|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 420 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 420/01 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 420/02 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2018/C 420/03 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9124 — Dana/Oerlikon Drive Systems) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2018/C 420/04 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9032 — E.ON/Helen/Virta) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
Rettifika |
|
|
2018/C 420/05 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 420/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-19 ta’ Novembru 2018
(2018/C 420/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1427 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
128,89 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4625 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,89083 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,2815 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1391 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
140,80 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,6493 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,013 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
321,65 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3293 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,6666 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,0735 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5660 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5055 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,9491 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6740 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5684 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 287,63 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,0122 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,9349 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4253 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 672,00 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7848 |
|
PHP |
Peso Filippin |
60,020 |
|
RUB |
Rouble Russu |
75,2885 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,623 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,2907 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,1660 |
|
INR |
Rupi Indjan |
81,8825 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 420/2 |
SEJĦA GĦAL PROPOSTI — EACEA/21/2018
Il-Programm Erasmus+, Azzjoni Ewlenija 3 — Appoġġ għar-riforma politika
Inklużjoni soċjali u valuri komuni: il-kontribut fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ
(2018/C 420/02)
1. OBJETTIVI
Din is-sejħa għal proposti se tappoġġa proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali fl-oqsma tal-edukazzjoni u tat-taħriġ.
Kull applikazzjoni għandha tindirizza objettiv ġenerali wieħed u wieħed mill-objettivi speċifiċi. Kemm l-objettivi ġenerali kif ukoll dawk speċifiċi tas-sejħa huma eżawrjenti: proposti li ma jindirizzawhomx mhumiex se jitqiesu.
Objettivi ġenerali
Il-proposti għandhom jindirizzaw wieħed miż-żewġ objettivi ġenerali li ġejjin:
|
1. |
Ixerrdu u/jew iżidu l-prattiki tajbin fir-rigward tal-edukazzjoni inklużiva u tal-promozzjoni ta’ valuri komuni, li b’mod partikolari jingħataw bidu f’livell lokali. Fil-kuntest ta’ din is-sejħa, iż-żieda tfisser ir-replikazzjoni ta’ prattika tajba fuq skala usa’/li tiġi ttrasferita għal kuntest differenti jew li tiġi implimentata f’livell ogħla/sistemiku; jew |
|
2. |
L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ metodi u prattiki innovattivi għat-trawwim tal-edukazzjoni inklużiva u l-promozzjoni ta’ valuri komuni. |
L-objettivi speċifiċi
Il-proposti għandhom jindirizzaw wieħed mill-objettivi speċifiċi li ġejjin:
|
— |
It-titjib tal-akkwist ta’ kompetenzi soċjali u ċiviċi, it-trawwim tal-għarfien, il-fehim u s-sjieda ta’ valuri u d-drittijiet fundamentali; |
|
— |
Il-promozzjoni tal-edukazzjoni u tat-taħriġ inklużivi u t-trawwim tal-edukazzjoni ta’ studenti żvantaġġati, inkluż permezz tal-appoġġ lill-persunal fl-edukazzjoni fl-indirizzar tad-diversità u t-tisħiħ tad-diversità fost il-persunal fl-edukazzjoni; |
|
— |
It-titjib tal-ħsieb kritiku u tal-litteriżmu fil-midja fost l-istudenti, il-ġenituri u l-persunal fl-edukazzjoni; |
|
— |
L-appoġġ tal-inklużjoni ta’ migranti li jkunu għadhom kif jaslu f’edukazzjoni ta’ kwalità tajba, inkuż billi jiġi vvalutat l-għarfien u jiġi vvalidat it-tagħlim ta’ qabel. |
|
— |
It-trawwim ta’ ħiliet u kompetenzi diġitali ta’ gruppi esklużi diġitalment (inklużi persuni akbar fl-età, il-migranti u żgħażagħ minn familji żvantaġġati) permezz ta’ sħubijiet bejn l-iskejjel, in-negozju u s-settur mhux formali, inklużi l-libreriji pubbliċi. |
Il-proġetti huma mħeġġa sabiex jinvolvu mudelli eżemplari fl-attivitajiet tagħhom, fejn xieraq.
2. ELIĠIBBILTÀ
2.1. Applikanti eliġibbli
L-applikanti eliġibbli huma organizzazzjonijiet pubbliċi u privati attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ jew setturi u organizzazzjonijiet soċjoekonomiċi oħrajn li jwettqu attivitajiet transsettorjali (pereżempju organizzazzjonijiet kulturali, is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet tal-isport, iċ-ċentri ta’ rikonoxximent, il-kmamar tal-kummerċ, l-organizzazzjonijiet tan-negozju, eċċ.).
Huma eliġibbli biss entitajiet ġuridiċi fil-pajjiżi tal-programm li ġejjin:
|
— |
it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (1); |
|
— |
il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja; |
|
— |
il-pajjiżi kandidati tal-UE: l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija u s-Serbja (2). |
Ir-rekwiżit minimu tal-kompożizzjoni tas-sħubija għal din is-sejħa huwa ta’ erba’ organizzazzjonijiet eliġibbli minn erba’ pajjiżi tal-programm differenti.
Jekk ikun hemm netwerks involuti fil-proġett, il-konsorzju jrid jinkludi tal-inqas żewġ organizzazzjonijiet li ma jkunux membri tan-netwerk(s) u l-konsorzju jeħtieġ li jirrappreżenta tal-inqas erba’ pajjiżi eliġibbli.
2.2. Attivitajiet eliġibbli u t-tul tal-proġett
L-attivitajiet li jsiru fil-pajjiżi tal-Programm biss (ara t-Taqsima 2.1) ser ikunu kkunsidrati eliġibbli għall-finanzjament. Kull spiża relatata ma’ attivitajiet li jsiru barra minn dawn il-pajjiżi jew minn organizzazzjonijiet li ma jkunux irreġistrati fil-pajjiżi tal-Programm mhijiex eliġibbli. B’mod eċċezzjonali u fuq bażi ta’ każ b’każ, l-attivitajiet li jinvolvu pajjiżi oħrajn li ma jkunux pajjiżi tal-Programm jistgħu jingħataw finanzjament iżda jrid ikollhom l-awtorizzazzjoni speċifika u minn qabel mill-Aġenzija Eżekuttiva.
L-attivitajiet iridu jibdew jew fl-1 ta’ Novembru, fl-1 ta’ Diċembru 2019 jew fil-15 ta’ Jannar 2020.
It-tul tal-proġett għandu jkun ta ‘24 jew 36 xahar
3. IR-RIŻULTATI MISTENNIJA
Il-proġetti għandhom iwasslu għal riżultati bħal:
|
— |
aktar sensibilizzazzjoni, għarfien u fehim ta’ prattiki tajbin fl-istituzzjonijiet u l-komunitajiet edukattivi rilevanti; |
|
— |
użu aħjar ta’ approċċi mill-aktar innovattivi fil-politika jew fil-prattika; |
|
— |
aktar sensibilizazzjoni, motivazzjoni u kompetenza tal-mexxejja fil-qasam tal-edukazzjoni u l-edukaturi fir-rigward ta’ approċċi lejn l-edukazzjoni inklużiva u l-promozzjoni tal-valuri komuni; |
|
— |
involviment attiv tal-familji u l-komunitajiet lokali fl-appoġġ ta’ approċċi lejn l-edukazzjoni inklużiva u l-promozzjoni ta’ valuri komuni; |
|
— |
għodda mifruxa b’mod usa’ u effettiva sabiex tappoġġa lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u lil min jipprovdi t-tagħlim fl-implimentazzjoni ta’ approċċi lejn l-edukazzjoni inklużiva u fil-promozzjoni tal-valuri komuni. |
4. BAĠIT DISPONIBBLI:
Il-baġit totali disponibbli għall-kofinanzjament tal-proġetti taħt is-sejħa preżenti huwa ta’ EUR 10 000 000.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-UE ma tistax taqbeż 80 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-proġett.
L-għotja massima għal kull proġett se tkun ta’ EUR 500 000.
L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.
5. KRITERJI TAL-GĦOTI
L-applikanti eliġibbli ser jiġu vvalutati abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
1. |
Ir-rilevanza tal-proġett (30 %) |
|
2. |
Il-kwalità tat-tfassil tal-proġett u l-implimentazzjoni (20 %) |
|
3. |
Il-kwalità tas-sħubija u l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni (20 %) |
|
4. |
L-impatt, it-tixrid u s-sostenibbiltà (30 %) |
6. PROĊEDURA TA’ SOTTOMISSJONI U SKADENZA
L-iskadenza għas-sottomissjoni hija: is-26 ta’ Frar 2019 – 12:00 (nofsinhar ħin ta’ Brussell).
L-applikanti huma mitlubin jaqraw sew l-informazzjoni kollha dwar is-sejħa għal proposti EACEA/21/2018 u l-proċedura ta’ sottomissjoni u li jużaw id-dokumenti li jifformaw parti mill-pakkett ta’ applikazzjoni li jista’ jinstab fuq:
https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding_en (Referenza tas-sejħa EACEA/21/2018)
L-applikazzjoni u l-annessi obbligatorji tagħha għandhom jiġu sottomessi online permezz ta’ formola elettronika apposta.
7. L-INFORMAZZJONI DWAR IS-SEJĦA
L-informazzjoni kollha dwar is-Sejħa EACEA/21/2018 hija disponibbli mis-sit web li ġej:
https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding_en (Referenza tas-sejħa EACEA/21/2018)
Kuntatt tal-email: EACEA-Policy-Support@ec.europa.eu
(1) Għal applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġbok kun af li għandu jkun hemm konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà għad-durata kollha tal-proġett. Jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-UE matul il-perjodu tal-proġett mingħajr ma jikkonkludi ftehim mal-UE li jiżgura b’mod partikolari li l-applikanti Brittaniċi jibqgħu eliġibbli, inti ser tieqaf tirċievi finanzjament mill-UE (filwaqt li tkompli, sa fejn ikun possibbli, tipparteċipa) jew tintalab tħalli l-proġett fuq il-bażi tal-Artikolu II.16.3.1 (a) tal-ftehim ta’ għotja.
(2) L-adattamenti tal-baġit iddeterminati minn jekk is-Serbja ssirx Pajjiż tal-Programm tal-Programm Erasmus+ għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2019 soġġett għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-(emenda għall-)Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tas-Serbja f’“Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport mill-1 ta’ Jannar 2019.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 420/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9124 — Dana/Oerlikon Drive Systems)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 420/03)
1.
Fid-9 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Dana Incorporated (“Dana”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
GrazianoFairfield AG, Pfaffikon (“GrazianoFairfield AG”, l-Isvizzera), ikkontrollata minn OC Oerlikon Corporation AG, Pfaffikon (“Oerlikon”, l-Isvizzera), |
Dana takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ GrazianoFairfield AG kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Dana hija fornitur dinji ta’ partijiet għal sistemi ta’ tranżmissjoni, prodotti ta’ issiġillar u ġestjoni tas-sħana destinti għal manifatturi ta’ vetturi ħfief, kummerċjali u ta’ barra l-highway kif ukoll ta’ gearboxes, prodotti idrawliċi u driveshafts għal tagħmir stazzjonarju industrijali, |
|
— |
GrazianoFairfield AG hija fornitur ta’ soluzzjonijiet għall-gearboxes, is-sewqan u l-bdil tal-gear għal vetturi mobbli u tagħmir industrijali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9124 — Dana/Oerlikon Drive Systems
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
20.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 420/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9032 — E.ON/Helen/Virta)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 420/04)
1.
Fit-13 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
E.ON SE, permezz tas-sussidjarja tagħha E.ON Drive Infrastructure GmbH (“E.ON”, il-Ġermanja), |
|
— |
Helen Oy (“Helen”, il-Finlandja), |
|
— |
Liikennevirta Oy (“Virta”, il-Finlandja). |
E.ON u Helen jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Virta kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— E.ON: iffokata fuq tliet oqsma prinċipali tan-negozju: (i) il-ġenerazzjoni tal-elettriċità minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, (ii) networks tad-distribuzzjoni tal-enerġija u (iii) soluzzjonijiet għall-konsumatur (inklużi l-provvista bl-imnut tal-elettriċità u l-gass). Barra minn hekk, E.ON toffri s-servizzi tal-mobbiltà elettronika, inkluż it-tħaddim ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi f’diversi pajjiżi tal-UE.
— Helen: l-attività kummerċjali tagħha tikkonsisti primarjament fil-produzzjoni tal-elettriċità, tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, kif ukoll id-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-enerġija. Barra minn hekk, Helen toffri firxa wiesgħa ta’ servizzi għall-produzzjoni tal-enerġija fuq skala żgħira u l-użu tal-enerġija tal-klijenti stess. Mill-2012, Helen toffri wkoll punti tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi fil-Finlandja.
— Virta: tipprovdi firxa ta’ servizzi relatati mal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi. Hija topera prinċipalment fil-Finlandja u għandha wkoll attivitajiet fir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvezja, l-Isvizzera u r-Renju Unit.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9032 — E.ON/Helen/Virta
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
Rettifika
|
20.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 420/8 |
Rettifika għall-Avviż dwar il-miżuri ta’ antidumping fis-seħħ fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina: tibdil fl-isem ta’ kumpaniji soġġetti għar-rata ta’ dazju antidumping għal kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ĠU C 414, 20.11.2014 )
(2018/C 420/05)
Fil-paġna 9, fit-tieni kolonna tat-tielet ringiela tat-tabella,
minflok:
“Guangdong Jinqiuangyi Ceramics Co., Ltd.”,
aqra:
“Guangdong Jinqiangyi Ceramics Co., Ltd.”.