — Piemonte Brachetto

Il-kulur tal-inbid huwa aħmar lewn ir-rubin b'intensità li tvarja, li xi drabi jaqleb lejn ir-roża; l-aroma hija distinta b'aroma ta' misk delikata u xi ftit jew wisq bi ħjiel sottili ta' ward; it-togħma hija delikata, aromatika u bi grad ta' ħlewwa li jvarja.

Il-qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum hija 11 %, li minnha tal-anqas 5 % huwa alkoħol proprju.

L-estratt minimu mingħajr zokkor huwa 20 g/l.

Kull parametru analitiku mhux inkluż fid-deskrizzjoni jew muri fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

5

Aċidità totali minima:

5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid tal-Kategorija (1) — Piemonte Rosso Passito, Piemonte Barbera Passito

Il-kulur ta' dawn l-inbejjed huwa aħmar lewn ir-rubin b'intensità li tvarja, u li aktar ma jimmaturaw aktar ixaqleb lejn il-granata.

L-aroma hija distintiva, intensa u kumplessa; fil-każ tal-Barbera għandha ħjiel distint ta' frott aħmar misjur, ċirasa sewda qarsa, tut tal-għollieq u ġamm; huma armonjużi u rotob fuq il-palat, b'zokkor residwu minn xott għal ħelu.

Il-qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum hija ta' 13 %, li minnha tal-anqas 10,50 % huwa alkoħol proprju.

L-estratt minimu mingħajr zokkor huwa 23 g/l għar-Rosso Passito u 24 g/l għall-Barbera Passito.

Kull parametru analitiku mhux inkluż fid-deskrizzjoni jew muri fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

10,5

Aċidità totali minima:

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid tal-Kategorija (1) — Piemonte Rosato

Il-kulur ta' dan l-inbid ivarja minn roża ċar għal aħmar lewn iċ-ċirasa b'intensità li tvarja; huwa etiliku, delikat, bi ħjiel florali pjaċevoli u ħjiel ta' frott aħmar; it-togħma hija friska, xotta jew semixotta, iżda xi drabi semiħelwa u drabi oħra vivaċi.

Il-qawwa alkoħolika totali minima hija 10,50 %. Estratt minimu mingħajr zokkor ta'17 g/l.

Kull parametru analitiku mhux inkluż fid-deskrizzjoni jew muri fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

 

Aċidità totali minima:

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid Semispumanti tal-Kategorija (8) — Bojod: Piemonte Bianco, bit-tismija tal-varjetà ta' għeneb Cortese, Chardonnay, b'żewġ varjetajiet ta' għeneb

Dawn l-inbejjed huma kemxejn fexfiexa b'kulur isfar lelluxi b'intensità li tvarja u aroma distinta, li flimkien ma' kontenut ta' zokkor residwu modest, jenfasizzaw is-sensazzjonijiet florali u ta' frott li huma partikolarment evidenti fil-Piemonte Bianco u fit-tip b'żewġ varjetajiet speċifikati.

It-togħma hija friska, xotta jew semixotta, xi drabi semiħelwa iżda fil-każ tal-Bianco biss, b'żewġ varjetajiet speċifikati; hija aktar ratba u aktar armonjuża fil-każ tal-Piemonte Chardonnay; b'mod ġenerali r-ragħwa hija vivaċi u evanexxenti.

Il-qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum tvarja minn 10 % għall-Bianco, inbid b'żewġ varjetajiet speċifikati u l-Cortese, sa 10,50 % għax-Chardonnay.

L-estratt minimu mingħajr zokkor huwa ġeneralment 15 g/l; 17 g/l għax-Chardonnay. L-aċidità minima totali hija 4,5 g/l għall-Piemonte Bianco u għat-tip b'żewġ varjetajiet ta' għeneb speċifikati, filwaqt li ma taqax taħt il-5 g/l għall-inbejjed miksuba mill-Cortese, Chardonnay.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

 

Aċidità totali minima:

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid Semispumanti tal-Kategorija (8) — Ħomor: Piemonte Bianco, bit-tismija tal-varjetà ta' għeneb Barbera, Dolcetto, Bonarda b'żewġ varjetajiet ta' għeneb

Il-kulur ta' dawn l-inbejjed huwa aħmar b'intensità li tvarja.

Għandhom aroma pjaċevoli u etilika, bi ħjiel ta' frott li huwa aktar evidenti u tipiku fit-tipi bil-varjetà ta' għeneb speċifikata; huma nbejjed friski, b'kontenut ta' zokkor residwu li jikkwalifikahom minn xott għal semixott; għandhom densità tajba u xi drabi jkunu semiħelwin fil-każ tal-Piemonte Rosso u fi nbejjed b'żewġ varjetajiet ta' għeneb aħmar speċifikati; ir-ragħwa hija vivaċi u evanexxenti.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11 % Estratt minimu mingħajr zokkor: 20 g/l għar-Rosso u b'żewġ varjetajiet ta' għeneb jew id-Dolcetto, 21 g/l għall-inbejjed b'tismija tal-varjetà ta' għeneb Barbera, 22 g/l għall-Piemonte Bonarda.

Kull parametru analitiku mhux inkluż fid-deskrizzjoni jew muri fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

 

Aċidità totali minima:

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid Semispumanti tal-Kategorija (8) — Piemonte Rosato:

Il-kulur ta' dan l-inbid ivarja minn roża ċar għal aħmar lewn iċ-ċirasa b'intensità li tvarja; għandu aroma etilika, delikata u pjaċevoli, xi drabi bi ħjiel aktar b'saħħtu ta' ċirasa ħamra; huwa nbid frisk, xott jew semixott, u xi drabi semiħelu, b'ragħwa vivaċi u evanexxenti.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,5 % Estratt minimu mingħajr zokkor: 17 g/l.

Kull parametru analitiku mhux inkluż fid-deskrizzjoni jew muri fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

 

Aċidità totali minima:

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid Spumanti tal-Kategorija (4) — Bojod: Piemonte Spumante, Pinot Bianco, Pinot Grigio, Pinot Nero, Pinot, Chardonnay-Pinot, Pinot-Chardonnay

Dawn l-inbejjed spumanti għandhom kulur isfar lelluxi b'intensità li tvarja u l-aroma tipika tal-varjetà tal-għeneb bi ħjiel ta' frott li jintiegħem aktar faċilment jekk jinkiseb, anke parzjalment biss, mill-Pinot Nero. Għandhom togħma tajba u għandhom qawwa alkoħolika moderata u aċidità bejn medja u bejn għolja b'zokkor residwu minn pas dosé għal demi-sec; ir-ragħwa tagħhom fina u ddum.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,5 % Estratt minimu mingħajr zokkor: 17 g/l.

Kull parametru analitiku mhux inkluż fid-deskrizzjoni jew muri fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

 

Aċidità totali minima:

5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid Spumanti tal-Kategorija (4) — Bojod: Piemonte bit-tismija tal-varjetà ta' għeneb Cortese, Chardonnay u żewġ varjetajiet ta' għeneb

Dawn l-inbejjed spumanti għandhom kulur isfar lelluxi bi sfumaturi ħodor f'dawk b'tismija tal-varjetà Cortese jew Chardonnay; għandom aromi delikati u distinti bi sfumaturi ta' frott dixxernibbli b'intensità li tvarja; għandhom togħma friska u bilanċjata, l-inbejjed miksuba mix-Chardonnay u minn żewġ varjetajiet ta' għeneb ikollhom aktar togħma tajba u armonjuża, u b'mod apprezzabbli huma aktar mimlija bit-togħma, b'zokkor residwu minn pas dosé għal demi-sec. Ir-ragħwa fina u ddum.

Il-qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum hija 10,5 % għall-inbejjed spumanti b'żewġ varjetajiet speċifikati jew Chardonnay, filwaqt li l-minimu huwa 10 % għall-Piemonte Cortese Spumante. L-estratt minimu mingħajr zokkor ivarja minn 15 g/l għall-Cortese Spumante u 17 g/l għax-Chardonnay jew l-inbid spumanti b'żewġ varjetajiet speċifikati.

Kull parametru analitiku mhux inkluż fid-deskrizzjoni jew muri fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

 

Aċidità totali minima:

5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid Semispumanti tal-Kategorija (4) — Rożè: Piemonte Rosato u b'referenza għall-varjetà tal-għeneb Pinot Nero, Pinot, Chardonnay-Pinot, Pinot-Chardonnay

Il-kulur ta' dawn l-inbejjed spumanti huwa roża b'intensità li tvarja, u għalhekk ivarja minn roża ċar għal aħmar lewn iċ-ċirasa b'intensità li tvarja għat-tip Piemonte Rosato; għandhom aroma distintiva, delikata u pjaċevoli, bi ħjiel ta' frott li huwa aktar evidenti u tipiku fit-tipi bil-varjetà ta' għeneb speċifikata; huma nbejjed spumanti b'togħma dixxernibbli, armonjuża u iktar fina fit-tip Piemonte Rosato, b'zokkor residwu minn pas dosé għal demi-sec; ir-ragħwa fina u ddum.

Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum hija 10,5 %.

L-aċidità totali minima hija 4,5 g/l; fil-każ tat-tipi bil-varjetà ta' għeneb speċifikata, il-minimu huwa ffissat għal 5 g/l.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 15 g/l għal tipi bil-varjetà ta' għeneb speċifikata, 17 g/l għall-Piemonte Rosato.

Kull parametru analitiku mhux inkluż fid-deskrizzjoni jew muri fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

 

Aċidità totali minima:

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid tal-Kategorija (4) — Ħomor: Piemonte Rosso, b'żewġ varjetajiet ta' għeneb ħomor speċifikati

Dawn l-inbejjed spumanti għandhom kulur aħmar b'intensità li tvarja u aroma distintiva, delikata u pjaċevoli, b'riħa ta' frott li hija tipika tal-varjetajiet ta' għeneb użati fit-taħlita; huma armonjużi fuq il-palat, b'zokkor residwu minn pas dosé għal demi-sec u ragħwa fina u li ddum.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11 %

Estratt minimu mingħajr zokkor: 20 g/l.

Kull parametru analitiku mhux inkluż fid-deskrizzjoni jew muri fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

 

Aċidità totali minima:

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid semispumanti aromatiku ta' Kwalità tal-Kategorija (6) — Ħomor: Piemonte Brachetto

Inbid spumanti aromatiku b'kulur aħmar lewn ir-rubin b'intensità li tvarja u li xi drabi jxaqleb lejn ir-roża; fuq l-imnieħer għandu ħjiel karatteristiku tal-varjetà ta' għeneb, ta' ward u b'aroma delikata ta' misk.

It-togħma delikata, aromatika u bi grad ta' ħlewwa li jvarja; ir-ragħwa fina u ddum.

Il-qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum hija ta' 11 %, li minnha tal-anqas 6,0 % huwa alkoħol proprju.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 20 g/l.

Kull parametru analitiku mhux inkluż fid-deskrizzjoni jew muri fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

6

Aċidità totali minima:

5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid minn għeneb imqadded tal-Kategorija (15) — Bojod: Piemonte Bianco Passito, Piemonte Moscato Passito

It-tnixxif tal-għeneb iwassal għal inbejjed b'kulur isfar dehbieni, li jxaqleb għall-ambra b'intensità li tvarja, b'aromi intensi, distinti u kumplessi fejn il-ħjiel ta' frott misjur huwa dixxernibbli b'mod ċar; hemm ħjiel distint ta' misk jekk l-inbid jinkiseb minn għeneb Moscato. L-inbejjed huma armonjużi, għandhom togħma ratba ħafna, b'zokkor residwu minn xott għal ħelu fil-każ tal-Piemonte Bianco, u huma aromatiċi, fini u ħelwin fil-każ tal-Piemonte Moscato.

Il-qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum hija ta' 16 %, li minnha tal-anqas 9 % huwa alkoħol proprju.

L-estratt minimu mingħajr zokkor huwa 22 g/l.

Kull parametru analitiku mhux inkluż fid-deskrizzjoni jew muri fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

9

Aċidità totali minima:

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid minn għeneb misjur iżżejjed tal-Kategorija (16) — Inbejjed bojod: Piemonte Bianco Passito, Piemonte Moscato Passito

Dawn l-inbejjed għandhom kulur isfar dehbieni li jxaqleb lejn l-ambra b'intensità li tvarja, b'aromi intensi li huma tipiċi tat-tisjir żejjed; huma nbejjed eleganti u kumplessi, intensi u affaxxinanti, li jesponu l-maturità tal-frott u l-ħjiel relatat; hemm ħjiel distint ta' misk jekk l-inbid jinkiseb mill-għeneb tipikament aromatiku Moscato. L-inbejjed għandhom togħma armonjuża u ratba ħafna, b'kontenut ta' alkoħol dixxernibbli u zokkor residwu varjabbli minn xott għal ħelu fil-każ tal-Piemonte Bianco; il-Piemonte Moscato min-naħa l-oħra huwa aktar aromatiku u fin, tipikament ħelu.

Il-qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum hija ta' 15 %, li minnha tal-anqas 12 % huwa alkoħol proprju.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22 g/l.

Kull parametru analitiku mhux inkluż fid-deskrizzjoni jew muri fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

12

Aċidità totali minima:

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid minn għeneb imqadded tal-Kategorija (15) — Piemonte Rosso Passito, Barbera Passito, Brachetto Passito

Bħala riżultat tal-proċess tat-tnixxif dawn l-inbejjed għandhom dettalji bħal kulur aħmar lewn ir-rubin b'intensità li tvarja, u li maż-żmien ixaqleb lejn il-granata; jekk jinkisbu minn għeneb Brachetto l-kulur xi drabi jxaqleb lejn ir-roża; l-aroma hija distintiva, intensa u spiss kumplessa ħafna; jekk l-inbid jinkiseb minn għeneb Brachetto jkun hemm aroma ta' misk u florali delikata ta' ward niexef; it-togħma armonjuża u fina, b'zokkor residwu dixxernibbli li, minkejja dan, jista' jvarja minn xott għal ħelu; fil-każ tal-Piemonte Brachetto Passito, min-naħa l-oħra, it-togħma hija delikata, ratba u ħelwa.

Il-qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum hija ta' 16,0 %, li minnha tal-anqas 9,0 % huwa alkoħol proprju.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22 g/l għall-Piemonte Brachetto Passito, 25 g/l għall-Piemonte Rosso Passito, 26 g/l għall-Piemonte Barbera Passito.

Kull parametru analitiku mhux inkluż fid-deskrizzjoni jew muri fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

9

Aċidità totali minima:

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

Inbid minn għeneb misjur iżżejjed tal-Kategorija (16) — Inbejjed ħomor: Piemonte Rosso Passito, Piemonte Barbera Passito, Piemonte Brachetto Passito

L-inbejjed għandhom kulur aħmar lewn ir-rubin b'intensità li tvarja, li maż-żmien ixaqilbu lejn il-granata; jekk jinkisbu minn għeneb Brachetto l-kulur xi drabi jxaqleb lejn ir-roża; Matul il-proċess tal-produzzjoni l-inbejjed jiżviluppaw aroma distinta kumplessa u intensa, bi ħjiel ta' ward u misk jekk jinkisbu minn għeneb Brachetto. Huma pjaċevoli, armonjużi, intensi u affaxxinanti, b'zokkor residwu dixxernibbli f'ħafna każijiet, u fi kwalunke każ ivarjaw minn xotti għal ħelwin; il-Piemonte Brachetto min-naħa l-oħra, huwa delikatament ħelu u aromatiku.

Il-qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum hija ta' 15 %, li minnha tal-anqas 12 % huwa alkoħol proprju.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22 g/l għall-Piemonte Brachetto Passito, 25 g/l għall-Piemonte Rosso Passito, 26 g/l għall-Piemonte Barbera Passito.

Kull parametru analitiku mhux inkluż fid-deskrizzjoni jew muri fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% ta' volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% ta' volum):

12

Aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi kull litru):

 

5.   Prattiki enoloġiċi

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

L-ebda

b.   Rendimenti massimi

Piemonte Bianco, Piemonte Bianco Frizzante

98 ettolitru għal kull ettaru

Piemonte Rosso, Piemonte Rosso Frizzante, Piemonte Rosso Spumante, Piemonte Rosato, Piemonte Rosato Frizzante

91 ettolitru għal kull ettaru

Piemonte Rosato Spumante, Piemonte Cortese, Piemonte Cortese Frizzante, Piemonte Cortese Spumante

91 ettolitru għal kull ettaru

Piemonte Spumante, Piemonte Pinot Bianco Spumante, Piemonte Pinot Grigio Spumante, Piemonte Pinot Nero Spumante

77 ettolitru għal kull ettaru

Piemonte Pinot Spumante, Piemonte Pinot-Chardonnay Spumante, Piemonte Chardonnay-Pinot Spumante

77 ettolitru għal kull ettaru

Piemonte Albarossa

63 ettolitru għal kull ettaru

Piemonte Barbera, Piemonte Barbera Frizzante

84 ettolitru għal kull ettaru

Piemonte Dolcetto, Piemonte Dolcetto Frizzante, Piemonte Bonarda, Piemonte Bonarda Frizzante, Piemonte Cabernet Sauvignon

77 ettolitru għal kull ettaru

Piemonte Merlot, Piemonte Pinot Nero, Piemonte Syrah, Piemonte Chardonnay, Piemonte Chardonnay Frizzante

77 ettolitru għal kull ettaru

Piemonte Chardonnay Spumante, Piemonte Sauvignon

77 ettolitru għal kull ettaru

Piemonte Freisa, Piemonte Grignolino

66,5 ettolitru għal kull ettaru

Piemonte Brachetto, Piemonte Brachetto Spumante

63 ettolitru għal kull ettaru

Piemonte Brachetto Passito

45 ettolitru għal kull ettaru

Piemonte Bianco Passito

70 ettolitru għal kull ettaru

Piemonte Moscato

86,25 ettolitru għal kull ettaru

Piemonte Moscato Passito

57,5 ettolitru għal kull ettaru

Piemonte Rosso Passito

65 ettolitru għal kull ettaru

Piemonte Barbera Passito

60 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona demarkata

1.

Iż-żona tal-produzzjoni għall-Piemonte DOC fir-rigward tat-tipi Piemonte Rosso, Piemonte Rosso Frizzante, Piemonte Rosso Spumante, Piemonte Rosso Passito, Piemonte Bianco, Piemonte Bianco Frizzante Piemonte Bianco Passito, Piemonte Rosato, Piemonte Rosato Frizzante, Piemonte Rosato Spumante, Piemonte Cabernet Sauvignon, Piemonte Merlot, Piemonte Pinot Nero, Piemonte Syrah, Piemonte Sauvignon, Piemonte Chardonnay, Piemonte Chardonnay Frizzante, Piemonte Spumante, Piemonte Pinot Bianco Spumante, Piemonte Pinot Grigio Spumante, Piemonte Pinot Nero Spumante, Piemonte Pinot Spumante, Piemonte, Pinot-Chardonnay Spumante u Piemonte Chardonnay Pinot Spumante tinkludi t-territorju kollu tal-muniċipalitajiet elenkati hawn taħt:

Il-provinċja ta' Alessandria:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Alessandria, Acqui Terme, Albera Ligure, Alfiano Natta, Alice Bel Colle, Altavilla Monferrato, Arquata Scrivia, Avolasca, Basaluzzo, Bassignana, Belforte Monferrato, Bergamasco, Berzano di Tortona, Bistagno, Borghetto Borbera, Borgoratto Alessandrino, Bosio, Brignano Frascata, Cabella Ligure, Camagna, Camino, Cantalupo Ligure, Capriata d'Orba, Carbonara Scrivia, Carentino, Carezzano, Carpeneto, Carrega Ligure, Carrosio, Cartosio, Casaleggio Boiro, Casale Monferrato, Casalnoceto, Casasco, Cassano Spinola, Cassine, Cassinelle, Castellania, Castellar Guidobono, Castelletto d'Erro, Castelletto d'Orba, Castelletto Merli, Castelletto Monferrato, Castelnuovo Bormida, Castelnuovo Scrivia, Cavatore, Cellamonte, Cereseto, Cerreto Grue, Cerrina, Coniolo, Conzano, Costa Vescovato, Cremolino, Cuccaro Monferrato, Denice, Dernice, Fabbrica Curone, Francavilla Bisio, Frascaro, Frassinello Monferrato, Fresonara, Fubine, Gabiano, Gamalero, Garbagna, Gavazzana, Gavi, Gremiasco, Grognardo, Grondona, Lerma, Lu Monferrato, Malvicino, Masio, Melazzo, Merana, Mirabello Monferrato, Molare, Mombello Monferrato, Momperone, Moncestino, Mongiardino, Monleale, Montacuto, Montaldeo, Montaldo Bormida, Montecastello, Montechiaro d'Acqui, Montegioco, Montemarzino, Morbello, Mornese, Morsasco, Murisengo, Novi Ligure, Occimiano, Odalengo Grande, Odalengo Piccolo, Olivola, Orsara Bormida, Ottiglio Monferrato, Ovada, Oviglio, Ozzano, Paderna, Pareto, Parodi Ligure, Pasturana, Pecetto di Valenza, Pietra Marazzi, Pomaro Monferrato, Pontecurone, Pontestura, Ponti, Ponzano, Ponzone, Pozzolgroppo, Prasco, Predosa, Quargnento, Quattordio, Ricaldone, Rivalta Bormida, Rivarone, Roccaforte, Roccagrimalda, Rocchetta Ligure, Rosignano Monferrato, Sala Monferrato, San Cristoforo, San Giorgio Monferrato, San Sebastiano Curone, San Salvatore Monferrato, Sant'Agata Fossili, Sardigliano, Sarezzano, Serralunga di Crea, Serravalle Scrivia, Sezzadio, Silvano d'Orba, Solonghello, Spigno Monferrato, Spineto Scrivia, Stazzano, Strevi, Tagliolo Monferrato, Tassarolo, Terruggia, Terzo, Tortona, Treville, Trisobbio, Valenza Po, Vignale Monferrato, Vignole Borbera, Viguzzolo, Villadeati, Villalvernia, Villamiroglio, Villaromagnano, Visone, Volpedo, Volpeglino.

Il-provinċja ta' Asti:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Agliano Terme, Albugnano, Antignano, Aramengo, Asti, Azzano d'Asti, Baldichieri d'Asti, Belveglio, Berzano San Pietro, Bruno, Bubbio, Buttigliera d'Asti, Calamandrana, Calliano, Calosso, Camerano Casasco, Canelli, Cantarana, Capriglio, Casorzo, Cassinasco, Castagnole Lanze, Castagnole Monferrato, Castel Boglione, Castell'Alfero, Castellero, Castelletto Molina, Castello d'Annone, Castelnuovo Belbo, Castelnuovo Calcea, Castelnuovo Don Bosco, Castel Rocchero, Cellarengo, Celle Enomondo, Cerreto d'Asti, Cerro Tanaro, Cessole, Chiusano d'Asti, Cinaglio, Cisterna d'Asti, Coazzolo, Cocconato, Corsione, Cordandone, Cortanze, Cortazzone, Cortiglione, Cossombrato, Costigliole d'Asti Cunico, Dusino San Michele, Ferrere, Fontanile, Frinco, Grana, Grazzano Badoglio, Incisa Scapaccino, Isola d'Asti, Loazzolo, Maranzana, Maretto, Moasca, Mombaldone, Mombaruzzo, Mombercelli, Monale, Monastero Bormida, Moncalvo, Moncucco Torinese, Mongardino, Montabone, Montafia, Montaldo Scarampi, Montechiaro d'Asti, Montegrosso d'Asti, Montemagno, Montiglio Monferrato, Morasengo, Nizza Monferrato, Olmo Gentile, Passerano Marmorito, Penango, Piea, Pino d'Asti, Piova Massaia, Portacomaro, Quaranti, Refrancore, Revigliasco d'Asti, Roatto, Robella, Rocca d'Arazzo, Roccaverano, Rocchetta Palafea, Rocchetta Tanaro, San Damiano d'Asti, San Giorgio Scarampi, San Martino Alfieri, San Marzano Oliveto, San Paolo Solbrito, Scurzolengo, Serole, Sessame, Settime, Soglio, Tigliole, Tonco, Tonengo, Vaglio Serra, Valfenera, Vesime, Viale d'Asti, Villanova d'Asti, Viarigi, Vigliano d'Asti, Villafranca d'Asti, Villa San Secondo, Vinchio.

Il-provinċja ta' Cuneo:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Alba, Albaretto Torre, Arguello, Bagnolo, Baldissero d'Alba, Bagnasco, Barbaresco, Barge, Barolo, Bastia Mondovi', Belvedere Langhe, Bene Vagienna, Benevello, Bergolo, Bernezzo, Bonvicino, Borgomale, Bosia, Bossolasco, Boves, Bra, Briaglia, Brondello, Busca, Camerana, Camo, Canale d'Alba, Caraglio, Carru', Castagnito, Castellinaldo, Castellino Tanaro, Castelletto Uzzone, Castiglione Falletto, Castiglione Tinella, Castellar, Castino, Cerretto Langhe, Ceva, Cherasco, Ciglie', Cissone, Clavesana, Corneliano d'Alba, Cortemilia, Cossano Belbo, Costigliole Saluzzo, Cravanzana, Diano d'Alba, Dogliani, Dronero, Envie, Farigliano, Feisoglio, Fossano, Garessio, Gorzegno, Gottasecca, Govone, Grinzane Cavour, Guarene, Igliano, La Morra, Lequio Berria, Lequio Tanaro, Lesegno, Levice, Magliano Alfieri, Magliano Alpi, Mango, Manta, Marsaglia, Martignana Po, Mombarcaro, Mombasiglio, Monastero di Vasco, Monchiero, Mondovi', Monesiglio, Monforte d'Alba, Monta' d'Alba, Montaldo di Mondovi, Montaldo Roero, Montelupo Albese, Monteu Roero, Monticello d'Alba, Murazzano, Narzole, Neive Neviglie, Niella Belbo, Niella Tanaro, Novello, Pagno, Paroldo, Perletto, Peveragno, Pezzolo Valle Uzzone, Pianfei, Piasco, Piobesi d'Alba, Piozzo, Pocapaglia, Priero, Priocca, Priola, Prunetto, Rifreddo, Roascio, Revello, Rocca Ciglie', Rocchetta Belbo, Roddi, Roddino, Rodello, Rossana, Salmour, San Benedetto Belbo, San Michele Mondovi', Sanfront, Sale Langhe, Sale San Giovanni, Saluzzo, Saliceto, Santa Vittoria d'Alba, Santo Stefano Belbo, Santo Stefano Roero, Scagnello, Serralunga d'Alba, Serravalle Langhe, Sinio, Somano, Sommaria Perno, Torre Bormida, Torresina, Treiso, Trezzo Tinella, Trinità, Verduno, Vezza d'Alba, Verzuolo, Vicoforte, Villanova Mondovì, Villar San Costanzo.

Il-provinċja ta' Turin:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Agliè, Albiano d'Ivrea, Alice Superiore, Almese, Andezeno, Andrate, Angrogna, Arignano, Avigliana, Azeglio, Bairo, Baldissero Canavese, Balangero, Baldissero Torinese, Banchette, Barbania, Barone, Bibiana, Bobbio Pellice, Bollengo, Borgiallo, Borgofranco d'Ivrea, Borgomasino, Borgone di Susa, Bricherasio, Brozolo, Brusasco, Bruzolo, Buriasco, Burolo, Busano, Bussoleno, Cafasse, Caluso, Campiglione Fenile, Candia Canavese, Cantalupa, Caprie, Caravino, Carema, Casalborgone, Cascinette d'Ivrea, Caselette, Castagneto Po, Castellamonte, Castelnuovo Nigra, Castiglione Torinese, Cavagnolo, Cavour, Chianocco, Chiaverano, Chieri, Chiesanuova, Chiomonte, Ciconio, Cintano, Cinzano, Coassolo, Colleretto Castelnuovo, Colleretto Giacosa, Condove, Corio, Cossano Canavese, Cuceglio, Cumiana, Cuorgnè, Exilles, Favria, Feletto, Fiorano Canavese, Forno Canavese, Front, Frossasco, Garzigliana, Gassino Torinese, Germagnano, Giaglione, Giaveno, Gravere, Inverso Pinasca, Ivrea, Lanzo Torinese, Lauriano, Lessolo, Levone, Loranzè, Lugnacco, Luserna San Giovanni, Lusernetta, Lusigliè, Macello, Maglione, Marentino, Mattie, Mazzè, Meana di Susa, Mercenasco, Mombello di Torino, Mompantero, Moncalieri, Montalto Dora, Montaldo Torinese, Montalenghe, Monteu da Po, Moriondo Torinese, Nomaglio, Oglianico, Orio Canavese, Osasco, Ozegna, Palazzo Canavese, Parella, Pavarolo, Pavone Canavese, Pecco, Pecetto Torinese, Perosa Argentina, Perosa Canavese, Perrero, Pertusio, Piossasco, Pinasca, Pinerolo, Pino Torinese, Piverone, Pomaretto, Pont Canavese, Porte, Pralormo, Pramollo, Prarostino, Prascorsano, Pratiglione, Quagliuzzo, Quassolo, Quincinetto, Reano, Riva Presso Chieri, Rivalba, Rivalta di Torino, Rivara, Rivarolo Canavese, Rivoli, Roletto, Romano Canavese, Rorà, Rubiana, Salassa, Salerano, Samone, San Carlo Canavese, San Colombano Belmonte, San Didero, San Germano Chisone, San Giorgio Canavese, San Giorgio di Susa, San Giusto Canavese, San Martino Canavese, San Pietro Val Lemina, San Ponso, San Raffaele Cimena, San Sebastiano da Po, San Secondo di Pinerolo, Sangano, Scarmagno, Sciolze, Settimo Rottaro, Settimo Vittone, Strambinello, Strambino, Susa, Tavagnasco, Trana, Torino, Torre Canavese, Torre Pellice, Valperga, Vauda Canavese, Venaus, Verrua Savoia, Vestignè, Vialfrè, Vidracco, Villarfocchiardo, Villar Dora, Villar Pellice, Villar Perosa, Villarbasse, Villareggia, Vische, Vistrorio.

Il-provinċja ta' Novara:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Agrate Conturbia, Barengo, Boca, Bogogno, Borgomanero, Briona, Cavaglietto, Cavaglio d'Agogna, Cavallirio, Cressa, Cureggio, Fara Novarese, Fontaneto d'Agogna, Gattico, Ghemme, Grignasco, Landonia, Maggiora, Marano Ticino, Mezzomerico, Nebbiuno, Oleggio, Pettenasco, Prato Sesia, Romagnano Sesia, Sizzano, Suno, Vaprio d'Agogna, Veruno.

Il-provinċja ta' Biella:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Brusnengo, Candelo, Cavaglià, Cerreto Castello, Cossato, Curino, Dorzano, Lessona, Magnano, Masserano, Mottalciata, Quaregna, Roppolo, Salussola, Sostegno, Ternengo, Valdengo, Vigliano Biellese, Villa del Bosco, Viverone, Zimone.

Il-provinċja ta' Verbano-Cusio-Ossola:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Beura-Cardezza, Bognanco, Brovello-Carpugnino, Crevoladossola, Crodo, Domodossola, Masera, Montecrestese, Montescheno, Pallanzeno, Piedimulera, Pieve Vergonte, Premosello, Ornavasso, Trontano, Viganella, Villadossola, Vogogna.

Il-provinċja ta' Vercelli:

Alice Castello, Borgo d'Ale, Gattinara, Lozzolo, Moncrivello, Roasio, Serravalle Sesia.

2.

Iż-żona tal-produzzjoni għad-denominazzjoni ta' oriġini Piemonte fir-rigward tat-tipi Piemonte Cortese, Piemonte Cortese Frizzante, Piemonte Albarossa, Piemonte Barbera, Piemonte Barbera Frizzante, Piemonte Barbera Passito, Piemonte Dolcetto, Piemonte Dolcetto Frizzante, Piemonte Grignolino, Piemonte Bonarda u Piemonte Bonarda Frizzante tinkludi t-territorju kollu tal-muniċipalitajiet elenkati hawn taħt:

Il-provinċja ta' Alessandria:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Acqui Terme, Alfiano Natta, Alice Bel Colle, Altavilla Monferrato, Avolasca, Basaluzzo Bassignana, Belforte Monferrato, Bergamasco, Berzano di Tortona, Bistagno, Borgoratto Alessandrino, Bosio, Brignano Frascata, Camagna, Camino, Capriata d'Orba, Carbonara Scrivia, Carentino, Carezzano, Carpeneto, Carrosio, Cartosio Casaleggio Boiro, Casale Monferrato, Casalnoceto, Casasco, Cassano Spinola, Cassine, Cassinelle, Castellania, Castellar Guidobono, Castelletto d'Erro, Castelletto d'Orba, Castelletto Merli, Castelletto Monferrato, Castelnuovo Bormida, Cavatore, Cellamonte, Cereseto, Cerreto Grue, Cerrina, Coniolo, Conzano, Costa Vescovato, Cremolino, Cuccaro Monferrato, Denice, Francavilla Bisio, Frascaro, Frassinello Monferrato, Fubine, Gabiano, Gamalero, Gavazzana, Gavi Grognardo, Lerma, Lu Monferrato, Malvicino, Masio, Melazzo, Merana, Mirabello Monferrato Molare, Mombello Monferrato, Momperone, Moncestino, Monleale, Montaldeo, Montaldo Bormida, Montecastello, Montechiaro d'Acqui, Montegioco, Montemarzino, Morbello, Mornese, Morsasco, Murisengo, Novi Ligure, Occimiano, Odalengo Grande, Odalengo Piccolo, Olivola, Orsara Bormida, Ottiglio Monferrato, Ovada, Ozzano, Paderna, Pareto, Parodi Ligure, Pasturana, Pecetto di Valenza, Pietra Marazzi, Pomaro Monferrato, Pontestura, Ponti, Ponzano, Ponzone, Pozzolgroppo, Prasco, Predosa, Quargnento, Ricaldone, Rivalta Bormida, Rivarone, Roccagrimalda, Rosignano Monferrato, Sala Monferrato, San Cristoforo, San Giorgio Monferrato, San Salvatore Monferrato, Sant'Agata Fossili, Sardigliano, Sarezzano, Serralunga di Crea, Serravalle Scrivia, Sezzadio, Silvano d'Orba, Solonghello, Spigno Monferrato, Spineto Scrivia, Stazzano, Strevi, Tagliolo Monferrato, Tassarolo, Terruggia, Terzo, Tortona, Treville, Trisobbio, Valenza Po, Vignale Monferrato, Viguzzolo, Villadeati, Villalvernia, Villamiroglio, Villaromagnano, Visone, Volpedo, Volpeglino.

Il-provinċja ta' Asti:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Agliano Terme, Albugnano, Antignano, Aramengo, Asti, Azzano d'Asti, Baldichieri d'Asti, Belveglio, Berzano San Pietro, Bruno, Bubbio, Buttigliera d'Asti, Calamandrana, Calliano, Calosso, Camerano Casasco, Canelli, Cantarana, Capriglio, Casorzo, Cassinasco, Castagnole Lanze, Castagnole Monferrato, Castel Boglione, Castell'Alfero, Castellero, Castelletto Molina, Castello d'Annone, Castelnuovo Belbo, Castelnuovo Calcea, Castelnuovo Don Bosco, Castel Rocchero, Celle Enomondo, Cerreto d'Asti, Cerro Tanaro, Cessole, Chiusano d'Asti, Cinaglio, Cisterna d'Asti, Coazzolo, Cocconato, Corsione, Cordandone, Cortanze, Cortazzone, Cortiglione, Cossombrato, Costigliole d'Asti Cunico, Dusino San Michele, Ferrere, Fontanile, Frinco, Grana, Grazzano Badoglio, Incisa Scapaccino, Isola d'Asti, Loazzolo, Maranzana, Maretto, Moasca, Mombaldone, Mombaruzzo, Mombercelli, Monale, Monastero Bormida, Moncalvo, Moncucco Torinese, Mongardino, Montabone, Montafia, Montaldo Scarampi, Montechiaro d'Asti, Montegrosso d'Asti, Montemagno, Montiglio Monferrato, Morasengo, Nizza Monferrato, Olmo Gentile, Passerano Marmorito, Penango, Piea, Pino d'Asti, Piova Massaia, Portacomaro, Quaranti, Refrancore, Revigliasco d'Asti, Roatto, Robella, Rocca d'Arazzo, Roccaverano, Rocchetta Palafea, Rocchetta Tanaro, San Damiano d'Asti, San Giorgio Scarampi, San Martino Alfieri, San Marzano Oliveto, San Paolo Solbrito, Scurzolengo, Serole, Sessame, Settime, Soglio, Tigliole, Tonco, Tonengo, Vaglio Serra, Valfenera, Vesime, Viale d'Asti, Viarigi, Vigliano d'Asti, Villafranca d'Asti, Villa San Secondo, Vinchio.

Il-provinċja ta' Cuneo:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Alba, Albaretto Torre, Arguello, Baldissero d'Alba, Barbaresco, Barolo, Bastia Mondovì, Belvedere Langhe, Benevello, Bergolo, Bonvicino, Borgomale, Bosia, Bossolasco, Bra, Briaglia, Camo, Canale d'Alba, Carru', Castagnito, Castellinaldo, Castellino Tanaro, Castiglione Falletto, Castiglione Tinella, Castino, Cerretto Langhe, Cherasco, Ciglie', Cissone, Clavesana, Corneliano d'Alba, Cortemilia, Cossano Belbo, Cravanzana, Diano d'Alba, Dogliani, Farigliano, Feisoglio, Gorzegno, Govone, Grinzane Cavour, Guarene, Igliano, La Morra, Lequio Berria, Levice, Magliano Alfieri, Mango, Marsaglia, Mombarcaro, Monchiero, Mondovì, Monforte d'Alba, Monta' d'Alba, Montaldo Roero, Montelupo Albese, Monteu Roero, Monticello d'Alba, Murazzano, Narzole, Neive Neviglie, Niella Belbo, Niella Tanaro, Novello, Perletto, Pezzolo Valle Uzzone, Piobesi d'Alba, Piozzo, Pocapaglia, Priocca, Prunetto Roascio, Rocca Ciglie', Rocchetta Belbo, Roddi, Roddino, Rodello, San Benedetto Belbo, San Michele Mondovì, Santa Vittoria d'Alba, Santo Stefano Belbo, Santo Stefano Roero, Serralunga d'Alba, Serravalle Langhe, Sinio, Somano, Sommariva Perno, Torre Bormida, Treiso Trezzo Tinella, Verduno, Vezza d'Alba, Vicoforte.

3.

Iż-żona tal-produzzjoni għad-denominazzjoni ta' oriġini Piemonte fir-rigward tat-tip Piemonte Freisa tinkludi t-territorju kollu tal-muniċipalitajiet elenkati hawn taħt:

Il-provinċja ta' Alessandria:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Acqui Terme, Alfiano Natta, Alice Bel Colle, Altavilla Monferrato, Avolasca, Basaluzzo Bassignana, Belforte Monferrato, Bergamasco, Berzano di Tortona, Bistagno, Borgoratto Alessandrino, Bosio, Brignano Frascata, Camagna, Camino, Capriata d'Orba, Carbonara Scrivia, Carentino, Carezzano, Carpeneto, Carrosio, Cartosio Casaleggio Boiro, Casale Monferrato, Casalnoceto, Casasco, Cassano Spinola, Cassine, Cassinelle, Castellania, Castellar Guidobono, Castelletto d'Ero, Castelletto d'Orba, Castelletto Merli, Castelletto Monferrato, Castelnuovo Bormida, Cavatore, Cellamonte, Cereseto, Cerreto Grue, Cerrina, Coniolo, Conzano, Costa Vescovato, Cremolino, Cuccaro Monferrato, Denice, Francavilla Bisio, Frascaro, Frassinello Monferrato, Fubine, Gabiano, Gamalero, Gavazzana, Gavi Grognardo, Lerma, Lu Monferrato, Malvicino, Masio, Melazzo, Merana, Mirabello Monferrato Molare, Mombello Monferrato, Momperone, Moncestino, Monleale, Montaldeo, Montaldo Bormida, Montecastello, Montechiaro d'Acqui, Montegioco, Montemarzino, Morbello, Mornese, Morsasco, Murisengo, Novi Ligure, Occimiano, Odalengo Grande, Odalengo Piccolo, Olivola, Orsara Bormida, Ottiglio Monferrato, Ovada, Ozzano, Paderna, Pareto, Parodi Ligure, Pasturana, Pecetto di Valenza, Pietra Marazzi, Pomaro Monferrato, Pontestura, Ponti, Ponzano, Ponzone, Pozzolgroppo, Prasco, Predosa, Quargnento, Ricaldone, Rivalta Bormida, Rivarone, Roccagrimalda, Rosignano Monferrato, Sala Monferrato, San Cristoforo, San Giorgio Monferrato, San Salvatore Monferrato, Sant'Agata Fossili, Sardigliano, Sarezzano, Serralunga di Crea, Serravalle Scrivia, Sezzadio, Silvano d'Orba, Solonghello, Spigno Monferrato, Spineto Scrivia, Stazzano, Strevi, Tagliolo Monferrato, Tassarolo, Terruggia, Terzo, Tortona, Treville, Trisobbio, Valenza Po, Vignale Monferrato, Viguzzolo, Villadeati, Villalvernia, Villamiroglio, Villaromagnano, Visone, Volpedo, Volpeglino.

Il-provinċja ta' Asti:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Agliano Terme, Albugnano, Antignano, Aramengo, Asti, Azzano d'Asti, Baldichieri d'Asti, Belveglio, Berzano San Pietro, Bruno, Bubbio, Buttigliera d'Asti, Calamandrana, Calliano, Calosso, Camerano Casasco, Canelli, Cantarana, Capriglio, Casorzo, Cassinasco, Castagnole Lanze, Castagnole Monferrato, Castel Boglione, Castell'Alfero, Castellero, Castelletto Molina, Castello d'Annone, Castelnuovo Belbo, Castelnuovo Calcea, Castelnuovo Don Bosco, Castel Rocchero, Celle Enomondo, Cerreto d'Asti, Cerro Tanaro, Cessole, Chiusano d'Asti, Cinaglio, Cisterna d'Asti, Coazzolo, Cocconato, Corsione, Cordandone, Cortanze, Cortazzone, Cortiglione, Cossombrato, Costigliole d'Asti Cunico, Dusino San Michele, Ferrere, Fontanile, Frinco, Grana, Grazzano Badoglio, Incisa Scapaccino, Isola d'Asti, Loazzolo, Maranzana, Maretto, Moasca, Mombaldone, Mombaruzzo, Mombercelli, Monale, Monastero Bormida, Moncalvo, Moncucco Torinese, Mongardino, Montabone, Montafia, Montaldo Scarampi, Montechiaro d'Asti, Montegrosso d'Asti, Montemagno, Montiglio Monferrato, Morasengo, Nizza Monferrato, Olmo Gentile, Passerano Marmorito, Penango, Piea, Pino d'Asti, Piova Massaia, Portacomaro, Quaranti, Refrancore, Revigliasco d'Asti, Roatto, Robella, Rocca d'Arazzo, Roccaverano, Rocchetta Palafea, Rocchetta Tanaro, San Damiano d'Asti, San Giorgio Scarampi, San Martino Alfieri, San Marzano Oliveto, San Paolo Solbrito, Scurzolengo, Serole, Sessame, Settime, Soglio, Tigliole, Tonco, Tonengo, Vaglio Serra, Valfenera, Vesime, Viale d'Asti, Viarigi, Vigliano d'Asti, Villafranca d'Asti, Villa San Secondo, Vinchio.

Il-provinċja ta' Cuneo:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Alba, Albaretto Torre, Arguello, Baldissero d'Alba, Barbaresco, Barolo, Bastia Mondovì, Belvedere Langhe, Benevello, Bergolo, Bonvicino, Borgomale, Bosia, Bossolasco, Bra, Briaglia, Camo, Canale d'Alba, Carru', Castagnito, Castellinaldo, Castellino Tanaro, Castiglione Falletto, Castiglione Tinella, Castino, Cerretto Langhe, Cherasco, Ciglie', Cissone, Clavesana, Corneliano d'Alba, Cortemilia, Cossano Belbo, Cravanzana, Diano d'Alba, Dogliani, Farigliano, Feisoglio, Gorzegno, Govone, Grinzane Cavour, Guarene, Igliano, La Morra, Lequio Berria, Levice, Magliano Alfieri, Mango, Marsaglia, Mombarcaro, Monchiero, Mondovì, Monforte d'Alba, Monta' d'Alba, Montaldo Roero, Montelupo Albese, Monteu Roero, Monticello d'Alba, Murazzano, Narzole, Neive Neviglie, Niella Belbo, Niella Tanaro, Novello, Perletto, Pezzolo Valle Uzzone, Piobesi d'Alba, Piozzo, Pocapaglia, Priocca, Prunetto Roascio, Rocca Ciglie', Rocchetta Belbo, Roddi, Roddino, Rodello, San Benedetto Belbo, San Michele Mondovì, Santa Vittoria d'Alba, Santo Stefano Belbo, Santo Stefano Roero, Serralunga d'Alba, Serravalle Langhe, Sinio, Somano, Sommariva Perno, Torre Bormida, Treiso Trezzo Tinella, Verduno, Vezza d'Alba, Vicoforte.

Il-provinċja ta' Turin:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet ta': Andezeno, Arignano, Baldissero Torinese, Cinzano, Chieri, Marentino, Mombello Torinese, Montaldo Torinese, Moriondo Torinese, Pavarolo, Pecetto Torinese, Pino Torinese, Riva presso Chieri, Sciolze.

4.

Iż-żona tal-produzzjoni għad-denominazzjoni ta' oriġini Piemonte fir-rigward tat-tipi Piemonte Moscato u Piemonte Moscato Passito tinkludi t-territorju kollu tal-muniċipalitajiet elenkati hawn taħt:

Il-provinċja ta' Alessandria:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Acqui Terme, Alice Bel Colle, Bistagno, Carpeneto, Cassine, Castelletto d'Erro, Castelnuovo Bormida, Cavatore Grognardo, Melazzo, Montaldo Bormida, Orsara Bormida, Ponti, Ricaldone, Rivalta Bormida, Roccagrimalda, Strevi, Terzo, Trisobbio, Visone.

Il-provinċja ta' Asti:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Agliano Terme, Bruno, Bubbio, Calamandrana, Calosso, Canelli, Cassinasco, Castagnole Lanze, Castel Boglione, Castelletto Molina, Castelnuovo Belbo, Castelnuovo Calcea, Castel Rocchero, Cessole, Coazzolo, Cortiglione, Costigliole d'Asti, Fontanile, Incisa Scapaccino, Loazzolo, Maranzana, Moasca, Mombaruzzo, Monastero Bormida, Montabone, Montegrosso d'Asti, Nizza Monferrato, Quaranti, Roccaverano, Rocchetta Palafea, San Giorgio Scarampi, San Marzano Oliveto, Sessame, Vaglio Serra, Vesime, Vinchio d'Asti.

Il-provinċja ta' Cuneo:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Alba, Borgomale Camo, Castiglione Tinella, Castino, Cortemilia, Cossano Belbo, Mango, Neive, Neviglie, Perletto, Rocchetta Belbo, Santa Vittoria d'Alba, Santo Stefano Belbo, Serralunga d'Alba, Treiso, Trezzo Tinella.

5.

Iż-żona tal-produzzjoni għad-denominazzjoni ta' oriġini Piemonte fir-rigward tat-tipi Piemonte Brachetto, Piemonte Brachetto Spumante u Piemonte Brachetto Passito tinkludi t-territorju kollu tal-muniċipalitajiet elenkati hawn taħt:

Il-provinċja ta' Alessandria:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Acqui Terme, Alice Bel Colle, Bistagno, Carpeneto, Cassine, Castelletto d'Erro, Castelnuovo Bormida, Cavatore, Gamalero, Grognardo, Melazzo, Montaldo Bormida, Orsara Bormida, Ponti, Ricaldone, Rivalta Bormida, Roccagrimalda, Spigno Monferrato, Strevi, Terzo, Trisobbio, Visone.

Il-provinċja ta' Asti:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Agliano Terme, Asti, Azzano, Belveglio, Bruno, Bubbio, Calamandrana, Calosso, Canelli, Cassinasco Castagnole Lanze, Castel Boglione, Castelletto Molina, Castello d'Annone, Castelnuovo Belbo, Castelnuovo Calcea, Castel Rocchero, Cessole, Coazzolo, Cortiglione, Costigliole d'Asti, Fontanile, Incisa Scapaccino, Isola d'Asti, Loazzolo, Maranzana, Moasca, Mombaruzzo, Mombercelli, Monastero Bormida, Mongardino, Montabone, Montaldo Scarampi, Montegrosso d'Asti, Nizza Monferrato, Quaranti, Rocca d'Arazzo, Roccaverano, Rocchetta Palafea, Rocchetta Tanaro, San Damiano d'Asti, San Giorgio Scarampi, San Martino Alfieri, San Marzano Oliveto, Sessame, Vaglio Serra, Vesime, Vigliano d'Asti, Vinchio d'Asti.

Il-provinċja ta' Cuneo:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Alba, Borgomale, Camo, Castiglione Tinella, Castino, Cortemilia, Cossano Belbo, Mango, Neive, Neviglie, Perletto, Rocchetta Belbo, Santa Vittoria d'Alba, Santo Stefano Belbo, Serralunga d'Alba, Treiso, Trezzo Tinella.

6.

Iż-żona tal-produzzjoni għad-denominazzjoni ta' oriġini Piemonte fir-rigward tal-kitba “Vigneti di Montagna” [vinji tal-muntanji] fuq it-tikketta tinkludi t-territorju kollu tal-muniċipalitajiet elenkati hawn taħt:

Il-provinċja ta' Alessandria:

Albera Ligure, Arquata Scrivia, Avolasca, Borghetto di Borbera, Bosio, Brignano Frascata, Cantalupo Ligure, Carrosio, Cartosio, Casaleggio Boiro, Casasco, Cassinelle, Castellania, Castelletto d'Erro, Cavatore, Costa Vescovato, Denice, Dernice, Fabbrica Curone, Garbagna, Gremiasco, Grondona, Lerma, Malvicino, Merana, Molare, Momperone, Mongiardino Ligure, Monleale, Montacuto, Montecharo d'Acqui, Montegioco, Montemarzino, Morbello, Mornese, Pareto, Ponzone, Pozzol Groppo, Rocchetta Ligure, San Sebastiano Curone, Serravalle Scrivia, Spigno Monferrato, Stazzano, Tagliolo Monferrato, Vignole Borbera.

Il-provinċja ta' Asti:

Bubbio, Cassinasco, Cessole, Loazzolo, Mombaldone, Monastero Bormida, Olmo Gentile, Roccaverano, San Giorgio Scarampi, Serole, Sessame, Vesime.

Il-provinċja ta' Biella:

Cerreto Castello, Cossato, Curino, Lessona, Magnano, Quaregna, Sostegno, Ternengo, Valdegno, Vigliano Biellese, Zimone.

Il-provinċja ta' Cuneo:

Albaretto della Torre, Arguello, Bagnasco, Bagnolo Piemonte, Barge, Belvedere Langhe, Benevello, Bergolo, Bernezzo, Bonvicino, Borgomale, Bosia, Bossolasco, Boves, Briaglia, Brondello, Busca, Camerana, Caraglio, Castellar, Castelletto Uzzone, Castellino Tanaro, Castino, Cerreto Langhe, Ceva, Ciglié, Cissone, Cortemilia, Costigliole Saluzzo, Cravanzana, Dronero, Envie, Feisoglio, Garessio, Gorzegno, Gottasecca, Igliano, Lequio Berria, Lesegno, Levice, Magliano Alpi, Marsaglia, Martiniana Po, Mombarcaro, Mombasiglio, Monastero di Vasco, Monesiglio, Montaldo di Mondovì, Murazzano, Niella Belbo, Pagno, Paroldo, Perletto, Peveragno, Pezzolo Valle Uzzone, Pianfei, Piasco, Priero, Priola, Prunetto, Revello, Rifreddo, Roascio, Rocca Ciglié, Rocchetta Belbo, Rossana, Sale delle Langhe, Sale San Giovanni, Saliceto, San Michele Mondovì, Sanfront, Scagnello, Serravalle Langhe, Somano, Torre Bormida, Torresina, Verzuolo, Vicoforte, Villanova Mondovì, Villar San Costanzo.

Il-provinċja ta' Novara:

Nebbiuno.

Il-provinċja ta' Turin:

Almese, Avigliana, Bibiana, Borgiallo, Borgone Susa, Bricherasio, Bruzolo, Cantalupa, Carema, Caselette, Castellamonte, Castelnuovo Nigra, Chianocco, Chiesanuova, Chiomonte, Colleretto Castelnuovo, Condove, Cumiana, Cuorgné, Exilles, Forno Canavese, Frossasco, Giaglione, Giaveno, Gravere, Levone, Lugnacco, Luserna San Giovanni, Lusernetta, Meana di Susa, Mompantero, Nomaglio, Perosa Argentina, Pertusio, Pinasca, Pinerolo, Piossasco, Pomaretto, Prarostino, Prascorsano, Pratiglione, Quassolo, Quincinetto, Reano, Rivara, Roletto, Rubiana, San Pietro Val Lemina, San Secondo di Pinerolo, Sangano, Settimo Vittone, Susa, Tavagnasco, Trana, Valperga, Venaus, Vidracco, Villar Dora, Villar Pellice, Vistrorio.

Verbano Cusio Ossola:

Brovello-Carpugnino, Crevoladossola, Domodossola, Masera, Montecrestese, Pieve Vergonte, Trontano.

7.   L-għeneb tal-inbid ewlieni

 

Syrah N. – Shiraz

 

Brachetto N.

 

Moscato Bianco B. – Moscato

 

Pinot Nero N. – Pinot

 

Pinot Grigio – Pinot

 

Pinot Bianco B. – Pinot

 

Freisa N.

 

Chardonnay B.

 

Grignolino N.

 

Bonarda N. – Uva Rara

 

Barbera N.

 

Favorita B.

 

Erbaluce B.

 

Dolcetto N. – Ormeasco

 

Cortese B. – Bianca Fernanda

 

Albarossa N.

 

Cabernet Franc N. – Cabernet

 

Sauvignon B. – Sauvignon Blanc

8.   Deskrizzjoni tar-rabtiet

Dettalji taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tal-Piemonte DOC hija kbira ħafna u fil-biċċa l-kbira tinsab fil-parti ċentrali u tan-Nofsinhar tar-Reġjun tal-Piemonte. Testendi saż-żoni tat-Tramuntana tal-Piemonte u l-widien tal-Alpi, li għandhom tradizzjoni tal-produzzjoni tal-inbid antika ħafna. Iż-żona tal-produzzjoni tinkludi l-partijiet bl-għoljiet kollha tar-reġjun użati għall-vitikultura, minbarra l-pjanuri u ż-żoni baxxi kollha.

Il-ħamrija taż-żona tal-Piemonte DOC hija soġġetta għal erożjoni kostanti, minħabba proċessi naturali jew minħabba attivitajiet agrikoli. Hija kkaratterizzata billi ġeneralment tkun: baxxa, ġiet iffurmata reċentement jew tiġi kontinwament imġedda mill-erożjoni tal-inklinazzjonijiet, b'kompożizzjoni varjabbli (iżda fil-biċċa l-kbira bbilanċjata jew ixxaqleb għal fina, minn ramlija b'mod ħafif għal trab ġulġlieni b'mod ħafif jew trab ġulġlieni ħafif tafli), ikkaratterizzata f'termini kimiċi minn materja organika baxxa, tnaqqis fil-preżenza ta' fosforu assimilabbli u billi spiss tkun kalkaruża.

Il-klima kontinentali; it-temperatura fix-xitwa tista' tkun baxxa ħafna — taħt l-4/5 gradi — u s-sjuf huma xotti u sħan b'temperaturi li spiss jaqbżu l-35 grad. Il-varjazzjonijiet fit-temperatura huma moderati matul il-jum, parzjalment minħabba altitudnijiet pjuttost għoljin, speċjalment fejn tiġi prattikata l-“vitikultura tal-muntanji” Il-preċipitazzjoni annwali hija madwar 700/900 mm, u fil-biċċa l-kbira tkun kkonċentrata fl-aħħar tal-ħarifa u r-rebbiegħa.

Iż-żona tal-Piemonte DOC għandha tradizzjoni tal-vitikultura antika ħafna b'evidenza storika ta' importanza sinifikanti speċjalment mill-Medjuevu. Madankollu, kien fis-seklu dsatax li saru l-iżviluppi li wasslu għall-istat attwali tal-vitikultura: ir-rikostruzzjoni postfillossera ġeddet il-wirt vitikulturali tal-Piemonte u riċerka u esperimentazzjoni sussegwenti ffavorew l-opinjoni ta' tekniki ġodda fil-vitikultura u fl-enoloġija lokali, kollha ddisinjati biex itejbu l-kwalità u jagħtu karatteristiċi partikolari tal-għeneb u tat-territorju lill-inbid ta' Piemonte. Għalhekk, l-attività umana ssupplimentat il-fatturi naturali kemm permezz tal-għarfien miksub fir-rigward tal-ħamrija u l-kundizzjonijiet tal-ħamrija kif ukoll permezz tal-aġġornament kontinwu tat-tekniki, immirat lejn il-preservazzjoni u t-tisħiħ ta' prodott b'karatteristiċi oriġinali.

Inbid tal-Kategorija (l)

L-inbejjed prodotti f'din iż-żona vitikulturali juru n-natura partikolari tat-territorju minħabba li min-naħa jikkombinaw il-fatturi naturali li jiffavorixxu espressjoni oriġinali tal-potenzjal tal-għeneb mal-ħamriji u klima kontinentali moderata b'varjazzjonijiet fit-temperatura li jippermettu li l-għeneb isir tajjeb ħafna u jagħtu espressjoni bbilanċjata tal-komponenti u l-aromi varji tal-inbejjed. Il-kombinazzjoni tal-fatturi umani u naturali deskritti hawn fuq u l-kopertura territorjali tal-Piemonte DOC jippermettu li jinkisbu numru ta' kategoriji u tipi ta' nbid b'karatteristiċi organolettiċi u kimiċi/fiżiċi distinti (kulur, aroma u sensazzjonijiet ta' togħma). Dawn ivarjaw minn inbejjed bojod, għal inbejjed ħomor, inbejjed spumanti u nbejjed Passito, kull wieħed bi profil sensorjali distint.

Inbejjed bojod — Il-kundizzjonijiet ambjentali moderati u friski taż-żona ta' Piemonte DOC jippermettu li jiġu prodotti nbejjed bojod ikkaratterizzati minn kulur isfar lelluxi b'intensità li tvarja, bi freskezza ċara fuq l-imnieħer, ammont tajjeb ta' estratt u aċidità għolja. It-togħma tista' tvarja minn xotta għal semixotta skont il-metodu tal-enoloġija. Fejn il-varjetà Sauvignon tkun preżenti jew prevalenti, l-inbejjed ikollhom aromi ta' frott aktar intensi. Fejn il-varjetà Moscato tkun prevalenti, l-inbejjed ikollhom aroma tipika li tfakkrek fil-fjuri bojod. L-inbejjed f'din il-kategorija jenħtieġ li jkollhom qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum ta' 10,0 %, iżda ġeneralment din titkejjel bejn 12,0 u 13,0 %. L-aċidità totali minima hija 4,5 g/l, iżda normalment titkejjel bejn 5,5 u 6,5 g/l. L-estratt minimu mingħajr zokkor huwa 15 g/l, iżda normalment jitkejjel bejn 17 u 20 g/l.

Inbejjed ħomor — It-territorju kollu huwa adattat għall-produzzjoni ta' nbejjed ħomor minħabba li għandu ħamrijiet ta' oriġini differenti, li madankollu ilkoll huma relattivament infertili; fih ħafna għoljiet u għandu preċipitazzjoni limitata, li jiżguraw li l-għeneb isir sew, inkluż fir-rigward ta' komponenti fenoliċi. Il-livell għoli ta' professjonalità ta' dawk li jipproduċu l-inbid ilu ż-żmien jiddetta l-varjetajiet prodotti fil-vinji skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. Il-kulur tal-inbejjed huwa ġeneralment aħmar jgħajjat b'intensità li tvarja bi ħjiel li jvarja minn vjola għal granata, skont il-varjetà. L-aromi huma definiti minn ħjiel ta' frott aħmar, u xi drabi ħjiel ħafif ta' ħaxix. It-togħma hija karatterizzata minn aċidità moderata għal konsiderevoli iżda d-differenzi ewlenin jikkonċernaw il-perċezzjoni ta' tannini li jvarjaw ħafna skont il-varjetà ewlenija u li jistgħu jvarjaw minn sottili (eż. il-Barbera) għal qawwija (eż. l-Albarossa, il-Freisa). Jenħtieġ li jiġi nnutat li t-tipi differenti ta' ħamrija u kundizzjonijiet klimatiċi u mikroklimatiċi fost iż-żoni enkoloġiċi tal-Piemonte jfisser li l-varjetajiet jistgħu jiġu espressi f'livelli b'intensità differenti, b'differenza dixxernibbli fil-profil finali tal-inbejjed. L-inbejjed f'din il-kategorija jenħtieġ li jkollhom qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum ta' 11 %, iżda ġeneralment din titkejjel bejn 12,0 u 13,0 %. L-aċidità totali minima hija 4,5 g/l, iżda normalment titkejjel bejn 5,0 u 6,0 g/l. L-estratt minimu mingħajr zokkor huwa 20 g/l, iżda normalment jitkejjel bejn 22 u 24 g/l.

Inbejjed rożè — Il-kundizzjonijiet ambjentali moderati u friski taż-żona ta' Piemonte DOC jippermettu li jiġu prodotti nbejjed rożè karatterizzati minn kulur bejn oranġjo u aħmar lewn iċ-ċirasa b'intensità li tvarja, bi freskezza ċara fuq l-imnieħer, ammont tajjeb ta' estratt u aċidità għolja. It-togħma tista' tvarja minn xotta għal semixotta skont il-metodu tal-enoloġija.

L-inbejjed f'din il-kategorija jenħtieġ li jkollhom qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum ta' 10,5 %, iżda ġeneralment din titkejjel bejn 12,0 u 13,0 %. L-aċidità totali minima hija 4,5 g/l, iżda normalment titkejjel bejn 5,5 u 6,5 g/l. L-estratt minimu mingħajr zokkor huwa 17 g/l, iżda normalment jitkejjel bejn 17 u 19 g/l.

Inbid Spumanti tal-Kategorija (4) u Nbid spumanti aromatiku ta' kwalità (6)

Il-kundizzjonijiet ambjentali tal-ħamrija u tal-klima fejn jiġi prodott il-Piemonte DOC jistgħu, minħabba d-daqs taż-żona, jippermettu li l-għeneb isir biżżejjed biex jipproduċi nbejjed spumanti billi jintgħażel l-aktar perjodu ta' maturazzjoni xieraq. Fiż-żona tal-produzzjoni l-aħjar kundizzjonijiet għall-produzzjoni tal-inbejjed spumanti jinsabu f'altitudnijiet aktar baxxi u f'żoni b'esponiment anqas favorevoli; dawn l-inbejjed huma kkaratterizzati minn qawwa alkoħolika moderata, aċidità bejn medja u għolja u togħma tajba, b'ragħwa fina u li ddum. L-inbejjed spumanti jiġu prodotti permezz ta' fermentazzjoni sekondarja f'awtoklavi, kemm jekk bojod, kemm jekk rożè kif ukoll jekk ħomor. Meta jintużaw varjetajiet aromatiċi, bħall-Brachetto, dawn jipproduċu nbid aħmar spumanti b'intensità medja, li xi drabi xxaqleb lejn l-aħmar lewn iċ-ċirasa, b'togħma delikata u livelli differenti ta' ħlewwa, u b'aroma distintiva u kemxejn ta' misk.

L-inbejjed f'din il-kategorija jenħtieġ li jkollhom qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum ta' 10,5 %, iżda ġeneralment din titkejjel f'bejn 12,0 u 13,0 %. L-aċidità totali minima hija 5,0 g/l, iżda normalment titkejjel f'bejn 5,5 u 6,5 g/l. L-estratt minimu mingħajr zokkor huwa 17 g/l għall-inbejjed bojod u 20 g/l għall-inbejjed ħomor iżda normalment jitkejjel bejn 17 u 20 g/l. Iz-zokkor residwu jista' jkun minn żero (pas dosé) għal medju (demi-sec) għal ħelu (bħall-varjetà Brachetto aromatika).

Inbid semispumanti tal-Kategorija (6)

Il-kundizzjonijiet ambjentali, tal-ħamrija u tal-klima fejn jiġi prodott il-Piemonte DOC jistgħu, jippermettu li l-għeneb isir biżżejjed biex jipproduċi nbejjed semispumanti. Dan it-tip ta' nbid għandu tradizzjoni twila fil-Piemonte u fil-biċċa l-kbira jintużaw il-varjetajiet storiċi tal-Piemonte biex dan isir. L-inbejjed huma karatterizzati minn qawwa alkoħolika bejn medja u għolja, aċidità moderata u togħma tajba. Tfexfix ħafif, ikkombinat ma' kontenut ta' zokkor residwu moderat, isaħħaħ il-perċezzjoni ta' ħjiel ta' frott. L-inbejjed semispumanti jiġu prodotti permezz ta' fermentazzjoni sekondarja qasira f'awtoklavi, kemm jekk ikunu bojod, kemm jekk rożè kif ukoll jekk ħomor. It-territorju kollu kopert mid-DOC huwa tajjeb ħafna għall-produzzjoni ta' dan it-tip ta' nbid.

L-inbejjed f'din il-kategorija jrid ikollhom qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum ta' 10,0 %, iżda normalment din titkejjel bejn 11 u 12 %. L-aċidità totali minima hija 4,5 g/l, iżda din normalment titkejjel bejn 5,5 u 6,5 g/l. L-estratt minimu mingħajr zokkor huwa 15 g/l għall-inbejjed bojod u 20 g/l għall-inbejjed ħomor u normalment jitkejjel bejn 17 u 22 g/l.

Inbid tal-Kategorija (1), Inbid minn għeneb imqadded (15) u Nbid minn għeneb misjur iżżejjed (16)

Iż-żona kollha hija tajba ħafna għall-produzzjoni ta' nbejjed b'kontenut għoli ta' alkoħol, iżda l-karatteristiċi ta' aroma qawwija, il-fatt li huma mimlija u l-ħlewwa jistgħu jissaħħu permezz ta' perjodu ta' tnixxif tal-għeneb fuq l-impjant jew f'post speċjali. Dan jikkonċentra l-kulur tal-inbid, li jsir intens ħafna, u jimmodifika t-tannini, li jsiru intensi u affaxxinanti, u b'hekk jagħtu lill-inbid struttura u lonġevità tajba. Is-sensazzjonijiet tat-togħma jvarjaw skont il-livell ta' tnixxif. Fil-kategorija tal-inbid, it-tnixxif jitwettaq anqas u jwassal biss għal tnaqqis fl-aċidità u ċertu trattib. Fl-inbid tal-kategorija ta' għeneb misjur iżżejjed, il-konċentrazzjoni hija ogħla u hemm ammont dixxernibbli ta' zokkor residwu. Fl-inbid minn kategorija ta' għeneb imqadded, il-kontenut ta' alkoħol huwa għoli ħafna, iz-zokkor residwu wieħed jinduna bih malajr u t-tannini ġew imrattba b'mod konsiderevoli.

Meta jintużaw varjetajiet aromatiċi, l-aromi distinti jiġu msaħħa ħafna.

L-inbejjed Piemonte Rosso Passito jista' jkollhom qawwa alkoħolika totali minima ta' 16,0 % (li minnha tal-anqas 9,0 % ikun alkoħol proprju) għall-inbid mill-kategorija ta' għeneb imqadded, 15,0 % (li minnha tal-anqas 12.0 % ikun alkoħol proprju) għall-inbid tal-kategorija ta' għeneb misjur iżżejjed u 13,0 % (li minnha tal-anqas 10,5 % ikun alkoħol proprju) għall-kategorija tal-inbid. L-aċidità totali minima hija 4,5 g/l. Estratt minimu mingħajr zokkor: 25 g/l għall-inbejjed Passito minn għeneb imqadded u għeneb misjur iżżejjed; 23 g/l għall-inbejjed Passito fil-kategorija tal-Inbid.

L-inbejjed Piemonte Bianco Passito jista' jkollhom qawwa alkoħolika totali minima ta' 16,0 % (li minnha tal-anqas 9,0 % ikun alkoħol proprju) għall-inbid mill-kategorija ta' għeneb imqadded, 15,0 % (li minnha tal-anqas 12,0 % ikun alkoħol proprju) għall-inbid tal-kategorija tal-għeneb imqadded u 13,0 % (li minnha tal-anqas 10,5 % ikun alkoħol proprju) għall-kategorija tal-inbid. L-aċidità totali minima hija 4,5 g/l. Estratt minimu mingħajr zokkor: 22 g/l għall-inbejjed Passito minn għeneb imqadded u għeneb misjur iżżejjed; 20 g/l għall-inbejjed Passito fil-kategorija tal-Inbid.

L-inbejjed Piemonte Barbera Passito jista' jkollhom qawwa alkoħolika totali minima ta' 16,0 % (li minnha tal-anqas 9,0 % ikun alkoħol proprju) għall-inbid mill-kategorija ta' għeneb imqadded, 15,0 % (li minnha tal-anqas 12,0 % ikun alkoħol proprju) għall-inbid tal-kategorija ta' għeneb misjur iżżejjed u 13,0 % (li minnha tal-anqas 10,5 % ikun alkoħol proprju) għall-kategorija tal-inbid. L-aċidità totali minima hija 4,5 g/l. Estratt minimu mingħajr zokkor: 26 g/l għall-inbejjed Passito minn għeneb imqadded u għeneb misjur iżżejjed; 24 g/l għall-inbejjed Passito fil-kategorija tal-Inbid.

Il-kundizzjonijiet ġeografiċi taż-żona DOC huma importanti ħafna fil-produzzjoni tal-inbejjed Passito. Barra minn hekk, sabiex wieħed jiżgura li l-għeneb huwa misjur sewwa, jenħtieġ li jkollu l-kundizzjonijiet ideali għat-tnixxif tal-għeneb f'post speċjali, jiġifieri umdità baxxa, varjazzjonijiet kbar fit-temperatura u ventilazzjoni adegwata. Fil-ħarifa, l-għoljiet u l-għoljiet fil-bażijiet ta' muntanji taż-żona DOC ta' Piemonte huma kkaratterizzati minn varjazzjonijiet kbar fit-temperatura bejn il-jum u l-lejl u l-għoljiet fil-bażijiet tal-muntanjiet jiġu msaħħna wkoll aktar mill-pjanuri mix-xemx, u dan iwassal għaċ-ċirkolazzjoni naturali tal-arja f'raxx id-dlam; Dan il-fenomenu huwa magħruf sew u ppruvat mill-assenza taċ-ċpar li spiss tkun preżenti fil-wied tal-Po f'dak l-istaġun.

9.   Kundizzjonijiet oħra essenzjali

Użu tad-deskrizzjoni “Vigneti di Montagna”

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta' kundizzjoni oħra:

Rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Il-vinji li għandhom jintużaw għall-produzzjoni tal-vinji li għandhom id-deskrizzjoni speċifika “Vigneti di Montagna” fuq it-tikketti tagħhom iridu jkunu jinsabu f'altitudnijiet ta' mill-anqas 500 m 'il fuq mil-livell tal-baħar bħala medja, u jissodisfaw tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

inklinazzjoni medja ta' mill-anqas 30 %;

vinji f'artijiet imtarrġa.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/11962


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 435/37


IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

SPEJJEŻ MEDJI TAL-BENEFIĊĊJI IN NATURA

(2018/C 435/07)

SPEJJEŻ MEDJI TAL-BENEFIĊĊJI IN NATURA — 2016

Applikazzjoni tal-Artikolu 64 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (1)

I.

L-ammonti li jeħtieġ jiġu rrimborżati fir-rigward tal-benefiċċji in natura mogħtija fl-2016 lill-membri tal-familja li ma joqogħdux fl-istess Stat Membru tal-persuna assigurata, kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (2), se jiġu stabbiliti abbażi tal-ispejjeż medji li ġejjin:

 

Grupp ta’ età

Annwali

Nett fix-xahar

x = 0,20

In-Netherlands

taħt l-20 sena

EUR 1 108,96

EUR 73,93

20 - 64 sena

EUR 2 075,93

EUR 138,40

65 sena jew aktar

EUR 9 675,07

EUR 645,00

II.

L-ammonti li jeħtieġ jiġu rrimborżati fir-rigward tal-benefiċċji in natura mogħtija fl-2016 lill-pensjonanti u lill-membri tal-familja tagħhom, kif previst fl-Artikolu 24(1) u fl-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, se jiġu stabbiliti abbażi tal-ispejjeż medji li ġejjin:

 

Grupp ta’ età

Annwali

Nett fix-xahar

x = 0,20

Nett fix-xahar

x = 0,15  (3)

In-Netherlands

taħt l-20 sena

EUR 1 108,96

EUR 73,93

EUR 78,55

20 – 64 sena

EUR 2 075,93

EUR 138,40

EUR 147,04

65 sena jew aktar

EUR 9 675,07

EUR 645,00

EUR 685,32


(1)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(3)  It-tnaqqis applikat għall-ammont fiss ta’ kull xahar għandu jkun ugwali għal 15 % (x = 0,15) għall-pensjonanti u għall-membri tal-familja tagħhom meta l-Istat Membru kompetenti ma jkunx elenkat fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (skont l-Artikolu 64(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009).


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 435/38


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9213 — OYAK/Cimpor Portugal)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 435/08)

1.   

Fis-26 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Ordu Yardimlaşma Kurumu (“OYAK”)

Cimpor Portugal, sgps, s.a. (“Cimpor Portugal”)

OYAK takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Cimpor Portugal kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

OYAK huwa fond ta’ pensjoni fit-Turkija u s-sussidjarji tagħha huma attivi f’firxa wiesgħa ta’ industriji, jiġifieri fil-minjieri, fil-metallurġija, s-siment, il-konkrit, il-karta, l-enerġija, il-kimiċi, is-servizzi finanzjarji, il-vetturi u l-loġistika.

Cimpor Portugal hija produttur tas-siment fil-Portugall u għandha wkoll interessi f’Cape Verde. Hija attiva fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tas-siment, il-konkrit, l-aggregati u tajn.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9213 — OYAK/Cimpor Portugal

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 435/40


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9154 — DV4/ABP/OMERS/QIA/Real estate JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 435/09)

1.   

Fis-26 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

DV4 Limited (“DV4”, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi);

Stichting Depositary APG Strategic Real Estate Pool (“APG”, in-Netherlands);

Oxford Jersey Holding Company Limited (“Oxford”, Jersey);

Qatari Diar Real Estate Investment Company Q.P.S.C. (“QDREIC”, il-Qatar).

Oxford, DV4, APG u QDREIC jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta eżistenti li tippossjedi, tiżviluppa, tiġġestixxi u toffri għall-kiri proprjetà immobbli residenzjali fis-sit ta’ Middlewood f’Manchester (ir-Renju Unit).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal DV4: fond ta’ investiment immobiljarju;

—   għal APG: depożitarju għal fond ta’ investiment li s-sid benefiċjarju aħħari tiegħu huwa Stichting Pensioenfonds ABP, organizzazzjoni ta’ amministrazzjoni tal-pensjonijiet li tispeċjalizza fil-qasam tal-pensjonijiet kollettivi fis-settur pubbliku;

—   għal Oxford: parti mill-OMERS Administration Corporation usa’ (“OMERS”). OMERS huwa l-amministratur tal-Pjan tal-Pensjoni Primarja tas-Sistema tal-Irtirar tal-Impjegati tal-Muniċipju ta’ Ontario, u l-fiduċjarju tal-fondi tal-pensjoni. OMERS jamministra portafoll globali u ddiversifikat ta’ stokks u bonds kif ukoll proprjetajiet immobbli, ekwità privata u investimenti infrastrutturali;

—   għal QDREIC: investiment u żvilupp ta’ beni immobbli, kumpanija li hija totalment proprjetà tal-fond ta’ investiment sovran tal-Istat tal-Qatar.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9154 — DV4/ABP/OMERS/QIA/Real estate JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.