ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 400 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 400/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9105 — Rhône Capital/Maxam) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 400/02 |
||
2018/C 400/03 |
||
2018/C 400/04 |
||
2018/C 400/05 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
2018/C 400/06 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
2018/C 400/07 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
2018/C 400/08 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni ( 1 ) |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 400/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9044 — CVC/Recordati) ( 1 ) |
|
2018/C 400/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9071 — Banca Generali/Saxo Bank/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
6.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 400/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9105 — Rhône Capital/Maxam)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 400/01)
Fis-26 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9105. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
6.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 400/2 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
0,00 % fl-1 ta’ Novembru 2018
Rata tal-kambju tal-euro (2)
Il-5 ta’ Novembru 2018
(2018/C 400/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1370 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
128,81 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4596 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,87535 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,3268 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1437 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
137,90 |
NOK |
Krona Norveġiża |
9,5240 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,846 |
HUF |
Forint Ungeriż |
322,44 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3126 |
RON |
Leu Rumen |
4,6608 |
TRY |
Lira Turka |
6,1783 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5803 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4887 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,9047 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7085 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5651 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 278,67 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,3230 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8780 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4383 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 027,71 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7475 |
PHP |
Peso Filippin |
60,515 |
RUB |
Rouble Russu |
75,4376 |
THB |
Baht Tajlandiż |
37,476 |
BRL |
Real Brażiljan |
4,2253 |
MXN |
Peso Messikan |
22,8514 |
INR |
Rupi Indjan |
83,0920 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
6.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 400/3 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta’ Ottubru 2018
dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem imsemmi fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
“Schaf-Heumilch”/“Sheep’s Haymilk”/“Latte fieno di pecora”/“Lait de foin de brebis”/“Leche de heno de oveja” (STG)
(2018/C 400/03)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2)(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Awstrija bagħtet lill-Kummissjoni applikazzjoni għall-protezzjoni tal-ismijiet “Schaf-Heumilch”/“Sheep’s Haymilk”/“Latte fieno di pecora”/“Lait de foin de brebis”/“Leche de heno de oveja” f’konformità mal-Artikolu 49(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni u kkonkludiet li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f’dak ir-Regolament. |
(3) |
Sabiex tippermetti s-sottomissjoni ta’ avviżi ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, imsemmija fl-Artikolu 50(2)(b) ta’ dak ir-Regolament għall-ismijiet “Schaf-Heumilch”/“Sheep’s Haymilk”/“Latte fieno di pecora”/“Lait de foin de brebis”/“Leche de heno de oveja” jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott imsemmija fl-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għall-ismijiet “Schaf-Heumilch”/“Sheep’s Haymilk”/“Latte fieno di pecora”/“Lait de foin de brebis”/“Leche de heno de oveja” (STG) tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
F’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA
“Schaf-Heumilch”/“Sheep’s Haymilk”/“Latte fieno di pecora”/“Lait de foin de brebis”/“Leche de heno de oveja”
Nru tal-UE: TSG-AT-02289 – 22.2.2017
“L-Awstrija”
1. Isem/ismijiet li jrid(u) jiġi/u rreġistrat(i)
“Schaf-Heumilch” (de); “Sheep’s Haymilk” (en); “Latte fieno di pecora” (it); “Lait de foin de brebis” (fr); “Leche de heno de oveja” (es)
2. Tip ta’ prodott
2.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.)
3. Raġunijiet għar-reġistrazzjoni
3.1. Jekk il-prodott
— |
☒ |
jirriżultax minn metodu ta’ produzzjoni, ta’ pproċessar jew ta’ kompożizzjoni li jikkorrispondi għall-prattika tradizzjonali għal dak il-prodott jew l-oġġett tal-ikel |
— |
☐ |
huwiex magħmul minn materja prima jew ingredjenti li jintużaw tradizzjonalment |
Il-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch” hija l-aktar forma naturali tal-produzzjoni tal-ħalib. Il-ħalib jiġi minn annimali li jitrabbew fi rziezet tradizzjonali u sostenibbli tal-produzzjoni tal-ħalib. Id-differenza ewlenija bejn il-ħalib standard u l-ħalib tat-tip “Heumilch”, kif ukoll il-karattru tradizzjonali tal-ħalib tat-tip “Heumilch”, ġejjin mill-fatt li, bħalma kien jiġri fl-eqdem forma tal-produzzjoni tal-ħalib, l-annimali ma jiġux mitmugħa foraġġ iffermentat. Mis-snin sittin (1960s) ’il quddiem, u minħabba l-mekkanizzazzjoni, l-industrijalizzazzjoni tal-agrikoltura bdiet tistrieħ dejjem aktar fuq il-produzzjoni tas-silaġġ (foraġġ iffermentat) u b’hekk naqset il-produzzjoni tal-foraġġ frisk. Barra minn hekk, ir-regolamenti jipprojbixxu l-użu ta’ annimali u għalf li jridu jiġu identifikati bħala “ġenetikament modifikati” skont il-leġiżlazzjoni prevalenti. Il-proċedura tal-għalf tiġi adattata sabiex taqbel mal-bidliet staġjonali: fil-“perjodu tal-għalf tal-ħaxix frisk”, l-annimali jiġu mitmugħa ħaxix frisk u faxxina u xi ħuxlief u forom ta’ għalf permessi skont il-punt 4.2; fil-perjodu tax-xitwa, l-annimali jiġu mitmugħa ħuxlief, jew forom oħrajn ta’ għalf permessi skont il-punt 4.2.
3.2. Jekk l-isem
— |
☐ |
intużax tradizzjonalment sabiex jirreferi għall-prodott speċifiku |
— |
☒ |
jidentifikax il-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott |
In-nagħġa hija wieħed mill-eqdem annimali domestikati fid-dinja. In-nagħaġ ilhom sa mill-Era Bikrija ta’ Żmien il-Ħaġar jipprovdu lill-bnedmin b’laħam, ħalib, ġlud u suf. It-tnissil tan-nagħaġ x’aktarx beda fl-isteppi tal-lbiċ tal-Asja u nġieb fl-Ewropa mill-Persja u l-Balkani. Ir-reġjuni tal-Alpi storikament kienu addattati għat-tnissil tan-nagħaġ. Forma speċjali ta’ produzzjoni intensiva tal-bhejjem, imsejħa “Schwaigen”, intużat b’mod komuni fit-Tirol minn nofs is-seklu tnax. Il-kelma “Schwaig” ġejja mill-Ġermaniż mitkellem bejn l-1050 u l-1350 u tirreferi għal forma speċjali ta’ insedjament u, b’mod partikolari, għall-biedja fir-reġjun tal-Alpi. L-irziezet “Schwaighof” ta’ spiss kienu stabbiliti bħala insedjamenti permanenti mis-sidien tal-art għall-finijiet tat-tnissil tal-bhejjem tal-ifrat u tan-nagħaġ. L-evidenza tal-eżistenza tagħhom fit-Tirol tmur lura għas-seklu tnax. Aktar tard, it-terminu “Schwaige” xi drabi ntuża sabiex jirreferi għal mergħat tal-muntanji kkultivati biss fix-xhur tas-sajf. Il-produtturi tal-ħalib fir-reġjun tal-Alpi jissejħu wkoll “Schwaiger” jew “Schwaigerin”. Sal-aħħar tas-seklu erbatax, l-irziezet “Schwaighof” tat-Tirol kienu primarjament involuti fit-tnissil tan-nagħaġ. It-trobbija tan-nagħaġ fuq mergħat alpini wiesgħa hija għalhekk tradizzjoni fit-Tirol li tmur lura għal mijiet ta’ snin.
Madankollu, mis-seklu erbatax sas-seklu dsatax, it-tnissil tan-nagħaġ fl-Awstrija beda jonqos bil-kbir u ġie sostitwit gradwalment bit-tnissil tal-majjal. Illum il-ġurnata, in-nagħġa reġgħet bdiet tikseb l-importanza għall-produzzjoni tal-ħalib u tal-laħam tagħha.
4. Deskrizzjoni
4.1. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1, inklużi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tiegħu, li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)
Ħalib tan-nagħaġ li huwa konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli.
4.2. Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1 li jridu jsegwu l-produtturi, inklużi, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiki tal-materja prima jew tal-ingredjenti li jintużaw, kif ukoll il-metodu li permezz tiegħu jitħejja l-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)
Il-ħalib tat-tip “Schaf-Heumilch” jiġi prodott skont kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tradizzjonali konformi mal-“Heumilchregulativ” (regolamenti dwar il-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch”). Id-distinzjoni ta’ dan it-tip ta’ ħalib issir minn regoli li jipprojbixxu l-użu ta’ foraġġ iffermentat, bħal silaġġ, u regoli li jipprojbixxu l-użu ta’ annimali u għalf li għandhom jiġu identifikati bħala “ġenetikament modifikati” skont il-leġiżlazzjoni prevalenti.
“Schaf-Heumilch” huwa tip ta’ ħalib tan-nagħaġ li jiġi estratt minn nagħaġ li jkunu qegħdin jipproduċu l-ħalib u li jiġi prodott minn produtturi tal-ħalib li jkunu ntrabtu li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin. Ma jistgħux jintużaw annimali jew għalf li għandhom jiġu identifikati bħala “ġenetikament modifikati” skont il-leġiżlazzjoni prevalenti.
L-azjenda agrikola kollha tat-trobbija tal-bhejjem trid titmexxa skont dawn ir-regoli tal-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch”.
— |
L-annimali jiġu mitmugħa prinċipalment ħaxix frisk, pjanti leguminużi u faxxina matul il-“perjodu tal-għalf tal-ħaxix frisk” u ħuxlief fil-perjodu tax-xitwa. |
— |
Dawn li ġejjin huma inklużi u permessi bħala għalf oħxon addizzjonali: żerriegħa tal-kolza ħadra, qamħirrum aħdar, segala ħadra u pitravi għall-għalf, kif ukoll ħuxlief, nifel u gerbub tal-qamħirrum. |
— |
Mill-inqas 75 % tal-għalf niexef kollu li jingħata lill-annimali kull sena jrid ikun għalf oħxon. |
— |
L-għelejjel taċ-ċereali, bħall-qamħ, ix-xgħir, il-ħafur, it-tritikal, is-segala u l-qamħirrum huma wkoll permessi, fil-forma kummerċjali konvenzjonali tagħhom u f’komposti bil-minerali (eż. nuħħala, gerbub). |
— |
Dawn li ġejjin jistgħu jintużaw ukoll bħala għalf: fażola, piżelli tal-għelieqi, frott żejtni u frakass jew pasta estratti. |
— |
It-tipi ta’ għalf li ġejjin huma pprojbiti: silaġġ (foraġġ iffermentat), ħuxlief umduż u ħuxlief iffermentat. |
— |
L-annimali ma jistgħux jiġu mitmugħa prodotti sekondarji mill-birreriji, mid-distilleriji jew mill-għasir tal-frott, jew prodotti sekondarji oħrajn mill-industrija tal-ikel, bħal żrieragħ imxarrbin tal-birreriji jew biċċiet ta’ pjanti mxarrbin. Xi eċċezzjonijiet huma biċċiet ta’ pjanti nixfin u melassa bħala prodott sekondarju tal-manifattura taz-zokkor u għalf tal-proteina niexef li jiġi prodott matul l-ipproċessar taż-żrieragħ. |
— |
L-annimali li jipproduċu l-ħalib ma għandhom jiġu mitmugħa ebda forma ta’ foraġġ imxarrab. |
— |
L-annimali ma jistgħux jiġu mitmugħa prodotti li ġejjin mill-annimali, ħlief għall-annimali żgħar fl-età, li jistgħu jingħataw ħalib u xorrox. |
— |
L-annimali ma jistgħux jiġu mitmugħa skart tal-ġonna u tal-frott jew urea. |
— |
L-użu ta’ ħama tad-dranaġġ, prodotti ta’ ħama tad-dranaġġ jew kompost li jkun ġej minn impjanti muniċipali tat-trattament tal-iskart, bl-eċċezzjoni ta’ kompost ekoloġiku (taħlita komposta ta’ materja veġetali) huwa pprojbit fiż-żoni kollha sfruttati fuq livell agrikolu mill-azjenda tat-trobbija tal-bhejjem. |
— |
L-azjendi tat-trobbija tal-bhejjem iridu jistennew mill-inqas tliet ġimgħat wara t-tixrid tad-demel qabel ma jużaw l-art sabiex jirgħu l-bhejjem fuqha. |
— |
Huwa permess biss l-użu selettiv ta’ pestiċidi kimiċi sintetiċi taħt is-superviżjoni esperta ta’ speċjalisti agronomiċi u l-immirar ta’ siti speċifiċi fi kwalunkwe waħda miż-żoni tal-għalf aħdar tal-azjenda tat-trobbija tal-bhejjem. |
— |
L-isprej permess għall-qtil tad-dubbien jista’ jintuża fl-imqawel għall-produzzjoni tal-ħalib biss meta ma jkunx hemm in-nagħaġ li jkunu qegħdin jipproduċu l-ħalib. |
— |
Il-ħalib ma jistax jiġi kkonsenjat bħala ħalib tat-tip “Schaf-Heumilch” fi żmien 10 ijiem wara li twelled in-nagħġa. |
— |
Meta jintużaw nagħaġ li jkunu ġew mitmugħa silaġġ (foraġġ iffermentat), irid ikun hemm perjodu ta’ stennija ta’ mill-inqas 14-il jum. |
— |
Fir-rigward tal-annimali alpini li jkunu ġew mitmugħa silaġġ (foraġġ iffermentat) fl-irziezet tagħhom, dawn għandhom jiġu mitmugħa għalf li ma jkunx fih silaġġ għal 14-il jum qabel ma jittellgħu jirgħu fil-mergħat alpini, jew inkella l-ħalib tagħhom jista’ jiġi kklassifikat bħala ħalib tat-tip “Schaf-Heumilch” biss wara li jkunu qattgħu 14-il jum jirgħu fil-mergħat alpini (li jkunu proprjetà tal-fornitur tal-ħalib tat-tip “Schaf Heumilch”). Fil-mergħat alpini ma jista’ jiġi prodott jew użat ebda silaġġ bħala għalf. |
— |
Sabiex tiġi ppreservata l-produzzjoni tradizzjonali tal-ħalib tat-tip “Schaf-Heumilch”, ma jistgħux jintużaw annimali jew għalf li għandhom jiġu identifikati bħala “ġenetikament modifikati” skont il-leġiżlazzjoni prevalenti. |
— |
Ma jista’ jiġi prodott jew maħżun ebda silaġġ (foraġġ iffermentat) fl-azjenda tat-trobbija tal-bhejjem. |
— |
Ma jistgħux jiġu prodotti jew maħżuna balal tondi mgeżwra f’rita ta’ kwalunkwe tip fl-azjenda tat-trobbija tal-bhejjem. |
— |
Ma jista’ jiġi prodott ebda ħuxlief umduż jew ħuxlief iffermentat fl-azjenda tat-trobbija tal-bhejjem. |
4.3. Deskrizzjoni tal-elementi ewlenin li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)
Il-karattru tradizzjonali tal-ħalib tat-tip “Heumilch” ġej mill-fatt li, bħalma kien jiġri fl-eqdem forma tal-produzzjoni tal-ħalib, l-annimali ma jiġux mitmugħa foraġġ iffermentat. Mis-snin sittin (1960s) ’il quddiem, u minħabba l-mekkanizzazzjoni, l-industrijalizzazzjoni tal-agrikoltura bdiet tistrieħ dejjem aktar fuq il-produzzjoni tas-silaġġ (foraġġ iffermentat) u b’hekk naqset il-produzzjoni tal-foraġġ frisk.
It-trobbija tal-bhejjem kienet ibbażata, minn naħa waħda, fuq ir-ragħa fil-mergħat u, min-naħa l-oħra, fuq il-produzzjoni tal-ħaxix u l-ħuxlief fil-mergħat. Skont ir-rekords bil-miktub, il-ħsad tal-ħuxlief — jew ħuxlief u “grummet” [foraġġ aħdar] — mill-inqas darbtejn fis-sena (fenum primum et secundum) kien prattika komuni fit-Tirol mis-seklu 13 ’il quddiem. (Stolz, O., Rechtsgeschichte des Bauernstandes und der Landwirtschaft in Tirol und Vorarlberg [L-istorja legali tal-bdiewa u tal-agrikoltura fit-Tirol u f’Vorarlberg], 1949.)
Ir-reġistru tal-artijiet tal-arċiveskovat ta’ Salzburg fih informazzjoni dettaljata ħafna dwar in-numru ta’ bhejjem fuq l-insedjamenti ta’ “Schwaig” u l-proprjetajiet l-oħrajn kollha li kienu jappartjenu lill-arċiveskovat fil-wied ta’ Ziller fl-1607. Speċifikament fi tmiem kull deskrizzjoni dettaljata tal-irqajja’ ta’ proprjetà individwali hemm dikjarazzjoni li tgħid: “matul ix-xitwa, joqogħdu tant żwiemel, bhejjem tal-ifrat, nagħaġ jew mogħoż”. Il-bdiewa alpini kellhom inqas bhejjem fix-xitwa milli fis-sajf, meta l-mergħat kienu disponibbli. Ma hemmx dubju li r-ragħa fuq mergħat tal-villaġġi kien ipprattikat b’mod intensiv fl-insedjamenti ta’ “Schwaig” u serva bħala sors primarju ta’ għalf għall-bhejjem. Hemm evidenza dokumentarja minn perjodu aktar kmieni, speċifikament is-sekli 13 u 14, li l-irziezet ta’ “Schwaighof” kienu jinkludu mergħat u għelieqi, kif ukoll mergħat u bwar alpini. Dan ifisser li l-produzzjoni tal-ħaxix u tal-ħuxlief twettqet fuq l-irziezet ta’ “Schwaighof” mill-aktar perjodi bikrin. F’ċerta distanza mill-irziezet hemm meded ta’ muntanji li wkoll jappartjenu għall-insedjamenti ta’ “Schwaig”. Dawn il-meded tradizzjonalment kienu jikkonsistu f’mergħat fejn jintbagħtu l-bhejjem sabiex jirgħu għal ftit ġimgħat fir-rebbiegħa u l-ħarifa, u li jintużaw sabiex isir il-ħuxlief matul il-bqija tas-sena. Fost id-diversi tipi ta’ mergħat, dawn il-mergħat muntanjużi jew f’altitudni għolja huma partikolarment karatteristiċi tal-Alpi. Dawn il-mergħat jiġu maħsuda mhux aktar minn darba fis-sena u, f’xi postijiet, darba kull sentejn sa erba’ snin. Il-kwantità ta’ ħuxlief li jipproduċu hija żgħira, iżda dan il-ħuxlief huwa fragranti u nutrittiv ħafna. (Stolz, O., Die Schwaighöfe in Tirol [L-irziezet ta’ Schwaighof fit-Tirol], 1930.)
Irid ikun hemm matmura disponibbli għall-ħuxlief. Il-provvista tal-ħuxlief trid tinħażen sar-rebbiegħa ta’ wara, minħabba li spiss ikun il-każ li l-borra tinżel ftit wara li l-bhejjem jinġiebu fil-mergħat alpini. (Trientl, A., Die Landwirtschaft in den Gebirgsländern [L-agrikoltura fil-pajjiżi muntanjużi], 1892.)
6.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 400/7 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta’ Ottubru 2018
dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem imsemmi fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
“Ziegen-Heumilch”/“Goat’s Haymilk”/“Latte fieno di capra”/“Lait de foin de chèvre”/“Leche de heno de cabra” (STG)
(2018/C 400/04)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2)(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Awstrija bagħtet lill-Kummissjoni applikazzjoni għall-protezzjoni tal-ismijiet “Ziegen-Heumilch”/“Goat’s Haymilk”/“Latte fieno di capra”/“Lait de foin de chèvre”/“Leche de heno de cabra” f’konformità mal-Artikolu 49(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat dik l-applikazzjoni u kkonkludiet li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f’dak ir-Regolament. |
(3) |
Sabiex tippermetti s-sottomissjoni ta’ avviżi ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, imsemmija fl-Artikolu 50(2)(b) ta’ dak ir-Regolament għall-ismijiet “Ziegen-Heumilch”/“Goat’s Haymilk”/“Latte fieno di capra”/“Lait de foin de chèvre”/“Leche de heno de cabra” jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott imsemmija fl-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għall-ismijiet “Ziegen-Heumilch”/“Goat’s Haymilk”/“Latte fieno di capra”/“Lait de foin de chèvre”/“Leche de heno de cabra” (STG) tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
F’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA' SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA
“Ziegen-Heumilch”/“Goat's Haymilk”/“Latte fieno di capra”/“Lait de foin de chèvre”/“Leche de heno de cabra”
Nru tal-UE: TSG-AT-02290-22.2.2017
L-Awstrija
1. Isem/ismijiet li jrid(u) jiġi/u rreġistrat(i)
“Ziegen-Heumilch” (de); “Goat's Haymilk” (en); “Latte fieno di capra” (it); “Lait de foin de chèvre” (fr); “Leche de heno de cabra” (es)
2. Tip ta' prodott
Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.)
3. Raġunijiet għar-reġistrazzjoni
3.1. Huwa prodott
— |
☒ |
li jirriżulta minn metodu ta' produzzjoni, ta' pproċessar jew ta' kompożizzjoni li jikkorrispondi għal prattika tradizzjonali għal dak il-prodott jew l-oġġett tal-ikel; |
— |
☐ |
li huwa magħmul minn materja prima jew ingredjenti li jintużaw tradizzjonalment. |
Il-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch” hija l-iktar forma naturali ta' produzzjoni tal-ħalib li teżisti. Il-ħalib jiġi minn annimali li jitrabbew fi rziezet tradizzjonali u sostenibbli tal-produzzjoni tal-ħalib. Id-differenza ewlenija bejn il-ħalib standard u l-ħalib tat-tip “Heumilch” u l-karattru tradizzjonali ta' dan tal-aħħar huma li, bħalma kien jiġri dari fil-produzzjoni tal-ħalib, l-annimali ma jingħataw l-ebda għalf iffermentat. Mis-snin sittin 'il quddiem, u minħabba l-mekkanizzazzjoni, l-industrijalizzazzjoni tal-agrikoltura bdiet tistrieħ dejjem iktar fuq il-produzzjoni tal-foraġġ insilat (għalf iffermentat) u b'hekk naqset ferm il-produzzjoni tal-foraġġ niexef. Barra minn hekk, il-linji gwida jipprojbixxu l-użu ta' annimali u ta' għalf li jridu jiġu identifikati bħala annimali u għalf ġenetikament modifikati skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. L-alimentazzjoni tal-annimali tinbidel skont l-istaġuni: fil-perjodu tal-foraġġ aħdar, l-annimali jiġu mitmugħa ħaxix frisk, ħuxlief iżda wkoll l-għalf awtorizzat skont il-punt 4.2; il-foraġġ tax-xitwa jkun magħmul minn ħuxlief u l-għalf awtorizzat skont il-punt 4.2.
3.2. Huwa isem
— |
☐ |
li jintuża tradizzjonalment biex jirreferi għall-prodott speċifiku; |
— |
☒ |
li jindika l-karattru tradizzjonali tal-prodott jew l-ispeċifitajiet tiegħu. |
Il-produzzjoni tal-ħalib tal-mogħoż tat-tip “Heumilch” u l-ipproċessar tiegħu ilhom jeżistu minn kemm ilhom jitrabbew il-mogħoż fl-agrikoltura (minn madwar il-ħdax-il seklu qabel Kristu). It-trobbija tal-mogħoż kienet komuni ħafna fil-Medju Evu fix-“Schwaighöfen” (irziezet tradizzjonali) tal-Prealpi u tal-muntanji tat-Tirol fejn ta' spiss il-bdiewa kienu jieħdu l-mogħoż magħhom fil-mergħat imħarbta ħafna tal-Alpi li kienu jinsabu 'l bogħod mill-bwar, sabiex ikollhom provvista ta' ħalib. Il-kelma “Schwaig” ġejja mill-Ġermaniż mitkellem bejn l-1050 u l-1350, u tirreferi għal forma speċifika ta' insedjament tal-bniedem u, b'mod partikolari, għall-biedja fir-reġjun tal-Alpi. Bosta “Schwaighöfe” kienu jinbdew bħala insedjamenti permanenti mis-sidien tal-art stess u l-bhejjem tagħhom kienu jintużaw l-iktar għall-produzzjoni tal-ħalib (u b'mod partikolari għall-produzzjoni tal-ġobon). Dawn l-insedjamenti ilhom jeżistu fit-Tirol sa mis-seklu 12. F'ċerti reġjuni tal-Alpi fejn kienet tiġi pprattikata l-kondiviżjoni ugwali tal-irziezet bejn il-benefiċjarji, il-bdiewa ż-żgħar kienu jrabbu l-mogħoż sabiex ikollhom il-ħalib meħtieġ fl-irziezet li kienu jinsabu fil-wied.
4. Deskrizzjoni
4.1. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1, b'indikazzjoni tal-karatteristiki fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi ewlenin tiegħu li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament)
Ħalib tal-mogħoż li huwa konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.
4.2. Deskrizzjoni tal-metodu ta' produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1 li l-produtturi jridu jsegwu inkluż, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiki tal-materja prima jew l-ingredjenti użati, u l-metodu li permezz tiegħu jiġi ppreparat il-prodott (l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament)
Il-ħalib tal-mogħoż tat-tip “Heumilch” huwa prodott b'mod tradizzjonali b'konformità mal-“Heumilchregulativ” (regoli dwar il-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch”). Dan it-tip ta' ħalib huwa kkaratterizzat mill-projbizzjoni tal-foraġġ iffermentat, bħall-foraġġ insilat, u mill-projbizzjoni tal-użu ta' annimali u ta' għalf li jridu jiġu identifikati bħala annimali u għalf ġenetikament modifikati skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.
Il-ħalib tal-mogħoż tat-tip “Heumilch” huwa ħalib tal-mogħoż prodott minn azjendi agrikoli li jkunu ntrabtu li jħarsu l-kriterji li ġejjin: l-użu ta' annimali u ta' għalf li jridu jiġu identifikati bħala annimali u għalf ġenetikament modifikati skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ huwa pprojbit.
L-azjenda agrikola kollha trid titmexxa skont ir-regoli tal-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch”.
— |
L-alimentazzjoni tal-annimali hija magħmula essenzjalment minn ħaxix frisk u minn pjanti leguminużi fil-perjodu tal-foraġġ aħdar u minn ħuxlief fil-perjodu tal-foraġġ tax-xitwa. |
— |
It-tipi ta' għalf oħxon li jistgħu jintużaw bħala suppliment huma l-kolza, il-qamħirrum u s-segala għall-għalf, il-pitravi għall-għalf, kif ukoll il-gerbub tal-ħuxlief, tan-nefel u tal-qamħirrum u tipi simili ta' għalf. |
— |
Tal-inqas 75 % mill-għalf niexef kollu li l-annimali jingħataw kull sena jrid ikun għalf oħxon. |
— |
Bħala ċereali jistgħu jintużaw il-qamħ, ix-xgħir, il-ħafur, it-tritikal, is-segala u l-qamħirrum jew fil-forma kummerċjali konvenzjonali tagħhom, jew inkella mħallta ma' minerali (granza, gerbub, eċċ.). |
— |
Il-ful, il-piżelli għall-għalf, il-frott żejtni u d-dqiq oħxon u/jew il-pasta tal-estrazzjoni huma awtorizzati wkoll. |
— |
L-użu tal-foraġġ insilat (għalf iffermentat) u tal-ħuxlief umduż jew iffermentat bħala għalf huwa pprojbit. |
— |
L-annimali ma għandhomx jingħalfu bil-prodotti sekondarji tal-birreriji, tad-distilleriji u tal-fabbriki tas-sidru, jew bi prodotti sekondarji oħrajn tal-industrija alimentari, bħall-fond u l-iskart tal-birreriji jew il-polpa umduża. Eċċezzjoni: il-polpa diżidratata u l-melassa li huma prodotti sekondarji tal-produzzjoni taz-zokkor u l-għalf tal-proteini li joħroġ mill-ipproċessar taċ-ċereali, fil-forma niexfa tiegħu. |
— |
L-annimali tas-sess femminili ma għandhom jingħataw l-ebda għalf umduż. |
— |
L-annimali ma għandhom jingħataw l-ebda għalf li jkun ġej mill-annimali (bħall-ħalib, ix-xorrox, id-dqiq mill-karkassi, eċċ.), ħlief għall-annimali ż-żgħar li jistgħu jingħataw il-ħalib u x-xorrox. |
— |
L-annimali ma għandhom jingħataw l-ebda skart tal-ġonna u tal-frott, bħall-patata u l-urea. |
— |
Fir-raba' kollu tagħhom, il-fornituri tal-ħalib ma għandhom jużaw l-ebda ħama tad-drenaġġ, prodott tal-ħama tad-drenaġġ jew kompost li jkun ġej minn impjanti muniċipali tat-trattament tal-ilma mormi, minbarra l-kompost ekoloġiku. |
— |
Il-fornituri tal-ħalib iridu jistennew tal-inqas tliet ġimgħat minn meta jinxtered id-demel tal-bhejjem biex jużaw il-foraġġ miksub mir-raba' tal-foraġġ kollu tagħhom. |
— |
Fir-raba' tal-foraġġ kollu tal-fornituri tal-ħalib, il-prodotti kimiċi fitosanitarji sintetiċi jistgħu jintużaw biss b'mod selettiv u mmirat, taħt is-superviżjoni ta' konsulenti agrikoli esperti. |
— |
L-użu ta' sustanzi bil-bexx awtorizzati kontra d-dubbien fil-bini fejn jinżammu l-bhejjem tal-ħalib huwa possibbli biss meta fih ma jkunx hemm il-bhejjem tas-sess femminili. |
— |
Il-ħalib jista' jibda jitqassam bħala ħalib tal-mogħoż tat-tip “Heumilch” minn għaxart ijiem wara t-twelid. |
— |
Fil-każ tal-mogħoż li jkunu ngħalfu bil-foraġġ insilat (foraġġ iffermentat), irid jgħaddi perjodu ta' stennija ta' mill-inqas 14-il jum. |
— |
Fil-każ ta' annimali tal-Alpi li jkunu ngħalfu bil-foraġġ insilat (foraġġ iffermentat) fir-razzett fejn ikunu qed jitrabbew, dawn iridu jingħalfu b'għalf li ma jkunx jinkludi l-foraġġ insilat għal 14-il jum qabel ma jittellgħu jirgħu fil-mergħat tal-Alpi, jew inkella l-ħalib tagħhom jista' jibda jintuża bħala ħalib tal-mogħoż tat-tip “Heumilch” biss wara li jkunu qattgħu 14-il jum fir-reġjun tal-Alpi (fl-unità ta' produzzjoni tal-ħalib tal-mogħoż tat-tip “Heumilch” li tappartjeni lill-istess razzett). Fil-mergħat fir-reġjun tal-Alpi, la jista' jiġi prodott il-foraġġ insilat u l-annimali lanqas ma jistgħu jingħalfu bih. |
— |
Sabiex jinżamm il-karattru tradizzjonali tal-ħalib tal-mogħoż tat-tip “Heumilch”, ma jistgħux jintużaw annimali u għalf li jridu jiġu identifikati bħala annimali u għalf ġenetikament modifikati skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. |
— |
La jista' jiġi prodott u lanqas maħżun il-foraġġ insilat (foraġġ iffermentat). |
— |
La jistgħu jiġu prodotti u lanqas maħżuna l-balal tondi ta' kull tip imkebbin fil-plastik irqiq. |
— |
Ma jista' jiġi prodott l-ebda ħuxlief umduż jew ħuxlief iffermentat. |
4.3. Deskrizzjoni tal-elementi essenzjali li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament)
Il-ħalib tal-mogħoż tat-tip “Heumilch” ivarja mill-ħalib tal-mogħoż standard minħabba l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tiegħu rregolati mill-“Heumilchregulativ” (regoli dwar il-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch”), spjegati fil-punt 4.2.
6.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 400/11 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2018/C 400/05)
Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Ġermanja
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Il-Ġermanja
Suġġett tal-kommemorazzjoni : Berlin (serje “Stati Federali” (Bundesländer))
Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-binja prinċipali tal-Palazz ta’ Charlottenburg, li jidher min-naħa tal-Bitħa Prinċipali. Il-parti ta’ ġewwa turi wkoll l-isem “BERLIN” u l-marka taz-zekka rispettiva (“A”, “D”, “F”, “G” jew “J”) fin-naħa ta’ isfel, il-kodiċi tal-pajjiż tal-ħruġ “D” fin-naħa ta’ fuq, fuq il-lemin, is-sena “2018” fuq ix-xellug fin-naħa ta’ fuq u l-marka tal-inċiżur fin-naħa ta’ isfel tax-xellug.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :
30 000 000Data tal-ħruġ : It-30 ta’ Jannar 2018
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
6.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 400/12 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2018/C 400/06)
Wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-2 euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mir-Repubblika ta’ San Marino
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Ir-Repubblika ta’ San Marino
Suġġett tal-kommemorazzjoni : L-420 anniversarju tat-twelid ta’ Gian Lorenzo Bernini
Deskrizzjoni tad-disinn : iċ-ċentru tal-munita jirrappreżenta dettall mill-iskultura ta’ Bernini, il-“Bust ta’ Costanza Bonarelli”, u d-dati “1598-2018”; mat-tarf, fuq ix-xellug tidher l-iskrizzjoni “SAN MARINO”, fuq il-lemin l-iskrizzjoni “BERNINI”, l-ittra “R” tirrappreżenta z-ZEKKA ta’ Ruma u l-inizjali tal-artista Annalisa Masini “A.M.”.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :
60 500Data tal-ħruġ : Settembru 2018
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
6.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 400/13 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2018/C 400/07)
Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : L-Istat tal-Belt tal-Vatikan
Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-50 anniversarju mill-mewt ta’ Padre Pio
Deskrizzjoni tad-disinn : Il-karatteristiċi tad-disinn jirrappreżentaw il-profil tal-lemin ta’ ritratt ta’ Padre Pio. Fin-naħa ta’ fuq, mix-xellug għal-lemin, f’nofs ċirku hemm l-iskrizzjoni tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “CITTÀ DEL VATICANO”. Fin-naħa ta’ isfel hemm l-iskrizzjoni “Padre Pio” u fuq il-lemin tagħha l-marka taz-zekka “R”. Fuq in-naħa tax-xellug tad-disinn hemm is-sena “1968” u fuq il-lemin hemm is-sena tal-ħruġ “2018”. Fin-naħa ta’ isfel, fuq ix-xellug hemm l-isem tal-artist “P.DANIELE”.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :
101 000Data tal-ħruġ : l-4 ta’ Ottubru 2018
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
6.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 400/14 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 400/08)
Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/68/KE, ir-referenza tal-Approvazzjoni Ewropea għall-Materjali li ġejja (EAM) hija ppubblikata:
In-numru |
L-isem fil-qosor |
It-titlu sħiħ |
0879-1:2001/05 |
EAM Nikil 201–1 |
EAM Nikil 201 — pjanċi, folji u strippi rrumblati bis-sħana u bil-kesħa (tan-nikel pur b’karbonju baxx għal apparat ta’ pressjoni) |
0879-2:2001/05 |
EAM Nikil 201-2 |
EAM Nikil 201 - Xogħol tal-forġa (nikel pur b’karbonju baxx għal apparat ta’ pressjoni) |
0879-3:2001/05 |
EAM Nikil 201-3 |
EAM tan-Nikil 201 Biċċiet (nikil pur b’karbonju baxx għal apparat ta’ pressjoni) |
0879-4:2001/05 |
EAM Nikil 201-4 |
EAM Nikil 201 - Tubi mingħajr xfar (nikil pur b’karbonju baxx għal apparat ta’ pressjoni) |
Nota:
Kopji oriġinali ta’ din l-Approvazzjoni Ewropea għall-Materjali tista’ tinkiseb minn TÜV UK LIMITED, AMP House Suites 27-29 Fifth Floor Dingwall Road, Croydon CR0 2LX, United Kingdom Tel. +44 2086807711, Fax +44 2086804035, Email: enquiries.uk@tuv-nord.co.uk. Jintalab ħlas amministrattiv ta’ EUR 80 mal-ordni. Dan id-dokument huwa disponibbli wkoll biex jitniżżel bla ħlas mis-siti web tal-kumpaniji.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
6.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 400/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9044 — CVC/Recordati)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 400/09)
1.
Fis-26 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”) (il-Lussemburgu), kif ukoll |
— |
Recordati S.p.A (“Recordati”) (l-Italja). |
CVC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani ta’ Recordati kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— CVC: ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment u pjattaformi. Il-kumpaniji tal-portafoll ikkontrollata minn CVC notevolment jinkludu kumpaniji attivi fis-settur farmaċewtiku: Alvogen, DOC Generici, u Theramex;
— Recordati: l-iżvilupp u l-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9044 — CVC/Recordati
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks: +32 22964301 |
Indirizz tal-posta: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
6.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 400/16 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9071 — Banca Generali/Saxo Bank/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 400/10)
1.
Fil-25 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Banca Generali S.p.A. (“Banca Generali”, l-Italja), ikkontrollat minn Assicurazioni Generali S.p.A. (“Assicurazioni Generali”, l-Italja); |
— |
Saxo Bank A/S (“Saxo Bank”, id-Danimarka), ikkontrollat minn Zhejiang Geely Holding Group Co., Ltd (“Zhejiang Geely Holding Group”, iċ-Ċina); |
— |
BG SAXO SIM S.p.A., entità maħluqa ġdida (“NewCo”, l-Italja). |
Banca Generali u Saxo Bank jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ NewCo.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Banca Generali joffri firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi fis-setturi bankarji, finanzjarji u tal-assigurazzjoni; |
— |
Saxo Bank huwa bank ta’ investiment online li jispeċjalizza f’servizzi kummerċjali u ta’ investiment online; |
— |
NewCo hija pjattaforma online għal kummerċ online fl-Italja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9071 — Banca Generali/Saxo Bank/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks: +32 22964301 |
Indirizz tal-posta: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).