ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 399

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
5 ta' Novembru 2018


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 399/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 399/02

Kawża C-57/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-4 ta Settembru 2018 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Rapport ta’ analiżi tal-impatt, abbozz ta’ rapport ta’ analiżi tal-impatt u opinjoni tal-kumitat ta’ analiżi tal-impatt — Inizjattivi leġiżlattivi fil-qasam ambjentali — Rifjut ta’ aċċess — Żvelar tad-dokumenti mitluba fil-mori tal-kawża — Persistenza tal-interess ġuridiku — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali pendenti ta’ istituzzjoni tal-Unjoni — Preżunzjoni ġenerali)

2

2018/C 399/03

Kawża C-430/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Bank Mellat vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Appell — Politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) — Ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran — Miżuri settorjali — Restrizzjonijiet għat-trasferimenti ta’ fondi li jinvolvu stabbilimenti finanzjarji Iranjani — Tisħiħ tal-miżuri restrittivi — Sistema kontenzjuża li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2012/635/PESK u mir-Regolament (UE) Nru 1263/2012 — Implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Komprensiv Konġunt dwar il-kwistjoni nukleari Iranjana — It-tneħħija tal-miżuri restrittivi kollha tal-Unjoni Ewropea marbuta ma’ din il-kwistjoni — Tħassir tas-sistema kkontestata fil-mori tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali — Impatt fuq l-interess ġuridiku quddiem il-Qorti Ġenerali — Assenza ta’ persistenza tal-interess ġuridiku)

3

2018/C 399/04

Kawża C-488/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Bundesverband Souvenir – Geschenke – Ehrenpreise eV vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Freistaat Bayern (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali NEUSCHWANSTEIN — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 7(1)(b) u (c) — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Indikazzjoni ta’ oriġini ġeografika — Karattru distintiv — Artikolu 52(1)(b) — Mala fide)

4

2018/C 399/05

Kawża C-527/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Salzburger Gebietskrankenkasse, Bundesminister für Arbeit, Soziales und Konsumentenschutz (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Regolament (KE) Nru 987/2009 — Artikoli 5 u 19(2) — Ħaddiema kkollokati fi Stat Membru differenti minn dak li fih hija l-persuna li timpjega teżerċita normalment l-attivitajiet tagħha — Ħruġ ta’ ċertifikati A1 mill-Istat Membru ta’ oriġini wara r-rikonoxximent mill-Istat Membru ospitanti tal-issuġġettar tal-ħaddiema għall-iskema tas-sigurtà soċjali tiegħu — Opinjoni tal-Bord Amministrattiv — Ħruġ bi żball taċ-ċertifikati A1 — Konstatazzjoni — Natura vinkolanti u effett retroattiv ta’ dawn iċ-ċertifikati — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Leġiżlazzjoni applikabbli — Artikolu 12(1) — Kunċett ta’ persuna li tkun “intbagħtet hemm biex tieħu post persuna oħra)

4

2018/C 399/06

Kawża C-4/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Infiq eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni Ewropea — Infiq magħmul mir-Repubblika Ċeka — Regolament (KE) Nru 479/2008 — Artikolu 11(3) — Kunċett ta’ ristrutturazzjoni tal-vinji)

6

2018/C 399/07

Kawża C-17/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – ir-Renju Unit) – Grenville Hampshire vs The Board of the Pension Protection Fund (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni ta’ ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega — Direttiva 2008/94/KE — Artikolu 8 — Skemi komplementari ta’ previdenza — Protezzjoni tad-drittijiet għall-benefiċċji tax-xjuħija — Livell ta’ protezzjoni minima ggarantit)

6

2018/C 399/08

Kawża C-21/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – Catlin Europe SE vs O.K. Trans Praha spol. s r. o. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali — Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas — Regolament (KE) Nru 1896/2006 — Ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas flimkien mat-talba għal ordni — Assenza ta’ traduzzjoni tat-talba għal ordni — Ordni ta’ ħlas Ewropea ddikjarata eżekuttiva — Talba għal eżami mill-ġdid wara li jkun skada t-terminu ta’ oppożizzjoni — Notifika u komunikazzjoni tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji — Regolament (KE) Nru 1393/2007 — Applikabbiltà — Artikolu 8 u Anness II — Informazzjoni tad-destinatarju tad-dritt li jirrifjuta li jaċċetta att promotur mhux tradott — Assenza tal-formola standard — Konsegwenzi)

7

2018/C 399/09

Kawża C-80/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – Fundo de Garantia Automóvel vs Alina Antónia Destapado Pão Mole Juliana, Cristiana Micaela Caetano Juliana (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur — Direttiva 72/166/KEE — Artikolu 3(1) — It-Tieni Direttiva 84/5/KEE — Artikolu 1(4) — Obbligu li tinħareġ assigurazzjoni — Vettura stazzjonata f’art privata — Dritt ta’ azzjoni legali tal-korp ta’ kumpens kontra l-proprjetarju tal-vettura mhux assigurata)

8

2018/C 399/10

Kawża C-244/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ Settembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Deċiżjoni (UE) 2017/477 — Pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta’ Kooperazzjoni stabbilit taħt il-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Kazakistan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-arranġamenti ta’ ħidma tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni, tas-Sottokumitati Speċjalizzati jew ta’ kwalunkwe korp ieħor — Artikolu 218(9) TFUE — Deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’istanza stabbilita taħt ftehim internazzjonali — Ftehim li fih ċerti dispożizzjonijiet jistgħu jkunu relatati mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) — Regola ta’ vot)

9

2018/C 399/11

Kawża C-346/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Christoph Klein vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Appell — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea — Direttiva 93/42/KEE — Mezzi mediċi — Artikolu 8(1) u (2) — Proċedura ta’ klawżola ta’ salvagwardja — Notifika minn Stat Membru ta’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ mezz mediku — Assenza ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea — Ksur serju biżżejjed ta’ dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tikkonferixxi drittijiet fuq l-individwi — Rabta kawżali bejn l-aġir tal-istituzzjoni u d-dannu invokat — prova tal-eżistenza u l-portata tad-dannu)

9

2018/C 399/12

Kawża C-454/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Vincent Piessevaux vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Servizz pubbliku — Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII — Drittijiet għall-pensjoni miksuba fi skema nazzjonali — Trasferiment ta’ dawn id-drittijiet lejn l-iskema ta’ pensjonijiet tal-Unjoni — Differenza fit-trattament bejn l-uffiċjali li raw il-kapital li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni tagħhom ittrasferiti fl-iskema tal-Unjoni qabel u wara d-dħul fis-seħħ ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni ġodda)

10

2018/C 399/13

Kawża C-471/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hannover (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali u tariffa doganali komuni — Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Instant noodles moqlija — Subintestatura tariffarja 1902 30 10)

11

2018/C 399/14

Kawża C-547/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Basic Net SpA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva li tirrappreżenta tliet strixxi vertikali — Prova ta’ karattru distintiv akkwistat permezz tal-użu)

11

2018/C 399/15

Kawża C-79/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich – l-Awstrija) – Proċeduri mibdija minn Gmalieva s.r.o. et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Monopolju tal-logħob tal-ażżard fi Stat Membru — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-operat ta’ magni tal-logħob mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet amministrattivi)

12

2018/C 399/16

Kawżi Magħquda C-208/17 P u C-210/17 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Settembru 2018 – NF (C-208/17 P), NG (C-209/17 P), NM (C-210/17 P) vs Il-Kunsill Ewropew (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Dikjarazzjoni UE-Turkija tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta’ Marzu 2016 — Talba għall-annullament)

13

2018/C 399/17

Kawża C-472/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di L’Aquila – l-Italja) – Gabriele Di Girolamo vs Ministero della Giustizia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Politika soċjali — Xogħol għal żmien determinat — Kummissarji tal-Ġustizzja — Inammissibbiltà manifesta)

13

2018/C 399/18

Kawża C-542/17 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Settembru 2018 – Allstate Insurance Company vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali DRIVEWISE — Ċaħda tal-applikazzjoni — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 7(1)(c) — Artikolu 7(2) — Artikolu 75 — Karattru deskrittiv — Neoloġiżmu kompost minn elementi li kull wieħed minnhom huwa deskrittiv tal-karatteristiċi tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati — Destinazzjoni tal-prodotti u tas-servizzi — Żnaturament — Obbligu ta’ motivazzjoni)

14

2018/C 399/19

Kawża C-67/18 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Dominique Bilde vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Ammissibbiltà — Parlament Ewropew — Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati tal-Parlament Ewropew — Allowance ta’ assistenza Parlamentari — Irkupru tas-sommom imħallsa indebitament)

14

2018/C 399/20

Kawża C-84/18 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Sophie Montel vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Ammissibbiltà — Parlament Ewropew — Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u l-kumpens tad-deputati fil-Parlament Ewropew — Kumpens għal assistenza parlamentari — Irkupru tas-somom imħallsa indebitatament)

15

2018/C 399/21

Kawża C-90/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Visoki upravni sud – il-Kroazja) – Hrvatska banka za obnovu i razvitak (HBOR) vs Povjerenik za informiranje Republike Hrvatske (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Assenza ta’ dettalji suffiċjenti fir-rigward tal-kuntest fattwali u regolatorju tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll tar-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari — Inammissibbiltà manifesta)

15

2018/C 399/22

Kawża C-184/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Central Administrativo Sul) – il-Portugall – Fazenda Pública vs Carlos Manuel Patrício Teixeira, Maria Madalena da Silva Moreira Patrício Teixeira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Tassazzjoni diretta — Artikolu 18 TFUE — Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni — Artikoli 63, 64 u 65 TFUE — Moviment liberu tal-kapital — Piż fiskali ikbar fuq il-qligħ kapitali mill-proprjetà mwettaq minn persuni mhux residenti — Restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-kapital lejn jew minn pajjiż terz)

16

2018/C 399/23

Kawża C-237/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège – il-Belġju) – Pauline Stiernon et vs Etat belge, SPF Santé publique, Communauté française de Belgique (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Moviment liberu tal-ħaddiema — Libertà professjonali — Artikoli 20, 21 u 45 TFUE — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 15 — Professjoni ta’ terapista tal-psikomotorja mhux inkluża fil-lista nazzjonali tal-professjonijiet paramediċi)

17

2018/C 399/24

Kawża C-136/18 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 minn Robert Hansen mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-14 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-304/16 – bet365 Group vs EUIPO

17

2018/C 399/25

Kawża C-425/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fit-28 ta’ Ġunju 2018 – Consorzio Nazionale Servizi Società Cooperativa (CNS) vs Gruppo Torinese Trasporti Gtt SpA

18

2018/C 399/26

Kawża C-450/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Gerona (Spanja) fid-9 ta’ Lulju 2018 – WA vs Instituto Nacional de la Seguridad Social

18

2018/C 399/27

Kawża C-457/18: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 – Ir-Repubblika tas-Slovenja vs Ir-Repubblika tal-Kroazja

19

2018/C 399/28

Kawża C-465/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-16 ta’ Lulju 2018 – AV, BU vs Comune di Bernareggio

21

2018/C 399/29

Kawża C-471/18 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2018 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-8 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża T-283/15, Esso Raffinage vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

21

2018/C 399/30

Kawża C-475/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-20 ta’ Lulju 2018 – SATI – Società Autocooperative Trasporti Italiani SpA vs Azienda di Trasporti Molisana – A.T.M. SpA

22

2018/C 399/31

Kawża C-498/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-27 ta’ Lulju 2018 – ZW vs Deutsche Lufthansa AG

23

2018/C 399/32

Kawża C-530/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Ilfov (ir-Rumanija) fit-13 ta’ Awwissu 2018 – EP vs FO

23

2018/C 399/33

Kawża C-576/18: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

24

2018/C 399/34

Kawża C-586/18 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2018 minn Buonotourist Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-11 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-185/15, Buonotourist vs Il-Kummissjoni

25

2018/C 399/35

Kawża C-587/18 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2018 minn CSTP Azienda della Mobilità SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-11 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-186/15, CSTP Azienda della Mobilità vs Il-Kummissjoni

26

2018/C 399/36

Kawża C-591/18 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 minn Brugg Kabel AG u Kabelwerke Brugg AG Holding mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-12 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-441/14, Brugg Kabel AG u Kabelwerke Brugg AG Holding vs Il-Kummissjoni Ewropea

28

2018/C 399/37

Kawża C-186/17: Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs Iberia Express SA

30

2018/C 399/38

Kawża C-212/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Galicia – Spanja) – Simón Rodríguez Otero vs Televisión de Galicia SA, Ministerio Fiscal

30

2018/C 399/39

Kawża C-594/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Awwissu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja, sostnuta minn: Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana

30

2018/C 399/40

Kawża C-36/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

31

2018/C 399/41

Kawża C-86/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Awwissu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

31

2018/C 399/42

Kawża C-284/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Equitalia centro SpA vs Poste Italiane SpA

31

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 399/43

Kawża T-604/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2018 – HD vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance tad-dar — Allowance tal-edukazzjoni — Allowance tat-tfal dipendenti — Kundizzjonijiet għall-għoti — Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura rċevuta minn sorsi oħra — Irkupru tal-ammont indebitu — Deċiżjonijiet li jtemmu d-drittijiet għal ċerti allowances — Żball ta’ liġi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

32

2018/C 399/44

Kawża T-623/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2018 – Volkswagen vs EUIPO – Paalupaikka (MAIN AUTO WHEELS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MAIN AUTO WHEELS — Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea VW — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Obbligu ta’ motivazzjoni — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li saret l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001))

33

2018/C 399/45

Kawża T-39/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2018 – Chambre de commerce et d’industrie métropolitaine Bretagne-Ouest (port de Brest) vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti relatati ma’ investigazzjonijiet preliminari dwar skemi ta’ għajnuna mill-Istat fis-settur tal-portijiet tal-Istati Membri kollha — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu — Regolament (KE) Nru 45/2001 — Kunċett ta’ ħajja privata — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni jew ta’ awditu — Applikazzjoni ta’ preżunzjoni ġenerali — Interess pubbliku superjuri)

33

2018/C 399/46

Kawża T-266/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 20 ta’ Settembru 2018 – Kwizda Holding vs EUIPO – Dermapharm (UROAKUT) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea UROAKUT — Trade marks figurattivi preċedenti nazzjonali u internazzjonali UroCys — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Setgħa ta’ bidla — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]

34

2018/C 399/47

Kawża T-392/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – TE vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji — Ċaħda tar-rikors fil-kawża prinċipali — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

35

2018/C 399/48

Kawża T-337/18 R u T-347/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Awwissu 2018 – Laboratoire Pareva u Biotech3D vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji — Regolament (UE) Nru 528/2012 — Prodotti bijoċidali — Sustanza attiva PHMB (1415; 4.7) — Rifjut tal-approvazzjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Fumus boni juris — Ibbilanċjar tal-interessi)

35

2018/C 399/49

Kawża T-362/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2018 – Robert vs Conseil national de l’ordre des pharmaciens (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Ċaħda tar-rikors prinċipali — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

36

2018/C 399/50

Kawża T-475/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Awwissu 2018 – Boyer vs Wallis-et-Futuna (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Talba għal miżuri provviżorji — Inammissibbiltà)

37

2018/C 399/51

Kawża T-504/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2018 – XG vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji — Rifjut ta’ aċċess għall-bini tal-Kummissjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ interess li jinkisbu l-miżuri provviżorji mitluba)

37

2018/C 399/52

Kawża T-490/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2018 – Neda Industrial Group vs Il-Kunsill

38

2018/C 399/53

Kawża T-505/18: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2018 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

39

2018/C 399/54

Kawża T-509/18: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2018 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

39

2018/C 399/55

Kawża T-516/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2018 – Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni

40

2018/C 399/56

Kawża T-518/18: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2018 – YG vs Il-Kummissjoni

41

2018/C 399/57

Kawża T-519/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2018 – Global Silicones Council and Others vs ECHA

42

2018/C 399/58

Kawża T-524/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2018 – Billa vs EUIPO – Boardriders IP Holdings (Billa)

43

2018/C 399/59

Kawża T-525/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2018 – ENGIE Global LNG Holding et vs Il-Kummissjoni

44

2018/C 399/60

Kawża T-531/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2018 – LL-Carpenter vs Il-Kummissjoni

45

2018/C 399/61

Kawża T-533/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2018 – Wanda Films u Wanda Visión vs EUIPO – Dalian Wanda Group Co. (WANDA FILMS)

46

2018/C 399/62

Kawża T-536/18: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2018 – Société des produits Nestlé vs EUIPO – European Food (fitness)

47

2018/C 399/63

Kawża T-538/18: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2018 – Dickmanns vs EUIPO

48

2018/C 399/64

Kawża T-540/18: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2018 – ASL Aviation Holdings and ASL Airlines (Ireland) vs Il-Kummissjoni

49

2018/C 399/65

Kawża T-542/18: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2018 – Wanda Films u Wanda Visión vs EUIPO – Dalian Wanda Group Co. (wanda films)

51

2018/C 399/66

Kawża T-543/18: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2018 – XK vs Il-Kummissjoni

52

2018/C 399/67

Kawża T-544/18: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2018 – ArcelorMittal Bremen vs Il-Kummissjoni

52

2018/C 399/68

Kawża T-546/18: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2018 – XM et vs Il-Kummissjoni

53

2018/C 399/69

Kawża T-556/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2018 – Sensient Colors Europe vs Il-Kummissjoni

54

2018/C 399/70

Kawża T-557/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2018 – LG Electronics vs EUIPO – Beko (BECON)

55

2018/C 399/71

Kawża T-559/18: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2018 – Atos Medical vs EUIPO – Andreas Fahl Medizintechnik – Vertrieb (ġibs mediku)

55

2018/C 399/72

Kawża T-560/18: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2018 – Atos Medical vs EUIPO – Andreas Fahl Medizintechnik- Vertrieb (ġibs mediku)

56

2018/C 399/73

Kawża T-562/18: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 – YP vs Il-Kummissjoni

57

2018/C 399/74

Kawża T-776/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2018 – Medora Therapeutics vs EUIPO – Biohealth Italia (LITHOREN)

58

2018/C 399/75

Kawża T-371/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2018 – Reiner Stemme Utility Air Systems vs AESA

58


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 399/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 392, 29.10.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 381, 22.10.2018

ĠU C 373, 15.10.2018

ĠU C 364, 8.10.2018

ĠU C 352, 1.10.2018

ĠU C 341, 24.9.2018

ĠU C 328, 17.9.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-4 ta Settembru 2018 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-57/16 P) (1)

((Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Rapport ta’ analiżi tal-impatt, abbozz ta’ rapport ta’ analiżi tal-impatt u opinjoni tal-kumitat ta’ analiżi tal-impatt - Inizjattivi leġiżlattivi fil-qasam ambjentali - Rifjut ta’ aċċess - Żvelar tad-dokumenti mitluba fil-mori tal-kawża - Persistenza tal-interess ġuridiku - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali pendenti ta’ istituzzjoni tal-Unjoni - Preżunzjoni ġenerali))

(2018/C 399/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ClientEarth (rappreżentanti: O. W. Brouwer, J. Wolfhagen u F. Heringa, advocaten)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u M. Konstantinidis, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-appellanti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u M. J. Heliskoski, aġenti), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson u N. Otte Widgren, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Novembru 2015, ClientEarth vs Il-Kummissjoni (T-424/14 u T-425/14, EU:T:2015:848), hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-1 ta’ April 2014, li tirrifjuta l-aċċess għal rapport ta’ analiżi tal-impatt dwar abbozz ta’ strument vinkolanti li jistabbilixxi l-kuntest strateġiku ta’ proċeduri ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza bbażati fuq ir-riskji u li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll għal opinjoni tal-kumitat ta’ analiżi tal-impatt, hija annullata.

3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-3 ta’ April 2014, li tirrifjuta l-aċċess għal abbozz ta’ rapport ta’ analiżi tal-impatt dwar l-aċċess għall-ġustizzja fil-qasam ambjentali fil-livell tal-Istati Membri fil-qasam tal-politika ambjentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll għal opinjoni tal-kumitat ta’ analiżi tal-impatt, hija annullata.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk imġarrbin minn ClientEarth fl-ewwel istanza kif ukoll fil-proċedura ta’ appell.

5)

Ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mal-proċedura ta’ appell.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Bank Mellat vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-430/16 P) (1)

((Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) - Ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Miżuri settorjali - Restrizzjonijiet għat-trasferimenti ta’ fondi li jinvolvu stabbilimenti finanzjarji Iranjani - Tisħiħ tal-miżuri restrittivi - Sistema kontenzjuża li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2012/635/PESK u mir-Regolament (UE) Nru 1263/2012 - Implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Komprensiv Konġunt dwar il-kwistjoni nukleari Iranjana - It-tneħħija tal-miżuri restrittivi kollha tal-Unjoni Ewropea marbuta ma’ din il-kwistjoni - Tħassir tas-sistema kkontestata fil-mori tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali - Impatt fuq l-interess ġuridiku quddiem il-Qorti Ġenerali - Assenza ta’ persistenza tal-interess ġuridiku))

(2018/C 399/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Bank Mellat (rappreżentanti: M. Brindle, T. Otty, QC, MacLeod u R. Blakeley, barristers, S. Zaiwalla, Z. Burbeza, A. Meskarian u P. Reddy, solicitors)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Rodios, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gauci, J. Norris-Usher u M. Konstantinidis, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Brandon, aġent, assistit minn M. Gray, barrister)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ Ġunju 2016, Bank Mellat vs Il-Kunsill (T-160/13, EU:T:2016:331), hija annullata.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors ippreżentat bin-numru T-160/13 mill-Bank Mellat, intiż għall-annullament tal-Artikolu 1(15) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012 tal-21 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, jew tal-imsemmija dispożizzjoni sa fejn hija ma tipprevedix eċċezzjoni li tapplika għall-każ tal-Bank Mellat, kif ukoll it-talba tagħha intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tiddikjara li l-Artikolu 1(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, ma tapplikax għalih.

3)

Il-Bank Mellat u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta kemm mal-proċedura tal-appell kif ukoll tal-proċedura fl-ewwel istanza.

4)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Bundesverband Souvenir – Geschenke – Ehrenpreise eV vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Freistaat Bayern

(Kawża C-488/16 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali NEUSCHWANSTEIN - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(1)(b) u (c) - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Indikazzjoni ta’ oriġini ġeografika - Karattru distintiv - Artikolu 52(1)(b) - Mala fide))

(2018/C 399/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Bundesverband Souvenir – Geschenke – Ehrenpreise eV (rappreżentant: B. Bittner, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: D. Botis, A. Schifko u D. Walicka, aġenti), Freistaat Bayern (rappreżentant: M. Müller, Rechtsanwalt)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Bundesverband Souvenir – Geschenke –Ehrenpreise eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Salzburger Gebietskrankenkasse, Bundesminister für Arbeit, Soziales und Konsumentenschutz

(Kawża C-527/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 987/2009 - Artikoli 5 u 19(2) - Ħaddiema kkollokati fi Stat Membru differenti minn dak li fih hija l-persuna li timpjega teżerċita normalment l-attivitajiet tagħha - Ħruġ ta’ ċertifikati A1 mill-Istat Membru ta’ oriġini wara r-rikonoxximent mill-Istat Membru ospitanti tal-issuġġettar tal-ħaddiema għall-iskema tas-sigurtà soċjali tiegħu - Opinjoni tal-Bord Amministrattiv - Ħruġ bi żball taċ-ċertifikati A1 - Konstatazzjoni - Natura vinkolanti u effett retroattiv ta’ dawn iċ-ċertifikati - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Leġiżlazzjoni applikabbli - Artikolu 12(1) - Kunċett ta’ persuna li tkun “intbagħtet hemm biex tieħu post persuna oħra))

(2018/C 399/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Salzburger Gebietskrankenkasse, Bundesminister für Arbeit, Soziales und Konsumentenschutz

fil-preżenza ta’: Alpenrind GmbH Martin-Meat Szolgáltató és Kereskedelmi Kft, Martimpex-Meat Kft, Pensionsversicherungsanstalt, Allgemeine Unfallversicherungsanstalt

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010, moqri flimkien mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1244/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċertifikat A 1, maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, jorbot kemm lill-istituzzjonijiet tas-sigurtà, kif emendat bir-Regolament Nru 1244/2010, jorbot mhux biss l-istituzzjonijiet tal-Istat Membru fejn titwettaq l-attività, iżda wkoll il-qrati ta’ dak l-Istat Membru.

2)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 987/2009, kif emendat bir-Regolament Nru 1244/2010, moqri flimkien mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 987/2009, kif emendat bir-Regolament Nru 1244/2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċertifikat A1, maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 1244/2010, jorbot kemm l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru li fih l-attività hija eżerċitata kif ukoll il-qrati ta’ dak l-Istat Membru sakemm dan iċ-ċertifikat la ġie irtirat u lanqas ġie ddikjarat invalidu mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li fih ikun ġie stabbilit, anki meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-aħħar Stat Membru fih hija eżerċitata l-attività jkunu ressqu l-każ quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali u meta din tkun ikkonkludiet li dan iċ-ċertifikat inħareġ b’mod żbaljat u li għandu jiġi rtirat.

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 987/2009, kif emendat bir-Regolament Nru 1244/2010, moqri flimkien mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 987/2009, kif emendat bir-Regolament Nru 1244/2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċertifikat A1 maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 1244/2010, jorbot kemm l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru li fih l-attività hija eżerċitata kif ukoll lill-qrati ta’ dak l-Istat Membru, jekk ikun il-każ, b’effett retroattiv, minkejja li din il-liċenzja tkun inħarġet biss wara li l-imsemmi Stat Membru kien issuġġetta lill-ħaddiem ikkonċernat għall-assigurazzjoni obbligatorja taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu.

3)

L-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 1244/2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn ħaddiem, li huwa kkollokat minn mill-persuna li timpjegah biex iwettaq xogħol fi Stat Membru ieħor, jiġi ssostitwit minn ħaddiem ieħor ikkollokat minn persuna li timpjega oħra, dan il-ħaddiem għandux jiġi kkunsidrat bħala mibgħut “biex [j]ieħu post persuna oħra”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, b’tali mod li ma tistax tibbenefika mir-regola speċjali prevista fl-imsemmija dispożizzjoni sabiex jibqa’ suġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih il-persuna li timpjega normalment twettaq l-attivitajiet tagħha.

Il-fatt li l-persuni li jimpjegaw liż-żewġ ħaddiema kkonċernati għandhom is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru jew il-fatt li għandhom relazzjonijiet possibbli personali jew organizzazzjonali ma humiex rilevanti f’dan ir-rigward.


(1)  ĠU C 14, 16.01.2017.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-4/17 P) (1)

((“Appell - Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) - Infiq eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni Ewropea - Infiq magħmul mir-Repubblika Ċeka - Regolament (KE) Nru 479/2008 - Artikolu 11(3) - Kunċett ta’ ‘ristrutturazzjoni tal-vinji’”))

(2018/C 399/06)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Appellant: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Pavliš u J. Vláčil, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek u B. Eggers, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Ottubru 2016, Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni (T-141/15, mhux ippubblikata, EU:T:2016:621), hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103 tas-16 ta’ Jannar 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), inkwantu hija teskludi l-infiq magħmul mir-Repubblika Ċeka taħt il-FAEG favur il-miżura ta’ protezzjoni tal-vinji kontra l-ħsarat ikkawżati mill-annimali u mill-għasafar għas-snin 2010 sa 2012 għal ammont totali ta’ EUR 2 123 199,04, hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tar-Repubblika Ċeka sostnuti kemm fil-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll f’dik ta’ dan l-appell.


(1)  ĠU C 63, 27.2.2017.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – ir-Renju Unit) – Grenville Hampshire vs The Board of the Pension Protection Fund

(Kawża C-17/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega - Direttiva 2008/94/KE - Artikolu 8 - Skemi komplementari ta’ previdenza - Protezzjoni tad-drittijiet għall-benefiċċji tax-xjuħija - Livell ta’ protezzjoni minima ggarantit))

(2018/C 399/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Grenville Hampshire

Konvenut: The Board of the Pension Protection Fund

fil-preżenza ta’: Secretary of State for Work and Pensions

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom, għandu jiġi interpretat fis-sens li kull ħaddiem impjegat partikolari għandu jibbenefika minn benefiċċji tax-xjuħija li jikkorrispondu minn tal-inqas għal 50 % tal-valur tad-drittijiet kweżiti tiegħu skont skema komplementari ta’ previdenza professjonali fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjegah.

2)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, għandu effett dirett, b’mod li jista’ jiġi invokat quddiem qorti nazzjonali minn ħaddiem impjegat individwali sabiex tiġi kkontestata deċiżjoni ta’ korp, bħall-Board of the Pension Protection Fund (il-Bord tal-Fond tal-Protezzjoni tal-Pensjoni, ir-Renju Unit).


(1)  ĠU C 78, 13.3.2017


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – Catlin Europe SE vs O.K. Trans Praha spol. s r. o.

(Kawża C-21/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali - Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas - Regolament (KE) Nru 1896/2006 - Ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas flimkien mat-talba għal ordni - Assenza ta’ traduzzjoni tat-talba għal ordni - Ordni ta’ ħlas Ewropea ddikjarata eżekuttiva - Talba għal eżami mill-ġdid wara li jkun skada t-terminu ta’ oppożizzjoni - Notifika u komunikazzjoni tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji - Regolament (KE) Nru 1393/2007 - Applikabbiltà - Artikolu 8 u Anness II - Informazzjoni tad-destinatarju tad-dritt li jirrifjuta li jaċċetta att promotur mhux tradott - Assenza tal-formola standard - Konsegwenzi))

(2018/C 399/08)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Catlin Europe SE

Konvenuta: O.K. Trans Praha spol. s r. o.

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea, kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ li ordni ta’ ħlas Ewropea tiġi nnotifikata jew ikkomunikata lill-konvenut mingħajr ma t-talba għal ordni mehmuża magħha tkun ifformulata jew akkumpanjata minn traduzzjoni bil-lingwa li huwa mistenni jifhem, hekk kif jeħtieġ l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1393/2007, il-konvenut għandu jkun debitament informat, permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-regolament tal-aħħar, bid-dritt tiegħu li jirrifjuta li jaċċetta l-att inkwistjoni.

Fil-każ ta’ ommissjoni ta’ din il-formalità, ir-regolarizzazzjoni tal-proċedura għandha sseħħ konformement mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament tal-aħħar, billi tiġi kkomunikata lill-persuna kkonċernata l-formola standard li tinsab fl-Anness II tiegħu.

F’dan il-każ, minħabba l-irregolarità proċedurali li taffettwa n-notifika jew il-komunikazzjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, flimkien mat-talba għal ordni, din l-ordni ma tiksibx forza eżekuttiva u t-terminu mogħti lill-konvenut biex joġġezzjona ma jistax jibda jiddekorri, b’tali mod li l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1896/2006 ma jistax japplika.


(1)  ĠU C 112, 10.4.2017.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – Fundo de Garantia Automóvel vs Alina Antónia Destapado Pão Mole Juliana, Cristiana Micaela Caetano Juliana

(Kawża C-80/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 72/166/KEE - Artikolu 3(1) - It-Tieni Direttiva 84/5/KEE - Artikolu 1(4) - Obbligu li tinħareġ assigurazzjoni - Vettura stazzjonata f’art privata - Dritt ta’ azzjoni legali tal-korp ta’ kumpens kontra l-proprjetarju tal-vettura mhux assigurata))

(2018/C 399/09)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fundo de Garantia Automóvel

Konvenuti: Alina Antónia Destapado Pão Mole Juliana, Cristiana Micaela Caetano Juliana

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, kif emendata bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward taċ-ċirkulazzjoni ta’ vettura bil-mutur hija obbligatorja meta l-vettura kkonċernata tkun dejjem irreġistrata fi Stat Membru u tkun tista’ tiċċirkula, iżda tinsab, unikament b’għażla tal-proprjetarju tagħha li ma jkollux iktar l-intenzjoni li ssuqha, stazzjonata fuq art privata.

2)

L-Artikolu 1(4) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE tat-30 ta’ Diċembru 1983 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, kif emendata bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-korp imsemmi f’din id-dispożizzjoni jkollu d-dritt li jressaq azzjoni legali kontra, barra l-persuna jew il-persuni responsabbli għall-inċident, kontra l-persuna li kienet suġġetta għall-obbligu li tiġi sottoskritta assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni tal-vettura li tkun ikkawżat id-danni kkumpensati minn dak il-korp, iżda li ma tkunx ikkonkludiet kuntratt ta’ assigurazzjoni għal dan il-għan, anki meta din il-persuna ma tkunx ċivilment responsabbli għall-inċident li fih dawn id-danni jkunu seħħew.


(1)  ĠU C 144, 8.5.2017.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ Settembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-244/17) (1)

((“Rikors għal annullament - Deċiżjoni (UE) 2017/477 - Pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta’ Kooperazzjoni stabbilit taħt il-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Kazakistan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-arranġamenti ta’ ħidma tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni, tas-Sottokumitati Speċjalizzati jew ta’ kwalunkwe korp ieħor - Artikolu 218(9) TFUE - Deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’istanza stabbilita taħt ftehim internazzjonali - Ftehim li fih ċerti dispożizzjonijiet jistgħu jkunu relatati mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) - Regola ta’ vot”))

(2018/C 399/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Havas, L. Gussetti u P. Aalto, aġenti, sussegwentement minn L. Havas u L. Gussetti, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u P. Mahnič Bruni, aġenti)

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/477, tat-3 ta’ Marzu 2017, dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Kooperazzjoni stabbilit taħt il-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra fir-rigward tal-arranġamenti ta’ ħidma tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni, tas-sottokumitati speċjalizzati jew ta’ kwalunkwe organu ieħor, hija annullata.

2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2017/477 għandhom jinżammu fis-seħħ.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Christoph Klein vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-346/17 P) (1)

((Appell - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 93/42/KEE - Mezzi mediċi - Artikolu 8(1) u (2) - Proċedura ta’ klawżola ta’ salvagwardja - Notifika minn Stat Membru ta’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ mezz mediku - Assenza ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea - Ksur serju biżżejjed ta’ dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tikkonferixxi drittijiet fuq l-individwi - Rabta kawżali bejn l-aġir tal-istituzzjoni u d-dannu invokat - prova tal-eżistenza u l-portata tad-dannu))

(2018/C 399/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Christoph Klein (rappreżentant: H.-J. Ahlt, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen, A. Sipos u A. C. Becker, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ Settembru 2016, Klein vs Il-Kummissjoni, (T-309/10 RENV, mhux ippubblikata, EU:T:2016:570), hija annullata parzjalment sa fejn tiddeċiedi li Christoph Klein ma stabbilixxiex rabta kawżali diretta u suffiċjenti li tista’ tistabbilixxi r-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

Ir-rikors ta’ Christoph Klein intiż li jitlob kumpens għad-dannu allegatament subit wara l-ksur mill-Kummissjoni Ewropea tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi, huwa miċħud.

4)

Christoph Klein u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati kemm mal-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll dawk tal-appell.

5)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċeduri fl-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 300, 11.09.2017.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Vincent Piessevaux vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-454/17 P) (1)

((Appell - Servizz pubbliku - Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 11(2) tal-Anness VIII - Drittijiet għall-pensjoni miksuba fi skema nazzjonali - Trasferiment ta’ dawn id-drittijiet lejn l-iskema ta’ pensjonijiet tal-Unjoni - Differenza fit-trattament bejn l-uffiċjali li raw il-kapital li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni tagħhom ittrasferiti fl-iskema tal-Unjoni qabel u wara d-dħul fis-seħħ ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni ġodda))

(2018/C 399/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Vincent Piessevaux (rappreżentanti: L. Ponteville, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Vincent Piessevaux għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 374, 06.11.2017


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hannover

(Kawża C-471/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Instant noodles moqlija - Subintestatura tariffarja 1902 30 10))

(2018/C 399/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG

Konvenut: Hauptzollamt Hannover

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012, għandha tiġi interpretata fis-sens li jaqgħu taħt is-subintestatura 1902 30 10 tagħha platti ta’ instant noodles, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma essenzjalment komposti minn blokka ta’ noodles imsajra minn qabel u moqlija.


(1)  ĠU C 374, 6.11.2017.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Basic Net SpA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-547/17 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta tliet strixxi vertikali - Prova ta’ karattru distintiv akkwistat permezz tal-użu))

(2018/C 399/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Basic Net SpA (rappreżentant: D. Sindico, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Basic Net SpA hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 13, 15.01.2018


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich – l-Awstrija) – Proċeduri mibdija minn Gmalieva s.r.o. et

(Kawża C-79/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Monopolju tal-logħob tal-ażżard fi Stat Membru - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-operat ta’ magni tal-logħob mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet amministrattivi))

(2018/C 399/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Oberösterreich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gmalieva s.r.o., Celik KG, PBW GmbH, Antoaneta Claudia Gruber, Play For Me GmbH, Haydar Demir

Intervenjenti: Landespolizeidirektion Oberösterreich

Dispożittiv

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina, fid-dawl tal-gwida mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari, fis-sentenza tat-30 ta’ April 2014, Pfleger et (C-390/12, EU:Cl2014:281), jekk skema nazzjonali statutorja ta’ monopolju tal-logħob tal-ażżard, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandhiex tiġi kklassifikata bħala koerenti fid-dawl tal-Artikolu 56 et seq. TFUE, meta proċedura ġudizzjarja nazzjonali tkun stabbilixxiet li:

id-dipendenza fuq il-logħob ma hijiex problema għas-soċjetà li tiġġustifika intervent mill-Istat;

il-logħob tal-ażżard ipprojbit jagħti biss lok għal ksur amministrattiv u mhux għal ksur kriminali,

id-dħul tal-Istat mil-logħob tal-ażżard jammonta għal iktar minn EUR 500 miljun fis-sena, jiġifieri 0,4 % tal-baġit annwali, u

il-miżuri promozzjonali tad-detenturi tal-liċenzji huma prinċipalment intiżi li jħajru lil persuni li qatt ma lagħbu qabel.


(1)  ĠU C 178, 6.6.2017


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Settembru 2018 – NF (C-208/17 P), NG (C-209/17 P), NM (C-210/17 P) vs Il-Kunsill Ewropew

(Kawżi Magħquda C-208/17 P u C-210/17 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Dikjarazzjoni UE-Turkija tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta’ Marzu 2016 - Talba għall-annullament))

(2018/C 399/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: NF (C-208/17 P), NG (C-209/17 P), NM (C-210/17 P) (rappreżentanti: P. O'Shea, BL, I. Whelan, BL, B. Burns, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill Ewropew (rappreżentanti: S. Boelaert, M. Chavrier u J.-P. Hix, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: M. Michelogiannaki u G. Karipsiadis, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

2)

NF, NG u NM huma kkundannati jbatu l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 231, 17.07.2017.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di L’Aquila – l-Italja) – Gabriele Di Girolamo vs Ministero della Giustizia

(Kawża C-472/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika soċjali - Xogħol għal żmien determinat - Kummissarji tal-Ġustizzja - Inammissibbiltà manifesta))

(2018/C 399/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di pace di L’Aquila

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gabriele Di Girolamo

Konvenut: Ministero della Giustizia

fil-preżenza ta’: Unione Nazionale Giudici di Pace (Unagipa)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di L’Aquila (il-Kummissarju tal-Ġustizzja ta’ L’Aquila, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-31 ta’ Lulju 2017, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Settembru 2018 – Allstate Insurance Company vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-542/17 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali DRIVEWISE - Ċaħda tal-applikazzjoni - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(1)(c) - Artikolu 7(2) - Artikolu 75 - Karattru deskrittiv - Neoloġiżmu kompost minn elementi li kull wieħed minnhom huwa deskrittiv tal-karatteristiċi tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati - Destinazzjoni tal-prodotti u tas-servizzi - Żnaturament - Obbligu ta’ motivazzjoni))

(2018/C 399/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Allstate Insurance Company (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: K. Markakis, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

Allstate Insurance Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 13, 15.1.2018.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Dominique Bilde vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-67/18 P) (1)

((Appell - Ammissibbiltà - Parlament Ewropew - Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati tal-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza Parlamentari - Irkupru tas-sommom imħallsa indebitament))

(2018/C 399/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Dominique Bilde (rappreżentant: G. Sauveur, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u G. Corstens, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. F. Jensen, M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud għaliex, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat.

2)

Dominique Bilde hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 07.05.2018.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Sophie Montel vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-84/18 P) (1)

((Appell - Ammissibbiltà - Parlament Ewropew - Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u l-kumpens tad-deputati fil-Parlament Ewropew - Kumpens għal assistenza parlamentari - Irkupru tas-somom imħallsa indebitatament))

(2018/C 399/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Sophie Montel (rappreżentant: G. Sauveur, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u G. Corstens, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. F. Jensen, M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat.

2)

Sophie Montel hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 07.05.2018.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Visoki upravni sud – il-Kroazja) – Hrvatska banka za obnovu i razvitak (HBOR) vs Povjerenik za informiranje Republike Hrvatske

(Kawża C-90/18) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ dettalji suffiċjenti fir-rigward tal-kuntest fattwali u regolatorju tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll tar-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari - Inammissibbiltà manifesta))

(2018/C 399/21)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Visoki upravni sud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hrvatska banka za obnovu i razvitak (HBOR)

Konvenut: Povjerenik za informiranje Republike Hrvatske

fil-preżenza ta’: Hrvoje Šimić

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Visoki upravni sud (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell, il-Kroazja), permezz ta’ deċiżjoni tal-1 ta’ Frar 2018, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Central Administrativo Sul) – il-Portugall – Fazenda Pública vs Carlos Manuel Patrício Teixeira, Maria Madalena da Silva Moreira Patrício Teixeira

(Kawża C-184/18) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tassazzjoni diretta - Artikolu 18 TFUE - Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni - Artikoli 63, 64 u 65 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Piż fiskali ikbar fuq il-qligħ kapitali mill-proprjetà mwettaq minn persuni mhux residenti - Restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-kapital lejn jew minn pajjiż terz))

(2018/C 399/22)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Central Administrativo Sul

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fazenda Pública

Konvenuti: Carlos Manuel Patrício Teixeira, Maria Madalena da Silva Moreira Patrício Teixeira

Dispożittiv

Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-qligħ kapitali li jirriżulta mit-trasferiment, minn persuna residenti fi Stat terz, ta’ proprjetà immobbli li tinsab f’dak l-Istat Membru għal piż fiskali ikbar minn dak li jiġi applikat għal dan l-istess tip ta’ tranżazzjoni fuq il-qligħ kapitali mwettaq minn persuna residenti tal-imsemmi Stat Membru tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital li, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, ma taqax taħt l-eċċezzjoni prevista mill-Artikolu 64(1) TFUE u ma tistax tkun iġġustifikata mir-raġunijiet previsti fl-Artikolu 65(1) TFUE?


(1)  ĠU C 182, 28.05.2018


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège – il-Belġju) – Pauline Stiernon et vs Etat belge, SPF Santé publique, Communauté française de Belgique

(Kawża C-237/18) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Moviment liberu tal-ħaddiema - Libertà professjonali - Artikoli 20, 21 u 45 TFUE - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 15 - Professjoni ta’ terapista tal-psikomotorja mhux inkluża fil-lista nazzjonali tal-professjonijiet paramediċi))

(2018/C 399/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pauline Stiernon, Marion Goraguer, Muriel Buccarello, Clémentine Vasseur, Manon Pirotton, Anissa Quotb

Konvenuti: Etat belge, SPF Santé publique, Communauté française de Belgique

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi l-lista tal-professjonijiet paramediċi, li ma tinkludix il-professjoni ta’ terapista tal-psikomotorja f’din il-lista, filwaqt li ġiet stabbilita lawrea ta’ Baċellerat fit-terapija psikomotorja f’dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/17


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 minn Robert Hansen mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-14 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-304/16 – bet365 Group vs EUIPO

(Kawża C-136/18 P)

(2018/C 399/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Robert Hansen (rappreżentant: M. Pütz-Poulalion, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz tad-digriet tas-6 ta’ Settembru 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fit-28 ta’ Ġunju 2018 – Consorzio Nazionale Servizi Società Cooperativa (CNS) vs Gruppo Torinese Trasporti Gtt SpA

(Kawża C-425/18)

(2018/C 399/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Consorzio Nazionale Servizi Società Cooperativa (CNS)

Konvenuta: Gruppo Torinese Trasporti Gtt SpA

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 53(3) u tal-Artikolu 54(4) tad-Direttiva 2004/17/KE (1), minn naħa, u tal-Artikolu 45(2)(d) tad-Direttiva 2004/18/KE (2), min-naħa l-oħra, jipprekludu dispożizzjoni bħall-Artikolu 38(1)(f) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 tar-Repubblika Taljana, kif huwa interpretat mill-ġurisprudenza nazzjonali, li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ “kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità” mwettqa minn operatur ekonomiku l-aġir li jikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, ikkonstatat u ssanzjonat mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni b’deċiżjoni kkonfermata mill-qrati, li a priori jipprevjeni lill-awtoritajiet kontraenti milli jevalwaw b’mod awtonomu tali ksur sabiex eventwalment jeskludu, iżda mhux obbligatorjament, dan l-operatur ekonomiku minn proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku?


(1)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti [proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti] ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).

(2)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Gerona (Spanja) fid-9 ta’ Lulju 2018 – WA vs Instituto Nacional de la Seguridad Social

(Kawża C-450/18)

(2018/C 399/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social de Gerona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WA

Konvenut: Instituto Nacional de la Seguridad Social

Domanda preliminari

Leġiżlazzjoni nazzjonali (b’mod speċifiku l-Artikolu 60(1) tal-Ley General de Seguridad Social) li tirrikonoxxi d-dritt għal pensjoni addizzjonali, minħabba l-kontribut demografiku għas-sigurtà soċjali, lin-nisa li kellhom ulied bioloġiċi jew adottati u li jibbenefikaw minn pensjonijiet kontributorji ta’ rtirar, tar-romol, jew ta’ inkapaċità permanenti taħt xi tip ta’ skema fi ħdan is-sigurtà soċjali, u li, min-naħa l-oħra, ma tirrikonoxxix dan id-dritt lill-irġiel f’sitwazzjoni identika, tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament li jipprekludi kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, irrikonoxxut mill-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mid-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-9 ta’ Frar 1976 u mid-Direttiva 2002/73 li temendaha (1), imfassla mill-ġdid permezz tad-Direttiva 2006/54/KE (2) tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fir-rigward tal-aċċess għall-impjieg, għat-taħriġ professjonali u promozzjoni, u għall-kundizzjonijiet tax-xogħol?


(1)  Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta’ aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol, 4, p. 255).

(2)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU 2006, L 204, p. 23).


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/19


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 – Ir-Repubblika tas-Slovenja vs Ir-Repubblika tal-Kroazja

(Kawża C-457/18)

(2018/C 399/27)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: M. Menard)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Kroazja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tikkonstata li l-konvenuta kisret:

l-Artikolu 2 u l-Artikolu 4(3) TUE;

l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE;

l-Artikoli 4 u 17, moqrija flimkien mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen); kif ukoll

l-Artikolu 2(4) u l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar tal-ispazju marittimu;

tordna lill-konvenuta twaqqaf immedjatament il-ksur imsemmi; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin insostenn tar-rikors tagħha.

L-ewwel motiv:

Il-Kroazja, billi naqset unilateralment mill-impenn meħud matul il-proċess ta’ adeżjoni fl-Unjoni Ewropea, li tosserva s-sentenza tal-arbitraġġ u, b’hekk, il-fruntiera ddeterminata fis-sentenza u l-obbligi l-oħra li jirriżultaw mill-imsemmija sentenza, tirrifjuta li tosserva l-istat tad-dritt li huwa valur fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 2 TUE).

It-tieni motiv:

Il-Kroazja, billi rrifjutat li tikkonforma ruħha mal-obbligi tagħha skont is-sentenza tal-arbitraġġ, tipprekludi fl-istess ħin lis-Slovenja milli teżerċita kompletament is-sovranità tagħha fuq ċerti partijiet tat-territorju tiegħu fis-sens tat-Trattati, naqset mill-obbligu ta’ kooperazzjoni leali mal-Unjoni Ewropea u mas-Slovenja, fis-sens tal-Artikolu 4(3) TUE. L-aġir tal-Kroazja jipperikola l-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari t-tisħiħ tal-paċi u l-għaqda dejjem eqreb bejn il-popli, u l-għan tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni relatati mat-territorju tal-Istati Membri (l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) TUE). Il-Kroazja tipprekludi wkoll lill-Islovenja milli timplimenta d-dritt tal-Unjoni fuq it-territorju tal-art u marittimu kollu tagħha u li taħixxi fl-osservanza ta’ dan id-dritt, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-dritt sekondarju dwar it-territorju tal-Istati Membri (l-ewwel subparagarafu tal-Artikolu 4(3) TUE).

It-tielet motiv:

Il-Kroazja tikser ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, b’mod partikolari l-leġiżlazzjoni tal-aċċess reċiproku skont l-Artikolu 5 u l-Anness I. Il-leġiżlazzjoni li tapplika għall-Kroazja u għas-Slovenja mit-30 ta’ Diċembru 2017, tagħti lil 25 dgħajsa tas-sajd ta’ kull Stat aċċess liberu għall-ibħra territorjali tal-Istat l-ieħor, kif iddelimitati skont id-dritt internazzjonali, jiġifieri mis-sentenza ta’ arbitraġġ. Il-Kroazja tipprekludi lis-Slovenja milli teżerċita d-drittijiet tiegħu fil-kuntest ta’ din il-leġiżlazzjoni u b’hekk kisret l-Artikolu 5 tar-regolament, peress li (i) tirrifjuta li tapplika l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess reċiproku, (ii) tirrifjuta li tirrikonoxxi l-validità tal-leġiżlazzjoni adottata għal dan il-għan mis-Slovenja u (iii) billi timponi multi b’mod sistematiku, tipprekludi lis-sajjieda Sloveni milli jkollhom aċċess liberu għall-ibħra territorjali allokati lis-Slovenja bis-sentenza ta’ arbitraġġ tal-2017 u, a fortiori, għall-ibħra territorjali Kroati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess reċiproku.

Ir-raba’ motiv:

Il-Kroazja tikser ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011. Mingħajr il-ftehim tas-Slovenja, dgħajjes tal-pulizija Kroati jakkumpanjaw sajjieda Kroati li jistadu fl-ibħra Sloveni, u b’hekk jimpedixxu lill-ispetturi tas-sajd Sloveni milli jeżerċitaw kontroll. Fl-istess ħin, l-awtoritajiet Kroati jimponu multi għal qsim illegali tal-fruntiera u sajd illegali fuq is-sajjieda Sloveni li jistadu fl-ibħra Sloveni li l-Kroazja qed tgħid li huma tagħha. Barra minn hekk, il-Kroazja ma tikkomunika lill-Islovenja ebda data dwar l-attivitajiet ta’ dgħajjes Kroati fl-ibħra Sloveni, kif jirrikjedi r-regolament. Meta tagħmel dan, il-Kroazja timpedixxi lis-Slovenja milli teżerċita kontroll fuq l-ibħra li jaqgħu fis-sovranità u l-ġurisdizzjoni tagħha u ma tirrispettax il-kompetenzi esklużivi tas-Slovenja dwar l-ibħra territorjali tagħha bħala Stat kostali, u b’hekk, tikser ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolament (UE) Nruo404/2011.

Il-ħames motiv:

Il-Kroazja kisret u għadha tikser ir-Regolament (UE) Nru 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen). Il-Kroazja ma tirrikonoxxix il-fruntiera stabbilita mis-sentenza tal-arbitraġġ bħala fruntiera komuni mas-Slovenja, ma tikkoperax mas-Slovenja sabiex tissorvelja din il-“fruntiera interna” u ma tistax tiżgura sorveljanza adegwata, u b’hekk tikser l-Artikoli 13 u 17 tar-regolament, kif ukoll l-Artikolu 4, li jirrikjedi li l-fruntiera tkun iddeterminata skont id-dritt internazzjonali.

Is-sitt motiv:

Il-Kroazja kisret u għadha tikser id-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar tal-ispazju marittimu li tapplika għall-“ilmijiet tal-ibħra [ibħra territorjali]” tal-Istati Membri, kif iddeterminati skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) (Artikolu 2(4) tad-direttiva). Il-Kroazja irrifjutat is-sentenza tal-arbitraġġ li ddeċidiet tali delimitazzjoni u, għall-kuntrarju, tinkludi l-ibħra territorjali Sloveni fl-ippjanar tagħha tal-ispazju marittimu u, konsegwentement, timpedixxi adattament għall-mapep tas-Slovenja u, b’hekk, tikser id-direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 11 ta’ din tal-aħħar.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-16 ta’ Lulju 2018 – AV, BU vs Comune di Bernareggio

(Kawża C-465/18)

(2018/C 399/28)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AV, BU

Konvenut: Comune di Bernareggio

Domanda preliminari

Il-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni u ta’ moviment liberu tal-ħaddiema msemmija fl-Artikoli 45, 49 sa 56 u 106 TFUE, kif ukoll fl-Artikoli 15 u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u r-rekwiżit ta’ proporzjonalità u natura raġonevoli li jirriżulta minnhom, jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali bħal dik tal-Artikolu 12(2) tal-Liġi Nru 362/1991, li, fil-każ ta’ trasferiment tal-proprjetà tal-ispiżerija tal-komun, tagħti d-dritt ta’ prelazzjoni lill-impjegati tal-imsemmija spiżerija?


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/21


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2018 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-8 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża T-283/15, Esso Raffinage vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(Kawża C-471/18 P)

(2018/C 399/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: P. Klappich u C. Schmidt, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: Esso Raffinage, L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża T-283/15;

tiċħad ir-rikors;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-aggravji li ġejjin:

L-ewwel nett, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta tat portata ġuridika lill-ittra intitolata “Dikjarazzjoni ta’ Nuqqas ta’ Konformità Sussegwentement għal Deċiżjoni ta’ Valutazzjoni tal-Fajls skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006”, li l-ECHA indirizzat lill-Ministeru għall-Ekoloġija, għall-Iżvilupp Sostenibbli, għat-Trasport u għad-Djar Franċiż fl-1 ta’ April 2015 (iktar ’il quddiem l-“ittra”) u peress li kkwalifikat din l-ittra bħala att li jista’ jkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE.

It-tieni nett, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li bbażat ruħha fuq l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) u mhux fuq l-Artikolu 22(2) tar-Regolament REACH.

It-tielet nett, l-appellanti ma taqbilx mal-opinjoni tal-Qorti Ġenerali dwar tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istati Membri u l-ECHA b’tali mod li l-ECHA waħedha għandha l-kompetenza li tiddeċiedi dwar il-konformità tal-informazzjoni ta’ reġistrazzjoni mar-rekwiżiti REACH.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1, u rettifiki fil-ĠU 2007, L 136, p. 3, fil-ĠU 2008, L 141, p. 22 u fil-ĠU 2009, L 36, p. 84).


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-20 ta’ Lulju 2018 – SATI – Società Autocooperative Trasporti Italiani SpA vs Azienda di Trasporti Molisana – A.T.M. SpA

(Kawża C-475/18)

(2018/C 399/30)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SATI – Società Autocooperative Trasporti Italiani SpA

Konvenuta: Azienda di Trasporti Molisana – A.T.M. SpA

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tat-23 ta’ Ottubru 2007 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-leġiżlazzjoni nazzjonali teżisti projbizzjoni li jingħata direttament is-servizz ta’ trasport pubbliku lokali, li teskludi l-għoti dirett ukoll fil-każijiet fejn ikun ammess mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, meta tkun prevista r-regola ġenerali tas-sejħa għal offerti għall-għoti tas-servizz inkwistjoni, jew inkella tali projbizzjoni teżisti biss fil-każ ta’ projbizzjoni speċifika li jsir l-għoti dirett, li tirreferi wkoll għall-każijiet fejn tali għoti huwa ammess mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni?


(1)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU 2007, L 315, p. 1).


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-27 ta’ Lulju 2018 – ZW vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-498/18)

(2018/C 399/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ZW

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domandi preliminari

1)

It-terminu ta’ sentejn sabiex tiġi eżerċitata l-azzjoni prevista fl-Artikolu 35(1) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, jista’ jiġi interrott jew sospiż?

2)

L-Artikolu 35(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal li jipprovdi li “[i]l-metodu ta’ kalkolazzjoni ta’ dak il-perijodu ghandu jigi determinat mil-ligi tal-qorti li tkun qed tissindaka l-każ” jippermetti li jiġi kkunsidrat li dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali dwar il-bidu tal-kalkolu tat-terminu tista’ tipprevali fuq id-dispożizzjoni ġenerali tal-Artikolu 35(1) li tipprovdi li t-terminu jibda jiddekorri mal-wasla fid-destinazzjoni?


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Ilfov (ir-Rumanija) fit-13 ta’ Awwissu 2018 – EP vs FO

(Kawża C-530/18)

(2018/C 399/32)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Ilfov

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EP

Konvenut: FO

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jistabbilixxi eċċezzjoni għar-regola tal-ġuridisdizzjoni tal-qorti nazzjonali tal-post li fih il-minuri jkollu d-domiċilju de facto tiegħu?

2)

L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxu kriterji li jindikaw rabta partikolari tal-minuri ma’ Franza […] il-kriterji minn parti fil-kawża (jiġifieri: il-minuri twieled fi Franza, missieru huwa ċittadin Franċiż, jifforma parti minn familja bbażata fuq rabtiet ta’ konsangwinità komposta minn żewġ ħutu ta’ sess femminili u minn ħuħ, neputija – it-tifla ta’ oħtu –, in-nannu patern, is-sieħba attwali tal-missier u t-tifla tagħhom minuri fi Franza, filwaqt li fir-Rumanija l-minuri ma għandu l-ebda familjari min-naħa ta’ ommu, imur l-iskola Franċiża, l-edukazzjoni u l-mentalità tal-minuri minn dejjem kienu Franċiżi, il-lingwa mitkelma d-dar bejn il-ġenituri u bejn il-ġenituri u l-minuri minn dejjem kienet il-lingwa Franċiża), u għaldaqstant il-qorti nazzjonali għandha tiddikjara li l-qorti Franċiża hija iktar adatta?

3)

L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri għandu jiġi interpretat fis-sens li d-differenzi proċedurali bejn il-leġiżlazzjonijiet taż-żewġ Stati, bħall-iżvolġiment tal-proċess in camera minn ġudikanti speċjalizzati, huma suġġetti għall-interessi superjuri tal-minuri fis-sens ta’ tali dispożizzjoni [tad-dritt tal-Unjoni]?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19 Vol. 6, p. 243).


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/24


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-576/18)

(2018/C 399/33)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, D. Recchia, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tad- 29 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża C-243/10, dwar l-irkupru mingħand il-benefiċjarji tal-għajnuna li ġie deċiż li hija illegali u inkompatibbli mas-suq komuni, fis-sens tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/854/KE (1) tat- 2 ta’ Lulju 2008, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha bis-saħħa tal-imsemmija deċiżjoni u tal-Artikolu 260 TFUE;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana tħallas lill-Kummissjoni somma f’daqqa, li l-ammont tagħha jirriżulta mill-multiplikazzjoni ta’ ammont ta’ kuljum ta’ EUR 13 892,00bin-numru ta’ jiem ta’ persistenza tal-ksur, b’minimu ta’ EUR 8 715 000, li jibdew jgħoddu mill-jum tal-għoti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-243/10 sal-jum tal-għoti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża:

tikkundanna lir-Repubblika Taljana tħallas lill-Kummissjoni pagamenti ta’ penalità kkalkolati fuq bażi semestrali u stabbiliti mill-Kummissjoni għal EUR 126 840 għal kull jum, li jibdew jgħoddu mis-semestru ta’ wara d-data tas-sentenza li ser tingħata f’din il-kawża;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/854/KE tat-2 ta’ Lulju 2008 dwar l-iskema ta’ għajnuna Liġi reġjonali nru 9 tal-1998 – applikazzjoni abbużiva tal-għajnuna N 272/98 C 1/04 (eks NN 158/03 u CP 15/2003) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2997) (ĠU 2008, L 302, p. 9), tikkonstata li l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni mogħtija mill-Italja hija illegali u inkompatibbli mas-suq komuni u tordna l-irkupru tagħha.

Permezz tas-sentenza tagħha tad-29 ta’ Marzu 2012, mogħtija fil-Kawża C-243/10, Il-Kummissjoni vs L-Italja, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li, billi ma adottatx fit-termini stabbiliti l-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi rkuprata mingħand il-benefiċjarji tagħha l-għajnuna mogħtija fil-kuntest tal-iskema li tirreferi għaliha l-imsemmija deċiżjoni, l-Italja kienet naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta’ din tal-aħħar.

Iktar minn sitt snin wara l-għoti ta’ din is-sentenza u minkejja l-bosta talbiet tal-Kummissjoni lill-Gvern Taljan, parti kbira minn din l-għajnuna għadha ma ġietx irkuprata. L-argumenti tal-Gvern Taljan f’dan ir-rigward, b’mod partikolari marbuta ma’ tilwim nazzjonali pendenti, ma jikkostitwixxux ġustifikazzjoni valida għal dan in-nuqqas li tittieħed azzjoni. Għaldaqstant, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, l-Italja għadha ma rkupratx l-integralità tal-għajnuna mħallsa u ma kkonformatx b’mod sħiħ mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija fil-Kawża C-243/10.

Il-Kummissjoni titlob, għalhekk, li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tikkonstata li l-Italja kisret l-Artikolu 260 TFUE u tikkundannaha tħallas somma f’daqqa flimkien ma’ pagamenti ta’ penalità sakemm tikkonforma b’mod sħiħ mas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-243/10.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2008 dwar l-iskema ta’ għajnuna Liġi reġjonali nru 9 tal-1998 – applikazzjoni abbużiva tal-għajnuna N 272/98 C 1/04 (eks NN 158/03 u CP 15/2003) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2997) (ĠU 2008, L 302, p. 9).


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/25


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2018 minn Buonotourist Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-11 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-185/15, Buonotourist vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-586/18 P)

(2018/C 399/34)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Buonotourist Srl (rappreżentanti: M. D’Alberti, L. Visone, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Associazione Nazionale Autotrasporto Viaggiatori (ANAV)

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata

tiddikjara, skont l-Artikoli 263 TFUE u 264 TFUE, li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta’ Jannar 2015, fil-proċedura dwar għajnuna mill-Istat Sa.35843 (2014/c) (ex 2012/NN) (għal EUR 1 111 572,00), hija kompletament nulla u mingħajr effett sa fejn tqis li l-ammonti rrikonoxxuti bħala kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku fis-sens tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 (kumpens taħt l-Artikolu 11 għal obbligu marbut ma’ tariffa fis-settur tat-Trasport Pubbliku Lokali) (1), għandha titqies li hija miżura mhux innotifikata li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, li hija inkompatibbli mas-suq intern.

tiddikjara, skont l-Artikoli 263 TFUE u 264 TFUE, li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta’ Jannar 2015 fil-proċedura dwar għajnuna mill-Istat Sa.35843 (2014/c) (ex 2012/NN) (għal EUR 1 111 572,00) hija kompletament nulla fil-parti fejn tadotta miżuri operattivi għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat Taljan. Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti minn Buonotourist s.r.l..

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha l-appellanti tinvoka ħames aggravji għall-annullament tas-sentenza appellata:

I.   Żball fis-sentenza appellata fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-kumpens inkwistjoni bħala “għajnuna ġdida”

Il-kumpens mogħti lir-rikorrenti huwa r-riżultat ta’ sentenza li tikkonstata d-dritt inkwistjoni adottata mill-Consiglio di Stato [il-Kunsill tal-Istat] fl-2009, abbażi tar-Regolament 1191/1969, għal obbligu ta’ servizz pubbliku ta’ tariffa. Tali sentenza, fid-dawl tal-importanza tagħha, qatt ma setgħet tiġi interpretata bħala li tistabbilixxi miżura ta’ kumpens peress li din kienet sempliċement dikjaratorja.

II.   Żball fis-sentenza appellata fir-rigward tal-fatt li l-kundizzjonijiet tas-sentenza Altmark ma kinux issodisfatti

Il-klassifikazzjoni bħala ħlas finanzjarju mill-awtoritajiet pubbliċi jeskludi sa mill-bidu l-applikabbiltà tar-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. Peress li dan għandu n-natura ta’ korrispettiv għall-obbligi ta’ servizz pubbliku sostnuti, ma jista’ jkun hemm ebda vantaġġ għall-impriża li wettqithom. Barra minn hekk, qed jiġi analizzaat kull aspett tas-sentenza Altmark, sabiex jintwera li l-prinċipji stabbiliti fiha huma kollha osservati.

III.   Żball fis-sentenza fir-rigward tal-evalwazzjoni li l-miżura ekonomika hija inkompatibbli mar-regoli Ewropej fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat: fuq il-fatt li ma kienx possibbli li l-miżura “tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni”

Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li s-suq tat-traspost pubbliku lokali fil-Campania matul il-perijodu rilevanti għal din il-kawża (1996-2002), l-istess bħal ma hija s-sitwazzjoni llum, kien wieħed magħluq għall-kompetizzjoni, u l-konċessjonijiet kienu jagħtu dritt ta’ esklużività. B’dan il-mod la setgħa jkun hemm kompetizzjoni “għas-suq” u lanqas “fis-suq”.

IV.   Żball fis-sentenza appellata sa fejn fiha ġie ddikjarat li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tiħu l-preċedenza fuq is-sentenza nazzjonali; applikazzjoni żbaljata tal-garanziji proċedurali previsti fir-Regolament 659/99 (2) (Regolament 1589/2015 (3) ); applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ aspetattivi leġittimi

Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li s-sentenza nazzjonali kienet ingħatat iktar minn ħames snin qabel id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Għal din ir-raġuni l-ġurisprudenza invokata minnha ma kinitx rilevanti, peress li ma hijiex preċedenti f’dan il-każ speċifiku. Min-naħa l-oħra, sa fejn il-Consiglio di Stato kien applika r-Regolament 1191/69, huwa kien eżerċita prerogattiva rriżervata għal tali qorti. F’dan il-każ il-Kummissjoni lanqas ma tista’ tinvoka xi setgħa deċiżjonali esklużiva. Iż-żmien twil li għadda mill-għoti tas-sentenza, li fiha d-dritt tal-Unjoni kien ġie applikat għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, kien ta lok għal aspettattivi leġittimi. Ma jistax jiġi preżunt li l-Consiglio di Stato ma kienx jaf ir-regoli applikabbli, iżda biss li kien hemm interpretazzjoni differenti tal-Kummissjoni.

V.   Żball fis-sentenza minħabba applikazzjoni indebita tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (4) għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; nuqqas ta’ motivazzjoni

Il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni fuq bażi legali żbaljata, sa fejn ir-Regolament 1370/2007 ma kienx applikabbli peress li daħal fis-seħħ wara s-sentenza dikjaratorja tad-dritt għall-kumpens, mogħtija mill-Consiglio di Stato abbażi tar-Regolament 1191/69.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 tas-26 ta’ Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Volum 1, p. 19)

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).

(4)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU 2007, L 315, p. 1).


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/26


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2018 minn CSTP Azienda della Mobilità SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-11 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-186/15, CSTP Azienda della Mobilità vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-587/18 P)

(2018/C 399/35)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: CSTP Azienda della Mobilità SpA (rappreżentanti: G. Capo, L. Visone, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Asstra Associazione Trasporti

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tiddikkjara, abbażi tal-Artikoli 263 TFUE u 264 TFUE li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta’ Jannar 2015 fil-proċedimenti dwar għajnuna mill-Istat Sa.35842 (2014/c) (ex 2012/NN) (għal EUR 4 951 838,25) hija nulla fl-intier tagħha sa fejn tistabbilixxi li s-somom mogħtija bħala kumpens għas-servizz pubbliku fis-sens tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 (għoti ta’ kumpens taħt l-Artikolu 11 għal obbligi ta’ tariffa fis-settur tat-Trasport Pubbliku Lokali (1)) għandhom jiġu kkunsidrati bħala miżura mhux innotifikata li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u inkompatibbli mas-suq intern;

tiddikkjara, abbażi tal-Artikoli 263 TFUE u 264 TFUE li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta’ Jannar 2015 fil-proċedimenti dwar għajnuna mill-Istat Sa.35842 (2014/c) (ex2012/NN) (għal EUR 4 951 838,25) hija nulla fl-intier tagħha sa fejn timponi miżuri operattivi għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat Taljan;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti minn C.S.T.P. — Azienda della Mobilità S.p.A. — f’amministrazzjoni straordinarja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha l-appellanti tinvoka ħames aggravji bħala bażi għall-annullament tas-sentenza:

I.   L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi fis-sentenza appellata sa fejn tikkwalifika l-kumpens inkwistjoni bħala “għajnuna ġdida”

Il-kumpens ingħata lill-appellanti wara sentenza tal-Consiglio di Stato fl-2009 li tafferma d-dritt inkwistjoni, abbażi tar-Regolament Nru 1191/69 għal obbligi ta’ tariffa ta’ servizz pubbliku. Din is-sentenza, minħabba s-sinjifikat tagħha, qatt ma setgħet tiġi interpretata fis-sens li tistabbilixxi miżura ta’ kumpens peress li hija sempliċement iddikkjarat l-eżistenza tiegħu.

II.   It-tieni aggravju bbażat fuq li s-sentenza appellata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi meta ġie ddikkjarat li l-kundizzjonijiet Altmark ma ġewx soddisfatti

Il-kwalifika ta’ nefqa ekonomika tal-awtoritajiet pubbliċi teskludi fondamentalment l-applikabbiltà tar-regoli fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat. Peress li din hija kwistjoni ta’ kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku, l-impriża li twettaq dawn l-obbligi ma tistax tiġi kkunsidrata li ħadet xi vantaġġ. Barra minn hekk, l-appellanti tanalizza punt punt is-sentenza Altmark, sabiex turi li l-prinċipji stabbiliti fiha ġew irrispettati kollha kemm huma.

III.   It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi fis-sentenza appellata rigward l-evalwazzjoni ta’ inkompatibbiltà tal-miżura ekonomika mal-liġi Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat minħabba l-impossibbiltà tal-miżura li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni

Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni li s-suq tat-trasport pubbliku lokali fil-Campania fil-perijodu rilevanti għall-kawża (1996-2002) l-istess bħall-ġurnata tal-lum, kien magħluq għall-kompetizzjoni, u li l-konċessjonijiet jiġġeneraw dritt esklużiv. Għaldaqstant, ma seta’ jkun hemm kompetizzjoni la “għas-suq” u lanqas “fis-suq”.

IV.   Ir-raba’ aggravju bbażat fuq li s-sentenza appellata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi sa fejn tikkunsidra li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tipprevali fuq id-deċiżjoni nazzjonali; applikazzjoni żbaljata tal-garanziji proċedurali previsti fir-Regolament Nru 659/99 (2) (Regolament Nru 1589/2015 (3) ); applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li s-sentenza nazzjonali kienet ingħatat iktar minn ħames snin qabel id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, il-ġurisprudenza invokata minn din il-qorti ma hijiex rilevanti, peress li ma hemmx preċedenti għal dan il-każ. Għall-kuntrarju, il-Consiglio di Stato meta applika r-Regolament Nru 1191/69, huwa eżerċita prerogattiva rriżervata għal tali qorti. Il-Kummissjoni lanqas ma tista’ ssostni f’dan il-każ li hija għandha setgħa deċiżjonali esklużiva. Iż-żmien twil li għadda mill-għoti tas-sentenza, li kienet applikat id-dritt tal-Unjoni għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, kien ħoloq aspettattivi leġittimi. Ma jistax jingħad li l-Consiglio di Stato ma kienx jaf ir-regoli applikati, pjuttost il-Kummissjoni interpretathom b’mod differenti.

V.   Il-ħames aggravju bbażat fuq żball fis-sentenza appellata sa fejn ġie applikat b’mod żbaljat ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (4) għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ kompatibbiltà tal-għajnuna mad-dritt tal-Unjoni; nuqqas ta’ motivazzjoni

Il-Kummissjoni ħadet id-deċiżjoni fuq bażi legali żbaljata, sa fejn ir-Regolament Nru 1370/2007 ma kienx applikabbli minħabba li daħal fis-seħħ wara s-sentenza li tikkonferma d-dritt għall-kumpens, mogħtija mil-Consiglio di Stato abbażi tar-Regolament Nru 1191/69.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 tas-26 ta’ Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 7, Vol. 1, p. 19).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015 L 248, p. 9).

(4)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU 2007, L 315, p. 1).


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/28


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 minn Brugg Kabel AG u Kabelwerke Brugg AG Holding mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-12 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-441/14, Brugg Kabel AG u Kabelwerke Brugg AG Holding vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-591/18 P)

(2018/C 399/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Brugg Kabel AG, Kabelwerke Brugg AG Holding (rappreżentanti: A. Rinne u M. Lichtenegger, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1.

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-441/14 u d-deċiżjoni tal-parti l-oħra fil-proċedura tal-appell tat-2 ta’ April 2014 (Każ AT.39610 – Kejbils tal-elettriku) sa fejn tikkonċerna lill-appellanti;

2.

sussidjarjament, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali msemmija fil-punt 1 u d-deċiżjoni tal-parti l-oħra fil-proċedura tal-appell imsemmija fil-punt 1, sa fejn

(a)

l-ammont tal-multa imposta fuq l-appellanti huwa ta’ EUR 8 490 000, u

(b)

l-appellanti ġew ikkundannati għall-ispejjeż.

u tnaqqas l-ammont tal-multa konformement mat-talbiet imressqa mill-appellanti fl-ewwel istanza skont l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja;

3.

iktar sussidjarjament, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali msemmija fil-punt 1 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

4.

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedura tal-appell għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jinvokaw sitt aggravji insostenn tal-appell tagħhom.

L-ewwel aggravju: ksur tad-drittijiet tad-difiża peress li t-talba għal informazzjoni u d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġew trażmessi bl-Ingliż

Fir-rigward tal-verżjonijiet lingwistiċi tat-talba għal informazzjoni u tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-appellanti, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li l-livell ta’ komprensjoni eċċessivament baxx kien suffiċjenti. Hija kellha tiżgura li d-destinatarju jkun jista’ jifhem l-ilmenti fl-intier tagħhom, billi jingħata l-possibbiltà li jagħżel il-verżjoni lingwistika komprensibbli għalih, għall-finijiet ta’ difiża eżawrjenti. Ma huwiex biżżejjed li l-ilmenti jinftiehmu “suffiċjentement” fir-rigward tan-natura u tal-portata tagħhom, sabiex wieħed “ikun jista’ utilment jadotta pożizzjoni f’dan ir-rigward”.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali naqset milli tirrikonoxxi li, f’dan ir-rigward, ma hijiex l-utilità tar-risposti tal-Kummissjoni li hija rilevanti iżda pjuttost l-fatt li l-impriża kkonċernata setgħet tiddefendi ruħha b’mod eżawrjenti kontra l-ilmenti minkejja r-rifjut tal-Kummissjoni li trendi disponibbli verżjoni lingwistika oħra.

It-tieni aggravju: ksur tad-drittijiet tad-difiża minħabba rifjut ta’ aċċess għall-osservazzjonijiet ta’ impriżi oħra dwar l-ilmenti

Il-Qorti Ġenerali stabbilixxiet rekwiżiti eċċessivi fir-rigward tal-kundizzjonijiet li fihom l-impriża kkonċernata setgħet tingħata aċċess għar-risposti mhux kunfidenzjali ta’ destinatarji oħra tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Destinatarju tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet għandu jingħata aċċess meta l-impriża kkonċernata turi li, fir-rigward tal-ilmenti mressqa, kien hemm ċirkustanzi plawżibbli fil-proċeduri li juru li huwa possibbli li fir-risposti mhux kunfidenzjali ta’ destinatarju ieħor tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet hemm siltiet jew annessi li jiskaġunawh.

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tirrikonoxxi li kien hemm ksur tal-prinċipju tal-Istat tad-dritt meta awtorizzat lill-Kummissjoni biss tevalwa r-risposti tad-destinatarji l-oħra tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet għal siltiet jew annessi li (potenzjalment) jiskaġunaw. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kienet qiegħda taġixxi kemm bħala korp investigattiv/eżekutorju u korp deċiżjonali kif ukoll bħala korp difenżiv, minkejja li kien impossibbli għaliha li tqis li kellha l-għarfien neċessarju tal-kuntest fattwali.

It-tielet aggravju: ksur tal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza peress li stabbilixxiet l-14 ta’ Diċembru 2001 bħala d-data tal-bidu tal-ksur

Il-Qorti Ġenerali applikat livell probatorju baxx wisq fir-rigward tal-prova tal-bidu tal-parteċipazzjoni fi ksur uniku u kontinwu. Sabiex taġixxi b’mod korrett, il-Kummissjoni kellha tipproduċi provi preċiżi, konvinċenti u konkordanti li jiġġustifikaw il-konvinzjoni soda li d-data magħżula għall-bidu tal-parteċipazzjoni fil-ksur kienet tikkorrispondi ma’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni. Dubji oħra residwi kellhom jiffavorixxu lill-impriża kkonċernata, konformement mal-prinċipju ta’ in dubio pro reo.

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tirrikonoxxi li, għall-finijiet ta’ konfutazzjoni ta’ provi fattwali, huwa biżżejjed li dawn jiġu kontradetti bi provi fattwali kuntrarji. Fl-interess tal-opportunitajiet ugwali għall-partijiet, l-impriża kkonċernata ma tistax tintalab tipproduċi provi li jiskaġunaw fi proċedura amministrattiva għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet.

Ir-raba’ aggravju: żnaturament tal-provi u ksur tal-preżunzjoni tal-innoċenza permezz ta’ parteċipazzjoni kontinwa fil-ksur bejn it-12 ta’ Mejju 2005 u t-8 ta’ Diċembru 2005.

Il-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi dwar l-istabbiliment ta’ parteċipazzjoni kontinwa fil-ksur min-naħa tal-appellanti meta, minkejja l-firxa ta’ provi fattwali li kienu kontradittorji u inkonsistenti, hija għamlet konstatazzjoni ċerta u assoluta li l-ksur kien kontinwu u mingħajr interruzzjoni.

F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali naqset ukoll milli tirrikonoxxi l-kriterju għall-konfutazzjoni ta’ provi fattwali.

Il-ħames aggravju: żnaturament tal-provi, ksur tal-preżunzjoni tal-innoċenza u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba konstatazzjoni tar-responsabbiltà abbażi ta’ akkordji dwar kejbils tal-elettriku taħt l-ilma, dwar swieq nazzjonali u dwar proġetti ta’ skala kbira.

Il-Qorti Ġenerali applikat livell probatorju baxx wisq u żnaturat il-provi fir-rigward tar-responsabbiltà tal-appellanti għall-partijiet awtonomi u distinti tal-ksur – bħal pereżempju kejbils tal-elettriku, swieq nazzjonali u proġetti ta’ skala kbira – li fir-rigward tagħhom l-appellanti la pparteċipaw u lanqas kellhom interess.

Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni r-riskji irraġonevoli u sproporzjonati marbuta ma’ interpretazzjoni daqshekk wiesgħa tal-kunċett legali ta’ ksur uniku u kontinwu għal impriżi li ma jkunux ħadu sehem fil-partijiet kollha tal-ksur, iżda li jistgħu jkunu madankollu responsabbli in solidum skont id-dritt nazzjonali għad-dannu kkawżat.

Fid-dawl tal-armonizzazzjoni Ewropea tar-regoli dwar id-dritt għal kumpens, ir-rikors kontra kodebituri fil-livell nazzjonali ma jikkostitwixxix strument xieraq sabiex tiġi kkumpensata l-portata kbira esterna tar-responsabbiltà.

Is-sitt aggravju: ksur tal-Artikolu 23(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1), u tal-prinċipji ta’ legalità, ta’ proporzjonalità u ta’ ne bis in idem fil-kalkolu tal-ammont tal-multa.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta stabbilixxiet l-2004 bħala s-sena ta’ referenza għall-valur tal-bejgħ, li la kienet rappreżentattiva fir-rigward tal-appellanti u lanqas kienet tirrifletti d-daqs ġenwin jew is-saħħa ekonomika tagħhom.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-Kummissjoni ma setgħetx tibbaża ruħha, għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-responsabbiltà, fuq ksur uniku u uniku, jiġifieri fuq akkordju uniku li jkopri kemm il-konfigurazzjoni “A/R” kif ukoll il-konfigurazzjoni “R” u, min-naħa l-oħra, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-multa, hija ma setgħetx tissepara mill-ġdid artifiċjalment il-partijiet preżubbilment inseparabbli tal-ksur.


(1)  ĠU 2003, L 1, p. 1.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/30


Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs Iberia Express SA

(Kawża C-186/17) (1)

(2018/C 399/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 221, 10.7.2017.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/30


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Galicia – Spanja) – Simón Rodríguez Otero vs Televisión de Galicia SA, Ministerio Fiscal

(Kawża C-212/17) (1)

(2018/C 399/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 231, 17.7.2017.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/30


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Awwissu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja, sostnuta minn: Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-594/17) (1)

(2018/C 399/39)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 412, 4.12.2017.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-36/18) (1)

(2018/C 399/40)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 94, 12.03.2018


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Awwissu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-86/18) (1)

(2018/C 399/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Equitalia centro SpA vs Poste Italiane SpA

(Kawża C-284/18) (1)

(2018/C 399/42)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 249, 16.7.2018.


Il-Qorti Ġenerali

5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2018 – HD vs Il-Parlament

(Kawża T-604/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tad-dar - Allowance tal-edukazzjoni - Allowance tat-tfal dipendenti - Kundizzjonijiet għall-għoti - Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura rċevuta minn sorsi oħra - Irkupru tal-ammont indebitu - Deċiżjonijiet li jtemmu d-drittijiet għal ċerti allowances - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2018/C 399/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: HD (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u L. Deneys, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjonijiet tal-Parlament tal-21 ta’ Settembru, tal-5 ta’ Ottubru, tas-27 ta’ Novembru u tal-15 ta’ Diċembru 2015 li jirkupraw ammonti mħallsa indebitament lir-rikorrenti bħala allowance tal-edukazzjoni, t-tieni nett, id-deċiżjonijiet tal-Parlament tal-5, 13, 23 ta’ Ottubru, tal-5, 11 u 12 ta’ Novembru 2015 li jirkupraw ammonti li mħallsa lilha indebitament fir-rigward tal-allowance għall-edukazzjoni u l-allowance għat-tfal dipendenti u li jċaħħduha mid-dritt tagħha għall-allowance tad-dar u, t-tielet nett, “sa fejn hemm bżonn”, id-deċiżjoni tal-21 ta’ April 2016 li ċaħdet l-ilment tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

HD hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 326, 5.9.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-34/16 u ġiet ttrasferita għall-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, 1.9.2016).


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2018 – Volkswagen vs EUIPO – Paalupaikka (MAIN AUTO WHEELS)

(Kawża T-623/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MAIN AUTO WHEELS - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea VW - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li saret l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)”))

(2018/C 399/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. Drzymalla, S. Risthaus u J. Engberding, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder et D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Paalupaikka Oy (Iisalmi, il-Finlandja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2189/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Volkswagen u Paalupaikka.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Volkswagen AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2018 – Chambre de commerce et d’industrie métropolitaine Bretagne-Ouest (port de Brest) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-39/17) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ investigazzjonijiet preliminari dwar skemi ta’ għajnuna mill-Istat fis-settur tal-portijiet tal-Istati Membri kollha - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu - Regolament (KE) Nru 45/2001 - Kunċett ta’ ħajja privata - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni jew ta’ awditu - Applikazzjoni ta’ preżunzjoni ġenerali - Interess pubbliku superjuri”))

(2018/C 399/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Chambre de commerce et d’industrie métropolitaine Bretagne-Ouest (port de Brest) (Brest, Franza) (rappreżentanti: J. Vanden Eynde u E. Wauters, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet, B. Stromsky, u C. Georgieva-Kecsmar, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 7755 finali tat-23 ta’ Novembru 2016 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent, minn naħa, l-aċċess sħiħ għall-kwestjonarju mibgħut lill-Istati Membri kollha u, min-naħa l-oħra, l-aċċess għar-risposti tal-Istati Membri għal dan il-kwestjonarju, imsemmija f’ittra mibgħuta fit-8 ta’ Lulju 2016 lir-Repubblika Franċiża fil-kuntest tal-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat SA.38398 (2016/C) (ex 2015/E) – Taxxa tal-portijiet fi Franza.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ix-Chambre de commerce et d’industrie métropolitaine Bretagne-Ouest (port de Brest) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 114, 3.4.2017.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 20 ta’ Settembru 2018 – Kwizda Holding vs EUIPO – Dermapharm (UROAKUT)

(Kawża T-266/17) (1)

([Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea UROAKUT - Trade marks figurattivi preċedenti nazzjonali u internazzjonali UroCys - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Setgħa ta’ bidla - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2018/C 399/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kwizda Holding GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: L. Wiltschek, D. Plasser u K. Majchrzak, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dermapharm GmbH (Vjenna) (rappreżentanti: H. Kunz-Hallstein u R. Kunz-Hallstein, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1221/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dermapharm u Kwizda Holding.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1221/2016-4) hija annullata.

2)

L-oppożizzjoni mressqa minn Dermapharm GmbH hija miċħuda.

3)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Kwizda Holding GmbH, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

4)

Dermapharm għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.


(1)  ĠU C 202, 26.6.2017.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/35


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – TE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-392/17 R)

((“Miżuri provviżorji - Ċaħda tar-rikors fil-kawża prinċipali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2018/C 399/47)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: TE (rappreżentant: J. Bartončík, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u Z. Malůšková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 278 TFUE u intiża għas-sospensjoni tad-deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ investigazzjoni esterna, immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), [kunfidenzjali(1), li tikkonċerna lir-rikorrent bħala persuna kkonċernata u marbuta ma’ [kunfidenzjali].

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji.

2)

TE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  Data kunfidenzjali mħassra.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/35


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Awwissu 2018 – Laboratoire Pareva u Biotech3D vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-337/18 R u T-347/18 R)

((“Miżuri provviżorji - Regolament (UE) Nru 528/2012 - Prodotti bijoċidali - Sustanza attiva PHMB (1415; 4.7) - Rifjut tal-approvazzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi”))

(2018/C 399/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent fil-kawża T-337/18 R: Laboratoire Pareva (Saint-Martin-de-Crau, Franza) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u S. Englebert, avukati)

Rikorrenti fil-kawża T-347/18 R: Laboratoire Pareva (Saint-Martin-de-Crau) u Biotech3D Ltd & Co. KG (Gampern, l-Awstrija) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u S. Englebert, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lindenthal u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/619 tal-20 ta’ April 2018 li ma tapprovax il-PHMB (1415; 4.7) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6 (ĠU 2018, L 102, p. 21) u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/613 tal-20 ta’ April 2018 li japprova l-PHMB (1415; 4.7) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 4 (ĠU 2018, L 102, p. 1), u, minn naħa l-oħra, sabiex tadotta kull miżura provviżorja xierqa oħra.

Dispożittiv

1)

Il-kawżi T-337/18 R u T-347/18 R huma magħquda għall-finijiet ta’ dan id-digriet.

2)

It-talbiet għal miżuri provviżorji huma miċħuda.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/36


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2018 – Robert vs Conseil national de l’ordre des pharmaciens

(Kawża T-362/18 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ċaħda tar-rikors prinċipali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2018/C 399/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alain Robert (Le Mans, Franza) (rappreżentant: J.-M. Viala, avukat)

Konvenut: Conseil national de l’ordre des pharmaciens

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Conseil national de l’ordre des pharmaciens français tat-3 ta’ Ottubru 2017, ivvalidata mill-Conseil d’État français b’sentenza tas-7 ta’ Frar 2018, li timponi projbizzjoni kontra r-rikorrent milli jeżerċita l-farmaċija għal sena.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji.

2)

Alain Robert għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/37


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Awwissu 2018 – Boyer vs Wallis-et-Futuna

(Kawża T-475/18 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà”))

(2018/C 399/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Boyer (Papeete, Franza) (rappreżentant: T. Dal Farra, avukat)

Konvenut: Territoire des îles Wallis-et-Futuna (Franza)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tat-Territoire des îles Wallis-et-Futuna li permezz tagħha dan tal-aħħar ċaħad l-offerta tar-rikorrent u ta lil offerent ieħor il-kuntratt għal xogħlijiet dwar il-bini ta’ moll kummerċjali f’Leava (Franza), u, min-naħa l-oħra, għas-sospenzjoni tal-firma tal-kuntratt inkwistjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/37


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2018 – XG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-504/18 R)

((“Miżuri provviżorji - Rifjut ta’ aċċess għall-bini tal-Kummissjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ interess li jinkisbu l-miżuri provviżorji mitluba”))

(2018/C 399/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: XG (rappreżentanti: S. Kaisergruber u A. Burghelle-Vernet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel u T. Bohr, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2018 li tikkonferma l-projbizzjoni ta’ aċċess għall-bini tagħha u, min-naħa l-oħra, sabiex tordna lill-Kummissjoni tagħti, temporanjament, l-aċċess għall-bini tagħha.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/38


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2018 – Neda Industrial Group vs Il-Kunsill

(Kawża T-490/18)

(2018/C 399/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Neda Industrial Group (Tehran, l-Iran) (rappreżentant: L. Vidal, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Ġunju 2018 li żżomm is-sanzjonijiet fil-konfronti tiegħu, u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2018 li żżomm lir-rikorrent fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1) u tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012 (2).

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata minħabba żball ta’ liġi.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-Kunsill ma weriex li hija pprovdiet sostnenn volontarju għall-attivitajiet nukleari tal-Iran li jippreżentaw riskju ta’ proliferazzjoni, li hija l-bażi legali għall-inklużjoni tiegħu fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012.

Ir-rikorrent iżid li l-fatt li l-Kunsill ma kkomunikalu ebda prova insostenn tal-allegazzjonijiet tiegħu jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata minħabba żball ta’ fatt.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li, fid-dawl tal-attivitajiet tiegħu u s-servizzi li huwa jipprovdi, huwa ma hu marbut la ma xi entità li hija suġġett ta’ sanzjonijiet u lanqas ma xi attività nukleari.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata minħabba ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-inklużjoni tiegħu fuq il-lista ta’ entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi u r-rifjut li jitneħħa minn din il-lista ma huma la xierqa u lanqas neċessarji sabiex jintlaħqu l-għanijiet intiżi mir-Regolament Nru 267/2012 u li kkawżawlu dannu sproporzjonat.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU 2010, L 195, p. 39).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat- 23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU 2012, L 88, p. 1).


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/39


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2018 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-505/18)

(2018/C 399/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M.Z. Fehér, M.M. Tátrai u A. Pokoraczki, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/873 tat-13 ta’ Ġunju 2018 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nefqa partikolari li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) fil-parti li tirrigwarda lill-Ungerija, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni l-għajnuna mogħtija lil gruppi ta’ produtturi li għandhom rikonoxximent ikkwalifikat; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-esklużjoni kontenzjuża prevista mid-deċiżjoni kkontestata hija illegali għaliex l-għajnuna lill-gruppi ta’ produtturi kkonċernati ngħatat b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni.

Ir-rikorrenti tinvoka n-natura tar-rikonoxximent tal-gruppi ta’ produtturi. Hija ssostni li l-Kummissjoni, f’dak li jirrigwarda d-deċiżjoni dwar ir-rimbors tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali mogħtija lil gruppi ta’ produtturi, ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-gruppi ta’ produtturi li kisbu rikonoxximent ikkwalifikat jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 1698/2005.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-esklużjoni kontenzjuża prevista mid-deċiżjoni kkontestata hija illegali għaliex kien ikun jaqbel, fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali, ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, li l-esklużjoni tiġi mtaffija jew li jkun hemm rinunzja għaliha.

Skont ir-rikorrenti, l-esklużjoni kontenzjuża hija illegali, għaliex kien ikun jaqbel, fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali, ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, li l-esklużjoni tiġi mtaffija jew li jkun hemm rinunzja għaliha, peress li r-regoli tad-dritt tal-Unjoni ma humiex neċessarjament ċari fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-prattiki nazzjonali kontenzjużi u peress li dawn jippermettu l-interpretazzjoni sostnuta mill-Ungerija, għaliex dawn kienu preċedentement diġà magħrufa mill-Kummissjoni, li ma kinitx esprimiet oġġezzjonijiet fir-rigward tagħhom.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/39


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2018 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-509/18)

(2018/C 399/54)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Pavliš, O. Serdula u J. Vláčil, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/873 tat-13 ta’ Ġunju 2018 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nefqa partikolari li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) inkwantu din id-deċiżjoni teskludi l-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Ċeka li jammontaw għal total ta’ EUR 151 116,65, u

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (iktar ’il quddiem ir-“Regolament 1306/2013”).

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni illi l-Kummissjoni kkunsidrat b’mod żbaljat illi t-terminu li jgħaddi bejn verifika u oħra li ssir mill-awtoritajiet ta’ kontroll għand l-istess impriża agrikola ma jistax ikun iktar mit-terminu stabbilit mill-Artikolu 25 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (iktar ’il quddiem ir-“Regolament 809/2014”).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

Anki jekk fil-kawża preżenti jiġi stabbilit li kien hemm ksur tar-Regolament 809/204 (quod non), ir-Repubblika Ċeka setgħet leġittimament tikkunsidra illi s-sistemi tagħha ta’ kontroll huma konformi mad-dritt tal-Unjoni minħabba l-konklużjonijiet li kienet waslet għalihom il-Kummissjoni fl-awditu preċedenti, u dan ġaladarba li l-Kummissjoni kienet irrikonoxxiet li l-verifiki fuq il-post fir-Repubblika Ċeka kienu seħħew b’mod li huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(1) u (2) tar-Regolament Nru 1306/2013.

Anki jekk fil-kawża preżenti jiġi stabbilit li r-Repubblika Ċeka kisret ir-Regolament 809/204 (quod non), il-Kummissjoni inkludiet ukoll fil-korrezzjoni finanzjarja għajnuna mogħtija lill-impriżi agrikoli li fir-rigward tagħhom il-verifiki fuq il-post ma stabbilixxewx ksur tar-Regolament 809/2014. Għalhekk il-Kummissjoni imponiet korrezzjoni finanzjarja għal nfiq illi ma jistax jiġi kkwalifikat bħala wieħed li mhux ġustifikat u li ma ppreżenta l-ebda riskju għall-fondi tal-Unjoni.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/40


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2018 – Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-516/18)

(2018/C 399/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: D. Holderer, aġent u D. Waelbroeck, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2018 dwar l-allegata għajnuna mill-Istat SA.44888 li ġiet implimentata mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu favur Engie;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2018 dwar l-allegata għajnuna mill-Istat SA.44888 li ġiet implimentata mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu favur Engie sa fejn hija tordna l-irkupru tal-għajnuna;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Aritkolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), sa fejn il-Kummissjoni ma wrietx is-selettività tal-miżuri inkwistjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni ma wrietx l-eżistenza ta’ kwalunkwe vantaġġ favur Engie.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 4 u 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), sa fejn il-Kummissjoni fil-fatt tipproċedi b’armonizzazzjoni fiskali moħbija.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9) u d-drittijiet tad-difiża.

5.

Il-ħames motiv, imqajjem b’mod sussidjarju u bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 16 tar-Regolament 2015/1589 msemmi iktar ’il fuq, sa fejn il-Kummissjoni ordnat l-irkupru tal-għajnuna bi ksur tal-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/41


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2018 – YG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-518/18)

(2018/C 399/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: YG (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, l-ewwel nett, id-deċiżjoni tal-konvenuta tat-13 ta’ Novembru 2017 li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi;

tannulla, sussegwentement, id-deċiżjoni tal-konvenuta tas-17 ta’ Mejju 2018 li tiċħad l-ilment tiegħu kontra d-deċiżjoni tat-13 ta’ Novembru 2017;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur, mill-konvenut, tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea. Id-deċiżjoni kkontestata kienet ibbażata fuq ċerti żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni; barra minn hekk, hija ma kinitx motiva b’mod suffiċjenti u stablixxiet biss li eżami tal-merti tar-rikorrent sar skont il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba kif protett mill-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba li nuqqas ta’ diliġenza fir-redazzjoni u l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/42


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2018 – Global Silicones Council and Others vs ECHA

(Kawża T-519/18)

(2018/C 399/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Global Silicones Council (Washington, D.C., l-Istati Uniti) u sitta oħra (rappreżentanti: R. Cana, F. Mattioli, G. David, avuati u D. Abrahams, Barrister)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata (1), sa fejn din tinkludi t-tliet sustanzi Octamethylcyclotetrasiloxane (D4), Decamethylcyclopentasiloxane (“D5”) and Dodecamethylcyclohexasiloxane (“D6”) fil-lista ta’ kandidati ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna;

alternattivament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata fir-rigwarda ta’ waħda jew iktar minn dawn l-inklużjonijiet fil-lista ta’ kandidati;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri, u

tadotta miżuri oħra jew addizzjonali skont kif meħtieġ mill-ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni tagħha tal-proprjetajiet Bioakkumulattivi (“B”) ta’ D4, D5 u D6, u fl-evalwazzjoni tagħha tal-proprjetajiet Tossiċi (“T”) properties ta’ D5 u ta’ D6 kif ukoll li marret lill hinn mill-kompetenzi tagħha u kisret l-Artikolu 59 tar-Regolament 1907/2006:

billi bbażat ruħha fuq l-opinjonijiet tal-Kumitat tal-Istati Membri (KSM) u tal-Kumitat tal-Istima tar-Riskji (KIR) mingħajr ma għamlet l-evalwazzjoni rispettiva tagħha tal-informazzjoni disponibbli u b’hekk importat l-iżbalji li jivvizzjaw l-imsemmija opinjonijiet.;

billi ddeċidiet li D4, D5 u D6 jissodisfaw il-kriterji ta’ persistenza għolja u bijoakkumulazzjoni għolja (vPvB) previsti fl-Anness XIII minkejja li l-persistenza (P) u l-bijoakkumulazzjoni (B) ma kinux stabbiliti għall-istess kompartiment;

billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni n-natura speċifika ta’ D4, D5 u D6 (in-natura “ibrida” tagħhom) meta applikat il-kriterji previsti fl-Anness XIII għall-bijoakkumulazzjoni;

billi siltet konklużjonijiet dwar il-bijoakkumulazzjoni (B/vB) ta’ D4 u D5 li ma humiex sostnuti mill-evidenza invokata;

billi naqset milli tevalwa l-evidenza l-ġdida dwar il-bijoakkumulazzjoni (B/vB) għal D4 u D5 li kienet disponibbli għaliha wara l-opinjonijiet tal-KSM u tal-KIR;

billi naqset milli tiħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni kollha rilevanti meta ddeċidiet dwar il-bijoakkumulazzjoni (vB) ta’ D6;

billi naqset milli tiħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni dwar it-tossiċità ta’ D5 innifisha u minflok identifikat id-D5 bħala bbażata fuq il-PBT minħabba l-preżenza ta’ D4 bħala impurità, u billi identifikat id-D5 bħala PBT mingħajr il-limiti speċifiċi fuq il-kontenut ta’ D4 maqbula fi ħdan il-KSM;

billi naqset milli tiħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni dwar it-tossiċità ta’ D6 innifisha u minflok identifikat id-D6 bħala bbażata fuq il-PBT minħabba l-preżenza ta’ D4 bħala impurità, u billi identifikat id-D6 bħala PBT mingħajr il-limiti speċifiċi fuq il-kontenut ta’ D4 maqbula fi ħdan il-KSM.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, minħabba li l-inklużjoni fil-lista ta’ kandidati marret lil hinn minn dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex u ma hijiex l-inqas miżura restrittiva li setgħet tintgħażel mill-konvenuta.


(1)  Deċiżjoni ppubblikata fis-27 ta’ Ġunju 2018 tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi “Inklużjoni ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna fil-lista ta’ kandidati li eventwalment jistgħu jiġu inklużi fl-Anness XIV”, sa fejn din tinkludi tliet sustanzi Octamethylcyclotetrasiloxane (D4), Decamethylcyclopentasiloxane (“D5”) and Dodecamethylcyclohexasiloxane (“D6”) fil-lista ta’ kandidati ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1)


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/43


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2018 – Billa vs EUIPO – Boardriders IP Holdings (Billa)

(Kawża T-524/18)

(2018/C 399/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Billa AG (Wiener Neudorf, l-Awstrija) (rappreżentanti: J. Rether, M. Kinkeldey, J. Rosenhäger, S. Brandstätter, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Boardriders IP Holdings LLC (Huntington Beach, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Billa” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 592 623

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 2235/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 46 u 71 tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikoli 2(2)(i) u 27(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni Nru 2017/1430.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/44


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2018 – ENGIE Global LNG Holding et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-525/18)

(2018/C 399/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ENGIE Global LNG Holding Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Engie Invest International SA (il-Lussemburgu), ENGIE (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: B. Le Bret, M. Struys, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikkjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni sa fejn tordna l-irkupru tal-għajnuna;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2018 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44888 (2016/C) (ex 2016/NN) mogħtija mil-Lussemburgu favur ENGIE, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-ewwel kriterju tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-eżistenza ta’ intervent mill-Istat.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-kunċett ta’ vantaġġ, sa fejn tħallat il-kunċetti ta’ vantaġġ u ta’ selettività, tikkunsidra l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku abbażi ta’ effett ikkombinat ta’ miżuri individwalment konformi għad-dritt komuni, u tanalizza dan l-effett abbażi ta’ żnaturament tal-fatti kif ukoll ta’ diversi żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni li l-Kummissjoni wettqet fid-definizzjoni taż-żewġ kuntesti ta’ riferiment użati b’mod alternattiv (ġenerali u ristrett) sabiex turi l-eżistenza ta’ deroga diskriminatorja favur, minn naħa, kumpanniji holdings (LNG Holding u CEF) u, min-naħa l-oħra, il-grupp ENGIE.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni li l-Kummissjoni wettqet fl-evalwazzjoni tagħha tal-eżistenza ta’ derogi u ta’ trattament diskriminatorju favur, minn naħa, kumpanniji holdings u, min-naħa l-oħra, il-grupp ENGIE.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni li l-Kummissjoni wettqet fil-kwalifika ta’ vantaġġ selettiv li jirriżulta min-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regola Lussemburgiża dwar l-abbuż ta’ dritt.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi tal-Kummissjoni fil-kwalifika tal-miżuri inkwistjoni bħala għajnuna individwali.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istati Membri u l-Unjoni, kif ukoll fuq użu ħażin ta’ poter mogħti lilha fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat sabiex tintervjeni fuq miżuri ġenerali li jaqgħu taħt il-politika nazzjonali fil-qasam tat-tassazzjoni diretta.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti u tan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 TFUE.

9.

Id-disa’ motiv invokat sussidjarjament ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9) sa fejn il-Kummissjoni ordnat l-irkupru tal-allegata għajnuna inkwistjoni bi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/45


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2018 – LL-Carpenter vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-531/18)

(2018/C 399/60)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: LL-Carpenter (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: J. Buřil, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2018) 4138 finali tas-26 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ AT.40037 – Carpenter/Subaru, li permezz taghħa, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas 16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (iktar ’il quddiem ir-“Regolament 1/2003”), kif ukoll bl-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (iktar ’il quddiem ir-“Regolament 773/2004”), il-Kummissjoni ċaħdet l-ilment li r-rikorrenti kienet ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2012, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tar-Regolament 1/2003 għall-ksur tal-Artikolu 101 TFUE, u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq tliet difetti fid-deċiżjoni kkontestata, illi jikkonsistu fi żball fl-evalwazzjoni tad-dritt u żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti.

Il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni żbaljata tal-fatti meta waslet għall-konklużjoni illi l-aġir attribwit li-rikorrenti (fil-parti li tirrigwarda r-Repubblika Ċeka) kien ġie rregolat mill-awtorita’ tal-kompetizzjoni tar-Repubblika Ċeka u dan wassal għal żball fl-evalwazzjoni tad-dritt billi ikkunsidrat illi kienu jissussistu l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament 1/2003 (fil-parti li tikkonċerna r-Repubblika Ċeka).

Il-Kummissjoni ma eżaminatx kif suppost iċ-ċirkustanzi kollha ta’ fatt u ta’ dritt illi r-rikorrenti ppreżentat lilha, b’hekk il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni żbaljata taċ-ċirkustanzi ta’ fatt meta kkonkludiet illi l-osservazjonijiet bil-miktub tar-rikorrenti ma setgħux iwasslu għal evalwazzjoni oħra tal-ilment u li lanqas ma kien possibli li jinstab ksur tal-Artikolu 101 TFUE u li wettqet evalwazzjoni żbaljata fid-dritt tal-kawża billi sabet illi l-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament 773/2004 kienu ġew osservati.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq difetti ta’ proċedura fid-deċiżjoni kkontestata billi l-Kummissjoni ma pprovdietx motivazzjoni adekwata fid-deċiżjoni tagħha.

Il-Kummissjoni naqset milli tindika il-prijoritajiet li kienet ipprevediet meta ddeċidiet li hija ma kinitx se twettaq investigazzjonijiet oħra f’din il-kawża u hija llimitat ruħha li tirreferi għall-ispejjeż għolja li setgħu jintlaħqu bit-tkomplija tal-investigazzjoni.

Il-Kummissjoni ma mmotivatx il-mod li bih evalwat il-provi, u lanqas ma mmotivat ir-raġuni għaliex ma eżaminatx iċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ dritt illi r-rikorrenti kienet ippreżentatilha, u lanqas ma ġġustifikat għaliex, fid-deċiżjoni ta’ rifjut tal-ilment, kienet ibbażat ruħha biss fuq dikjarazzjonijiet meħuda minn osservazzjonijiet bil-miktub ta’ waħda mill-kumpanniji suġġetti għall-ilment.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/46


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2018 – Wanda Films u Wanda Visión vs EUIPO – Dalian Wanda Group Co. (WANDA FILMS)

(Kawża T-533/18)

(2018/C 399/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wanda Films, SL (Pozuelo de Alarcón, Spanja) u Wanda Visión, SA (Pozuelo de Alarcón) (rappreżentant: C. Planas Silva, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Dalian Wanda Group Co. Ltd (Dalian, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea WANDA FILMS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 912 829

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjon

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 401/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors, l-argumenti u d-dokumenti (inklużi dawk ippreżentati flimkien mar-rikors u dawk ippreżentati mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell);

tibdel id-deċiżjoni kkontestata;

taċċetta r-reġistrazzjoni tat-trade mark difiża mir-rikorrenti permezz ta’ dan ir-rikors.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/47


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2018 – Société des produits Nestlé vs EUIPO – European Food (fitness)

(Kawża T-536/18)

(2018/C 399/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, A. Lambrecht, C. Elkemann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: European Food SA (Păntășești, ir-Rumanija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “fitness” – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 470 326

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni ord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 755/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni 5801 C tat-18 ta’ Ottubru 2013;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) flimkien mal-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/48


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2018 – Dickmanns vs EUIPO

(Kawża T-538/18)

(2018/C 399/63)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sigrid Dickmanns (Gran Alacant, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-EUIPO kkomunikata bl-ittra tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2017 li l-kuntratt tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju jintemm fit-30 ta’ Ġunju 2018 u, sa fejn meħtieġ għall-annullament tad-determinazzjoni msemmija hawn fuq, tannulla wkoll id-determinazzjonijiet ikkomunikati bl-ittri tal-EUIPO tat-23 ta’ Novembru 2013 u tal-4 ta’ Ġunju 2014;

tikkundanna lill-EUIPO jħallas lir-rikorrenti kumpens f’ammont raġonevoli, fid-diskrezzjoni tal-Qorti Ġenerali, għad-dannu nonpekunjarju u morali kkawżat lir-rikorrenti bid-deċiżjoni tal-EUIPO li hemm riferiment għaliha fl-ewwel punt;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.

1.

Żball manifest ta’ evalwazzjoni, nuqqas ta’ eżerċizzju tad-diskrezzjoni mill-EUIPO, ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ugwaljanza fit-trattament, ksur tal-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ azzjoni arbitrarja

Ir-rikorrenti tikkritika lill-EUIPO talli naqas illegalment milli jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu sabiex iġedded għat-tieni darba l-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti skont l-Artikolu 2(f) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, il-“Kondizzjonijiet tal-impjieg”), jew, inkella, li naqas milli jaġixxi fi żmien raġonevoli qabel it-tmiem tal-kuntratt ta’ impjieg.

2.

Ksur tal-Linji Gwida għat-tiġdid tal-kuntratti bħala membru tal-persunal temporanju (iktar ’il quddiem, il-“Linji Gwida”), ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju li t-tmiem tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju taħt l-Artikolu 2(a) jew 2(f) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg jeżiġi raġuni li tiġġustifika l-imsemmi tmiem (“iusta causa”) u ksur tal-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, il-“Karta”), ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (1), il-Ftehim qafas (b’mod partikolari l-Artikoli 1(b) u 5.1 tiegħu) u tal-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni ILO 158

Ir-rikorrenti ssostni li ma kellux jibqa’ permissibbli li tiġi applikata l-“klawżola ta’ xoljiment” fil-kuntratt tagħha wara l-approvazzjoni tal-Linji Gwida, għaliex, ladarba ġew introdotti, huma jirrappreżentaw il-metodi proċedurali applikabbli tal-EUIPO fir-rigward tat-tiġdid tal-kuntratti bħala membru tal-persunal temporanju, u għaldaqstant jipprojbixxu l-applikazzjoni tal-“klawżola ta’ xoljiment”.

Minbarra dan, ir-rikorrenti ssostni li raġuni li tiġġustifika t-tmiem tal-kuntratt li tkun ta’ natura baġitarja għandha tikkorrispondi mal-pożizzjoni rilevanti.

3.

Ksur tal-Linji Gwida, li jikkostitwixxi wkoll difett proċedurali sinjifikattiv, ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ugwaljanza fit-trattament, ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, ksur tad-dritt għal smigħ, qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura individwali li tkun tikkawża preġudizzju lill-persuna kkonċernata (Artikolu 41(2)(a) tal-Karta), ksur tad-dmir ta’ premura tal-EUIPO u tad-dmir li jieħu inkunsiderazzjoni l-interessi leġittimi tar-rikorrenti, żball manifest ta’ evalwazzjoni fil-ibbilanċjar tal-interessi tar-rikorenti ma’ dawk tas-servizz, ksur tal-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ azzjoni arbitrarja

4.

Ksur tat-tieni u t-tielet sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u tal-projbizzjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol ripetuti

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li, bi sforz sfaċċat li jevita l-konsegwenzi legali tat-tielet sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, l-EUIPO daħal ripetutament f’kuntratti għall-impjieg għal żmien determinat tar-rikorrenti skont l-Artikolu 2(b) u 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, minkejja l-fatt li l-attivitajiet tar-rikorrenti ma nbidlux matul dak iż-żmien. Konsegwentement, l-ewwel kuntratt tar-rikorrenti jibqa’ validu għall-perijodu ta’ żmien mhux limitat mingħajr klawżola ta’ xoljiment.

5.

Żamma illegali tal-klawżola ta’ xoljiment fil-kuntest tal-Protokoll ta’ Reintegrazzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ksur tal-interessi leġittimi tar-rikorrenti, u ksur tad-dmir ta’ premura minħabba l-applikazzjoni tal-klawżola

Bil-ħames motiv tagħha, ir-rikorrenti tilmenta li l-EUIPO ma kellux ikun jista’ jibqa’ japplika l-klawżola ta’ xoljiment wara li l-perijodu twil ta’ żmien li kien għadda wara l-iffirmar tal-kuntratt fl-2005.

6.

Ksur tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti, ksur tad-dritt ta’ premura tal-EUIPO u nuqqas li jieħu inkunsiderazzjoni l-interessi leġittimi tagħha, żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni tal-interessi tas-servizz

Fis-sitt motiv tagħha, ir-rikorrenti tilmenta li d-deċiżjoni tal-EUIPO li ma jġeddidx il-kuntratt ta’ impjieg tagħha tmur kontra l-aspettattivi leġittimi tagħha, id-dmir ta’ premura tal-EUIPO u l-interessi leġittimi tar-rikorrenti. Fl-istess waqt, fid-dawl tal-prestazzjoni tajba ħafna tar-rikorrenti, hija tirrappreżenta wkoll żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-interessi tas-servizz.

7.

Ksur tat-termini tal-klawżola ta’ xoljiment fl-Artikolu 5 tal-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti

Fis-seba’ motiv tagħha, ir-rikorrenti tilmenta li, meta l-EUIPO applika l-klawżola ta’ xoljiment, huwa applika b’mod żbaljat l-Artikolu 47(b)(ii) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, minflok l-Artikolu 47(c)(i), kif huwa stabbilit fil-klawżola ta’ xoljiment, u li l-perijodu ta’ avviż kellu jkun ta’ 10 xhur, minflok il-perijodu ta’ 6 xhur stabbilit mill-EUIPO.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/49


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2018 – ASL Aviation Holdings and ASL Airlines (Ireland) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-540/18)

(2018/C 399/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ASL Aviation Holdings DAC (Swords, l-Irlanda) u ASL Airlines (l-Irlanda) Ltd (Swords) (rappreżentanti: N. Travers, Senior Counsel, H. Kelly, K. McKenna u R. Scanlan, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-konvenuta responsabbli, skont l-Artikolu 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti, f’ammont ta’ madwar EUR 263,6 miljun, jew kull ammont ieħor li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiffissa, minħabba l-illegalità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 431 tat-30 ta’ Jannar 2013, Każ COMP/M.6570 – UPS/TNT Express, li tipprojbixxi l-konċentrazzjoni bejn UPS u TNT Express NV u, konsegwentement, il-ksur mill-Kummissjoni tad-dritt ta’ ASL għal amministrazzjoni tajba;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-interessi moratorji mid-data tal-għoti tas-sentenza li tiddeċiedi dwar dan ir-rikors sal-ħlas sħiħ, bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali tagħha ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali, fuq is-somma ta’ EUR 263,6 miljun jew fuq kull ammont ieħor li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiffissa;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjez.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu kumpens għad-dannu li huma allegatament ġarrbu minħabba d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 431, Każ COMP/M.6570 – UPS/TNT Express (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni inkwistjoni”), annullata mis-sentenza tas-7 ta’ Marzu 2017, United Parcel Service vs Il-Kummissjoni (T-194/13, EU:T:2017:144).

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni inkwistjoni hija vvizzjata b’istanzi serji ta’ ksur ta’ regoli tad-dritt intiżi li jipproteġu lill-individwi, b’mod partikolari lir-rikorrenti, li kellhom bħala konsegwenza diretta l-fatt li huma ġew imċaħħda mill-possibbiltà li jiġu ġġenerati l-profitti mill-ftehimiet li huma kienu kkonkludew f’Novembru 2012.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li, minħabba n-nuqqasijiet serji tagħha fl-osservanza tal-proċeduri korretti ta’ evalwazzjoni ta’ konċentrazzjonijiet fl-eżami tal-konċentrazzjoni nnotifikata, li wasslu għall-annullament tad-deċiżjoni inkwistjoni, l-aġir tal-konvenuta kien tant ’il bogħod minn approċċ li jħares id-drittijiet tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba u għal diliġenza xierqa min-naħa tal-konvenuta fit-twettiq ta’ din l-evalwazzjoni, kif iggarantiti mill-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 139/2004 (1), mill-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, li hija kisret ir-regoli tad-dritt intiżi li jagħtu protezzjoni lil kull persuna affettwata direttament mid-deċiżjoni inkwistjoni, b’mod partikolari r-rikorrenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni inkwistjoni hija vvizzjata wkoll bi żbalji manifesti u serji li jaffetwaw l-evalwazzjoni tal-konvenuta dwar il-konċentrazzjoni nnotifikata, kif sostnut minn UPS fir-rikors tagħha għad-danni mhux kuntrattwali ppreżentat kontra l-Kummissjoni fil-Kawża T-834/17 – li fuqu r-rikorrenti jibbażaw ruħhom fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, sa fejn tali rikors isostni t-talba tagħhom għal kumpens – għal dak li jirrigwarda l-analiżi tal-konċentrazzjoni tal-prezz, l-analiżi tal-effiċjenza, l-evalwazzjoni tal-kapaċità kompetittiva ta’ FedEx kif ukoll l-evalwazzjoni tal-intensità tal-kompetizzjoni, imwettqa mill-konvenuta fid-deċiżjoni inkwistjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq dritt għal kumpens tar-rikorrenti għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-konvenuta, peress li minħabba l-illegalità tal-proċedura ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni u l-projbizzjoni tat-twettiq tal-konċentrazzjoni nnotifikata, hija kisret id-drittijiet tar-rikorrenti għal-libertà ta’ intrapriża u d-dritt għall-proprjetà tagħhom, protetti mill-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li dawn l-istanzi ta’ ksur ikkawżaw telf għar-rikorrenti, għaliex, fl-assenza ta’ dawn l-istanzi ta’ ksur, huwa kienu jkunu jistgħu jiġġeneraw il-profitti mill-ftehimiet li kienu kkonkludew f’Novembru 2012, bil-konsegwenza li l-kumpens għandu jpoggi lir-rikorrenti fis-sitwazzjoni li kienu jkunu fiha fl-assenza tal-illegalitajiet li jivvizzjaw id-deċiżjoni inkwistjoni u r-rikors tagħhom huwa l-uniku mezz sabiex huma jiksbu tali kumpens.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/51


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2018 – Wanda Films u Wanda Visión vs EUIPO – Dalian Wanda Group Co. (wanda films)

(Kawża T-542/18)

(2018/C 399/65)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wanda Films, SL (Pozuelo de Alarcón, Spanja) u Wanda Visión, SA (Pozuelo de Alarcón) (rappreżentant: C. Planas Silva, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dalian Wanda Group Co. Ltd (Dalian, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: Wanda Films, SL

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni wanda films – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 902 994

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 829/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors, l-argumenti u d-dokumenti (inklużi dawk ippreżentati ma dan ir-rikors u dawk ippreżentati mir-rikorrent fl-istadju tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tadotta deċiżjoni li taċċetta r-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva mitluba mir-rikorrent f’dan ir-rikors.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (EU) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/52


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2018 – XK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-543/18)

(2018/C 399/66)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: XK (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

taqta’ u tiddeċiedi li d-deċiżjoni individwali li ma jingħatax iktar ir-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi relatati mat-tfal tiegħu mis-sena skolastika 2017/2018 indikata għall-ewwel darba permezz tad-dikjarazzjoni tar-remunerazzjoni tiegħu ta’ Novembru 2017 u motivata permezz ta’ posta elettronika tas-7 ta’ Novembru 2017 hija annullata;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni relatati mar-rimbors tal-ispejjeż mediċi, sa fejn il-bidla fl-interpretazzjoni mill-konvenuta kienet kisret id-drittijiet kweżiti, l-aspettattivi leġittimi, iċ-ċertezza legali u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tat-tfal, tad-dritt għall-ħajja tal-familja u tad-dritt għall-edukazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ bbilanċjar effettiv tal-interessi tar-rikorrent u fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li bihom hija vvizzjata d-deċiżjoni kkontestata.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/52


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2018 – ArcelorMittal Bremen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-544/18)

(2018/C 399/67)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ArcelorMittal Bremen GmbH (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u D. Jacob, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata, skont l-Artikolu 265 TFUE, li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 52(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 (1) sa fejn naqset milli tagħti istruzzjoni lill-amministratur ċentrali sabiex idaħħal fl-EUTL il-bidla fit-tabella ta’ allokazzjonijiet nazzjonali għall-installazzjoni rikorrenti bl-identifikazzjoni tal-Unjoni DE000000000000060, li kienet ġiet innotifikata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fit-8 ta’ Frar 2018;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Awwissu 2018 dwar it-talba tar-rikorrenti tal-14 ta’ Mejju 2018;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motiv segwenti:

Ksur tad-dritt tal-Unjoni

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni hija obbligata tadotta d-deċiżjoni skont l-Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 389/2013 sa fejn il-bidla fit-tabella ta’ allokazzjonijiet nazzjonali hija konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li, skont ir-regoli previsti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (2), il-livell storiku ta’ attività relatat mal-prodott fir-rigward tal-prodott minerali sinterizzati għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-kwantitajiet imwieżna tal-minerali sinterizzati, li jintieżnu meta jinħarġu mill-installazzjoni fejn issir is-sinterizzazzjoni.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti hija tal-fehma li l-minerali sinterizzati li, wara l-produzzjoni tagħhom jerġgħu jintgħarblu fil-kuntest tat-tħejjija tal-piż f’kalkara ta’ funderija u li jergġħu jintużaw bħala materjal irriċiklat f’installazzjoni fejn issir is-sinterizzazzjoni, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-livell ta’ attività tal-installazzjoni fejn issir is-sinterizzazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat- 2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011 (ĠU 2013, L 122, p. 1).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas- 27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2772) (ĠU 2011, L 130, p. 1).


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/53


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2018 – XM et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-546/18)

(2018/C 399/68)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: XM u 26 rikorrenti oħra (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet li jippreġudikaw lid-diversi rikorrenti li huma d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li dawn ma jingħatawx ir-rimbors għall-ispejjeż tal-iskola għas-sena 2017/2018 li ntwerew b’diversi modi skont iċ-ċirkustanzi partikolari għal kull wieħed mir-rikorrenti:

jew permezz ta’ deċiżjoni individwali (u speċifikament permezz ta’ posta elettronika) li tindika preċiżament ir-rifjut tar-rimbors;

jew permezz tal-indikazzjoni “processed” fis-Sysper tagħhom u meqjusa bħala deċiżjoni ta’ rifjut mir-rikorrent ladarba l-pay slip li ġiet wara, ix-xahar ta’ wara (l-iktar kmieni fl-10 tax-xahar ladarba din hija d-data tat-trażmissjoni tar-rendikonti ta’ remunerazzjoni) ma tinkludi ebda rimbors jew tinkludi biss rimbors għall-ispejjeż tat-trasport;

jew ukoll permezz ta’ assenza totali ta’ trattament tat-talba meqjusa, wara erba’ xhur minn meta din tressqet, bħala li hija impliċitament miċħuda;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi:

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni għar-rimbors ta’ spejjeż mediċi, sa fejn il-bidla tal-interpretazzjoni mill-konvenuta kisret id-drittijiet miksuba, l-aspettattivi leġittimi, iċ-ċertezza legali u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tat-tfal, tad-dritt għall-ħajja tal-familja u tad-dritt għall-edukazzjoni.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bbilanċjar effettiv tal-interessi tar-rikorrenti u fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li bihom hija vvizzjata d-deċiżjoni kkontestata.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/54


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2018 – Sensient Colors Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-556/18)

(2018/C 399/69)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sensient Colors Europe GmbH (Geesthacht, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Hagenmeyer, D. Zechmeister u W. Berlit, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-31 ta’ Lulju 2018 (DG Sante/E2/RP/amf(2018)4523972), li tiddikjara invalida kemm it-talba ta’ awtorizzazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott tal-ikel ġdid fl-Unjoni kif ukoll l-attwalizzazzjoni tal-lista tal-Unjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) bir-Referenza 2018/0355 u li ttemm il-proċedura ta’ applikazzjoni, u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku bbażat fuq ksur tal-Artikolu 6(1) u (5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2469 (2) kif ukoll fuq ksur tal-Artikolu 10(1) moqri flimkien mal-Artikoli 10(3) u 11(1), jew flimkien mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament 2015/228.

F’dan ir-rigward qiegħed fost l-oħrajn jiġi sostnut li l-konvenuta hija żbaljata meta tqis li s-suġġett tal-applikazzjoni, jiġifieri l-estratt koloranti bbażat fuq il-fjuri mnixxfa tal-clitoria ternatea, ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament 2015/2283 u jikkostitwixxi addittiv tal-ikel fis-sens tal-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament Nru 1333/2008.


(1)  Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2469 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxu rekwiżiti amministrattivi u xjentifiċi għall-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 64).


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/55


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2018 – LG Electronics vs EUIPO – Beko (BECON)

(Kawża T-557/18)

(2018/C 399/70)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Beko plc (Watford, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BECON – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 142 336

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 41/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ġie miċħud;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/55


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2018 – Atos Medical vs EUIPO – Andreas Fahl Medizintechnik – Vertrieb (ġibs mediku)

(Kawża T-559/18)

(2018/C 399/71)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Atos Medical GmbH (Troisdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Middelhoff, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Andreas Fahl Medizintechnik- Vertrieb GmbH (Köln, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 1339246-0009

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 2215/2016-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż,

Fil-każ li l-intervenjenti tipparteċipa fil-proċedimenti, ir-rikorrenti titlob ukoll li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż rispettivi tagħha.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 5 u tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/56


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2018 – Atos Medical vs EUIPO – Andreas Fahl Medizintechnik- Vertrieb (ġibs mediku)

(Kawża T-560/18)

(2018/C 399/72)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Atos Medical GmbH (Troisdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Middelhoff, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Andreas Fahl Medizintechnik- Vertrieb GmbH (Köln, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 1339246-0004

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 2216/2016-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Fil-każ li l-parti l-oħra tintervjeni fil-proċedura, ir-rikorrenti titlob ukoll:

li l-intervenjenti tiġi kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/57


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 – YP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-562/18)

(2018/C 399/73)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: YP (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Taqta’ u tiddeċiedi,

id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 2017 li timponi fuqu s-sanzjoni dixxiplinari ta' ħtija, hija annullata;

il-konvenuta hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kienet wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li r-rikorrent kien naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 12 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/58


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2018 – Medora Therapeutics vs EUIPO – Biohealth Italia (LITHOREN)

(Kawża T-776/17) (1)

(2018/C 399/74)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 63, 19.2.2018.


5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/58


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2018 – Reiner Stemme Utility Air Systems vs AESA

(Kawża T-371/18) (1)

(2018/C 399/75)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 276, 6.8.2016.